ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.008.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 8E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
14ta' Jannar 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 23-25 Settembru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 309 E, 4.12.2008.

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 23 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/01

Is-segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp (2008/2050(INI))

1

2010/C 008E/02

Evalwazzjoni tas-Suq Intern
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-Evalwazzjoni tas-Suq Intern (2008/2056(INI))

7

2010/C 008E/03

It-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema' (2008/2068(INI))

12

2010/C 008E/04

Il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità tal-istudenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità tal-istudent (2008/2070(INI))

18

2010/C 008E/05

Allinjament ta' atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta' atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (2008/2096(INI))

22

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

24

2010/C 008E/06

Hedge Funds u Ekwità Privata
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata (2007/2238(INI))

26

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA(I) MITLUBA

31

2010/C 008E/07

Trasparenza tal-investituri istituzzjonali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-investituri istituzzjonali (2007/2239(INI))

34

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTI MITLUBA

38

2010/C 008E/08

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet — 2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fl-2007 (2008/2028(INI))

41

2010/C 008E/09

L-agrikoltura fuq l-għoljiet u fuq il-muntanji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni u l-prospettivi tal-agrikoltura fir-reġjuni tal-għoljiet u tal-muntanji (2008/2066(INI))

49

2010/C 008E/10

Il-Jum Ewropew ta' Tifkira għall-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta' Tifkira għall-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu

57

 

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/11

Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar Naħsdu l-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali Ewropew: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali (2008/2099(INI))

60

2010/C 008E/12

Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) 2006

66

2010/C 008E/13

Tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja (Marsilja, 29 ta' Settembru 2008)

69

 

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/14

Il-Media Komunitarja fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-Media Komunitarja fl-Ewropa (2008/2011(INI))

75

2010/C 008E/15

L-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja 2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2007 fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)

79

2010/C 008E/16

Konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni Ewropea (2007/2253(INI))

85

2010/C 008E/17

Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija

94

2010/C 008E/18

White Paper dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-nutriment, il-piż żejjed u l-obeżità
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-nutriment, il-piż żejjed u l-obeżità (2007/2285(INI))

97

2010/C 008E/19

L-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-dritt tal-awtur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi

105

 

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/20

Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (Emenda tal-Artikolu 121)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-emenda tal-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (2007/2266(REG))

108

 

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 23 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/21

Statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (COM(2007)0653 — C6-0395/2007 — 2007/0233(COD))

110

P6_TC1-COD(2007)0233Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

111

2010/C 008E/22

Il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ tagħhom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2008)0104 — C6-0087/2008 — 2008/0042(COD))

120

2010/C 008E/23

Prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mal-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0778 — C6-0451/2007 — 2007/0269(COD))

121

P6_TC1-COD(2007)0269Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament Nru…/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

121

2010/C 008E/24

Is-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) (COM(2008)0159 — C6-0151/2008 — 2008/0064(COD))

122

P6_TC1-COD(2008)0064Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009)

122

2010/C 008E/25

Il-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (COM(2008)0305 — C6-0214/2008 — 2008/0102(CNS))

123

2010/C 008E/26

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 — Aġenziji eżekuttivi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (12984/2008 — C6-0317/2008 — 2008/2166(BUD))

123

2010/C 008E/27

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (COM(2008)0053 — C6-0054/2008 — 2008/0030(COD))

125

P6_TC1-COD(2008)0030Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

125

2010/C 008E/28

L-istatistika dwar l-iskart ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0777 — C6-0456/2007 — 2007/0271(COD))

126

P6_TC1-COD(2007)0271Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

126

2010/C 008E/29

Adattament ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, Regolament omnibus It-Tieni Parti ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti (COM(2007)0824 — C6-0476/2007 — 2007/0293(COD))

127

P6_TC1-COD(2007)0293Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn

127

2010/C 008E/30

L-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0858 — C6-0005/2008 — 2007/0292(COD))

128

P6_TC1-COD(2007)0292Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid)

128

2010/C 008E/31

Koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0001 — C6-0026/2008 — 2008/0001(COD))

129

2010/C 008E/32

Oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0003 — C6-0030/2008 — 2008/0003(COD))

130

P6_TC1-COD(2008)0003Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (Tfassil mill-ġdid)

130

2010/C 008E/33

Testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 fuq il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))

131

P6_TC1-COD(2008)0044Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid)

131

2010/C 008E/34

Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))

132

P6_TC1-COD(2008)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

132

2010/C 008E/35

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2007)0650 — C6-0466/2007 — 2007/0236(CNS))

133

2010/C 008E/36

Protezzjoni ta' data personali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (16069/2007 — C6-0010/2008 — 2005/0202(CNS))

138

 

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/37

Migrazzjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (12059/1/2008 — C6-0188/2008 — 2008/0077(CNS))

150

2010/C 008E/38

Migrazzjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11925/2/2008 — C6-0189/2008 — 2008/0078(CNS))

151

2010/C 008E/39

Sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill adottata bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (5719/3/2008 — C6-0225/2008 — 2005/0239(COD))

152

P6_TC2-COD(2005)0239Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

153

2010/C 008E/40

L-investigazzjoni tal-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni tal-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE (5721/5/2008 — C6-0226/2008 — 2005/0240(COD))

171

P6_TC2-COD(2005)0240Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

171

ANNESS IKONTENUT TAR-RAPPORT TA' INVESTIGAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ

185

ANNESS IIDATA TA' NOTIFIKA RIGWARD DIŻGRAZZJI JEW INĊIDENTI MARITTIMI

187

2010/C 008E/41

Ir-responsabilità ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill adottata bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabilità ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (6389/2/2008 — C6-0227/2008 — 2005/0241(COD))

188

P6_TC2-COD(2005)0241Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċident

188

ANNESS IDISPOŻIZZJONIJIET TAL-KONVENZJONI TA' ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA' PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM RILEVANTI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT

193

ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA' ATENIĊERTIFIKAT TA' ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA' PASSIĠĠIERI

205

ANNESS IIESTRATT MIR-RIŻERVA U L-LINJI GWIDA TAL-IMO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TA' ATENI, ADOTTATI MILL-KUMITAT LEGALI TAL-ORGANIZZAZZJONI MARITTIMA

206

2010/C 008E/42

Il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) (5722/3/2008 — C6-0224/2008 — 2005/0238(COD))

213

P6_TC2-COD(2005)0238Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid)

214

ANNESS IElementi tar-Reġim tal-Ispezzjoni Komunitarja għall-Istat tal-Port

236

ANNESS IIDisinn ta' Profil ta' Riskju ta' Vapur

240

ANNESS IIINOTIFIKAZZJONI

241

ANNESS IVLISTA TA' ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

241

ANNESS VEŻEMPJI TA' BAŻIJIET ĊARI

244

ANNESS VIPROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

245

ANNESS VIISPEZZJONI ESTIŻA TA' VAPURI

246

ANNESS VIIIPROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA' AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ

247

ANNESS IXRAPPORT TA' SPEZZJONI

248

ANNESS XKRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA' VAPUR

249

ANNESS XIKRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI

254

ANNESS XII

255

ANNESS XIIIPUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI RELATATA MA' SPEZZJONIJET, MA' DETENZJONIJIET U ĊAĦDIET TA' AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

256

ANNESS XIVDATA FORNUTA FIL-KUNTEST TA' MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI

257

ANNESS XV

258

ANNESS XVI

258

2010/C 008E/43

Organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) (5724/2/2008 — C6-0222/2008 — 2005/0237A(COD))

261

P6_TC2-COD(2005)0237APożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-osservanza tar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

261

ANNESS I

273

ANNESS IITABELLA TA' KORRELAZZJONI

273

2010/C 008E/44

Organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (5726/2/2008 — C6-0223/2008 — 2005/0237B(COD))

275

P6_TC2-COD(2005)0237BPożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

276

ANNESS IIL-KRITERJI MINIMI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET

286

ANNESS IITABELLA TA' KORRELAZZJONI

289

2010/C 008E/45

Networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (COM(2007)0697 — C6-0427/2007 — 2007/0247(COD))

291

P6_TC1-COD(2007)0247Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

292

ANNESS

334

2010/C 008E/46

L-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (COM(2007)0699 — C6-0428/2007 — 2007/0249(COD))

337

P6_TC1-COD(2007)0249Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni

338

2010/C 008E/47

Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, protezzjoni tal-privatezza u protezzjoni tal-konsumaturi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (COM(2007)0698 — C6-0420/2007 — 2007/0248(COD))

359

P6_TC1-COD(2007)0248Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi

360

ANNESS IDESKRIZZJONI TA' FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 (KONTROLL TAL-INFIQ), L-ARTIKOLU 29 (FAĊILITAJIET ULTERJURI) U L-ARTIKOLU 30 (IL-FAĊILITAZZJONI TAL-BIDLA TAL-FORNITUR)

390

ANNESS IIINFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKOND L-ARTIKOLU 21 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI)

392

ANNESS IIIPARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

393

2010/C 008E/48

Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007 — C6-0326/2007 — 2006/0263(CNS))

393

 

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008

2010/C 008E/49

It-taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assikurazzjoni *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assikurazzjoni (COM(2007)0747 — C6-0473/2007 — 2007/0267(CNS))

396

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 23-25 Settembru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 309 E, 4.12.2008.

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 23 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/1


It-Tlieta, 23 ta’ Settembru 2008
Is-segwitu tal-Konferenza ta’ Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp

P6_TA(2008)0420

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar is-segwitu tal-Konferenza ta’ Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp (2008/2050(INI))

2010/C 8 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konsensus ta’ Monterrey, adottat mill-Konferenza Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp (FfD) f’Monterry, il-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002, (il-Konferenza ta’ Monterrey),

wara li kkunsidra l-impenji magħmula mill-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona li sar fl-14 ta’ Marzu 2002 (l-impenji ta’ Barċellona),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2002 dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna għall-iżvilupp (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar 2002 dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna għall-iżvilupp (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: “Il-Konsensus Ewropew” (3) iffirmata fl-20 ta’ Diċembru 2005,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2008 ntitolata “L-UE sieħba globali għall-iżvilupp — ngħaġġlu l-progress lejn il-Miri għall-Iżvilupp għall-Millennju” (COM(2008)0177),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2007 ntitolata “Nonoraw il-wegħdiet tal-Ewropa dwar il-finanzjament tal-Iżvilupp” (COM(2007)0164),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2006 intitolata “Finanzjament għall-iżvilupp u l-Effettività tal-Għajnuna — L-isfidi biex tiġi miżjuda l-għajnuna tal-UE 2006 — 2010” (COM(2006)0085),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2005 intitolata “Li tħaffef il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp — Finanzjament għall-Iżvilupp u Effettività tal-Għajnuna” (COM(2005)0133),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2004 intitolata “Insarrfu l-Kunsens ta’ Monterrey fil-prattika: il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea” (COM(2004)0150),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2002 dwar il-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp (Monterrey, Messiku 18-22 ta’ Marzu 2002),

wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) adottati waqt il-Laqgħa Għolja tal-Millennju tan-NU li saret f’New York bejn is-6 u t-8 ta’ Settembru 2000, u li ġew konfermati mill-ġdid waqt Konferenzi sussegwenti tan-NU, speċjalment waqt il-Konferenza ta’ Monterrey,

wara li kkunsidra l-impenn li sar waqt il-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg li ltaqa’ bejn il-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 biex l-Istati Membri jilħqu l-mira tan-NU għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) ta’ 0,7 % tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2006 intitolata “L-Għajnuna tal-UE: Inwassluha aktar, b’mod aħjar u aktar malajr” (COM(2006)0087),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0310/2008),

A.

billi għat-tieni darba fl-istorja, in-Nazzjonijiet Uniti qed torganizza Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp, li għandha ssir f’Doha mid-29 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru 2008 li għandha l-għan li tlaqqa’ flimkien il-Kapijiet ta’ Stat u Gvernijiet u mhux biss lill-Ministri tal-Iżvilupp iżda wkoll lill-Ministri tal-Finanzi, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali, tal-banek u n-negozji privati u tas-soċjetà ċivili, biex jevalwaw il-progress li sar mill-Konferenza ta’ Monterrey,

B.

billi, biex jintlaħqu l-MDGs, hemm bżonn ta’ żieda finanzjarja qawwija,

C.

billi l-iffinanzjar għall-iżvilupp għandu jkun definit bħala l-iktar mod vantaġġjuż kif wieħed jirrispondi għall-bżonnijiet tal-iżvilupp tad-dinja u għall-inċertezzi globali,

D.

billi l-bżonn ta’ riżorsi finanzjarji sostenibbli, previdibbli u adegwati huwa urġenti iktar minn qatt qabel, specjalment meta wiehed jikkunsidra l-isfida tat-tibdil fil-klima u l-implikazzjonijiet tagħha, inklużi d-diżastri naturali u b’mod partikolari l-vulnerabilità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

E.

billi l-UE hija l-ikbar donatur ta’ għajnuna fuq skala globali, azzjonista ewlenija fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u l-imsieħeba kummerċjali l-aktar importanti għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

F.

billi l-UE diġà impenjat ruħha li f’limitu ta’ żmien ċar u obbligatorju tilħaq ir-rata ta’ 0.56 % tal-GNI li hija l-mira sa l-2010 u r-rata ta’ 0.7 % tal-GNI sa l-2015,

G.

billi, jekk it-tendenzi attwali relatati mal-livelli tal-ODA tal-Istati Membri jkomplu, l-Istati Membri mhux se jilħqu l-miri li impenjaw ruħhom li jilħqu ta’ 0,51 % għall-UE 15 (jiġifieri l-Istati Membri li kienu parti mill-UE qabel it-tkabbir tal-2004) u 0,17 % għall-UE 12 (jiġifieri l-Istati Membri li saru Membri tal-UE fl-1 ta’ Mejju 2004 u fl-1 ta’ Jannar 2007) tal-GNI sa l-2010,

H.

billi l-għajnuna programmabbli lill-Afrika qed tiżdied minkejja t-tnaqqis ġenerali tal-ODA fl-2007,

I.

billi dan l-aħħar tfaċċaw sfidi ta’ żvilupp ġodda u sinifikanti, inklużi t-tibdil fil-klima, bidliet strutturali fis-swieq tal-prodotti u b’mod partikolari dawk tal-ikel u ż-żejt, u tendenzi ġodda importanti fil-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar, inklużi l-appoġġ għall-infrastruttura miċ-Ċina fl-Afrika u s-self mill-Bank Brażiljan għall-Investiment (BNDES) fl-Amerika Latina,

J.

billi s-servizzi finanzjarji f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw huma sottożviluppati bħala riżultat ta’ ħafna fatturi inklużi restrizzjonijiet tal-provvista tas-servizzi, u nuqqas ta’ ċertezza legali u drittijiet tal-proprjetà,

1.

Itenni l-impenn tiegħu għall-qerda tal-faqar, għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-MDGs, bħala l-uniku mod kif tinkiseb il-ġustizzja soċjali u kif titjieb il-kwalità tal-ħajja għal madwar biljun persuna madwar id-dinja li jgħixu f’faqar estrem, jiġifieri li għandhom dħul ta’ inqas minn dollaru kuljum;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu diviżjoni ċara bejn l-infiq għall-iżvilupp u l-infiq għall-interessi ta’ politika barranija u jenfasiżża f’dan ir-rigward li l-ODA għandha tkun konformi mal-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-Kumitat għall-Assistenza tal-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD/DAC) u r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD/DAC dwar il-ħall mill-irbit tal-ODA;

3.

Jenfasizza l-bżonn assolut għall-UE li timmira għall-ogħla livell ta’ koordinazzjoni biex tikseb koerenza mal-politiki Komunitarji l-oħra (l-ambjent, il-migrazzjoni, ir-riżorsi umani, l-agrikoltura, eċċ) u biex tevita li jkun hemm xogħol doppju jew nuqqas ta’ konsistenza fl-attivitajiet;

4.

Ifakkar li l-azzjonijiet immedjati u neċessarji li għandhom jittieħdu mill-UE biex din tittratta l-konsegwenzi drammatiċi tal-prezzijiet tal-ikel li qed jiżdiedu b’rata allarmanti ma għandhomx jinftiehmu u jitwettqu bħala parti mill-isforzi meħtieġa mill-Konsensus ta’ Monterrey; jistenna bil-ħerqa għalhekk proposta konkreta mill-Kummissjoni dwar l-użu ta’ fondi ta’ emerġenza;

5.

Jenfasizza li l-piż amministrattiv eċċessiv u sproporzjonat f’xi wħud mill-pajjiżi msieħba, ixekkel l-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp; jesprimi l-biża’ li dan il-piż jista’ jipperikola l-ilħuq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs);

6.

Jinnota li l-UE għadha trid issib il-bilanċ it-tajjeb bejn żewġ approċċi kontradittorji dwar l-għajnuna għall-iżvilupp: minn naħa waħda, biex tafda lill-pajjiżi msieħba fl-allokazzjoni adegwata tal-fondi u biex tgħin lill-amministrazzjonijiet tagħhom jiżviluppaw l-istrumenti l-ġusti għall-implimentazzjoni tal-fondi; min-naħa l-oħra, biex tkun identifikata l-għajnuna finanzjarja sabiex tkun evitata allokazzjoni ħażina jew mingħajr effett tal-għajnuna;

Volumi tal-ODA

7.

Jiġbed l-attenzjoni li l-UE hija d-donatur dinji ewlieni tal-ODA, li tirrappreżenta kważi 60 % tal-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali dinjija, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-parti tal-UE tal-ODA globali qed tiżdied matul is-snin; madanakollu jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi data ċara u trasparenti dwar is-sehem tal-baġit tal-UE ddedikat għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE sabiex tevalwa s-segwitu tal-Konsensus ta’ Monterrey mid-donaturi Ewropej kollha; jesprimi wkoll id-dispjaċir tiegħu li l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma għandux viżjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa komunikazzjoni u strumenti ta’ informazzjoni xierqa u mmirati biex tiżdied il-viżjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE;

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-UE laħqet il-mira tagħha li torbot ta’ ODA li l-Komunità jkollha medja ta’ 0.39 % tal-GNI sa l-2006, iżda jinnota t-tnaqqis allarmanti tal-għajnuna tal-UE fl-2007 minn EUR 47,7 biljun fl-2006 (0.41 % tal-GNI kollettiv tal-UE) għal EUR 46.1 biljun fl-2007 (0.38 % tal-GNI kollettiv tal-UE) u jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-volumi tal-ODA biex jilħqu l-mira mwiegħda ta’ 0.56 % tal-GNI sal-2010;

9.

Jinsisti li ma għandux ikun hemm tnaqqis ieħor mill-ODA rappurtat fl-Istati Membri; jinnota li l-UE se tkun tat EUR 75 biljun inqas milli kien imwiegħed għall-perjodu 2005-2010 jekk se tkompli t-tendenza attwali;

10.

Jesprimi tħassib serju li l-maġġuranza tal-Istati Membri (18 minn 27, b’mod speċjali l-Latvja, l-Italja, il-Portugall, il-Greċja u r-Repubblika Ċeka) ma setgħux iżidu l-livell tagħhom tal-ODA bejn l-2006 u l-2007 u li kien hemm ukoll tnaqqis drammatiku ta’ aktar minn 10 % f’numru ta’ pajjiżi bħall-Belġju, Franza u r-Renju Unit; jistieden lill-Istati Membri biex jissodisfaw il-volumi ODA tagħhom li huma wiegħdu; jinnota b’sodisfazzjon li xi Stati Membri (id-Danimarka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Spanja, l-Iżvezja u l-Olanda) huma ċerti li se jilħqu l-miri tagħhom tal-ODA sa l-2010 u jinsab kunfidenti li dawn l-Istati Membri se jżommu l-livelli għoljin tagħhom ta’ ODA;

11.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pożizzjoni soda tal-Kummissjoni fl-isforzi biex tikkonċentra kemm fuq il-kwantità u kemm fuq il-kwalità tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Istati Membri u jappoġġja b’mod sħiħ it-twissija tagħha kontra konsegwenzi negattivi potenzjalment għoljin għall-Istati Membri li jonqsu milli jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-ħila esperta u l-awtorità tagħha biex tikkonvinċi donaturi pubbliċi u privati oħra biex jonoraw il-wegħdiet finanzjarji tagħhom;

12.

Jinsab imħasseb ħafna li xi Stati Membri qed jiffinanzjaw b’mod retroattiv iż-żidiet ODA, sitwazzjoni li qed twassal għal telf nett għall-pajjiżi li qed jiżvilupaw ta’ aktar minn EUR 17-il biljun;

13.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ ta’ xi Stati Membri li jiżviluppaw skedi plurijennali li jorbtu għaż-żieda tal-livelli tal-ODA biex jilħqu l-mira tan-NU ta’ 0.7 % sa l-2015; jitlob lill-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jiżvelaw mill-aktar fis possibbli l-iskedi plurijennali tagħhom; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jadottaw dawn l-iskedi qabel is-Segwitu tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp msemmija hawn fuq li għandha ssir f’Doha u għandhom jissodisfaw l-impenji tagħhom;

14.

Josserva li t-tnaqqis irrappurtat fl-2007 fil-livelli ta’ għajnuna kien minħabba li f’xi każijiet kien hemm żieda artifiċjali taċ-ċifri tal-2006 minħabba li nħafer xi dejn; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-livelli tal-ODA b’mod sostenibbli billi jikkonċentraw fuq iċ-ċifri mingħajr id-dejn li nħafer;

15.

Jikkunsidra li d-diskrepanza bejn il-wegħdiet li jsiru ta’ spiss ta’ iktar assistenza finanzjarja u l-ammonti konsiderevolment inqas li attwalment jingħataw hija totalment mhux aċċettabbli u huwa mħasseb li xi Stati Membri qed juru nuqqas ta’ ħeġġa lejn l-għajnuna;

16.

Jenfasizza l-fatt li l-konsultazzjoni ma’ gvernijiet sħab, parlamenti nazzjonali u l-organizazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija kruċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-volumi u d-destinazzjonijiet tal-ODA;

Ħeffa, flessibilità, prevedibilità u sostenibilità tal-flussi finanzjarji

17.

Jenfasizza li l-assistenza teħtieġ li titwassal fil-ħin u jesprimi n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu li l-proċessi biex titwassal l-assistenza huma ħafna drabi suġġetti għal dewmien bla bżonn;

18.

Jenfasizza l-bżonn li l-flessibilità tkun bilanċjata fit-twassil tal-fondi ta’ koperazzjoni, sabiex wieħed jirrispondi għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu, bħall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew bl-imperattiv għal iffinanzjar prevedibbli li jippermetti lill-pajjiżi msieħba jippjanaw żvilupp sostenibbli u adattament u mitigazzjoni għall-bidla fil-klima;

19.

Jitlob bis-sħiħ għall-osservanza ċara tal-prinċipji ta’ self u ffinanzjar responsabbli, li jagħmlu l-operazzjonijiet ta’ self u ta’ ffinanzjar sostenibbli f’termini ta’ żvilupp ekonomiku u ambjentali fuq il-linji u skond il-prinċipji tal-ekwatur; jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fit-twaqqif ta’ prinċipji bħal dawn u biex tagħmel pressjoni fil-fora internazzjonali għal miżuri li jorbtu biex tpoġġihom fil-prattika b’tali mod li l-kopertura testendi għal parteċipanti tal-iżvilupp ġodda mis-setturi pubbliċi u privati;

Dejn u ħarba tal-kapital

20.

japprova b’mod sħiħ l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżommu s-sostenibilità tad-dejn għal tul ta’ żmien u biex jimplimentaw l-inizjattiva tal-pajjiżi foqra li għandhom djun kbar (HIPC), li huma ta’ importanza ewlenija biex jintlaħqu l-MDGs; jiddispjaċih, madankollu, li l-pjani ta’ tnaqqis eskludew numru kbir ta’ pajjiżi li għalihom id-dejn jibqa’ ostakolu biex jilħqu l-MDGs;jinsisti dwar il-bżonn ta’ dibattitu internazzjonali urġenti dwar l-estensjoni tat-tnaqqis ta’ miżuri internazzjonali għal numru ta’ pajjiżi midjuna, li bħalissa jinsabu esklużi mill-inizjattiva HIPC;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni ta’ djun “mistmerra” jew illeġittimi, li jfissru djun li ġew minn self irresponsabbli, ta’ interessi individwali, bi traskuraġni jew b’mod inġust u l-prinċipji ta’ finanzi responsabbli f’negozjati bilaterali u multilaterali biex jittaffa d-dejn; jilqa’ b’sodisfazzjon is-sejħa għall-azzjoni tal-Kummissjoni biex tillimita d-drittijiet ta’ kredituri kummerċjali u vulture funds li jridu jitħallsu lura, fil-każ ta’ proċeduri ġudizzjarji;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimxu skond il-qafas ta’ sostenibilità tad-dejn u jisħqu fuq l-iżvilupp tiegħu biex jitqies id-dejn intern ta’ pajjiż u l-bżonnijiet finanzjarji tiegħu; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu li r-responsabilità ta’ min isellef ma tinvolvix biss konformità mal-qafas ta’ sostenibilità, imma tinvolvi wkoll:

il-konsiderazzjoni tal-vulnerabilità tal-pajjiżi li qed jissellfu għal xokkijiet esterni, billi jipprovdu f’dawn il-każi għas-sospensjoni jew it-tnaqqis tal-ħlas lura;

l-inkorporazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza, għaż-żewġ partijiet, fil-ftehim ta’ self;

l-eżerċizzju ta’ aktar viġilanza biex jiġi żgurat li s-self ma jikkontribwix għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew żieda fil-korruzzjoni;

23.

Iħeġeġġ lill-UE biex tippromwovi sforzi internazzjonali li għandhom l-għan li jistabbilixxu xi forma ta’ proċeduri internazzjonali ta’ falliment jew proċedura ta’ arbitraġġ ġust u trasparenti biex tittratta b’mod effiċjenti u ġust ma’ kwalunkwe kriżi ta’ dejn fil-futur;

24.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tagħmilx aktar enfasi dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi interni biex tiffinanzja l-iżvilupp, għax dawn huma riżorsi ta’ aktar awtonomija għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jkunu involuti b’mod sħiħ fl-Inizjattiva ta’ Trasparenza fl-Industriji ta’ Estrazzjoni (EITI)u biex jitolbu li tkun imsaħħa; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob lill-Bord tal-Istandards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IASB) biex jinkludi fost dawn l-istandards internazzjonali ta’ kontabilità ħtieġa ta’ rappurtar pajjiż b’pajjiż tal-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali fis-setturi kollha;

25.

Jiddispjaċih li l-pakkett ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effettività tal-għajnuna (COM(2008)0177) ma jsemmix il-ħarba mill-kapital bħala fattur ta’ riskju għall-ekonomiji ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw; jiġbed l-attenzjoni li l-ħarba mill-kapital tagħmel ħsara serja lill-iżvilupp ta’ sistemi ekonomiċi sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jiġbed l-attenzjoni li kull sena l-evażjoni tat-taxxa tiswa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar milli jirċievu fil-forma ta’ ODA; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-politiki tagħha miżuri li jevitaw li ssir ħarba mill-kapital, kif mitlub mill-Konsensus ta’ Monterrey, li jinkludu analiżi ċara tal-kawżi tal-ħarba mill-kapital, bil-għan li jingħalqu r-refuġji fiskali (tax havens), li xi ftit minnhom jinsabu fl-UE jew joperaw mill-qrib mal-Istati Membri;

26.

Jinnota, b’mod partikolari, li skond il-Bank Dinji il-komponent illegali minn din il-ħarba mill-kapital jammonta għal bejn 1 000 sa 1 600 biljun Dollaru Amerikan kull sena, li nofshom jiġu mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappoġġja l-isforzi internazzjonali biex jiġu ffriżati u rkuprati l-assi misruqa u jitlob lill-Istati Membri li għadhom m’għamlux hekk biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni; jiddeplora l-fatt li mhux qed isiru sforzi simili biex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-estensjoni globali tal-prinċipju tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa, jitolbu li l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-evażjoni tat-taxxa li qed titfassal fil-preżent fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (UN ECOSOC) jiġi anness mad-dikjarazzjoni ta’ Doha u jappoġġjaw it-trasformazzjoni tal-Kumitat ta’ Esperti dwar il-Koperazzjoni Internazzjonali fir-rigward tat-Tassazzjoni tan-NU f’korp ġenwin intergovernattiv mgħammar b’riżorsi addizzjonali biex ikun jista’ jiġġieled il-ġlieda internazzjonali kontra l-evażjoni tat-taxxa flimkien mal-OECD;

Mekkaniżmi finanzjarji innovattivi

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti għal mekkaniżmi finanzjarji innovattivi mressqa mill-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex teżaminahom skond il-livell ta’ faċilità ta’ implimentazzjoni prattika, ta’ sostenibilità, ta’ addizzjonalità, ta’ spejjeż tat-tranżazzjoni u ta’ effettività; jitlob li jkun hemm mekkaniżmi u strumenti finanzjarji li jipprovdu fondi ġodda u li ma jpoġġux flussi finanzjarji futuri f’riskju;

28.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi u strumenti finanzjarji li jipprovdu miżuri li jsaħħu flus privati kif stipulat fil-Konsensus ta’ Monterrey u li japplikaw b’mod effettiv il-garanziji ta’ kreditu;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ b’mod qawwi l-finanzjament għall-miżuri t’adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari dawk tal-Alleanza dwar it-Tibdil fil-Klima Globali; jenfasizza l-bżonn akut għal finanzjament lil hinn minn flussi attwali tal-ODA għaliex l-ODA weħidha m’għandhiex tipprovdi appoġġ adegwat għall-miżuri ta’ adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li għal dan il-għan għandhom jiġu żviluppati b’mod urġenti mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi, bħal ma huma taxxi fuq l-avjazzjoni u l-kummerċ fiż-żejt, kif ukoll l-identifikar tad-dħul mill-irkant tas-Skema tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS);

30.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Mekkaniżmu ta’ Finanzjament tal-Klima Globali, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ għajnuna antiċipata biex tiffinanzja miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu impenji finanzjarji sostanzjali sabiex jimplimentaw il-proposta b’mod urġenti;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw mill-inqas 25 % mid-dħul futur tal-irkant mill-UE ETS biex jiffinanzjaw miżuri ta’ adattament u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa aċċess għall-iffinanzjar għal impriżi żgħar u għall-bdiewa, bħal mezz kif tiżdied il-produzzjoni tal-ikel u kif tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi tal-ikel;

33.

Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) biex jinvestiga l-possibilitajiet għat-twaqqif immedjat ta’ fond ta’ garanzija li jappoġġja skemi ta’ mikrokreditu u skemi ta’ lqugħ għar-riskju (risk-hedging) li jirrispondu mill-viċin għall-bżonnijiet tal-produtturi tal-ikel lokali f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ifqar;

34.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta biex jitwaqqaf fond multidonatur li għandu x’jaqsam mas-sessi li tnieda fin-NU u li se jkun immexxi mill-Fond għall-Iżvilupp tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIFEM), bil-għan li jippromwovi u jiffinanzja politiki ta’ ugwaljanza bejn is-sessi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw u japprovaw din l-inizjattiva internazzjonali;

35.

Jitlob li jiġu rduppjati l-isforzi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji, minħabba li s-settur bankarju għandu l-potenzjal li jillibera l-finanzjament lokali għall-iżvilupp u li barra minn hekk settur tas-servizzi finanzjarji stabbli huwa l-aħjar mod biex tiġi miġġielda l-ħarba tal-kapital;

36.

Jistieden lill-partijiet interessati biex japprezzaw b’mod sħiħ il-potenzjal enormi tad-dħul mir-riżorsi naturali; f’dan ir-rigward jara li huwa essenzjali li l-industriji tar-riżorsi jkunu trasparenti; jikkunsidra li, filwaqt li l-EITI u l-Proċess Kimberly qed jimxu fid-direzzjoni t-tajba, għandu bżonn isir ħafna aktar biex tiġi nkorraġita t-tmexxija trasparenti tat-tmexxija tal-industriji tar-riżorsi u d-dħul tagħhom;

Riforma tas-sistemi internazzjonali

37.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE fir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-2008/2009, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta’ parti importanti tal-politika tal-iżvilupp tal-UE u l-baġit tagħha;

38.

Jinnota l-ewwel pass li ttieħed f’April 2008 lejn rappreżentazzjoni aħjar ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Fond Monentarju Internazzjonali (IMF); jiddispjaċih li l-kejl ibbażat fuq il-ġid ikompli jirregola l-analiżi tad-drittijiet tal-vot fl-IMF; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex juru l-interess tagħhom fit-teħid tad-deċiżjoni b’maġġoranza doppja(azzjonisti/Stati) fl-istituzzjoni responsabbli għall-istabilità finanzjarja internazzjonali, l-IMF;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-Konferenza Internazzjonali ta’ Segwitu dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp imsemmija hawn fuq, li għandha ssir f’Doha, bħala opportunità biex tkun preżentata pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-iżvilupp immirata għall-ilħuq tal-MDGs permezz ta’ approċċ sostenibbli;

40.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu riforma mgħaġġla u ambizzjuża tal-Bank Dinji sabiex dawk li huma l-aktar ikkonċernati direttament bil-programmi tiegħu jkunu rappreżentati aħjar;

*

* *

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-kapijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, lill-IMF, lill-Grupp tal-Bank Dinji u lill-UN ECOSOC.


(1)  ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 164.

(2)  ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 315.

(3)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0237.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/7


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Evalwazzjoni tas-Suq Intern

P6_TA(2008)0421

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-Evalwazzjoni tas-Suq Intern (2008/2056(INI))

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Tabella ta' Evalwazzjoni tas-Suq Intern nru 16 bis tal-14 ta' Frar 2008 (SEC(2008)0076),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed: negħlbu x-xkiel u l-ineffiċjenzi permezz ta' implimentazzjoni u infurzar aħjar (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2008 bit-titolu “It-Tieni reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea” (COM(2008)0032),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, li awtorizzaw il-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tat-Toqol Amministrattiv fl-UE, li stabilixxa mira tal-UE ta' tnaqqis ta' 25 % f'piżijiet amministrattivi, u stieden lill-Istati Membri biex ipoġġu miri ekwivalenti fuq livell nazzjonali,

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bit-titolu L-implimentazzjoni ta' metodoloġija ġdida għall-monitoraġġ tas-swieq tal-prodotti u tal-oqsma:r-riżultati tal-ewwel eżaminazzjoni settorjali — Dokument ta' Akkumpanjament għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”(SEC(2007)1517),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bit-titolu “Strumenti għall-politika dwar is-Suq Uniku modernizzata” — Dokument ta' Akkumpanjament għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”(SEC(2007)1518),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2008 bit-titolu “Il-monitoraġġ tar-riżultati fis-suq waħdieni: il-Kwadru ta' valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2008)0031),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill (Kompettittività — Suq Intern, Industrija u Riċerka) tal-25 ta' Frar 2008 dwar suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0272/2008),

A.

billi jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta' Tabella ta' Evalwazzjoni tas-Suq Intern, li tgħin biex jitnaqqas l-iżbilanċ ta' traspożizzjoni,

B.

billi l-Istati Membri kollha huma obbligati bil-liġi li jittrasponu d-direttivi kollha tas-Suq Intern sa l-iskadenzi preskritti,

C.

billi l-għan ewlieni tat-Tabella ta' Evalwazzjoni huwa li tistimula l-Istati Membri biex jiżguraw li t-traspożizzjoni ssir fil-ħin,

D.

billi l-iżbilanċ attwali ta' 1,2 % huwa taħt il-mira futura ta' 1,0 % miftiehma bejn il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fl-2007,

E.

billi l-fattur ta' frammentazzjoni huwa ta' 8 %, li jfisser li 124 direttiva ma kinux trasposti f'tal-anqas Stat Membru wieħed,

F.

billi jeżistu differenzi bejn il-livelli ta' traspożizzjoni li twettqet fid-diversi Stati Membri,

G.

billi direttiva tista' ma tkunx kompletament effettiva, anke jekk tkun ġiet trasposta kif jixraq u b'ħeffa, b'mod partikulari meta l-implimentazzjoni tagħha toħloq sitwazzjonijiet ta' inċertezza legali li jwasslu għal ilmenti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u jfixklu t-tħaddim effettiv tas-Suq Intern,

H.

billi n-numru ta' proċeduri ta' ksur li għadhom ma kinux ingħalqux għadu għoli ħafna u li ħafna minn dan il-ksur għandu x'jaqsam ma' nuqqas ta' traspożizzjoni jew traspożizzjoni mhux korretta,

I.

billi jista' jinkiseb vantaġġ mhux ġust bl-evażjoni ta' ċerti direttivi minħabba n-nuqqas ta' traspożizzjoni jew minħabba traspożizzjoni mhux xierqa,

J.

billi l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar is-Suq Intern hija kruċjali għat-twettiq tal-Aġenda ta' Liżbona u tal-Aġenda ta' Göteborg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli;

K.

K billi l-medja taż-żmien meħtieġ sabiex proċedura ta' ksur titressaq quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja taqbeż l-20 xahar,

L.

L billi xi Stati Membri ma jirrispettawx id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar każijiet ta' ksur, li huwa ta' aktar ħsara għat-tħaddim tas-Suq Intern,

M.

billi l-piż amministrattiv fl-Istati Membri huwa kbir wisq u dan huwa riżultat kemm tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll ta' dik Komunitarja;

L-implimentazzjoni — il-pedament tas-Suq Intern

1.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni f'waqtha, it-traspożizzjoni korretta u l-applikazzjoni korretta tad-direttivi dwar is-Suq Intern huma prerekwiżiti għat-tħaddim effettiv tas-suq intern, u għandhom implikazzjonijiet ukoll għall-kompetittività u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali ġewwa l-UE;

2.

Jenfasizza l-importanza li jkun hemm sens ta' pussess tas-Suq Intern fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza l-irwol tal-Kummissjoni li joħloq sħubijiet għal dan l-għan fil-proċessi relatati ta' tfassil ta' politika;

3.

Ifakkar li mill-2009 l-mira għall-iżbilanċ tat-traspożizzjoni se tkun ta' 1,0 %; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni biex jilħqu din il-mira;

4.

Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri bi żbilanċ partikolarment għoli biex jieħdu azzjoni immedjata u biex il-Kummissjoni taħdem magħhom mill-qrib bl-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni; jinnota li xi Stati Membri taw prova li huwa possibbli li jitnaqqas l-iżbilanċ b'mod sinifikanti u bil-ħeffa;

5.

Ifakkar li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jridu jittrattaw il-problema tal-fattur ta' frammentazzjoni għoli b'mod urġenti;

6.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri kultant iżidu aktar rekwiżiti meta jkunu qed jittrasponu d-direttivi fil-liġi nazzjonali; huwa tal-fehma li din ir-regolamentazzjoni żejda (l-hekk imsejjaħ “kisi bid-deheb”) tfixkel it-tħaddim effettiv tas-Suq Intern;

7.

Huwa tal-fehma li Suq Intern b'saħħtu, miftuħ u kompettitiv, li jaġixxi bħala parti essenzjali mir-risposta tal-Ewropa għall-isfidi tal-globalizzazzjoni billi jippromwovi l-kompettitività tal-industrija Ewropea, isaħħaħ l-inċentivi għall-investiment barrani fl-Ewropa u jiżgura d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Ewropa; id-dimensjoni esterna għandha titqies mill-Kummissjoni meta taddotta inizjattivi ġodda rigward is-Suq Intern;

8.

Ifakkar li biex ikun hemm Suq Intern aktar miftuħ u kompetittiv, jinħtieġu għodda aktar immirati u stretti biex itejbu l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw b'mod urġenti t-traspożizzjoni korretta u l-applikazzjoni tad-direttivi tas-Suq Intern permezz tal-użu ta' linji gwida u l-aħjar prattiki eżistenti; iħeġġeġ biex ikunu żviluppati mezzi iktar preċiżi biex jindirizzaw dan in-nuqqas;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħaffef il-proċess tas-sejbien ta' soluzzjoni għat-tilwimiet fi stadju bikri u sabiex tenfasizza dawk il-vjolazzjonijiet li għandhom l-aktar konsegwenzi serji għaċ-ċittadini Ewropej; jinkuraġġixxi bl-istess mod lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lista tal-każijiet ta' ksur imressqa quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex tagħti informazzjoni dettaljata dwar ir-reat ikkonċernat;

11.

Jistieden lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

L-iżvilupp tat-Tabella ta' Evalwazzjoni bħala strument għall-elaborazzjoni tal-politika

12.

Huwa tal-fehma li waqt li t-Tabella ta' Evalwazzjoni għandha sservi primarjament biex tinkoraġġixxi t-traspożizzjoni f'waqtha u korretta, din tista' tkun ukoll żviluppata aktar bħala strument li jgħin lil dawk li jfasslu l-politika biex jidentifikaw l-ostakoli u x-xkiel differenti u biex jidentifikaw bi preċiżjoni fejn ikun hemm bżonn ta' inizjattivi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni biex twessa' u tapprofondixxi l-firxa ta' informazzjoni u indikaturi inklużi fit-Tabella ta' Evalwazzjoni, b'mod partikulari l-kwalità, il-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema u l-impatt fuq l-ambjent u fuq il-bidla fil-klima;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkludi sommarju li jinftiehem faċilment fit-Tabelli ta' Evalwazzjoni tal-ġejjieni sabiex tiżdied l-aċċessibilità għaċ-ċittadini u l-partijiet interessati oħra; jinkuraġġixxi lill-entitajiet tal-UE u nazzjonali rilevanti sabiex jippubblikaw it-Tabbella ta' Evalwazzjoni fuq il-websajts tagħhom u sabiex isaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu t-Tabella ta' Evalwazzjoni mal-mezzi tal-midja;

14.

Jiddispjaċih li t-Tabella ta' Evalwazzjoni ma tipprovdix informazzjoni dwar direttivi li ma kinux trasposti; huwa tal-fehma li ċerti direttivi, pereżempju d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3), huma aktar importanti għat-tħaddim effettiv tas-Suq Intern minn oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis indikaturi li jirriflettu aħjar l-importanza relattiva tad-direttivi għall-industrija u ċ-ċittadini f'diversi setturi; huwa tal-fehma li l-evalwazzjonijiet tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni jistgħu jkunu rilevanti għal dan l-iskop;

15.

Ifakkar li l-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-implimentazzjoni tagħha hija ta' importanza ewlenija għall-iffunzjonar xieraq tas-Suq Intern, u li n-numru ta' każijiet quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet mhux ċari u l-implimentazzjoni inkorretta ta' leġislazzjoni sekondarja juri l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi abbozzata b'mod aktar preċiż; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi indikaturi fit-Tabella ta' Evalwazzjoni dwar in-numru ta' proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-kwalità ta' leġiżlazzjoni sekondarja, kif ukoll l-implimentazzjoni inkorretta tagħha;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi metodu iktar sistematiku għall-monitoraġġ tat-tħaddim ta' swieq ewlenija tal-prodotti u s-servizzi sabiex ikunu żvelati in-nuqqasijiet fis-swieq u jkunu promossi strumenti ta' politika iktar effettivi; għalhekk jitlob li tkun inkluża informazzjoni iktar speċifika għas-setturi u għall-Istati Membri fit-Tabella ta' Evalwazzjoni u għall-inklużjoni ta' informazzjoni preċiża; jitlob li jkunu inklużi wkoll indikaturi li għandhom x'jaqsmu mal-aspetti transkonfinali tal-akkwist pubbliku;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura, skond il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, li l-proposti kollha tagħha għal direttivi għandu jkun fihom dispożizzjoni speċifika li tobbliga lill-Istati Membri li jfasslu tabelli li juru r-rabta bejn l-att ikkonċernat u l-miżuri ta' traspożizzjoni, kif ukoll il-komunikazzjoni ta' dawn it-tabelli lill-Kummissjoni; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri qed idgħajfu l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Parlament fir-rigward tat-trasparenza billi jopponu l-klawsola jew li jġibuha premessa li ma torbotx;

18.

Iqis li l-kisba tal-Aġenda ta' Liżbona u l-Aġenda ta' Göteborg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli se tkun prijorità politika, u jenfasizza b'mod partikulari l-importanza tal-implimentazzjoni ta' dawk id-direttivi meħtieġa biex tintlaħaq; jistieden lill-Kunsill biex jagħti rwol ewlieni lill-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-Suq Intern fl-istrateġija riveduta ta' wara l-2010;

19.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa strumenti li jtejbu l-politika u l-mezzi li għandhom x'jaqsmu mas-Suq Intern billi jqiegħdu l-politika rigward is-Suq Intern fuq bażi ta' provi iktar milli hi bħalissa, u jagħmluha aktar immirata, deċentralizzata u aċċessibbli, kif ukoll jikkomunikawha aħjar;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz ta' inkjesti fid-diversi oqsma, Stħarriġ fil-qasam tan-Negozju, Stħarriġ mal-Konsumaturi, jew mezzi oħra, tevalwa l-kwalità u l-koerenza tal-implimentazjoni fl-Istati Membri sabiex tiggarantixxi t-tħaddim effettiv tal-leġiżlazzjoni;

21.

Jenfasizza l-fatt li implimentazzjoni li ssir tard jew b'mod mhux korrett iċċaħħad lill-konsumaturi u lill-impriżi mid-drittijiet tagħhom, tagħmel ħsara lill-ekonomija Ewropea u ddgħajjef il-fiduċja fis-Suq Intern; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi li jqisu l-ispejjeż li jkollhom iċ-ċittadini u l-industrija bħala riżultat ta' traspożizzjoni li ssir tard jew b'mod mhux korrett, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa ukoll indikaturi li jirriflettu r-rabta bejn ir-rendiment tat-traspożizzjoni u l-proċeduri ta' ksur miġjuba kontra Stati Membri;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq iktar inizjattivi għal regolamentazzjoni aħjar, b'mod partikulari biex jittejbu l-istudji tal-impatt u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi peress li dan jikkontribwixxi wkoll għat-tħaddim aktar effettiv tas-Suq Intern; huwa tal-fehma li l-ħidma fuq dawn il-kwistjonijiet hija interkonnessa u teħtieġ li tiġi ttrattata b'mod konsistenti;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-objettiv li l-piżijiet amministrattivi fl-UE jitnaqqsu b'25 % sa l-2012; jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni sabiex jiksbu dan l-objettiv; huwa tal-fehma li t-Tabella ta' Evalwazzjoni għandha tkejjel l-isforzi u l-progress relatati fuq livell nazzjonali u fuq livell Komunitarju; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li ddaħħal kapitolu fit-Tabella ta' Evalwazzjoni dwar din il-kwistjoni;

24.

Jiddispjaċih li, f'dak li huwa l-moviment ħieles fis-Suq Intern, iċ-ċittadini għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakoli; jinnota, f'dan ir-rigward, li 15 % tal-każijiet SOLVIT indirizzati fl-2007 kienu jikkonċernaw il-moviment ħieles tal-persuni u ċ-ċittadinanza tal-UE; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li jkun hemm moviment ħieles tal-persuni; b'mod partikulari jistieden lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu “one-stop shops” li jkunu jistgħu jassistu lill-persuni fil-kwistjonijiet legali u prattiċi kollha meta dawn jiċċaqalqu fi ħdan is-Suq Intern; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa indikaturi, biex jiddaħħlu fit-Tabbella ta' Evalwazzjoni, li jkejlu l-ostakoli għall-moviment ħieles tal-persuni;

25.

Itenni l-għan li titħaddem aħjar il-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern; huwa tal-fehma li implimentazzjoni mtejba tiddependi wkoll fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni prattika u s-sħubija bejn l-amministrazzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex ikomplu jiżviluppaw sistemi ta' skambju tal-aħjar prattiki; jenfasizza li, minħabba n-numru ta' awtoritajiet fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, hemm bżonn li l-koperazzjoni amministrattiva u s-simplifikazzjoni jkunu promossi u appoġġjati b'mod attiv; jirrimarka li s-sistema ta' informazzjoni dwar is-Suq Intern għandha l-potenzjal li jkollha rwol ewlieni fil-kisba ta' dan il-għan;

26.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu ċentri nazzjonali tas-Suq Intern sabiex jippromwovu l-koordinazzjoni, is-simplifikazzjoni u l-viżibiltà politika tal-isforzi tagħhom sabiex is-Suq Intern ikun jaħdem; jenfasizza li dawn iċ-ċentri għandhom ikunu stabbiliti f'entitajiet li diġà jeżistu, pereżempju fil-Punti Waħdanin nazzjonali ta' Kuntatt; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jkun hemm għarfien prattiku mtejjeb dwar il-liġi tal-UE fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni nazzjonali sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji ma jħabbtux wiċċhom ma' piżijiet u ostakoli bla bżonn li jirriżultaw min-nuqqas ta' fehim tar-regoli;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi sħubijiet mal-Istati Membri fil-proċess ta' implimentazzjoni permezz ta' gruppi ta' ħidma, netwerks f'oqsma speċifiċi, laqgħat ma' esperti nazzjonali u linji gwida għall-implimentazzjoni; jemmen li x-xogħol tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE se tkun suċċess li għandu jkun ripetut fil-futur; jenfasizza li l-Parlament għandu jinżamm kontinwament infurmat dwar il-proċessi ta' implimentazzjoni;

28.

Jenfasizza li permezz tan-netwerk SOLVIT ta' sikwit jinstabu problemi ta' implimentazzjoni; jinnota bi tħassib li fiċ-ċentri SOLVIT ta' sikwit ikun hemm nuqqas ta' persunal u li l-perjodu medju li każ idum ikun trattat huwa ta' iktar minn 10 ġimgħat; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li fiċ-ċentri SOLVIT ikun hemm numru xieraq ta' persunal u li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jtejbu l-effiċjenza amministrattiva sabiex inaqqsu b'mod notevoli t-tul ta' żmien li fih każ ikun trattat; barra minn hekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu sforz akbar biex jippromwovu s-servizzi tan-netwerk SOLVIT permezz tal-mezzi xierqa ta' informazzjoni sabiex tiżdied il-familjarità taċ-ċittadini u tan-negozji mas-SOLVIT.

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb is-sistema ta' filtru tal-mistoqsijiet u tal-ilmenti min-negozji u miċ-ċittadini permezz tas-SOLVIT u ta' Servizzi oħra ta' Għajnuna dwar is-Suq Wieħed sabiex tiżgura li jkunu mgħoddija immedjatament lill-entità amministrattiva xierqa irrispettivament minn liema netwerk jittressqu; jenfasizza li l-esperjenzi mis-SOLVIT għandhom jiddaħħlu fil-proċess ta' tfassil ta' politika nazzjonali u tal-UE, u dan iwassal għal tibdiliet strutturali jew regolatorji fejn meħtieġ;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Parlament u mal-Presidenza tal-Kunsill, biex torganizza Forum dwar is-Suq Intern kull sena bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra sabiex ikun stabbilit impenn iktar ċar għall-implimentazzjoni xierqa fiż-żmien xieraq u biex ikun provdut forum fejn ikunu definiti l-kriterji (“benchmarking”) u għall-iskambju tal-aħjar prattiki;

31.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jagħti prijorità ogħla lil kwistjonijiet ta' Suq Intern jew billi jistabilixxi formazzjoni ġdida tal-Kunsill li tindirizza dawn il-kwistjonijiet jew billi jagħtihom l-ogħla prijorità fuq l-aġenda fil-Kunsill ta' Kompetittività attwali;

32.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed, fejn talab lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Test tas-Suq Intern; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex tintroduċi test bħal dan;

It-Tabelli ta' Evalwazzjoni tas-Suq Intern u tas-Swieq tal-Konsumaturi

33.

Huwa tal-fehma li kemm it-Tabella ta' Evalwazzjoni tas-Suq Intern u kemm it-Tabella ta' Evalwazzjoni tas-Swieq tal-Konsumaturi jservu biex ikun promoss Suq Intern aħjar għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-konsumaturi;

34.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura li ssir komunikazzjoni aħjar dwar is-Suq Intern u huwa tal-fehma li ż-żewġ Tabelli ta' Evalwazzjoni huma passi importanti għal dak il-għan;

35.

Jenfassiza li waqt li ż-żewġ Tabelli ta' Evalwazzjoni huma marbutin bejniethom u li huwa importanti li l-iżvilupp koerenti tagħhom ikun promoss, madankollu dawn huma indirizzati lejn udjenzi differenti u għaldaqstant għandhom jinżammu separati u jużaw settijiet ta' indikaturi differenti;

36.

Huwa tal-fehma li reviżjoni tal-indikaturi użati kif ukoll tar-relazzjoni bejn iż-żewġ Tabelli ta' Evalwazzjoni għandha ssir fuq bażi regolari sabiex dawn jiġu adattati għall-iżviluppi fis-Suq Intern;

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 80.

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/12


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
It-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema

P6_TA(2008)0422

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema' (2008/2068(INI))

2010/C 8 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3(1)(q), 149 u 150 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Intejbu l-Kwalità tal-Edukazzjoni tal-Għalliema” (COM(2007)0392) u d-dokumenti ta' ħidma relatati tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2007)0931 u SEC(2007)0933),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (1), li jinkludi l-objettiv speċifiku li jiġu msaħħa l-kwalità u d-dimensjoni Ewropea tat-taħriġ tal-għalliema (Artikolu 17(2)(e)),

wara li kkunsidra t-tmien ħiliet ewlenin spjegati fir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 intitolata “Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja — Qafas ta' Referenza Ewropew” (2),

wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma ta' 10 snin “Edukazzjoni u Taħriġ 2010” u speċifikament l-Objettiv 1.1 “It-titjib tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ għall-Għalliema u għal Min Iħarreġ” (3), kif ukoll ir-rapporti konġunti temporanji sussegwenti fuq il-progress lejn l-implimentazzjoni tiegħu,

wara li kkunsidra l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-multilingwiżmu u r-Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Multilingwiżmu (2007),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Speċjali Ewropew ta' Liżbona tat-23-24 ta' Marzu 2000,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002, li adotta objettivi konkreti għat-titjib, fost oħrajn, tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-għalliema u għal min iħarreġ,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Mejju 2003 dwar il-livelli ta' referenza tal-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (Benchmarks) (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Kultura fil-laqgħa tiegħu tal-15-16 ta' Novembru 2007 u speċifikament il-konklużjonijiet dwar l-edukazzjoni tal-għalliema (5),

wara li kkunsidra l-istħarriġ trijennali PISA (Programm għall-Evalwazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti) tal-OECD kif ukoll ir-rapport tiegħu “L-Għalliema huma Importanti: L-Attirazzjoni u l-Iżvilupp ta' Għalliema Effettivi u l-Kapaċità li Jinżammu milli Jitilqu” (2005),

wara li kkunsidra r-rapport “Kif is-sistemi tal-iskola bl-aħjar prestazzjoni fid-dinja joħorġu fuq quddiem nett” (McKinsey & Co, Settembru 2007),

wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mill-Parlament Ewropew fi Frar 2007 bl-isem “Is-sitwazzjoni preżenti u l-prospetti għall-edukazzjoni fiżika fl-Unjoni Ewropea”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-irwol tal-isport fl-edukazzjoni (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0304/2008),

A.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja għandhom benefiċċji minn ħafna aspetti li jmorru lil hinn mill-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-kompetittività, u huma komponenti importanti tat-tagħlim li jibqa’ għaddej tul il-ħajja tal-bniedem,

B.

billi hemm bżonn li jiġu edukati individwi biex isiru awtosuffiċjenti, infurmati u impenjati lejn soċjetà koeżiva, u billi l-kwalità tat-tagħlim hija fattur kritiku fil-kontribuzzjoni għall-koeżjoni soċjali u ekonomika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-ħolqien tal-impiegi, il-kompetittività u l-potenzjal tat-tkabbir tagħha f'dinja li qed tiġi globalizzata,

C.

billi l-Fond Soċjali Ewropew jista' jwettaq irwol importanti fl-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ peress li jikkontribwixxi għal edukazzjoni aħjar tal-għalliema,

D.

billi l-kwalità tat-taħriġ tal-għalliema huwa rifless fil-prattika edukattiva u għandu effett dirett mhux biss fuq il-livell tal-għarfien tat-tfal tal-iskola iżda wkoll fuq il-formazzjoni tal-personalità tagħhom b'mod partikulari matul l-ewwel snin tal-esperjenza skolastika tagħhom,

E.

billi l-isfidi li tiffaċċja l-professjoni tal-għalliema qed jiżdiedu aktar ma l-ambjenti edukattivi kulma jmur isiru aktar kumplessi u eteroġeni; billi dawn l-isfidi jinkludu avvanzi fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), bidliet fl-istrutturi soċjali u tal-familja, u t-taħlita dejjem aktar diversa ta' studenti f'ħafna skejjel li jiriżulta miż-żieda fl-immigrazzjoni u mill-fatt li qed jinbtu soċjetajiet multikulturali, iż-żieda fl-awtonomija tal-iskejjel, li ġġib magħha żieda fid-dmirijiet tal-għalliema, u l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-bżonnijiet ta' tagħlim ta' alljievi individwali,

F.

billi hemm korrelazzjoni ċara u pożittiva bejn it-taħriġ tal-għalliema li jkun ta' kwalità għolja u l-fatt li l-aljievi jiksbu rati ta' suċċess għolja,

G.

billi minħabba l-fatt li qed ikun ipprovdut aktar u aktar tagħrif flimkien mad-diġitalizzazzjoni li għaddejja fil-preżent, trid tkun żviluppata l-kapaċità biex jintużaw b'mod effettiv il-media u l-kontenut tagħhom skont l-għanijiet u l-ħtiġijiet tal-individwu, u billi l-edukazzjoni dwar il-media hija tip ta' approċċ pedagoġiku lejn il-media li għandu jħalli lill-utenti jiżviluppaw approċċ kritiku u ta' riflessjoni fl-użu tal-media kollha,

H.

billi aktar minn 80 % tal-għalliema tal-iskejjel primarji u 97 % tal-għalliema fl-edukazzjoni ta' qabel l-iskola formali fl-Unjoni huma nisa, filwaqt li fl-edukazzjoni sekondarja ċ-ċifra ekwivalenti hija biss ta' 60 %,

I.

billi l-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema tista' taffettwa l-livelli ta' kemm alljievi jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien u l-ħiliet tal-qari tal-istudenti,

J.

billi l-edukazzjoni ta' qabel tibda l-iskola formali u l-edukazzjoni primarja għandhom impatt partikularment kritiku fuq dak li t-tfal eventwalment jiksbu mil-lat edukattiv,

K.

billi b'aktar minn 27 sistema differenti ta' taħriġ tal-għalliema stabbilita madwar l-Unjoni, l-isfidi li qed jiffaċċjaw lill-professjoni tal-għalliema madankollu huma, essenzjalment, komuni għall-Istati Membri kollha,

L.

billi t-tagħlim huwa professjoni vokazzjonali li fiha livelli għolja ta' sodisfazzjoni bix-xogħol huma importanti biex staff tajjeb jinżamm milli jitlaq mill-impjieg,

M.

billi tkun ħaġa inġusta li l-għalliema jkunu mġiegħla jkunu responsabbli waħidhom għall-attività edukattiva tagħhom; billi jeħtieġ li jkun enfasizzat li l-kapaċità tal-għalliema li joffru edukazzjoni xierqa lill-alljievi kollha tagħhom, li joħolqu klima li fiha lkoll ikunu jistgħu jgħixu flimkien, u li jnaqqsu l-imġiba vjolenti, hija marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet li fihom jgħallmu, il-mezzi ta' appoġġ disponibbli, il-għadd ta' alljievi b'diffikultajiet ta' tagħlim f'kull klassi, l-ambjent soċjali u kulturali fl-iskejjel, il-koperazzjoni tal-familji, u l-appoġġ soċjali li jingħata; billi l-livell ta' impenn tal-għalliema jiddependi ħafna mill-impenn tas-soċjetà lejn l-edukazzjoni, u ż-żewġ fatturi għandhom interazzjoni bejniethom fl-interess ta' tagħlim aħjar,

N.

billi jeħtieġ li jsir kull sforz biex ikun żgurat li l-għalliema kollha jħossu li huma jappartienu lil professjoni rispettata u apprezzata, peress li parti kbira mill-identità ta' professjoni tiddependi mill-mod kif taraha s-soċjetà,

O.

billi l-attirazzjoni ta' rekluti tal-aqwa prestazzjoni lejn il-professjoni tat-tagħlim teħtieġ livelli korrispondenti ta' għarfien soċjali, status u rimunerazzjoni,

P.

billi l-għalliema jwettqu rwoli soċjali u ta' żvilupp importanti li jestendu lilhinn mil-limiti tas-suġġetti tradizzjonali, u jistgħu jwettqu funzjoni importanti bħala mudelli ta' eżempju tajjeb,

Q.

billi l-objettiv ta' “opportunitajiet indaqs għal kulħadd” huwa mnaqqax fit-Trattat KE, b'mod partikulari fl-Artikolu 13 tat-Trattat, li jipprovdi bażi legali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali,

R.

billi l-kwalità tal-iskejjel hija fil-biċċa l-kbira tagħha dipendenti mil-livell ta' awtonomija marbuta mal-pjanijiet u l-immaniġġjar tagħhom,

S.

billi l-kwalifiki professjonali xierqa għall-għalliema tal-edukazzjoni fiżika (PE) għandhom irwol importanti ħafna fl-iżvilupp fiżiku u mentali tat-tfal u fl-inkoraġġiment tagħhom biex jadottaw stil ta' ħajja li jkun wieħed san,

1.

Jappoġġja bil-qawwa l-analiżi li żjieda fil-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema twassal għal akkwisti sostanzjali fil-prestazzjoni tal-istudenti;

2.

Jidhirlu li l-provvediment ta' aktar edukazzjoni tal-għalliema u ta' kwalità aħjar flimkien ma' politiki mmirati lejn ir-reklutaġġ tal-aħjar kandidati fil-professjoni tal-għalliema għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin għall-ministeri tal-edukazzjoni kollha;

3.

Jemmen li żjiediet fin-nefqa tal-edukazzjoni għandhom jimmiraw lejn oqsma li jipproduċu l-aqwa titjib fil-prestazzjoni tal-istudenti;

4.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jagħtu importanza akbar lit-taħriġ tal-għalliema u jallokaw aktar riżorsi għalih jekk għandu jsir progress sinifikanti fl-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona dwar “Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”, jiġifieri li l-kwalità tal-edukazzjoni għandha tingħata spinta, u li t-tagħlim tul-il-ħajja għandu jkun msaħħaħ fl-Unjoni kollha;

5.

Jinkoraġġixxi bil-qawwa l-promozzjoni tal-iżvilupp professjonali kontinwu u koerenti għall-għalliema tul il-karriera kollha tagħhom; jirrakkomanda li l-għalliema kollha jkollhom opportunitajiet regolari akkademiċi, tax-xogħol u finanzjarji, bħal m'huma boroż ta' studju tal-gvern, biex itejbu u jaġġornaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom, kif ukoll l-għarfien pedagoġiku tagħhom; jikkunsidra li dawn l-opportunitajiet ta' taħriġ għandhom ikunu strutturati b'tali mod li l-kwalifiki jkunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hrmm aktar djalogu u skambju transnazzjonali tal-esperjenza, speċjalment fil-provvediment u l-effikaċja tal-iżvilupp professjonali kontinwu fil-qasam tal-edukazzjoni tal-għalliema ta' qabel l-iskola formali, tal-primarja u tas-sekondarja;

7.

Iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikulari lill-proċess inizjali tad-dħul ta' għalliema ġodda; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' networks ta' appoġġ u ta' programmi ta' għoti ta' pariri minn dawk bl-esperjenza (mentoring), li permezz tagħhom għalliema li jkunu ta' esperjenza u ta' kapaċità bil-provi jkunu jistgħu jwettqu rwol ewlieni fit-taħriġ ta' kollegi ġodda, billi jgħaddu l-għarfien li jkun ġie akkwistat matul karrieri li jkunu ta' suċċess, billi jippromowovu l-akkwist ta' tagħlim bħala tim u billi jgħinu biex jiġu affrontati r-rati ta' dawk li jħallu l-impjieg minn fost ir-rekluti l-ġodda; jemmen li meta jaħdmu u jitgħallmu flimkien, l-għalliema jistgħu jgħinu biex itejbu l-prestazzjoni li jkollha skola u l-ambjent ġenerali ta' tagħlim tagħha;

8.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li, filwaqt li jibqgħu jiffokaw fuq ir-reklutaġġ tal-aħjar għalliema u l-kapaċità li jinżammu milli jitilqu mill-impjieg, speċjalment billi jagħmlu l-prfessjoni attraenti biżżejjed, il-kompożizzjoni forza tax-xogħol tal-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni skolastika tkun tirrappreżenta d-diversità soċjali u kulturali fi ħdan is-soċjetà;

9.

Jenfasizza r-rabta mill-qrib li hemm bejn il-fatt li jkun żgurat li l-professjoni ta' għalliem hija waħda attraenti u ta' sodisfazzjoni bi prospetti tajba ta' progressjoni fil-karriera u l-fatt li jiġu rreklutati b'suċċess gradwati u professjonisti ta' suċċess għoli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu aktar miżuri sabiex jippromwovu t-tagħlim bħala għażla ta' karriera għal individwi li jiksbu l-aqwa suċċess f'dak li jagħmlu;

10.

Jisħaq fuq l-importanza partikulari ta' politika tal-ugwaljanza tas-sessi; Jisħaq ukoll fuq kemm għandu importanza l-fatt li jkun żgurat li l-għalliema ta' qabel l-iskola formali u dawk tal-iskola primarja jkunu ta' kwalità għolja u li jirċievu l-livelli xierqa ta' appoġġ soċjali u professjonali li jitolbu r-responsabilitajiet tagħhom;

11.

Jagħraf l-importanza tal-parteċipazzjoni kontinwa tal-għalliema fil-gruppi ta' ħidma u ta' diskussjoni marbuta mal-attività tagħhom ta' għalliema; jemmen li din il-ħidma għandha tkun appoġġjata minn persuni li jagħtu l-pariri u mill-awtoritajiet edukattivi; jikkunsidra li l-parteċipazzjoni f'attivitajiet kritiċi ta' riflessjoni rigward il-proċess tat-tagħlim għandha tiġġenera interess akbar fix-xogħol tal-għalliema u b'hekk ittejjeb il-prestazzjoni tagħhom;

12.

Jinsisti fuq l-irwol importanti tal-iskola f'dik li hi l-ħajja soċjali tat-tfal u fl-edukazzjoni tagħhom kif ukoll f l-għoti tal-għarfien u l-ħiliet neċessarji għall-parteċipazzjoni f' soċjetà demokratika; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm għalliema kwalifikati, kompetenti u bl-esperjenza li jkunu involuti fit-tnissil ta' metodi effettivi ta' taħriġ pedagoġiku għall-għalliema;

13.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkunu biss dawk li huma kwalifikati kif jixraq bħala għalliema tal-edukazzjoni fiżika (PE) li jkunu jistgħu jagħtu lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni pubblika;

14.

Jagħmel enfasi fuq id-differenzi kbar li hemm bejn il-pagi medji tal-għalliema, mhux biss bejn l-Istati Membri differenti, iżda wkoll meta mqabbla mad-dħul nazzjonali medju u mal-prodott gross domestiku (GDP) per capita; jitlob li l-għalliema jibbenefikaw minn pakketti ta' rimunerazzjoni li jkunu jirriflettu l-importanza tagħhom għas-soċjetà, u jitlob li tittieħed azzjoni biex jiġi indirizzat il-fatt li l-aħjar għalliema qed jitilqu mill-iskejjel biex jieħdu impjiegi mħallsa aħjar fis-settur privat, b'mod partikulari fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija;

15.

Jenfasizza li l-għalliema għandhom ikunu mħejjija aħjar biex jiffaċċjaw il-firxa ta' esiġenzi ġodda li jsirulhom; jagħraf l-isfidi li l-iżviluppi fl-ICT joffru lill-għalliema, iżda wkoll l-opportunitajiet; jinkoraġġixxi l-prijoritizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-ICT matul it-taħriġ tal-bidu u t-taħriġ sussegwenti biex ikun żgurat għarfien aġġornat tal-iżviluppi teknoloġiċi riċenti u l-applikazzjoni edukattiva tagħhom u li l-għalliema jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex japprofittaw ruħhom minn dawn fil-klassi;

16.

Jemmen li t-taħriġ għandu jimmira, fost objettivi oħra, biex jipprovdi lill-għalliema bil-qafas innovattiv li jinħtieġu sabiex fl-attivitajiet tagħhom u fl-oqsma tas-suġġetti l-ġodda jinkludu bħala ħaġa normali għal kulħadd il-perspettiva tal-ambjen,: huwa favur is-seminars lokali mmirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li jkunu nstabu f'kuntesti partikulari, u korsijiet maħsuba għall-istaff ta' stabbiliment partikulari bil-għan li jkunu implimentati proġetti konkreti li jieħdu kont tal-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest partikulari tagħhom;

17.

Jenfasizza li l-mobilità tal-għalliema, koperazzjoni aħjar u ħidma aħjar flimkien bħala tim, jistgħu jtejbu l-kreattività u l-innovazzjoni tal-metodi tat-tagħlim, u jkunu jiffaċilitaw li wieħed jitgħallem ibbażat fuq l-aħjar prattiki;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-riżorsi finanzjarji disponibbli biex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni tal-għalliema permezz tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, u b'mod partikulari l-iskambji tal-għalliema bejn l-iskejjel f'pajjiżi u reġjuni ġirien; jenfasizza li l-mobilità tiffaċilita t-tifrix tal-ideat u tal-aħjar prattika fi ħdan il-professjoni tat-tagħlim, u tippromwovi diversi titjib fil-ħiliet fil-lingwi barranin kif ukoll konoxxenza ta' kulturi oħra; jisħaq li l-għalliema għandhom jibbenefikaw minn faċilitajiet aqwa ta' tagħlim tal-lingwi matul il-karriera kollha tagħhom, ħaġa li inter alia, se timmassimizza l-opportunitajiet ipprovduti mill-programmi ta' mobilità tal-Unjoni;

19.

Jitlob biex l-istudji tal-media jiġu assenjati prijorità fit-taħriġ tal-għalliema u biex il-moduli tal-istudji tal-media li diġà qed isiru jkunu komponent importanti fit-taħriġ bażiku tal-għalliema;

20.

Jenfasizza l-irwol kruċjali tas-sħubija skolastika bejn il-Comenius u l-Comenius-Regio f'dan il-qafas tal-mobilità tal-għalliema;

21.

Jappoġġja bil-qawwa t-tagħlim ta' lingwi barranin minn età bikrija ħafna u l-inklużjoni ta' lezzjonijiet tal-lingwa fil-kurrikula primarji kollha; jenfasizza li investiment suffiċjenti fir-reklutaġġ u t-taħriġ ta' għalliema ta' lingwi barranin huwa vitali biex jintlaħaq dan l-objettiv;

22.

Jenfasizza li kull għalliem għandu jkun mudell ta' eżempju tajjeb fir-rigward tal-padrunanza tal-lingwa tiegħu stess, peress li din hija għodda vitali għat-trażmissjoni korretta, u lill-alljievi tiffaċilitalhom li jitgħallmu l-bqija tas-suġġetti filwaqt li tiżviluppalhom il-kapaċità li jikkomunikaw, fattur li kulma jmur qed isir dejjem aktar importanti f'għadd kbir ta' attivitajiet professjonali;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-għalliema fl-Istati Membri kollha jkollhom il-kompetenza ċċertifikata li jafu mill-inqas lingwa waħda barranija;

24.

Jitlob biex il-kompetenza fil-media tkun promossa fl-edukazzjoni tal-għalliema fl-iskola, wara l-iskola u fl-edukazzjoni estramurali tagħhom fil-kuntest tal-istudji tal-media u tat-tagħlim tul il-ħajja permezz ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat;

25.

Jenfasiżża l-fatt li m'hemm xejn li jista' jieħu l-post tal-ħin li l-għalliema jgħaddu fil-klassi mal-istudenti u jinsab imħasseb li ż-żjieda fix-xogħol amministrattiv u klerikali jistgħu jkunu ta' dannu għal dan u għall-ħin li jintuża għat-tħejjija tal-lezzjonijiet;

26.

Jitlob biex l-edukazzjoni ċivika ssir suġġett obbligatorju kemm fit-taħriġ tal-għalliema kif ukoll fl-iskejjel, sabiex l-għalliema u l-alljievi jkollhom l-għarfien meħtieġ dwar id-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadin u dawk tal-Unjoni u jkunu jistgħu janalizzaw u jevalwaw b'mod kritiku sitwazzjonijiet u proċessi politiċi u soċjali topiċi;

27.

Jidhirlu li kull skola għandha relazzjoni unika mal-komunità lokali tagħha, u li l-mexxejja tal-iskejjel għandu jkollhom responsabilità akbar ta' teħid ta' deċiżjonijiet li tkun tippermettilhom li jindirizzaw l-isfidi edukattivi u l-ħtiġijiet ta' tagħlim li jkunu partikulari għall-ambjent tagħhom, f'kollaborazzjoni mal-ġenituri u mal-partijiet interessati tal-komunità lokali; jenfasizza li, bil-wasla ta' popolazzjoni immigranta li hi bil-wisq diversa, il-professjoni tal-għalliema jeħtieġ li ssir konxja b'mod speċifiku tal-kwistjonijiet u l-proċessi interkulturali, mhux biss fi ħdan l-iskejjel imma wkoll fir-rigward tal-familji u tal-ambjent lokali immedjat tagħhom fejn tiffjorixxi d-diversità;

28.

Jisħaq fuq l-impatt estremament ta' ġid li għandu fuq l-għalliema l-programm Comenius u l-importanza tiegħu għal komunitajiet żgħar, speċjalment f'zoni li huma mċaħħda soċjalment u ekonomikament billi jippromwovi l-inklużjoni u kuxjenza akbar tad-dimensjoni Ewropea fl-Edukazzjoni;

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-qbil tal-Istati Membri li jaħdmu flimkien biex isaħħu l-koordinazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni tal-għalliema, b'mod partikulari permezz tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex japprofittaw ruħhom bis-sħiħ minn din l-opportunità li jitgħallmu minn xulxin u jitlob li jiġi kkonsultat dwar l-iskeda taż-żmien u l-iżviluppi f'dan il-qasam;

30.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' statistika aħjar fuq it-taħriġ tal-għalliema madwar l-Unjoni, sabiex jiġu inkoraġġiti l-iskambju ta' tagħrif, koperazzjoni akbar u l-iskambju tal-aħjar prattika; jipproponi li l-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, iħejju sistemi li jiżguraw li tkun disponibbli faċilment data komparattiva dwar l-edukazzjoni tal-għalliema fuq il-medda kollha tal-edukazzjoni pre-skolari, primarja u sekondarja;

31.

Jikkunsidra li, sabiex tiġi indirizzata l-vjolenza fl-iskejjel, hija ħaġa vitali li tintlaħaq koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kapijiet tal-iskola u l-ġenituri u li jinħolqu l-għodod u l-proċeduri biex il-fenomenu jkun affrontat b'mod effettiv;

32.

Jisħaq fuq l-importanza ta' tagħlim li jkun sensittiv għad-differenzi fit-trattament tas-sessi u fuq l-importanza tad-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fit-taħriġ tal-għalliema;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ixxerred il-mudelli tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri li jtejbu l-ħiliet ġenerali tal-ħajja permezz ta' proġetti tal-iskola, e.g. is-saħħa, id-dieta u l-isport, ix-xjenza domestika u l-ippjanar finanzjarju privat;

34.

Jistieden l-Istati Membri biex fit-taħriġ tal-għalliema jinkludu programmi dwar ir-riżoluzzjoni ta' konflitti, sabiex l-għalliema jitgħallmu strateġiji ġodda għar-riżoluzzjoni ta' kull tip ta' konflitt ġewwa l-klassijiet, u biex jirnexxilhom jindirizzaw ukoll il-vjolenza u l-aggressjoni;

35.

Jistieden l-Istati Membri biex fit-taħriġ tal-għalliema jinkludu għarfien bażiku dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u l-mod kif jiffunzjonaw u jirranġaw biex isiru żjarat prattiċi fl-Istituzzjonijiet tal-Ewropa minn għalliema li jkunu għadhom qed jitħarrġu;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-OECD, lill-Unesco u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(2)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)  ĠU C 142, 14.6.2002, p. 7.

(4)  ĠU C 134, 7.6.2003, p. 3.

(5)  ĠU C 300, 12.12.2007, p. 6.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0503.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/18


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità tal-istudenti

P6_TA(2008)0423

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità tal-istudent (2008/2070(INI))

2010/C 8 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Inwasslu għar-Riżultati tal-Aġenda ta' Modernizzazzjoni għall-Universitajiet: L-Edukazzjoni, Ir-Riċerkau L-Innovazzjoni”, (COM(2006)0208),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ”Mobilizzazzjoni tal-intelliġenza tal-Ewropa: li tippermetti lill-universitajiet sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-Istrateġija ta' Liżbona.” (COM(2005)0152),

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Iffokar fuq l-istruttura tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa 2006/07 — Tendenzi Nazzjonali fil-Process ta' Bolonja”, (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2007),

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurobarometer ta' Marzu 2007, dwar “Perċezzjonijiet ta' Riformi għall-Edukazzjoni Għolja”,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' statistiki dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim għal tul il-ħajja (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-immodernizzar tal-universitajiet għall-kompetittività tal-Ewropa f'ekonomija ta' konoxxenza globali;

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13 u tal-14 ta' Marzu 2008

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0302/2008),

A.

billi l-għanijiet tal-proċess ta' Bologna huma li tiġi stabbilita Zona Ewropea għal Edukazzjoni Ogħla sa l-2010, inklużi r-riformi tal-edukazzjoni ogħla, l-eliminazzjoni tal-ostakli li baqa' għall-mobilità tal-istudenti u tal-għalliema, u t-titjib tal-kwalità, tal-ġibda u tal-kompetittività ta' edukazzjoni ogħla fl-Ewropa,

B.

billi l-mobilità tal-istudenti u l-kwalita tal-edukazzjoni għandha tibqa' wieħed mill-elementi ewlenin tal-proċess ta' Bologna,

C.

billi l-mobilità tal-istudenti tifforma valuri ġodda kulturali, soċjali u akkademiċi u toħloq opportunitajiet għat-tkabbir personali u għat-titjib tal-istandards akkademiċi u l-kapaċità għall-opportunitajiet għax-xogħol fil-livell nazzjonali u fil-livell internazzjonali,

D.

billi l-mobilità tal-istudenti tmur lil hinn minn dak li jistgħu jilħqu l-istudenti, ir-riċerkaturi u persunal ieħor, b'mod paritkolari fl-Istati Membri l-aktar ġodda, prinċipalment minħabba għotjiet insuffiċenti ta' flus; billi l-ostakli huma magħrufa sew, u ġew indikati ripetutament mill-partijiet interessati involuti fid-dibattitu,

E.

billi għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-iffinanzjar xieraq tat-tagħlim, għall-ispejjeż tal-għajxien u għall-mobilità tal-istudenti,

F.

billi l-Parlament b'mod kostanti poġġa bħala prijorità baġitarja tiegħu l-mobilità tal-istudenti u għamel ħiltu biex jiżgura livell xieraq ta' ffinanzjar għall-programmi tal-Kommunità fil-qasam tal-edukazzjoni; billi l-pożizzjoni soda dwar din il-kwistjoni wasslet, minkejja t-tnaqqis li sar mill-Kunsill fil-proposta tal-Kummissjoni, għal żieda f'approprjazzjonijiet għal programmi ta' Taħriġ għal Tul il-Ħajja u l-Erasmus Mundus li kienu negozjati skond il-Qafas Finanzjajru Plurijennali 2007-2013 u fi proċeduri baġitarji reċenti,

G.

billi hija meħtieġa data statistika affidabbli dwar il-mobilità tal-istudenti sabiex isiru osservazzjonijiet, paraguni u evalwazzjonijiet kif ukoll sabiex jiġu żviluppati politiki u miżuri adegwati,

H.

billi t-tagħlim informali u mhux formali jifforma l-bażi tal-istrateġija tat-tagħlim tul il-ħajja, u l-importanza tat-tagħlim għall-adulti f'dan il-proċess għandu jiġi rikonoxxut ukoll,

I.

billi l-għażla li wieħed jitlaq minn pajjiżu m'għandhiex tkun imfixkla minn xi ostaklu amministrattiv, finanzjarju jew lingwistiku,

J.

billi l-mobilità tinkoraġġixxi t-tagħlim ta' lingwi barranin u t-titjib ta' ħiliet tal-komunikazzjoni ġenerali;

K.

billi hemm bżonn urġenti li l-universitajiet jiġu riformati u modernizzati f'termini ta' kwalità, tal-struttura tal-istudji, tal-innovazzjoni u tal-flessibilità,

L.

billi l-kwalità tat-tagħlim hija importanti daqs il-kwalità tar-riċerka, u għandu jiġi riformat u modernizzat madwar l-Unjoni Ewropea kollha, u billi dawn iż-żewġ dimensjonijiet huma marbuta mill-qrib,

M.

billi sistemi nazzjonali differenti ta' rikonoxximent jikkostitwixxu ostaklu sinifikanti għat-trattament ugwali tal-istudenti u għall-progress tagħhom fiz-Zona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla u fis-suq tax-xogħol Ewropew,

N.

billi l-mobilità tista' tkun imfixkla kemm min-nuqqas li jingħata rikonoxximent sħiħ u xieraq kemm għall-korsijiet li attendew kif ukoll in-nuqqas ta' ekwivalenza tal-marki li jkunu kisbu,

O.

billi huwa urġenti li jiġi implimentat, ikkoordinat u promoss approċċ koerenti fost il-pajjiżi kollha li ffirmaw il-Proċess ta' Bologna,

P.

billi l-Proċess ta' Bologna għandu joħloq mudell progressiv ġdid għall-edukazzjoni, li jiggarantixxi l-aċċess għat-taħriġ għal kullħadd, li l-għan prinċipali tieġu hu li jitwasslu l-għarfien u l-valuri, u li joħloq soċjetà sostenibbli għall-futur li tkun konxja tagħha nnifisha u ħielsa mill-iżbilanċi soċjali,

1.

Jikkunsidra li żieda fil-mobilità tal-istudenti u fil-kwalità tas-sistemi edukattivi differenti għandha tkun prijorità fil-kuntest tad-definizzjoni mill-ġdid tal-għanijiet ewlenin tal-Proċess ta' Bologna l il hinn mill-2010;

2.

Jenfasizza li sabiex tinkiseb il-mobilità tal-istudenti, għandhom jittieħdu azzjonijiet f'oqsma diversi ta' politika; bosta aspetti li jikkonċernaw il-mobilità jmorru lil hinn mill-iskop ta' edukazzjoni ogħla u jirrigwardaw l-iskop tal-affarijiet soċjali u finanzjarji, u tal-politiki ta' immigrazzjoni u viżi;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi mwettqa minn Stati Membri fil-qafas ta' koperazzjoni intergovernattiva biex titjieb il-kwalità u l-kompetittività tal-edukazzjoni fl-UE, b'mod partikulari, bil-promozzjoni tal-mobilità, li jkun żgurat ir-rikonoxximent ta' kwalifikazzjonijiet u assigurazzjoni ta' kwalità, b'mod partikolari fid-dawl tal-limitazzjoni għall-immanuvrar minħabba l-marġini stretti li tħallew fl-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju;

4.

Huwa konvint li l-metodu ta' konsultazzjoni użat mill-partijiet interessati kollha involuti fil-proċess għandu jibqa' jintuża: kemm l-istituzzjonijiet kif ukoll ir-rappreżentanti tal-istudenti għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jingħelbu l-ostakli li baqa' għall-mobilità u l-problemi relatati mal-kwalità u mal-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bologna;

5.

Jiġbed l-attenzjoni li waqt li fl-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bologna, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-koperazzjoni u lill-koordinazzjoni mill-qrib u b'mod intensiv maz-Zona ta' Riċerka Ewropea;

Mobilità tal-istudenti: Kwalità u Effiċjenza

6.

Jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti għal statistika komparabbli u affidabbli dwar il-mobilità tal-istudenti u l-profil socjo-ekonomiku tal-istudenti, bħal indikaturi, kriterji u benchmarks komuni, sabiex jingħeleb in-nuqqas attwali ta' data u jiġi promoss l-iskambju ta' prattiki tajba;

7.

Jistieden lill-universitajiet sabiex itejbu u jissimplifikaw l-informazzjoni ipprovduta online u offline, kemm għall-istudenti ġodda u kemm għal dawk li jispiċċaw kors;jitlob lill-universitajiet u l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus jikkollaboraw mal-organizzazzjonijiet tal-istudenti sabiex l-informazzjoni kollha neċessarja tkun disponibbli fiż-żmien xieraq; l-universitajiet għandhom jappoġġjaw id-drittijiet tal-istudenti, b'konformità mal-impenji li daħlu għalihom meta ssieħbu mal-Karta Universitarja tal-Erasmus;

8.

Jenfasizza li sabiex il-Proċess ta' Bologna jilħaq l-għanijiet tiegħu, hija neċessarja r-reċiproċità f'termini tal-fluss ta' studenti tal-istudjużi; jenfasizza id-differenzi fix-xejriet kurrenti, u b'mod partikulari il-mobilità fqira lejn l-Istati Membri li saru membri tal-UE fl-2004 u fl-2007;

9.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' “mentoring” għall-integrazzjoni soċjali, kulturali u lingwistika tal-istudenti ġodda;

10.

Jenfasizza li kapaċità mtejba għall-lingwi hija valur kunsiderevoli u waħda mir-raġunijiet għall-mobilità tal-istudenti, u li huwa importanti li jkunu offruti korsijiet tat-taħriġ fil-lingwa lill-istudenti ġodda, qabel u/jew matul il-perjodi ta' studju tal-Erasmus;

Ir-riforma tal-edukazzjoni ogħla u l-modernizzazzjoni tal-universitajiet: kwalità, innovazzjoni u flessibilità

11.

Jistieden lill-universitajiet fl-Unjoni biex iwettqu riforma innovativa, ambizzjuża u metodika tal-kurrikulumperess illi kontenut ambizzjuż u ta' kwalità għolja u l-iristrutturar tal-organizzazzjoni huma kruċjali għall-mobilità tal-istudenti u għal aktar flessibilità; jitlob li jiġi ntrodott “perjodu ta' studju għall-mobilità” fil-programmi universitarji kollha li jwasslu għal degree, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jsiefru;

12.

Jitlob li tiġi enfasiżżata l-ħtieġa għall-programmi dottorali Ewropej li jippromwovu l-mobilita tal-istudenti ta' dottorat u għall-ħolqien ta' qafas ta' dottorat Ewropew;

13.

Jenfasizza l-irwol essenzjali tal-kwalità u l-eċċellenza tat-tagħlim: billi l-iżvilupp u t-taħriġ kontinwu ta' għalliema kwalifikati fis-setturi kollha ta' studji, huwa kruċjali sabiex l-istudji jkunu attraenti u effettivi u jiksbu l-għanijiet tal-Proċess ta' Bologna;

14.

Itenni l-ħtieġa għal aktar djalogu trans-nazzjonali u skambju ta' informazzjoni u esperjenzi biex tkun faċilitata l-konverġenza tal-edukazzjoni tal-għalliema, inkluż l-edukazzjoni tal-għalliema tal-primarja, u l-effettività tal-iżvilupp professjonali kontinwu;

L-iffinanzjar u l-investiment fil-mobilità tal-istudenti u fid-dimensjoni soċjali

15.

Għandha tingħata assistenza speċjali lill-istudenti minn gruppi żvantaġġati fis-soċjetà, pereżempju, billi tkun proposta akkomodazzjoni rħisa u deċenti, minħabba l-fatt li ħafna drabi, wara l-wasla jkun meħtieġ aktar appoġġ;

16.

Jipproponi l-introduzzjoni ta' Karta Ewropea tal-Identità tal-Istudenti armoniżżata sabiex tkun faċilitata l-mobilità u l-istudenti jkunu megħjuna biex jieħdu skontijiet fuq l-akkommodazzjoni uspejjez għall-ħajja;

17.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiggarantixxu aċċess indaqs u universali għall-mobilità permezz ta' proċeduri sempliċi, flessibbli u trasparenti ta' għoti ta' fondi u permezz ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali għal destinazzjonijiet b'infiq għoli u għal dawk l-istudenti li jeħtieġuh; jikkunsidra li huwa essenzjali li l-istudenti jkollhom dan l-appoġġ qabel it-tluq tagħhom sabiex jevitaw li jkollhom piż finanzjarju eċċessiv;

18.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest ta' reviżjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali maħsub fid-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda, iż-żieda fil-pakkett finanzjarju allokat għall-programmi fil-qasam tal-edukazzjoni, u b'mod speċjali għall-għoti ta' flus mill-Erasmus, jista' jitqies, suġġett għar-riżultati ta' mmonitorjar u evalwazzjoni tal-programm;

19.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jiddaħħlu u jkunu promossi mezzi ġodda ta' ffinanzjar għall-mobilità tal-istudenti bħal self mingħajr interessi u self trasferibbli;

20.

Jistieden lill-universitajiet Ewropej sabiex jikkoperaw mas-settur privat (eż. organizzazzjonijiet ekonomiċi jew tan-negozju bħall-kmamar tal-kummerċ) sabiex jinstabu mekkaniżmi ġodda u effettivi ta' kofinanzjar tal-mobilità tal-istudenti matul kull ċiklu (baċellerat-masters-dottorat) biex b'hekk tittejjeb il-kwalità tas-sistemi edukattivi;

21.

Jissuġġerixxi djalogu li jħalli l-frott u skambju minn żewġ naħat bejn il-kumpaniji u l-universitajiet sabiex jaħsbu dwar sħubijiet innovattivi u biex jesploraw modi ġodda ta' koperazzjoni;

Il-kwalità u r-rikonoxximent sħiħ tad-diplomi

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipproċedu bl-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' riferenza Ewropej (Qafas ta' Bologna tal-Kwalifiki, Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, Standards u Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità, u l-Konvenzjoni ta' Rikonoxximent ta' Liżbona) sabiex tkun stabbilita z-Zona Ewropea għal Edukazzjoni Ogħla;

23.

Jenfasizza, għalhekk, l-urġenza li tiġi implimentata s-sistema komprensiva, unifikata u effettiva ta' trasferment tal-krediti ECTS, sabiex il-kwalifiki tal-istudenti u tal-akkademiċitista' tkun faċilment trasferibbli madwar l-Ewropa permezz ta' qafas komuni wieħed;

24.

Jenfasizza li s-sistema ta' gradi universitarji ta' tliet ċikli (Baċellerat, Masters u Dottorat), jista' jsir aktar flessibbli speċjalment billi tintuża sistema ta' “4 + 1” minflok “3 + 2” għall-ewwel u għat-tieni ċikli; jinnota li għal ċerti studji dan jista' jkun aktar xieraq biex ikunu ffaċilitati aktar il-mobilità u l-opportunitajiet għax-xogħol tal-gradwati;

25.

Jappella sabiex “internships” u esperjenzi oħra informali u mhux formali approvati mill-universitajiet, jingħataw krediti tal-ECTS u sabiex jiġu rikonoxxuti bħala parti integrali tal-kurikuli tal-istudju;

L-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bologna fil-pajjiżi kollha kkonċernati

26.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-universitajiet Ewropej sabiex jinkoraġġixxu u jħaddnu l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta' inizjattivi ta' trawwim ta' kuxjenza;

27.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri tal-viża u sabiex inaqqsu l-ispejjeżproċedurali għall-istudenti li jmorru jistudjaw f'universitajiet oħra, speċjalment għal dawk li ġejjin minn Stati Membri min-naħa tal-Ewropa u minn pajjiżi kandidati b'konformita mad-Direttivi tal-UE fuq il-viżi;

*

* *

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 219 E 20.8.2008, p. 68.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/22


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Allinjament ta' atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija

P6_TA(2008)0424

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta' atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija ((2008/2096(INI))

2010/C 8 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (2) (minn issa 'l quddiem imsejħa t-tnejn bħala d-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija'),

wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2006/512/KE) (3),

wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 202 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0345/2008),

A.

billi qed ikun hemm dejjem iżjed bżonn, għall-kwalità tal-leġiżlazzjoni, li jiġu ddelegati lill-Kummissjoni l-iżvilupp tal-aspetti mhux essenzjali u aktar tekniċi tal-leġiżlazzjoni u anke l-aġġustament immedjat tagħha biex jitqiesu l-progress teknoloġiku u l-bidla ekonomika; billi delegazzjoni ta' setgħat ta' dan it-tip trid tkun iffaċilitata billi lill-leġiżlatur jingħatawlu l-mezzi istituzzjonali biex jiskrutina l-eżerċitar ta' setgħat ta' dan it-tip,

B.

billi s'issa l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellu l-ebda għażla ħlief li juża l-Artikolu 202 tat-Trattat KE sabiex iwettaq delegazzjoni ta' dan it-tip; billi r-rikors li sar għal dik id-dispożizzjoni ma kienx sodisfaċenti għax tirreferi għas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u għall-proċeduri ta' skrutinju li għalihom huma suġġetti setgħat ta' dan it-tip, peress li dawn il-proċeduri ġew deċiżi mill-Kunsill permezz ta' votazzjoni b'unanimità wara sempliċi konsultazzjoni tal-Parlament; billi dawn il-proċeduri ta' skrutinju huma essenzjalment ibbażati fuq l-azzjoni ta' kumitati magħmula minn uffiċjali tal-gvernijiet tal-Istati Membri, u l-Parlament Ewropew kien eskluż mill-proċeduri kollha bħal dawn sakemm ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE,

C.

billi l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija jintroduċi miżuri fejn strument legali bażiku adottat permezz ta' kodeċiżjoni jipprevedi miżuri b'qasam ta' applikazzjoni ġenerali mfasslin biex jiġu emendati l-elementi ta' dak l-istrument li ma jkunux essenzjali, inter alia, billi jitħassru wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat b'elementi ġodda li ma jkunux essenzjali; billi hija r-responsabilità tal-leġiżlatur tal-Unjoni biex jiddefinixxi, għal kull każ individwali, l-elementi essenzjali ta' kull att leġiżlattiv li jistgħu jiġu emendati biss permezz ta' proċedura leġiżlattiva,

D.

billi, permezz tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, il-miżuri magħrufa bħala “kważi leġiżlattivi” saru suġġetti għal proċedura regolatorja bi skrutinju skond liema l-Parlament Ewropew hu kompletament assoċjat mal-kontroll ta' miżuri ta' dan it-tip u jista' jopponi l-abbozzi ta' miżuri proposti mill-Kummissjoni li jmorru lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fl-istrument bażiku jew abbozz li ma jkunx kumpatibbli mal-għan jew mal-kontenut tal-istrument bażiku jew ma jirrispettax il-prinċipji ta' sussidjarjetà jew ta' proporzjonalità,

E.

billi l-proċedura l-ġdida tiggarantixxi kontroll demokratiku ta' miżuri ta' implimentazzjoni meta jkunu kważi leġiżlattivi fin-natura tagħhom peress li tqiegħed liż-żewġ koleġiżlaturi, il-Parlament u l-Kunsill, f'livell ugwali, u b'hekk iġġib fi tmiemu wieħed mill-aktar aspetti serji tad-defisit demokratiku fl-Unjoni; billi d-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija tippermetti li l-aspetti l-aktar tekniċi tal-leġiżlazzjoni u l-aġġustament tagħha jiġu ddelegati lill-Kummissjoni, biex b'hekk jiġi żgurat li l-leġiżlatur jikkonċentra fuq l-aspetti essenzjali u fuq it-titjib tal-kwalità tal-liġi Komunitarja,

F.

billi l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida mhijiex fakultattiva imma obbligatorja meta l-miżuri ta' implimentazzjoni jkollhom il-karatteristiċi speċifikati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija,

G.

billi l-allinjament attwali tal-acquis mad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija għadu mhux lest peress li għad hemm strumenti legali li jipprevedu miżuri ta' implimentazzjoni li għalihom għandha tiġi applikata l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida,

H.

billi, apparti l-miżuri ta' implimentazzjoni li s'issa kienu suġġetti għall-proċedura regolatorja, anke wħud mill-miżuri suġġetti għall-proċeduri ta' mmaniġġjar jew konsultazzjoni jistgħu jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija,

I.

billi t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi ġerarkija ta' normi u joħloq “l-att iddelegat”, jiġifieri meta “att leġiżlattiv … jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv”; billi t-Trattat ta' Liżbona jittratta wkoll l-atti ta' implimentazzjoni b'mod ġdid u jaħseb b'mod partikulari għall-kodeċiżjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill bħala l-proċedura għall-adozzjoni tar-regolament li se jistipula l-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri fuq l-atti ta' implimentazzjoni,

J.

billi l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat ta' Liżbona se teħtieġ proċess intens u kumpless ta' negozjar interistituzzjonali, u billi l-proċess ta' allinjament attwali għandu għalhekk jitlesta malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona,

K.

billi, fil-każ li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ, se jkun hemm bżonn li jinbeda allinjament ġdid — aktar kumpless — tal-acquis għal mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar id-delegazzjoni ta' leġiżlazzjoni; billi, għalkemm id-definizzjoni ta' “att iddelegat” fit-Trattat ta' Liżbona hija simili għall-kunċett ta' miżura “kważi leġiżlattiva” fid-Deċiżjoni reċenti dwar il-Komitoloġija, iż-żewġ kunċetti mhumiex l-istess u s-sistemi proċedurali stipulati f'dawk iż-żewġ strumenti huma kompletament differenti; konsegwentement, l-eżerċizzju ta' allinjament attwali ma jistax jitqies li jikkostitwixxi preċedent preċiż għall-ġejjieni,

L.

billi, għall-istess raġuni, ir-riżultati tal-allinjament attwalment għaddej f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull istrument legali individwali ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala preċedent għall-ġejjieni,

M.

billi jidher utli li l-istituzzjonijiet jaqblu bejniethom dwar test standard għall-atti ddelegati li regolarment ikun inkluż fl-abbozz ta' att leġiżlattiv mill-Kummissjoni, għalkemm il-leġiżlaturi jibqgħu liberi li jemendawh; billi hemm bżonn li l-pass li jmiss ikun l-adozzjoni f'kodeċiżjoni tar-regolament li jistipula l-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-atti ta' implimentazzjoni bi qbil mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tal-Artikoli xierqa tat-Trattat KE, tippreżenta lill-Parlament proposti leġiżlattivi biex jitlesta l-allinjament ta' komitoloġija; jitlob li dawn il-proposti jitfasslu fid-dawl tad-diskussjonijiet interistituzzjonali u li jiġu ttrattati b'mod partikulari, l-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness li ġej;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq il-proposti leġiżlattivi korrispondenti sabiex l-atti legali li fadal isiru konformi mad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, b'mod partikulari dawk elenkati fl-Anness li ġej;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni, f'każ li l-proċeduri attwali ta' allinjament ma jitlestewx qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, biex tressaq il-proposti leġiżlattivi relevanti li huma meħtieġa biex ikunu adattati dawk l-atti legali li għadhom ma ġewx allinjati f'dak iż-żmien mas-sistema l-ġdida stipulata fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'kull każ, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex l-acquis communautaire kollu jiġi allinjat ma' dik is-sistema l-ġdida;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, kemm jista' jkun malajr, tippreżenta l-abbozz ta' proposta leġiżlattiva għar-regolament li jistabbilixxi minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmu għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 291(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jitlob li jingħataw aktar riżorsi fil-Parlament Ewropew għall-proċeduri kollha ta' komitoloġija, u mhux biss waqt il-perjodu tranżizzjonali attwali imma wkoll waqt il-preparazzjoni għall-każ li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ, sabiex ikun żgurat li kull proċedura ta' komitoloġija bejn it-tliet istituzzjonijiet taħdem b'mod sodisfaċenti;

7.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-lista li takkumpanjaha lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(3)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

(4)  ĠU C 143, 10.6.2008, p. 1.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0189.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti leġiżlattivi korrispondenti biex l-atti legali li fadal jiġu allinjati mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/EC, anke b'mod partikulari:

Id-Direttiva 2000/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' April 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi ta' saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju f'annimali bovini u majjali (1);

Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (2);

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (3);

Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (4);

Id-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 Lulju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-ispezzjonijiet uffiċjali fl-oqsma tan-nutrizzjoni tal-annimali u d-Direttivi 70/524/KEE, 96/25/KE u 1999/29/KE dwar in-nutrizzjoni tal-annimali (5);

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (6);

Id-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2002 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/425/KEE u 92/118/KEE rigward ħtiġiet ta' saħħa għal prodotti sekondarji ġejjin mill-annimali (7);

Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 70/156/KEE u 80/1268/KEE dwar il-kejl tal-emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju u konsum ta' karburanti minn vetturi N1 (8);

Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene tal-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (9);

Id-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu (10);

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (11);

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (12);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (13);

Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (14).


(1)  ĠU L 105, 3.5.2000, p. 34.

(2)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 25.

(5)  ĠU L 234, 1.9.2001, p. 55.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14.

(8)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36.

(9)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(10)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 59.

(11)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10.

(12)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.

(13)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(14)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/26


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Hedge Funds u Ekwità Privata

P6_TA(2008)0425

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata ((2007/2238(INI))

2010/C 8 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tal-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (1),

wara li kkunsidra r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (2),

wara li kkunsidra s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew ta' negozji (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta' valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta' ċerti tipi ta' kumpaniji kif ukoll ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) bl-għan li jiġu rregolati kumpaniji ta' amministrazzjoni u prospetti simplifikati (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), fir-rigward ta' investimenti tal-UCITS (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (11) (Direttiva dwar il-Fondi għall-Pensjoni),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE tal-Kunsill dwar il-kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu tipi ta' kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u kumpaniji tal-assikurazzjoni (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri (takeover bids) (14),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (15),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-organizzazzjoni u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-iskopijiet ta' dik id-Direttiva (16) (Direttiva Implimentattiva tal-MiFID),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (17),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (18),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (19),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (recast) (20) (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (recast) (21) (id-Direttiva dwar l-Adegwatezza tal-Kapital),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpanniji kkwotati (22),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2008 dwar il-bidu u t-twettiq tal-attività ta' Assigurazzjoni u Rijassigurazzjoni (Solvenza II) (COM(2008)0119) — (Proposta Solvenza II),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar it-tneħħija tal-ostakoli għall-investimenti transkonfinali permezz tal-fondi kapitali ta' riskju (COM(2007)0853),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004 dwar il-futur ta' hedge funds u d-derivattivi tagħhom (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' April 2006 (24) dwar l-immaniġġjar tal-assi u tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar l-Immaniġġjar tal-Assi II (25),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) — White Paper (26), b'mod partikulari l-paragrafu 19 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar Linji ta' Gwida Integrati għat-Tkabbir u għall-Impjieg (Taqsima: linji ta' gwida wiesa' għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) (27),

wara li kkunsidra l-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ta' Mejju 2003, li jinkludu prinċipji, fost oħrajn, dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' skemi ta' investiment kollettiv inklużi l-hedge funds,

wara li kkunsidra l-istħarriġ li sar mid-Dipartiment għall-Politika Ekonomika u Xjentifika dwar il-Hedge Funds tal-Parlament Ewropew, dwar it-Trasparenza u l-Kunflitt tal-interessi, ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-istandards tal-aħjar prattiċi tal-Grupp ta' Ħidma tal-Hedge Funds, tat-22 ta' Jannar 2008, u t-twaqqif sussegwenti ta' Bord tal-Istandards tal-Hedge Funds, biex jaġixxi bħala kustodju ta' dawk l-istandards,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0338/2008),

A.

billi bħalissa hemm regolamentazzjoni nazzjonali u tal-UE li tikkonċerna s-swieq finanzjarji li japplikaw direttament jew indirettament, għalkemm mhux esklussivament, għall-hedge funds u l-ekwità privata,

B.

billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta' dak ir-regolament; billi l-aġġustamenti l-oħra kollha għal-leġiżlazzjoni eżistenti għandhom ikunu s-suġġett ta' analiżi xierqa tal-benefiċċji meta jitqabblu mal-ispejjeż u m'għandhomx ikunu diskriminatorji;

C.

billi l-Kummissjoni għadha ma weġbitx b'mod pożittiv għall-aspetti kollha tat-talbiet ta' qabel tal-Parlament, fosthom dawk magħmula fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004, tas-27 ta' April 2006, tal-11 ta' Lulju 2007 u tat-13 ta' Diċembru 2007, imsemmija hawn fuq,

D.

billi l-hedge funds u l-fondi ta' ekwità privata għandhom karatteristiċi differenti ħafna u ma teżisti l-ebda definizzjoni mhux ambigwa tagħhom, iżda t-tnejn huma vetturi ta' investimeni li jintużaw minn konsumaturi sofistikati, aktar milli minn konsumaturi komuni; billi ma jistgħux u m'għandhomx ikunu ttrattati bħala kategorija waħda fir-regolamentazzjoni li tkun speċifika għall-prodotti,

E.

billi l-hedge funds u l-ekwità privata huma vetturi alternattivi ta' investiment li dejjem qed isiru iktar importanti li mhux biss għandhom sehem sinifikanti u li qed jiżdied fl-assi globali mmaniġġjati, iżda wkoll itejbu l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji globali, billi joħolqu opportunitajiet ġodda ta' investiment,

F.

billi bosta istituzzjonijiet globali, tal-UE u nazzjonali, ħafna qabel il-kriżi finanzjarja attwali, analizzaw il-kwistjonijiet potenzjali rigward il-hedge funds u l-ekwità privata fir-rigward tal-istabilità finanzjarja, l-istandards tal-immaniġġjar tar-riskju, id-dejn eċċessiv (leverage) u l-valutazzjoni ta' strumenti finanzjarji mhux likwidi u kumplessi,

G.

billi analiżi mwettqa mill-Forum dwar l-Istabbilità Finanzjarja fl-2007 ikkonkludiet li t-tħassib dwar l-istabbilità finanzjarja l-aħjar li jkun indirizzat permezz ta' sorveljanza msaħħa tal-atturi kollha;

H.

billi fir-Rapport tiegħu dwar l-Istabilità Finanzjarja Globali ta' April 2008, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) kkonkluda li “hemm nuqqas kollettiv ta' apprezzament tal-livell ta' leverage meħud minn firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet — banek, assikurazzjonijiet monolineari, entitajiet sponsorjati mill-gvern, hedge funds — u r-riskji assoċjati ta' xoljiment diżorganizzat”,

I.

billi t-twettiq tal-Aġenda ta' Liżbona jeħtieġ investiment fuq żmien twil fit-tkabbir u fl-impjieg,

J.

billi dan it-tip ta' investiment fuq żmien twil jeħtieġ swieq finanzjarji stabbli u li jaħdmu tajjeb fl-UE u globalment, u b'hekk jagħtu kontribut lill-ekonomija reali, li jista' jinkiseb biss billi tkun iggarantita l-preżenza fl-Unjoni Ewropea ta' industrija finanzjarja kompettitiva u innovattiva,

K.

billi l-hedge funds u l-ekwità privata f'ħafna każijiet jipprovdu likwidità, jippromwovu d-diversifikazzjoni u l-effiċjenza tas-suq billi tinħoloq talba għall-prodotti innovattivi, u jgħinu l-iskoperta tal-prezzijiet,

L.

billi l-istabilità finanzjarja teħtieġ ukoll koperazzjoni aħjar rigward is-sorveljanza, ukoll fuq il-livell globali li, loġikament, jeħtieġ titjib kontinwu tal-arranġamenti attwali tal-UE rigward is-sorveljanza, inklużi skambji regolari ta' informazzjoni u trasparenza msaħħa tal-investituri istituzzjonali,

M.

billi l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-possibilitajiet li jsiru regolamenti globali għall-parteċipanti fis-swieq offshore;

N.

billi livelli ta' trasparenza xierqa fir-rigward tal-investituri u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza huma kruċjali biex jiżguraw swieq finanzjarji ta' dan it-tip li jaħdmu tajjeb u li huma stabbli, kif ukoll għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-atturi tas-suq u l-prodotti,

O.

billi l-Kummissjoni għandha tosserva u tanalizza l-effetti tal-operazzjonijiet tal-hedge funds u tal-fondi ta' ekwità privata, u tikkunsidra li tipproponi direttiva dwar ir-regoli ta' trasparenza minima dwar il-mod kif għandhom jiġu ffinanzjati l-investimenti fil-ġejjieni, l-immaniġġjar tar-riskju, il-metodi tal-evalwazzjoni, il-kwalifiki tal-maniġers u l-kunflitti ta' interess li jista' jkun hemm, kif ukoll l-iżvelar tal-istrutturi ta' sjieda u r-reġistrazzjoni tal-hedge funds,

P.

billi, sabiex taqdi l-ħtieġa tal-monitoraġġ tal-attività tas-swieq għal skopijiet ta' kontroll, l-informazzjoni dwar l-investimenti fil-hedge funds u s-self għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti mingħajr piż żejjed;

Q.

billi l-industrija tal-fondi hi mistennija li tkompli tiżviluppa lejn miżuri li jorbtu dwar il-governanza tal-kumpaniji bil-għan li jkun hemm aktar trasparenza li għandha tkun tidher ukoll għall-pubbliku; jitlob lijkun hemm titjib fil-mekkaniżmi ta' kontroll,

R.

billi l-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar prattiki biex jiżguraw li l-pensjonijiet tal-kumpaniji miskuba mill-impjegati jiġu mħarsa mill-fallimenti;

S.

billi l-Kummissjoni għandha tqis jekk għandhiex twessa' d-definizzjoni tal-prinċipju tal-“persuna prudenti”, fejn il-prinċipju huwa inkorporat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, b'mod li l-investituri jkollhom jivverifikaw li l-fondi għall-investiment alternattivi li jinvestu fihom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti u mal-istandards tal-aħjar prattiki stabbiliti mill-industrija;

T.

billi d-diversità attwali tad-definizzjonijiet tal-allokazzjoni privata fl-Istati Membri tikkostitwixxi ostaklu għas-suq intern u toħloq inċentivi biex jinxterdu ftit ftit prodotti ta' riskju kbir fis-suq bl-imnut,

U.

billi għandha titwaqqaf one-stop-shop websajt għall-kodiċi ta' kondotta, inkluż reġistru ta' dawk li huma konformi, l-iżvelar tagħhom u l-ispjegazzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità; josserva li r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità jistgħu jkunu għodda għat-tagħlim; billi din il-websajt għandha titwaqqaf għall-UE u tiġi promossa nternazzjonalment,

V.

billi fir-Rapport dwar l-Istabilità Finanzjarja Globali ta' April 2008, il-FMI wissa li “s-suq tad-dejn korporattiv jidher vulnerabbli minħabba li r-rati fissi mistennijin jogħlew, minħabba fatturi makro-ekonomiċi u strutturali,”

W.

billi ż-żieda riċenti fit-tranżazzjonijiet tal-ekwità privata żiedet b'mod sinifikanti l-għadd ta' impjegati li fl-aħħar mill-aħħar għandhom l-impjieg tagħhom ikkontrollat mill-fondi tal-kapital, u għalhekk, għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għal-liġijiet nazzjonali eżistenti tal-impjiegi għall-liġi tal-Komunità dwar l-impjieg (b'mod partikulari d-Direttiva 2001/23/KE), li kienet tfasslet metadan ma kienx il-każ; billi l-liġi nazzjonali u Komunitarja dwar l-impjiegi għandha tapplika fuq bażi mhux diskriminatorja, li tinkludi t-trattament ġust u xieraq tal-atturi ekonomiċi kollha b'responsabiltajiet simili lejn l-impjegati,

X.

billi f'bosta sistemi legali, il-hedge funds u l-fondi ta' ekwità privata li huma sidien u jikkontrollaw kumpaniji mhumiex meqjusa bħala istituzzjonijiet li jħaddmu u għalhekk huma eżentati mill-obbligi legali ta' min iħaddem,

Y.

billi f'każ ta' ammont estrem ta' dejn, il-kumpaniji jippreżentaw profil ogħla ta' riskju,

Z.

billi, bħall-każ ta' entitajiet oħra, jista' jkun hemm kunflitti ta' interess ikkawżati jew mill-mudell kummerċjali tal-ekwità privata jew tal-hedge funds jew mir-relazzjoni bejn dawk il-meżżi u atturi oħra involuti fis-swieq finanzjarji; billi l-leġiżlazzjoni tal-Komunità eżistenti mgħandhiex tkun ristretta għall-hedge funds u l-ekwità privata, u għandha tkun konformi ma' standards bħall-prinċipji IOSCO għall-immaniġjar ta' kunflitti ta' interess mill-iskemi ta' investiment kollettiv u intermedjarji tas-suq;

AA.

billi s-sistemi ta' remunerazzjoni għall-maniġers tal-hedge funds u tal-fondi ta' ekwità privatai jistgħu jirriżultaw f'inċentivi m'humiex f'lokhom li jwasslu biex jittieħdu riskji irresponsabbli,

AB.

billi l-hedge funds kienu fost l-investituri fil-prodotti bi struttura kumplessa li kienu soġġetti għall-kriżi ta' kreditu, u għalhekk ġarrbu telf bħal ma għamlu investituri oħrajn,

AC.

billi, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni, u minħabba l-interazzjonijiet qawwija madwar is-swieq u bejn il-parteċipanti tas-suq, u minħabba l-għan ta' kundizzjonijiet omoġenji bejn il-fruntieri u bejn parteċipanti tas-suq regolati u mhux regolati, qegħdin jittieħdu diversi inizjattivi fl-UE fuq livell gloabali, li jinkludu reviżjoni tar-Rekwiżiti Kapitali u tad-Direttivi dwar l-Adegwatezza tal-Kapital u proposta għal direttiva dwar l-Aġenziji tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies), sabiex tinkiseb regolamentazzjoni aktar koerenti u armonizzata bla eċċezzjoni,

AD.

billi r-regolamentazzjoni bbażata fuq il-prinċipji hija strateġija xierqa sabiex ikunu rregolati s-swieq finanzjarji, minħabba li tista' tlaħħaq aħjar mal-iżviluppi tas-swieq,

AE.

billi jeħtieġ li tittieħed azzjoni fuq il-livell tal-UE abbażi tas-seba' prinċipji għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji:

kopertura regolatorja: il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti għandha tiġi riveduta biex jiġu identifikati l-lakuni regolatorji; il-varjazzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu riveduti u għandha tiġi promossa l-armonizzazzjoni, pereżempju, permezz tal-kulleġġi tal-kontrolluri jew b'modi oħra; għandhom ikunu segwiti l-ekwivalenza u l-koperazzjoni internazzjonali;

kapital: ir-rekwiżiti kapitali għandhom ikunu mandatorji għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u għandhom jirriflettu r-riskju mit-tip ta' negozju, espożizzjoniu kontroll tar-riskju; għandhom jitqiesu wkoll orizzonti ta' likwidità itwal;

oriġini u distribuzzjoni: sabiex jinkiseb allinjament aħjar tal-interessi tal-investituri u l-oriġinaturi, ġeneralment l-oriġinaturi għandhom iżommu l-espożizzjoni għall-prodotti ggarantiti billi jżommu investiment rappreżentattiv fil-prodott; għandu jsir żvelar tal-livell ta' investiment li l-oriġinaturi jżommu fil-prodotti ta' self; bħala alternattiva għaż-żamma, għandhom jiġu mistħarrġa miżuri oħra sabiex l-interessi tal-investituri jiġu allinjati;

kontabilità: għandha tiġi kkunsidrata teknika ta' twittija biex tagħmel tajjeb għall-effetti pro-ċikliċi tal-kontabilità tal-valur ġust;

valutazzjoni (ratings): sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fehim tas-suq tal-valutazzjonijiet (ratings), l-Aġenziji tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies) għandhom jadottaw kodiċi ta' kondotta rigward il-viżibilità tal-assunzjoni, il-kumplessità tal-prodott u l-prattiki tan-negozju; għandu jiġi mmaniġġjat il-kunflitt ta' interess; il-valutazzjoni (rating) mhux mitluba għandha tkun ikkategorizzata b'mod indipendenti u mhux użata bħala mezz ta' pressjoni biex jinkiseb in-negozju;

negozju derivattiv: in-negozju miftuħ u viżibbli ta' derivattivi għandu jkun promoted, kemm jekk hu on-exchange u kemm jekk le;

il-perjodu twil ta' żmien: pakketti ta' premju għandhom ikunu alinjati ma' riżultati fuq żmien twil, b'mod li jirriflettu t-telf u l-profotti;

AF.

billi azzjoni bħal din tipprovdi bażi legali, universali u komprensiva, li tinkludi l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li huma akbar minn ċertu daqs, u tieħu kont b'mod reċiproku l-prattiċi superviżorji u regolatorji internazzjonali,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex sa l-aħħar tal-2008 tressaq lill-Parlament, abbażi tal-Artikolu 44, l-Artikolu 47(2), jew l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, proposta jew proposti leġiżlattivi li jkopru lill-parteċipanti tas-swieq finanzjarji sinifikanti kollha, inklużi l-hedge funds u l-ekwità privata, li jirrispondu għas-seba' prinċipji msemmija fil-Premessa AE u li jkunu skond ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati li ġejjin;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.

Jikkunsidra li implikazzjonijiet finanzjarji possibbli tal-proposta jew tal-proposti mitluba għandhom ikunu koperti mill-allokazzjonijiet baġitarji tal-UE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati mehmużin magħha lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(2)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(3)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(4)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(5)  ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

(6)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28.

(7)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20.

(8)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35.

(9)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(10)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(11)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(12)  ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16.

(13)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(14)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(15)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(17)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(18)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(19)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(20)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(21)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(22)  ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.

(23)  ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 407.

(24)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 257.

(25)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0627.

(26)  ĠU C 175 E 10.7.2008, p. 392.

(27)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0058.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA(I) MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1 dwar l-istabilità finanzjarja, il-kapital u l-kopertura regolatorja universali

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola:

Ir-Rekwiżiti Kapitali — Il-kumpaniji tal-investiment, inklużi s-soċjetajiet b' isem kolletiv u is-soċjetatiet in akkomandita, il-kumpaniji tal-assikurazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi konvenzjonali (bħall-UCITS u l-arranġamenti tal-pensjonijiet) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kapitali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha, ir-rekwiżiti kapitali xierqa jkomplu jkunu bbażati fuq ir-riskju, u mhux ibbażati fuq l-entità, . Il-kontrolluri jistgħu jieħdu kont tal–aderenza mal-kodiċi ta' kondotta. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti kapitali m'għandhomx ikunu rekwiżiti addizzjonali għal regoli diġà eżistenti u fl-ebda każ m'għandhom jitqiesu bħala garanzija f'każ tal-falliment ta' fond.

L-Oriġinaturi u t-Titolizzazzjoni — Il-proposta/i tal-Kummissjoni rigward ir-rekwiżiti kapitali għandha titlob li l-oriġinaturi jżommu porzjonijiet mis-self iggarantit fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom jew li jimponu rekwiżiti kapitali fuq l-oriġinatur li huma kkalkulati fuq l-assunzjoni li huma żammew dawk il-porzjonijiet jew li pprovdew mezzi oħrajn biex jallinjaw l-interessi tal-investituri u l-oriġinaturi.

Superviżjoni mill-UE tal-Aġenziji tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies) — Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tal-UE tal-Aġenziji tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies), proċeduri u konformità, b'dmirijiet allokati għal korpi eżistenti bħall-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR), sabiex trawwewm il-kompetizzjoni u tippermetti l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-valutazzjonijiet (ratings) tal-kreditu.

Valutazzjoni — Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bbażati fuq il-prinċipju dwar il-valutazzjoni ta' strumenti finanzjarji mhux likwidi b'mod konformi mal-ħidma ta' korpi internazzjonali kompetenti sabiex toffri ħarsien aħjar lill-investituri u lill-istabilità tas-swieq finanzjarji, waqt li jiġu kkunsidrati l-inizjattivi varji dwar il-valutazzjoni li għaddejin bħalissa fl-UE u globalment u jiġi kkunsidrati l-aħjar modi kif din il-valutazzjoni tista' tiġi promossa.

Prime brokers — Ir-rekwiżiti ta' trasparenza li huma applikabbli għal kwalunkwe istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta' prime brokerage għandu jiżdied b'konformità mal-kumplessità u l-opaċità tal-istruttura jew in-natura tal-iskoperturi, li għalihom ikunu esposti permezz tat-tranżazzjonijiet tagħhom mal-prodotti u l-atturi kollha, inklużi l-hedge funds u l-ekwità privata.

Venture Capital u s-settur tal-SMEs: Il-Kummissjoni għandha tipproponi leġiżlazzjoni biex tipprovdi biex tipprovdi qafas armonizzat madwar l-UE għall-venture capital, u partikularment biex tiżgura aċċess transkonfinali għal kapital ta' dan it-tip għall-qasam tal-SMEs b'konformità mal-Aġenda ta' Liżbona. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha timplimenta, bla dewmien, il-proposti għall-politika stipulati fil-komunikazzjoni tagħha dwar t-tneħħija tal-ostakoli għall-investimenti transkonfinali permezz tal-venture capital. Il-proposta għandha tkun konformi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni tajba u għandha tevita kumplessitajiet legali, fiskali u amministrattivi addizzjonali fil-livell tal-UE.

Rakkomandazzjoni 2 rigward miżuri ta' trasparenza

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola:

Reġim ta' Allokazzjoni Privata — Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' sistema Ewropea ta' allokazzjoni privata li tippermetti distribuzzjoni transkonfini ta' prodotti investiment, inklużi l-meżżi ta' investiment alternattivi, għall-gruppi ta' investituri sofistikati eliġibbli. Proposta bħal din għandha tistabbilixxi, fejn xieraq, il-prinċipji li ġejjin ta' żvelar lill-investituri u l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti:

l-istrateġija ġenerali tal-investiment u l-politika rigward drittijiet dovuti,

rikors għall-leverage/esponiment tad-dejn, is-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju u l-metodi tal-valutazzjoni tal-portfolio,

is-sors u l-ammont ta' fondi miġbura, inkluż internament,

regoli li jipprovdu għal trasparenza sħiħa fis-sistema ta' ħlas ta' eżekuttivi ta' livell għoli u ta' maniġers superjuri, inklużi l-istock options,

ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-azzjonisti lil hinn minn ċertu proporzjon.

Investituri — Il-Kummissjoni għandha, b'koperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji, tfassal regoli li jiżguraw żvelar ċar u komunikazzjoni ta' informazzjoni rilevanti u materjali lill-investituri.

Il-ekwità privata u l-protezzjoni tal-impjegati — Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li d-Direttiva 2001/23/KE dejjem tiggarantixxi l-istess drittijiet lill-impjegati, inkluż id-dritt li jkunu infurmati u kkonsultati, kull meta l-kontroll tal-intrapriża jew tan-negozju inkwistjoni jkun trasferit minn kwalunkwe investitur, inklużi l-hedge funds u l-ekwità privata.

Skemi ta' pensjoni — Minn nofs is-snin 90, żdied l-għadd ta' fondi tal-pensjoni u kumpaniji tal-assigurazzjoni b'investiment fil-hedge funds u l-fondi ta' ekwità privatai, u l-falliment jistgħu jaffettwa ħażin id-drittijiet għall-pensjoni tal-membri tal-iskemi tal-pensjoni. Meta tkun qiegħda tirrevedi d-Direttiva 2003/41/KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impjegati jew ir-rappreżentanti tal-persunal ikunu mgħarrfa b'mod dirett jew permezz ta' fiduċjarji dwar il-mod kif jiġu investiti l-pensjonijiet tagħhom u dwar ir-riskji assoċjati magħhom.

Rakkomandazzjoni 3 rigward Miżuri dwar Dejn Eċċessiv

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola:

Ekwità privata u leverage — Il-Kummissjoni, waqt ir-reviżjoni tad-Direttiva 77/91/KEE, għandha tiżgura li kwalunkwe emenda taderixxi mal-prinċipji fundamentali li ġejjin: li jkun hemm kapital li jinżamm skond ir-riskju, li jkun hemm aspettativi raġonevoli li l-livell ta' leverage ikun sostenibbli kemm għall-fond/kumpanija tal-ekwità privata u kemm għall-kumpanija kkonċernata, u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni b'mod inġust kontra l-investituri privati speċifiċi jew bejn il-fondi ta' investiment differenti jew vetturi li jużaw strateġija simili.

l-iżvutar tal-kapital — Il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri supplimentari armonizzati fuq il-livell tal-UE, fejn meħtieġ, abbażi ta' evalwazzjoni tal-opzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali u Komunitarji eżistenti sabiex jiġi evitat asset-stripping fil-kumpaniji fil-mira.

Rakkomandazzjoni 4 rigward il-miżuri dwar kunflitti ta' interess

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola:

Il-Kummissjoni għandha ddaħħal ukoll regoli biex tiżgura separazzjoni effettiva bejn is-servizzi li l-kumpaniji ta' investiment jipprovdu għall-klijenti tagħhom. Il-Parlament Ewropew jixtieq itenni li kwalunkwe aġġustament għandu jkun applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u għalhekk ma jkunx diskriminatorju. Kif irrakkomandat l-IOSCO, l-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu firxa ta' servizzi finanzjarji differenti għandhom ikollhom politiki u proċeduri, inkluż l-iżvelar xieraq, fuq il-livell tal-kumpanija u tal-grupp li jippermettilhom li jidentifikaw u jevalwaw mezzi xierqa dwar kif jittrattaw il-kunflitti jew il-kunflitti potenzjali.

L-Aġenziji ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies) — L-Aġenziji ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies) għandhom ikunu meħtieġa li jżidu l-informazzjoni u li jneħħu jew jissieltu kontra l-informazzjoni asimmetrika u l-inċertezza, u għandhom jiddikjaraw il-kunflitti ta' interess li joperaw fihom mingħajr ma jeqirdu s-sistema finanzjarja orjentata lejn it-transazzjoni. B'mod partikulari, l-Aġenziji ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (Credit Rating Agencies) għandhom jintalbu biex jifirdu n-negozju ta' valutazzjoni (rating) tagħhom minn kwalunkwe servizz ieħor (bħall-parir jew l-istrutturar tat-tranzazzjonijiet) li jipprovdu fir-rigward ta' kull obbligu jew entità li jivvalutaw (rating).

L-aċċess għas-suq u l-konċentrazzjoni — id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni għandu jniedi stħarriġ ġenerali dwar l-effetti tal-konċentrazzjoni tas-suq u dwar l-effetti ta' atturi dominanti fl-industrija tas-servizzi finanzjarji u fid-dawl tas-sitwazzjoni internazzjonali, inklużi l-hedge funds u l-ekwità privata. Il-Kumitat għandu jevalwa wkoll jekk ir-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarja humiex applikati mill-parteċipanti tas-suq kollha, jekk ikun hemmx konċentrazzjoni tas-suq illegali jew xi ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli għall-parteċipanti ġodda kif ukoll il-ħtieġa li titneħħa leġiżlazzjoni li taġevola entitajiet stabbiliti u l-istrutturi tas-suq kurrenti fejn il-kompetizzjoni tkun limitata;

Rakkomandazzjoni 5 dwar leġiżlazzjoni dwar servizzi finanzjarji eżistenti

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola:

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-leġiżlazzjoni kollha tal-Komunità rilevanti għas-swieq finanzjarji sabiex tidentifika xi lakuni fir-rigward tar-regolament dwar il-hedge funds u l-ekwità privata u, skond ir-riżultati ta' dan l-eżami, tressaq lill-Parlament Ewropew proposta jew proposti leġiżlattivi biex fejn ikun hemm bżonn jiġu emendati d-direttivi eżistenti sabiex ikunu regolati aħjar il-hedge funds, il-ekwità privata u atturi relevanti oħra. Regolamentazzjoni bħal din għandu jkollhagħan speċifiku.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/34


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Trasparenza tal-investituri istituzzjonali

P6_TA(2008)0426

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-investituri istituzzjonali (2007/2239(INI))

2010/C 8 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-ħarsien tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpaniji fi ħdan it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (1),

wara li kkunsidra r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (2),

wara li kkunsidra s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet ikkonsolidati (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-'Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku' (5)),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta' valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta' ċerti tipi ta' kumpaniji kif ukoll ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) bl-iskop li jiġu rregolati kumpanniji ta' amministrazzjoni u prospectuses simplifikati (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), b'rigward għal investimenti ta' UCITS (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar “insider dealing” u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (14),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (15),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (16) (id-'Direttiva dwar it-Trasparenza'),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (17),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (18),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (19),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu (20),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-organizzazzjoni u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-iskopijiet ta' dik id-Direttiva (21) (Direttiva Implimentattiva tal-MiFID),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet (22),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpanniji kkwotati (23),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi għall-investiment u s-swieq regolati (24),

wara li kkunsidra l-Istudju dwar il-Fondi Protetti: It-Trasparenza u l-Kunflitti ta' Interess, ikkummissjonat mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu (25),

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijier Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0296/2008),

A.

billi huwa rikonoxxut li mezzi ta' investiment alternattivi bħall-fondi spekulattivi u l-kapital privat jistgħu joffru benefiċċji ġodda ta' diversifikazzjoni lill-amministraturi tal-assi, iżidu l-likwidità tas-suq u l-prospetti ta' redditu għoli għall-investituri, jikkontribwixxu għall-proċess biex jinstabu l-aħjar prezzijiet għall-integrazzjoni finanzjarja, u jtejbu l-effiċenza tas-suq,

B.

billi l-fondi spekulattivi u l-kapital privat huma mezzi ta' investiment distinti li jvarjaw fir-rigward tan-natura tal-investiment u l-istrateġija tal-investiment,

C.

billi l-fondi spekulattivi u l-kapital privat ibbażati fl-UE jeħtieġu ambjent regolatorju li jirrispetta l-istrateġiji ta' innovazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jibqgħu kompetittivi fuq livell internazzjonali filwaqt li jtaffi l-effetti tad-dinamika potenzjali negattiva tas-suq; billi hemm riskju li leġiżlazzjoni speċifika skont il-prodott tkun inflessibbli u toħnoq l-innovazzjoni,

D.

billi l-fondi spekulattivi u l-kapital privat li l-kumpanija amministrattiva tagħhom hija domiċiljata fl-UE għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti u futura; billi l-entitajiet li mhumiex ibbażati fl-UE wkoll għandhom jikkonformaw ma' din il-leġiżlazzjoni fil-kuntest ta' ċerta attività,

E.

billi l-fondi spekulattivi fit-territorju tal-UE, il-maniġers tal-fondi spekulattivi fl-UE u d-ditti ta' kapital privat fl-UE huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni eżistenti, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-abbuż tas-suq, u billi huma suġġetti għal regolazzjoni indirettament permezz ta' kontropartijiet u kif ukoll meta jinbiegħu investimenti relatati fi prodotti regolati,

F.

billi f'ċerti Stati Membri l-fondi spekulattivi u l-kapital privat huma suġġetti għal sistemi regolatorji nazzjonali u għal implimentazzjoni differenti tad-Direttivi eżistenti tal-UE; billi dawn ir-regoli nazzjonali diverġenti jwasslu għal riskju ta' frammentazzjoni regolatorja fis-suq intern, li jista' jkollu l-effett li jostakola l-iżvilupp transkonfinali ta' dan in-negozju fl-Ewropa,

G.

billi d-direttivi jidhru li huma l-istrumenti legali xierqa li bihom għandha tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni li jeħtieġ li tiġi trattata fir-rigward tal-fondi spekulattivi u l-kapital privat; billi l-analiżi u l-evalwazzjoni tal-impatt fuq il-fondi spekulattivi u l-kapital privat tal-leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ fl-Istati Membri u fl-UE għandhom jippreċedu kwalunkwe direttiva dwar it-trasparenza tagħhom; billi din il-leġiżlazzjoni għandha tkun il-punt tat-tluq lejn l-armonizzazzjoni; u billi jista' jkun hemm bżonn li r-regolamenti eżistenti jiġu aġġustati iżda għandhom jiġu evitati bidliet li jintroduċu diverġenzi bla ġustifikazzjoni,

H.

billi huwa rikonoxxut li waħda mill-kwistjonijiet ewlenin hija l-bżonn tat-trasparenza u l-analiżi tagħha u kif ukoll il-każijiet fejn din it-trasparenza tista' tiżdied; billi t-trasparenza għandha diversi aspetti, bħal pereżempju t-trasparenza tal-fondi spekulattivi u -skont kif ikun il-każ — il-kapital privat fil-konfront tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma jakkwistaw jew jippossjedu, u kif ukoll fil-konfront ta' “prime brokers”, investituri istituzzjonali bħall-fondi tal-pensjonijiet jew il-banek, l-investituri bl-imnut, l-imsieħba fin-negozju, ir-regolaturi u l-awtoritajiet; billi waħda mill-problemi ewlenin tat-trasparenza tinsab fir-relazzjoni bejn fond protett u — skont kif ikun il-każ — kapital privat fuq naħa u l-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma jakkwistaw jew jippossjedu fuq in-naħa l-oħra,

I.

billi l-esperjenza tal-Istati Uniti, fejn il-leġiżlazzjoni dwar il-libertà tal-informazzjoni ntużat minn kompetituri biex jiksbu dettalji dwar fondi ta' investiment f'livell intenzjonat għall-investituri, uriet li dan ikkomprometta kemm lill-investituri u kif ukoll lill-fond,

J.

billi l-implimentazzjoni inkonsistenti tad-Direttiva dwar it-Trasparenza wasslet għal livelli diverġenti ta' trasparenza madwar l-UE u għal prezzijiet għoljin għall-investituri,

K.

billi t-trasparenza hija kundizzjoni essenzjali għall-fiduċja tal-investituri u għall-fehim ta' prodotti finanzjarji kumplessi, u għalhekk tikkontribwixxi għall-aqwa tħaddim u stabbilità tas-swieq finanzjarji; billi t-trasparenza hija ta' għajnuna għad-diliġenza dovuta u mhux sostituzzjoni tagħha,

L.

billi r-raġuni prinċipali għall-kriżi tal-krediti “sub-prime” ma tistax tiġi attribwita lil settur wieħed — filwaqt li wieħed irid iżomm f'moħħu li se jkun hemm bżonn ta' ħafna żmien biex nifhmu l-kawżi u l-effetti kollha ta' din il-kriżi, u billi r-raġunijiet varji tal-kriżi jinkludu inter alia:

l-aġenziji li jikklasifikaw id-debituri (rating agencies), speċjalment il-konflitti ta' interess u l-kunċett żbaljat tat-tifsira tal-kassifika,

prattiki ta' self negliġenti fis-suq tad-djar tal-Istati Uniti,

innovazzjoni rapida fil-qasam ta' prodotti bi struttura kumplessa,

il-mudell “originate-to-distribute” u l-katina ta' intermedjazzjoni twila,

ir-regħba tal-investituri li jfittxu redditi dejjem ogħla u struttura ta' inċentivi li ma tħarisx 'il quddiem fir-rigward tar-remunerazzjoni,

in-nuqqas li jitħares il-proċess tad-diliġenza dovuta,

il-proċess ta' kklassifikar u ta' titolizzazzjoni tal-aġenziji fil-kuntest ta' prodotti bi strutturi kumplessi, li wassal għal prezzijiet għoljin wisq ta' dawn il-prodotti fir-rigward tal-assi bażi,

konflitti ta' interessi fi ħdan il-banek tal-Investiment Amerikani, u n-nuqqas tar-regolazzjoni tagħhom,

M.

billi l-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi mekkaniżmi bħal pereżempju l-proċedura ta' komitoloġija jew il-proċedura Lamfalussy li jippermettu, permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni, flessibilità fir-reazzjoni għall-ambjent tan-negozju li dejjem jinbidel; billi din is-sistema se titjieb bl-istrument ta' atti ddelegati skont it-Trattat ta' Liżbona,

N.

billi bosta fondi spekulattivi u inizjattivi ta' kapital privat u organizzazzjonijiet differenti bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku u korpi industrijali, inklużi dawk relatati mal-fondi spekulattivi u l-kapital privat, waqqfu prinċipji u kodiċi tal-aħjar prattika li jistgħu jikkomplementaw u jservu bħala mudell għal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi, minbarra milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju għandhom jitħeġġu sabiex jaderixxu ma' dawn il-kodiċi fuq il-prinċipju fejn, f'każ ta' nuqqas ta' konformità, huma jispjegaw l-azzjonijiet tagħhom (“comply-or-explain”) filwaqt li dawn id-dettalji u spjegazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli pubblikament u evalwati kif xieraq,

O.

billi xi prodotti mhux regolamentati (over-the-counter — (OTC)) jistgħu jużaw sistemi kummerċjali aktar trasparenti jew viżibbli sabiex, fejn hu possibbli, tiżdied il-valutazzjoni skont il-valur attwali fis-suq (mark-to-market) u tingħata indikazzjoni ta' bidliet ta' sjieda potenzjali; billi sistema għall-approvazzjoni (clearing) ta' prodotti mhux regolamentati hi attraenti għall-iskopijiet ta' sorveljanza superviżorja u ta' evalwazzjoni tar-riskji, iżda, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fil-kuntest globali, hemm bżonn li kwalunkwe sistema ġdida tiġi introdotta fuq bażi internazzjonali;

P.

billi l-monitoraġġ u l-irraportar mifruxin mal-industrija għandhom irwol fl-indirizzar tat-tħassib pubbliku u biex jiġi mifhum l-impatt ekonomiku tal-kapital privat, u billi diġà hemm obbligu fuq il-kumpaniji privati u pubbliċi biex jikkonsultaw lill-impjegati tagħhom dwar kwistjonijiet li jaffettwaw l-interessi tagħhom; billi m'għandux jinħoloq żbilanċ bejn l-iżvelar ta' tagħrif kummerċjali rikjest minn kumpaniji b'portafoll ta' kapital privat u dak rikjest minn kumpaniji privati oħrajn,

Q.

billi leġiżlazzjoni relatata mal-prodott ma tidhirx li hija t-tip ta' regolament xieraq biex jiġi indirizzat dan is-settur innovattiv,

R.

billi websajt li sservi għal kollox (one-stop-shop) tkun ta' għajnuna u għandha titwaqqaf għall-Unjoni Ewropea u għandha tiġi promossa fuq livell internazzjonali; billi din il-websajt għandha tinkludi reġistru ta' dawk il-parteċipanti tas-suq li jikkonformaw mal-kodiċi ta' imġiba, l-iżvelar tagħhom u r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-nuqqas ta' konformità; billi r-raġunijiet għal nuqqas ta' konformità jistgħu jkunu wkoll għodda ta' tagħlim,

S.

billi qed tinġibed l-attenzjoni għall-bżonn li jingħelbu l-ostakli għad-distribuzzjoni transkonfinali ta' investimenti alternattivi billi titwaqqaf sistema Ewropea ta' pjazzament privat għall-investituri istituzzjonali,

T.

billi, fil-kuntest ta' kapital privat, l-ispejjeż ta' kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' rrapurtar, b'mod partikulari meta dawn ir-rekwiżiti jkunu frekwenti, għandhom ikunu ġustifikati u proporzjonati għall-benefiċċji li joħorġu minnhom; billi, fil-kuntesti kollha, hemm bżonn ta' rabta aħjar bejn il-pakketti ta' remunerazzjoni u r-rendiment fit-tul,

U.

billi mhix qed titħejja ebda proposta f'dan il-qasam,

1.

Jitlob lill-Kummisjoni biex tippreżenta lill-Parlament, fuq il-bażi tal-Artikoli 44,47(2) jew 95 tat-Trattat KE, skont il-materja tas-suġġett, proposta leġiżlattiva jew proposti leġiżlattivi dwar it-trasparenza tal-fondi spekulattivi u l-kapital privat; jitlob li tali proposta/i titfassal/jitfasslu fid-dawl ta' diskussjonijiet interistituzzjonali, u li ssegwi/jsegwu r-rakkomandazzjonijiet dettaljati mehmuża;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.

Iqis li l-proposti mitluba m'għandhom l-ebda implikazzjonji finanzjarja;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(2)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(3)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(4)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(5)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28.

(7)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20.

(8)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35.

(9)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(10)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(11)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.

(12)  ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16.

(13)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(14)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(15)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(17)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(18)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(19)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(20)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(21)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(22)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 11.

(23)  ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.

(24)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 329.

(25)  IP/A/ECON/IC/2007-24.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTI MITLUBA

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi direttiva jew direttivi li tiggarantixxi/jiggarantixxu standard komuni ta' trasparenza u biex tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija hawn taħt li jkopru l-fondi spekulattivi u l-kapital privat, fuq il-bażi li d-direttiva/direttivi għandha tagħti/għandhom jagħtu lill-Istati Membri, fejn ikun neċessarju, biżżejjed flessibilità biex jittrasponu r-regoli tal-UE fis-sistemi eżistenti tagħhom tal-liġi dwar il-kumpaniji; fuq l-istess binarju, jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ titjib fit-trasparenza billi tappoġġja u tissorvelja l-evoluzzjoni tal-awtoregolazzjoni diġà introdotta mill-maniġers tal-fondi spekulattivi u l-kapital privat u l-kontropartijiet tagħhom, u biex tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw dawn l-isforzi permezz ta' djalogu u skambju tal-aħjar prattika.

Filwaqt li jqis il-fatt li ma hemm l-ebda żvelar pubbliku uniformi dwar fondi sovrani (SWFs), il-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Fond Monetarju Internazzjonali biex jitwaqqaf grupp ta' ħidma biex ifassal kodiċi ta' kondotta internazzjonali għall-fondi sovrani, u jemmen li din il-kodiċi ta' kondotta tista' tikkontribwixxi biex tneħħi l-ambigwità li hemm madwar l-attivitajiet tal-fondi sovrani; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu sehem f'dan il-proċess;

Dwar il-fondi spekulattivi u l-kapital privat

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti leġiżlattivi xierqa permezz tar-reviżjoni tal-acquis communautaire eżistenti li jeffettwa tipi varji ta' investituri u kontropartijiet, flimkien ma' evalwazzjoni tal-impatt u bl-involviment tal-industriji kkonċernati, biex tiġi esplorata l-possibilità li ssir distinzjoni bejn il-fondi spekulattivi, il-kapital privat u investituri oħrajn u biex taddatta jew tistabilixxi regoli li jipprovdu sabiex tingħata informazzjoni relevanti u materjali, ċara u fil-ħin sabiex jiġi ffaċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-komunikazzjoni trasparenti bejn l-investituri u l-amministrazzjoni tal-kumpaniji u kif ukoll bejn l-investituri u kontropartijiet oħrajn; fejn diġà jeżistu l-proposti dawn għandhom jiġu implimentati kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora modijiet varji kif jisgħu jitjiebu l-viżibilità u l-fehim tar-riskju, b'mod distint mill-affidabilità ta' kreditu; għandha tingħata attenzjoni għall-kwistjoni dwar jekk il-miżuri ta' trasparenza u d-direttivi eżistenti u futuri humiex imdgħajfa minħabba dikjarazzjonijiet ta' ċaħda eċċessivi fil-kuntratti.

Il-leġiżlazzjoni ġdida għandha tesiġi li l-azzjonisti jinnotifikaw lill-emittenti dwar il-proporzjon tad-drittijiet tal-votazzjoni tagħhom bħala riżultat tal-akkwist jew il-bejgħ ta' ishma meta dan il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti speċifiċi, li jibdew minn 3 % minflok 5 %, kif spjegat fid-Direttiva 2004/109/KE; għandha wkoll tobbliga l-fondi spekulattivi u l-kapital privat, sa fejn dawn il-kategoriji ta' investituri jistgħu jiġu distinti minn oħrajn, biex jiżvelaw u jispjegaw – fil-konfront tal-kumpaniji li minnhom jakkwistaw ishma jew li jippossjedu ishma tagħhom, fil-konfront tal-investituri bl-imnut jew istituzzjonali, u fil-konfront tal-intermedjarji ewlenin u l-kontrolluri – il-politika ta' investiment tagħhom u r-riskji assoċjati;

Dawn il-proposti għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, li ssir bil-ħsieb li jiġi stabbilit sa liema punt ir-regoli eżistenti dwar it-trasparenza jistgħu jiġu applikati għas-sitwazzjoni speċifika tal-fondi spekulattivi u l-kapital privat.

Bil-ħsieb tal-proposti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

tesplora l-possibilità ta' termini kontrattwali, li għandhom jiġu applikati għal investimenti alternattivi, li jipprovdu għal żvelar u mmaniġġjar tar-riskju mingħajr ambigwitajiet, għal miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li jinqabżu l-limiti, għal deskrizzjoni ċara ta' perjodi ta' “lock-up”, u għal kundizzjonijiet espliċiti li jirregolaw il-kanċellament u t-terminazzjoni tal-kuntratt;

tinvestiga l-kwistjoni ta' ħasil ta' flus fil-kuntest tal-fondi spekulattivi u l-kapital privat;

tesplora l-possibilitajiet ta' armonizzazzjoni tar-regoli u r-rakkomandazzjonijiet għall-fondi spekulattivivi u – skont kif ikun il-każ – għall-kapital privat biex jiġu rreġistrati u identifikati l-azzjonisti lil hinn minn ċerta proporzjon, u kif ukoll biex jiżvelaw l-istrateġiji u l-intenzjonijiet tagħhom – filwaqt li żżomm f'moħħha li għandu jiġi evitat eċċess ta' informazzjoni;

tesplora l-bżonn u l-modijiet kif l-intermedjarji jiġu obbligati li jippermettu lill-azzjonisti oriġinali li jipparteċipaw b'mod attiv fil-votazzjoni waqt il-laqgħat ġenerali u biex jiżguraw li l-istruzzjonijiet tagħhom dwar il-votazzjoni jiġu rrispettati minn dawk li jkollhom il-prokura, u kif ukoll biex jiġi żgurat li jiġu żvelati l-politiki ta' votazzjoni tal-azzjonijisti identifikati;

tistabbilixxi, flimkien mal-industrija, kodiċi tal-aħjar prattika dwar kif jerġa' jinstab il-bilanċ tal-istruttura attwali tal-governanza korporattiva bil-għan li tissaħħaħ l-orjentazzjoni fit-tul u biex jiġu skuraġġuti inċentivi finanzjarji u inċentivi oħrajn għal teħid ta' riskju eċċessiv fi żmien qasir u aġir irresponsabbli;

tistabbilixxi regoli li jipprovdu trasparenza sħiħa tas-sistema ta' remunerazzjoni tal-maniġers, inklużi drittijiet għal stokks, permezz ta' approvazzjoni formali mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-kumpanija.

Speċifikament dwar il-fondi spekulattivi

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli li jsaħħu t-trasparenza tal-politika ta' votazzjoni tal-fondi spekulattivi, fuq il-bażi li dawk indirizzati mir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu l-amministraturi ta' dawn il-fondi; tali regoli jistgħu jinkludu wkoll sistema ta' identifikazzjoni tal-azzjonisti madwar l-UE kollha; fejn diġà jeżistu l-proposti dawn għandhom jiġu implimentati kif xieraq.

Bil-ħsieb tal-proposta/i leġiżlattiva/i msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

tinvestiga l-effetti tas-self ta' titoli u l-votazzjoni fuq ishma mislufa, filwaqt li tikkunsidra l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar;

teżamina jekk ir-rekwiżiti tar-rappurtaġġ japplikawx ukoll għall-ftehimiet ta' koperazzjoni bejn bosta azzjonisti u għall-akkwisti indiretti tad-drittijiet ta' votazzjoni permezz ta' arranġamenti alternattivi.

Speċifikament dwar il-kapitali privat

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi regoli li jipprojbixxu lill-investituri milli “jisirqu” kumpaniji (l-hekk imsejħa “asset stripping”) u għalhekk jużaw ħażin il-poter finanzjarju tagħhom b'mod li fuq perjodu ta' żmien fit-tul sempliċement jiżvantaġġja lill-kumpanija akkwistata, u dan mingħajr l-ebda impatt pożittiv fuq il-futur tal-kumpanija u fuq l-interess tal-impjegati, il-kredituri u l-imsieħba fin-negozju tagħha; barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tesplora regoli komuni biex tiġi garantita ż-żamma tal-kapital tal-kumpaniji; fuq l-istess binarji, il-Parlament Ewropew jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina jekk l-Istati Membri implimentawx jew le miżuri kontra l-bejgħ tal-assi għal qliegħ (asset stripping).

Bil-ħsieb tal-proposta/proposti leġiżlattiva/i msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha teżamina modijiet kif tindirizza kwistjonijiet li jqumu meta l-banek jisilfu ammonti ta' flus lill-akkwirenti, inkluż il-kapital privat, imbagħad jiċħdu kull responsabilità fir-rigward tal-iskop li għalih jintużaw dawn il-flus jew dwar minn fejn ikunu ġejjin il-flus użati biex jitħallas lura s-self, filwaqt li żżom f'moħħha li dawn il-punti fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu r-responsabilità tad-debitur u li r-rekwiżiti ta' kapital għal riskji komparabbli għandhom ikunu l-istess għas-sistema finanzjarja kollha.

Il-Parlament Ewropew jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina jekk hemmx bżonn li d-Direttiva dwar it-Trasferiment ta' Intrapriżi (1) tiġi aġġustata għas-sitwazzjoni speċifika tax-xiri bi spekulazzjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/41


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet — 2007

P6_TA(2008)0437

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fl-2007 (2008/2028(INI))

2010/C 8 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, speċjalment ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar ir-riżultati tal-missjoni għall-ġbir tal-fatti fir-reġjuni ta' Andalucia, Valencia u Madrid f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 194 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 u 192(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0336/2008),

A.

filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza singulari tal-proċess tal-petizzjonijiet fejn l-individwi tingħatalhom l-opportunità li jiġbdu għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew kwistjonijiet speċifiċi li jkunu ta' preokkupazzjoni diretta għalihom li jkopru l-qasam ta' attività tal-Unjoni,

B.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu dejjem jirsisti biex itejjeb l-effiċjenza tiegħu sabiex iservi aħjar liċ-ċittadini tal-UE u jissodisfa l-aspetattivi tagħhom,

C.

filwaqt li huwa konxju mill-fatt li, minkejja l-progress konsiderevoli fl-iżvilupp tal-istrutturi u l-politiki tal-Unjoni waqt dan il-perjodu, iċ-ċittadini ta' sikwiet jibqgħu konxji ta' ħafna nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni peress li jaffettwawhom b'mod dirett,

D.

billi, skont it-Trattat KE iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt ta' petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew iżda jistgħu wkoll iressqu l-ilmenti tagħhom quddiem istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-UE, b'mod partikulari l-Kummissjoni,

E.

billi l-isforzi biex tkun promossa u tingħata l-informazzjoni dwar id-dritt pubbliku ta' petizzjoni quddiem il-Parlament jibqgħu vitali fuq livell nazzjonali, sabiex jitqajjem l-interess pubbliku u, b'mod partikulari, tkun evitata l-konfużjoni dwar il-proċeduri varji dwar l-ilmenti,

F.

billi hija r-responsabilità tal-Istati Membri li japplikaw ir-regolamenti u d-direttivi tal-Komunità, responsabilità li jistgħu jiddelegaw lil awtoritajiet politiki reġjonali jew lokali skont l-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom stess,

G.

billi hija ħaġa leġittima li l-Parlament jeżerċita sorveljanza u superviżjoni demokratiċi tal-politiki tal-Unjoni, filwaqt li jżomm f'moħħu l-prinċipju importanti ta' sussidjarjetà, sabiex jiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni jiġu implimentati u mifhuma b'mod xieraq u li jissodisfaw l-iskop li għalih ikunu ġew imfassla, diskussi u adottati mill-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni,

H.

billi ċ-ċittadini tal-UE u r-residenti tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv f'din l-attività billi jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew, konsapevoli mill-fatt li t-tħassib tagħhom se jiġi indirizzat u investigat mill-kumitat responsabbli u li se tingħata risposta xierqa,

I.

billi t-Trattati eżistenti diġà fihom impenji biex jitħarsu, bħala prinċipji ewlenin tas-soċjetà Ewropea, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-minoritajiet, u billi t-Trattati l-ġodda dwar l-Unjoni Ewropea u dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk ikunu ratifikati mis-27 Stat Membru kollha, se jkomplu jsaħħu dan billi jinkorporaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, billi jipprovdu għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u permezz tal-introduzzjoni kemm ta' bażi legali għal inizjattivi leġiżlattivi taċ-ċittadini, kif ukoll ta' sistema xierqa ta' liġi amministrattiva għall-istituzzjonijiet tal-UE,

J.

billi l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula proċeduri li bihom l-Unjoni tista' tieħu azzjoni kontra ksur serju u persistenti min-naħa ta' Stat Membru fir-rigward tal-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 6 ta' dak it-Trattat,

K.

f’dan ir-rigward ifakkar li ċ-ċittadini tal-UE ta' sikwiet jippetizzjonaw lill-Parlament għal rimedju fejn iħossu li d-drittijiet tagħhom kif rikonoxxuti skont it-Trattati, ikunu nkisru u meta jsibu li r-rimedji ġudizzjarji jkunu inadegwati, mhux prattiki, imġebbdin wisq jew — kif ta' sikwiet ikun il-każ — jiswew ħafna flus,

L.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli, għandu d-dover mhux biss li jirrispondi l-petizzjonijiet individwali iżda wkoll li jfittex li jipprovdi soluzzjonjiet vijabbli għat-tħassib muri mill-petizzjonanti f'perjodu ta' żmien adegwat, u billi dan jikkostitwixxi l-objettiv ewlieni tal-ħidma tiegħu,

M.

billi s-soluzzjonijiet għat-tħassib tal-petizzjonanti ġeneralment jinstabu b'riżultat ta' koperazzjoni lejali bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, fuq naħa, u l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom fuq in-naħa l-oħra, li flimkien jipprovdu rimedji mhux ġudizzjarji,

N.

madankollu, billi mhux dejjem ikun hemm rieda ċara min-naħa tal-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi li jressqu l-petizzjonanti,

O.

billi, barra minn hekk, minkejja li l-allegazzjonijiet tal-petizzjonanti mhux dejjem ikunu fondati tajjeb, il-petizzjonanti huma intitolati għal spjegazzjoni u għal risposta raġunata mill-kumitat responsabbli,

P.

billi l-koordinazzjoni interistituzzjonali mtejba għandha twassal biex il-petizzjonijiet inammissibbli jiġu indirizzati mill-ġdid lejn l-awtoritajiet nazzjonali b'mod iktar effettiv,

Q.

billi l-petizzjonijiet jistgħu jiġu ddikjarati inammissibbli jekk ma jkunux jikkonċernaw il-qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea u billi l-proċess tal-petizzjonijiet mhuwiex metodu li ċ-ċittadini jistgħu jużaw bħala mezz ta' appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali legali jew politiċi kompetenti li jista' jkun li ma jaqblux magħhom,

R.

billi huwa essenzjali li l-Parlament jipprovdi lilu nnifsu bil-mezzi effettivi, f'termini ta' awtorità, regoli, proċeduri u riżorsi effettivi biex jirreaġixxi b'mod effiċjenti u f'waqtu għall-petizzjonjiet li jkun irċieva,

S.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista' jagħti kontribuzzjoni pożittiva għal tfassil aħjar tal-liġijiet, b'mod speċjali permezz tal-identifikar tal-oqsma nnotifikati mill-petizzjonanti fejn il-liġi eżistenti tal-UE tkun dgħajfa jew ineffettiva meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-att leġiżlattiv ikkonċernat, u billi, bil-koperazzjoni u taħt l-awtorità tal-kumitat leġiżlattiv kompetenti, dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jiġu rimedjati permezz ta' reviżjoni tal-atti leġiżlattivi kkonċernati,

T.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jagħti wkoll kontribuzzjoni sinifikanti għall-identifikazzjoni tal-istanzi fejn l-Istati Membri ma jkunux qed japplikaw il-liġi Komunitarja b'mod korrett, li f'numru ta' każijiet dan iwassal biex il-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta' ksur skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE,

U.

billi l-proċedura ta' ksur hija mfassla biex jiġi żgurat li l-Istat Membru kkonċernat jinġieb f'konformità mal-liġi Komunitarja eżistenti u barra minn hekk dan jiġi deċiż skont id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni mingħajr l-ebda dispożizzjoni għall-involviment dirett tal-parlament f'dan il-proċess, filwaqt li jinnota, madankollu, li bejn wieħed u ieħor terz tal-ksur ikunu relatati ma' kwistjonijiet ippreżentati minn petizzjonanti lill-Parlament Ewropew,

V.

billi proċedura ta' ksur, anki jekk tirnexxi, ma tistax tipprovdi rimedju b'mod dirett fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi mressqa mill-petizzjonanti individwali, billi dan idgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jissodisfaw l-aspettattivi tagħhom,

W.

billi fl-2007, meta n-numru ta' membri fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet żdied minn 25 għal 40, il-Parlament irreġistra 1 506 petizzjoni (li jirrappreżentaw żieda ta' 50 fil-mija meta mqabbla mal-2006), li minnhom 1 089 ġew iddikjarati ammissibbli,

X.

jinnota li fis-sena 2007, total ta' 159 petizzjonant ipparteċipaw f'laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u dan in-numru ma jinkludix lil dawk il-bosta oħrajn li kienu preżenti biex josservaw il-proċedimenti,

Y.

billi fl-2007 ġew organizzati sitt żjarat għall-ġbir tal-fatti fil-Ġermanja, fi Spanja, fl-Irlanda, fil-Polonja, fi Franza u f'Ċipru, li b'riżultat tagħhom ġew ippreparati rapporti u saru rakkomandazzjonijiet li sussegwentement intbagħtu lill-partijiet interessati kollha u b'mod partikulari lill-petizzjonanti,

Z.

billi ġew organizzati disa’ laqgħat plenarji tal-kumitat fejn ġew diskussi 'l fuq minn 500 petizzjoni individwali, bl-assistenza prezzjuża ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni, filwaqt li l-petizzjonanti kollha ġew infurmati bir-riżultat,

AA.

billi l-oqsma ta' prijorità li jikkonċernaw liċ-ċittadini tal-UE, kif espress fil-proċess tal-petizzjonijiet, jiffukaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-ambjent u l-ħarsien tiegħu, inklużi l-punti dgħajfa tad-Direttiva dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Ilma għax-Xorb, id-Direttivi dwar l-Iskart, id-Direttiva dwar l-Habitati, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar il-Moneylaundering u direttivi oħrajn, u li jinkludu preokkupazzjonijiet ġenerali dwar it-tniġġis u l-bidla fil-klima, id-drittijiet ta' proprjetà individwali u privata, is-servizzi finanzjarji, il-moviment ħieles u d-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi d-drittijiet tal-pensjoni u dispożizzjonijiet oħra tas-sigurtà soċjali, il-moviment ħieles tal-merkanzija u tat-tassazzjoni, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, il-libertà ta' stabbiliment, u allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità, sess jew minħabba li persuna tkun membru ta' minoranza,

AB.

billi s-suġġett tal-petizzjonijiet u l-eżaminazzjoni tagħhom involvew kwistjonijiet kontemporanji ewlenin bħall-bidla fil-klima, it-telf ta' bijodiversità, l-iskarsezza tal-ilma, ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea,

AC.

filwaqt li jżomm f'moħħu r-relazzjonijiet permanenti u kostruttivi stabbiliti bejn l-Ombudsman Ewropew, li huwa responsabbli biex jinvestiga l-ilmenti taċ-ċittadini rigward allegazzjonijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet tal-UE, u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet li regolarment jirrapporta lill-Parlament dwar ir-Rapport Annwali tal-Ombudsman jew dwar Rapporti Speċjali — li jibqa’ l-aħħar mezz ta' azzjoni li jkollu l-Ombudsman meta ma jingħatax widen għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu — li minnhom kien hemm wieħed fl-2007,

AD.

billi talba mill-kumitat responsabbli ppreżentata f'Ġunju tal-2007 għal awtorizzazzjoni għat-tfassil ta' rapport dwar Rapport Speċjali mill-Ombudsman lill-Parlament dwar amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi ġiet irrifjutata b'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti fil-15 ta' Novembru 2007,

AE.

filwaqt li jżomm f'moħħu l-iżviluppi futuri li se jkomplu jkabbru l-involviment taċ-ċittadini tal-UE fl-attività u fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea, speċjalment bl-introduzzjoni tal-“inizjattiva taċ-ċittadini” prevista fit-Trattat ta' Liżbona, jekk ikun ratifikat mis-27 Stat Membru kollha, li se tippermetti li mhux inqas minn miljun individwu minn diversi Stati Membri jitolbu proposta għal att leġiżlattiv ġdid, u li għal dan għandhom jiġu introdotti proċeduri speċifiċi li jinvolvu lill-Kummissjoni, li lejha jridu jkunu indirizzati dawn l-inizjattivi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

AF.

billi jekk il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tkun effettiva u effiċjenti, dan jagħti sinjal ċar liċ-ċittadini li t-tħassib leġittimu tagħhom qed jiġi indirizzat u jistabilixxi konnessjoni ġenwina bejn iċ-ċittadini u l-UE; billi, madankollu, jekk ikun hemm dewmien inaċċettabbli, u nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa skont il-liġi Komunitarja, dan iservi biss biex tikber id-distanza bejn l-UE u ċ-ċittadini tagħha u f'ħafna każijiet tikkonferma l-opinjoni tagħhom li jeżisti żbilanċ demokratiku,

AG.

billi matul l-2007 l-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet setgħu jibbenefikaw mit-titjib konsiderevoli tad-database u l-għodda ta' ġestjoni tal-’e-Petition’, żviluppati mis-segretarjat tiegħu f'kollaborazzjoni mas-servizz responsabbli għat-teknoloġija tal-informatika, li jipprovdi lill-membri kollha tal-kumitat u tal-gruppi politiċi b'aċċess dirett għall-petizzjonijiet u d-dokumenti assoċjati kollha, biex b'hekk titjieb il-kapaċità tagħhom li jservu l-petizzjonanti b'mod effettiv,

AH.

madankollu, jinnota li l-Parlament naqas milli jipprovdi r-riżorsi, mitluba fir-riżoluzzjoni tas-sena li għaddiet dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, meħtieġa biex jitjiebu l-faċilitajiet għall-proċess tal-petizzjonijiet u biex jattwa l-Artikolu 192(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jipprovdi li “għandu jitwaqqaf reġistru elettroniku li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil min jagħmel il-petizzjoni billi jpoġġu l-firma elettronika tagħhom fuq petizzjonijiet li jkunu ġew dikjarati ammissibbli u li jkunu ddaħħlu fir-reġistru”,

AI.

billi huwa importanti għaċ-ċittadini tal-UE li jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet hekk kif qed iħejju ruħhom biex jivvutaw għal Parlament ġdid fl-elezzjonijiet tal-UE li jmiss ippjanati għal Ġunju tal-2009,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kollaborazzjoni mill-qrib tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Ombudsman u l-klima ta' koperazzjoni li teżisti bejn l-istituzzjonijiet li jipprovaw jirrispondu għall-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE; madankollu, jemmen bis-sod li għandha tingħata prijorità li tippermetti lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet innifsu biex ikompli jtejjeb il-faċilitajiet investigattivi indipendenti tiegħu stess, speċjalment permezz tat-tisħiħ tas-segretarjat u l-kompetenza legali tiegħu; jimpenja ruħhu biex jissimplifika aktar il-proċeduri interni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex jiffaċilita aktar il-proċess tal-petizzjonijiet, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu taż-żmien li fiħ il-petizzjonijiet jiġu ddeterminati, l-ammissibbilità, l-investigazzjoni u s-segwitu tagħhom, l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kumitat, il-kooperazzjoni mal-kumitati parlamentari l-oħra li jista' jkollhom interess jew kompetenza fir-rigward ta' ċerti petizzjonijiet, u inizjattivi tal-kumitat bħal ma huma l-missjonijiet għas-sejba tal-fatti;

2.

Jenfasizza li l-kamp ta' applikazzjoni legali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali se jiġi rikonoxxut jekk it-Trattat ta' Liżbona jiġi rratifikat b'mod sħiħ, u li dan se jħaddan formalment in-natura indipendenti u vinkolanti tagħha, u jinnota li għandhom ikunu previsti miżuri speċifiċi sabiex ikun determinat x'se jkun l-effett fuq id-drittijiet taċ-ċittadini u, b'konsegwenza ta' dan, fuq ix-xogħol u l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

3.

Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex iwettaq reviżjoni urġenti tal-“Portal taċ-Ċittadini” fuq il-websajt tal-Parlament bil-għan li titjieb il-viżibilità tal-portal fir-rigward tad-dritt tal-petizzjoni, u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jiġu pprovduti bil-mezzi biex ipoġġu l-firma tagħhom b'mod elettroniku sabiex jissostanzjaw il-petizzjonjiet tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 192(2) tar-Regolai ta' Proċedura; iħeġġeġ li l-Portal taċ-Ċittadini għandu jiżgura l-interoperabilità tas-softwer użat sabiex iċ-ċittadini jiġu pprovduti bi drittijiet ugwali f'dan ir-rigward;

4.

Iqis li l-proċedura attwali għar-reġistrazzjoni tal-petizzjonijiet iddawwen bla bżonn l-evalwazzjoni tagħhom u jinsab imħasseb minħabba li dan jaf jinftiehem bħala nuqqas ta' sensittività fil-konfront tal-petizzjonanti; għalhekk, iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jittrasferixxi r-reġistrazzjoni tal-petizzjonijiet mid-Direttorat Ġenerali tal-Presidenza għas-segretarjat tal-kumitat responsabbli;

5.

Jitlob il-ftuħ ta' negozjati bejn il-Parlament u l-Kummissjoni bil-għan li jikkoordinaw aħjar il-ħidma tagħhom dwar l-ilmenti b'mod li jiffaċilita, jissimplifika u jħaffef il-proċeduri tal-ilmenti u jagħmilhom aktar trasparenti u bil-ħeffa; jistieden lis-Segretarju-Ġenerali biex jirrapporta lura lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi żmien sitt xhur;

6.

Jappoġġja l-formalizzazzjoni ta' proċedura li permezz tagħha l-petizzjonijiet fil-qasam tas-suq intern jiġu ttrasferiti għan-netwerk SOLVIT bl-għan li titqassar b'mod sinifikanti l-proċedura tal-petizzjonijiet fil-qasam tal-kwistjonijiet tas-suq intern bħal ma huma t-taxxi fuq il-karozzi, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, il-permessi tar-residenza, il-kontrolli fil-fruntieri u l-aċċess għall-edukazzjoni, filwaqt li jinżamm id-dritt tal-Parlament li jeżamina l-kwistjoni jekk ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti permezz tas-SOLVIT;

7.

Itenni l-ħtieġa ta' involviment akbar min-naħa tal-Kunsill u mir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri fl-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u jħeġġiġhom biex iżidu l-preżenza u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-interess taċ-ċittadini;

8.

Iqis li, fil-kuntest tat-tisħiħ tas-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u fil-kuntest tal-iżvilupp tas-sistema tal-’e-Petition’, l-introduzzjoni ta' faċilità tat-teknoloġija tal-informatika għall-intraċċar “online” immirata għall-petizzjonanti tkun ta' kontribut lejn il-ħolqien ta' proċess aktar trasparenti u effiċjenti permezz ta, inter alia, aġġornamenti regolari tal-istatus u talbiet għal aktar informazzjoni; jinnota li din il-miżura tissodisfa aħjar l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE filwaqt li trawwem ukoll rendiment aħjar tar-responsabilitajiet istituzzjonali tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-ilħuq ta' deċiżjonijiet rigward it-tnedija ta' proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri u jtenni t-talba tiegħu li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġi notifikat direttement u uffiċjalment mill-Kummissjoni meta titnieda proċedura ta' ksur relatata ma' petizzjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata mill-Kumitat;

10.

Itenni, f'din ir-rigward, kemm in-natura rappreżentattiva tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet kif ukoll id-dmir u l-irwol istituzzjonali li jwettaq vis-à-vis ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;

11.

Jesprimi tħassib dwar it-tul ta' ħin eċċessiv li jittieħed għall-konklużjoni ta' każijiet ta' ksur mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja, jekk u meta l-Qorti tkun involuta, u — filwaqt li jirrikonoxxi li ta' spiss dan ikun ir-riżultat ta' dewmien u xkiel ta' sikwiet intenzjonat min-naħa tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati tal-Istat Membru — jitlob għall-introduzzjoni ta' skedi ta' żmien iktar stretti; jesprimi d-dubji tiegħu dwar l-effiċjenza tal-hekk imsejħa ’proċeduri ta' ksur orizzontali’, li jieħdu iktar fit-tul biex jiġu konklużi; jitlob reviżjoni tal-proċedura ta' ksur bil-għan li jiġi żgurat rispett ikbar għall-applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Komunità;

12.

Jistieden lill-istituzzjonijiet ikkonċernati biex jagħmlu użu aħjar min din il-proċedura bħala mezz biex jiġi żgurat ħarsien sħiħ tal-liġi Komunitarja u jiddispjaċih bil-kbir li wisq ta' spiss id-dawmien tal-proċeduri użati, u t-tgħammim frekwenti tal-kwistjoni ewlenija jwasslu għal ksur de facto tal-liġi Komunitarja min-naħa tal-Istati Membri, li b'hekk ikunu qed jaġixxu b'impunità kontra l-interessi tal-komunitajiet lokali affettwati direttament li jkunu ppetizzjonaw lill-Parlament;

13.

Iqis bħala problematiku l-fatt li s-sistema preżenti għall-monitoraġġ tal-liġi Komunitarja tippermetti lill-Istati Membri biex idawmu l-konformità sakemm ma tkunx imminenti sanzjoni prekunarja u xorta waħda jevitaw ir-responsabilità tal-ksur intenzjonat tal-passat, u ċ-ċittadini ta' sikwiet jidhru li huma nieqsa minn aċċess adegwat għall-ġustizzja u għal rimedji fuq livell nazzjonali anki meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet li Stat Membru ma jkunx irrispetta d-drittijiet taċ-ċittadini skond il-liġi Komunitarja,

14.

Jirrakkomanda li tingħata prijorità biex ikun żgurat li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun effettiv u effiċjenti fl-aspetti kollha tal-operat tiegħu mill-bidu sa l-aħħar, minħabba li dan jirrappreżenta impenn reali u tanġibbli lejn iċ-ċittadini tiegħu u jindika li l-UE hija lesta u kapaċi tirrispondi għat-tħassib leġittimu tagħhom;

15.

Jesprimi t-tħassib u l-biża tiegħu fir-rigward tar-rapporti mill-petizzjonanti li, anki meta jkunu kisbu l-appoġġ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar is-sustanza tal-petizzjoni tagħhom, ta' sikwiet jesperjenzaw diffikultà kbira biex jiksbu kwalunkwe forma ta' kumpens mill-awtoritajiet u mill-qrati involuti; jemmen li hemm bżonn li dawn id-dgħjufijiet sistematiċi jkomplu jiġu investigati speċjalment minħabba li japplikaw għas-settur tas-servizzi finanzjarji, bħal fil-każ tas-sejbiet tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar l-’Equitable Life Crisis’, li kienu bbażata fuq petizzjonijiet li rċieva l-Parlament u li dwarhom tħejja rapport fl-2007;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-2007 l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja ħadu azzjoni rapida, anki permezz ta' inġunzjoni, biex tiġi evitata l-qerda imminenti ta' żona protetta taħt id-Direttiva Habitats f'Wied Rospuda mill-passaġġ tal-Via Baltica, li fir-rigward ta' dan il-Kumitat għall-Petizzjonijiet wettaq l-investigazzjoni indipendenti tiegħu, għamel żjara għall-ġbir tal-fatti u għamel ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi; jilmenta dwar il fatt li ma kienx hemm iktar eżempji ta' dan it-tip;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex waqt li tkun qed tindirizza petizzjonijiet u lmenti relatati mal-politika tal-ambjent — li hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlieni tal-petizzjonanti fl-UE — tkun iktar lesta taġixxi sabiex tevita ksur fil-liġi Komunitarja; jinnota li l-“prinċipju ta' prekawzjoni” m'għandux biżżejjed saħħa legali prattika u ta' sikwit jiġi injorat mill-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri li madankollu għandhom l-obbligu li japplikaw it-Trattat KE;

18.

Jiddispjaċih min-nuqqas ta' apoġġ mogħti lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet mill-Kummissjoni meta, speċjalment b'riżultat ta' żjarat għall-ġbir tal-fatti, tinġabar evidenza qawwija rigward in-nuqqas ta' ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini kif imħaddna fit-Trattat, jew nuqqas ta' applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni, u jitlob li jiġu stabbiliti proċeduri ġodda li jippermettu li l-Parlament iressaq dawn il-każijiet direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

19.

Jirrikonoxxi bis-sħiħ li l-proċess tal-petizzjonijiet, kif rikonoxxut fit-Trattat, madankollu huwa primarjament konċernat mil-kisba ta' rimedji mhux ġudizzjarji u soluzzjonijiet fir-rigward tal-problemi mressqa miċ-ċittadini tal-UE permezz tal-proċess politiku u, f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li f'ħafna każijiet jinkisbu riżultati sodisfaċenti;

20.

Jirrikonoxxi wkoll li f'ħafna każijiet ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni għall-petizzjonanti minħabba d-dgħjufijiet identifikati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli nnifisha;

21.

Jistieden lill-kumitati leġiżlatttivi kompetenti biex, waqt il-preparazzjoni u l-innegozjar ta' atti leġiżlattivi ġodda jew riveduti, jagħtu attenzjoni mill-qrib għall-problemi rrapportati permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti iżjed każ tal-użu tal-Fondi ta' Koeżjoni f'oqsma tal-UE fejn il-proġetti infrastrutturali kbar ikollhom impatt kbir fuq l-ambjent u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-fondi tal-UE jkunu diretti lejn żvilupp sostenibbli fl-interessi tal-komunitajiet lokali, li numru dejjem ikbar minnhom qed jippetizzjonaw lill-Parlament biex jipprotestaw minħabba li dawn il-prijoritajiet mhux dejjem qed jiġu rrispettati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li qed titwettaq mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u mill-Qorti tal-Awdituri f'dan ir-rigward;

23.

Jinnota li numru dejjem ikbar tal-petizzjonijiet li jaslu, speċjalment minn ċittadini mill-Istati Membri l-ġodda, jikkonċernaw il-kwistjoni tal-għoti lura tal-proprjetà, minkejja li dan is-suġġett essenzjalment huwa wieħed ta' kompetenza nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri involuti biex jiżguraw li l-liġijiet tagħhom rigward drittijiet ta' proprjetà li jirriżultaw minn bidla ta' reġim ikunu f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tat-Trattat u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif jitlob ukoll l-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE kif emendat bit-Trattat ta' Liżbona; jenfasizza li l-petizzjonijiet li waslu dwar dan is-suġġett ma jikkonċernawx is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà iżda jikkonċernaw id-dritt għal proprjetà akkwistata b'mod leġittimu; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun partikolarment viġilanti mhux biss fit-trattazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri eżistenti iżda wkoll fin-negozjati tagħha ma' pajjiżi kandidati;

24.

Jiddikjara mill-ġdid l-impenn tiegħu biex iħares ir-rikonoxximent tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-proprjetà privata tagħhom li tkun ġiet akkwistata legalment u jikkundanna t-tentattivi kollha biex tittieħed il-proprjetà tal-familji mingħajr il-proċess dovut, mingħajr kumpens xieraq jew mingħajr ir-rispett għall-integrità personali tagħhom; jinnota żieda fl-għadd ta' petizzjonijiet li waslu dwar din il-kwistjoni, speċjalment fir-rigward ta' Spanja fl-2007, u jinnota wkoll ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara għall-ġbir tal-fatti mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet1 biex tiġi investigata l-problema għat-tielet darba; jinnota li fir-rigward tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, għadhom għaddejjin proċeduri ta' ksur;

25.

Jinnota wkoll il-kritika li saret mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet wara ż-żjara tiegħu għall-ġbir tal-fatti f'Loiret, fi Franza, fl-2007 u b'mod partikulari jitlob lill-awtoritajiet Franċiżi biex jaġixxu b'mod deċiżiv sabiex tiġi żgurata konformità mad-direttivi tal-UE li jafu jinkisru jekk jiġu approvati ċerti proġetti li hemm ippjanati għall-bini ta' pontijiet fuq ix-Xmara Loire, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-Wied ta' Loire mhux biss huwa protett skond it-Termini tad-Direttiva Habitats u d-Direttiva dwar l-Għasafar iżda l-wied huwa wkoll Sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO u waħda mill-aħħar sistemi ta' xmajjar mhux mittiefsa li fadal fl-Ewropa;

26.

Jesprimi l-preokkupazzjoni kontinwa tiegħu dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva dwar l-Ilma għax-Xorb fl-Irlanda, dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe evalwazzjoni mwettqa għal deċiżjoni tal-2007 biex jitneħħa monument nazzjonali li jinsab f'Lismullin fit-triq tal-proġett tal-motorway M3 ħdejn Tara f'County Meath — li wassal għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttella’ lill-Irlanda quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fuq il-bażi li l-approċċ usa’ tal-Irlanda fir-rigward tat-tneħħija tal-monumenti nazzjonali f'ċirkustanzi bħal dawk ta' Lismullin, mhuwiex kompletament konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 85/337/KEE (2), dwar il-problemi li qed jaffaċċjaw il-komunitajiet lokali f'Limerick u dwar kwistjonijiet oħra msemmija fir-rapport taż-żjara għall-ġbir tal-fatti fl-Irlanda mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2007; jinnota li wħud minn dawn il-kwistjonijiet huma s-suġġett ta' proċeduri ta' ksur li għadhom għaddejjin;

27.

Jinnota r-rapport dwar iż-żjara għall-ġbir tal-fatti fil-Polonja li wasslet għal rakkomandazzjonjiet rigward il-protezzjoni tal-Wied Rospuda u tal-aħħar foresta antika mhux mittiefsa fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem mal-awtoritajiet Pollakki fuq rotot alternattivi għan-netwerk tat-triq u għal dak tal-ferrovija tal-Via Baltica kif irrakkomandat fir-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jkun hemm finanzjament disponibbli biex tittaffa l-pressjoni minn fuq is-sistema tat-toroq f'Augustow b'mod li l-popolazzjoni lokali tiġi protetta u b'mod li jinżamm l-ambjent taż-żona;

28.

Jinnota ż-żjara għall-ġbir tal-fatti f'Ċipru f'Novembru tal-2007, miċ-Chairperson u l-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex ikomplu bl-isforzi tagħhom għall-ilħuq ta' soluzzjoni nnegozjata għall-kwistjonijiet pendenti ta' tħassib għall-petizzjonanti, b'mod partikulari filwaqt li titqies il-parti ssiġillata ta' Famagusta li għandha tingħata lura lis-sidien legali tagħha u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ż-żewġ partijiet f'Ċipru qed ikollhomtaħdidiet f'qafas ta' sforzi mġedda biex isolvu l-problema ta' Ċipru jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni immedjata tar-riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li tistipula l-impenn li l-belt ta' Famagusta tingħata lura lill-abitanti legali tagħha;

29.

Jinnota n-numru dejjem ikbar ta' petizzjonijiet u ittri li jirċievi l-Kumitat għall-Petizjonijiet rigward il-kwistjoni tal-ikbar sensittività dwar il-kustodja tat-tfal, li fir-rigward tagħha diffiċli biex wieħed jieħu azzjoni, kif pereżempju fil-każ ta' petizzjonijiet dwar il-Jugendamt Ġermaniż, minħabba l-involviment tal-qrati f'bosta każijiet, u minħabba l-fatt li — ħlief f'każijiet fejn il-ġenituri jkunu ġejjin minn pajjiżi differenti tal-UE — huwa diffiċli li dawn il-każijiet jiġu ddikjarati bħala kompetenza tal-UE;

30.

Jinnota li, fl-2007, bosta petizzjonanti mir-Renju Unit li l-proprjetà tagħhom ġiet ikkonfiskata mill-awtoritajiet tad-Dwana u tas-Sisa tar-Renju Unit kienu għadhom ma sabu l-ebda rimedju minkejja li l-Kummissjoni waqqfet proċedimenti ta' ksur kontra r-Renju Unit minħabba li naqas milli jirrispetta l-obbligu tat-Trattat li jippermetti l-moviment ħieles tal-prodotti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex joħorġu b'soluzzjoni rispettabbli inkluż il-ħlas ta' pagamenti ex gratia lill-petizzjonanti li ġarrbu telf finanzjarju qabel mal-awtoritajiet irrivedew il-prattiki tagħhom u, skont il-Kummissjoni, bdew jaġixxu f'konformità mad-direttivi rilevanti;

31.

Jinnota wkoll il-fatt li fil-Greċja l-awtoritajiet doganali għadhom jikkonfiskaw , biss bħala miżura straordinarja, l-karozzi ta' ċittadini Griegili jkunu proviżorjament barra mill-pajjiż u li jirritornaw lura lejn il-Greċja bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin fuq il-vetturi tagħhom, li bosta minnhom ġew akkużati b'kutrabandu u l-każ tagħhom ma ġiex ipproċessat kif xieraq, kif preċedentement irrapportat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Parlament; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi biex jipprovdu ħlasijiet ta' kumpens lil dawk il-petizzjonanti li sfaw vittmi ta' din il-prattika; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-156/04 (7 ta' Ġunju 2007) li jqis bħala sodisfaċenti il-biċċa l-kbira tal-ispjegazzjonijiet provduti mill-awtoritajiet Griegi f'dan il-każ; jilqa’ l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida adottata minn dawn tal-aħħar bil-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet imsemmija fid-deċiżjoni fuq imsemmija;

32.

Jiddeplora l-fatt li fost il-petizzjonijiet pendenti l-aktar antiki li għadu qed isir xogħol fuqhom, il-każ “Lettori”, dwar l-għalliema tal-lingwi barranin fl-Italja, għadu mhux risolt minkejja żewġ deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-każ u l-ilmenti tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Taljani u lill-universitajiet individwali involuti, inklużi inter alia dawk ta' Ġenova, ta' Padova u ta' Napli, biex jaġixxu sabiex tiġi applikata soluzzjoni ġusta għal dawn it-talbiet leġittimi;

33.

Jinnota li fost il-petizzjonijiet ikkunsidrati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2007 — minkejja li oriġinarjament tressqet fl-2006 — kien hemm l-hekk imsejħa petizzjoni ta' “Sit Wieħed”, li kienet appoġġjata minn 1.25 miljun ċittadini tal-UE li talbu għal sit wieħed għall-Parlament Ewropew, li għandu jkun fi Brussell; jinnota li f'Ottubru tal-2007 l-President irrefera lura l-petizzjoni lill-kumitat, li sussegwentement talab lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni, filwaqt li jżomm f'moħħu li l-istituzzjoni hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat u li l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità biex jieħdu deċiżjoni dwar din il-kwistjoni;

34.

Jiddeċiedi li jirrevedi l-isem tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, kif tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, għal-leġiżlatura li jmiss, biex jiżgura li l-isem iwassal in-natura tal-Kumitat b'mod li jinftiehem, minħabba li apparentement, bħalissa, dan m'huwiex il-każ f'ċerti lingwi, u sabiex jenfasizza l-element ta' demokrazija parteċipatorja fid-dritt ta' petizzjoni; jissuġġerixxi li t-terminu “Kumitat għall-Petizzjonijiet taċ-Ċittadini” jista' jinftiehem iktar faċilment;

35.

Huwa mħasseb minħabba n-numru ta' petizzjonijiet li waslu li jiġbdu l-attenzjoni għall-problemi ta' reġistrazzjoni elettorali esperjenzati minn ċittadini tal-UE li jgħixu barra minn pajjiżhom jew li għandhom status ta' minoranza fi Stat Membru; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jagħtu attenzjoni partikulari għall-faċilitajiet disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għar-residenti eliġibbli tal-UE sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fl-elezzjonijiet li jmiss tal-UE

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudspersons nazzjonali tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.


(1)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 340.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40).


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/49


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
L-agrikoltura fuq l-għoljiet u fuq il-muntanji

P6_TA(2008)0438

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni u l-prospettivi tal-agrikoltura fir-reġjuni tal-għoljiet u tal-muntanji (2008/2066(INI))

2010/C 8 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar l-applikazzjoni matul 25 sena tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-biedja fir-reġjuni tal-għoljiet u tal-muntanji (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-16 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' strateġija tal-foresti tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar “il-Kontroll tas-Saħħa” tal-Politika Agrarja Komuni (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni fuq l-inizjattiva tiegħu stess, bit-titolu “Għal Green Paper — Lejn politika tal-Unjoni Ewropea għar-reġjuni muntanjużi: viżjoni Ewropea għar-reġjuni muntanjużi” (4),

wara li kkonsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0327/2008),

A.

billi l-inħawi muntanjużi jiffurmaw 40 % tal-art tal-Ewropa u huma d-dar għal 19 % tal-popolazzjoni Ewropea,

B.

billi z-zoni muntanjużi jkopru aktar minn 50 % tat-territorju f'xi Stati Membri, fosthom il-Greċja, Spanja, l-Italja, l-Awstrija u l-Portugal, u l-komunità tal-bdiewa għadha element sinifikanti f'dawk z-zoni,

C.

billi l-inħawi muntanjużi (speċjalment il-muntanji għoljin u dawk medji) huma art ta' kultura u jirriflettu interazzjoni armonjuża bejn il-bniedem u l-bijosistema u huma parti mill-wirt naturali,

D.

billi z-zoni muntanjużi jbatu ferm mill-effetti tal-bidla fil-klima u minn fenomeni estremi tat-temp, bħan-nixfa u n-nirien,

E.

billi l-pajsaġġ tal-inħawi muntanjużi mhuwiex omoġenju iżda huwa magħmul minn forom diversi ħafna ta' muntanji u ta' altitudnijiet differenti (muntanji għoljin, inħawi ta'għoli medju, glaċieri, inħawi mhux produttivi),

F.

billi l-inħawi muntanjużi għandhom karatteristiċi speċifiċi (il-pendil, l-altitudni varjata, l-inaċċessibilità, it-tkabbir, l-istaġuni ta' kultivazzjoni iqsar, l-ikklassifikar baxx tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet tat-temp u tal-klima) li jagħmluhom differenti minn pajsaġġi oħra fl-Unjoni Ewropea u minn ħafna aspetti huma “żvantaġġati”, minħabba nuqqasijiet naturali permanenti, u billi f'xi nħawi muntanjużi dan iwassal għad-deżertifikazzjoni gradwali tagħhom u għal tnaqqis fl-produzzjoni agrikola,

G.

billi l-inħawi muntanjużi (b'mod speċjali l-muntanji għolja u l-inħawi ta' għoli medju) għandhom potenzjal u jservu ta' mudell għall-prodotti ta' kwalità, għas-servizzi ta' livell għoli u għall-ispazji ta' mistrieħ, li jista' jkun żviluppat b'mod sostenibbli biss bl-użu integrat ta' riżorsi u tradizzjonijiet fuq perjodu ta' żmien,

H.

billi l-prodotti ta' stockfarming ta' kwalità partikulari huma prodotti f'inħawi muntanjużi u billi l-proċess tal-produzzjoni tagħhom jagħmel użu integrat u sostenibbli mir-riżorsi naturali, il-mergħat u l-varjetajiet ta' uċuħ għar-regħi li huma adattati speċifikament kif ukoll mit-teknoloġija tradizzjonali,

I.

billi l-muntanji (b'mod partikulari l-muntanji għoljin u l-inħawi ta' għoli medju) huma ambjenti naturali “multifunzjonali”, fejn l-ekonomija (agrikola) hija marbuta mill-qrib ma' kwistjonijiet soċjali, kulturali u ekoloġiċi, u billi inħawi ta' dan it-tip għalhekk għandhom jingħataw appoġġ f'forma ta' ffinanzjar xieraq,

J.

billi l-ekonomija tal-inħawi muntanjużi hija partikolarment sensittiva għal bidliet fiċ-ċiklu ekonomiku, minħabba nuqqasijiet strutturali permanenti u, fuq żmien twil, hija dipendenti fuq id-diversifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni,

K.

billi diġà jeżistu konvenzjonijiet Ewropej għall-ħarsien ta' ċertu reġjuni muntanjużi — il-Konvenzjoni għal Protezzjoni tal-Alpi tas-7 ta' Novembru 1991 (Konvenzjoni Alpina) u l-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Protezzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Karpazji tat-22 ta' Mejju 2003 (Konvenzjoni tal-Karpazji) — li huma strumenti importanti għal politika integrata dwar l-inħawi muntanjużi, għalkemm dawn ma ġewx ratifikati u implimentati b'mod sħiħ,

L.

billi l-ekonomiji agrarji-silvanji-pastorali tal-inħawi muntanjużi, li spiss jinkludu attivitajiet multipli, huma eżempju tal-bilanċ ambjentali li m'għandux jiġi injorat,

M.

billi l-parti l-kbira tal-irziezet f'inħawi muntanjużi huma irziezet tal-familja b'riskju finanzjarju għoli,

1.

Jinnota li l-isforzi tal-Istati Membri rigward ir-reġjuni muntanjużi (b'mod partikulari l-muntanji għoljin u l-inħawi ta' għoli medju) jvarjaw ħafna minn stat għal ieħor u ma jimmirawx lejn żvilupp globali iżda lejn żvilupp purament settorjali, u li ma jeżistix qafas integrat fil-livell tal-UE (kif jeżisti fil-każ taz-zoni marittimi; (COM(2007)0574);

2.

Jenfasizza li l-Artikolu 158 tat-Trattat KE, emendat mit-Trattat ta' Liżbona, dwar il-politika ta' koeżjoni jidentifika r-reġjuni muntanjużi bħala li jbatu minn żvantaġġi serji u dejjiema, filwaqt li jirrikonoxxi d-diversità tagħhom, u jitlob li tingħatalhom attenzjoni partikulari; jiddispjaċiħ madankollu li l-Kummissjoni għad ma rnexxilhiex tfassal strateġija komprensiva għall-appoġġ effettiv tar-reġjuni muntanjużi u ta' reġjuni oħra li jbatu minn żvantaġġi naturali u dejjiema, minkejja l-bosta talbiet min-naħa tal-Parlament Ewropew sabiex hija tagħmel dan;

3.

Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm koordinazzjoni tajba tal-bosta linji politiċi Komunitarji bil-għan li jiġi żgurat żvilupp armonjuż, b'mod partikolari għar-reġjuni, bħall-inħawi muntanjużi, li jbatu minn żvantaġġi naturali dejjiema; huwa mħasseb f'dan ir-rigward dwar l-utilità tas-separazzjoni tal-politika ta' koeżjoni tal-Komunità mill-iżvilupp rurali, fil-perjodu ta' ipprogrammar attwali 2007-2013 li tirriżulta mill-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-Politika Agrikola Komuni (PAK); iqis li dan l-approċċ ġdid għandu jiġi sorveljat mill-qrib sabiex jiġi evalwat l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp reġjonali;

4.

Jirrimarka li l-inħawi muntanjużi jbatu minn żvantaġġi li permezz tagħhom huwa inqas faċli li l-agrikoltura tadatta ruħha għal kundizzjonijiet kompetittivi u li jġibu magħhom spejjeż żejda, biex b'hekk ma jkunx jista' jkun hemm prodotti kompetittivi ħafna bi prezz baxx;

5.

Jipproponi li, fil-kuntest tal-Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali li se tiġi adottata fil-ħarifa tal-2008, u b'konformità mal-għanijiet tal-aġenda territorjali u l-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilipp tal-Ispazji, il-Kummissjoni għandha, b'koperazzjoni mal-Istati Membri, tadotta approċċ territorjali biex tindirizza l-problemi f'tipi differenti ta' nħawi muntanjużi u tipprovdi għal miżuri fi ħdan il-pakkett leġiżlattiv tal-Fondi Strutturali;

6.

Jixtieq li l-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea integrata tassew favur l-inħawi muntanjużi u jqis il-pubblikazzjoni ta' Green Paper dwarhom bħala l-ewwel pass importanti f'din id-direzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi konsultazzjoni pubblika wiesgħa li timplika lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lill-protagonisti soċjo-ekonomiċi u ambjentali, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet reġjonali fl-inħawi muntanjużi, sabiex tiġi identifikata aħjar is-sitwazzjoni f'dawn ir-reġjuni;

7.

Jilqa' l-Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali bħala metodu biex jiġu indirizzati nħawi differenti tal-Unjoni Ewropea u jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm PAK li tinkludi l-ewwel u t-tieni pilastru sabiex fl-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-isfidi internazzjonali, l-ambjent ekonomiku jkun jista' jiġi influwenzat b'mod effettiv, bil-għan li l-biedja multifunzjonali fl-inħawi muntanjużi u fl-għoljiet issir vijabbli, għan li sabiex jinkiseb hemm bżonn ta' strumenti marbuta mal-produzzjoni, fosthom rigward it-trasport tal-ħalib;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-qafas tal-kompetenzi tagħha tfassal strateġija integrata tal-UE għall-iżvilupp u l-użu sostenibbli tar-riżorsi fl-inħawi muntanjużi (strateġija tal-UE għall-inħawi muntanjużi) fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni; jitlob ukoll li jitfasslu programmi ta' azzjoni nazzjonali li jinkludu miżuri speċifiċi ta' implimentazzjoni fuq din il-bażi, b'arranġament mal-awtoritajiet reġjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li huma familjari mal-interessi u l-bżonnijiet lokali fil-post, u li jiddefenduhom (pereżempju rigward it-tipi differenti ta' żoni muntanjużi), filwaqt li jitqiesu inizjattivi reġjonali eżistenti kif xieraq;

9.

Jenfasizza l-importanza tad-demarkazzjoni tal-inħawi muntanjużi bħala rekwiżit għall-miżuri mmirati, pereżempju għall-biedja fil-muntanji u fl-għoljiet b'mod partikulari, u l-ħtieġa li dawk l-inħawi jiġu kklassifikati kif xieraq skont il-grad ta' żvantaġġ naturali, li għandu jiġi monitorjat l-aktar mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-mappa attwali taz-zoni eliġibbli;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrpoduċi sommarju tal-programmi u proġetti ffinanzjati dwar temi li huma relevanti għar-reġjuni muntanjużi, bl-iskop tat-trasferiment tal-għarfien u l-promozzjoni tal-innovazzjoni;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-programm ta' ħidma tan-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazji (ESPON), tagħti attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tar-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali u dejjiema, bħar-reġjuni muntanjużi; iqis li għarfien tajjeb u fil-fond tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-inħawi muntanjużi huwa essenzjali sabiex wieħed ikun jista' jfassal miżuri differenzjati li jindirizzaw aħjar il-problemi ta' dawn ir-reġjuni;

12.

Jenfasizza l-irwol tal-biedja fil-muntanji u fl-għoljiet fil-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-użu tal-kampanja b'mod trasversali, kif ukoll bħala bażi plurifunzjonali għal setturi ekonomiċi oħra u bħala element karatteristiku tal-pajsaġġi kulturali tradizzjonali u tal-istruttura soċjali;

13.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li ħafna nħawi muntanjużi jkollhom jiffaċċjaw il-pressjoni urbana minħabba li huma jattiraw it-turisti u, fl-istess waqt, iridu jħarsu l-pajsaġġ tradizzjonali li qed isir inqas agrarju u qed jitlef is-sbuħija tiegħu kif ukoll il-kwalitajiet ta' importanza kbira għall-ekosistema;

14.

Jinnota li l-biedja fl-inħawi tal-muntanji (b'mod partikulari f'inħawi fil-għoli u f'inħawi b'muntanji għoljin) tinvolvi sforz akbar (bħal intensità għolja ta' xogħol u l-ħtieġa tax-xogħol manwali) u spejjeż akbar (inkluża l-ħtieġa ta' makkinarju speċjali u l-ispejjeż għoljin għat-trasport) minħabba l-kundizzjonijiet u r-riskji naturali;

15.

Jitlob li titqies aktar u b'mod aktar speċifiku l-multifunzjonalità tal-biedja fl-inħawi tal-muntanji u l-għoljiet fir-riformi tal-CAP tal-ġejjieni, billi d-direttivi ta' qafas u l-programmi nazzjonali għall-iżvilupp rurali jsiru konformi mal-irwol tal-bdiewa fil-muntanji u fl-għoljiet mhux biss bħala produtturi iżda wkoll bħala pijunieri ekonomiċi għal setturi oħra u li jinħoloq ambitu għall-kollaborazzjoni sinerġetika (inkluż l-iffinanzjar ta' programmi ta' ekoturiżmu u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' kwalità għolja); jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikulari, dwar il-ħtieġa li jingħata kumpens finanzjarju għall-prestazzjoni ekoloġika tal-biedja fl-inħawi muntanjużi;

16.

Jagħti ġieħ lix-xoħol li jwettqu l-bdiewa tal-muntanji; jinnota li l-kundizzjonijiet għall-biedja fl-inħawi muntanjużi (speċjalment fir-rigward tal-qligħ ta' dħul supplimentari, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-ħila li wieħed jibda familja) m'għandhomx jiġu kkumplikati permezz tal-burokrazija iżda għandhom jittejbu permezz tal-għaqda ta' politiki settorjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-kumitati (tal-komitoloġija) kompetenti biex jirrevedu regoli eżistenti u prospettivi (fuq kollox dwar ir-reġistri obbligatorji) b'konformità mal-inizjattiva ta' “regolamentazzjoni aħjar” u/jew biex jagħmluhom inqas ikkumplikati sabiex il-proċeduri amministrattivi jiġu ssimplifikati b'mod komprensiv;

17.

Jenfasizza li, fil-ġejjieni, il-pagamenti obbligatorji għall-inħawi muntanjużi (b'mod partikulari f'inħawi fil-għoli u f'inħawi b'muntanji għoljin) għandhom jibqgħu ikunu mmirati esklussivament biex ipattu għall-iżvantaġġi naturali dejjiema u għall-ispejjeż addizzjonali minħabba d-diffikultajiet tal-biedja, li pagamenti ta' dan it-tip huma ġustifikati fuq żmien twil minħabba n-nuqqas ta' produzzjoni alternattiva u li d-diżakkoppjar sħiħ iwassal għal tnaqqis sistematiku fl-attività, li jaffettwa s-setturi kollha; jenfasizza li l-ħtiġijiet tal-inħawi muntanjużi ma jistgħux jiġu sodisfatti esklussivament permezz tal-iffinanzjar għall-iżvilupp rurali;

18.

Jitlob għal aktar għajnuna għall-bdiewa żgħażagħ u għal opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel (b'mod partikulari permezz ta' miżuri li jiffavorixxu lill-familja, regolamentazzjoni tax-xogħol part-time u full-time, mudelli ta' salajri kombinati, mudelli ta' xogħlijiet supplimentari, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-ħila li wieħed jibda familja) bħala fatturi essenzjali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tfassal approċċi, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet involuti, bħala parti mid-diskussjonijiet u l-proġetti dwar il-flessigurtà;

19.

Jitlob li jinżamm bilanċ demografiku f'dawk l-oqsma li spiss jiffaċċjaw problemi minħabba l-migrazzjoni urbana;

20.

Hu konvint mill-prijorità li tinżamm densità suffiċjenti tal-popolazzjoni fl-inħawi muntanjużi, kif ukoll mill-ħtieġa ta' miżuri għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u sabiex jinġibdu nies ġodda;

21.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, li jittejbu l-aċċessibilità u l-interkonnessjoni tal-inħawi muntanjużi u li tiġi pprovduta l-infrastruttura meħtieġa, b'mod partikulari rigward it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, l-edukazzjoni, l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u n-netwerks tal-komunikazzjoni (fosthom l-aċċess broadband) sabiex jiġu faċilitati l-konnessjonijiet mas-swieq “upland” u maz-zoni urbani; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jippromwovu sħubijiet pubbliċi-privati għal dawn l-għanijiet;

22.

Jenfasizza li l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi, il-koperattivi tal-biedja, l-inizjattivi kollettivi tal-bdiewa għat-tqegħid fis-suq u s-sħubijiet inter-settorjali li joħolqu valur miżjud fi ħdan ir-reġjuni permezz ta' approċċ integrat għall-iżvilupp (bħall-gruppi Leader) u b'konformità mal-istrateġiji dwar il-biedja sostenibbli, jagħtu kontribut importanti għall-istabilità tal-pożizzjonar tad-dħul u s-sigurtà tal-produzzjoni agrikola fis-swieq u li għalhekk għandhom jingħataw appoġġ akbar;

23.

Jitlob għajnuna finanzjarja speċjali għas-settur tal-ħalib (il-bdiewa u dawk involuti fl-ipproċessar) li għandu rwol ewlieni fl-inħawi muntanjużi (b'mod partikulari f'inħawi fil-għoli u f'inħawi b'muntanji għoljin) minħabba n-nuqqas ta' produzzjoni alternattiva; jitlob li tiġi adottata strateġija ta' “soft landing” għall-inħawi muntanjużi waqt ir-riforma tal-kwota tal-ħalib, u miżuri ta' akkumpanjament (pagamenti speċjali) biex inaqqsu l-effetti negattivi, li jagħti ċ-ċans li jiġu introdotti proċessi ta' aġġustament u jippreserva l-bażi tal-biedja; jitlob li jkun hemm fondi addizzjonali disponibbli mill-ewwel pilastru, b'mod partikulari forma ta' primjum għall-baqar tal-ħalib;

24.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, b'enfasi fuq appoġġ għall-biedja sostenibbli u adattata fl-inħawi muntanjużi, pagamenti addizzjonali għal kull ettaru għall-biedja organika u għar-regħi estensiv kif ukoll appoġġ għal investimenti f'faċilitajiet tat-trobbija ta l-bhejjem xierqa għall-ispeċi;

25.

Ifakkar li fir-reġjuni muntanjużi l-intrapriżi jipproduċu prodotti ta' kwalità billi mill-ġdid jużaw għarfien u proċeduri tradizzjonali tal-manifattura, u għandhom rwol ewlieni fil-qasam tax-xogħol u li għaldaqstant għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistemi ta' għajnuna tal-UE;

26.

Jitlob li jittieħdu miżuri ta' għajnuna speċjali bħala riżultat tal-ispejjeż u l-isforzi akbar meħtieġa, b'mod partikulari biex jitwasslu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-widien; jitlob li jiddaħħal primjum għall-baqar tal-ħalib għall-inħawi muntanjużi;

27.

Jenfasizza l-importanza trasversali ta' prodotti tipiċi reġjonali u tradizzjonali (ta' kwalità); jitlob li l-istrateġija tal-UE għall-inħawi muntanjużi tinkludi miżuri biex iħarsu u jippromwovu dawk il-prodotti jew il-proċeduri ta' manifattura u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom (pereżempju kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel (6)) u biex jiġu mħarsa mill-imitazzjonijiet; jitlob li jsiru dispożizzjonijiet speċjali fi ħdan il-programmi ta' promozzjoni tal-UE għal ikel ta' kwalità għolja (pereżempju dak mill-mergħat tal-muntanji u mill-produtturi tal-ġobon fl-irziezet kif ukoll laħam ta' kwalità għolja);

28.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-gruppi tal-bdiewa u l-komunitajiet lokali biex jistabbilixxu tikketti ta' kwalità reġjonali kif imsemmi fil-paragrafu 27; jissuġġerixxi li jingħata appoġġ permezz ta' informazzjoni mtejba u taħriġ xieraq għall-bdiewa u għal dawk li jipproċessaw l-ikel kif ukoll permezz ta' appoġġ finanzjarju għat-twaqqif ta' faċilitajiet lokali ta' pproċessar kif ukoll kampanji ta' promozzjoni inizjali;

29.

Jitlob li jitwaqqaf fond għar-reġjuni żvantaġġjati, inklużi l-inħawi muntanjużi li jinklujdi, pereżempju, fondi tat-tieni pilastru li ma ġewx użati minħabba nuqqas ta' kofinanzjament nazzjonali;

30.

Jitlob għal għajnuna finanzjarja mmirata speċjali garantita, b'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jwaqqaf regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-CAP u jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (7), aċċess speċifiku għal din l-għajnuna b'burokrazija minima, u biex il-limitu massimu tar-riżorsi skond l-Artikolu 69 jittella' għal 20 %;

31.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-inħawi muntanjużi jistgħu jipprovdu prodotti tal-biedja ta' kwalità għolja u jistgħu jżidu mad-diversità tal-prodotti tal-biedja fis-suq Ewropew, jippreservaw ċerti speċijiet ta' annimali u ta' ħaxix, jippreservaw it-tradizzjonijiet u jippromwovu attivitajiet turistiċi u industrijali kif ukoll jiġġieldu kontra l-bidla fil-klima billi jħarsu l-bijodiversità u jaqbdu d-CO2 permezz ta' mergħat u foresti dejjiema u li l-industrija sostenibbli tal-foresta tagħti ċ-ċans li tiġi prodotta l-enerġija bl-użu tal-fdalijiet tal-injam;

32.

Jitlob biex fid-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa, il-ħarsien u t-trobbija tal-annimali jitqiesu l-interessi immedjati tal-bdiewa li jrabbu l-annimali, b'mod partikulari razez indeġeni fl-inħawi muntanjużi, fid-dawl tar-riskji u l-pressjoni attwali li huma qed jiffaċċjaw, bħal pereżempju programmi ta' trobbija, iż-żamma ta' kotba tal-merħliet u kontrolli tal-konformità;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, fil-qafas tal-politika tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ internazzjonali, għandhom konsegwenzi fuq l-iżvilupp tal-inħawi muntanjużi; jitlob lill-Kummissjoni biex, f'dan il-kuntest, tindirizza l-ħtiġijiet ta' dawn is-setturi b'mod iktar immirat meta jsiru adattamenti fil-ġejjieni, b'mod partikulari fin-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u rigward il-flessibilità tar-regoli dwar l-għajnuna statali u meta s-servizzi ta' interess ġenerali jiġu inkorporati fil-liġi dwar il-kompetizzjoni;

34.

Jitlob li tingħata attenzjoni partikulari lill-bdiewa li jrabbu l-annimali f'inħawi muntanjużi milquta min-nirien, billi l-mergħat f'dawn l-inħawi jeħtieġu użu limitat u b'attenzjoni matul il-ħames snin li ġejjin;

35.

Jitlob li fil-qafas tal-“istrateġija” jiġu kkunsidrati t-tipi differenti ta' pajsaġġi tal-inħawi muntanjużi (mergħat għoljin, foresti protetti, muntanji għoljin u nħawi ta' għoli medju, mergħat, inħawi ta' sbuħija partikulari) u li għall-mergħat għoljin, l-ispazji bil-ħaxix, il-foresti u l-ispazji żvantaġġati sensittivi oħra jkunu previsti inċentivi għall-ħarsien tagħhom kif ukoll kunċetti għall-użu sostenibbli biex jiġu reġenerati u jerġa' jikber il-ħaxix fuqhom, biex jitħarsu mill-erożjoni, biex ikun hemm promozzjoni tal-immaniġġjar razzjonali tar-riżorsi tal-ilma u biex wieħed jikkunbatti l-fenomeni mhux mixtieqa, pereżempju li l-bhejjem ma jibqgħux jirgħu fuq l-art, li mbagħad tmur lura għall-istat salvaġġ tagħha, jew ir-regħi żejjed;

36.

Jirrimarka, fir-rigward tal-preservazzjoni tad-diversità tal-ispeċijiet, dwar il-ħtieġa li jitwaqqfu ħażniet ta' materjal ġenetiku indiġenu mill-ispeċijiet tal-annimali u tal-pjanti, b'mod partikulari annimali tal-biedja u flora tal-muntanji indiġeni; jitlob lill-Kummissjoni sabiex teżamina jekk u kif tista' tniedi inizjattiva għal pjan ta' azzjoni internazzjonali;

37.

Jenfasizza li f'xi nħawi muntanjużi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari fl-Istati Membri l-aktar ġodda, hemm riskju dejjem akbar li tonqos il-popolazzjoni u li tiftaqar il-ħajja soċjali tal-komunitajiet lokali, li qed jiffaċċjaw ukoll it-theddida li titnaqqas jew saħansitra li tieqaf il-biedja, u li probabbli jwassal għal bidliet fil-pajsaġġ u fl-ekosistema;

38.

Jenfasizza li l-primjums tal-ħaxix huma meħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-biedja fl-inħawi muntanjużi u li għalhekk għandhom jinżammu;

39.

Jenfasizza l-importanza ta' strateġija għall-foresti fuq perjodu twil li tqis il-konegwenzi tal-bidla fil-klima, iċ-ċiklu naturali u l-kompożizzjoni naturali tal-ekosistema tal-foresti, u li toħloq mekkaniżmi ta' kumpens għal sitwazzjonijiet ta' kriżi (pereżempju l-maltemp qawwi u nirien fil-foresti) kif ukoll inċentivi għal ġestjoni integrata tal-foresti; jiġbed l-attenzjoni għall-possibilitajiet ta' trasformazzjoni u esplojtazzjoni sostenibbli tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-inħawi muntanjużi fuq livell lokali (bħala prodotti ta' kwalità għolja bi spejjeż baxxi għat-trasport u li b'hekk inaqqsu is-CO2, bħala materjal tal-bini u bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni);

40.

Jisħaq fuq l-importanza tal-kwistjoni tal-ġestjoni tal-ilma fl-inħawi muntanjużi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħajjar lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżviluppaw sens ta' solidarjetà bejn l-utenti downstream u dawk upstream, fosthom permezz ta' finanzjament adegwat għall-appoġġ ta' użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma f'dawn l-inħawi;

41.

Jenfasizza li l-inħawi muntanjużi huma partikolarment vulnerabbli għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti biex jippromwovu l-implimentazzjoni immedjata ta' miżuri għall-protezzjoni kontra diżastri naturali, b'mod partikolari nirien fil-foresti, f'dawn ir-inħawi;

42.

Ifakkar li l-inħawi muntanjużi jeħtieġu mezzi ġodda għall-ħarsien tat-territorju tagħhom kontra l-għargħar (b'enfasi fuq il-prevenzjoni tal-għargħar), filwaqt li l-bdiewa u l-ħaddiema fl-industrija tal-foresti jistgħu jappoġġjaw miżuri kontra l-għargħar permezz tal-ħlas dirett relatat maz-zoni li huma jirċievu taħt il-Politika Agrarja Komuni;

43.

Ifakkar li għandha tiġi pprovduta protezzjoni intensiva u komprensiva kontra l-erożjoni tal-ħamrija, tal-bini u l-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan, bħala parti kostitwenti mill-prattika tal-biedja u tal-forestrija, sabiex jonqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' għargħar u ta' erożjoni tal-ħamrija u għall-prevenzjoni kontra n-nixfa u n-nirien fil-foresti, kif ukoll għaż-żieda fil-provvista ta' ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ fil-kampanja;

44.

Jenfasizza li l-foresti b'siġar li jwaqqgħu l-weraq u foresti koniferi, bħala settur ekonomiku, bħala zoni ta' mistrieħ u ambjent naturali, jeħtieġu kura partikolari u li l-użu mhux sostenibbli tal-foresti jwassal għal problemi ekoloġiċi u ta' sikurezza (blat li jaqa', mases ta' tajn) li jeħtieġu miżuri biex jiġu kkumbattuti;

45.

Ifakkar is-suġġeriment fil-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 li jsiru sforzi biex il-foresti u l-mergħat, fl-inħawi muntanjużi, jiġu separarti u biex jiġi introdott ir-rekwiżit li jintużaw il-mogħdijiet (mhux l-inqas għal raġunijiet ta' sikurezza ġenerali);

46.

Ifakkar li l-muntanji jiffurmaw ostakli naturali, u f'ħafna każijiet huma wkoll fruntieri nazzjonali, ħaġa li tagħmel essenzjali l-koperazzjoni transkonfinal, transnazzjonali u interreġjonali, u l-promozzjoni tagħhom, essenzjali, minħabba l-problemi komuni (pereżempju l-bidla fil-klima, l-epidemiji tal-annimali, it-telf tal-bijodiversità);

47.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi favur it-turiżmu sostenibbli u biex isir użu effiċjenti tan-natura bħala “vantaġġ ekonomiku” permezz ta' attivitajiet ta' mistrieħ u attivitajiet sportivi sostenibbli li jqisu l-karatteristiċi lokali; jenfasizza l-irwol tal-persuni li “jużaw” in-natura għall-benefiċċju tagħhom stess filwaqt li jirrispettaw lin-natura;

48.

Iħeġġeġ sabiex ikun hemm iktar koordinazzjoni tal-iżvilupp rurali u l-appoġġ strutturali u l-iżvilupp ta' programmi komuni;

49.

Jissuġġerixxi li l-iżvilupp rurali u l-assisstenza strutturali jingħaqdu u jiġu żviluppati l-programmi integrati;

50.

Jisħaq fuq is-sinifikat li jiġi introdott approċċ integrat għall-proċeduri amminsitrattivi u ta' teħid ta' deċiżjonijiet bħall-ippjanar reġjonali, il-liċenzjar ta' proġetti ta' kostruzzjoni u t-titjib ta' postijiet għall-għixien permezz ta' prattiki ambjentali, ta' patrimonju u ta' ippjanar tal-ibliet, biex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli fir-reġjuni tal-muntanji; jirrakkomanda li l-potenzjal tal-inħawi tal-muntanji għandu jiġi sfruttat sabiex jiġi promoss żvilupp komprensiv tat-turiżmu u l-użu tal-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-art, u jħeġġeġ għal dan l-iskop l-inizjattivi lokali u deċentralizzati kif ukoll il-koperazzjoni bejn l-inħawi tal-muntanji;

51.

Jenfasizza li art li mhix tajba għall-kultivazzjoni u l-produzzjoni għandha tintuża l-aħjar biex tmantni l-foresti, il-kaċċa sostenibbli u s-sajd, eċċ, biex ma tmurx lura għall-istat salvaġġ tagħha u biex ikun evitat il-periklu ta' nirien, l-erożjoni u t-tnaqqis tal-bijodiversità;

52.

Jenfasizza l-importanza taz-zoni tal-muntanji (speċjalment l-inħawi għoljin u dawk medji) fil-ħarsien tan-natura, il-bijodiversità u l-preservazzjoni tal-ambjent naturali imma jenfasizza b'mod partikulari l-ħtieġa li tinżamm il-biedja u l-forestrija fiz-zoni tan-“Natura 2000” u r-riservi naturali u jappella sabiex ikun hemm aktar rabtiet bejn dawn iz-zoni billi jiġi introdott porzjon minimu ta' art ekoloġika li tikkumpensa fiz-zoni tal-biedja (possibiliment 5 %);

53.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-appoġġ kollu tagħha għan-nominazzjoni ta' nħawi ta' muntanji li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' patrimonju dinji u tagħmel użu mill-opportunitajiet internazzjonali kollha disponibbli biex tipproteġi dawk ir-reġjuni;

54.

Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-riżorsi ta' ilma uniċi, li jistgħu jintużaw b'mod sostenibbli bħala sisitemi ta' irrigazzjoni u bħala sors ta' ilma tax-xorb u ta' enerġija għat-turiżmu tal-fawwari termiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm solidarjetà min-naħa t'isfel u min-naħa ta' fuq fl-immaniġġjar ta' dawk ir-riżorsi; f'dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa, u sabiex ikunu evitat kunflitt, li jinstabu soluzzjonijiet, peremezz tal-kollaborazzjoni, għall-użu tar-riżorsi tal-ilma fiz-zoni kkonċernati;

55.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Biedja fil-Muntanji fil-Konvenzjoni Alpina b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-Konvenzjoni Alpina, biex tagħti l-aħjar appoġġ lill-biedja fil-muntanji u fl-għoljiet permezz ta' oqsma oħra ta' politika u, f'dan ir-rigward, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tintemm ir-ratifikazzjoni tal-protokolli tal-Konvenzjoni Alpina li għadhom mhumiex parti mill-acquis communitaire, u li l-Unjoni Ewropea tissieħeb fil-Konvenzjoni tal-Karpazji bħala parti kontraenti;

56.

Jenfasizza l-importanza ta' korpi volontarji (b'mod partikolari, l-operazzjonijiet ta' salvataġġ fil-muntanji, il-protezzjoni ċivili, l-istituzzjonijiet tal-karità) fir-rigward tas-servizzi li jagħtu kif ukoll fir-rigward tal-wirt kulturali u naturali tal-muntanji;

57.

Ifaħħar ix-xogħol magħmul mill-organizzazzjonijiet u l-istituti ta' riċerka favur l-inħawi muntanjużi u jenfasizza li għandhom jintużaw l-għarfien u l-motivazzjoni tagħhom fl-iżvilupp ta' strateġija tal-UE għall-inħawi tal-muntanji u miżuri simili;

58.

Jenfasizza l-irwol li għandha l-promozzjoni ta' taħriġ bażiku part-time u aktar taħriġ vokazzjonali u, fl-interess tad-diversifikazzjoni tal-kapaċitajiet vokazzjonali u tal-opportunitajiet, l-inizjattivi u l-proġetti ta' “tagħlim tul il-ħajja kollha”;

59.

Iqis li huwa meħtieġ li jkun hemm investiment f'ċentri lokali ta' taħriġ avvanzat fl-ekonomija agrikola għall-inħawi muntanjużi, sabiex il-professjonisti jitħarrġu fil-kapaċità li jimmaniġġjaw attivitajiet f'ambjent muntanjuż, jipproteġu l-art u jiżviluppaw il-biedja;

60.

Jappella sabiex tingħata attenzjoni partikulari lill-ippreservar tal-pajsaġġ u t-tisħiħ u l-immodernizzar tal-infrastruttura fl-inħawi tal-muntanji li l-aċċess għalihom huwa diffiċċli u sabiex in-nuqqas ta' informazzjoni jimtela u r-riżultati tal-programmi ta' qafas tar-riċerka (pereżempju għall-e-Government) isiru aċċessibbli;

61.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm servizzi lokali effiċjenti fiż-żamma tal-livelli tal-popolazzjoni u għall-kompetittività; jitlob għal appoġġ immirat għall-entitajiet lokali fil-qasam tas-servizzi ta' interess ġenerali;

62.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq is-soluzzjonijiet ta' mobilità u biex jiġi adottat approċċ integrat bejn ħtiġijiet tranżnazzjonali (tranżitu, kurituri ta' distanzi twal) u ħtiġijiet lokali (bħall-aċċess għar-reġjuni b'pożizzjoni differenti ta' altitudini u mobilità urbana);

63.

Jitlob li r-reġjuni muntanjużi jingħataw għajnuna fl-oqsma tal-ġestjoni tat-trasport, il-protezzjoni mill-ħsejjes u l-konservazzjoni tal-pajsaġġ bħala bażi għall-kwalità tal-ħajja u għat-turiżmu sostenibbli, permezz ta' miżuri mmirati sabiex it-traffiku jitneħħa mit-toroq (pereżempju, it-tisħiħ ta' “zoni sensittivi” fid-Direttiva dwar l-ispejjeż tat-toroq (8));

64.

Jenfasizza l-importanza ta' 'zoni ta' tranżizzjoni' bejn il-pjanuri u l-inħawi tal-muntanji sabiex ikun hemm faċilitajiet u servizzi ta' infrastruttura privati u pubbliċi ta' valur għoli (eżempju universitajiet, ajruporti, sptarijiet); jappella sabiex ikun hemm appoġġ biex faċilitajiet bħal dawn ikunu aċċessibbli b'mod aktar faċli, b'mod partikulari permezz tat-trasport pubbliku;

65.

Jenfasizza li, permezz tal-użu intelliġenti ta' bosta sorsi differenti tal-enerġija, iz-zoni muntanjużi jkunu “mudelli” għal taħlita ta' enerġija differenti, soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-enerġija fil-qasam tal-bini u bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, u li għandu jingħata appoġġ lill-ħidma ta' riċerka f'dawk l-oqsma; madankollu jenfasizza li l-iżvilupp ta' bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni ma jistgħux iwasslu għal kompetizzjoni bejn il-produzzjoni tal-għalf (raba' mhux maħdum, uċuħ, eċċ.) u l-mergħat;

66.

Jagħti parir lill-Istati Membri biex itejbu l-istruttura u l-proċeduri għall-provvista ta' għajnuna finanzjarja maħsuba għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-inħawi muntanjużi, filwaqt li fl-istess ħin jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u l-aċċess għal riżorsi maħsuba biex jappoġġjaw il-ħarsien u l-użu sostenibbli tal-vantaġġi tat-territorju: il-patrimonju kulturali u r-riżorsi naturali u umani;

67.

Iqis li fl-inħawi tal-muntanji jeħtieġ li jkun hemm biedja sostenibbli, moderna u multifunzjonali biex jinżammu attivitajiet oħra, bħall-esplojtazzjoni tal-bijomassa u l-agrituriżmu, b'hekk jiżdied il-qliegħ tal-popolazzjoni lokali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, fil-CAP u fil-politika reġjonali, iqisu b'mod speċifiku l-ħtiġijiet tal-inħawi tal-muntanji: il-miġja ta' bdiewa ġodda, il-kumpens għal spejjeż żejda marbuta mal-problema tal-aċċessibilità, pereżempju fir-rigward ta' ġbir tal-ħalib, iż-żamma ta' servizzi fiz-zoni rurali, l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport, eċċ;

68.

Jenfasizza l-vulnerabilità tal-muntanji u l-glaċieri fit-bidla fil-klima minħabba l-fatturi topografiċi u l-iżvantaġġi strutturali kif ukoll il-potenzjal tagħhom li jkunu “laboratorju tat-testijiet” għat-teknoloġiji innovattivi għall-ħarsien tal-klima li jimitaw in-natura; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfassal politika differenti għall-klima f'dak li jirrigwarda z-zoni muntanjużi, waqt li tieħu spunt mill-għarfien eżistenti (bħall-Konvenzjonijiet Alpini u ta' Karpatzji); jappella sabiex isiru attivitajiet ta' riċerka u jiġu adottati miżuri tranżizzjonali f'din iz-zona;

69.

Jappella sabiex ikun hemm ftehimiet ta' koordinazzjoni sabiex iz-zoni muntanjużi u z-zoni li jingħataw anqas attenzjoni jkunu marbuta mal-CAP u mat-tieni pilastru (żvilupp rurali);

70.

Jenfasizza li l-biedja sostenibbli u l-iżvilupp tal-inħawi muntanjużi huma ta' importanza għall-popolazzjoni mhux biss f'dawk iz-zoni partikulari, imma wkoll fiz-zoni ta' madwarhom (pereżempju l-pjanuri), u li l-istrateġija tal-UE għall-inħawi muntanjużi għandha tinfluwenza wkoll is-sostenibilità taz-zoni ta' madwarhom f'dak li jirrigwarda l-forniment tal-ilma, l-istabbilità ambjentali, il-bijodiversità, it-tqassim bilanċjat tal-popolazzjoni u d-diversità kulturali; jistieden il-Kummissjoni sabiex, fit-tfassil ta' strateġija tal-UE għall-inħawi muntanjużi, teżamina kif l-inizjattivi eżistenti għall-integrazzjoni tal-inħawi muntanjużi u z-zoni ta' madwarhom jistgħu jkunu inkorporati fl-istrateġija;

71.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali biex jissorvelja l-progress ta' din ir-riżoluzzjoni fil-Kunsill u fil-Kummissjoni;

72.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 354.

(2)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 413.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0093.

(4)  Il-Kumitat tar-Reġjuni, 23-2008.

(5)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(7)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(8)  Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar id-dmir ta' ħlas għall-vetturi tqal tal-merkanzija meta jużaw ċerta infrastruttura (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8).


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/57


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-Jum Ewropew ta' Tifkira għall-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu

P6_TA(2008)0439

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta' Tifkira għall-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu

2010/C 8 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Inapplikabilità ta' Limitazzjonijiet Statutorji għar-Reati tal-Gwerra u r-Reati Kontra l-Umanità,

wara li kkunsidra l-artikoli li ġejjin tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali: Artikolu 1 — L-obbligu li jkunu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, Artikolu 2:— Id-dritt għall-ħajja, Artikolu 3 — Il-projbizzjoni tat-tortura, u Artikolu 4 — Il-projbizzjoni tal-iskjavitù u tax-xogħol forzat,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1481 (2006) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-bżonn ta' kundanna tar-reati tar-reġimi komunisti totalitarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Patt Molotov-Ribbentrop tat-23 ta' Awissu 1939 bejn l-Unjoni Sovjetika u l-Ġermanja fired l-Ewropa f'żewġ sferi ta' interess permezz ta' protokolli sigrieti addizzjonali,

B.

billi d-deportazzjonijiet tal-massa, il-qtil u l-iskjavitù mwettqa fil-kuntest tal-atti ta' aggressjoni mill-Istaliniżmu u min-Nażiżmu jinsabu fil-kategorija ta' reati tal-gwerra u ta' reati kontra l-umanità,

C.

billi, skond il-liġi internazzjonali, il-limitazzjonijiet statutorji ma japplikawx għar-reati tal-gwerra u għar-reati kontra l-umanità,

D.

billi l-influwenza u s-sinifikat tal-ordni Sovjetika u tal-okkupazzjoni ta' u għaċ-ċittadini tal-Istati post-Komunisti ma tantx huma magħrufa fl-Ewropa,

E.

billi l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinza Ewropea attiva (1) jitlob għall-appoġġ tal-azzjoni “Tifkira Ewropea Attiva”, maħsubha biex tipprevjeni kwalunkwe repetizzjoni tar-reati tan-Nażiżmu u tal-Istaliniżmu,

1.

Jipproponi li t-23 ta' Awissu ikun proklamat bħala l-Jum Ewropew għat-Tifkira tal-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu, sabiex tibqa' ppreservata l-memorja tal-vittmi tad-deportazzjonijiet tal-massa u tal-isterminazzjonijiet, u fl-istess ħin titrawwem id-demokrazija b'mod aktar sod u jissaħħu l-paċi u l-istabilità fil-kontinent tagħna;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.


Lista ta' firmatarji

Jim Allister, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Maria Badia i Cutchet, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Bastiaan Belder, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Rolf Berend, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Adam Bielan, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Guy Bono, Mario Borghezio, Josep Borrell Fontelles, Victor Boștinaru, John Bowis, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Elmar Brok, Danutė Budreikaitė, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Martin Callanan, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Jean-Marie Cavada, Charlotte Cederschiöld, Jorgo Chatzimarkakis, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Philip Claeys, Luigi Cocilovo, Daniel Cohn-Bendit, Richard Corbett, Dorette Corbey, Titus Corlățean, Corina Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoș Florin David, Antonio De Blasio, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Gérard Deprez, Marie-Hélène Descamps, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Koenraad Dillen, Alexandra Dobolyi, Valdis Dombrovskis, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Den Dover, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Jonathan Evans, Robert Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Szabolcs Fazakas, Markus Ferber, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Petru Filip, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Ingo Friedrich, Urszula Gacek, Michael Gahler, Kinga Gál, Milan Gaľa, Iratxe García Pérez, Patrick Gaubert, Jas Gawronski, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Béla Glattfelder, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Vasco Graça Moura, Ingeborg Gräßle, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Françoise Grossetête, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Christopher Heaton-Harris, Gyula Hegyi, Erna Hennicot-Schoepges, Jeanine Hennis-Plasschaert, Edit Herczog, Jim Higgins, Mary Honeyball, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Marie Anne Isler Béguin, Ville Itälä, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Rumiana Jeleva, Anne E. Jensen, Dan Jørgensen, Romana Jordan Cizelj, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Syed Kamall, Othmar Karas, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Holger Krahmer, Guntars Krasts, Ģirts Valdis Kristovskis, Aldis Kušķis, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, André Laignel, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Carl Lang, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Klaus-Heiner Lehne, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Fernand Le Rachinel, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Eleonora Lo Curto, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Patrick Louis, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Marian-Jean Marinescu, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Manuel Medina Ortega, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Eluned Morgan, Philippe Morillon, Jan Mulder, Cristiana Muscardini, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, James Nicholson, null Nicholson of Winterbourne, Rareș-Lucian Niculescu, Lambert van Nistelrooij, Vural Öger, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Ria Oomen-Ruijten, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Maria Grazia Pagano, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Vladko Todorov Panayotov, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Neil Parish, Ioan Mircea Pașcu, Aldo Patriciello, Béatrice Patrie, Vincent Peillon, Bogdan Pęk, Alojz Peterle, Maria Petre, Willi Piecyk, Rihards Pīks, Mirosław Mariusz Piotrowski, Umberto Pirilli, Paweł Bartłomiej Piskorski, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Zdzisław Zbigniew Podkański, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, Nicolae Vlad Popa, Bernd Posselt, Christa Prets, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Karin Riis-Jørgensen, Maria Robsahm, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Dariusz Rosati, Wojciech Roszkowski, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Manuel António dos Santos, Sebastiano Sanzarello, Jacek Saryusz-Wolski, Gilles Savary, Toomas Savi, Christel Schaldemose, Agnes Schierhuber, Carl Schlyter, Olle Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Esko Seppänen, Adrian Severin, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Peter Skinner, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Peter Šťastný, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Robert Sturdy, Margie Sudre, László Surján, József Szájer, Andrzej Jan Szejna, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Catherine Trautmann, Helga Trüpel, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Frank Vanhecke, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Marcello Vernola, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Kyösti Virrankoski, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Anders Wijkman, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Iva Zanicchi, Andrzej Tomasz Zapałowski, Dushana Zdravkova, Roberts Zīle, Marian Zlotea, Tadeusz Zwiefka


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/60


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali

P6_TA(2008)0451

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar Naħsdu l-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali Ewropew: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali (2008/2099(INI))

2010/C 8 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2007 bl-isem “Naħsdu l-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali Ewropew: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali” (COM(2007)0700) (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ komuni għall-użu tal-ispettru),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-14 ta' Frar 2007 ntitolata “Lejn politika barranija Ewropea komuni dwar l-ispettru tar-radju” (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2005 ntitolata “Prijoritajiet tal-politika tal-ispettru ta'l-UE għall-bidla diġitali fil-kuntest tal-Konferenza Reġjonali 2006 tal-ITU dwar ir-Radjukomunikazzjoni (RRC-06)” (COM(2005)0461),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp tal-Poltika dwar l-Ispettru tar-Radju fl-14 ta' Frar 2007 bit-titolu “L-Implikazzjonijiet tad-Dividend Diġitali fuq il-Politika tal-UE dwar l-Ispettru”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2005 dwar l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0305/2008),

A.

billi l-bidla minn televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali sa l-aħħar tal-2012 ser twassal, minħabba l-effiċjenza superjuri fit-trażmissjoni tat-teknoloġija diġitali, għar-rilaxx ta' ammont ta' spettru mingħajr preċedent fl-Unjoni Ewropa, u għalhekk ser toffri l-possibiltà tar-rijallokazzjoni tal-ispettru u tippreżenta opportunitajiet ġodda għal tkabbir tas-suq u għal tkabbir fil-kwalità u fl-għażla tas-servizzi għall-konsumatur,

B.

billi l-benefiċċji tal-użu ta' spektrum tar-radju se jiġi massimizzat permezz ta' azzjoni koordinata fuq il-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu f'termini ta' effiċjenza,

C.

billi l-ispettru tar-radju huwa essenjzali għall-provvista ta' firxa sħiħa ta' servizzi u għall-iżvilupp ta' swieq immexxija mit-teknoloġija li l-valur tagħhom huwa stmat li huwa 2,2 % tal-PGD tal-UE, u għalhekk huwa fattur ewlieni għat-tkabbir, il-produttività u l-iżvilupp tal-industrija Ewropea skond l-Istrateġija ta' Liżbona,

D.

billi l-ispettru tar-radju huwa riżors naturali skars u beni pubbliku, u l-użu effiċjenti tiegħu huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-partijiet varji interessati li jridu joffru servizzi kkollegati jkollhom aċċess għall-ispettru,

E.

billi parti kbira tal-ispettru hi attwalment użata għal skopijiet militari permezz ta' teknoloġija ta' sinjal analogu u għalhekk l-akbar żieda fl-ammont totali tal-ispettru disponibbli għal-komunikazzjonijiet eletroniċi pubbliċi se tinkludi wkoll din il-parti wara l-bidla diġitali,

F.

billi l-Istati Membri m'għandhomx kalendarju komuni għall-bidla diġitali; billi f'ħafna Stati Membri l-pjanijiet għall-bidla diġitali humafi stat avvanzat, filwaqt li f'xi oħrajn il-bidla diġà seħħet,

G.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ komuni għall-użu tal-ispettru hija parti integrali tal-pakkett dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi adottat mill-Kummissjoni f'Novembru 2007 li jikkonċerna r-riforma fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi,

H.

billi bħalissa hemm għaddejja r-(ri-)allokazzjoni tal-frekwenzi tax-xandir lix-xandara diġitali f'ħafna Stati Membri bil-konsegwenza li dawn il-frekwenzi jiġu allokati u għalhekk jiġu bblukkati għal ħafna snin,

I.

billi n-newtralità teknoloġika hija element ta' qofol fil-promozzjoni tal-interoperabilità u essenzjali sabiex ikun hemm politika ta' bidla lejn id-diġitali aktar flessibbli u trasparenti li tieħu kont tal-interess pubbliku,

J.

billi l-Kunsill appella lill-Istati Membri sabiex, kemm jista' jkun possibbli, ilestu l-bidla diġitali qabel l-2012,

K.

billi l-Istati Membri kollha ppubblikaw il-proposti tagħhom rigward il-bidla diġitali,

1.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-inizzjattiva i2010 bħala parti mill-Istrateġija ta' Liżbona mġedda, u jenfasizza l-importanza ta' aċċess effiċjenti għall-ispettru u tal-użu effiċjenti tiegħu fil-kisba tal-miri ta' Liżbona; f'dan il-kuntest jenfasizza l-ħtieġa għal aċċess għal servizzi broadband sabiex tingħeleb il-“qasma digitali”;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' bidla diġitali li, flimkien mal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u mad-dividend diġitali, tgħin biex iċċekken il-qasma diġitali u tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Liżbona;

3.

Jinnota d-diverġenza fl-iskemi nazzjonali rigward l-allokazzjoni u l-isfruttament ta' spettru; jinnota l-fatt li dawn id-differenzi jistgħu jirrappreżentaw ostakoli għall-kisba ta' suq intern li jaħdem b'mod effettiv;

4.

Jisħaq li d-daqs tad-dividend diġitali ser ivarja minn pajjiż għall-ieħor, minħabba ċ-ċirkustanzi nazzjonali u minħabba li jirrifletti l-politiki nazzjonali tal-media u tal-awdjoviżjoni;

5.

Jirrikonoxxi li aktar effiċjenza tal-ispettru tat-televiżjoni diġitali terrestri għandha tippermetti li madwar 100MHz ta' dividend diġitali jiġi allokat mill-ġdid lil servizzi tal-mowbajl broadband u lil servizzi oħra (bħas-servizzi ta' sikurezza pubblika, sistemi ta' identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju u applikazzjonijiet ta' sikurezza fit-toroq) filwaqt li jiżguraw li s-servizzi ta' xandir jistgħu jkomplu jiġu żviluppati;

6.

Jinnota li llum il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadhom lura meta mqabbla ma' pajjiżi żviluppati oħra fejn jidħol l-investiment f'infrastrutturi tal-komunikazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida, u jenfasizza li l-kisba ta' pożizzjoni lider fl-iżvilupp tal-broadband u tal-Internet hija kruċjali għall-kompetittività u l-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea fl-arena internazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-iżvilupp ta' pjattaformi diġitali interattivi u l-provvista ta' servizzi ġodda bħalma huma s-servizzi elettroniċi tal-e-kummerċ, tal-e-saħħa, tal-e-tagħlim u tal-e-gvern; jenfasizza li għandu jkun hemm aktar investiment fuq livell nazzjonali u tal-UE sabiex jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' prodotti u servizzi innovattivi; jenfasizza li l-isforzi biex ikun assigurat l-aċċess għas-servizzi broadband m'għandhomx ikunu ffukati biss fuq id-dividend diġitali;

7.

Jinsab konvint li l-pakketti “multiplay” ġodda, li jkun fihom teknoloġiji u servizzi innovattivi, jista' jkun li dalwaqt se jibdew jiġu offruti minħabba ż-żieda fil-konverġenza teknoloġika, u jinnota, fl-istess ħin, li l-ħruġ ta' dawk l-offerti jiddependi b'mod kruċjali mid-disponibilità ta' spettru li hu ta' siwi kbir kif ukoll mid-disponibilità ta' teknoloġiji interattivi li jippermettu l-interoperabilità, il-kollegabilità u l-kopertura mingħajr interruzzjoni, bħalma huma t-teknoloġiji tal-multimedia mobbli u t-teknoloġiji ta' aċċess wireless għall-broadband;

8.

Jinnota li l-konverġenza teknoloġika hija realtà, li toffri mezzi u opportunitajiet ġodda lis-servizzi tradizzjonali; jenfasizza li l-aċċess għall-partijiet tal-ispettru li qabel kienu rriservati għax-xandir jistgħu jgħinu biex jinħolqu servizzi ġodda kemm-il darba l-ispettru jkun immaniġġjat b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u effettiv sabiex ikun evitat li t-twassil ta' programmi ta' xandir diġitali ta' kwalità għolja jiġi mfixkel;

9.

Jistieden sabiex ikun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri sabiex jinkiseb suq intern tal-komunikazzjoni elettronika li jkun effiċjenti, miftuħ u kompetittiv u li jippermetti li jkun hemm użu ta' teknoloġiji ġodda tan-network;

10.

Jisħaq fuq l-importanza strateġika ta' ambjent fl-Unjoni Ewropea fejn ikun iggarantit spazju għall-innovazzjoni, teknoloġiji ġodda, servizzi ġodda u parteċipanti ġodda sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u l-koeżjoni Ewropea; jenfasizza li hija ħaġa kruċjali li l-utenti finali jingħataw il-libertà tal-għażla f'dak li jirrigwarda prodotti u servizzi sabiex jintlaħaq l-iżvilupp dinamiku tas-swieq u tat-teknoloġiji fl-Unjoni Ewropea;

11.

Jenfasizza li d-dividend diġitali jipprovdi lill-Unjoni Ewropea b'opportunitajiet uniċi biex tiżviluppa servizzi ġodda bħat-televiżjoni mobbli u l-aċċess għall-Internet “wireless” u biex tibqa' l-mexxejja dinjija fir-rigward tat-teknoloġiji tal-multimedia mobbli filwaqt li tnaqqas id-differenzi fil-qasma diġitali, tipprovdi opportunitajiet ġodda għaċ-ċittadini, għas-servizzi, għall-media u għad-diversità kulturali fl-Unjoni Ewropea kollha;

12.

Jistieden lill-Istati Membri, b'rispett sħiħ għas-sovranità tagħhom f'dan ir-rigward, biex janalizzaw l-impatt tal-bidla diġitali fl-ispettru użat għal skopijiet militari, u, fejn xieraq, biex jallokaw mill-ġdid parti mid-dividend diġitali speċifiku għal applikazzjonijiet ċivili ġodda;

13.

Jagħraf li l-koordinazzjoni fuq livell tal-UE għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp, tagħti spinta lill-ekonomija diġitali u tippermetti li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess ugwali, u li jista' jintlaħaq mill-but ta' kulħadd, għas-soċjetà tal-informazzjoni;

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirrilaxxaw id-dividendi diġitali tagħhom kemm jista' jkun malajr, sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw mit-tnedija ta' servizzi ġodda, innovattivi u kompetittivi; jenfasizza li għal dan il-għan tinħtieġ il-koperazzjoni attiva bejn l-Istati Membri sabiex jingħelbu l-ostakoli li jeżistu fuq livell nazzjonali għar-riallokazzjoni effiċjenti tad-dividend diġitali;

15.

Jisħaq li x-xandara huma parteċipanti essenzjali fid-difiża tal-prinċipji pluralistiċi u demokratiċi u jemmen bis-sħiħ li l-opportunitajiet offruti mid-dividend diġitali jippermettu lix-xandara pubbliċi u lil dawk privati li jipprovdu numru ħafna akbar ta' programmi li jaqdu objettivi ta' interess ġenerali — stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali — bħall-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingiwstika;

16.

Jemmen li d-dividend diġitali għandu jagħti l-opportunità lix-xandara sabiex jiżviluppaw u jespandu s-servizzi tagħhom u fl-istess waqt jieħdu kont ta' applikazzjonijiet potenzjali soċjali, kulturali u ekonomiċi oħrajn, bħat-teknoloġiji broadband ġodda u miftuħa u s-servizzi ta' aċċess maħsuba sabiex jegħlbu l-qasma diġitali, filwaqt li ma jitħallewx l-ostakoli għall-interoperabilità;

17.

Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali ta' approċċ koordinat għall-użu tal-ispettru fl-Unjoni Ewropea f'termini ta' ekonomiji tal-iskala, l-iżvilupp ta' servizzi interoperabbli “wireless”, u li tiġi evitata l-frammentazzjoni li twassal li dan ir-riżors skars ma jintużax bl-aħjar mod; jikkunsidra li, filwaqt li jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib u aktar flessibilità sabiex l-ispettru jkun sfruttat b'mod effiċjenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom bżonn isibu bilanċ bejn il-flessibilità u l-grad ta' armonizzazzjoni, bil-għan li jinkiseb l-akbar benefiċċju mid-dividend diġitali;

18.

Josserva li tista' tintlaħaq allokazzjoni effiċjenti tad-dividend diġitali mingħajr ma tiġi mfixkla l-ebda waħda mill-partijiet li fil-preżent għandhom liċenzji tal-ispettru fil-faxxa tal-frekwenzi ultra-għolja (UHF), u li t-tkomplija u l-espansjoni tas-servizzi attwali ta' xandir jistgħu jinkisbu b'mod effettiv, u fl-istess ħin ikun żgurat li t-teknoloġiji l-ġodda tal-multimedia mobbli u tal-aċċess “wireless” għall-broadband ikunu allokati riżorsi ta' spettru sostanzjali fil-faxxa UHF sabiex liċ-ċittadini Ewropej jitwasslulhom servizzi interattivi ġodda;

19.

Jikkunsidra li, fejn irkantijiet jiġu wżati għall-allokazzjoni ta' frekwenzi, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ komuni fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-irkantijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi ġġenerati; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta linji gwida skond dawk l-istess ħsibijiet;

20.

Jenfasizza li l-priniċipju gwida ewlieni fl-allokazzjoni tad-dividend diġitali għandu jkun li jiġi moqdi l-interess ġenerali billi jkun żgurat l-aħjar valur soċjali, kulturali u ekonomiku fis-sens ta' provvista msaħħa u ġeografikament mifruxa ta' servizzi u ta' kontenut diġitali liċ-ċittadini, u mhux biss li jiżdied kemm jista' jkun id-dħul pubbliku, filwaqt li jitħarsu wkoll id-drittijiet tal-utenti attwali tas-servizzi tal-media awdjoviżivi, u tkun riflessa d-diversità kulturali u lingwistika;

21.

Jenfasizza li d-dividend diġitali jagħti opportunità unika biex l-Unjoni Ewropea tiżviluppa l-irwol tagħha bħala l-mexxejja dinjija fit-teknoloġiji tal-multimedia mobbli u fl-istess ħin biex tnaqqas id-differenzi fil-qasma diġitali bi fluss akbar ta' informazzjoni, tagħrif u servizzi li jikkollegaw ma' xulxin liċ-ċittadini Ewropej kollha u li jipprovdu opportunitajiet ġodda għall-media, għall-kultura u għad-diversità fl-inħawi kollha tat-territorju tal-Unjoni Ewropea;

22.

Jenfasizza li mod potenzjali li permezz tiegħu d-dividend diġitali jista' jgħin fil-kisba tal-miri ta' Liżbona huwa billi tiżdied id-disponibilità ta' servizzi ta' aċċess broadband għaċ-ċittadini u l-partijiet ekonomiċi involuti madwar l-Unjoni Ewropea, u b'hekk tiġi indirizzata l-qasma diġitali billi inħawi anqas privileġġjati, rurali jew remoti jingħatawlhom benefiċċji u jiġi żgurat li jkun hemm kopertura totali fl-Istati Membri;

23.

Jiddeplora l-aċċess mhux uniformi taċ-ċittadini tal-Unjoni għas-servizzi diġitali, partikularment fix-xandir; jinnota li r-reġjuni rurali u periferiċi għandhom żvantaġġ speċjali (f' termini ta'disponibilità immedjata, għażla u kwalità) f'dak li jirrigwarda t-tixrid ta' servizzi diġitali; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-bidla għad-diġitali ssir malajr u b'mod ġust għaċ-ċittadini kollha tagħhom;

24.

Jenfasizza li l-qasma diġitali mhux biss kwistjoni rurali; jenfasizza d-diffikultà li f' xi wħud mill-bini għoli antik tiġi installata l-infrastruttura għal networks ġodda; jenfasizza l-benefiċċju li l-ispettru jista' jkollu sabiex tingħeleb il-qasma diġitali kemm fiż-żoni urbani u kemm f'dawk rurali;

25.

Jenfasizza l-kontribut li d-dividend diġitali jista' jagħti fir-rigward tal-provvista ta' servizzi soċjali interoperabbli msaħħa, bħall-gvern elettroniku (e-government), is-saħħa elettronika (e-health), it-taħriġ vokazzjonali elettroniku (e-vocational training), u l-edukazzjoni elettronika (e-education) liċ-ċittadini, b'mod partikolari dawk li jgħixu f'żoni anqas privileġġjati jew iżolati, bħal inħawi rurali u anqas żviluppati u gżejjer;

26.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżidu l-miżuri li jippermettu lill-utenti b'diżabilità jew anzjani u dawk bi bżonnijiet soċjali speċjali li jiksbu l-benefiċċju kollu provdut mid-dividend diġitali;

27.

Jikkonferma l-valur soċjali tas-servizzi tas-sikurezza pubblika u l-ħtieġa li jiddaħħal appoġġ għar-rekwiżiti ta' tħaddim tagħhom fl-arranġamenti għall-ispettru li jirriżultaw mill-organizzazzjoni mill-ġdid tal-faxxa ta' frekwenza UHF li tirriżulta mill-waqfa fl-użu tas-servizzi analogi;

28.

Jenfasizza li l-prijorità ewlenija tal-politika dwar il-ksib tal-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali fl-Ewropa hija li tiżgura li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu rispettati bis-sħiħ filwaqt li jkun possibbli għalihom li jgawdu minn medda wiesgħa ta' servizzi ta' kwalità għolja, billi jittieħed kont tal-bżonn li jsir użu effiċċjenti tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali;

29.

Jisħaq fuq il-punt li d-dividend diġitali jipprovdi opportunitajiet ġodda għall-objettivi tal-politiki tal-qasam awdjoviżiv u dak tal-media; għalhekk, jinsab konvint li d-deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tad-dividend diġitali għandhom jippromwovu u jħarsu l-objettivi ta' interess ġenerali marbuta ma' politiki awdjoviżivi u tal-media bħalma huma l-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali u lingwistika, u d-drittijiet tal-minorenni;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħrfu l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku li utenti mhux liċenzjati jingħataw aċċess għad-dividend, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u s-settur li ma jaħdimx għall-profitt, u b'hekk titkabbar l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru billi dawn l-użi bla liċenzja jiġu kkonċentrati fil-frekwenzi li bħalissa mhux qed jiġu użati (“spazji bojod”);

31.

Jappella sabiex ikun hemm approċċ pass pass f'dan il-qasam; huwa tal-opinjoni li l-effetti għal networks iżgħar — speċjalment networks “wireless” lokali — li għalihom bħalissa ma japplikaw l-ebda rekwiżiti ta' liċenzja, għandhom jiġu meqjusa u li għandu jiġi promoss l-aċċess universali għall-broadband, speċjalment f'inħawi rurali;

32.

Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw miżuri ta' koperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tal-immaniġġjar tal-ispettru biex jiġu kkunsidrati oqsma fejn l-allokazzjoni ta' spettru ta' “l-ispazju abjad” mhux liċenzjat tippermetti li jkun hemm teknoloġiji u servizzi ġodda sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fil-kuntest tal-allokazzjoni ta' “l-ispazju abjad”, jikkunsidraw il-ħtieġa ta' aċċess miftuħ bla liċenzja għall-ispettru għall-fornituri ta' servizzi mhux kummercjali u edukattivi u komunitajiet lokali b' ethos ta' servizz pubbliku;

34.

Jenfasizza li wieħed mill-elementi prinċipali fl-għoti tal-aċċess għad-divided diġitali għal utenti mhux liċenzjati huwa l-bżonn li jittieħed kont tar-rekwiżiti ta' gruppi soċjali mhedda mill-esklużjoni, partikularment l-utenti b'diżabilità u anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali;

35.

Jagħraf il-benefiċċju ta' teknoloġiji ġodda, bħall-WiFi u l-Bluetooth, li jeżistu fil-faxxa ta' frekwenza bla liċenzja 2.4 GHz; jirrikonoxxi li ċerti frekwenzi partikulari huma l-aktar xierqa għal ċerti servizzi partikulari; jemmen li l-allokazzjoni ta' ammont żgħir ta' spettru bla liċenzja fi frekwenzi baxxi oħra tista' tinkuraġġixxi aktar innovazzjoni f'servizzi ġodda;

36.

Jenfasizza, għaldaqstant, li l-frekwenzi għandhom jiġu assenjati b'mod trasparenti, filwaqt li jittieħed kont tal-użi potenzjali kollha tal-ispettru l-ġdid u l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà;

37.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jevalwaw fid-dettall il-valur soċjali u ekonomiku ta' kull spettru li jinħeles fis-snin li ġejjin permezz tal-bidla minn xandir analogu għal xandir diġitali;

38.

Jagħraf l-importanza tal-Ftehim tal-ITU ta' Ġinevra-06 (Konferenza Reġjonali dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju 2006) u tal-pjanijiet tal-allokazzjoni ta' frekwenzi nazzjonali kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju 2007 (WRC-07) għar-riorganizzazzjoni tal-faxxa tal-frekwenza UHF;

39.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali dwar id-dividend diġitali sa l-aħħar tal-2009, filwaqt li jsegwu metodoloġija komuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali dwar id-dividend diġitali tagħhom u sabiex tippromwovi l-aħjar prattika fil-livell tal-UE;

40.

Jenfażizza li l-fatt li l-bidla f'ċerti Stati Membri hija imminenti kif ukoll id-differenzi fil-pjanijiet nazzjonali għall-bidla jirrikjedu reazzoni fil-livell Komunitarju li ma tistax tistenna sakemm id-direttivi tar-riforma jidħlu fis-seħħ;

41.

Jagħraf id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw l-użu tad-dividend diġitali, iżda jafferma wkoll li approċċ koordinat fil-livell Komunitarju itejjeb ferm il-valur tad-dividend u huwa l-aktar mod effiċjenti sabiex tiġi evitata interferenza li tagħmel il-ħsara bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

42.

Itenni li, fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni, id-dividend diġitali għandu jiġi mmaniġġjat bl-aktar mod effiċjenti u effettiv possibbli sabiex tiġi evitata interferenza fil-provvista ta' programmi tat-TV diġitali ta' kwalità għolja lil numru ta' ċittadini li dejjem qed jikber u sabiex id-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi u l-investiment tagħhom fit-tagħmir jiġi rispettat.

43.

Jenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw irkantijiet li jkunu teknoloġikament newtrali bil-għan li jiġu allokati frekwenzi li jkunu inħelsu minħabba d-dividend digitali u bil-għan li dawk il-frekwenzi jsiru kummerċjabbli; jikkunsidra, madankollu, li din il-proċedura għandha tkun konformi għal kollox mar-regolamenti tar-radju tal-ITU, mal-ippjanar nazzjonali tal-frekwenzi u mal-objettivi tal-politiki nazzjonali sabiex tkun evitata interferenza ta' ħsara bejn is-servizzi pprovduti; iwissi dwar il-frammentazzjoni tal-ispettru li twassal biex riżorsi skarsi ma jkunux użati bl-aħjar mod; jistieden lill-Kummissjojni biex tiżgura li pjan koordinat tal-ispettru għall-ġejjieni ma joħloqx ostakoli ġodda għall-innovazzjoni tal-ġejjieni;

44.

Jappoġġja approċċ komuni u bbilanċjat lejn l-użu tad-dividend diġitali, li jippermetti kemm li x-xandara jkomplu joffru u jespandu s-servizzi tagħhom u kif ukoll li l-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jużaw dan ir-riżors biex iniedu servizzi ġodda li jissodisfaw użi soċjali u ekonomiċi importanti oħra, iżda jisħaq li fi kwalunkwe każ id-dividend diġitali għandu jkun allokat b'mod newtrali fil-konfront tat-teknoloġija;

45.

Jenfasizza li l-politika dwar l-ispettru trid tkun dinamika u trid tippermetti lix-xandara u lill-operaturi tal-komunikazzjonijiet li japplikaw teknoloġiji ġodda u jiżviluppaw servizzi ġodda li jippermettulhom li jkomplu jaqdu rwol prinċipali fil-kisba ta' objettivi ta' politika kulturali u tal-media, filwaqt li jipprovdu wkoll servizzi ġodda ta' komunikazzjoni ta' kwalità għolja;

46.

Jisħaq dwar il-benefiċċji potenzjali, fir-rigward ta' ekonomiji fil-kobor, innovazzjoni u interoperabilità u l-provvista ta' servizzi pan-Ewropej potenzjali ta' ppjanar ta' spettru aktar koerenti u integrat fil-livell Komunitarju; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni sabiex jidentifikaw faxex sekondarji komuni tal-ispettru tad-dividend diġitali għal “clusters” differenti ta' applikazzjoni li jkunu jistgħu jiġu armonizzati fuq bażi ta' newtralità fil-konfront tat-teknoloġija;

47.

Jemmen li l-iggruppar fi ħdan il-frekwenza UHF għandu jkun ibbażat fuq metodu minn isfel għal skond l-ispeċifiċitajiet tas-swieq nazzjonali filwaqt li tkun żgurat li jkun hemm armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju kull meta din toħloq valur miżjud ċar;

48.

Sabiex jinkiseb użu aktar effiċjenti tal-ispettru u sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' servizzi nazzjonali, transkonfinali u pan-Ewropej li jkunu innovattivi u ta' suċċess, jappoġġja approċċ koordinat fuq livell Komunitarju, ibbażat fuq ġabriet differenti tal-ispettru tal-frekwenza UHF għal servizzi unidirezzjonali jew bidirezzjonali rispettivament, filwaqt li jitqiesu l-potenzjal għall-interferenza dannuża li tirriżulta mill-koeżistenza ta' tipi differenti ta' networks fl-istess faxxa, l-eżiti tal-RRC 06 u l-WRC 07 tal-ITU ta' Ġinevra, u l-awtorizzazzjonijiet eżistenti;

49.

Jikkunsidra li l-parti tal-ispettru armonizzat fuq il-livell Komunitarju ddedikata għas-servizzi ta' emerġenza għandha tkun tista' tipprovdi aċċess għat-teknoloġiji broadband tal-futur għall-ksib u t-trasmissjoni ta' informazzjoni meħtieġa għall-ħarsien tal-ħajja tal-bniedem permezz ta' reazzjoni aktar effiċjenti min-naħa tas-servizzi tal-emerġenza;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-istudji tekniċi, soċjo-ekonomiċi, u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji xierqa sabiex jiġu determinati d-daqs u l-karatteristiċi tal-faxex sekondarji li jistgħu jiġu kkoordinati jew armonizzati fil-livell Komunitarju; ifakkar li dawn l-istudji għandhom jikkunsidraw li d-dividend mhux statiku, imma li l-iżvilupp teknoloġiku dejjem għaddej u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda għandha tippermetti l-użu tal-faxxa ta' frekwenza UHF għal tipi ġodda ta' servizzi soċjali, kulturali u ekonomiċi innovattivi li jmorru 'l hinn mix-xandir u mill-“wireless” broadband; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-Istati Membri jikkontribwixxu għal dawn l-istudji sabiex jidentifikaw il-faxex komuni li għandom ikunu armonizzati fuq livell Ewropew għal servizzi pan-Ewropej interoperabbli u definiti b'mod ċar, kif ukoll għall-allokazzjoni ta' dawn il-faxex;

51.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfittex li tikopera mal-pajjiżi ġirien tal-Istati Membri sabiex jadottaw mapep tal-frekwenzi simili jew jikkoordinaw l-allokazzjoni tal-frekwenzi tagħhom mal-Unjoni Ewropea sabiex ikun evitat tfixkil fit-tħaddim tal-applikazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq studju dwar il-kunflitti bejn l-utenti ta' Open Source Software u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni rigward radji definiti mis-software;

53.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi passi għat-tnaqqis tar-responsabilità legali fil-kuntest tal-provvista ta' network wireless tat-tip mesh;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, hekk kif dawn l-istudji msemmija hawn fuq jitlestew u wara li tkun ikkonsultat kemm lill-Grupp dwar il-Politika tal-Ispettru tar-Radju u kif ukoll lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u t-Telekomnnikazzjoni u wara li tieħu kont xieraq tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal miżuri mtejba ta' koordinazzjoni fil-livell Komunitarju tal-użu tad-dividend diġitali skond il-pjanijiet rigward il-frekwenzi mifthiema fil-livell internazzjonali;

55.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 364.

(2)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 115.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/66


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali

P6_TA(2008)0454

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) 2006

2010/C 8 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2007),

wara li kkunsidra l-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2008 (COM(2007)0640),

wara li kkunsidra r-'Reviżjoni Annwali tas-Suq tal-Prodotti tal-Foresta' tal-2006-2007 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura,

wara li kkunsidra r-rapport “Review on the Economics of Climate Change” ta' Sir Nicholas Stern, ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar iż-żieda fir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rekwiżiti ta' ħarsien ambjentali għandhom jiġu integrati fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni (l-Artikoli 6 u 3(1)(b) tat-Trattat), minħabba li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika ambjentali tal-Komunità Ewropea huwa l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu ttrattati problemi ambjentali regjonali jew dinjija inklużi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-foresti (Artikolu 174 tat-Trattat),

B.

billi d-deforestazzjoni sseħħ b'rata ta' madwar 13-il miljun ettaru kull sena, inklużi 6 miljuni ta' ettari ta' foresti primarji,

C.

billi huwa stmat li d-deforestazzjoni hija responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra disgħinijiet,

D.

billi l-FAO tistma li hemm inqas minn 8 % taż-żona forestali dinjija li huma ekoċertifikati u li inqas minn 5 % tal-foresti tropikali li huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli,

E.

billi l-importazzjonijiet irħas ta' injam illegali u ta' prodotti forestali, flimkien man-nuqqas ta' konformità ma' standards soċjali u ambjentali bażiċi, jiddistabilizzaw is-swieq internazzjonali, jillimitaw id-dħul mit-taxxa tal-pajjiżi produtturi u jheddu l-impjiegi ta' kwalità ogħla kemm fil-pajjiżi li jimportaw kif ukoll f'dawk li jesportaw u jdgħajfu wkoll il-pożizzjoni ta' dawk il-kumpaniji li jaġixxu b'mod responsabbli u jirrispettaw l-istandards eżistenti,

F.

billi l-abitanti ta' pajjiżi li jipproduċu l-injam m'għandhomx ikunu mistennija li jġorru l-ispejjeż taż-żamma ta' dak li huwa riżors globali,

G.

billi l-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008 inkluda Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni, u Komunikazzjoni flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex fis-suq tal-UE la ma jidħol injam maqtugħ illegalment u lanqas ma jidħlu prodotti magħmula minn dan l-injam,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-2006 tal-ITTA minħabba l-fatt li kieku ma ntlaħaqx ftehim kien ikun sinjal negattiv fir-rigward tal-impenn tal-komunità internazzjonali fil-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti tropikali; madankollu, jikkunsidra li r-riżultat għadu ferm lura minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi indirizzat it-telf ta' dawn il-foresti;

Ħtieġa ta' politiki aktar integrati

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati membri biex iżidu b'mod sinifikanti r-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiżdiedu l-konservazzjoni u l-użu ekoloġikament responsabbli, biex jiġu appoġġjati azzjonijiet immirati għat-tisħiħ tal-governanza ambjentali u l-bini ta' kapaċità u għall-promozzjoni ta' alternattiva ekonomikamnet vijabbli għall-prattiki agrikoli ta' qtugħ ta' siġar u prattiki tat-tħaffir tal-minjieri li huma distruttivi;

3.

Jemmen li huwa ugwalment importanti li tissaħħaħ il-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inklużi l-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni, sabiex jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-konservazzjoni, l-użu u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali u biex jiddemarkaw u jiddefendu d-drittijiet tal-art tagħhom;

4.

Jikkunsidra li l-politiki ta' akkwist pubbliku għandhom jirrikjedu li l-injam u l-prodotti magħmula mill-injam ikunu ġejjin minn sorsi legali u sostenibbli sabiex jiżdied l-impenn prattiku tal-awtoritajiet lejn governanza tajba fil-forestrija u kontra l-korruzzjoni;

5.

Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jaħdmu biex jiżguraw li l-Aġenziji tal-Kreditu tal-Esportazzjoni, il-Faċilità ta' Investiment ta' Cotonou u Istituzzjonijiet ta' Self Internazzjonali oħra li jiffinanzjaw proġetti bi flus pubbliċi tal-UE jużaw il-prinċipju ta' Kunsens Ħieles, Minn Qabel u Infurmat qabel ma jappoġġjaw finanzjarjament kwalunkwe proġett f'żoni forestali u jinsisti wkoll li jitwettqu evalwazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali u proċeduri ta' eżaminazzjoni għal dawn il-proġetti sabiex jiġi żgurat li ma jkattrux id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti jew l-attivitajiet ta' qtugħ ta' siġar illegali;

6.

Iqis li l-inizjattivi ta' ċċertifikar, li jagħtu lill-konsumaturi l-fiduċja li l-injam li jkunu qed jixtru mhux biss ikun legali iżda jkun ġej minn foresti li huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli, potenzjalment jissupplimentaw b'mod utli l-ftehimiet internazzjonali, sakemm dawn iċ-ċertifikati jkunu msejsa fuq verifika indipendenti;

7.

Huwa mħasseb li l-ftehimiet volontarji mhux se jkunu suffiċjenti biex ikun ivverifikat li l-prodotti magħmula mill-injam li jitqiegħdu fis-suq tal-UE jkunu ġejjin minn sorsi legali u sostenibbli u għalhekk jemmen li l-UE għandha tibda tadotta standards legali vinkolanti internament flimkien ma' strumenti ta' sanzjoni għan-nuqqas ta' konformità;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu applikati kriterji stretti ta' sostenibilità, li jqisu l-impatti ambjentali u soċjali kemm diretti kif ukoll indiretti, fuq l-importazzjonijiet ta' agrofjuwils u bijomassa jekk il-benefiċċji klimatiċi tas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili m'għandhomx jiġu mxejna fil-parti l-kbira tagħhom minn żieda fl-emissjonijiet ta' CO2 li toriġina mid-deforestazzjoni;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura, permezz tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali tagħha, governanza tajba tar-riżorsi tal-injam;

10.

Iqis li f'dan ir-rigward il-ftehima kummerċjali proposta mal-pajjiżi tal-Ażja tax-Xlokk hija ta' importanza partikulari u jikkunsidra li kwalunkwe ftehima għandu jkun fiha kapitolu sinifikanti dwar l-iżvilupp sostenibbli li jindirizza l-kwistjonijiet taż-żamma tal-foresti u l-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u mhux sostenibbli tas-siġar;

Karatteristiċi ta' ftehima aktar b'saħħitha u aktar effettiva

11.

Jikkunsidra li ftehima effettiva dwar l-injam tropikali għandu jkollha, bħala l-objettivi ewlenin tagħha, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-protezzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti tropikali u li ż-żoni forestali li kienu ġew iddegradati jerġgħu jiġu kif kienu u li l-kummerċ tal-injam tropikali għandu jitħeġġeġ biss jekk dan ikun kompatibbli mal-objettivi preċedenti;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa mekkaniżmi ta' finanzjament għall-pajjiżi li minflok ma jipprovaw jilħqu l-massimu tad-dħul f'terminu ta' żmien qasir jiddeċiedu li jagħtu prijorità lill-objettiv, fuq terminu ta' żmien itwal, tal-promozzjoni ta' foresti sostenibbli, u biex tinvestiga l-possibilità li tiġi organizzata mill-ġdid is-sistema ta' votazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali sabiex jiġu ppremjati l-pajjiżi li jipproduċu l-injam li jagħtu prijorità lill-konservazzjoni u lill-użu sostenibbli tar-riżorsi forestali;

13.

Jemmen li ftehima futura għandha tiżgura li l-parlamentari u s-soċjetà ċivili jkunu involuti fit-tfassil tal-politika u li jkun hemm dispożizzjonijiet għal verifiki indipendenti tas-sostenibilità tal-politiki ta' mmaniġġjar forestali tal-membri u tal-impatt tagħhom fuq il-popli indiġeni;

Konklużjonijiet

14.

Jikkunsidra li l-ftehima tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE u jemmen li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jilqgħu b'sodisfazzjon l-aċċettazzjoni pubblika u l-leġittimità msaħħa li jirriżultaw permezz tal-involviment ikbar tal-Parlament;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprepara rapporti annwali kemm dwar l-implimentazzjoni tal-ITTA tal-2006 kif ukoll dwar miżuri biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-kummerċ fuq il-foresti tropikali, inklużi l-konsegwenzi tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles u l-ftehimiet bilaterali skont il-programm FLEGT;

16.

Jemmen li l-Parlament għandu jkun involut u infurmat bis-sħiħ dwar il-progress li jsir f'kull stadju tan-negozjati dwar il-ftehimiet ta' sħubija FLEGT;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda tipprepara għar-round li jmiss ta' negozjati tal-ITTA bl-objettiv li jiġi żgurat li l-ftehima sussegwenti tkun ħafna aħjar;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar il-progress tan-negozjati futuri għal ftehima sussegwenti għall-ITTA tal-2006 sabiex ir-riżultat ta' dawn in-negozjati jġib miegħu appoġġ wiesa';

*

* *

19.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 482.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/69


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja

P6_TA(2008)0455

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja (Marsilja, 29 ta' Settembru 2008)

2010/C 8 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Indja li ġiet imnedija f'The Hague fit-8 ta' Novembru 2004,

wara li kkunsidra d-Disa' Samit bejn l-UE u l-Indja li se jsir fid-29 ta' Settembru 2008 f'Marsilja,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Isħubija Strateġika 2005, adottat fis-Sitt Samit bejn l-UE u l-Indja li sar f'Delhi fis-7 ta' Settembru 2005,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-Tmien Samit bejn l-UE u l-Indja li sar f'New Delhi fit-30 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja: Sħubija Strateġika (1),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim bejn l-UE u l-Indja fid-Dokument ta' Strateġija għall-Indja għall-2007-2010,

wara li kkunsidra t-tielet Panel dwar l-Enerġija bejn l-UE u l-Indja tal-20 ta' Ġunju 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2007 dwar il-Kashmir: il-qagħda attwali u l-prospetti futuri (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 dwar l-allegazzjonijiet ta' oqbra tal-massa fil-Kashmir amministrat mill-Indja (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-UE mal-Indja (4),

wara li kkunsidra d-diskors tal-President tar-Repubblika tal-Indja lill-Parlament Ewropew fil-25 ta' April 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tar-Round Table tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Indja li saret f'Pariġi fil-15 u s-16 ta' Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

Billi l-UE u l-Indja jikkostitwixxu l-akbar demokraziji fid-dinja, u l-impenn komuni tagħhom għad-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt u l-multilateraliżmu fir-relazzjonijiet internazzjonali jikkontribwixxi għall-paċi u l-istabilità dinjija,

B.

billi l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Isħubija Strateġika imsemmi hawn fuq bejn l-UE u l-Indja sewa bħala l-bażi għal koperazzjoni dejjem akbar bejn l-UE u l-Indja sa mill-2005,

C.

billi l-Indja irreġistrat tkabbir ekonomiku annwali fis-snin riċenti ta' bejn 8 u 10 %, u billi hi pajjiż li qed joħroġ fid-deher bħala poter ekonomiku maġġuri u li għamel passi kbar fl-iżvilupp ekonomiku; billi l-avvanzi kbar li għamlet l-Indja f'diversi indikaturi tal-iżvilupp uman u l-fatt li qed titfaċċa klassi medja usa' li qed toqrob il-100 miljun ruħ, u l-progress li għamlet l-Indja billi saret ukoll donatur, apparti minn benefiċjarja, tal-għajnuna għall-iżvilupp; billi d-differenza kbira fis-salarji u t-300 miljun persuna Indjana li jgħixu f'faqar inaċċettabbli hu fatt li jkompli jħasseb,

D.

billi bħalissa l-Indja qiegħda tħabbat wiċċha ma' għadd ta' kriżijiet fil-politika domestika, bħall-vjolenza kontinwa tal-Ġiħadiżmu Iżlamiku u l-Hindu Radikalista, it-tensjoni politiko-reliġjuża interkomunali f'Jammu u fil-Kashmir, attakki kontra l-Kristjani f'Orissa, ħafna minnhom ta' oriġini Dalit u l-firxa tar-ribelljoni Maoista (Naxalites) f'mill-inqas 12-il stat kif ukoll id-diżastri naturali fil-grigal tal-pajjiż,

E.

billi f'Awwissu 2008 seħħet mewġa ta' vjolenza u sensiela ta' assassinji kontra persuni Kristjani f'Orissa, jikkunsidra l-allegazzjonijiet li ma kien hemm ebda intervent effettiv mill-pulizija lokali u li l-mexxejja tal-organizzazzjoni Vishwa Hindu Parishad qalu li sakemm jibqa' anke Kristjan wieħed f'Orissa, il-vjolenza mhix se tieqaf; billi uħud mill-Komunitajiet Insara fl-Indja huma esposti għal intolleranza u vjolenza kontinwi,

F.

billi d-diskriminazzjoni ta' kasti u l-prattiki ta' “persuni li ma jistgħux jintmessu” kontra d-Dalits għadha qed taffettwa sew id-drittijiet soċjo-ekonomiċi u politiko-ċivili tagħhom minkejja l-isforzi tal-gvernijiet tal-Indja matul għexieren ta' snin,

G.

billi minn Ottubru 2005 'l hawn aktar minn 400 persuna mietu f'attakki bil-bombi fil-bliet Indjani; billi l-aħħar wieħed, imwettaq mit-terroristi Iżlamiċi, sar fit-13 ta' Settembru 2008, u ħalla mill-anqas 20 persuna mejta u bosta mweġġgħin,

H.

billi l-kummerċ bejn l-UE u l-Indja kiber ħafna fis-snin riċenti, minn EUR 28.6 biljun fl-2003 għal aktar minn EUR 55 biljun fl-2007, u billi l-investiment barrani tal-UE fl-Indja kiber b'aktar mid-doppju bejn l-2002 u l-2006, għal EUR 2,4 biljun; u billi r-reġim kummerċjali u l-ambjent regolatorju tal-Indja għadu kumparattivament restrittiv u fl-2008 l-Bank Dinji kklassifika lill-Indja bħala n-numru 120 (minn 178 ekonomija) f'termini ta' “faċilità sabiex isir il-kummerċ”,

I.

billi l-Parlament Ewropew u l-Parlament Indjan stabbilixxew relazzjonijiet bilaterali formali,

J.

billi l-UE u l-Indja għadhom impenjati li jikkonkludu Ftehim ta' Kummerċ Ħieles li jkun komprensiv, ibbilanċjat u konsistenti b'mod sħiħ mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li jipprovdi għal liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ; billi Ftehima ta' Kummerċ Ħieles tkun ta' benefiċċju sostanzjali għaż-żewġ ekonomiji, iżżid l-investiment, l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ġenerali kemm fl-UE kif ukoll fl-Indja, u tagħti spinta lill-kummerċ globali, speċjalment fis-servizzi,

K.

billi l-UE u l-Indja żviluppaw koperazzjoni mill-qrib fis-setturi tax-xjenza u t-teknoloġija,

L.

billi l-UE u l-Indja ħadu l-impenn li jeqirdu l-forom kollha ta' terroriżmu li jikkostitwixxi waħda mill-aktar theddidiet serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali,

M.

billi l-Indja saret attur prinċipali fil-komunità internazzjonali u waħda mill-akbar kontributuri għal missjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-paċi, u billi dan l-istatus imtejjeb għandu jkun rikonoxxut fin-NU permezz ta' siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà,

N.

billi l-Indja għandha sehem importanti f'dak li jikkonċerna n-Nofsinhar u x-Xlokk tal-Ażja, b'mod partikulari permezz tas-sħubija tagħha fl-SAARC u fl-ASEAN; wara li kkunsidra s-sehem tal-Indja fl-appoġġ għall-istabilità fir-reġjun, u f'dan ir-rigward jinnota l-koperazzjoni tagħha mal-UE fin-Nepal u fis-Sri Lanka,

O.

billi l-Istati Uniti u l-Indja ffirmaw ftehim dwar koperazzjoni nukleari ċivili,

P.

billi ġejjieni paċifiku għall-prinċipati statali ta' qabel ta' Jammu u tal-Kashmir jibqa' għan importanti għall-istabilità fin-nofsinhar tal-Ażja,

Q.

billi l-bidla fil-klima, l-użu tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija huma ta' tħassib serju għall-komunità internazzjonali,

R.

billi l-isplużjoni globali fil-prezzijiet tal-fjuwil u tal-ikel ħolqot problemi ekonomiċi serji u qajmet tħassib dwar il-prospett ta' ferment soċjali,

S.

billi l-Indja hi parteċipanta fil-proġett Galileo u fil-proġett ITER tal-UE,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Laqgħa tad-Disa' Samit bejn l-Indja u l-UE bħala espressjoni ta' Sħubija Strateġika sostenibbli u jirrakkomanda bil-qawwa li qabel dawn il-laqgħat tas-samits annwali fil-ġejjieni għandhom isiru laqgħat parlamentari sabiex ikun enfasizzat l-iskrutinju demokratiku ta' dan il-proċess u sabiex iż-żewġ naħat jifhmu aħjar l-opinjonijiet u s-sistemi demokratiċi ta' xulxin;

2.

Jerġa' jafferma l-appoġġ qawwi tiegħu għat-tisħiħ tar-relazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Indja, u sabiex ikunu esplorati modi oħrajn biex titjieb ir-relazzjoni, u jitlob li jinħarġu konklużjonijiet konkreti mis-Samit dwar kwistjonijiet ekonomiċi, politiċi, ta' sigurtà, kummerċjali u kwistjonijiet oħra ta' interess reċiproku;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Isħubija Strateġika imsemmi hawn fuq, jittama li dan se jistabbilixxi prijoritajiet u skadenzi ċari għall-attivitajiet li sar qbil dwarhom, u jtenni x-xewqa tiegħu li jkun involut fil-proċess ta' reviżjoni; lest jidħol f'diskussjonijiet mal-Kummissjoni sabiex ikunu definiti l-format ta' dan l-involviment;

4.

Jinnota li l-UE u l-Indja għandhom ħsieb li jadottaw Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Isħubija Strateġika rivedut fis-Samit; jenfasizza l-importanza li tingħata sustanza politika lill-azzjonijiet konġunti proposti u l-allokazzjoni ta' riżorsi biżżejjed li tagħmilha possibbli li l-prijoritajiet tal-Pjan jintlaħqu b'mod sħiħ;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif, f'Ġunju 2008, tal-Grupp ta' Ħbiberija Parlamentari bejn l-Indja u l-Parlament Ewropew li se jaġixxi fil-Parlament Indjan bħala kontroparti għad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Indja; jittama li din l-inizjattiva pożittiva tniedi djalogu sinifikanti u strutturat bejn iż-żewġ Parlamenti dwar kwistjonijiet ta' interess globali u komuni, permezz ta' żjarat bilaterali regolari u diskussjonijiet madwar il-mejda;

6.

Jenfasizza l-impenn sod tiegħu għat-twaqqif ta' FTA komprensiva, b'firxa wiesgħa u ambizzjuża bejn l-UE u l-Indja; jinnota li filwaqt li n-negozjaturi laħqu konsensus wiesa' dwar il-kummerċ tal-oġġetti, jeħtieġ isiru aktar diskussjonijiet sabiex jinstab ftehim dwar is-servizzi, il-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), l-appalt pubbliku, l-iżvilupp sostenibbli, miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) u ostakoli li mhumiex tariffi; iħeġġeġ liż-żewġ naħat sabiex jaħdmu biex in-negozjati jiġu konklużi b'suċċess sat-tmiem tal-2008; jinnota ż-żieda enormi fil-kummerċ u l-investiment bilaterali tul dan l-aħħar għaxar snin, u jenfasizza l-potenzjal enormi għal tkabbir ulterjuri li jirriżulta minn dan it-tip ta' ftehim;

7.

Jitlob li tiġi konkluża FTA komprensiva li ttejjeb l-aċċess għas-suq għall-prodotti u s-servizzi, tkopri b'mod sostanzjali l-kummerċ kollu, inklużi dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza regulatorja f'oqsma relevanti għall-kummerċ reċiproku u l-investiment, inklużi l-istandards u l-valutazzjoni tal-konformità, l-SPS, l-IPR inklużi l-infurzar, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u d-dwana, l-appalt pubbliku, il-kummerċ u l-kompetizzjoni, kif ukoll il-kummerċ u l-iżvilupp u klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala element essenzjali ta' dik l-FTA;

8.

Jagħti l-appoġġ tiegħu għan-negozjati għal FTA mal-Indja filwaqt li jkunu rispettati l-pożizzjonijiet ekonomiċi differenti taż-żewġ sieħba, il-qagħda soċjoekonomika partikulari fl-Indja u, b'mod speċjali, il-qagħda tal-bdiewa fqar li jaħdmu biex jgħajxu l-familji tagħhom; iqis li kapitolu ambizzjuż dwar l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun integrat f'kull ftehima u jenfasizza li dan għandu jkun suġġett għall-mekkaniżmu standard għas-soluzzjoni tat-tilwim;

9.

Jinnota li l-UE hi sors importanti ta' investiment barrani dirett (FDI) għall-Indja, li jammonta għal madwar 19,5 % tal-flussi totali tal-FDI tal-Indja, u li l-investimenti kumulattivi diretti tal-Indja f'intrapriżi konġunti u f'sussidjarji ta' sjieda Indjana fl-UE (minn April 1996 sa 2006/2007) jammontaw għal EUR 4 315,87 miljun, u dan jagħmel lill-UE l-akbar destinazzjoni ta' investiment barrani għall-Indja; jirrikonoxxi li l-flussi ta' investimenti bejn l-UE u l-Indja qed jiżdiedu u li aktarx se jkomplu jiżdiedu aktar u aktar wara l-konklużjoni b'suċċess tal-FTA;

10.

Ifakkar li l-UE u l-Indja huma imsieħba kummerċjali importanti u membri fundaturi tad-WTO; jiddispjaċih dwar il-kollass riċenti tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' Doha (DDA) u t-tilwima dwar it-tariffi agrikoli bejn l-Istati Uniti u l-Indja; jinnota li l-konsegwenzi tal-falliment tan-negozjati tad-WTO jinkludu: it-telf ta' benefiċċji possibbli mil-lat ta' benessri minn riformi ġodda tad-WTO; it-theddida serja li ssir ħsara lill-kredibilità tas-sistema internazzjonali tal-kummerċ u tad-WTO; u l-possibilità li jikber il-protezzjoniżmu kummerċjali u r-riskju li l-membri tad-WTO jagħżlu li jagħmlu ftehimiet bilaterali u reġjonali flok dawk multilaterali; iħeġġeġ lill-UE u lill-Indja sabiex iġeddu l-isforzi tagħhom għal ftehima kummerċjali komprensiva li jkun ta' ġid kemm għall-UE u għall-Indja kif ukoll għall-komunità internazzjonali usa';

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fin-negozjati li għaddejjin dwar FTA mal-Indja, tqis sewwa l-kunsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-implimentazzjoni tal-Istandards tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) rigward it-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat (Konvenzjonijiet Nru 138 u 182), l-abolizzjoni tal-ostakli li mhumiex marbutin mat-tariffi u r-restrizzjonijiet attwali fil-qasam tal-FDI f'setturi importanti, kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

12.

Jinnota t-tħabbir ta' Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Indja u l-ASEAN fit-28 ta' Awwissu 2008; jesprimi t-tama li l-ftehima se twassal għal aktar tkabbir ekonomiku, issaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi reġjonali u tissoda s-sigurtà fix-Xlokk tal-Ażja;

13.

Jistieden lill-UE u lill-Indja sabiex jaħdmu fuq il-konklużjoni ta' ftehimiet marittimi u tal-avjazzjoni li jkomplu jagħtu spinta lill-kummerċ u lill-investiment bilaterali; jiddikjara li s-Samit se jipprovdi wkoll opportunità għall-iffirmar tal-Ftehima ta' Finanzjament dwar il-programm ta' koperazzjoni l-ġdida dwar l-avjazzjoni ċivili;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija taċ-Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija (EBTC) f'New Delhi, li għandu jgħin biex iseddaq ir-rabtiet bejn in-negozji Ewropej u Indjani kif ukoll bejn il-parteċipanti fix-xjenza u t-teknoloġija, bil-għan li dawn jirreaġixxu għat-talbiet tas-suq Indjan;

15.

Jitlob lill-Kunsill biex mingħajr telf ta' ħin jagħmel progress dwar reġim għall-iffaċilitar tal-viża;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tal-Indian Wildlife Crime Control Bureau filwaqt li jibqa' tabilħaqq imħasseb dwar is-sitwazzjoni mwiegħra tat-tigra selvaġġa, u jistieden lill-Indja biex tipproteġi t-tigri mit-telf tal-ħabitat u mill-ittraffikar minn netwerks kriminali transnazzjonali; jitlob għal għajnuna speċifika mill-UE għal dan l-isforz favur il-konservazzjoni fil-forma ta' kompetenza teknika u appoġġ finanzjarju kif ukoll fl-infurzar tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Ħieles fl-Ispeċji Mhedda tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi (CITES);

17.

Iħeġġeġ liż-żewġ naħat sabiex jaħdmu aktar mill-qrib dwar l-isfidi ambjentali ewlenin li qed tiffaċċja l-pjaneta; f'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-UE u lill-Indja sabiex jiżviluppaw approċċi komuni safejn ikun possibbli għall-isfida tal-bidla fil-klima u għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra; jenfasizza l-ħtieġa li ż-żewġ naħat jimpenjaw ruħhom għal ftehima post-2012 dwar tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gasijiet serra filwaqt li jirrikonoxxu l-kwistjonijiet partikulari li qed tiffaċċja l-Indja bħala nazzjon li qiegħed jiżviluppa;

18.

Jinnota l-prezzijiet li qed jogħlew ħafna tal-enerġija globali u l-impatt konsegwenti fuq il-konsumaturi domestiċi, in-negozju u l-industrija; jenfasizza l-ħtieġa li d-diversità tal-provvista tal-enerġija tkun għan politiku globali u jenfasizza r-riskji għall-istabilità politika fl-Ewropa u fl-Ażja li jinħolqu minħabba t-theddidiet għas-sigurtà tal-enerġija;

19.

Jinnota l-approvazzjoni min-Nuclear Suppliers Group tal-ftehima nukleari ċivili bejn l-Istati Uniti u l-Indja (u tad-dikjarazzjoni unilaterali Indjana li se żżomm l-impenji tagħha tan-non-proliferazzjoni u li se żżomm moratorium fuq l-ittestjar tal-armi atomiċi); jistieden lill-gvern tal-Indja biex ibiddel il-moratorium dwar it-test nukleari tiegħu f'impenn li jorbot legalment;

20.

Jirrikonoxxi li l-Indja għandha sehem importanti fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fiż-żamma tal-paċi fil-viċinat tagħha u lil hinn minnu; huwa mħasseb bil-qagħda politika attwali xejn stabbli fil-Pakistan u l-qagħda li kulma tmur qiegħda tkun aktar ta' riskju fl-Afganistan u fix-Sri Lanka u jesprimi t-tama li l-Indja, bħala l-pajjiż predominanti fir-reġjun, taġixxi bħala promotur tal-istabilità u l-paċi; jitlob lill-Indja u l-UE, b'mod partikolari permezz tal-mibgħut speċjali tal-UE għal Burma/Myanmar bħala intermedjarju, sabiex jaħdmu flimkien biex jikkonvinċu lill-ġunta militari tal-Burma sabiex jeħilsu l-priġunieri politiċi u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem;

21.

Jiddispjaċih dwar il-bidu ta' rvelli f'Jammu u fil-Kashmir f'Awwissu 2008 u jirrakkomanda li l-awtoritajiet jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex l-elezzjonijiet f'Jammu u fil-Kashmir ikunu jistgħu jsiru f'ambjent stabbli; jemmen li l-ftuħ tal-Kashmir għall-fluss ħieles ta' kummerċ u ta' persuni huwa essenzjali biex jiġi superat l-istaġnar tar-ripressjoni u l-vjolenza; jistenna bil-ħerqa ż-żmien li fih ikun hemm tnaqqis ta' preżenza militari li twassal biex is-soċjetà ċivili, il-kummerċ u t-turiżmu jiffunzjonaw b'mod normali;

22.

Huwa mħasseb ħafna dwar id-diżastru kkawżat mill-għargħar fil-grigal tal-Indja, li laqat b'mod partikulari l-istat ta' Biħar, imma wkoll lin-Nepal u l-Bangladexx; jiddeplora l-fatt li d-diżastru kkawża għadd kbir ta' vittmi u ħalla iżjed minn miljun ruħ bla dar; jilqa' b'sodisfazzjon l-għoti ta' għajnuna għall-emerġenza min-naħa tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Indja biex jintensifikaw il-koperazzjoni dwar miżuri li jtaffu l-effetti tal-bidla fil-klima u jintensifikaw b'mod konsiderevoli l-koperazzjoni dwar l-enerġiji li jiġġeddu;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Gvern Indjan u tas-soċjetà ċivili waqt il-proċess ta' salvataġġ u evakwazzjoni, fit-tqassim ikkoordinat tal-ikel u fl-amministrazzjoni tal-kampijiet ta' assistenza; jenfasizza li l-kenn u l-ilma tajjeb issa għandhom ikunu l-ogħla prijoritajiet sabiex is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika tistabbilizza ruħha; huwa favur li jkun kemm aktar koperazzjoni internazzjonali mal-Indja biex jingħata appoġġ lill-implimentazzjoni urġenti tal-azzjonijiet għall-adattazzjoni tal-klima, billi d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, bħall-għargħar, qegħdin jiżdiedu, u b'hekk jeħtieġ li jiżdiedu wkoll il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' rkupru;

24.

Jirrikonoxxi li l-Indja tipprovdi mudell għall-immaniġġjar tal-pluraliżmu kulturali u reliġjuż, minkejja d-diffikultajiet intermittenti u lokali fost ir-reliġjonijiet, inklużi dawk bejn il-Ħindu u l-Insara; madankollu, jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni attwali tal-minoritajiet Kristjani u jiddispjaċih dwar l-impatt li jista' jkollhom il-liġijiet kontra l-konverżjoni li nfirxu f'bosta stati Indjani fuq il-libertà tar-reliġjon;

25.

Jesprimi tħassib qawwi dwar l-attakki riċenti fuq Kristjani f'Orissa, (ħafna minnhom ta' oriġini Dalit) u fid-distrett Kandhamal b'mod partikulari; jenfasizza l-ħtieġa li tkun garantita assistenza u appoġġ immedjati għall-vittmi, inkluż kumpens lill-Knisja għall-ħsarat li saru fuq il-proprjetà tagħha u lill-individwi li l-proprjetà privata tagħhom saritilha ħsara b'mod simili; iħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex jagħmluha possibbli għal dawk li kienu sfurzati jaħarbu mill-irħula tagħhom li jirritornaw lura qawwijin u sħaħ; jenfasizza l-ħtieġa li dawk kollha akkużati, inklużi membri għolja fil-korp tal-pulizija, jiġu proċessati b'ħeffa mis-sistema ġudizzjarja; jiddeplora l-qtil ta' mill-inqas 35 ruħ sa minn meta faqqgħet il-vjolenza, u jitlob lill-istat u lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jipproteġu lill-minoranza Kristjana b'mod sħiħ;

26.

Jesprimi s-simpatija profonda tiegħu mal-vittmi tal-bombi terroristiċi fl-Indja kemm fit-territorju tagħha stess u kemm fl-Afganistan u partikolarment fl-Ambaxxata tagħha f'Kabul; ifakkar partikolarment fl-aħħar attakk bil-bombi tat-13 ta' Settembru 2008 fil-kapitali Indjana, l-imwiet ta' aktar minn 180 persuna f'Mumbai fl-2006 u ta' aktar minn 60 persuna f'Jaipur f'Mejju 2008; jikkundanna dawn l-attakki terroristiċi, u l-attakki terroristiċi kollha;

27.

Jafferma mill-ġdid l-irwol li s-soċjetà ċivili għandu jkollha fid-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' prinċipju fin-negozjati bilaterali tal-preżent; jinsisti, f'dan ir-rigward, fuq it-tisħiħ tal-irwol tar-Round Table tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Indja stabbilit fl-2001, u jitlob, b'mod partikolari, sabiex tingħata l-mezzi biex effettivament teżerċita d-dmir tagħha li tikkonsulta mas-soċjetà ċivili fl-UE u l-Indja; jitlob għal kunsiderazzjoni akbar tar-riżultati ta' dawn l-iskambji fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon, rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-koperazzjoni tal-Indja mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jifraħ ukoll lill-Kummissjoni Nazzjonali Indjana għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-ħidma indipendenti u rigoruża tagħha dwar id-diskriminazzjoni reliġjuża u kwistjonijiet oħra; jiddispjaċih li l-Indja għadha ma rratifikatx il-Konvenzjoni internazzjonali kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti jew il-protokoll fakultattiv tagħha; jirrakkomanda li l-Indja għandha tirratifika minnufih iż-żewġ strumenti; iħeġġeġ lill-Gvern Indjan biex ineħħi b'mod immedjat il-piena tal-mewt billi jimponi moratorium fuq l-eżekuzzjonijiet; jinkoraġġixxi lill-Gvern Indjan biex jiffirma u jirratifika l-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; iħeġġeġ lill-Indja biex issir firmatarja tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Indjani biex jirriformaw l-Att dwar il-Poteri Speċjali tal-Forzi Armati, li jagħti impunità lis-suldati u lill-pulizija;

29.

Jitlob sabiex jitfassal rapport ta' progress dwar il-politika tad-drittijiet tal-bniedem implimentata mal-Indja, filwaqt li jfakkar li d-djalogu bejn l-UE u l-Indja dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġi ppreżentat bħala mudell fil-qasam; huwa sorpriż, f'dan il-kuntest, li l-Indja mhijiex fil-lista ta' pajjiżi eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) (5) ta' mikroproġetti għas-soċjetà ċivili;

30.

Jistieden lill-UE u lill-Indja sabiex juru biċ-ċar li għandhom impenn konġunt li jaffrontaw il-problema tat-terroriżmu, li hi waħda mit-theddidiet ewlenin għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; iħeġġeġ li jkun hemm koperazzjoni mtejba dwar il-qsim tal-intelliġenza, u jitlob li jitqies li l-Indja għandha stejtus privileġġat fi ħdan il-Europol;

31.

Jenfasizza li s-sikurezza tal-ikel fl-Indja għadha qasam ta' tħassib; jistieden lill-Gvern Indjan biex inaqqas id-differenza bejn id-domanda u l-provvista billi jħaffef il-pass tal-produzzjoni domestika ta' żrieragħ għall-ikel, u billi jiġi żgurat li jkun hemm investiment pubbliku u privat, jiddaħħlu teknoloġiji ġodda u ssir id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba';

32.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar mill-Indja biex jinqered il-faqar (Għan ta' Żvilupp għal Millenju 1 (MDG 1)); jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' progress fl-MDGs dwar l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa; itenni t-tħassib tiegħu li l-imwiet tat-trabi u s-saħħa tal-ommijiet (MDGs 4 u 5) huma l-oqsma li fihom l-anqas li sar progress u aktarx li l-għanijiet dwarhom ma jintlaħqux sal-2015; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern tal-Indja biex jipprijoritizzaw l-azzjonijiet tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tnaqqis fl-imwiet fost it-tfal u t-titjib fis-saħħa tal-ommijiet;

33.

Jistieden lill-UE u lill-Indja biex jisħqu aktar fuq l-iskambji bejn il-popli u aktar djalogu kulturali;

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Indja.


(1)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.

(2)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 468.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0366.

(4)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(5)  Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1).


Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/75


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
Il-Media Komunitarja fl-Ewropa

P6_TA(2008)0456

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-Media Komunitarja fl-Ewropa (2008/2011(INI))

2010/C 8 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 150 u 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċertu atti relatati, ffirmati fit-2 ta' Ottubru 1997, Protokoll Nru 9 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad- Diversità tal-Espressjoni Kulturali li tirrikonoxxi l-leġittimità tal-politiki pubbliċi għar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-pluraliżmu,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva Qafas) (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tas-Servizz Universali) (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televixin (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (7),

wara li kkunsidra l-“White Paper” ippreżentata mill-Kummissjoni dwar politika tal-komunikazzjoni Ewropea (COM(2006)0035),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar approċċ Ewropew għal-litteriżmu tal-media fl-ambjent diġitali (COM(2007)0833),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Lulju 1995 dwar il-possibilitajiet tal-istrateġija tal-Green Paper biex tissaħħaħ l-industrija tal-programm Ewropew fil-kuntest tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persuanl tal-Kummissjoni dwar il-Pluraliżmu tal-Media fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (SEC(2007)0032),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2004 dwar ir-riskji tal-vjolazzjoni, fl-UE u speċjalment fl-Italja, tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (l-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) (9),

wara li kkunsidra l-istudju 'L-Istat tal-Media Komunitarja fl-Unjoni Ewropea', ikkummissjonat mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Media tal-Komunità/ir-Rakkomandazzjoni (2007)2 tal-Kumitat tal-Ministri għall-Istati Membri dwar il-pluraliżmu tal-media u d-diversità tal-kontenut tal-media,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (Dik-31.01.2007 E) tal-Kumitat tal-Ministri dwar il-ħarsien tal-irwol tal-media fid-demokrazija fil-kuntest tal-konċentrazzjoni tal-media,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Diversità fix-Xandir abbozzata mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Libertà tal-Opinjoni u tal-Espressjoni, ir-Rappreżentattiv tal-OSCE tal-Libertà tal-Media, ir-Rapporteur Speċjali tal-OAS dwar il-Libertà tal-Espressjoni u r-Rapporteur Speċjali tal-ACHPR (Kumitat Afrikan dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Popli) dwar il-Libertà tal-Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni, adottata fit-12 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0263/2008),

A.

billi l-media komunitarja hija magħmula minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u jridu jagħtu kont lill-istess Komunità li jfittxu li jaqdu,

B.

billi n-natura tal-media li ma tagħmilx profitt tfisser li l-objettiv primarju ta' talimedia hija li tidħol f'attivitajiet ta' interess pubbliku jew privat mingħajr xi profitt kummerċjali jew monetarju,

C.

billi “jridu jagħtu kont lill-Komunità” jfisser li l-media komunitarja trid tinforma lill-istess Komunità dwar l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha, tiġġustifikahom, u tiġi ppenalizzata fil-każ ta' xi mġiba ħażina,

D.

billi hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri rigward it-tixrid u l-impatt tal-media Komunitarja, li huma l-ikbar f'dawk l-Istati Membri li jirrikonoxxu b'mod ċar l-istatut legali tagħhom u huma konxji tal-valur miżjud tagħhom,

E.

billi l-media komunitarja għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni fil-ħolqien tal-kontenut mill-membri tal-Komunità, u b'hekk titrawwem il-parteċipazzjoni volontarja attiva fil-produzzjoni tal-media iżjed milli l-konsum passiv tal-media,

F.

billi ħafna drabi l-media komunitarja ma tirrappreżentax maġġoranza minn dawk il-kategoriji fis-soċjetà imma taqdi minflok varjetà ta' gruppi ta' mira speċifiċi iżgħar li jkunu injorati minn media oħra, li f'ħafna każijiet huma bbażati lokalment jew reġjonalment,

G.

billi l-media komunitarja tissodisfa rwol wiesa' imma s'issa mhux rikonoxxut fil-qasam tal-media, partikolarment bħala sors ta' kontenut lokali, u tħeġġeġ l-innovazzjoni, il-kreattività u d-diversità tal-kontenut,

H.

billi l-media komunitarja hija obbligata li tippreżenta mandat definit b'mod ċar, per eżempju li tipprovdi gwadann soċjali, li wkoll irid jiġi rifless fil-kontenut li tipproduċi,

I.

billi wieħed min-nuqqasijiet ewlenin tal-media komunitarja fl-Unjoni Ewropea huwa n-nuqqas tagħha ta' rikonoxximent legali minn ħafna sistemi legali nazzjonali, u billi barra minn hekk, s'issa, l-ebda mill-atti legali Komunitarji relevanti ma indirizza l-kwistjoni tal-media komunitarja,

J.

billi l-introduzzjoni ta' kodiċi ta' prattika, flimkien mar-rikonoxximent legali, jiċċaraw l-istatus tas-settur, il-proċeduri u l-irwol, billi jikkontribwixxu għaċ-ċertezza tas-settur filwaqt ukoll li tiġi żgurata l-indipendenza u tiġi evitata l-kondotta ħażina,

K.

billi l-Internet mexxa lis-settur f'perjodu ġdid b'possibilitajiet u sfidi ġodda, u billi l-ispejjeż tal-bidla mill-analogu għat-trażmissjoni diġitali poġġew piż kbir fuq il-media komunitarja,

L.

billi l-2008 ġiet iddikjarata bħala s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, li jfisser li l-media fl-Unjoni Ewropea għandha rwol partikolarment importanti x'tilgħab li tipprovdi mezzi tal-espressjoni u tal-informazzjoni xierqa b'mod eminenti għal entitajiet kulturali iżgħar fis-soċjetà kollha u għall-kontinwazzjoni tad-djalogu interkulturali matul l-2008 u wara,

M.

billi l-media kulturali hija mezz importanti li bih tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u tħeġġiġhom ikunu involuti b'mod attiv fis-soċjetà ċivika; billi jsaħħu d-dibattitu soċjali, li jirrappreżenta mezz ta' pluraliżmu intern tal-ideat, u billi l-konċentrazzjoni tas-sjieda toħloq theddida għall-media biex tkopri fid-dettall il-kwistjonijiet tal-interessi lokali għall-gruppi kollha fil-Komunità,

1.

Jisħaq li l-media komunitarja hija mezz effettiv biex jissaħħu d-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali u l-identità lokali, li tfisser id-diversità tas-settur;

2.

Jinnota li l-media komunitarja tgħin biex jissaħħu l-identitajiet ta' gruppi speċifiċi ta' interess, filwaqt li fl-istess ħin tippermetti lill-membri ta' dawk il-komunitajiet biex jaħdmu ma' gruppi oħra fis-soċjetà, u għalhekk tilgħab rwol importanti biex trawwem it-tolleranza u l-pluraliżmu fis-soċjetà u tikkontribwixxi għal djalogu interkulturali;

3.

Jisħaq ukoll li l-media komunitarja tħeġġeġ djalogu interkulturali billi jiġi edukat il-pubbliku, billi jkun hemm ġlieda kontra l-isterjotipi negattivi u jitranġaw l-ideat imressqa mill-mass media fir-rigward ta' ċertu komunitajiet fi ħdan is-soċjeta' mhedda mill-esklużjoni, bħal ma huma r-refuġjati, il-migranti, ir-Roma u minoritajiet etniċi u reliġjużi oħra; jisħaq li l-media komunitarja hija għodda biex tiħfief l-integrazzjoni tal-immigranti u wkoll tippermetti lil membri żvantaġġati tas-soċjetà biex isiru parteċipanti attivi billi jieħdu sehem f'dibattiti li huma importanti għalihom;

4.

Jinnota li l-media komunitarja tista' tilgħab rwol sinifikanti fil-programmi tat-taħriġ li jinvolvu organizzazzjonijiet esterni, inklużi universitajiet, u membri tal-komunità mhux tas-sengħa u taġixxi bħala 'hub' siewi għall-esperjenza tax-xogħol; jinnota li t-taħriġ ta' nies għall-ħiliet diġitali, web u editorjali permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-media komunitarja jipprovdi ħiliet utli u trasferibbli;

5.

Jinnota li l-Media komunitarja taħdem bħala katalist għall-kreattività lokali, li tipprovdi lill-artisti u l-intraprendituri kreattivi bi pjattaforma pubblika għall-ittestjar ta' ideat u kunċetti ġodda;

6.

Jikkunsidra li l-media komunitarja tikkontribwixxi għall-għan li jitjieb il-litteriżmu taċ-ċittadini fil-media permezz tal-indħil dirett tagħhom fil-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-kontenut u jitħeġġu żbokki tal-komunità bbażati fuq l-iskola biex tiġi żviluppata attitudni ċivika fost iż-żagħżagħ, jiżdied il-litteriżmu fil-media, kif ukoll biex jinbena set ta' ħiliet li jista' jintuża wkoll għall-parteċipazzjoni tal-media komunitarja;

7.

Jisħaq li l-media komunitarja tgħin biex issaħħaħ il-pluraliżmu tal-media, għax din tipprovdi perspettivi addizzjonali dwar kwistjonijiet li jinsabu fil-qalba tal-komunità speċifika;

8.

Jinnota li, fid-dawl tal-irtirar jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' media pubblika u kummerċjali f'ċertu oqsma, inklużi oqsma remoti, u t-tendenza mill-media kummerċjali biex jitnaqqas il-kontenut lokali, il-media komunitarja taf tkun l-uniku sors ta' aħbarijiet lokali u tal-informazzjoni u l-vuċi waħdanija tal-komunitajiet lokali;

9.

Jilqa' l-fatt li l-media komunitarja tista' tagħmel liċ-ċittadini iżjed konxji tas-servizzi pubbliċi eżistenti u tista' tgħin biex trawwem il-parteċipazzjoni ċivili fid-diskors pubbliku;

10.

Jikkunsidra li l-media komunitarja tista' sservi ta' mod effettiv li bih l-Unjoni tersaq eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha billi tindirizza udjenzi mmirati b'mod speċjali; u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkollaboraw b'mod iżjed attiv mal-Media Komunitarja ħalli jidħlu fi djalogu eqreb maċ-ċittadini;

11.

Jinnota li l-media komunitarja ta' kwalità tajba hija essenzjali sabiex tkun tista' twettaq il-potenzjal tagħha u jisħaq fuq il-fatt li mingħajr riżorsi finanzjarji proprji ma jistax ikun hemm din il-kwalità; Jinnota li r-riżorsi finanzjarji tal-media komunitarja jvarjaw ħafna imma huma in ġenerali pjuttost skarsi, u jirrikonoxxi li ffinanzjar addizzjonali u adattament diġitali jippermettu lis-settur tal-media komunitarja li jestendi l-profil innovattiv tiegħu u li jipprovdi servizzi ġodda u vitali li jġibu valur miżjud għas-servizzi eżistenti f'forma analoga;

12.

Jinnota li s-settur huwa nieqes mill-appoġġ li huwa bżonnjuż biex jagħmel sforzi kbar ħalli jtejjeb ir-rappreżentazzjoni tiegħu u jkollu kuntatt mal-UE u l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali;

13.

Jisħaq fuq il-bżonn għall-media komunitarja biex tkun politikament indipendenti.

14.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-kontenut tair-riżoluzzjoni billi jiddefinixxu l-media komunitarja bħala media li:

a)

ma tagħmilx profitt u tkun indipendenti, mhux biss mis-setgħa nazzjonali, imma wkoll mis-setgħa lokali, billi primarjament tidħol f'attivitajiet ta' interess pubbliku u ċivili, li taqdi objettivi definiti b'mod ċar li dejjem jinkludu l-valur soċjali u jikkontribwixxu għal djalogu interkulturali;

b)

trid tagħti kont lill-Komunità li tfittex li taqdi, u dan ifisser li għandha tinforma lill-Komunità dwar l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha, li tiġġustifikahom, u li tiġi ppenalizzata fil-każ ta' mġiba ħażina, sabiex is-servizz jibqa' kkontrollat mill-interessi tal-Komunità u jiġi evitat il-ħolqien ta' “top-down” networks;

c)

tkun favur il-parteċipazzjoni fil-ħolqien ta' kontenut mill-membri tal-komunità, li jistgħu jipparteċipaw fl-aspetti kollha tal-operazzjoni u tal-immaniġġjar imma fejn dawk responsabbli mill-kontenut editorjali jrid ikollhom status professjonali;

15.

Jagħti parir lill-Istati Membri biex jagħtu rikonoxximent legali lill-media komunitarja bħala grupp distint flimkien mal-media kummerċjali u pubblika fejn rikonoxximent bħal dan għadu nieqes mingħajr ma jkun ta' detriment għall-media tradizzjonali;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-media komunitarja bħala soluzzjoni alternattiva u minn isfel għal fuq (bottom-up) biex jiżdied il-pluraliżmu tal-media meta jitfasslu l-indikaturi għall-pluraliżmu tal-media;

17.

Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġaw b'mod iżjed attiv il-media komunitarja biex jiġi żgurat il-pluraliżmu fil-media, sakemm dan l-appoġġ ma jkunx detrimentali għall-media pubblika;

18.

Jisħaq fuq l-irwol li jista' jkollhom l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex jappoġġjaw u jħeġġu l-media komunitarja billi jipprovdu infrastruttura xierqa, flimkien ma' appoġġ fil-kuntest ta' programmi li jħeġġu l-iskambji tal-aħjar prattiki, bħal ma hu l-programm tal-Komunità 'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika' (magħrufa qabel bħala Interreg);

19.

Jitlob lill-Istati Membri biex jagħmlu l-ispettru tat-televixin u tal-frekwenza tar-radju disponibbli, kemm l-analogu u d-diġitali, filwaqt li jżommu f'moħħhom li s-servizz provdut mill-media komunitarja ma jridx jiġi assessjat f'termini ta' spejjeż tal-opportunità jew ġustifikazzjoni tal-ispiża tal-allokazzjoni tal-ispettru imma iżjed f'termini tal-valur soċjali li jirrappreżenta;

20.

Jirrikonoxxi li, min-naħa l-waħda, hemm biss proporzjon żgħir mis-settur li għandu l-għarfien u l-esperjenza biex japplika għall-appoġġ tal-UE u biex igawdi minnha, filwaqt li min-naħa l-oħra, l-uffiċjali li jiffinanzjaw mhumiex konxji tal-potenzjal tal-media komunitarja;

21.

Jirrikonoxxi li s-settur jista' jagħmel iżjed użu mill-iskemi ta' ffinanzjar tal-Kommunità sakemm jikkontribwixxu għall-objettivi tal-media komunitarja, permezz tal-implimentazzjoni ta' numru ta' programmi speċifiċi, bħal ma huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll l-opportunitajiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ġurnalisti permezz tal-Programmi għat-Tagħlim Matul il-Ħajja u oħrajn; madankollu jisħaq li l-iffinanzjar irid jasal b'mod prinċipali mis-sorsi nazzjonali, lokali u oħrajn;

22.

Iħeġġeġ lill-media komunitarja biex tistabbilixxi pjattaforma Ewropea tal-Internet li permezz tagħha tkun tista' tinxtered informazzjoni utli u relevanti għas-settur, u biex jiġu faċilitati n-networking u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 340, 10.11.1997, p. 109.

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(6)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(8)  ĠU C 249, 25.9.1995, p. 219.

(9)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/79


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
L-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja 2007

P6_TA(2008)0458

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2007 fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)

2010/C 8 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 39 tat-Trattat tal-UE, u kif ukoll l-Artikoli 13, 17-22, 61-69, 255 u 286 tat-Trattat tal-KE li jikkostitwixxu l-bażijiet legali prinċipali għall-iżvilupp tal-UE u tal-Komunità bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja,

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali B6-0006/2008 u B6-0007/2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Istati Membri għandhom r-responsabilità ewlenija li jiżguraw il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għaċ-ċittadini tagħhom; billi, madankollu, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht u, iżjed u iżjed, wara d-dħul fis-seħħ tat-trattat ta' Amsterdam, l-Unjoni għandha r-responsabilità li tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawk l-oġġettivi, billi żżomm f'moħħha l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-applikazzjoni fi ħdan l-Unjoni tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u ta' koperazzjoni leali u effettiva bejn l-Istati Membri,

B.

billi r-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona hija kundizzjoni essenzjali u urġenti sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (AFSJ), minħabba li dan it-trattat fih titjib fundamentali fil-leġittimità u l-effettività tal-azzjoni tal-UE,

C.

billi l-interventi li saru kemm waqt il-laqgħa preparatorja tas-26 ta' Novembru 2007 mal-Parlamenti Nazzjonali u kemm waqt l-aħħar dibattitu fil-plenarja fil-31 ta' Jannar 2008 ġibdu l-attenzjoni għall-importanza li titħejja sew it-tranżizzjoni lejn il-qafas legali ġdid li se jirriżulta mir-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona li ġie ffirmat nhar it-13 ta' Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat tal-UE u jistabilixxi Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

D.

billi madankollu, it-twaqqif ta' SFSJ ġenwin għad fadallu ħafna biex ikun lest u li għadu jiffaċċja diffikultajiet u ostakoli kbar, kif ġie kkonfermat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 intitolata “Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm tal-Aja għall-2007” (COM(2008)0373),

E.

billi bħalma jenfasizza dan ir-rapport u minkejja l-adozzjoni ta' numru ta' miżuri ewlenin — il-programm stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Hague fl-2004 għadu lura qatigħ u, b'mod partikulari, li

għad hemm nuqqas ta' fiduċja reċiproka u, fuq kollox, nuqqas ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri, b'mod speċjali fir-rigward tal-politiki fuq il-migrazzjoni legali u illegali u fuq il-koperazzjoni tal-puliżija u dik ġuridika f'kwistjonijiet kriminali,

dawn il-problemi jolqtu ħażin il-fażi ta' traspożizzjoni tal-ftit miżuri li ġew adottati, minħabba “livell insuffiċjenti ta' suċċess kien evidenti fl-oqsma li ġejjin: Il-Politika tal-Viża, l-Iskambju ta' Tagħrif bejn l-Awtoritajiet għall-Infurzar tal-Liġi u l-Awtoritajiet Ġudizzjarji, il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata, l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Koperazzjoni bejn il-Pulizija u d-Dwana u l-Koperazzjoni Ġudizzjarja f'Affarijiet Kriminali”,

F.

billi l-Istati Membri nfushom isemmu dawn il-problemi fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-programm AFSI tal-ġejjieni għall-perjodu 2010-2014, jirrikonoxxu li “acquis” fil-qasam tal-Affarijiet Interni li ġie żviluppat pass wara pass huwa neċessarjament bla struttura u għalhekk diffiċli biex jiġi spjegat liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi ġieli jkun diffiċli biex jinftiehem saħansitra għall-ispeċjalisti, u li xi wħud minn dawn l-istrumenti jikkoinċidu u li l-bażi legali ta' xi azzjonijiet tista' tinstab f'atti differenti; billi fl-aħħar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni xierqa tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea minn mhux inqas minn 27 Stat Membru qed issir ħaġa aktar u aktar diffiċli u qed tieħu ħafna żmien,

G.

billi l-Parlament huwa konvint, madankollu, bħall-Kunsill, li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex għażla oħra milli tinsisti fuq l-implimentazzjoni tal-AFSJ, “li jmiss il-qalba tal-ordnijiet kostituzzjonali nazzjonali” u li “l-Istati Membri għandhom interess speċjali li jżommu djalogu ma' xulxin” daqs kemm għandhom interess li jagħmlu dan mal-istituzzjonijiet Ewropej,

H.

billi f'din il-fażi tranżitorja lejn il-konklużjoni tar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona, huwa neċessarju li qabel tmiem l-2009 jiġu adottati ċerti miżuri ġenerali li, filwaqt li huma spirati mit-Trattat ta' Liżbona, xorta waħda jistgħu jiġu adottati taħt it-Trattati eżistenti b'konformità sħiħa mal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, u li jistgħu jnaqqsu l-effetti negattivi tal-problemi msemmija fuq; billi dawn għandhom jinkludu miżuri biex:

jitqiesu l-proċeduri, l-istrutturi u d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet, u l-prinċipji u l-objettivi stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, imħabbra fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2007 (1),

tiġi promossa t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-AFSJ, skont sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ECJ) dwar it-trasparenza leġiżlattiva (il-każ Turco (2)),

jiġu involuti b'mod effettiv il-parlamenti nazzjonali fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-AFSJ, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-evalwazzjonijiet ta' dawn il-politiki fi Stati Membri oħra u minn aġenziji tal-Unjoni Ewropea,

jiġi żgurat ir-rispett lejn il-primat tal-liġi Komunitarja fuq il-liġi tal-UE (Artikolu 47 tat-Trattat tal-UE) fil-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali, b'mod speċjali fil-każ tas-sanzjonijiet li jolqtu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew fejn ċittadini tal-Unjoni jkunu suġġetti għad-diskriminazzjoni (visa waiver); il-Parlament ikun assoċjat b'mod sistematiku mal-konklużjoni mill-UE tal-ftehimiet internazzjonali relatati mal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġuridika f'kwistjonijiet militari,

tissaħħaħ il-koperazzjoni u s-solidarjetà leali bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri meħuda mill-Unjoni billi jissaħħu u jiġu demokratizzati l-mekkaniżmi ta' evalwazzjoni reċiproka li diġà huma provduti bħala parti mill-koperazzjoni Schengen u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,

tinbeda koperazzjoni msaħħa taħt l-ewwel pilastru fejn l-unanimità meħtieġa ma jkunx possibbli tinkiseb (ara d-dibattitu dwar il-proposta mill-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2006 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward tal-ġurisdizzjoni u li jintroduċi regoli dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (COM(2006)0399),

isir pass lil hinn min-natura embrijonika u inċerta tal-inizjattivi meħuda mill-aġenziji mwaqqfa mill-Unjoni u l-koperazzjoni mal-amministrazzjonijiet nazzjonali,

tiġi stabbilita politika ġenwina dwar il-komunikazzjoni li tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu infurmati aħjar dwar l-inizjattivi stabbilti fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u jsiru iżjed midħla mal-awtoritajiet tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti li jistgħu jikkuntattjaw mingħajr preġudizzju għal azzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta' aspetti li jistgħu jolqtu ħażin lid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini,

I.

billi, matul dan il-perjodu ta' tranżitu, huwa importanti ferm għall-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni li jitqies it-titjib li jġib it-Trattat ta' Liżbona f'dak li għandu x'jaqsam:

mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

mal-kontroll ġudizzjarju eżerċitat mill-ECJ, inkluż fuq il-leġiżlazzjoni konnessa mal-kontroll ġudizzjarju u tal-pulizija,

mal-kontroll demokratiku li jirriżulta mill-estensjoni tal-kodeċiżjoni mill-Parlament u mill-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni u fl-evalwazzjoni tal-impatt tiegħu, speċifikament fir-rigward tal-politiki marbuta mal-AFSJ,

J.

billi taħt it-Trattati eżistenti, il-mezzi ta' riżarċiment taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-miżuri tal-AFSJ xorta għadhom iżjed limitati minn f'oqsma oħra tal-attività tal-UE, billi s-setgħat tal-ECJ huma limitati, b'mod partikulari fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'kwistjonijiet kriminali, u billi jiddispjaċih ukoll li xi Stati Membri għadhom jirristrinġu d-djalogu bejn il-qrati tal-UE u l-qrati nazzjonali f'dan il-qasam; billi l-Kunsill għandu jipposponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura li tista' tolqot ħażin id-drittijiet fundamentali sar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona,

1.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex:

a)

jibdew minn issa proċess li jiddetermina prijoritajiet għall-programm multiannwali AFSJ li jmiss għall-perjodu 2010-2014, li għandu jkun ibbażat fuq approċċ ambizzjuż u koerenti, li jmir lil hinn ħafna mill-ħsieb ministerjali, u li għandu jislet l-ispirazzjoni tiegħu mill-objettivi u l-prinċipji stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

b)

jissieħbu mal-Parlament fid-djalogu tiegħu mal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet għall-perjodu 2010-2014, u jqisu l-problemi li nqalgħu fl-implimentazzjoni tal-programmi Tampere u Hague, ix-xogħol li sar fi ħdan il-Kunsill u l-indikazzjonijiet strateġiċi inizjali tal-Kunsill Ewropew rigward il-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni; bil-ħsieb li tintemm din il-fażi inizjali ta' djalogu fid-dibattitu annwali tal-Parlament dwar il-progress magħmul fl-2008 fl-Ispazju ta' Liberta', Sigurta' u Ġustizzja u bil-ħsieb tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni maħruġa sussegwentement, dwar il-fehim li se jkun f'idejn il-Parlament li mistenni jkun elett mill-ġdid u l-Kunsill Ewropew li jadottaw il-programm finali fiż-żmien xieraq;

c)

jiftehmu mal-Parlament dwar lista ta' testi jew proposti li jistgħu jew għandhom jiġu adottati bi prijorità qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jew, f'kull każ, qabel it-tmiem tat-terminu Parlamentari attwali;

d)

jagħmlu progress fin-negozjati dwar il-proposti fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja (li jaqgħu taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni) billi jfittxu diġà minn issa qbil politiku mal-Parlament Ewropew, u jassiguraw li ladarba jintlaħaq qbil:

jew l-adozzjoni formali tagħhom tiġi posposta wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona,

jew il-Kunsill jadotta d-deċiżjoni jew deċiżjonijiet qafas konċernati skond it-Trattat tal-UE kif inhu attwalment, waqt li jaċċetta biex jerġa' jadottahom skond is-sistema tat-Trattat tal-UE kif emendat mit-Trattat ta' Liżbona li tippermetti li jkun hemm kontroll ġurisdizzjonali sħiħ min-naħa tal-ECJ; fil-każ li jkun intlaħaq qbil politiku, il-Parlament jista' jaċċetta li ma jerġgħu jinfetħu n-negozjati dwar il-kontenut kif jiġri fil-każi tal-proċeduri ta' adozzjoni tal-kodifikazzjonijiet uffiċjali (3);

2.

Jipproponi bħala prijoritajiet għall-oqsma li jaqgħu jew li se jibdew jaqgħu taħt il-proċeduri ta' kodeċiżjoni/kunsens f'dan il-perjodu ta' tranżizzjoni:

Fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza

definizzjoni ta' kriterji iżjed trasparenti fuq il-livell tal-Unjoni, b'mod partikulari fejn il-miżuri tal-UE jistgħu jxekklu l-garanziji protetti taħt il-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri (Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR)) u r-reviżjoni tal-miżuri tal-UE iċċensurati mill-ECJ (ara l-Każi T-228/02 Organisation des Modjahedines du peuple d'Iran v Kunsill, T-47/03 Sison v Kunsill, T-253/04 KONGRA-GEL u Oħrajn v Kunsill, T-229/02 PKK v Kunsill, fuq il-“black lists”),

jitqies b'mod sistematiku l-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-leġiżlazzjoni Ewropea u l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, billi jitqiesu t-tweġibiet li nbagħtu riċentement lill-Kummissjoni dwar dan il-qasam mill-Istati Membri,

il-bidu ta' djalogi preparatorji għall-mandat tal-innegozjar għall-adeżjoni tal-UE fl-ECHR (Artikolu 6(2) tat-Trattat tal-UE),

ir-reviżjoni tal-programm ta' attivitajiet tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi jitqiesu l-prijoritajiet indikati mill-istituzzjonijiet, u b'mod partikulari mill-Parlament, fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja u fil-qasam tar-rispett lejn il-prinċipji tal-UE (l-Artikolu 7 tat-TUE) (ara d-dikjarazzjoni interistituzzjonali adottata fi żmien l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4)),

it-tressiq ta' proposta leġiżlattiva biex titrażżan id-diskriminazzjoni diretta u indiretta li tolqot ħażin il-moviment taċ-ċittadini tal-Unjoni, l-aċċess għall-ġustizzja f'pajjiż li ma jkunx ta' oriġini u l-protezzjoni konsulari u diplomatika f'pajjiżi terzi (l-Artikolu 20 tat-TFUE),

it-tressiq ta' proposta f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u d-dokumenti proċessati mill-istituzzjonijiet tal-UE,

it-tressiq ta' proposta rigward il-protezzjoni tad-data (li tipprovdi għall-miżuri ta' konsolidazzjoni li bħalissa jvarjaw skont liema pillastru huwa kkonċernat), bħala risposta għat-tħassib dwar l-ereżjoni mgħaġġla tal-istandards tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea, b'riferenza partikulari għal standards mhux xierqa għall-protezzjoni tat-trasferimenti transatlantiċi tad-data, u t-tħeġġiġ lill-Kunsill biex jadotta d-Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-Protezzjoni tad-Data fit-tielet pillastru b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament,

it-tisħiħ tal-istrutturi interni tal-istituzzjonijiet responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, b'mod partikulari fi ħdan il-Kunsill (it-trasformazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma ad hoc tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza għal Grupp ta' Ħidma Permanenti, kif ġie propost mill-Presidenza Slovena),

it-tisħiħ, permezz tal-koperazzjoni amministrattiva (l-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE), tad-djalogu bejn l-Istati Membri, tal-għarfien reċiproku tas-sistemi legali u l-attivazzjoni tal-proċedura tad-djalogu sabiex jiġu involuti l-parlamenti nazzjonali u l-Parlament, b'mod partikulari meta jinqalgħu d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-miżuri tal-UE li jolqtu l-AFSJ,

fir-rigward tal-ispazju ġudizzjarju Ewropew

ir-reviżjoni tal-proposta leġiżlattiva dwar id-drittijiet ta' persuni fil-proċedura penali (Artikolu 69 A tat-TFUE),

it-tressiq ta' proposta għad-drittijiet ta' vittmi tal-kriminalità u tat-terroriżmu (Artikolu 69 A tat-TFUE),

it-titjib fir-rikonoxxenza reċiproka kemm għall-miżuri li jittieħdu in absentia u kemm għall-provi bejn l-Istati Membri (Artikolu 69 A tat-TFUE),

l-interkonnessjoni tar-rekords ġudizzjarji,

ir-reviżjoni tal-Istatut tal-Europol, Eurojust u tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fid-dawl tal-bażijiet legali l-ġodda,

fir-rigward tal-protezzjoni tal-fruntieri

l-adozzjoni tal-miżuri xierqa biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni sħiħa tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) u kif ukoll id-Deċiżjonijiet marbuta mat-Trattat ta' Prüm (5),

it-tisħiħ ta' Frontex u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-fruntieri,

it-tisħiħ tal-informazzjoni ta' Frontex dwar il-ftehimiet li ffirmat ma' pajjiżi terzi u fuq ir-rapporti ta' evalwazzjoni dwar operazzjonijiet konġunti, u l-aċċertar li l-kontrolli fil-fruntieri jirrispettaw id-drittijiet umani; l-emendar tal-mandat tal-Frontex biex jiġu inklużi operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar,

it-twaqqif ta' koperazzjoni strutturata bejn il-Frontex u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ((UNHCR) sabiex jiġu ssimplifikati l-operazzjonijiet involuti, billi titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,

fir-rigward il-migrazzjoni u l-ażil

azzjoni mgħaġġla u ambizzjuża mill-Kummissjoni u mill-Kunsill sabiex jingħata impetus lill-istrateġija progressiva tal-Unjoni fuq,

il-migrazzjoni legali: il-pakkett tal-migrazzjoni legali li ġej (il-proċedura (Blue Card Single Application, il-ħaddiema staġonali, u l-Intra-Corporate Transferees u l-proposta dwar it-“trainees” rinumerati kif ukoll oħrajn),

il-migrazzjoni legali: il-proposti li jinkludu sanzjonijiet u skema tal-UE għall-isettiljar mill-ġdid,

l-ażil: l-implimentazzjoni ta' Fażi II, inkluża r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar l-istandards minimi fuq proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti jew l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat (6) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-istandards minimi għall-kwalifikazzjoni u l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiż terzi jew ta' persuni bla stat jew inkella bħala persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-għoti tal-kontenut tal-protezzjoni (7), u t-twaqqif ta' Uffiċju Ewropew għall-Appoġġ fl-Ażil,

l-iżvilupp tal-politika Komunitarja fuq il-migrazzjoni u l-ażil ibbażat fuq il-ftuħ tal-kanali għall-migrazzjoni legali fuq id-definizzjoni ta' standards komuni għall-protezzjoni tal-migranti u tad-drittijiet fundamentali ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil fl-Unjoni,

l-inklużjoni, fid-deċiżjonijiet u fid-deċiżjonijiet ta' qafas tal-KE, tad-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Familji Tagħhom, adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 1990;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għat-tlestija tal-pakkett ta' kontra d-diskriminazzjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jaġixxi fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona u biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

4.

Iqis li, diġà minn issa, hemm bżonn li jiġu involuti b'mod strutturat il-Parlamenti nazzjonali u kif ukoll is-soċjetà ċivili fid-definizzjoni ta' dawn il-miżuri leġiżlattivi u kif ukoll fl-evalwazzjoni ta' dawn il-politiki fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill, f'din il-prospettiva, biex jerġgħu jeżaminaw, flimkien mal-Parlament Ewropew, lin-netwerks, l-aġenziji jew l-istrumenti li d-dmir tagħhom se jkun dak li jevalwaw l-impatt tal-politiki tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jew li javvantaġġjaw interazzjoni aktar mill-qrib mas-soċjetà ċivili Ewropea;

5.

Ifakkar li t-Trattat ta' Liżbona se jirrikonoxxi l-irwol tal-Parlament Ewropew fil-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali li jaqgħu taħt il-politiki tal-AFSJ; jitlob, f'dan il-kuntest

li jkun ikkonsultat fi żmien raġonevoli dwar il-ftehimiet kollha ma' pajjiżi terzi li ma jkunux ġew konklużi sal-31 ta' Diċembru 2008,

li jiġi informat b'mod regolari dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa,

bħala kwistjoni ta' urġenza, li jsir dibattitu fuq id-dimensjoni esterna tal-AFSJ minħabba li l-Unjoni qiegħda toħloq de facto koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja ma' pajjiżi terzi, notevolment mal-Istati Uniti, permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar firxa ta' kwistjonijiet, u b'hekk qegħdin jiġu evitati l-proċeduri demokratiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-iskrutinju parlamentari;

*

* *

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u kif ukoll lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, u biex jistieden dawk il-parlamenti biex iressqu l-kummenti, is-suġġerimenti u l-proposti tagħhom sal-15 ta' Novembru 2008, fil-ħin qabel id-dibattitu annwali ta' Diċembru 2008 il-progress magħmul fl-Ispazju tal-Liberta', is-Sigurta' u l-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

(2)  Sentenza tal-1 ta' Lulju 2008 f'Każi konġunti C-39/05 P u C-52/05 P Renju tal-Iżvezzja u Maurizio Turco v Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Paragrafu 4 tal-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994, “Metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi”, ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  Trattat tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda u r-Repubblika tal-Awstrija dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali.

(6)  ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.

(7)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 2.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/85


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
Konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni Ewropea

P6_TA(2008)0459

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni Ewropea (2007/2253(INI))

2010/C 8 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-protokoll tat-Trattat ta' Amsterdam dwar is-sistema ta' xandir pubbliku fl-Istati Membri (1) (Protokoll tat-Trattat ta' Amsterdam),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar il-pluraliżmu tal-media fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (SEC(2007)0032),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (2)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2002 dwar il-konċentrazzjoni tal-media (3)

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 t' April 2004 dwar ir-riskji ta' ksur, fl-UE u b'mod partikolari fl-Italja, tal-liberta' tal-espressjoni u l-informazzjoni (Artikolu 11 (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) (4)

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2001 dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-istat lix-xandir pubbliku (5)

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 dwar ix-xandir pubbliku (6)

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rec(2007)3 tal-31 ta' Jannar 2007 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar il-mandat tal-media pubbliċi fis-soċjetà tal-informazzjoni,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rec1466(2000) tas-27 ta' Ġunju 2000 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa rigward l-edukazzjoni dwar il-media,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rec(2007)2 tal-31 ta' Jannar 2007 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-pluraliżmu fil-media u d-diversità tal-kontenut fil-media,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-interoperabilità tas-servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni (7)

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0303/2008),

A.

billi l-Unjoni Ewropea kkonfermat l-impenn tagħha għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-media, bħala pilastru essenzjali tad-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, imħaddna fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jibqgħu prinċipji fundamentali għaż-żamma tad-demokrazija, tal-pluraliżmu ċiviku u tad-diversità kulturali,

B.

billi l-Parlament Ewropew ħafna drabi esprima l-fehma tiegħu li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas legali stabbli, kemm fil-media u kemm fis-soċjetà tal-informazzjoni b'mod ġenerali, bil-għan li tiżgura livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-pluraliżmu fl-Istati Membri u tagħti l-opportunità lill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-opportunitajiet maħluqa mis-suq waħdieni,

C.

billi, kif enfasizzat il-Kummissjoni fid-dokument ta' ħidma tal-istaff tagħha msemmi hawn fuq, il-kunċett tal-pluraliżmu tal-media ma jistax ikun limitat għall-kwistjoni tal-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-impriżi, iżda jinkludi wkoll kwistjonijiet relatati mas-servizzi tax-xandir pubbliku, mas-setgħa politika, mal-kompetizzjoni fl-ekonomija, mad-diversità kulturali, mal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, mat-trasparenza, u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti fl-Unjoni,

D.

billi s-servizzi tax-xandir pubbliku għandu jkollhom ir-riżorsi u l-istrumenti meħtieġa biex ġenwinament ikunu jistgħu jkunu indipendenti mill-pressjoni politika u mill-forzi tas-suq,

E.

billi bħalissa servizzi tax-xandir pubbliku jinsabu taħt pressjoni, b'mod mhux ġustifikat u għad-detriment tal-kwalità tal-kontenut, biex jikkompetu għall-udjenza mal-istazzjonijiet kummerċjali, li l-għan aħħari tagħhom mhix il-kwalità iżda li jissodisfaw il-gosti tal-parti l-kbira tal-pubbliku,

F.

billi l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar id-diversità kulturali tagħti importanza konsiderevoli, fost affarijiet oħra, lill-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jwasslu għad-diversità fil-media,

G.

billi l-istess Konvenzjoni tal-Unesco dwar id-diversità kulturali tirrikonoxxi d-dritt tal-istati kontraenti tagħha li jieħdu miżuri mmirati għat-titjib tad-diversità tal-media, inkluż permezz ta' xandir mis-servizz pubbliku,

H.

billi l-irwol importanti tal-media awdjoviżivi pubbliċi biex ikun żgurat il-pluraliżmu huwa rikonoxxut fil-Konvenzjoni tal-Unesco dwar id-diversità kulturali u fil-protokoll tat-Trattat ta' Amsterdam, li jistipula li s-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri hija relatata direttament mal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta' kull soċjetà u l-bżonn li jkun ippreservat il-pluraliżmu tal-media, waqt li l-Istati Membri huma responsabbli milli jiddeterminaw il-mandat tax-xandir televiżiv pubbliku u li jipprovdu l-fondi għalih,

I.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2001 msemmija hawn fuq tirrikonoxxi bis-sħiħ l-irwol ċentrali li għandhom il-korpi tax-xandir pubbliku fil-promozzjoni tal-pluralità u d-diversità kulturali u lingwistika u tenfasizza li, waqt l-eżami tal-għajnuniet mill-Istat in kwistjoni, il-Kummissjoni se tapplika kriterji bħall-importanza tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u s-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta' kull soċjetà,

J.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 msemmija hawn fuq ittenni l-irwol vitali tax-xandir pubbliku fl-iżgurar tal-pluraliżmu u titlob li l-Istati Membri jagħtuh mandat wiesa' li jirrifletti l-irwol tiegħu li jagħti lill-pubbliku l-benefiċċji ta' servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni ġodda u ta' teknoloġiji ġodda,

K.

billi l-protokoll tat-Trattat ta' Amsterdam kien adottat biex jiżgura l-kompetenzi tal-Istati Membri biex jorganizzaw is-sistema nazzjonali ta' xandir pubbliku tagħhom b'mod li jkun imfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet demokratiċi u kulturali tas-soċjetà tagħhom, sabiex ikun moqdi bl-aħjar mod l-għan tal-preservazzjoni tal-pluraliżmu tal-media,

L.

billi r-Rakkomandazzjoni Rec(2007)3 msemmija hawn fuq tenfasizza l-irwol speċifiku tax-xandir pubbliku bħala sors ta' informazzjoni u kummenti imparzjali u indipendenti, u ta' kontenut innovattiv u varjat li jikkonforma ma' standards għoljin ta' etika u ta' kwalità, u bħala forum għad-diskussjoni pubblika u bħala mezz għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika iktar wiesgħa tal-individwi, u b'hekk titlob li l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jaddattaw dak il-mandat biex jissodisfa l-għan tiegħu f' ambjent tal-media ġdid;

M.

billi l-pluraliżmu tal-media jista' jkun garantit biss permezz ta' bilanċ politiku kif suppost fil-kontenut tax-xandir tat-televiżjoni pubblika,

N.

billi l-esperjenza turi li l-konċentrazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tas-sjieda tipperikola l-pluraliżmu u d-diversità kulturali u billi sistema bbażata purament fuq il-kompetizzjoni tas-suq ħieles biss ma tistax tagħti garanzija li jkun hemm il-pluraliżmu fil-media,

O.

billi fl-Ewropa l-mudell ibbażat fuq żewġ pilastri, għat-televiżjoni privata u pubblika u s-servizzi tal-media awdjoviżivi, wera kemm jiswa fil-konsolidazzjoni tal-pluraliżmu fil-media u għandu jkun żviluppat iktar,

P.

billi l-konċentrazzjoni tas-sjieda qed tiġġenera iktar dipendenza tal-professjonisti tal-media fuq is-sidien ta' impriżi kbar tal-media,

Q.

billi t-teknoloġiji ġodda, u b'mod partikulari l-bidla għat-tekonoloġija diġitali għall-produzzjoni u t-tixrid tal-kontenut awdjoviżiv u d-dħul fis-suq ta' servizzi ġodda ta' komunikazzjoni u informazzjoni influwenzaw b'mod sinifikanti l-kwantità ta' prodotti u mezzi ta' tixrid disponibbli; billi, madankollu, żieda kwantitattiva fil-media u fis-servizzi ma tagħtix garanzija awtomatika ta' diversità fil-kontenut; billi mezzi ġodda u aġġornati biex ikunu żgurati l-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali u l-forniment ta' informazzjoni f'waqtha u objettiva lill-pubbliku għalhekk huma neċessarji,

R.

billi l-qafas regolatorju attwali tat-telekomunikazzjonijiet, li jirrifletti r-relazzjoni u l-interdipendenza diretti bejn l-infrastruttura u r-regolamentazzjoni tal-kontenut, jipprovdi lill-Istati Membri bl-istrumenti tekniċi adatti għall-ħarsien tal-pluraliżmu tal-media u tal-kontenut, bħar-regoli dwar l-aċċess u l-kontenut li jrid jixxandar bilfors (must-carry rules),

S.

billi, madankollu, ir-rispett għall-pluraliżmu tal-informazzjoni u d-diversità tal-kontenut mhux awtomatikament garantit mill-avvanzi teknoloġiċi, iżda jrid jirriżulta minn politika attiva, konsistenti u viġilanti min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej,

T.

billi, filwaqt li l-Internet żied bil-kbir l-aċċess għal sorsi ta' informazzjoni, perspettivi u fehmiet varji, dan għadu ma ħax post il-media tradizzjonali bħala mezz deċiżiv għall-formazzjoni tal-opinjoni pubblika,

U.

billi bis-saħħa tal-iżviluppi teknoloġiċi, min jippubblika l-gazzetti qiegħed dejjem aktar ixerred il-kontenut permezz tal-Internet u għaldaqstant huwa dipendenti fil-parti l-kbira fuq id-dħul mir-reklamar (online),

V.

billi l-media tibqa' għodda ta' influwenza politika, u billi hemm riskju konsiderevoli fir-rigward tal-abilità tal-media li twettaq il-funzjonijiet tagħha bħala l-gwardjan tad-demokrazija, minħabba li l-impriżi privati tal-media huma motivati mill-profitt finanzjarju; billi dan iġib il-periklu ta' telfien tad-diversità, tal-kwalità tal-kontenut u tal-multipliċità ta' opinjonijiet, u li għalhekk is-salvagwardja tal-pluraliżmu m'għandhiex titħalla biss f'idejn il-mekkaniżmi tas-suq,

W.

billi l-impriżi l-kbar tal-media bnew pożizzjonijiet sostanzjali u ta' spiss dominanti f'xi Stati Membri, u billi l-eżistenza ta' gruppi tal-istampa f'idejn impriżi li jistgħu jagħtu kuntratti ta' akkwist pubbliku tirrappreżenta theddida għall-indipendenza tal-media,

X.

billi l-kontribut tal-impriżi tal-media multinazzjonali f'xi Stati Membri huwa essenzjali biex il-panorama tal-media terġa' tingħata l-ħajja, iżda billi ċertu titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħlas huwa wkoll meħtieġ,

Y.

billi l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tax-xogħol tal-professjonisti tal-media trid titjieb u billi, fin-nuqqas ta' garanziji soċjali, numru dejjem ikbar ta' ġurnalisti qed ikunu impjegati b'kundizzjonijiet prekarji,

Z.

billi l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE hija limitata fil-kapaċità tagħha li tindirizza kwistjonijiet ta' konċentrazzjoni tal-media minħabba li l-attivitajiet li joħolqu l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media fil-livelli vertikali u orizzontali fl-Istati Membri l-ġodda ma laħqux il-livell finanzjarju li fih tibda tapplika l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE,

AA.

billi l-introduzzjoni ta' regoli restrittivi żżejjed dwar is-sjieda tal-media toħloq ir-riskju tat-tnaqqis fil-kompetittività tal-impriżi Ewropej fis-suq dinji u taż-zieda tal-influwenza ta' gruppi tal-media li mhumiex Ewropej,

AB.

billi l-konsumaturi tal-media għandu jkollhom aċċess għal għażla kbira ta' kontenut,

AC.

billi dawk li joħolqu l-media jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproduċu kontenut tal-ogħla kwalità possibbli iżda l-kundizzjonijiet biex dan l-għan jintlaħaq mhumiex sodisfaċenti b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha,

AD.

billi l-proliferazzjoni tal-media ġodda (l-Internet broadband, l-istazzjonijet televiżi bis-satellita, it-televiżjoni diġitali terrestri, eċċ.) u l-forom varjati ta' sjieda tal-media mhumiex biżżejjed fihom infushom biex jiggarantixxu l-pluraliżmu f'termini ta' kontenut tal-media,

AE.

billi r-regoli dwar il-kwalità tal-kontenut u l-ħarsien tal-minorenni għandhom ikunu applikati kemm fil-livell pubbliku u kemm fil-livell kummerċjali,

AF.

billi l-impriżi tal-media huma indispensabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-pluraliżmu tal-media u l-preservazzjoni tad-demokrazija u għaldaqstant għandhom ikunu kkonċernati b'mod iktar attiv mill-prattiki relatati mal-etika tan-negozju u r-responsabilità soċjali,

AG.

billi l-ħwienet tal-media kummerċjali qed jużaw dejjem iktar kontenut prodott mill-utenti privati, speċjalment kontenut awdjoviżiv, għal ħlas żgħir jew mingħajr l-ebda ħlas, u dan joħloq problemi ta' etika u ta' ħarsien tal-privatezza, prattika li qiegħda tpoġġi lill-ġurnalisti u lill-professjonisti oħra tal-media taħt pressjoni kompettitiva mhux f'lokha,

AH.

billi l-weblogs jirrappreżentaw kontribut importanti ġdid għall-pluraliżmu tal-media u huma mezz dejjem iktar komuni għall-espressjoni tal-individwu kemm mill-professjonisti tal-media u kif ukoll mill-persuni privati;

AI.

billi x-xandara pubbliċi iridu jingħataw fondi b'mod stabbli, iridu jġibu ruħhom b'mod ġust u bbilanċjat u jridu jingħataw il-mezzi li jippromwovu l-interess pubbliku u l-valuri soċjali,

AJ.

billi l-Istati Membri għandhom kamp ta' applikazzjoni wiesa' għall-interpretazzjoni tal-kompetenza tal-media tas-servizz pubbliku u l-finanzjament tagħha,

AK.

billi l-media tas-servizz pubbliku għandha preżenza tas-suq notevoli biss fl-oqsma awdjoviżivi u non-lineari,

AL.

billi l-mudell awdjoviżiv Ewropew irid jibqa' bbażat fuq il-bilanċ bejn servizz pubbliku b'saħħtu, indipendenti u pluralista u settur kummerċjali dinamiku; billi l-kontinwità ta' dan il-mudell hija essenzjali għall-vitalità u l-kwalità tal-ħolqien, il-pluraliżmu tal-media u r-rispett għad-diversità kulturali u għall-promozzjoni tagħha,

AM.

billi kultant is-servizz pubbliku jsofri kemm minn finanzjament mhux adegwat u kemm minn pressjoni politika,

AN.

billi l-ħidma li ngħatat lix-xandir pubbliku minn kull Stat Membru titlob finanzjament għal perjodu twil ta' żmien u indipendenza garantita, li żgur mhux il-każ fl-Istati Membri kollha,

AO.

billi f'ċerti Stati Membri l-media tas-servizz pubbliku jista' jkollha rwol ewlieni f'termini kemm ta' kwalità u kemm ta' udjenza,

AP.

billi l-aċċess pubbliku universali għall-kontenut ta' kwalità għolja u divers qed isir terġa' aktar kruċjali f'dan il-kuntest ta' bidliet teknoloġiċi u konċentrazzjoni akbar u f'ambjent dejjem aktar kompetittiv u globalizzat; billi s-servizzi awdjviżivi pubbliċi huma essenzjali biex tkun iffurmata l-opinjoni pubblika f'demokrazija, sabiex in-nies jiffamiljarizzaw ruħhom mad-diversità kulturali u biex ikun garantit il-pluraliżmu; u billi dawn is-servizzi jridu jkunu jistgħu jużaw il-pjattaformi l-ġodda tax-xandir biex iwettqu l-ħidma li tingħatalhom, jiġifieri li jilħqu l-gruppi kollha li jiffurmaw is-soċjetà, ikun x'ikun il-mezz ta' aċċess użat,

AQ.

billi l-media tas-servizz pubbliku jeħtieġ li jkollhom biżżejjed fondi pubbliċi biex ikunu jistgħu jikkompetu mal-media kummerċjali, f'termini li joffru standard għoli ta' kontenut kulturali u tal-aħbarijiet, mal-media kummerċjali,

AR.

billi tul dawn l-aħħar għaxar snin tfaċċaw kanali ġodda tal-media u billi s-sehem li qed jiżdied ta' dħul mir-reklamar li jmur għall-bejgħ minn fuq l-Internet huwa sors ta' tħassib għall-mezzi tal-media tradizzjonali,

AS.

billi x-xandara tas-servizz pubbliku u x-xandara kummerċjali se jibqa' jkollhom rwoli komplementari, flimkien mal-atturi l-ġodda, fil-panorama awdjoviżiva l-ġdida kkaratterizzata minn multipliċità ta' pjattaformi għax-xandir,

AT.

billi l-UE m'għandha l-ebda kompetenza intrinsika biex tirregola l-konċentrazzjoni tal-media, madankollu l-kompetenza tagħha f'oqsma varji tal-politika tippermettilha li tieħu rwol attiv fis-salvagwardja u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-media; billi l-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat, ir-regolamentazzjoni tat-telekomunikazzjoni kif ukoll ir-relazzjonijiet (kummerċjali) esterni li fihom l-UE tista' u għandha ssegwi attivament politika biex issaħħaħ u trawwem il-pluraliżmu tal-media,

AU.

billi hemm numru dejjem jiżdied ta' kunflitti dwar il-libertà tal-espressjoni,

AV.

billi, fis-soċjetà tal-informazzjoni, l-edukazzjoni bil-media hija mezz essenzjali biex iċ-ċittadini jingħataw l-għodda biex jagħtu kontribut attiv u infurmat għad-demokrazija,

AW.

billi l-kwantità ikbar ta' informazzjoni li wieħed jirċievi (grazzi għall-Internet b'mod partikulari) qed iżżid l-importanza tal-interpretazzjoni u l-evalwazzjoni tagħha,

AX.

billi jeħtieġ li l-promozzjoni tal-livell ta' litteriżmu tal-media fost iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea tingħata ħafna iktar appoġġ,

AY.

billi l-media Ewropej issa qed joperaw f'suq globalizzat li jfisser li r-restrizzjonijiet komprensivi li jirrigwardaw is-sjieda tagħhom se jnaqqsu b'mod konsiderevoli mill-kapaċità tagħhom li jikkompetu ma' impriżi ta' pajjiżi terzi li mhumiex marbuta b'restrizzjonijiet simili; billi għaldaqstant huwa meħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-implimentazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni ġusta u d-dispożizzjonijiet ta' ħarsien għall-pluraliżmu fuq naħa u l-iżgurar li n-negozji jkollhom il-flessibilità meħtieġa biex jikkompetu fis-suq internazzjonali tal-media fuq in-naħa l-oħra,

AZ.

billi ngħixu f'soċjetà li fiha li l-ħin kollu qed niġu nondati bl-informazzjoni, komunikazzjonijiet immedjati u messaġġi mhux iffiltrati, filwaqt li l-għażla tal-informazzjoni titlob ċerti kapaċitajiet,

BA.

billi miżuri biex ikun ikkonsolidat u promoss il-pluraliżmu fil-media jridu jkunu fundamentali għar-relazzjonijiet barranin tal-UE (fil-qasam tal-kummerċ u bnadi oħra) b'mod partikulari fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, tal-istrateġija tat-tkabbir u tal-ftehimiet ta' sħubija bilaterali,

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jissalvagwardaw il-pluraliżmu tal-media, biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE kollha jkunu jistgħu jaċċessaw media b'xejn u diversifikata fl-Istati Membri kollha u biex jirrakkomandaw titjib fejn meħtieġ;

2.

Jemmen bis-sħiħ li sistema ta' media pluralistika hija rekwiżit fundamentali biex jiġi ppreservat mudell soċjali u demokratiku Ewropew;

3.

Jinnota li l-panorama Ewropea tal-media hija suġġetta għal konverġenza kontinwa, kemm fir-rigward tal-media kif ukoll tas-swieq;

4.

Jenfasizza li l-konċentrazzjoni tas-sjieda tas-sistema tal-media toħloq ambjent li jiffavorixxi l-monopolizzazzjoni tas-suq tar-reklami, tintroduċi ostakoli għall-aċċess ta' parteċipanti ġodda fis-suq u twassal ukoll għall-uniformità tal-kontenut tal-media;

5.

Jinnota li l-iżvilupp tas-sistema tal-media kull ma jmur qed jitmexxa mill-interess tal-profitti u li, għalhekk, il-proċessi politiċi, ekonomiċi jew dawk relatati mas-soċjetà, jew il-valuri espressi fil-kodiċi ta' kondotta tal-ġurnalisti, mhumiex salvagwardjati biżżejjed; jikkunsidra, għalhekk, li l-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi tal-media għandhom ikunu interkonnessi, sabiex ikunu garantiti l-aċċess, il-kompetizzjoni u l-kwalità u biex jiġu evitati kunflitti ta' interess bejn il-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media u l-poter politiku, li huma ta' ħsara għall-kompetizzjoni ħielsa, għal kundizzjonijiet indaqs u għall-pluraliżmu;

6.

Ifakkar lill-Istati Membri li dejjem għandu jsir sforz biex ikun hemm bilanċ, fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, bejn id-dmirijiet tagħhom u l-libertà tal-espressjoni, li l-protezzjoni tagħha fl-aħħar mill-aħħar hija r-responsabilità tal-qrati;

7.

7 Jistieden lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha għall-promozzjoni ta' qafas legali stabbli b'livell għoli iggarantit ta' ħarsien tal-pluraliżmu fl-Istati Membri kollha;

8.

Jitlob, għalhekk, għal bilanċ kemm bejn ix-xandara pubbliċi u privati — f'dawk l-Istati Membri fejn jeżisti xandir pubbliku fil-preżent — u sabiex ir-rabta reċiproka bejn il-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi tal-media tkun iggarantita sabiex tissaħħaħ il-pluralità tal-media;

9.

Jemmen li l-objettivi prinċipali tal-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu li joħolqu kundizzjonijiet li jiżguraw livell għoli ta' kwalità tal-media (inklużi fil-media pubblika), li jiżguraw id-diversità tal-media u jiggarantixxu l-indipendenza sħiħa tal-ġurnalisti;

10.

Jitlob għal miżuri li jtejbu l-kompetittività tal-kumpaniji tal-media Ewropej sabiex jagħtu kontribut sinifikattiv lit-tkabbir ekonomiku, li għandu jitrawwem ukoll permezz ta' żieda fil-livell ta' kuxjenza u għarfien tal-aspetti ekonomiċi u finanzjarji fost iċ-ċittadini;

11.

Jenfasizza l-influwenza dejjem tiżdied ta' investituri tal-media minn pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea speċjalment fl-Istati Membri ġodda;

12.

Jitlob għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali, sabiex ikun iggarantit livell għoli ta' kompetizzjoni u aċċess għas-suq għal kompetituri ġodda;

13.

Huwa tal-fehma li l-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni għenet biex tkun limitata l-konċentrazzjoni tal-media; madankollu jenfasizza l-importanza ta' media indipendenti bis-superviżjoni tal-Istat Membru u jħeġġeġ, għal dan il-għan, li r-regolazzjoni tal-media fil-livell nazzjonali tkun effettiva, ċara, trasparenti u ta' standard għoli;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa indikaturi speċifiċi biex ikun evalwat il-pluraliżmu tal-media;

15.

Jitlob li jitfasslu indikaturi oħra, apparti l-pluraliżmu tal-media, bħala kriterji biex tkun analizzata l-media, inklużi l-orjentazzjoni tagħha rigward lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi u l-kodiċijiet ta' kondotta professjonali għall-ġurnalisti;

16.

Jikkunsidra li r-regoli dwar il-konċentrazjoni tal-media għandhom jirregolaw mhux biss is-sjieda u l-produzzjoni tal-kontenut tal-media, iżda wkoll il-kanali u l-mekkaniżmi (elettroniċi) għall-aċċess u t-tixrid tal-kontenut fuq l-Internet, bħalma huma l-magni ta' tiftix.

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat l-aċċess għall-informazzjoni għan-nies b'diżabilità;

18.

Jirrikonoxxi li l-awtoregolazzjoni għandha rwol importanti fl-iżgurar tal-pluraliżmu tal-media; jilqa' b'sodisfazzjoni l-inizjattivi eżistenti tal-industrja f'dan il-qasam;

19.

Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' karta għal-libertà tal-media biex ikunu ggarantiti l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu;

20.

Jitlob li l-libertà tal-media tkun irrispettata u biex ir-rappurtar tal-media jkun konsistentement konformi mal-kodiċi tal-etika;

21.

Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqfu sistemi ta' monitoraġġ u ta' implimentazzjoni għall-pluraliżmu tal-media bbażati fuq indikaturi affidabbli u imparzjali;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-UE u l-Istati Membri jiżguraw l-indipendenza ġurnalistika u editorjali b'garanziji legali u soċjali xierqa u speċifiċi, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-ħolqien u l-applikazzjoni uniformi ta' statuti editorjali fl-Istati Membri, u fis-swieq kollha fejn joperaw il-kumpaniji tal-media bbażati fl-UE, sabiex jimpedixxu lis-sidien, lil dawk li għandhom l-ishma, jew lil korpi esterni bħall-gvernijiet, milli jindaħlu fil-kontenut tal-aħbarijiet;

23.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz ta' mezzi adegwati, bilanċ xieraq bejn is-sensibilitajiet politiċi u soċjali, b'mod partikulari fil-kuntest ta' programmi tal-aħbarijiet u ta' ġrajjiet kurrenti;

24.

Jilqa' d-dinamika u d-diversità li ddaħħlu fil-panorama tal-media mill-media ġodda u jinkoraġġixxi l-użu responsabbli tat-teknoloġija l-ġdida kollha bħat-televiżjoni mobbli bħala pjattaforma għall-media kummerċjali, pubblika u tal-komunità;

25.

Jinkuraġġixxi diskussjoni miftuħa dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-istejtus tal-weblogs;

26.

Jappoġġja l-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur fil-livell ta' media online, bil-partijiet terzi obbligati li jsemmu s-sors tad-dikjarazzjonijiet li jiċċitaw;

27.

Jirrakkomanda li l-litteriżmu tal-media jiġi inkluż fost il-kompetenzi Ewropej ewlenin u jappoġġja l-iżvilupp tal-kurrikulum ċentrali Ewropew għal-litteriżmu tal-media waqt li jenfasizza l-irwol tagħhom biex tingħeleb kwalunkwe forma ta' qasma diġitali;

28.

Isostni li l-għan tal-edukazzjoni medjatika irid ikun, kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni Rec1466 (2000) msemmija hawn fuq dwar l-edukazzjoni dwar il-media, li jipprovdi liċ-ċittadini bil-mezzi biex jinterpretaw b'mod kritiku, u jużaw, il-volum dejjem jikber ta' informazzjoni li qed tingħatalhom; jikkunsidra li dan il-proċess ta' tagħlim se jippermetti liċ-ċittadini li jifformulaw il-messaġġi u jagħżlu l-media l-iktar adegwati biex jikkomunikawhom, u b'hekk jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà ta' informazzjoni u espressjoni;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fl-adozzjoni ta' approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku, tagħti biżżejjed attenzjoni lill-istandards tal-evalwazzjoni kritika tal-kontenut u għall-iskambji tal-aħjar prattiċi f'dan ir-rigward;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkonsolidaw qafas oġġettiv għall-għoti ta' liċenzji tax-xandir fl-oqsma tat-televiżjoni bil-kejbil u bis-satellita u s-swieq tax-xandir analogu u diġitali, fuq bażi ta' kriterji trasparenti u ġusti, sabiex tkun stabbilita sistema ta' kompetizzjoni pluralistika u jkunu evitati l-abbużi minn kumpaniji li jgawdu monopolji jew pożizzjonijiet dominanti;

31.

Ifakkar lill-Kummissjoni li f'diversi okkażżjonijiet, intalbet tfassal direttiva bl-għan li tiżgura l-pluraliżmu, tinkoraġixxi u tippreserva d-diversità kulturali kif definita fil-Konvenzjoni tal-Unesco dwar id-Diversità Kulturali, kif ukoll tissalvagwardja l-aċċess għall-kumpaniji kollha tal-media għall-elementi tekniċi li jistgħu jgħinuhom biex jilħqu l-pubbliku kollu kemm hu;

32.

Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw xandir pubbliku ta' kwalità għolja li jista' joffri alternattiva reali għall-programmi tal-istazzjonijiet kummerċjali u li jista', mingħajr ma neċessarjament ikollu jikkompeti għas-sehem mill-udjenza jew għad-dħul mir-reklamar, igawdi pożizzjoni ta' profil aktar għoli fix-xena Ewropea bħala pilastru taż-żamma tal-pluraliżmu tal-media, tad-djalogu demokratiku u tal-aċċess għaċ-ċittadini kollha għal kontenut ta' kwalità;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw koperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet regolatorji Ewropej u biex jintensifikaw id-diskussjonijiet u l-iskambji ta' fehmiet formali u informali bejn l-awtoritajiet regolatorji fil-qasam tax-xandir;

34.

Jirrakkomanda li, fejn ikun xieraq, is-servizzi pubbliċi tax-xandir fl-Istati Membri jirrifletti n-natura multikulturali tar-reġjuni;

35.

Iħeġġeġ l-iżvelar tas-sjieda tal-mezzi tal-media kollha sabiex ikun hemm iktar trasparenza rigward l-għanijiet u l-esperjenza tax-xandar u tal-pubblikatur;

36.

Jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għall-media kif ukoll għas-settur tal-Internet u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni tiffaċilita u tippromwovi l-pluraliżmu tal-media; jistieden lill-Kummissjoni biex, waqt l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-UE, tqis l-impatt tagħhom fuq il-pluraliżmu tal-media;

37.

Jirrakkomanda li r-regolamenti li jirregolaw l-għajnuna mill-istat ikunu mfassla u implimentati b'mod li jippermettu lill-media tas-servizz pubbliku u tal-komunità biex jirrealizzaw il-funzjoni tagħhom f'ambjent dinamiku, waqt li jiżguraw li x-xandir pubbliku jwettaq il-funzjoni li fdawlu l-Istati Membri b'mod trasparenti u responsabbli, u jevita l-abbuż ta' fondi pubbliċi għal raġunijiet ta' konvenjenza politika jew ekonomika;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu kont xieraq tal-Konvenzjoni tal-Unesco dwar id-diversità kulturali u r-Rakkomandazzjoni Rec(2007)3 msemmija hawn fuq, meta tieħu d-deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta' reviżjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2001 msemmija hawn fuq; f'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-linji gwida eżistenti, jitlob li kwalunkwe miżura jew kjarifika proposta tkun evalwata f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt tagħha fuq il-pluraliżmu tal-media u tken tirrispetta kif dovut il-kompetenzi tal-Istati Membri;

39.

Jirrakomanda li l-Kummissjoni tuża l-proċess ta' reviżjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2001 msemmija hawn fuq — jekk tqis li din tkun meħtieġa — bħala mod kif issaħħaħ ix-xandir pubbliku bħala garanti importanti tal-pluraliżmu tal-media fl-UE;

40.

Jikkunsidra li, sabiex il-media awdjoviżiva pubblika tissodisfa l-kompitu tagħha fl-era tat-teknoloġija diġitali, huwa meħtieġ li hija tiżviluppa servizzi ta' informazzjoni u media ġodda, apparti l-programmi tradizzjonali, sabiex tkun tista' tinteraġixxi ma' kull network u pjattaforma diġitali;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni f'ċerti Stati Membri ta' dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-fornituri tat-televiżoni bil-kejbil jinkludu kanali tax-xandir pubbliku u jallokaw sezzjoni tal-ispettru diġitali għall-fornituri pubbliċi;

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika ftehim wiesgħa dwar il-mandat tax-xandir pubbliku konformi ma' interpretazzjoni dinamika u li tibqa' tgħodd fil-futur tal-protokoll tat-Trattat ta' Amsterdam, b'mod partikulari rigward il-parteċipazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tax-xandir pubbliku fl-iżviluppi tekonoloġiċi u l-forom ta' produzzjoni u preżentazzjoni tal-kontenut li joħorġu minnhom (fil-forma ta' servizzi kemm lineari u kemm non-lineari); billi dan għandu jinkludi wkoll finanzjament adegwat għas-servizzi ġodda bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku;

43.

Itenni li r-regolamentazzjoni tal-użu tal-ispettru trid tqis l-għanijiet tal-interess pubbliku bħall-pluraliżmu tal-media u għaldaqstant ma tistax tkun suġġetta għal reġim ibbażat purament fuq is-suq; jikkkunsidra barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli li jiddeċiedu l-allokazzjoni tal-frekwenzi biex jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi tas-soċjetajiet tagħhom, b'mod partikulari rigward is-salvagwardja u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-media;

44.

Jirrakkomanda li waqt ir-reviżjoni tal-Pakkett Telecom jinżammu, u, fejn ikun meħtieġ, ikunu estiżi, ir-regoli dwar il-kontenut li jrid jixxandar bilfors (must-carry rules),

45.

Jaqbel mar-Rakkomandazzjoni Rec(2007)2 msemmija hawn fuq li l-aċċess ġust tal-fornituri tal-kontenut għan-networks elettroniċi tal-komunikazzjoni għandu jkun żgurat;

46.

Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 msemmija hawn fuq, billi l-interoperabilità hija ta' importanza fundamentali għall-pluraliżmu tal-media;

47.

Jitlob għal approċċ bilanċjat fir-rigward tal-allokazzjoni tad-dividend diġitali biex jiġi żgurat aċċess ekwu għall-atturi kollha, biex b'hekk ikun issalvagwardjat il-pluraliżmu tal-media;

48.

Huwa mħasseb dwar id-dominanza ta' ftit atturi online kbar, dominanza li tillimita l-parteċipanti li daħlu fis-suq dan l-aħħar u b'hekk toħnoq il-kreattività u l-imprenditorija f'dan is-settur;

49.

Jitlob aktar trasparenza fir-rigward tad-data u l-informazzjoni personali dwar l-utenti maħżuna mill-magni tat-tiftix tal-Internet, il-fornituri tas-servizzi tal-email u s-siti tan-networking soċjali;

50.

Jikkunsidra li r-regolamentazzjoni fil-livell tal-UE tħares biżżejjed l-aċċessibilità ta' gwidi ta' programmi elettroniċi u ta' faċilitajiet ta' riċerka u navigazzjoni simili, iżda tista' tiġi kkunsidrata aktar azzjoni fir-rigward tal-mod kif l-informazzjoni dwar il-programmi disponibbli hija ppreżentata sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta' interess ġenerali jkunu aċċessibbli b'mod faċli; jistieden lill-Kummissjoni biex taċċerta, permezz ta' proċeduri konsultattivi, jekk hemmx bżonn ta' linji gwida minimi jew ta' regolamentazzjoni speċifika għas-settur biex jiġi salvagwardjat il-pluraliżmu tal-media;

51.

Jitlob li jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ bejn ix-xandara regolati mil-liġi pubblika u x-xandara privati, u l-applikazzjoni koerenti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-media, biex jissaħħaħ il-pluraliżmu tal-media;

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 340, 10.11.1997, p. 109.

(2)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(3)  ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 205.

(4)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026.

(5)  ĠU C 320, 15.11.2001, p. 5.

(6)  ĠU C 30, 5.2.1999, p. 1.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0497.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/94


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija

P6_TA(2008)0460

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija

2010/C 8 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar id-dependenza fuq iż-żejt (1) (P6-TA (2005)361) u tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-kriżi fis-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil (2) (P6-TA (2008)308),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar “Niffaċċjaw l-isfida ta' prezzijiet taż-żejt aktar għoljin” (COM(2008)0384),

wara li kkunsidra li l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' bejn id-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-ftehim fil-Kunsill informali tal-ECOFIN tat-12-13 ta' Settembru 2008 f' Nizza,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi fis-sajf il-prezzijiet taż-żejt laħqu l-għola livell tagħhom f'kuntesti reali, il-prezzijiet ta' prodotti oħra tal-enerġija żdiedu wkoll u l-prezzijiet taż-żejt tal-konsumatur imxew mat-tendenza tal-prezz taż-żejt mhux raffinat, billi d-dollaru dgħajjef ikkontribwixxa biex tiżdied il-pressjoni fuq il-prezzijiet taż-żejt,

B.

billi l-estimi jindikaw li l-prezzijiet taż-żejt jista' jkun li jibqgħu għoljin fit-terminu medju sa twil u li dan se jħalli impatt negattiv fuq l-inflazzjoni u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE,

C.

billi l-livelli ogħla tal-prezzijiet tal-enerġija qed idgħajfu l-poter ta' akkwist taċ-ċittadini tal-UE, bl-aktar impatt negattiv ikun dak imġarrab mill-familji bl-iktar dħul baxx u s-setturi tal-industrija li jużaw l-enerġija b'mod intensiv,

D.

billi l-qabża fil-prezzijiet tal-enerġija qed tiġi influwenzata minn gruppi kumplessi ta' fatturi: iċ-ċaqliqa strutturali fil-provvista u fid-domanda għaż-żejt, in-numru u d-daqs li qed jiċkienu tal-bjar ġodda taż-żejt; l-espansjoni limitata tal-produzzjoni taż-żejt; fatturi ġeopolitiċi; inqas investiment fl-avvanzi teknoloġiċi; spejjeż ogħla tal-investimenti; u nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati fil-pajjiżi ewlenin li jipproduċu ż-żejt, billi wħud mill-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt għandhom it-tendenza li jużaw ir-riżorsi naturali tagħhom għal skopijiet politiċi,

E.

billi żieda fit-trasparenza u l-affidabilità, kif ukoll il-pubblikazzjoni aktar spissa ta' data dwar l-istokks taż-żejt kummerċjali huma importanti ħafna għal-funzjonament effiċjenti tas-swieq taż-żejt,

F.

billi t-taqlib finanzjarju attwali wassal lill-investituri biex ifittxu investimenti alternattivi u kkontribwixxa għal żieda fil-volatilità tal-prezzijiet fuq medda qasira ta' żmien;

G.

billi l-ekonomija tal-UE għadha tiddependi ħafna fuq l-importazzjoni taż-żejt, u postijiet ġodda potenzjali li minnhom jittieħed iż-żejt jinsabu f''depożiti mhux konvenzjonali’, u jwasslu għal żieda fil-prezz tal-investiment għall-iżvilupp tagħhom,

H.

billi politika barranija Ewropea komuni dwar l-enerġija, ibbażata fuq is-solidarjetà u d-diversifikazzjoni tal-provvista, toħloq sinerġiji li jiżguraw il-provvista għall-Unjoni Ewropea u jżidu s-saħħa tal-UE, il-kapaċità tagħha li taġixxi fi kwistjonijiet relatati mal-politika barranija u l-kredibilità tagħha bħala protagonista dinjija,

1.

Jenfasizza li jekk ma jkunx hemm bidla globali kkoordinata fil-politika u l-konsum tal-enerġija, id-domanda għall-enerġija fl-UE se tkompli tikber fid-deċennji li ġejjin; jesprimi t-tħassin tiegħu dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, primarjament minħabba l-effett negattivi tagħha fuq l-ekonomija dinjija u l-konsumaturi, li qed ixekkel il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona;

2.

Jenfasizza l-bżonn li jittieħdu miżuri li jippermettu lill-ekonomija tal-UE biex iżżomm il-kompetittività tagħha u tadatta għall-ambjent il-ġdid tal-prezz tal-enerġija;

3.

Jitlob li jkun hemm impenn politiku sod biex jittieħdu miżuri konkreti lejn tnaqqis fid-domanda għall-enerġija, biex ikunu promossi l-enerġija li tiġġedded u l-effiċjenza fl-enerġija, u biex tkun segwitu diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati; jikkunsidra li din il-bidla għandha tkun l-aktar rispons xieraq għall-prezzijiet ogħla tal-enerġija, biex tiżdied l-istabilità fis-swieq tal-enerġija, u biex tagħti benefiċċji fl-ispejjeż lill-konsumaturi fuq medda twila ta' żmien kif ukoll biex tilħaq l-objettivi tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta' Kyoto relatat magħha; jaqbel dwar il-ħtieġa li dawk il-miżuri strateġiċi jeħtieġ ikunu segwiti b'impenji finanzjarji proporzjonati fir-riċerka u l-iżvilupp;

4.

Jikkunsidra li għandhom jittieħdu miżuri mmirati u fuq medda qasira ta' żmien mill-Istati Membri sabiex itaffu l-impatt negattiv fuq l-ifqar familji; madankollu jenfasizza l-fatt li miżuri li jikkawżaw aktar inflazzjoni għandhom ikunu evitati ladarba dawn jistgħu jkunu ta' ħsara għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u jiġu invalidati permezz ta' prezzijiet taż-żejt ogħla;

5.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008 fl-ewwel qari dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (3) u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar proposta għal direttiva li temenda id-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali (4); jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tressaq komunikazzjoni dwar kif għandu jiġi ffaċċjat il-faqar tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu definizzjonijiet nazzjonali tal-faqar enerġetiku u biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jeliminaw il-faqar enerġetiku; jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja u tikkoordina d-data pprovduta mill-Istati Membri, u fl-istess ħin tiżgura li jiġu rispettati l-obbligi universali u ta' servizz pubbliku;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Karta tal-Konsumaturi tal-Enerġija li ġiet proposta tkun torbot legalment u tistipula d-drittijiet tal-konsumaturi b'mod ċar; jitlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex jużaw is-setgħat li għandhom fid-dispożizzjoni tagħhom sabiex jgħinu lill-konsumaturi;

7.

Jinnota li l-prezz taż-żejt niżel għal 100 USD għal kull barmil f'dawn l-aħħar ġimgħat, u b'hekk kiser ix-xejra ta' prezzijiet taż-żejt li qed jogħlew kontinwament; madankollu, jinnota bi tħassib li l-konsumaturi għadhom qed iħallsu prezzijiet ogħla għall-enerġija li mhux dejjem jirriflettu bis-sħiħ iċ-ċaqliq 'l isfel fil-prezz taż-żejt; jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-iżviluppi fil-prezz, b'mod partikolari rigward il-kwistjoni ta' kif iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet jaffettwaw lill-konsumaturi;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi konformità mar-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni tal-UE b'fokus partikulari fuq l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-prattiki anti-kompetittivi fis-setturi tal-gass u tal-elettriku, kif ukoll fil-proċessi tar-raffinazzjoni u d-distribuzzjoni lejn punti ta' konsum;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistħarreġ ir-rabta bejn il-prezzijiet taż-żejt u tal-gass fil-kuntratt ta' gass fuq medda twila ta' żmien, u biex tipproduċi risposta politika adegwata;

10.

Jistieden lill-ECOFIN biex idaħħal rata mnaqqsa ta' VAT għall-prodotti u s-servizzi li jkkunsmaw anqas enerġija;

11.

Jinkoraġġixxi miżuri li jgħinu l-proċess ta' aġġustament ta' industriji u servizzi li jirrikjedu ħafna enerġija sabiex ikunu jistgħu jkunu aktar effiċjenti fl-enerġija; madankollu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-impatt ta' dan it-tip ta' miżuri u tieħu azzjonijiet adegwati f'każ ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni;

12.

Jenfasizza barra minn hekk li s-sorsi ta' enerġija li tiġġedded ma' miżuri ta' konservazzjoni tal-enerġija, inklużi inċentivi biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija domestika, inaqqsu d-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjoni tal-enerġija u għalhekk jonqsu r-riskji politiċi u ekonomiċi li jirriżultaw mill-importazzjoni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji li jiġġeddu jkunu prijoritajiet fit-tfassil tal-politika enerġetika ġejjiena tal-UE, partikolarment fit-Tieni Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija li jmiss;

14.

Jikkunsidra li l-Bank Ewropew ta'l-Investiment għandu jkollu rwol aktar prominenti fil-provvista ta' fondi għall-effiċjenza tal-enerġija, sorsi rinnovabbli u proġetti tal-R&D, b' attenzjoni partikulari lill-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju;

15.

Jinnota żieda fid-dħul mit-taxxi fuq l-enerġija f'xi Stati Membri, li hi dovuta għaż-żidiet reċenti fil-prezzijiet taż-żejt; jenfasizza l-importanza ta' politiki fiskali adegwati bħala mezz ta' kif titnaqqas id-dipendenza ekonomika fuq il-fjuwils fossili, filwaqt li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima u jinħolqu inċentivi biex jiżdiedu l-investimenti fl-enerġija, l-enerġija li tiġġedded u prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta tagħha dwar ir-reviżjoni Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (5) (id-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija), wara li teżamina bir-reqqa l-effetti li l-miżuri ta' tassazzjoni jista' jkollhom fuq l-inflazzjoni, fuq l-investimenti ġodda, u fuq it-tranżizzjoni għal ekonomija tal-UE b'użu baxx tal-karbonju u b'effiċjenza enerġetika;

17.

Jisħaq fuq l-importanza ta' iktar trasparenza u affidabilità tad-data dwar is-swieq taż-żejt u l-istokks kummerċjali taż-żejt; jikkunsidra li hu importanti li wieħed itejjeb il-fehim tiegħu dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt; jitlob li ssir reviżjoni fil-ħin tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-istokks taż-żejt fi żminijiet ta' emerġenza;

18.

Jenfasizza li l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda rigward il-politika enerġetika; itenni l-importanza ta' politika komuni tal-UE dwar l-enerġija u impenn favur il-Politika Ewropea għall-Viċinat; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tkun il-mexxejja tad-djalogu dwar l-enerġija mal-pajjiżi fornituri prinċipali taż-żejt u tal-gass; jilqa' b'sodisfazzjon l-idea ta' samit ta' livell għoli bejn il-pajjiżi li jikkonsmaw u jipproduċu ż-żejt u l-gass, liema samit għandu jkun immirat lejn stabilità akbar tal-prezzijiet, aktar prevedibilità fil-provvisti u ħlas tal-bejgħ f'euros;

19.

Iħeġġeġ lill-kumpanniji tal-UE biex ikunu iktar proattivi, partikolarment billi jinvestu iktar, u biex ikunu l-mexxeja tal-għarfien espert dwar it-teknoloġiji l-ġodda u tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-inġinerija sabiex jibqgħu l-imsieħba ewlenin tal-pajjiżi prinċipali produtturi taż-żejt; jinnota li l-investimenti hu meħtieġa b'mod partikolari għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' raffinazzjoni u esplorazzjoni sabiex ilaħħqu mad-domanda li qed tiżdied;

20.

Jinnota li r-Responsabilità Soċjali Korporattiva għandha titjieb fi ħdan il-kumpanniji ewlenin tal-enerġija sabiex iktar investiment privat, jiġi kanalizzat lejn programmi ta' ffrankar tal-enerġija, teknoloġiji tal-enerġiji alternattivi u l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp marbuta magħhom;

21.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-interventi politiki tagħhom fl-ittrattar taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprepara analiżi bbażata fuq il-miżuri politiki “tal-aħjar prattiki” li japplikaw l-Istati Membri bħala reazzjoni għall-isfidi li jġibu l-prezzijiet għolja tal-enerġija;

22.

Jistieden lill-Kunsill biex mill-aktar fis possibbli jilħaq ftehim dwar il-passi ewlenin li jmiss lejn suq intern tal-enerġija liberalizzat kompletament għax dan jagħti kontribut biex tonqos il-vulnerabilità tal-UE fil-konfront tal-prezzijiet tal-enerġija u ttejjeb is-sigurtà tal-provvista; f'dan ir-rigward jerġa’ jafferma l-appoġġ qawwi tiegħi għall-ikkompletar tas-suq intern tal-enerġija tal-UE;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 580.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0308.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0294.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0347.

(5)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/97


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
White Paper dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-nutriment, il-piż żejjed u lobeżità

P6_TA(2008)0461

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-nutriment, il-piż żejjed u l-obeżità (2007/2285(INI))

2010/C 8 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 intitolata “Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità” (COM(2007)0279),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 dwar il-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa u tal-attività fiżika (1),

wara li kkunsidra t-Tieni Pjan ta' Azzjoni Ewropew tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Politika tal-Ikel u n-Nutriment 2007-2012, adottata mill-Kumitat Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa f'Belgrad, bejn is-17 u l-20 ta' Settembru 2007, u l-Karta Ewropea ta' Azzjoni kontra l-Obeżità, adottata mill-Uffiċju Reġjonali tad-WHO fl-2006,

wara li kkunsidra l-objettivi stipulati mill-Konferenza Ministerjali Ewropea tad-WHO li saret f'Istanbul bejn il-15 u s-17 ta' Novembru 2006, permezz tal-Karta Ewropea ta' Azzjoni kontra l-Obeżità,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, adottata mis-57 Assemblea Dinjija tas-Saħħa fit-22 ta' Mejju 2004,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumaturi tat-2 u tat-3 ta' Ġunju 2005 dwar l-obeżità, in-nutriment u l-attività fiżika,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Impjieg, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Konsumatur tal-5 u tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar “Tħaddim ta' strateġija tal-UE relatata ma' Kwistjonijiet ta' Saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità”,

wara li kkunsidra l-publikazzjoni tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO tal-2006 intitolata “L-attività fiżika u s-saħħa fl-Ewropa: evidenza għall-azzjoni”,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport tal-11 ta' Lulju 2007 (COM(2007)0391),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 bl-isem “Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (COM(2007)0551),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0256/2008),

A.

billi l-piż żejjed u l-obeżità u mard relatat mad-dieta qed isiru epidemija li qed tikber u huma kontributuri kbar għall-kawżi ewlenin tal-imwiet u tal-morbożità fl-Ewropa,

B.

billi jeżistu provi xjentifiċi li l-livell ta' inċidenza u l-grad ta' gravità tal-patoloġiji marbuta mal-malnutrizzjoni jaffettwaw lill-irġiel u lin-nisa b'mod differenti,

C.

billi, skond id-WHO, aktar minn 50 % tal-popolazzjoni adulta Ewropea għandha piż żejjed jew hija obeża,

D.

billi aktar minn 5 miljun tifel u tifla huma obeżi u kważi 22 miljun għandhom piż żejjed u dawn il-figuri qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla, tant hu hekk li sa l-2010, 1.3 miljun tifel u tifla oħrajn fis-sena huma previsti li jkollhom piż żejjed jew li jsiru obeżi,

E.

billi mard relatat mal-obeżità u l-piż żejjed huwa maħsub li jieħu 6 % mill-infiq tal-gvernijiet għall-kura tas-saħħa f'xi Stati Membri; billi l-ispejjeż indiretti ta' dawn il-kondizzjonijiet, ngħidu aħna permezz ta' produttività mnaqqsa u lif għall-mard, huma konsiderevolment ogħla,

F.

billi l-obeżità addominali hija rikonoxxuta b'mod xjentifiku bħala wieħed mill-fatturi ewlenin ta' tbassir ta' bosta mard relatat mal-piż, bħall-mard kardjovaskulari u d-dijabete tat-tip. 2,

G.

billi d-drawwiet tal-ikel stabbiliti fit-tfulija ta' sikwit jibqgħu eżistenti meta wieħed isir adult u r-riċerka wriet li huwa iktar probabbli li tfal obeżi jsiru adulti obeżi,

H.

billi ċ-ċittadini Ewropej qed jgħixu f'ambjent “obeżoġeniku” fejn l-istili ta' ħajja sedentarji żiedu r-riskju tal-obeżità,

I.

billi dieta fqira hija fattur ta' riskju maġġuri għal mard ieħor relatat mad-dieta li huwa raġuni ewlenija ta' mewt fl-UE inklużi mard koronarju tal-qalb, kanċers, id-dijabete u attakk ta' puplesija;

J.

billi r-rapport 2005 tad-WHO dwar is-saħħa fl-Ewropa juri b'mod analitiku li għadd kbir ta' mwiet u mard huma kkawżati minn seba' fatturi ta' riskju maġġuri, li sitta minnhom (pressjoni għolja b'mod anormali, il-kolesterol, l-indiċi tal-massa tal-ġisem, il-konsum inadegwat ta' frott u ħxejjex, in-nuqqas ta' attività fiżika u l-konsum eċċessiv tal-alkoħol) huma relatati mad-dieta u mal-eżerċizzju fiżiku, u billi dawn il-fatturi determinanti tas-saħħa għandha tittieħed azzjoni fuqhom b'mod simultanju bil-għan li jiġi evitat għadd sinifikanti ta' mwiet u mard,

K.

billi l-attività fiżika, flimkien ma' dieta bilanċjata, huma l-metodu ewlieni ta' prevenzjoni kontra l-piż żejjed; billi huwa allarmanti li wieħed minn kull tliet Ewropej ma jagħmlu ebda eżerċizzju fil-ħin ħieles tagħhom, filwaqt li l-Ewropew medju jqatta' aktar minn ħames sigħat kuljum bilqiegħda; billi bosta Ewropej ma jsegwux dieta bilanċjata,

L.

billi l-għadd ta' lezzjonijiet dedikati għall-isports naqas fl-għaxar snin li għaddew, kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll f'dawk sekondarji, u jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri b'rabta ma' faċilitajiet u tagħmir,

M.

billi permezz tal-Karta Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Obeżità, id-WHO stipulat mira li jinkiseb progress viżibbli fil-ġlieda kontra l-obeżità tat-tfal fl-erbgħa jew ħames snin li ġejjin, bil-għan li din ix-xejra titreġġa' lura sa mhux aktar tard mill-2015,

N.

billi dieta tajba għas-saħħa għandha titqies bħala waħda b'ċerti kwalitajiet kwantitattivi u kwalitattivi mmirati lejn il-ħtiġijiet individwali u dejjem f'adeżjoni stretta mal-prinċipji tad-dieta,

O.

billi dieta għandha tinkludi l-kategoriji ta' kriterji li ġejjin li għandhom jitqiesu bħala li għandhom “valur sanitarju”: (1) il-kontenut tan-nutrimenti u tal-enerġija (valur nutrittiv), (2) il-kriterji sanitarji u dawk tossikoloġiċi (sikurezza tal-ikel), (3) kwalitajiet tal-ikel naturali (“l-estetika/it-togħma” u kwalitajiet “diġestivi”), (4) in-natura ekoloġika tal-produzzjoni tal-ikel (agrikoltura sostenibbli),

P.

billi l-piż żejjed u l-obeżità għandhom jiġu trattati permezz ta' approċċ olistiku li jaħdem f'diversi oqsma tal-politika tal-gvernijiet u fid-diversi livelli ta' governanza, b'mod speċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b'kull r-rispett għas-sussidjarjetà,

Q.

billi m'għandhiex tiġi injorata l-importanza tal-alkoħol, flimkien mal-kontenut kalorifiku għoli tiegħu, u tat-tipjip, li t-tnejn li huma jaqtgħu l-aptit ta' dak li jkun tal-ikel u x-xorb u jġorru magħhom bosta perikli stabbiliti għas-saħħa,

R.

billi għandha titqies id-dimensjoni soċjali tal-problema, u b'mod partikulari l-fatt li l-ogħla rati ta' piż żejjed u ta' obeżità huma reġistrati fost il-gruppi soċjo-ekonomiċi l-aktar baxxi; billi din is-sitwazzjoni tista' twassal għall-inugwaljanzi fis-saħħa u l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi akbar, b'mod partikulari għall-iktar gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, bħall-persuni b'diżabilità,

S.

billi l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi jieħdu dimensjoni oħra biż-żieda tal-prezzijiet ta' materjal mhux ipproċessat (bħaċ-ċereali, il-butir u l-ħalib) bla preċedent kemm f'termini tal-għadd ta' prodotti konċernati kif ukoll f'termini tal-firxa taż-żidiet,

T.

billi l-konġunzjoni ta' prezzijiet ogħla ta' materjal mhux ipproċessat u l-opaċità tar-regoli tad-distribuzzjoni fuq skala kbira f'xi Stati Membri wasslet għal żieda fil-prezzijiet ta' prodotti bażiċi tal-ikel b'valur nutrizzjonali għoli, bħall-frott u l-ħxejjex u l-prodotti tal-ħalib mingħajr zokkor, żieda li qegħdin ibatu minnha l-baġits tal-maġġoranza tal-familji fl-UE, u billi l-UE jeħtieġ li taffronta din l-isfida,

U.

billi l-persuni b'diżabbilità jammontaw għal 15 % tal-popolazzjoni attiva tal-UE; billi, barra dan, studji juru li persuni b'diżabilità jinsabu f'riskju ikbar ta' obeżità minħabba, fost affarijiet oħrajn, bidliet patopsikoloġiċi fil-metaboliżmu tal-enerġija u l-kompożizzjoni tal-ġisem, u l-atrofija tal-muskoli u l-inerzja fiżika,

V.

billi l-inizjattivi kollha tal-partijiet kollha interessati għandhom jiġu ffaċilitati sabiex jitjiebu d-djalogu, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-awtoregolamentazzjoni, bħal pereżempju l-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Isport u s-Saħħa u n-netwerk tal-UE għall-promozzjoni ta' Attività Fiżika li Ttejjeb is-Saħħa' (Health-Enhancing Physical Acitivity — HEPA),

W.

billi kċejjen tradizzjonali differenti għandhom ikunu promossi bħala parti mill-wirt kulturali tagħna, iżda fl-istess ħin għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu konxji mill-impatt reali tagħhom fuq is-saħħa sabiex ikunu faċilitati deċiżjonijiet infurmati,

X.

billi l-konsumaturi fl-Ewropa għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja sabiex ikunu jistgħu jagħżlu l-aħjar sorsi ta' nutriment għall-aħjar dieta fid-dawl tal-istil ta' ħajja individwali tagħhom u l-istat ta' saħħithom,

Y.

billi inizjattivi industrijali riċenti b'rabta mal-awtoregolazzjoni tar-reklamar jindirizzaw il-bilanċ u n-natura tar-reklamar ta' ikel u xorb; billi miżuri ta' awtoregolamentazzjoni hemm bżonn li jkopru kull forma ta' kummerċjalizzazzjoni fuq l-Internet u fil-midja l-ġdida kollha; billi r-reklamar tal-ikel jammonta għal madwar nofs ir-reklamar kollu mxandar waqt il-ħinijiet meta jkunu qed jaraw it-televiżjoni t-tfal, u billi hemm evidenza ċara li r-reklamar fuq it-televiżjoni jinfluwenza tendenzi ta' konsum għall-futur qarib ta' tfal ta' età ta' bejn is-sentejn u l-11-il sena; billi l-użu ta' forom ġodda ta' kummerċjalizzazzjoni li jużaw il-mezzi teknoloġiċi kollha u b'mod partikolari l-hekk imsejħa “advergames” li jinvoli l-użu ta' mowbajls, sms, video games u logħob interattiv fuq l-Internet huma sors ta' tħassib; billi diversi manifatturi tal-ikel, kumpaniji ta' riklamar u kummerċjalizzazzjoni u għaqdiet ta' ħarsien tal-konsumatur issa qed juru livell konsiderevoli ta' impenn lejn il-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dawr id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa u jistaw diġà jindikaw studji u proġetti li kienu suċċess,

Z.

billi l-malnutrizzjoni li taffettwa b'mod partikulari lil persuni iktar anzjani, jiswa lis-sistemi Ewropej għall-kura tas-saħħa ammonti simili għall-dawk li jiswew l-obeżità u l-piż żejjed,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-White Paper msemmija hawn fuq dwar in-nutriment bħala pass importanti lejn starteġija ġenerali sabiex titrażżan iż-żieda tal-obeżità u jkun indirizzat mard kroniku relatat mad-dieta, bħal mard kardjovaskulari inklużi l-mard tal-qalb u l-attakk ta' puplesija, il-kanċer u d-dijabete, fl-Ewropa;

2.

Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu l-obiżità bħala marda kronika. Jemmen li għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li jiġu stigmatizzati individwi jew gruppi ta' nies li huma vulnerabbli għal problemi ta' saħħa relatati man-nutriment, il-piż żejjed u l-obeżità minħabba raġunijiet kulturali, mard bħad-dijabete jew konsum patoloġiku bħall-anoreksja jew il-bulimja, u jagħti parir lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li dawn in-nies ikollhom aċċess għal trattament adegwat skond is-sistemi nazzjonali tas-saħħa tagħhom;

3.

Iqis li approċċ komprensiv u fuq ħafna livelli jkun l-aħjar mod ta' kif tiġi miġġielda l-obeżità fost il-popolazzjoni tal-UE u jenfasizza l-fatt li jeżistu bosta programmi Ewropej (dwar ir-riċerka, is-saħħa, l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja) li jistgħu jgħinuna naffrontaw dan l-inkwiet reali;

4.

Iqis li politika mmirata lejn il-kwalità tal-ikel tista' tagħti kontribut importanti fil-promozzjoni tas-saħħa u fit-tnaqqis tal-obeżità u li informazzjoni li tinftiehem fuq tikketti hija s-soluzzjoni sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu bejn nutriment tajjeb, dak aħjar u dak inqas tajjeb;

5.

Japprova l-ħolqien ta' Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutriment u l-Attività Fiżika u s-sistemi Ewropej ta' stħarriġ dwar is-saħħa li jiġbru kejl fiżiku u bijoloġiku bħall-Istħarriġ dwar l-Eżaminazzjoni tas-Saħħa (HES) u l-Istħarriġ Ewropew dwar l-Intervista dwar is-Saħħa (EHIS), bħala għodod effettivi għal dawk li jifformulaw il-politiki u l-partijiet kollha involuti u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-obeżità;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fi ħdan il-grupp futur ta' livell għoli dwar in-nutriment u l-attività fiżika, b'mod li jiġu mmirati aħjar il-problemi u li jiġu proposti l-aħjar soluzzjonijiet skond id-dimensjoni tal-ġeneru, jiġifieri, minn naħa għall-irġiel u min-naħa l-oħra għan-nisa;

7.

Jirrikonoxxi l-irwol sostanzjali tal-awtoregolamentazzjoni fil-ġlieda kontra l-obeżità, u jisħaq dwar il-ħtieġa għal miri ċari u konkreti għall-partijiet kollha interessati u għall-monitoraġġ indipendenti ta' dawn il-miri; jinnota li r-regolamentazzjoni kultant hija meħtieġa sabiex ikun hemm bidla sostanzjali u siewja fis-setturi kollha tal-industrija, partikolarment f'dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, sabiex jiġu żgurati l-ħarsien tal-konsumaturi u l-istandards għoljin tas-saħħa pubblika; jinnota b'interess il-203 impenji meħuda fil-kuntest tal-Pjattaform tal-UE għal Azzjoni dwar Dieta, Attività Fiżika u s-Saħħa li timmira għall-formolazzjoni mill-ġdid tal-prodotti, it-tnaqqis ta'riklami għat-tfal u l-ittikkettar għall-promozzjoni ta' dieta bilanċjata; iqis li s-sħubija fil-pjattaforma għandha tkun estiża sabiex tinkludi kemm il-manifatturi ta' logħob tal-kompjuter u ta' consoles kif ukoll fornituri tal-Internet;

8.

Jitlob, madankollu, li jkun hemm miżuri aktar tanġibbli mmirati b'mod speċjali għat-tfal u għall-gruppi f'riskju;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu approċċ iżjed olistiku lejn in-nutriment u tagħmel il-malnutrizzjoni, flimkien mal-obeżità, prijorità prinċipali fl-oqsma tan-nutriment u s-saħħa, billi fejn huwa possibbli tinkorporaha f'inizjattivi ffinanzjati mill-UE u fis-sħubiji fil-livell Ewropew;

10.

Iqis li l-konsumaturi Ewropej għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja sabiex ikunu jistgħu jagħżlu l-aħjar sorsi ta' nutriment meħtieġa għall-kisba u ż-żamma tal-aħjar konsum nutrittiv li l-iktar huwa xieraq għall-istil ta' ħajja individwali tagħhom u għal saħħithom; jemmen li għandha tingħata iktar attenzjoni lill-fatt l-għarfien taċ-ċittadini dwar is-saħħa għandu jitjieb sabiex dawn ikollhom is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet effettivi dwar id-dieti tagħhom stess u dawk ta' uliedhom; iqis li, l-att li jkunu infurmati u edukati l-ġenituri dwar kwistjonijiet nutrittivi għandu jitwettaq permezz tal-professjonisti rilevanti (għalliema, organizzaturi kulturali, professjonisti tas-saħħa) fil-postijiet xierqa; jinsab konvint li l-informazzjoni għall-konsumatur, l-edukazzjoni nutrittiva u l-ittikkettar tal-ikel għandhom ikunu bbażati fuq ir-riċerka dwar il-konsumatur;;

11.

Jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, għall-importanza li ssir rabta bejn programm futur dwar il-frott għall-iskejjel u strateġija edukattiva usa', pereżempju permezz ta' lezzjonijiet dwar id-dieta u s-saħħa fl-iskejjel primarji;

12.

Jenfasizza l-irwol fundamentali tal-ġenituri fl-edukazzjoni nutrittiva tal-familja u l-kontribut deċiżiv tagħhom fil-ġlieda kontra l-obeżità;

13.

Jistieden lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-entitajiet lokali sabiex ikunu iktar proattivi fl-iżvilupp ta' “komunitajiet li jiffavorixxu l-attività”, b'mod speċjali fil-kuntest tal-ippjanar urban sabiex il-muniċipalitajiet ikunu favur l-eżerċizzjoni fiżiku bħala rutina ta' kuljum u billi joħolqu opportunitajiet fl-ambjent lokali li jimmotivaw lin-nies sabiex jibdew jagħmlu xi attività fiżika matul il-ħin liberu tagħhom; dan jista' jinkiseb permezz tal-introduzzjoni ta' miżuri lokali għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-karozzi u għall-promozzjoni tal-mixi u permezz ta' taħlit sensibbli bejn l-iżvilupp kummerċjali u dak residenzjali, billi jiġu promossi t-trasport pubbliku, il-parks, il-faċilitajiet sportivi aċċessibbli, mogħdijiet għar-roti u zebra crossings, jistieden lill-muniċipalitajiet sabiex jippromwovu netwerk ta' “bliet għal stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa” li jipprovdi azzjonijiet komuni biex tiġi miġġielda l-obeżità;

14.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jadottaw l-idea ta' vjaġġar attiv kemm mit-tfal tal-iskola kif ukoll minn ħaddiema; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali sabiex iqisu din l-idea bħala prijorità meta jevalwaw it-trasport u l-ippjanar urban;

15.

Jinnota li d-disponibilità ta' zoni fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jkunu jistgħu jesperjenzaw in-natura tipprovdilhom alternattiva għal attivitajiet tradizzjonali ta' rikreazzjoni u fl-istess ħin issaħħaħ il-kapaċità ta' immaġinazzjoni u kreattività u x-xewqa ta' esplorazzjoni;

16.

Jitlob lill-assoċjazzjonijiet sportivi biex jagħtu attenzjoni partikulari lill-fatt li t-tfajliet, wara li joħorġu mill-adoloxxenza, spiss jabbandunaw il-prattika ta' attività sportiva; josserva li dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom irwol kbir biex iżommu l-interess tat-tfajliet u tan-nisa fil-prattika ta' attivitajiet sportivi differenti;

17.

Jenfasizza li s-settur privat għandu rwol attiv sabiex tonqos l-obeżità billi jiġu żviluppati prodotti ġodda u iktar tajbin għas-saħħa; iżda li għandu jkun inkoraġġit iktar sabiex jiżviluppa sistemi ta' informazzjoni ċari u jtejjeb l-ittikkettar li jippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażla infurmata;

18.

Jisħaq dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha irwol ewlieni fit-tħejjija ta' approċċ komuni u fil-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri; jinsab konvint li jista' jiġi provdut valur miżjud importanti Ewropew f'oqsma bħall-informazzjoni tal-konsumatur, l-edukazzjoni nutrittiva, ir-reklamar fil-midja, il-produzzjoni agrikola u l-ittikkettar tal-ikel, flimkien ma' indikazzjonijiet ta' kontenut ta' xaħam trans; jitlob għall-iżvilupp ta' indikaturi Ewropej bħalma huwa d-daqs tal-qadd u kwalunkwe fattur ieħor ta' riskju marbut mal-obeżità (speċjalment l-obeżità addominali);

Il-prijorità tagħna: it-tfal

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-parteċipanti kollha sabiex jistabbilixxu l-ġlieda kontra l-obeżità fl-istadji bikrija tal-ħajja bħala prijorità, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li drawwiet tal-ikel li jiġu stabbiliti fit-tfulija ta' sikwit jibqgħu eżistenti wara bosta snin;

20.

Jitlob li jkun hemm kampanji ta' informazzjoni ta' tqajjim ta' kuxjenza fost in-nisa tqal dwar l-importanza ta' dieta bilanċjata, b'forniment mill-aqwa ta' xi nutrijenti waqt it-tqala, u għan-nisa u l-irġiel tagħhom sabiex ikunu konxji mill-importanza ta' treddigħ; ifakkar li t-treddigħ, id-dewmien tal-introduzzjoni ta' ikel solidu sa ma t-trabi jkollhom sitt xhur, l-introduzzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa fid-dieta tat-tfal u l-kontroll tad-daqs tal-porzjonijiet kollha huma fatturi li jistgħu jgħinu sabiex jiġi evitat li t-tfal ikollhom piż żejjed jew milli jsiru obeżi; madankollu, jenfasizza li t-treddigħ m'huwiex l-uniku mezz sabiex tiġi miġġielda l-obeżità, u li d-drawwiet ta' dieta bilanċjata huma meħtieġa fuq perjodu twil ta' żmien; jenfasizza li kampanji għat-tqajjim ta' kuxjenza għandhom iżommu preżenti li t-treddigħ huwa kwistjoni privata u għandhom jirrispettaw il-volontà u l-għażla libera tan-nisa;

21.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri dwar il-ħtieġa għas-servizzi nazzjonali tas-saħħa li jippromwovu servizzi ta' għoti ta' pariri speċifiċi dwar nutriment indirizzati lejn nisa tqal u lejn nisa bil-menopawża, peress li t-tqala u l-menopawża jikkostitwixxu żewġ stadji kruċjali fil-ħajja tal-mara, li jkunu akkumpanjati minn riskju akbar ta' piż żejjed;

22.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu linjigwida msawra minn esperti dwar kif tista' titjieb l-attività fiżika sa mill-perjodu ta' qabel l-iskola, u sabiex f'dan l-istadju bikri tkun diġà qed tiġi promossa l-edukazzjoni nutrittiva;

23.

Iqis li huwa primarjament fil-livell tal-iskola li għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-attività fiżika u d-dieta bilanċjata isiru parti mill-imġiba tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa linjigwida dwar il-politiki dwar in-nutriment fl-iskejjel u għall-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar in-nutriment, kif ukoll għat-tkomplija tagħha fil-perjodu wara li t-tfal jitilqu mill-iskola; jistieden lill-Istati Membri sabiex jinkludu l-benefiċċji ta' dieta bilanċjata u ta' eżerċizzji fiżiċi fil-kurrikuli tal-iskejjel;

24.

Barra minn hekk, jitlob lill-Istati Membri, lill-entitajiet lokali u lill-awtoritajiet tal-iskejjel sabiex jimmonitorjaw u jtejbu l-kwalità u l-istandards nutrittivi tal-ikel tal-iskejjel u tal-kindergarten billi jipprovdu taħriġ u linjigwida speċifiċi għall-istaff tal-forniment tal-ikel, kontroll tal-kwalità tal-fornituri tal-ikel u linjigwida għal ikel tajjeb għas-saħħa fil-kantins; jenfasizza l-importanza li d-daqs tal-porzjonijiet jiġu adattati skond il-ħtieġa u li f'dawn l-ikliet jiġu inklużi l-frott u l-ħxejjex; jitlob li jkun hemm aktar edukazzjoni dwar il-valur nutrittiv ta' dieta bilanċjata u jħeġġeġ li jinqatal-bejgħ ta' ikel u xorb b'ħafna xaħmijiet, melħ jew zokkor u ta' valur nutrittiv baxx fl-iskejjel; jiffavorixxi, minflok, li l-frott frisk u l-ħxejjex ikunu disponibbli f'postijiet ta' bejgħ; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li tal-anqas tliet sigħat fil-ġimgħa mill-kurrikulu tal-iskola jkunu dedikati għall-attività fiżika, bi qbil mal-objettivi tal-White Paper imsemmija hawn fuq dwar l-isport u jitlob lil dawk l-awtoritajiet sabiex jipprovdu pjanijiet għall-bini ta' faċilitajiet ġodda tal-isport, aċċessibbli wkoll għall-persuni b'diżabilità u sabiex jissalvagwardjaw il-faċilitajiet sportivi eżistenti fl-iskejjel; jilqa' b'sodisfazzjon il-possibiltà ta' proġett imsejjaħ “frott fl-iskola”, b'appoġġ finanzjarju mill-UE simili għall-programm attwali ta' ħalib fl-iskejjel; jitlob li jinstabu soluzzjonijiet sabiex matul l-2008 tibqa' għaddejja d-distribuzzjoni bla ħlas tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet ta' karità, hekk kif talbu xi wħud mill-Istati Membri, sakemm tidħol fis-seħħ l-iskema tal-frott fl-iskejjel fl-1 ta' Jannar 2009;

25.

Jitlob lill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri sabiex jippromwovu d-disponibiltà ta' faċilitajiet tal-mogħdija ta' żmien (leisure facilities) li jkunu għall-but ta' kulħadd, u sabiex jippromwovu l-ħolqien ta' opportunitajiet fl-ambjent lokali li jimmotivaw lin-nies sabiex jibdew jagħmlu xi attività fiżika matul il-ħin liberu tagħhom;

26.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-entitajiet lokali u lill-awtoritajiet tal-iskola sabiex jiżguraw li jkun hemm għażliet tajbin għas-saħħa disponibbli fil-magni tal-bejgħ (vending machines) li jinsabu fl-iskejjel; iqis li l-isponsorjar u r-riklamar ta' prodotti hekk imsejħa HSSF (dawk b'kontenut għoli ta' zokkor, melħ u xaħam) ta' valur nutrittiv fqir fl-iskejjel għandu jkun marbut ma' talba min-naħa tal-awtoritajiet tal-iskejjel jew ma' permess dirett mingħandhom, u għandu jkun immoniterjat mill-għaqdiet tal-istudenti u tal-ġenituri; jikkunsidra li organizzazzjonijiet u timijiet sportivi għandhom ikunu ta' eżempju rigward l-eżerċizzju u d-dieta tajba għas-saħħa; jitlob li jkun hemm impenn voluntarju mill-organizzazzjonijiet kif ukoll mit-timijiet sportivi kollha sabiex jippromwovu nutriment bilanċjat u attività fiżika b'mod partikolari fost it-tfal; jassumi li l-organizzazzjonijiet sportivi u t-timijiet kollha jippromwovu dieta bilanċjata u attività fiżika; barra minn hekk, jenfasizza li l-moviment tal-isports Ewropew m'għandux jiġi akkużat għal piż żejjed u l-obeżità fl-Ewropa;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riforma tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tal-Politika Komuni dwar l-Agrikultura (CAP) li tippermetti t-tqassim ta' aktar frott u ħxejjex fl-iskejjel, sakemm il-kwalità u s-sikurezza kimika ta' dawn il-prodotti tkun immonitorjata;

28.

Iħeġġeġ lill-UE, u b'mod partikolari lill-Kunsill tal-ECOFIN, sabiex ikunu iżjed flessibbli fl-applikazzjoni ta' rati baxxi ta' VAT min-naħa tal-Istati Membri għall-bżonnijiet ta' natura soċjali, ekonomika, ambjentali jew relatata mas-saħħa; f'dan ir-rigward; jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, biex inaqqsu l-VAT fuq il-frott u l-ħxejjex, u jfakkar li l-liġi Komunitarja tawtorizzahom li jagħmlu dan; barra minn hekk jitlob li l-leġislazzjoni Komunitarja attwali tiġi emendata sabiex il-frott u l-ħxejjex ikunu jistgħu jibbenifikaw minn rata baxxa ħafna ta' VAT (inqas minn 5 %);

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon inizjattivi tal-UE bħat-twaqqif tal-websajt “EU mini-chefs” u l-Jum Ewropew għall-Ikel u t-Tisjir Tajjeb għas-Saħħa fit-8 ta' Novembru 2007; jissuġġerixxi li jiġu organizzati kampanji ta' informazzjoni li jtejbu l-kuxjenza dwar ir-relazzjoni bejn prodotti b'kontenut kalorifiku għoli u l-ħin ekwivalenti ta' attività fiżika li huwa meħtieġ sabiex jinħarqu l-kaloriji tagħhom;

Għażliet infurmati u d-disponibilità ta' prodotti tajbin għas-saħħa

30.

Jemmen li r-riformulazzjoni tal-prodott hija għdda b'saħħitha sabiex jitnaqqas it-teħid tax-xaħam, taz-zokkor u tal-melħ fid-dieti tagħna u jħeġġeġ lill-produtturi tal-ikel sabiex jipprattikaw aktar ir-riformulazzjoni tal-ikel b'ħafna enerġija (energy-dense) u bi ftit nutrijenti sabiex inaqqsu x-xaħam, iz-zokkor u l-melħ u jżidulhom il-kontentu tal-fibra, tal-frott u tal-ħxejjex; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji imwettqa fuq bażi volontarja mill-produtturi sabiex jimplimentaw kriterji ta' nutriment għall-foromolazzjoni tal-ikel;

31.

Jisħaq li l-ittikkettar dwar in-nutriment għandu jkun obbligatorju u ċar sabiex jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażla tajba fl-ikel;

32.

Jitlob għall-projbizzjoni madwar l-UE kollha tal-aċidi ta' xaħam trans artifiċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jużaw prattiki tajbin meta jikkontrollaw il-kontenut tas-sustanzi (eż melħ) fl-ikel u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfassal programm għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri; jirrimarka li għandu jkun hemm eżenzjonijiet speċjali għall-PDO (designation tal-oriġini protetta), il-PGI (indikazzjoni ġeografika protetta), it-TSG (speċjalità tradizzjonali garantita) u tipi oħrajn ta' prodotti tradizzjonali sabiex ir-riċetti oriġinali jiġu ppreservati; għal dan il-għan, għandu aspettattivi għolja fir-rigward tal-Green Paper dwar il-politika ta' kwalità fl-agirkultura f'termini ta' kwalità aħjar u ta' skemi PGI;

33.

Jisħaq li l-istat attwali tal-għerf xjentifiku jurina li konsum eċċessiv ta' aċidi ta' xaħam trans ('l fuq minn 2 % tat-total tal-enerġija meħuda) huwa marbut ma' riskji kardjovaskulari sinifikament ogħla; għalhekk, jesprimi dispjaċir kbir għall fatt li s'issa ftit gvernijiet Ewropej biss ħadu azzjoni sabiex inaqqsu l-espożizzjoni kumulattiva tal-konsumaturi Ewropej għall-aċidi ta' xaħam trans artifiċjali u għall-aċidi ta' xaħam saturat li jinstabu f'ħafna prodotti pproċessati li għandhom valur nutrittiv baxx;

34.

Jenfasizza li aċidi ta' xaħam trans li huma proċessati f'livell industrijali huma theddida serja u mhux meħtieġa għas-saħħa tal-Ewropej u għandhom jiġu indirizzati b'inizjattiva leġiżlattiva xierqa li tfittex li telimina b'mod effettiv mill-prodotti tal-ikel l-aċidi ta' xaħam trans ipproċessati f'livell industrijali;

35.

Jitlob li ssir analiżi tal-irwol li sustanzi artifiċjali li jsaħħu t-togħma bħall-glutemati, l-guanlati u inosinati, partikolarment f'ikliet lesti u fi prodotti tal-ikel magħmula fuq livell industrijali, sabiex tiġi determinata l-influwenza ta' dawn is-sustanzi fuq il-mudell ta' konsum;

36.

Jistieden lill-industrija sabiex tirrevedi d-daqsijiet tal-prozjonijiet għal persuna waħda, u tipporvdi għażla akbar ta' possibilitajiet ta' porzjonijiet iżgħar;

37.

Jilqa' b'sodisfazzjoni l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar dwar in-nutriment fuq il-prodotti tal-ikel (2); iħeġġiġha sabiex tiżgura li l-ittikkettar ikun viżibli, ċar u jinftiehem faċilment mill-konsumatur;

38.

Barra minn dan jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq reviżjoni komprensiva tal-impatt tas-saħħa tal-CAP sabiex tevalwa jekk jistgħux isir bidliet fil-politika li jiffaċilitaw titjib fid-dieti madwar l-Ewropa;

Midja u riklamar

39.

Jistieden lill-operaturi kollha tas-settur tal-midja, b'koperazzjoni mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sportivi, sabiex joħolqu inċentivi addizzjonali għal aktar eżerċizzju fiżiku u għall-għażla ta' sport fil-midja kollha;

40.

Jinsab konxju tal-importanza li l-midja għandha biex tinforma, teduka u tipperswadi fir-rigward tal-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa u bbilanċjata kif ukoll l-irwol tagħha fil-ħolqien ta' sterjotipi u d-dehra tal-ġisem; iqis li l-approċċ volontarju adottat mid-Direttiva dwar Servizzi ta' Midja Awdjoviżiva (3) dwar ir-reklamar ta' ikel li għandu valur nutruttiv baxx indirizzat lejn it-tfal bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, li għandu jiġi mmoniterjat speċifikament, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti aktar stretti jekk ir-reviżjoni tal-2011 tad-Direttiva tiddikjara li l-approċċ volontarju f'dan il-qasam falla; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummisjsoni sabiex iħeġġu lill-fornituri tas-servizzi tal-midja sabiex jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta fir-rigward ta' komunikazzjoni kummerċjali mhix xierqa relatat ma prodotti tal-ikel u x-xorb u jħeġġeġ lill-operaturi sabiex jippreżentaw azzjonijiet konkreti f'livell nazzjonali sabiex jimplimentaw jew isaħħu din id-direttiva;

41.

Jitlob lill-industrija sabiex toqgħod partikolarment attenta meta tirreklama prodotti tal-ikel immirati speċifikament għat-tfal; jitlob għal ħinijiet protetti u għal restrizzjonijiet tar- riklami ta' ikel li mhux tajjeb għas-saħħa speċifikament immirati għat-tfal; kwalunkwe restrizzjoni ta' dan it-tip għandha wkoll tkopri forom ġodda ta' midja bħal logħob online, pop-ups u sms;

Kura tas-saħħa u riċerka

42.

Jirrikonoxxi li l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, sepċjalment il-pedjatriċi u l-ispiżjara, għandhom ikunu konxji tal-irwol essenzjali tagħhom fl-identifikazzjoni bikrija ta' pazjenti li qegħdin fir-riskju ta' piż żejjed u ta' mard kardjovaskolari u jqis li dawn għandhom ikunu parteċipanti ewlenin fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-obeżità tal-mard li ma jitteħidx. għalhekk, jitlob lill-Kummssjoni sabiex tiżviluppa indikaturi antropometriċi Ewropej u linjigwida dwar fatturi ta' rijski kardjometaboliċi marbuta mal-obeżità; jenfasizza l-importanza li jsir kejl sistematiku u ta' rutina flimkien ma' skrijning għal fatturi ta' riskji kardjometaboliċi oħrajn sabiex jiġu evalwati il-komorbiditi ta' piż żejjed/obeżità fil-livell primarju ta' kura;

43.

Jiġbed l-attenzjoni għall-problema ta' malnutrizzjoni, stat fejn nuqqas, eċċess jew żbilanċ fid-dieta jkollu impatt negattiv li jista' jitkejjel fuq it-tessut tal-ġisem, il-forma tal-ġisem u fuq l-iffunzjonar tal-ġisem; jinnota wkoll li l-malnuttrizzjoni hija piż kbir kemm fuq il-benesseri tal-individwu u kif ukoll fuq is-soċjetà, partikolarment is-sistema tal-kura tas-saħħa, u li din twassal għal aktar imwiet, perjodi itwal l-isptar, aktar kumplikazzjonijiet u tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti; ifakkar li l-ġranet żejda fl-isptar u t-trattament ta' kumplikazzjonijiet minħabba l-malnutrizzjoni jiswew billjuni ta' euro fi spejjeż pubbliċi kull sena;

44.

Jenfasizza estimi li juru li 40 % tal-pazjenti fl-isptarijiet u bejn 40 u 60 % tal-persuni fid-djar għall-anzjani huma malnutriti; jistieden lill-Istati Membri sabiex itejbu l-kwantità u l-kwalità tal-ikel fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani biex jonqos iż-żmien li wieħed iqattal-isptar;

45.

Jinsab konvint mill-ħtieġa ta' regolamentazzjoni sħiħa tal-kwalifika tal-professjonisti mediċi bħala “djetologu” u kif ukoll “nutrizzjonista”;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki mediċi, pereżempju permezz tal-Forum tal-UE dwar is-saħħa, kif ukoll kampanji ta' informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-obeżità u mal-obeżita addominali b'mod partikolari filwaqt li tiġbed l-attenzjoni għar-riskji kardjovaskulari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-perikli ta' “dieti tad-djar”, speċjalment jekk dawn jinvolvu l-użu ta' mediċini għal kontra l-obeżità mingħajr riċetta medika; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddedika aktar attenzjoni għall-problemi ta' malnutrizzjoni. nutrizzjoni mhix xierqa u deidratazzjoni;

47.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-aprossimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (4);

48.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiffinanzajw riċerka fir-rabtiet bejn l-obeżità u l-mard kroniku bħall-kanċer u d-dijabete għaliex ir-riċerka epidemoloġika għanda bżonn tidentifika l-fatturi li huma l-aktar marbutin maż-żieda fil-prevalenza tal-obeżità, bħall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-bijoindikatri multivarjati f'sottogruppi ta' suġġetti, u sabiex jintefa' dawl fuq il-mekkaniżmu bijoloġiku li jwassal għall-obeżità; jitlob ukoll biex isiru studji li jqabblu u jevalwaw l-effettività tal-intervenzjonijiet differenti inkluża r-riċerka psikoloġika; jistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu sistema li tiżgura aċċess għal servizz ta' kwalità għall-prevenzjoni, l-iskrijning u l-immaniġġjar ta' piż żejjed, obeżità u mard kroniku ieħor;

49.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tad-'dijabete u l-obeżità bħala prijorità fil-kuntest tat-tema fi ħdan tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7) dedikat għas-saħħa;

50.

Iħeġġeġ aktar riċerka xjentifika u mmoniterjar ta'l-obeżità addominali fil-kuntest tal-FP7;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi kampanji ta' informazzjoni li jkunu mifruxa madwar l-UE kollha mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u, b'mod partikolari, lejn il-professjoni medika, sabiex jiżdied l-għarfien tar-riskji tal-obeżità addomniali;

52.

Jitlob li n-nutrizzjoni titqies bis-serjetà fil-politki u fil-possibilitajiet Ewropej kollha.

*

* *

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gevrnijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;


(1)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 93.

(2)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(3)  Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

(4)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/105


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
L-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-dritt tal-awtur

P6_TA(2008)0462

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi

2010/C 8 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsirda r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta' Ottubru 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Rakkomandazzjoni tal-2005”),

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 95 u 151 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli II-77 u II-82 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 97a tat-Trattat ta' Liżbona,

wara li kkunsidra l-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ li japplikaw għad-drittijiet tal-mużika, jiġifieri l-Konvenzjoni ta' Ruma tas-26 ta' Ottubru 1961 għall-Protezzjoni tal-Artisti, tal-Produtturi ta' Fonogrammi u tal-Organizzazzjonijiet ta' Xandir, il-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Litterarji u Artistiċi, it-Trattat dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-WIPO tal-20 ta' Diċembru 1996, it-Trattat dwar ir-Rappreżentazzjonijiet u l-Fonogrammi tal-20 ta' Diċembru 1996, u l-Ftehima tad-WTO dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-15 ta' April 1994,

wara li kkunsidra l-ġabra ta' liġijiet tal-KE (l-“acquis communautaire”) fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati li tapplika għad-drittijiet tal-mużika, jiġifieri d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (2), id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-kejbil (3), id-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (4) u d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informatika (5),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 1995 dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-Soċjetà tal-Informatika (COM(1995)0382),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2003 dwar il-protezzjoni ta' artisti fis-settur awdjoviżiv (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004 dwar qafas Komunitarju għal soċjetajiet ta' mmaniġġjar kollettiv fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2004 dwar l-Immaniġġjar tad-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati fis-Suq Intern (COM(2004)0261),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona: aktar riċerka u innovazzjoni — investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: Approċċ komuni (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Jannar 2008 dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku (COM(2007)0836),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-libertà tal-espressjoni fuq l-Internet (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-Rakkomondazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2005 dwar maniġġjar kollettiv transkonfinali dwar drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-servizzi ta' mużika online (2005/737/KE) (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar l-implikazzjonijiet istituzzjonali u legali tal-użu ta' strumenti ta' soft law (11),

wara li kkunsidra l-monitoraġġ tar-Rakkomandazzjoni tal-2005 (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 il-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha ċara li r-Rakkomandazzjoni tal-2005 kienet tapplika esklussivament għall-bejgħ online ta' reġistrazzjonijiet mużikali u biex malajr kemm jista' jkun tippreżenta — wara li tikkonsulta b'mod wiesa' mal-partijiet interessati — proposta għal direttiva flessibbli li għandha tiġi adottata mill-Parlament u mill-Kunsill permezz ta' kodeċiżjoni bil-għan li jiġi rregolat l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fir-rigward tas-servizzi mużikali online transkonfinali, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-era diġitali u filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-diversità kulturali Ewropea, il-partijiet ikkonċernati ż-żgħar u r-repertorji lokali, fuq il-bażi ta' trattament ugwali,

B.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 il-Parlament ikkunsidra li l-interessi tal-awturi u għalhekk tad-diversità kulturali fl-Ewropa jkunu moqdija l-aħjar bl-introduzzjoni ta' sistema ta' kompetizzjoni ġusta u trasparenti li tevita pressjoni negattiva fuq id-dħul tal-awturi,

1.

Ifakkar li fid-dawl tan-natura territorjali tad-drittijiet tal-awtur u minkejja l-eżistenza tad-Direttiva 2001/29/KE is-sitwazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għas-servizzi online hija ġenwinament komplessa, l-iktar minħabba n-nuqqas ta' liċenzji Ewropej;

2.

Jikkunsidra li, minħabba r-rifjut ta' lleġiżlar — minkejja r-riżoluzzjonijiet varji tal-Parlament Ewropew — u d-deċiżjoni ta' tentattiv biex is-suq jiġi rregolat permezz ta' rakkomandazzjoni, inħolqot klima ta' inċertezza legali għad-detenturi tad-drittijiet u għall-utenti, speċjalment għax-xandara;

3.

Jenfasizza li, min-naħa l-oħra, sussegwentement għal ilment mill-utenti, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni intervjena billi fetaħ proċedura kontra is-CISAC (Il-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u l-Kompożituri), li tinkludi 24 soċjetà ta' mmaniġġjar kollettiv fost il-membri tagħha; jinnota li l-effett tad-deċiżjoni meħuda f'dan ir-rigward se jkun il-esklużjoni tat-tentattivi kollha tal-partijiet kkonċernati li jaġixxu flimkien sabiex isibu soluzzjonijiet xierqa — bħal, pereżempju, sistema għall-awtorizzazzjoni tad-drittijiet fil-livell Ewropew — u biex iħallu t-triq miftuħa għal oligopolija ta' numru ta' soċjetajiet kbar ta' mmaniġġjar kollettiv marbuta bi ftehimiet mal-pubblikaturi li jappartjenu għar-repertorju dinji; jemmen li r-riżultat se jkun restrizzjoni tal-għażla u l-qerda tas-soċjetajiet iż-żgħar ta' mmaniġġjar kollettiv għad-detriment tal-kulturi minoritarji;

4.

Jikkunsidra li l-monitoraġġ tar-Rakkomandazzjoni tal-2005 ma jirriflettix is-sitwazzjoni eżistenti b'mod korrett u ma jqisx l-opinjoni mogħtija mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007;

5.

Jikkunsidra li din is-sitwazzjoni tirrifletti l-fatt li l-Kummissjoni għażlet li tinjora t-twissijiet mogħtija mill-Parlament, b'mod partikulari fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007, li tinkludi proposti konkreti għall-kompetizzjoni kkontrollata, kif ukoll protezzjoni u inċentivi għall-kulturi minoritarji fl-Unjoni Ewropea;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Parlament ikun involut b'mod effettiv, bħala koloeġiżlatur, fl-inizjattiva dwar il-kontenut online;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 276, 21.10.2005, p. 54.

(2)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.

(3)  ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15.

(4)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.

(5)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(6)  ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 293.

(7)  ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 425.

(8)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 640.

(9)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 879.

(10)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 64.

(11)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 75.

(12)  http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/docs/management/monitoring-report_en.pdf.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/108


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (Emenda tal-Artikolu 121)

P6_TA(2008)0440

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-emenda tal-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (2007/2266(REG))

2010/C 8 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra taċ-chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tas-26 ta' Settembru 2007,

wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0324/2008),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 121 – paragrafu 3a (ġdid)

 

3a.

Il-President għandu jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti wara konsultazzjoni mal-kumitat responsabbli.

Fejn il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Fejn il-Konferenza tal-Presidenti tkun ta' l-opinjoni li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq fil-plenarja mingħajr dewmien.

F'każijiet ta' urġenza, il-President jista' jieħu azzjoni kawtelatorja sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien preskritti mill-qorti kkonċernata. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura stipulata f'dan il-paragrafu għandha tiġi implimentata ma' l-ewwel opportunità.

Interpretazzjoni:

M'hemm xejn fir-Regoli li jżomm lill-kumitat responsabbli milli jiddeċiedi dwar arranġamenti proċedurali xierqa għat-trażmissjoni fil-ħin tar-rakkomandazzjoni tiegħu f'każijiet ta' urġenza.


Parlament Ewropew

It-Tlieta, 23 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/110


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri ***I

P6_TA(2008)0414

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (COM(2007)0653 — C6-0395/2007 — 2007/0233(COD))

2010/C 8 E/21

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0653,

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0395/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0267/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0233

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-tagħrif dwar l-istatistika tal-flussi kummerċjali tal-Istati Membri ma' pajjiżi mhux membri huwa ta' importanza essenzjali għal-linji politiċi ekonomiċi u kummerċjali tal-Komunità u għall-analiżi tal-iżvilupp tas-suq għall-komoditajiet individwali. It-trasparenza tas-sistema statistika għandha titjieb biex din tkun tista' tirreaġixxi għall-ambjent amministrattiv li qed jinbidel, u biex tissodisfa r-rekwiżiti l-ġodda tal-utenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995 dwar l-istatistika relatata mal-kummerċ ta' merkanzija mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi mhux membri (3) għandu għalhekk jinbidel b'Regolament ġdid skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 285(2) tat-Trattat.

(2)

L-istatistika tal-kummerċ estern hija msejsa fuq data miksuba mid-dikjarazzjonijiet doganali kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-'Kodiċi Doganali'. Il-progress fl-integrazzjoni Ewropea u l-bidliet li jirriżultaw minn dan fl-iżdoganar, inklużi l-awtorizzazzjonijiet uniċi għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew tal-proċedura lokali ta' żdoganar, kif ukoll l-iżdoganar ċentralizzat, li għandu joħroġ mill-proċess kurrenti tal-aġġornament tal-Kodiċi Doganali, jirrendu meħtieġa l-aġġustament tal-mod kif l-istatistika tal-kummerċ estern tinġabar, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kunċett tal-Istat Membru li qed jimporta jew li qed jesporta, u d-definizzjoni b'aktar preċiżjoni tal-għajn ta' data għall-ġbir tal-istatistika Komunitarja.

(3)

Biex jiġi rreġistrat il-fluss fiżiku kummerċjali tal-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri u biex ikun żgurat li d-data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet huwa disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet Doganali u tal-istatistika huma meħtieġa u jridu jkunu speċifikati. Dan jinkludi regoli dwar l-iskambju tad-data bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri.

(4)

Għall-allokazzjoni tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-UE lil Stat Membru partikolari hija meħtieġa l-kompilazzjoni ta' data dwar “l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali”, għall-importazzjonijiet, u “l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali” għall-esportazzjonijiet. Fit-terminu l-medju, dawk l-Istati Membri għandhom isiru l-Istat Membru ta' importazzjoni u esportazzjoni għall-għanijiet ta' statistika għall-kummerċ estern.

(5)

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament il-komoditajiet għall-għanijiet tal-kummerċ estern għandhom jiġu kklassifikati skond “in-Nomenklatura Magħquda” stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (5), minn issa 'l quddiem imsejħa “n-Nomeklatura Magħquda”.

(6)

Biex tintlaħaq il-ħtieġa tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni għat-tagħrif dwar is-sehem tal-euro fil-kummerċ merkantili internazzjonali, il-valuta tal-fatturazzjoni tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet għandha tiġi rrappurtata f'livell aggregat.

(7)

Għall-għanijiet tan-negozjati kummerċjali u tal-ġestjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tingħata tagħrif dettaljat dwar it-trattament tat-tariffi tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea, inkluż tagħrif dwar il-kwoti.

(8)

L-istatistika tal-kummerċ estern tipprovdi data għall-kompilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti u l-kontijiet nazzjonali. Il-karatterisitiċi li jagħmlu possibbli l-adattazzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti għandhom isiru parti mis-sett tad-data mandatorju u standard.

(9)

L-istatistika ta' Stati Membri rigward imħażen tad-dwana u zoni ħielsa mhijiex suġġetta għal dispożizzjonijiet ta' armonizzazzjoni. Madankollu, tibqa' l-fakultà li ssir kompilazzjoni ta' din l-istatistika għal skopijiet nazzjonali.

(10)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat b'data annwali aggregata dwar il-kummerċ imqassma mill-karatteristiċi tal-kummerċ, li tintuża, fost użu ieħor, biex tiffaċilita l-analiżi ta' kif il-kumpaniji Ewropej joperaw fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Ir-rabta bejn l-istatistika kummerċjali u l-istatistika dwar in-negozju qed tiġi stabbilita bl-inkorporazzjoni ta' data dwar l-importatur u l-esportatur disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali ma' data mitluba mir- Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għal reġistri tan-negozju għal ragunijiet ta' statistika (6) , minn issa 'l quddiem imsejħa 'leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju'.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (7) jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Madankollu, livell ta' tagħrif f'ħafna dettall dwar il-kummerċ fil-merkanzija jitlob regoli ta' kunfidenzjalità jekk din l-istatistika għandha tkun rilevanti.

(12)

It-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità tal-istatistika hija mmexxija mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità tal-istatistika lill-Uffiċċju għall-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (8). Miżuri meħuda skond dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta' data kunfidenzjali u li ma jsir l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal raġunijiet ta' statistika meta tinħadem u tinxtered l-istatistika Komunitarja.

(13)

Fil-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Komunitarja skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prassi Ewropew għall-Istatistika, li ġie adottat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku fl-24 ta' Frar 2005 u mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005, dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji.

(14)

Għandhom jiġu fformulati dispożizzjonijiet speċifiċi sakemm il-bidliet fil-leġiżlazzjoni doganali ma jagħtux data addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni doganali u sakemm l-iskambju elettroniku tad-data doganali huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(15)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan il-għan.

(16)

Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 (9) li jistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

(17)

B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa biex tadatta l-lista ta' proċeduri doganali jew ta' trattamenti jew ta' użu doganali approvati li jiddeterminaw esportazzjoni jew importazzjoni għall-istatistika tal-kummerċ estern, biex tadotta regoli differenti jew speċifiċi għall-merkanzija jew movimenti li, għal raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi, biex tadatta l-lista ta' merkanzija u movimenti esklużi minn statistika ta' negozju estern, biex tispeċifika sorsi oħra ta' data minbarra d-dikjarazzjonijiet tad-dwana għal rekords ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' merkanzija u movimenti speċifiċi, biex tispeċifika d-data tal-istatistika, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, biex tistabbilixxi l-kriterji għal data li tirrigwarda merkanzija jew movimenti speċifiċi, biex tispeċifika l-kriterji għall-kompilazzjoni ta' statistika, biex tispeċifika l-karatteristiċi ta' kampjuni, biex tistabbilixxi l-perjodu għar-rappurtar u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, komoditajiet u valuta, kif ukoll biex tistabbilixxi l-iskadenza biex jiġu trażmessi l-kundizzjonijiet tal-istatistika, tal-kontenut, tal-ambitu u tar-reviżjoni għal statistika diġà trażmessa u biex tistabbilixxi l-iskadenza biex tiġi trażmessa statistika li tagħti ċertu dettall fir-rigward tal-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju tal-istatistika dwar u l-kummerċ imqassma bil-valuta tal-fatturazzjoni ▐. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh b' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

║ Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi struttura komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statisitika Komunitarja rigward il-kummerċ tal-merkanzija ma' pajjiżi mhux membri (statistika tal-kummerċ estern).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“merkanzija” tfisser kull proprjetà mobbli, li tinkludi l-elettriku;

b)

“territorju statistiku tal-Komunità” jfisser it-territorju doganali tal-Komunità kif definit fil-Kodiċi Doganali biż-żieda tal-gżira ta' Helgoland fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

c)

“awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika”jfissru l-istituti nazzjonali tal-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern;

d)

l-awtoritajiet doganali” jfissru “l-awtoritajiet doganali” kif definit fil-Kodiċi Doganali;

e)

“dikjarazzjoni doganali” tifsser “dikjarazzjoni doganali” kif definita fil-Kodiċi Doganali;

f)

“deċiżjoni mid-Dwana” tfisser kull att uffiċjali mill-awtorità Doganali relatat ma' dikjarazzjonijiet doganali aċċettati u li għandhom effett legali fuq persuna waħda jew aktar.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   L-istatistika tal-kummerċ estern għandha tirreġistra l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-merkanzija.

Esportazzjoni għandha tiġi rreġistrata minn Stat Membru meta l-merkanzija titlaq mit-territorju statistiku tal-Komunità skond waħda mill-proċeduri doganali li ġejjin jew skond trattament jew użu approvat mid-dwana, stipulati fil-Kodiċi Doganali:

a)

esportazzjoni;

b)

proċessar tal-ħruġ;

c)

esportazzjoni mill-ġdid li ssegwi jew proċessar tad-dħul jew proċessar taħt il-kontroll doganali.

Importazzjoni għandha tiġi rreġistrata minn Stat Membru meta l-merkanzija tidħol fit-territorju statistiku tal-Komunità skond waħda mill-proċeduri doganali li ġejjin stipulati fil-Kodiċi Doganali:

d)

ħelsien għal ċirkolazzjoni libera;

e)

proċessar tad-dħul;

f)

proċessar taħt kontroll doganali.

2.    Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament rigward l-adozzjoni ta' lista tal-proċeduri doganali jew tat-trattament approvat mid-dwana jew l-użu msemmija fil-paragrafu 1▐ biex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew id-dispożizzjonijiet ġejjin minn konvenzjonijiet internazzjonali ▐, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

3.    Għal raġunijiet ta' metodoloġija, ċerta merkanzija jew ċerti movimenti jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi (“merkanzija jew movimenti speċifiċi”). Dan jirrigwarda impjanti industrijali, bastimenti u ajruplani, prodotti tal-baħar, merkanzija mwassla lill-bastimenti u lill-ajruplani, kunsinni maqsuma, merkanzija tal-militar, merkanzija għal stallazzjonijiet offshore jew merkanzija li tiġi minnhom, vetturi spazjali, prodotti tal-elettriku u tal-gass u tal-iskart.

Il- miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament , inter alia billi jissupplimentawh u li jirrigwardaw merkanzija u movimenti speċifiċi u dispożizzjonijiet differenti jew speċifiċi li japplikaw għalihom, għandhom jiġu adottatati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

4.    Għal raġunijiet ta' metodoloġija, ċertu merkanzija jew movimenti għandhom jiġu esklużi mill-istatistika tal-kummerċ Dan jirrigwarda deheb monetarju u mezzi ta' ħlas li huma valuta legali, merkanzija għal użu diplomatiku jew użu simili, movimenti ta' merkanzija bejn l-Istat Membru li qed jimporta u ieħor li qed jesporta u l-forzi armati nazzjonali tagħhom stazzjonati barra l-pajjiż, kif ukoll ċerta merkanzija akkwistata u utilizzata minn forzi armati barranin, merkanzija partikulari li mhijiex suġġett ta' tranżazzjoni kummerċjali, il-moviment ta' pjattaformi ta' missili qabel ma tintbagħat missila, merkanzija mibgħuta għat-tiswija u għal wara t–tiswija, merkanzija għal użu temporanju jew wara użu temporanju, merkanzija użata għat-trasport ta' informazzjoni personalizzata u informazzjoni ddawnlowdjata, merkanzija b'dikjarazzjoni orali lill-awtoritajiet doganali li hija ta' natura kummerċjali sakemm il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limitu statistiku ta' EUR 1 000 jew ta' 1 000 kilogramma jew ta' natura mhux kummerċjali. Il- miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament , inter alia, billi jissupplimentawh, u li jirrigwardaw l-esklużjoni ta' merkanzija jew movimenti minn statistika ta' negozju estern, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 4

Sors tad-data

1.   Is-sors ta' data għar-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tkun id-dikjarazzjoni doganali, inklużi emendi possibbli jew bidliet fid-data statistika li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Doganali marbutin magħha.

Fejn tintuża proċedura ssimplifikata kif definita fil-Kodiċi Doganali u tingħata dikjarazzjoni supplementari, is-sors tad-data għandha tkun din id-dikjarazzjoni supplementari.

2.   Għal merkanzija jew movimenti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(3) , jistgħu jintużaw ukoll sorsi tad-data oħrajn minbarra d-dikjarazzjoni doganali

Il- miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament , inter alia billi jissupplimentawh, li jirrigwardaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn lis-sori ta' data oħrajn, għandhom jiġu adottatati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

3.     L-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw sorsi ta' data oħrajn għall-kompilazzjoni ta' statistika nazzjonali minbarra dawk definiti fil-paragrafi 1 u 2 sakemm jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad-data relevanti b'mezz elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 7(3). Madankollu, il-kompilazzjoni ta' statistika għal negozju estern tal-Komunità skond l-Artikolu 6 m'għandux ikun ibbażat fuq dawk is-sorsi oħrajn ta' data.

Artikolu 5

Data tal-istatistika

1.   L-Istati Membri għandhom jiksbu s-sett ta' data li ġej mir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

a)

il-fluss tal-kummerċ (importazzjoni, esportazzjoni);

b)

il-perjodu referenzjali ta' kull xahar;

c)

il-valur statistiku tal-merkanzija fuq il-fruntiera nazzjonali tal-Istati Membri importaturi u esportaturi;

d)

il-kwantità espressa f'massa netta u f'unità supplementari meta indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

e)

il-kummerċjant, li huwa l-importatur/id-destinatarju ta' importazzjoni u l-esportatur/il-kunsinnatur ta' esportazzjoni;

f)

l-Istati Membri importaturi jew esportaturi, jew l-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni doganali u fejn indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali:

i)

fuq l-importazzjoni, l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija;

ii)

fuq l-importazzjoni, l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali;

g)

il-pajjiżi msieħba, jiġifieri fuq l-importazzjonijiet, il-pajjiż tal-oriġini u l-pajjiż tal-kunsinna/tluq, u fuq l-esportazzjoni, il-pajjiż ta' destinazzjoni;

h)

il-komodità skond in-Nomenklatura Magħquda li hija:

i)

fuq l-importazzjoni, il-kodiċi tal-merkanzija tas-sottointestatura Taric;

ii)

fuq l-esportazzjoni, il-kodiċi tal-merkanzija tas-sottointestatura tan-Nomenklatura Magħquda;

i)

il-kodiċi tal-proċedura doganali li għandhom jintużaw għad-derivazzjoni tal-proċedura tal-istatistika;

j)

in-natura tat-tranżazzjoni fejn ikun indikat fuq id-dikjarazzjoni doganali;

k)

jekk mogħti, it-trattament tariffarju fuq l-importazzjoni miżmuma mill-awtorità Doganali, jew il-kodiċi preferenzjali ▐;

l)

il-valuta tal-fatturazzjoni fejn indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

m)

il-metodu tat-trasport, li jagħti dettalji dwar:

i)

il-metodu ta' trasport fuq il-fruntiera;

ii)

il-metodu intern tat-trasport;

iii)

il-kontenitur.

2.    Il- miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament billi jissupplimentawh, li jirrigwardaw aktar speċifikazzjoni ta' data li jirreferi għaliha l-paragrafu 1, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

3.   Fejn ma jingħatawx istruzzjonijiet oħra u bla ħsara għal-leġiżlazzjoni doganali, id-data għandha tinżamm fid-dikjarazzjoni doganali.

4.   ▐ Għal “merkanzija speċifika jew movimenti” li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(3), jistgħu jkunu meħtieġa settijiet limitati ta' data

Il- miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament billi jissupplimentawh u li jirrigwardaw dawn is-settijiet limitati ta' data, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 6

Kompilazzjoni ta' statistika tal-kummerċ estern

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatisika għall-kull perjodu referenzjali ta' kull xahar, dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' merkanzija espressa f'valur u kwantità skond:

a)

il-merkanzija;

b)

l-Istati Membri li qed jimportaw/jesportaw;

c)

il-pajjiżi msieħba;

d)

il-proċedura statistika;

e)

in-natura tat-tranżazzjoni;

f)

it-trattament tat-tariffi, fuq l-importazzjoni;

g)

il-metodu tat-trasport.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-kompilazzjoni tal-istatistika jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju jiġifieri l-attività ekonomika li twettaq l-intrapriża skond is-sezzjoni jew il-livell ta' 2 diġits tal-klassifika komuni tal-istatistika dwar attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) u d-daqs tal-klassi mkejjel skond in-numru ta' impjegati .

L-istatistika għandha tinġabar permezz tar-rabta tad-data dwar il-karatteristiċi tan-negozju rreġistrata skond il-leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju mad-data rreġistrata skond l-Artikolu 5(1) dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Għal dan l-iskop, l-awtoritajiet Doganali nazzjonali għandhom jipprovdu n-numru ta' identifikazzjoni tal-kummerċjant rilevanti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament billi jissupplimentawh , u li jirrigwardaw r-rabta ta' din id-data ma' din l-istatistika li trid tinġabar, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

3.   Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika dwar il-kummerċ li tinqasam permezz tal-valuta tal-fatturazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika billi jużaw kampjun rappreżentattiv ta' rekords dwar importazzjonijiet u esportazzjonijiet minn dikjarazzjonijiet doganali li fihom data dwar il-valuta tal-fatturazzjoni. Jekk il-valuta tal-fatturazzjoni għall-esportazzjoni mhijiex disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali, għandu jsir stħarriġ biex tinġabar id-data meħtieġa.

Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan irRegolament inter alia billi jissupplimentawhom rigward il- karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu ta' rappurtar, ▐ u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, il-merkanzija u l-valuti ▐ għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

4.   Il-ġbir ta' aktar statistika mill-Istati Membri ▐ jew għal għanijiet nazzjonali tista' ssir meta d-data tkun tista' tinkiseb mid-dikjarazzjoni doganali.

5.   L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jiġbru u li jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika tal-kummerċ estern dwar data tal-istatistika li, bis-saħħa tal-Kodiċi Doganali jew ta' istruzzjonijiet nazzjonali, għadha mhijiex rreġistrata u lanqas ma tista' tinstab b'mod dirett minn data oħra fuq id-dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtoritajiet Doganali tagħhom. It-trażmissjoni ta' din l-istatistika hija fakultattiva għall-Istati Membri. Dan jikkonċerna id-data li ġejja:

a)

l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni;

b)

l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni;

c)

in-Natura tat-Tranżazzjoni.

Artikolu 7

Skambju ta' data

1.   Mingħajr dewmien u mhux aktar tard mix-xahar ta' wara x-xahar li fih ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali jew li fih dawn kienu suġġetti għal deċiżjonijiet doganali li jappartjenu lilhom, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jiksbu minn għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom ir-rekords fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni msejsa fuq id-dikjarazzjonijiet li huma magħmula jew mogħtija lil dik l-awtorità.

Ir-rekords għandu jkun fihom mill-inqas dik id-data statistika elenkata fl-Artikolu 5 li hija, skond il-Kodiċi Doganali jew skond l-istruzzjonijiet nazzjonali, disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li huma msejsa fuq dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom huma trażmessi mingħajr dewmien minn dik l-awtorità Doganali lill-awtorità Doganali tal-Istat Membru li huwa indikat fuq ir-rekord bħala:

a)

l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni

b)

l-Istat Membru tal-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni

Fi Stat Membru, id-data li tasal għand l-awtorità nazzjonali Doganali għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika kif stipulat fil-paragrafu 1.

3.   Stat Membru m'għandux ikun mitlub fil-paragrafu 2 biex jittrażmetti rekords lil Stat Membru ieħor dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet sakemm l-awtoritajiet Doganali f'dawk l-Istati Membri ma jkunux bnew mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad-data rilevanti bil-mezzi elettroniċi.

4.   Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għad-determinazzjoni ta' trażmissjoni bħal din jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

5.     Jekk l-awtorità Doganali nazzjonali ma tkunx tista' tipprovdi d-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika bħala riżultat ta' bosta proċeduri simplifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (10)u d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (11), l-awtorità nazzjonali tal-istatistika ma tkunx obbligata li tipprovdi din id-data li ma tistax tinkiseb mill-awtorità Doganali nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 8

It-trażmissjoni tal-istatistika tal-kummerċ estern lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistika msemmija fl-Artikolu 6(1) mhux aktar tard minn 40 jum wara t-tmiem ta' kull perjodu referenzjali ta' xahar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istatistika jkun fiha tagħrif dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fil-perjodu ta' referenza partikolari, filwaqt li jagħmlu l-aġġustamenti fejn ir-rekords mhumiex disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-istatistika aġġornata meta l-istatistika li diġà ġiet trażmessa hija suġġetta għar-reviżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-riżultati trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) kull tagħrif dwar l-istatistika li huwa kunfidenzjali.

Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir- Regolament , inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

2.    Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ▐ billi jissupplimentawh, u li jirrigwardaw l-iskadenza għat-trażmissjoni ta' data dwar il-kummerċ skond karatteristiċi tan-negozju msemmija fl-Artikolu 6(2) u statistika dwar kummerċ imqassma skond il-valuta tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-istatistika f'forma elettronika, skond l-istandard tal-interchange. L-arranġamenti prattiċi biex jintbagħtu r-riżultati għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9

Evalwazzjoni ta' kwalità

1.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin ta' evalwazzjoni ta' kwalità għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa.

“ir-rilevanza” tindika l-grad ta' kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet kurrenti u potenzjali tal-utenti;

“il-preċizjoni” tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa;

“il-wasla fil-ħin” u 'l-puntwalità' jirreferu għad-dewmien ta' żmien bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-ġrajja jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi;

“l-aċċessibbiltà” u “ċ-ċarezza” jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;

“il-kumparabilità” tirreferi għall-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri tal-kejl applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;

“il-koerenza” tirreferi għall-adattabilità tad-data li tkun marbuta b'mod affidabbli b'modi differenti u għal użu varju.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport ta' kull sena dwar il-kwalità tad-data mibgħuta.

3.   Permezz tal-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta' evalwazzjoni stipulati fil-paragrafu 1 lid-data koperta b'dan ir-Regolament, il-modalitajiet u l-istruttura ▐ tar-rapporti ta' kwalità għandhom jiġu ddefiniti skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità tad-data mibgħuta.

Artikolu 10

Tixrid ta' statistika tal-kummerċ estern

1.    Fil-livell tal-Komunità, statistika tal-kummerċ estern miġbura skond l-Artikolu 6(1) u trażmessa mill-Istati Membri għandha tinxtered mill-Kummissjoni (Eurostat) għall-inqas bis-sottointestatura tan-Nomenklatura Magħquda.

Esklussivament fuq xewqa tal-importatur jew tal-esportatur l-awtoritajiet nazzjonali ta' Stat Membru partikolari għandhom jiddeċiedu jekk tali statistika ta' dak l-Istat li tista' tagħmilha possibbli li jkun identifikat l-importatur jew l-esportatur imsemmi, għandhiex tinxtered jew għandhiex tiġi emendata b'tali mod li t-tixrid tagħha ma tippreġudikax il-kunfidenzjalità tal-istatistika.

2.    Mingħajr ħsara għat-tixrid tad-data fil-livell nazzjonali, l-istatistika dettaljata taħt is-sottointestatura Taric, il-preferenzi u l-kwoti m'għandhomx jinxterdu mill-Kummissjoni (Eurostat) jekk l-iżvelar tagħhom ikun ta' dannu għall-protezzjoni tal-interess pubbliku rigward politiki kummerċjali u agrikoli tal-Komunità.

Artikolu 11

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-istatistika tal-kummerċ estern.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/95 huwa mħassar b'effett mill- 1 ta' Jannar 2010.

Għandu jkompli japplika għad-data li tappartjeni għall-perjodi ta' referenza qabel l- 1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 70, 15.3.2008, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008.

(3)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. ║.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. ║.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. ║.

(6)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(7)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. ║.

(8)   ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(10)   ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(11)   ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/120


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ tagħhom ***I

P6_TA(2008)0415

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2008)0104 — C6-0087/2008 — 2008/0042(COD))

2010/C 8 E/22

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0104),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0087/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0314/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa′ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/121


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I

P6_TA(2008)0416

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mal-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0778 — C6-0451/2007 — 2007/0269(COD))

2010/C 8 E/23

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0778),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0451/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0258/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0269

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2009.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/122


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Is-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) ***I

P6_TA(2008)0417

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) (COM(2008)0159 — C6-0151/2008 — 2008/0064(COD))

2010/C 8 E/24

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0159),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0151/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0319/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0064

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1350/2008/KE.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/123


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet *

P6_TA(2008)0418

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (COM(2008)0305 — C6-0214/2008 — 2008/0102(CNS))

2010/C 8 E/25

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0305),

wara li kkunsidra l-Artikolu 291 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0214/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0339/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/123


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 — Aġenziji eżekuttivi

P6_TA(2008)0419

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (12984/2008 — C6-0317/2008 — 2008/2166(BUD))

2010/C 8 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn issa 'l quddiem ir-”Regolament Finanzjarju”), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif adottat finalment fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod (3),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit preliminari Nru 6/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni preżentat fl-1 ta' Lulju 2008 (COM(2008)0429),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemena Nru 6/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fil-15 ta' Settembru 2008 (12984/2008 — C6-0317/2008),

wara li kkunsidra r-Regola 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0353/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6 għall-baġit ġenerali 2008 ikopri l-punti li ġejjin:

l-adattamenti baġitarji meħtieġa (pjan ta' stabbiliment) ġejjin mill-estensjoni tal-mandat ta' tliet aġenziji eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, u l-Kultura (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Netwerk ta' Trasport Transewropew (TEN-TEA),

il-ħolqien tal-istruttura baġitarja meħtieġa biex takkomoda l-Impriża Konġunta ta' Ċelloli ta' Fjuwil u Idroġenu (FCH JU), u l-allokament tal-ħtiġijiet baġitarji li jikkorrispondu,

żieda ta' EUR 2 200 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn, biex tkopri parti mill-ispejjeż ta' bini ġdid għall-EUROJUST,

żieda ta' EUR 3 900 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) — Imprenditorjat u Innovazzjoni,

B.

billi l-iskop tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti tal-baġit fil-baġit tal-2008,

1.

Ifakkar li l-approprjazzjonijiet għal Impriżi Konġunti huma mħallsa mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

2.

Jinnota li, skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, bħala parti mill-awtorità baġitarja, kellu jkun infurmat mill-kera ta' bini ġdid għall-EUROJUST, li għandha implikazzjonijiet sinifikattivi għall-baġit;

3.

Jistenna li jkun provdut b'tagħrif bħal dan mill-Kummissjoni fil-ġejjieni, fil-każ li jqumu aktar ħtiġijiet għal bini, biex jippermetti lill-awtorità baġitarja biex toħroġ opinjoni skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;

4.

Jadotta l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 mingħajr emendi;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/125


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni ***I

P6_TA(2008)0427

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (COM(2008)0053 — C6-0054/2008 — 2008/0030(COD))

2010/C 8 E/27

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0053),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 154(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0054/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0279/2008),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0030

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 220/2009.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/126


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
L-istatistika dwar l-iskart ***I

P6_TA(2008)0428

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0777 — C6-0456/2007 — 2007/0271(COD))

2010/C 8 E/28

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0777),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0456/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0282/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli, bil-għan li jkunu aboliti l-obbligi ta' rappurtaġġ doppji;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar rapporti u proposti li jkunu ta' segwitu għal dawk ippubblikati skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, rigward il-progress tal-istudji pilota msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(1) ta' dak ir-Regolament, mill-aktar fis possibbli;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0271

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 221/2009.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/127


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Adattament ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, Regolament “omnibus” It-Tieni Parti ***I

P6_TA(2008)0429

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti (COM(2007)0824 — C6-0476/2007 — 2007/0293(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0824),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37, 44(1), 71, 80(2), 95, 152(4)(b), 175(1), 179 u 285 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2007),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 li jadotta l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0100/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0293

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 219/2009.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/128


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
L-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0430

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0858 — C6-0005/2008 — 2007/0292(COD))

2010/C 8 E/30

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0858),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0005/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tas-17 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għall-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0298/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti, mingħajr l-ebda bidla fil-kontenut tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex għal darb’oħra tirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwixxiha b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  1 ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0292

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva …/KE.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/129


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0431

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0001 — C6-0026/2008 — 2008/0001(COD))

2010/C 8 E/31

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0001),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0026/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill biex tiġi adottata l-proposta, skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0280/2008),

A.

billi skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla għall-kontenut tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/130


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0432

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0003 — C6-0030/2008 — 2008/0003(COD))

2010/C 8 E/32

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0003),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0030/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 biex tkun adottata l-proposta kif emendata, bi qbil mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE;

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0295/2008),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fil-kontenut tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0003

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (Tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/39/KE.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/131


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0433

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 fuq il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))

2010/C 8 E/33

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0100),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0094/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tat-3 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0299/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva apparti dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0044

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/40/KE.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/132


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0434

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))

2010/C 8 E/34

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0154),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0150/2008),

wara li kkunsidra l-impenji min-naħa tar-rappreżentant tal-Kunsill mogħtija f'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 sabiex il-proposta tkun adottata kif emendata, bi qbil mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ftehima Internazzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0284/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva apparti dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0060

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/32/KE.)


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/133


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu *

P6_TA(2008)0435

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2007)0650 — C6-0466/2007 — 2007/0236(CNS))

2010/C 8 E/35

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0650),

wara li kkunsidra l-linjigwida tal-Kunsill tat-18 ta' April 2008 (8707/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(1)(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema Artikolu ġie ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0466/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0323/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjon sabiex wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jittrattaw bi prijorità kull proposta li ssir wara li jkollha l-iskop li temenda dan it-test skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet proviżorji li jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mad-Dikjarazzjoni Nru 50 relatata magħha;

6.

Jiddikjara ruħu diġà mħejji biex — ladarba jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona — jekk ikun hemm bżonn, jeżamina kull proposta bħal din skont il-proċedura ta' urġenza u f'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti tal-Istati Membri; f'każ li l-proposta l-ġdida tkun tirrifletti s-sustanza ta' din l-opinjoni, tkun tista' tapplika l-proċedura stabbilita fil-ftehima interistituzzjonali dwar il-kodifikazzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 6a (ġdida)

 

(6a)

L-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-kamp tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha titwettaq b'koperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom irwol ewlieni xi jwettqu, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni, sakemm l-awturi jew l-instigaturi ta' atti terroristiċi jkunu jgħixu fi ħdan komunitajiet lokali fejn jitħalltu mal-popolazzjoni tagħhom, u fejn jużaw is-servizzi u l-istrumenti tad-demokrazija ta' dawn il-komunitajiet.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 7

(7)

Il-proposta attwali tipprevedi l-kriminalizzazzjoni ta' reati marbuta mat-terroriżmu sabiex tikkontribbwixxi għall-għan ta' politika aktar ġenerali tal-prevenzjoni tat-terroriżmu permezz tat-tnaqqis fit-tixrid ta' dawk il-materjali li jistgħu jinċitaw lil persuni sabiex iwettqu attakki terrroristiċi.

(7)

Il-proposta attwali tipprevedi l-kriminalizzazzjoni ta' reati marbuta mat-terroriżmu sabiex tikkontribbwixxi għall-għan ta' politika aktar ġenerali tal-prevenzjoni tat-terroriżmu permezz tat-tnaqqis fit-tixrid ta' dawk il-materjali li jkollhom l-intenzjoni u t-tendenza li jinċitaw lil persuni sabiex iwettqu attakki terrroristiċi.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 10

(10)

Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi, inklużi reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l- provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku, ir-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi, meta jitwettqu intenzjonalment.

(10)

Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi, inklużi reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l- inċitament pubbliku sabiex jitwettaq reat terroristiku, ir-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi, meta jitwettqu intenzjonalment.

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv li qed ikun eżaminat kollu kemm hu, minbarra l-premessa 9)

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 11

(11)

Għandhom jingħataw pieni u sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li jkunu wettqu jew li huma responsabbli għall-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta' terroriżmu, meta dawn jitwettqu b'mod illegali u intenzjonalment. Dawn il-forom ta' aġir għandhom ikunu punibbli ugwalment fl-Istati Membri kollha indipendentement minn jekk jitwettqux permezz tal-Internet jew le.

(11)

Għandhom jingħataw pieni u sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li jkunu wettqu inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta' terroriżmu, meta dawn jitwettqu intenzjonalment. Dawn il-forom ta' aġir għandhom ikunu punibbli ugwalment fl-Istati Membri kollha indipendentement minn jekk jitwettqux permezz tal-Internet jew le.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a)

In-nuqqas min-naħa tal-Kunsill li jaqbel dwar drittijiet proċedurali fil-proċeduri kriminali jxekkel il-koperazzjoni ġudizzjarja Ewropea; hemm ħtieġa li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil b'mod urġenti.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 12

(12)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ġurisdizzjonali ulterjuri biex jiġi żgurat li provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta' terroriżmu jkunu jistgħtu jitħarrku b'mod effikaċi meta dawn ikunu diretti lejn it-twettiq ta' offiża terroristika jew jirriżultaw f'offiża ta' din ix-xorta li hi suġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

imħassra

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Din id-Deċiżjoni Qafas tikkomplementa l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu tas-16 ta' Mejju 2005, u, għaldaqstant, hija ħaġa essenzjali li, b'mod parallel mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri kollha jirratifikaw dik il-Konvenzjoni.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 14

(14)

L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Kapitoli II u VI tiegħu. Xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħall-libertà ta' espressjoni, il-libertà li tissieħeb, jew ta' assoċjazzjoni, id-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-ħajja familjari, inkluż id-dritt għar-rispett tal-konfidenzalità tal-korrispondenza.

(14)

L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Kapitoli II u VI tiegħu. Xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħall-libertà ta' espressjoni, il-libertà li tinġabar fi grupp, jew ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni jew ta' midja oħra, jew id-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-ħajja familjari, inkluż id-dritt għar-rispett tal-konfidenzalità tal-korrispondenza, inkluż il-kontenut ta' posta elettronika jew ta' xorti oħra ta' korrispondenza , li tkopri wkoll il-kontenut ta' emails u tipi oħra ta' korrispondenza elettronika.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 15

(15)

Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet terroristiċi u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi huma delitti intenzjonali. Għaldaqstant, xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta' informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi jew ta' rappurtar. L-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu, ma tidħolx fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Qafas u, b'mod partikolari, tad-definizzjoni ta' provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi,

(15)

Inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet terroristiċi u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi huma delitti intenzjonali. Għaldaqstant, xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta' informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi , artistiċi jew ta' rappurtar. L-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu, ma tidħolx fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Qafas u, b'mod partikolari, tad-definizzjoni ta' inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi,

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Premessa 15a (ġdida)

 

(15a)

Il-kriminalizzazzjoni tal-atti elenkati f'din id-Deċiżjoni Qafas għandha titwettaq b'tali mod li jkun proporzjonat mal-għanijiet leġittimi mixtieqa, meħtieġa u xierqa f'soċjetà demokratika, u nondiskriminatorju. B'mod partikulari, din għandha tkun kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt -1 (ġdid)

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 1 — paragrafu 2

 

-1)

L-Artikolu 1(2) jiġi emendat kif ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li tibdel l-obbligu li jkunu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif inhuma ggarantiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali .”

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1)

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 1 — punt a)

(a)

provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku” tfisser id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta' messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni tal-inċitazzjoni tat-twettiq ta' wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) sa (h), fejn din il-imġiba, kemm jekk tippromwovi direttament reati terroristiċi kif ukoll jekk le, tikkaġuna periklu li jista' jitwettaq reat wieħed jew aktar.

(a)

inċitament pubbliku sabiex jitwettaq reat terroristiku” tfisser id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta' messaġġ lill-pubbliku li għandu għan ċar u intenzjonat li jippromwovi it-twettiq ta' wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h), fejn din l-imġiba b'mod ċar u bla dubju tikkaġuna periklu li jista' jitwettaq reat wieħed jew aktar bħal dawn;

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni-qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 1 — punt (b)

(b)

“ir-reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu” jfisser li wieħed ifittex persuna oħra sabiex twettaq wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1), jew fl-Artikolu 2(2).

(b)

“reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu” tfisser li wieħed intenzjonalment ifittex persuna oħra sabiex twettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h) , jew fl-Artikolu 2(2);

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 1 — punt c

(c)

“it-taħriġ għal skopijiet ta' terroriżmu” jfisser li tiġi pprovduta struzzjoni dwar kif isiru jew jintużaw l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra jew is-sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi u tekniki oħra speċifiċi, għall-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1), bix-xjenza li l-ħiliet ipprovduti jkunu maħsuba biex jintużaw għal dan l-iskop.

(c)

“it-taħriġ għal skopijiet ta' terroriżmu” jfisser li tiġi pprovduta struzzjoni dwar kif isiru jew jintużaw l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra jew is-sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi u tekniki oħra speċifiċi, għall-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir - reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h) , bix-xjenza li l-ħiliet ipprovduti jkunu maħsuba biex jintużaw għal dan l-iskop.

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt d

(d)

serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);

(d)

serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt e

(e)

estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);

(e)

estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt f)

(f)

it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h) u l-Artikolu 2(2)(b).

(f)

it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h) u l-Artikolu 2(2) punt (b).

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti msemmija f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) ta' dan l-Artikolu jkunu kriminalizzati bir-rispett li jixraq għall-obbligi relatati mal-libertà tal-kelma u l-libertà tal-assoċjazzjoni li permezz tagħhom huma marbuta dawk l-Istati, b'mod partikulari dawk l-obbligi relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'mezzi oħra tal-midja, u bir-rispett għall-kunfidenzjalità tal-korrispondenza, inkluż il-kontenut ta' emails u tipi oħra ta' korrispondenza elettronika. Il-kriminalizzazzjoni tal-atti koperti f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) m'għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas jew tillimita t-tixrid ta' tagħrif għal għanijiet xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi jew ta' rappurtar, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu politiku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu.

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 3 — paragrafu 3 b (ġdid)

 

3b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kriminalizzazzjoni tal-atti msemmija f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) ta' dan l-Artikolu titwettaq b'mod proporzjonali man-natura u ċ-ċirkostanza tar-reat, b'kunsiderazzjoni għall-għanijiet leġittimi segwiti u għall-bżonn tagħhom f'soċjetà demokratika, u għandha teskludi kull forma ta' arbitrarjetà u kull trattament diskriminatorju jew razzist.

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni qafas — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI

Artikolu 9 — paragrafu 1 a

“1a.    Kull Stat Membru għandu wkoll jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikolu 3(2) (a) sa (c) fejn ir-reat kien immirat lejn jew irriżulta fit-twettiq ta' reat imsemmi fl-Artikolu 1 u tali reat irid jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru skont xi wieħed mill-kriterji stipulati fil-paragrafu 1(a) sa (e) ta' dan l-Artikolu.

“1a.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax jew li japplika biss f'każijiet jew f'ċirkostanzi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet ta' ġurisdizzjoni stabbiliti f'paragrafu 1(d) u (e) fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 3(2) punti (a) sa (c) u fl-Artikolu 4 sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu marbuta mar-reati msemmija fl-Artikolu 3 (2) punti (a) sa (c).


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/138


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Protezzjoni ta' data personali *

P6_TA(2008)0436

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (16069/2007 — C6-0010/2008 — 2005/0202(CNS))

2010/C 8 E/36

(Proċedura ta' konsultazzjoni — konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (16069/2007),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0475),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)punt (b) tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0010/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0322/2008),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex temenda t-test f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2 tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifikah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda l-abbozz sostanzjalment jew li jibdlu b'test ieħor;

5.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjon sabiex wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jittrattaw bi prijorità kull proposta li ssir wara li jkollha l-iskop li temenda dan it-test skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet proviżorji li jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mad-Dikjarazzjoni Nru 50 relatata magħha, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustiżżja tal-Komunitajiet Ewropej;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

TEST PROPOST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 4a (ġdida)

 

(4a)

L-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea hekk kif ġie introdott mit-Trattat ta' Liżbona jgħin biex jissaħħu r-regoli tal-protezzjoni tad-data għal skopijiet ta' koperazzjoni bejn il-puliżija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali.

Emenda 2

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 5

(5)

L-iskambju ta' data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, notevolment taħt il-prinċipju ta' disponibbiltà ta' informazzjoni kif stabbilit fil-Programm tal-Aja, għandu jkun appoġġjat b'regoli ċari (…) li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hi protetta b'mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni kontra din il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, waqt li jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-individwi. Strumenti eżistenti fil-livell Ewropew mhumiex biżżejjed. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data ma tapplikax għall-ipproċessar ta' data personali matul attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, bħal dawk previsti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew, fi kwalunkwe każ, għal operazzjonijiet ta' pproċessar li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà tal-Istat u l-attivitajiet tal-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali.

(5)

L-iskambju ta' data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, b'mod partikulari taħt il-prinċipju ta' disponibbiltà ta' informazzjoni kif stabbilit fil-Programm tal-Aja, għandu jkun appoġġjat b'regoli ċari (…) li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hi protetta b'mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni kontra din il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, waqt li jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-individwi.

Emenda 3

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 5 a

(5a)

Id-Deċiżjoni Qafas tapplika biss għal data miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Id-Deċiżjoni Qafas tħalli lill-Istati Membri biex jiddeterminaw aktar preċiżament fil-livell nazzjonali liema finijiet oħra għandhom ikunu kkunsidrati mhux kompatibbli mal-fini li għalih id-data personali kienet oriġinarjament miġbura. B'mod ġenerali, aktar ipproċessar għal finijiet storiċi, tal-istatisitka jew xjentifiċi mhuwiex kompatibbli mal-għan oriġinali tal-ipproċessar.

(5a)

Id-Deċiżjoni Qafas tapplika biss għal data miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. B'mod ġenerali, aktar ipproċessar għal finijiet storiċi tal-istatisitka jew xjentifiċi mhuwiex kompatibbli mal-għan oriġinali tal-ipproċessar.

Emenda 4

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 6 b

(6b)

Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex tapplika għal data personali li Stat Membru jkun kiseb fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Qafas u li toriġina f'dak l-Istat Membru.

Imħassar

Emenda 5

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 7

(7)

L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri m'għandhiex tirriżulta f'xi tnaqqis tal-protezzjoni tad-data li jipprovdu iżda għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni fi ħdan l-Unjoni.

(7)

L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri m'għandhiex tirriżulta f'xi tnaqqis tal-protezzjoni tad-data li jipprovdu iżda għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni fi ħdan l-Unjoni b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' Proċessar Awtomatiku ta' Data Personali (minn hawn 'il qudddiem imsejħa “Il-Konvenzjoni 108”).

Emenda 6

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 8 b

(8b)

L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli biss jekk id-data ma tkunx aktar meħtieġa u użata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli wkoll jekk id-data arkivjata tkun maħżuna f'database ma' data oħra b'tali mod li din ma tkunx tista' tintuża aktar għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Kemm perijodu ta' arkivjar ikun xieraq jiddependi fuq l-għanijiet tal-arkivjar u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data. Fil-każ ta' arkivjar għal għanijiet storiċi jista' jiġi previst ukoll perjodu twil ħafna.

(8b)

L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli biss jekk id-data ma tkunx aktar meħtieġa u użata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli wkoll jekk id-data arkivjata tkun maħżuna f'database ma' data oħra b'tali mod li din ma tkunx tista' tintuża aktar għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Kemm perijodu ta' arkivjar ikun xieraq jiddependi fuq l-għanijiet tal-arkivjar u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data.

Emenda 7

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 11 a

(11a)

Fejn data personali tista' tkun ipproċessata ulterjorment wara li jkun ta l-kunsens tiegħu l-Istat Membru li minnu nkisbet id-data, kull Stat Membru jista' jiddetermina l-modalitajiet ta' tali kunsens, inkluż, per eżempju, permezz ta' kunsens ġenerali għal kategoriji ta' informazzjoni jew kategoriji ta' ipproċessar ulterjuri.

(11a)

Fejn data personali tista' tkun ipproċessata ulterjorment wara li jkun ta l-kunsens tiegħu l-Istat Membru li minnu nkisbet id-data, kull Stat Membru jista' jiddetermina l-modalitajiet ta' tali kunsens.

Emenda 8

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Premessa 13 a

(13a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa informat li d-data personali tista' jew qed tinġabar, tiġi proċessata jew trasmessa lil Stat Membru ieħor għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Il-modalitajiet tad-dritt tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Dan jista' jieħu s-sura ta' forma ġenerali, per eżempju, permezz ta' liġi jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar.

(13a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa informat li d-data personali tista' jew qed tinġabar, tiġi proċessata jew trasmessa lil Stat Membru ieħor, lil pajjiż terz jew lil entità privata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Il-modalitajiet tad-dritt tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Dan jista' jieħu s-sura ta' forma ġenerali, per eżempju, permezz ta' liġi jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar.

Emenda 9

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 1 — paragrafu 2 — punt c a (ġdid)

 

(ca)

jiġu pproċessati fil-livell nazzjonali.

Emenda 10

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 1 - paragrafu 4

4.     Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal interessi essenzjali ta' sigurtà nazzjonali u attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali.

Imħassar

Emenda 11

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 2 - punt l

(1)

“tagħmel anonimu” għandha tfisser il-modifika ta' data personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti jew ikunu jistgħu jiġu attribwiti biss b'investiment sproporzjonat ta' ħin, nefqa u xogħol lil individwu identifikat jew identifikabbli.

(1)

“tagħmel anonimu” għandha tfisser il-modifika ta' data personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti lil individwu identifikat jew identifikabbli.

Emenda 12

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 7

L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejd unjon u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ u meta l-liġi domestika tipprevedi salvagwardji adegwati.

1)    L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejdjunjin u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit.

 

2)     Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta' din id-data jista' jsir:

jekk hemm dispożizzjoni fil-liġi għall-ipproċessar wara awtorizzazzjoni bil-quddiem minn awtorità ġudizzjarja kompetenti, skond kull każ individwali u jekk ikun meħtieġ b'mod assolut għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħrajn,

jekk l-Istati Membri jipprovdu għal salvagwardji speċifiċi xierqa, pereżempju l-aċċess għad-data kkonċernata għal staff biss li huwa responsabbli għall-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar.

Dawn il-kategoriji speċifiċi ta' data m'għandhomx jiġu pproċessati b'mod awtomatiku sakemm il-liġi domestika ma tipprovdix salvagwardji xierqa. L-istess kundizzjoni għandha tapplika wkoll għad-data personali relatata ma' sentenzi kriminali.

Emenda 13

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Article 11 — paragrafu 1

1.   It-trasmissjonijiet kollha ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data.

1.   Kull trasmissjoni, aċċess u pprocessar ulterjuri ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data.

Emenda 14

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 12 - paragrafu 1 — parti introduttorja

1.   Id-data personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet tal-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli;

1.   Id-data personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet tal-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss jekk dan ikun meħtieġ għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli;

Emenda 15

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 12 - paragrafu 1, punt d

(d)

kwalunkwe għan ieħor bil-kunsens biss minn qabel tal-Istat Membru li jittrasmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, mogħti f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(d)

kwalunkwe għan ieħor speċifiku sakemm dan ikun skond il-liġi u li jkun meħtieġ f'soċjetà demokratika għall-protezzjoni ta' wieħed mill-interessi stipulati fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni 108 iżda bil-kunsens biss minn qabel tal-Istat Membru li jittrasmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, mogħti f'konformità mad-dritt nazzjonali.

Emenda 16

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 - paragrafu 1 — parti introduttorja

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu, każ b'każ, li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk

Amendment 17

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 - paragrafu 1, punt d

(d)

l-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni għall-ipproċessar maħsub ta' data.

(d)

l-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni għall-ipproċessar maħsub ta' data li jkun ekwivalenti għal livell li jipprovdi l-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni 108 u l-każistika korrispondenti skond l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Emenda 18

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 - paragrafu 2

2.   It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien.

2.   It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. F'każ bħal dan, id-data personali tista' tiġi pproċessata mid-destinatarju biss jekk dan ikun assolutament meħtieġ għall-għan speċifiku li għalih tkun ingħatat id-data . L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. Tali trasferimenti ta' data għandhom ikunu notifikati lill-awtorità superviżorja kompetenti.

Emenda 19

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 - paragrafu 3

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-data personali tista' tiġi ttrasferita jekk

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-data personali tista' tiġi ttrasferita eċċezzjonalment jekk

(a)

id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li jittrasferixxi d-data hekk jipprevedi għaliha minħabba

(a)

id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li jittrasferixxi d-data hekk jipprevedi għaliha minħabba

i.

l-interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-data, jew

i.

l-interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-data, jew

ii.

l-interessi leġittimi prevalenti, speċjalment interessi pubbliċi importanti, jew

ii.

interessi leġittimi prevalemti, speċjalment l-interessi urġenti u essenzjali tal-Istat Membru jew bl-iskop li jiġu evitati theddidiet imminenti serji għas-sigurtà pubblika, u

(b)

l-Istat terz jew il-korp jew l-organizzazzjoni internazzjonali destinatarja tipprevedi għal salvagwardji li huma meqjusa xierqa mill - Istat Membru kkonċernat skond il-liġi nazzjonali tiegħu.

(b)

l-Istat terz jew il-korp jew l-organizzazzjoni internazzjonali destinatarja tipprevedi għal salvagwardji li l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li huma adegwati skond il-liġi nazzjonali tiegħu.

 

(ba)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords ta' trasferimenti bħal dawn u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data meta jintalbu.

Emenda 20

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 - paragrafu 4

4.   L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun ivvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u t-tul tal-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data, l-Istat tal-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk.

4.   L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun evalwata minn awtorità indipendenti fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u t-tul tal-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data, l-Istat tal-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk.

Emenda 21

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 a - titolu

Trasmissjoni lil partijiet privati fi Stati Membri

Trasmissjoni lil partijiet privati u aċċess għal data li jirċievu partijiet privati fi Stati Membri

Emenda 22

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 a - paragrafu 1 — parti introduttorja

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk:

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli każ b'każ mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk:

Emenda 23

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 a - paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jipproċessaw data personali kkontrollata minn persuni privati biss skond il-każ individwali u f'ċirkustanzi preċiżi, għal raġunijiet speċifiċi u suġġetti għal kontroll ġudizzjarju fl-Istati Membri.

Emenda 24

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 14 a - paragrafu 2 b (ġdid)

 

2 b.     Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri għandha tipprovdi li fejn persuni privati jirċievu u jipproċessaw data bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku, huma jkunu suġġetti għal rekwiżiti li talanqas ikunu ekwivalenti jew aqwa minn dawk imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 25

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 17 - paragrafu 1 - punt a

(a)

mill-inqas konferma mill-kontrollur jew mill-awtorità nazzjonali superviżorji jekk data, relatata miegħu jew le , ġietx trasmessa jew magħmula disponibbli u informazzjoni dwar id-destinatarji jew kategoriji ta' destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data u komunikazzjoni tad-data għaddejja minn pproċessar; jew

(a)

mill-inqas konferma mill-kontrollur jew mill-awtorità nazzjonali superviżorji jekk data, relatata miegħu jew le, hux qed tiġi tiġi pproċessata u informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, id-destinatarji jew kategoriji ta' destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data u komunikazzjoni tad-data għaddejja minn pproċessar u għarfien tar-raġunijiet rigward kwalunkwe deċiżjonijiet awtomatiċizzati;

Emenda 26

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 22 - paragrafu 2 - punt h

(h)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-data (kontroll tat-trasport);

(h)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-data, inkluż permezz tat-teknika ta' encryption adattata (kontroll tat-trasport);

Emenda 27

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Arikolu 22 - paragrafu 2 - punt j a (ġdid)

 

(ja)

jissorveljaw l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Deċiżjoni Qafas (awtoverifika).

Emenda 28

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas.

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew penali b'konformità mal-liġi nazzjonali li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas.

Emenda 29

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 25 - paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jiġu kkonsultati fit-tfassil ta' miżuri jew regolamenti amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali.

Emenda 30

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 25 a (ġdid)

 

Artikolu 25a

Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali

1.     Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Grupp ta' Ħidma”), huwa hawnhekk stabbilit. Huwa għandu jkollu stejtus konsultattiv u għandu jkun indipendenti.

2.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħturin minn kull Stat Membru, minn rappreżentant tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Kull membru tal-Grupp ta' Ħidma għandu jkun nominat mill-istituzzjoni, l-awtorità jew l-awtoritajiet li huwa jirrappreżenta. Meta Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità superviżorja waħda, dawn għandhom jinnominaw rappreżentant konġunt.

Il-presidenti tal-korpi ta' sorveljanza konġunti stabbiliti taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu intitolati li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma jew li jkunu rappreżentati fihom. L-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji maħturin mill-Islanda, min-Norveġja u mill-Isvizzera għandhom ikunu intitolati li jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma fejn ikunu konċernati l-kwistjonijiet marbutin mal-Acquis ta' Schengen.

3.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji.

4.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jeleġġi l-president tiegħu. Il-mandat tal-president għandu jkun ta' sentejn. Il-ħatra tiegħu tkun tista' tiġġedded.

5.     Is-segretarjat tal-Grupp ta' Ħidma għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni

6.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

7.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jikkunsidra l-punti li jitqiegħdu fl-aġenda mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' rappreżentant tal-awtoritajiet superviżorji, tal-Kummissjoni, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew tal-presidenti tal-korpi superviżorji konġunti.

Emenda 31

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 25 b (ġdid)

 

Artikolu 25b

Kompiti

1.     l-Grupp ta' Ħidma għandu:

(a)

jagħti opinjoni dwar miżuri nazzjonali fejn ikun meħtieġ li jiġi żgurat li l-istandard ta' protezzjoni ta' data milħuq fl-ipproċessar nazzjonali ta' data ikun ekwivalenti għal dak previst minn din id-Deċiżjoni Qafas.

(b)

jagħti opinjoni dwar il-livell ta' protezzjoni fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi u korpi internazzjonali, b'mod partikolari sabiex jiżgura li d-data personali tkun ittrasferita f'konformità mal-Artikolu 14 ta' din id-Deċiżjoni Qafas lil pajjiżi terzi jew lil korpi internazzjonali li jiżguraw livell xieraq ta' protezzjoni tad-data,

(c)

jagħti parir lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Deċiżjoni Qafas, dwar kwalunkwe miżura addizzjonali jew speċifika biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u dwar kwalunkwe miżura proposta oħra li tolqot dawn id-drittijiet u l-libertajiet.

2.     Jekk il-Grupp ta' Ħidma jsib diverġenzi bejn il-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri li x'aktarx jolqtu l-ekwivalenza tal-protezzjoni għall-persuni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-Unjoni Ewropea, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

3.     Il-Grupp ta' Ħidma jista', fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjonui tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-Unjoni Ewropea għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

4.     L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5.     Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tinforma lill-Grupp ta' Ħidma bl-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Grupp ta' Ħidma bi kwalunkwe azzjoni li jieħdu skond il-Paragrafu 1

6.     Il-Grupp ta' Ħidma għandu jfassal rapport annwali dwar il-ħarsien ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi. Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 32

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Article 27 a - paragrafu 1

1.   Tliet snin wara l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tad-dispożizzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni fl-Artikolu 1(2).

1.   Tliet snin wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2).

Emenda 33

Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill

Artikolu 27 a - paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-osservazzjonijiet imressqa mill-parlamenti u mill-gvernijiet tal-Istati Membri, mill-grupp ta' ħidma stabbilit permezz tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-grupp ta' ħidma stabbilit skond l-Artikolu 25a ta' din id-Deċiżjoni Qafas.


(1)  ĠU C 306E, 15.12.2006, p. 263.

(2)  ĠU C 125E, 22.5.2008, p. 154.


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/150


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Migrazzjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) *

P6_TA(2008)0441

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (12059/1/2008 — C6-0188/2008 — 2008/0077(CNS))

2010/C 8 E/37

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12059/1/2008),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0196),

wara li kkunsidra l-Artikoli 30(1)(a)(b), 31(1)(a)(b) u 34(2)(c) tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0188/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0351/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill

Artikolu 11A a (ġdid)

 

Artikolu 11A a

Rappurtar

Sa tmiem kull perjodu ta' sitt xhur, u għall-ewwel darba sa tmiem l-ewwel perjodu ta' sitt xhur tal-2009, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport tal-progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-iżvilupp tal-SIS II u tal-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS +1) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

Emenda 2

Abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 2007/533/JHA.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 2007/533/JHA, u f'kull eventwalità mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/151


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Migrazzjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) *

P6_TA(2008)0442

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11925/2/2008 — C6-0189/2008 — 2008/0078(CNS))

2010/C 8 E/38

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (11925/2/2008),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0197),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0189/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0352/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz għal Regolament tal-Kunsill

Artikolu 11A a (ġdid)

 

Artikolu 11A a

Rappurtar

Sa tmiem kull perjodu ta' sitt xhur, u għall-ewwel darba sa tmiem l-ewwel perjodu ta' sitt xhur tal-2009, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport tal-progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-iżvilupp tal-SIS II u tal-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS +1) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

Emenda 2

Abbozz għal Regolament tal-Kunsill

Artikolu 12 — paragrafu 1

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u f'kull eventwalità mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010 .


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/152


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
Sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ***II

P6_TA(2008)0443

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill adottata bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (5719/3/2008 — C6-0225/2008 — 2005/0239(COD))

2010/C 8 E/39

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5719/3/2008 — C6-0225/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0589),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0334/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 533.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0239

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE (4), l-Unjoni Ewropea saħħet il-kapaċità tagħha għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet li huma ta' theddida għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fil-baħar u għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

(2)

Peress li din id-Direttiva tikkonċerna l-emenda tad-Direttiva 2002/59/KE, il-biċċa l-kbira tal-obbligi li jinsabu fiha mhux ser ikunu applikabbli għall-Istati Membri mingħajr xtut tal-baħar u portijiet tal-baħar. Konsegwentement, l-uniċi obbligi li ser ikunu applikabbli għall-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu jew is-Slovakkja huma dawk l-obbligi li jikkonċernaw vapuri li jtajru l-bandiera ta' dawk l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri biex jiżguraw kontinwità bejn servizzi ta' amministrazzjoni ta' traffiku marittimu u ta' traffiku modali ieħor, b'mod partikolari servizzi ta' informazzjoni dwar ix-xmajjar.

(3)

Taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri li huma, Stati kostali għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni, li jiġbru matul missjonijiet ta' monitoraġġ tat-traffiku marittimu, li huma jwettqu fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom. Is-sistema Komunitarja ta' skambju ta' informazzjoni SafeSeaNet (║ “SafeSeaNet”), żviluppata mill-Kummissjoni bi qbil mal-Istati Membri, tinkludi min-naħa l-waħda, netwerk ta' skambju ta' data u, min-naħa l-oħra, standardizzazzjoni tal-informazzjoni ewlenija disponibbli dwar vapuri u t-tagħbija tagħhom (preavviż u rappurtar). Din b'hekk tippermetti li tkun lokalizzata f'ras il-għajn u li tkun ikkomunikata lil kwalunkwe awtorità informazzjoni preċiża u aġġornata dwar vapuri f'ibħra Ewropej, il-movimenti tagħhom u t-tagħbijiet perikolużi jew li jniġġsu tagħhom, kif ukoll dwar inċidenti fil-baħar.

(4)

Għaldaqstant, sabiex ikun iggarantit l-użu operattiv tal-informazzjoni miġbura b'dan il-mod, huwa essenzjali li l-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir u l-iskambju tad-data msemmija f'din id-Direttiva u implimentata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tkun integrata fis-SafeSeaNet.

(5)

Fost l-informazzjoni notifikata u skambjata skont id-Direttiva 2002/59/KE, dik li tikkonċerna l-karatteristiċi preċiżi ta' merkanzija perikoluża jew li tniġġes trasportata bil-baħar hija partikolarment importanti. Għaldaqstant, u fid-dawl ta' inċidenti marittimi riċenti, l-awtoritajiet kostali għandhom ikunu permessi aċċess aktar faċli għall-karatteristiċi tal-idrokarburi li jkunu qed jiġu trasportati bil-baħar, fattur essenzjali fl-għażla tal-aktar teknika ta' kontroll adatta, u, f'emerġenza, għandhom ikunu provduti b'kuntatt dirett ma' dawk l-operaturi li għandhom l-aħjar għarfien tal-merkanzija trasportata.

(6)

Is-sistemi awtomatiċi tal-identifikazzjoni tal-vapuri (AIS — Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni) imsemmija fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta' Novembru 1974(“il-Konvenzjoni SOLAS”) jippermettu mhux biss li jiġu mtejba l-possibbiltajiet tal-monitoraġġ ta' dawn il-vapuri, iżda fuq kollox li jsiru aktar siguri f'sitwazzjonijiet ta' tbaħħir fil-qrib. Għaldaqstant l-AIS ġew integrati fit-termini normattivi tad-Direttiva 2002/59/KE. Meta jitqies in-numru kbir ta' ħabtiet li jinvolvu l-bastimenti tas-sajd li b'mod evidenti l-vapuri kummerċjali ma jkunux rawhom jew li huma ma jkunux raw il-vapuri kummerċjali madwarhom, l-estensjoni ta' dik il-miżura għal bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru hija mixtieqa ħafna. Fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd, tista' tingħata assistenza finanzjarja għat-twaħħil abbord tal-bastimenti tas-sajd ta' tagħmir ta' sigurtà bħall-AIS. L-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) irrikonoxxiet li l-pubblikazzjoni għal skopijiet kummerċjali fuq l-internet jew x'imkien ieħor ta' data AIS trażmessa minn bastimenti tista' tkun ta' detriment għas-sikurezza u s-sigurtà ta' bastimenti u ta' faċilitajiet tal-portijiet u ħeġġet lill-gvernijiet membri tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tagħhom, biex jiskoraġġixxu lil dawk li jqiegħdu data AIS għad-dispożizzjoni ta' oħrajn biex jippubblikawha fuq l-internet, jew x'imkien ieħor, milli jagħmlu dan. Barra minn hekk, id-disponibilità ta' informazzjoni AIS dwar ir-rotot u l-merkanziji tal-vapuri m'għandhiex tkun ta' detriment għall-kompetizzjoni ġusta bejn il-parteċipanti fl-industrija tat-tbaħħir.

(7)

L-obbligu tat-twaħħil ta' AIS għandu jinftiehem ukoll li jinħtieġ li AIS tinżamm operattiva f'kull ħin ħlief fejn regoli jew standards internazzjonali jipprevedu l-protezzjoni ta' informazzjoni dwar in-navigazzjoni.

(8)

Mill-istudji mwettqa f'isem il-Kummissjoni, joħroġ ċar li la hu utli u lanqas fattibbli li tiġi inkorporata l-AIS fis-sistemi ta' pożizzjonament u ta' komunikazzjoni użati għall-iskopijiet tal-politika komuni tas-sajd.

(9)

Skont id-Direttiva 2002/59/KE, Stat Membru li jagħmel talba bħal din huwa intitolat li jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor rigward xi vapur u l-merkanzija perikoluża jew li tniġġes li tkun qed tinġarr minnu. Għandu jiġi rrimarkat li dan ma jirreferix għal talbiet sistematiċi ta' Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor, iżda pjuttost ifisser li tali informazzjoni tista' biss tintalab għal raġunijiet ta' sikurezza jew sigurtà marittima jew ta' ħarsien tal-ambjent marittimu.

(10)

Id-Direttiva 2002/59/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri speċjali fir-rigward ta' vapuri li huma ta' perikolu potenzjali minħabba l-aġir jew il-kondizzjoni tagħhom. Għalhekk jidher mixtieq li mal-lista ta' dawn il-vapuri jiżdiedu dawk li m'għandhomx kopertura ta' assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji sodisfaċenti jew li ġew irrappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw it-tbaħħir sigur tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.

(11)

Skont id-Direttiva 2002/59/KE, jidher li huwa meħtieġ, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn temp eċċezzjonalment ħażin, li jittieħed kont tal-perikolu potenzjali għat-tbaħħir mill-formazzjoni ta' silġ. Għalhekk, meta awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru tikkunsidra, abbażi ta' previżjonijiet dwar silġ provduti minn servizz kwalifikat ta' informazzjoni metereoloġika, li l-kundizzjonijiet tat-tbaħħir qed joħolqu theddida serja għas-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem jew theddida serja ta' tniġġis, hija għandha tavża b'dan lill-kaptani tal-vapuri preżenti fiż-żona ta' kompetenza tagħha jew li huma bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu fil-/mill-port jew portijiet fiż-żona konċernata. L-awtorità konċernata għandha tkun tista' tieħu l-passi xierqa biex tiżgura s-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent. F'konformità mar-Regolament 3.1 tal-Parti A-1 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, l-Istati Membri jġorru r-responsabbiltà biex jiżguraw li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma f'konformità mar-rekwiżiti strutturali, mekkaniċi u elettriċi tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-amministrazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għan-navigazzjoni f'ilmijiet mimlija silġ f'konformità ma' dawk ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (5) jew skont standards nazzjonali ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw li d-dokumentazzjoni meħtieġa abbord tagħti prova li l-vapur jikkonforma mar-rekwiżiti ta' saħħa u qawwa li jkunu fi proporzjon mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona konċernata.

(12)

Id-Direttiva 2002/59/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom ifasslu pjani biex jakkomodaw, jekk is-sitwazzjoni hekk teħtieġ, lil vapuri fil-perikolu fil-portijiet tagħhom jew fi kwalunkwe post protett ieħor fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli, sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi ta' inċidenti fuq il-baħar. Madankollu, b'kont meħud tal-Linji Gwida dwar Postijiet ta' Rifuġju għall-Vapuri li jeħtieġu Assistenza annessi mar-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tat-13 ta' Diċembru 2003 (║ ir-“Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO”)), li ġew adottati sussegwentament għad-Direttiva 2002/59/KE u li jirreferu għal vapuri li jeħtieġu assistenza, ▐ aktar milli għal vapuri fil-perikolu, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skont il-każ. Din id-direttiva ma titbiegħedx mir-regoli applikabbli għal operazzjonijiet ta' salvataġġ bħal dawk stipulati mill-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1979 dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ Marittimu, meta s-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem tkun fil-periklu. Dik il-konvenzjoni għaldaqstant se tibqa' tapplika b'mod sħiħ.

(13)

Abbażi tar-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO u wara l-ħidma mwettqa flimkien mal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (║ l-“Aġenzija”) u l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom jkun fihom il-pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u effettiva ta' din il-miżura u jiġi ċċarat l-ambitu tal-obbligi li jaqgħu fuq l-Istati Membri.

(14)

Ir-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO għandha tiffurma il-bażi ta' kwalunkwe pjan imħejji mill-Istati Membri sabiex jirrispondi b'mod effettiv għal theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza. Madankollu, meta ssir valutazzjoni tar-riskji assoċjati ma' tali theddid, l-Istati Membri jistgħu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tagħhom, jieħdu kont ta' fatturi oħrajn, bħall-użu ta' ilma baħar għall-produzzjoni ta' ilma tax-xorb kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(15)

Sabiex tinkiseb il-koperazzjoni u l-fiduċja sħiħa tal-kaptani u l-ekwipaġġi tal-vapuri, jeħtieġ li jkun żgurat li l-kaptani u l-ekwipaġġi jistgħu jkunu żguri li se jiġu ttrattati b'mod tajjeb u ġust mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konċernat. Għal dan il-għan, huwa mixtieq li l-Istati Membri, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-linji gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu.

(16)

Meta vapur ikun jeħtieġ assistenza, jista' jkun hemm il-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni rigward l-akkomodazzjoni ta' dak il-vapur f'post ta' rifuġju. Dan huwa partikolarment importanti fl-eventwalità ta' sitwazzjoni ta' periklu fuq il-baħar, jiġifieri sitwazzjoni li tista' twassal għat-telf ta' bastiment jew għal periklu ambjentali jew ta' navigazzjoni. Fil-każijiet kollha ta' dan it-tip huwa meħtieġ li wieħed ikun jista' jitlob l-għajnuna ta' awtorità indipendenti f'kull Stat Membru jew reġjun, skont l-istruttura interna tal-Istat Membru, li jkollha s-setgħat u t-tagħrif espert meħtieġa biex tieħu kwalunkwe deċiżjonijiet meħtieġa, u biex tassisti l-vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza bil-għan li tipproteġi l-ħajjiet umani u l-ambjent u tnaqqas kemm tista' t-telf ekonomiku. Huwa mixtieq li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ta' natura permanenti. B'mod partikolari, l-awtorità għandha tingħata l-poter li tieħu deċiżjoni b'mod indipendenti dwar l-akkomodazzjoni ta' vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza f'post ta' rifuġju. Għal dan il-għan, hija għandha tagħmel evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni abbażi tal-informazzjoni li hemm fil-pjan rilevanti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri f'post ta' rifuġju.

(17)

Il-pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza għandhom jiddeskrivu b'mod preċiż il-katina ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward is-sejħa ta' allert u kif għandhom ikunu trattati s-sitwazzjonijiet in kwistjoni. L-awtoritajiet konċernati u s-setgħat tagħhom għandhom ikunu deskritti b'mod ċar, kif għandhom ikunu wkoll il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet involuti. Il-proċeduri applikabbli għandhom jiżguraw li tkun tista' tittieħed deċiżjoni xierqa malajr abbażi ta' tagħrif espert marittimu li jkun speċifiku fir-rigward ta' kif jiġu indirizzati inċidenti li fihom wieħed jista' jistenna konsegwenzi serji li jikkawżaw ħsara u informazzjoni adegwata disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(18)

Waqt it-tfassil tal-pjani, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar postijiet potenzjali ta' rifuġju mal-kosta sabiex, f'każ ta' aċċident jew inċident fuq il-baħar, l-awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika b'mod ċar u malajr l-aktar żoni adatti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza. Din l-informazzjoni rilevanti għandu jkun fiha deskrizzjoni ta' ċerti karatteristiċi tas-siti taħt kunsiderazzjoni u t-tagħmir u l-installazzjonijiet disponibbli sabiex tiffaċilita l-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza jew li jiġu trattati l-konsegwenzi ta' aċċidenti jew tniġġis.

(19)

Huwa importanti li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mid-deċiżjoni dwar l-akkomodazzjoni ta' vapur f'post ta' rifuġju, u l-lista tal-awtoritajiet responsabbli li jilqgħu u jieħdu ħsieb is-sejħiet ta' allert, ikunu ippubblikati b'mod xieraq. Jista' jkun siewi wkoll għall-partijiet involuti f'operazzjoni ta' assistenza marittima, inkluż għall-kumpanniji ta' assistenza u ta' rmunkar, u għall-awtoritajiet ta' Stati Membri ġirien li x'aktarx jintlaqtu minn emerġenza fil-baħar, li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti.

(20)

In-nuqqas ta' garanziji finanzjarji jew ta' assigurazzjoni ma jeżonerawx Stat Membru mill-obbligu tiegħu li jassisti vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza u li jakkomodah f'post ta' rifuġju jekk b'dan huwa jista' jnaqqas ir-riskji lill-ekwipaġġ u lill-ambjent. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk il-vapur hux kopert b'assigurazzjoni jew b'xi garanzija finanzjarja oħra li tippermetti kumpens adattat għall-ispejjeż u l-ħsarat konnessi mal-akkomodazzjoni tiegħu f'post ta' rifuġju, l-att li permezz tiegħu tintalab din l-informazzjoni ma jridx idewwem l-operazzjoni ta' salvataġġ.

(21)

Portijiet li jakkomodaw vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza jridu jkunu jistgħu jkunu ċerti dwar rimbors f'waqtu fir-rigward ta' spejjeż marbuta mal-operazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li japplikaw mhux biss id-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti] (6) u r-regolamenti tal-l-Fondi Internazzjonali ta' Kumpens għat-Tniġġis miż-Żejt, iżda wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1996 dwar ir-Responsabilità u l-Kumpens għal Ħsara b'Rabta mal-Ġarr ta' Sustanzi Perikolużi u Tossiċi bil-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-2001 dwar ir-Responsabilità Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt tal-Banker u l-Konvenzjoni tal-2007 dwar it-Tneħħija ta' Vapuri Mkissrin. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet mill-aktar fis possibbli. F'każijiet ta' eċċezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kumpens għall-ispejjeż u t-telf ekonomiku mġarrba minn port b'riżultat tal-akkomodazzjoni ta' vapur f'post ta' rifuġju, b'mod partikolari jekk dawn l-ispejjeż u t-telf ekonomiku ma jkunux koperti bil-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u b'mekkaniżmi eżistenti oħrajn ta' kumpens.

(22)

Il-funzjoni speċifika tal-miżuri ta' monitoraġġ dwar it-traffiku tal-bastimenti u tar-rotot tal-vapuri hija li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu għarfien veru tal-vapuri li jkunu qed jużaw l-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu azzjoni aktar effettiva kontra riskji potenzjali jekk meħtieġ. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni miġbura tgħin fit-titjib tal-kwalità tagħha u tiffaċilità l-ipproċessar tagħha.

(23)

Skont id-Direttiva 2002/59/KE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għamlu progress sostanzjali lejn l-armonizzazzjoni tal-iskambju ta' data permezz ta' mezzi elettroniċi, b'mod partikolari rigward it-trasport ta' merkanzija perikoluża jew li tniġġes. Is-SafeSeaNet, fi żvilupp mill-2002, għandha tkun issa stabbilita bħala n-netwerk ta' referenza fil-livell Komunitarju. Hu importanti li jkun żgurat li s-SafeSeaNet ma jġibx miegħu iżjed piżijiet jew spejjeż amministrattivi għall-industrija, li jkun hemm armonizzazzjoni mar-regoli internazzjonali, u kif ukoll li titqies il-kunfidenzjalità f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalunkwe implikazzjonijiet kummerċjali possibbli.

(24)

Il-progress magħmul fit-teknoloġiji l-ġodda u b'mod partikolari fl-implimentazzjoni spazjali tagħhom, bħas-sistemi ta' monitoraġġ tal-vapuri ibbażati fuq is-satellita , is-sistemi tal-immaġni jew il-Galileo , illum jippermettu li l-monitoraġġ tat-traffiku marittimu jestendi lejn il-baħar miftuħ u b'hekk jiżguraw kopertura aħjar tal-ibħra Ewropej. Barra minn hekk, l-IMO emendat il-Konvenzjoni SOLAS sabiex tqis l-iżviluppi fis-sikurezza u s-sigurtà marittima u l-ambjent marittimu bil-ħsieb li jiġu żviluppati sistemi għall-identifikazzjoni u s-sejbien mill-bogħod ta' vapuri madwar id-dinja (LRIT). Skont l-arkitettura approvata mill-IMO u li tagħti l-possibilità li jitwaqqfu ċentri tad-data LRIT reġjonali, u waqt li titqies l-esperjenza miksuba mis-SafeSeaNet, għandu jitwaqqaf Ċentru Ewropew tad-Data LRIT għall-ġbir u l-immaniġġjar tal-informazzjoni LRIT. Sabiex jsibu data LRIT, ikun jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu mqabbda maċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT .

(25)

Sabiex ikun possibbli li jkun hemm iffrankar ta' spejjeż u jiġi evitat li jitwaħħal tagħmir bla bżonn fuq vapuri li jbaħħru f'żoni marittimi li jinsabu f'meded koperti minn stazzjonijiet ta' monitoraġġ AIS, id-data AIS għandha tiġi integrata fis-sistema LRIT. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu inizjattivi xierqa, b'mod partikolari fl-IMO.

(26)

Sabiex ikun iggarantit l-aħjar użu possibbli, armonizzat fil-livell Komunitarju, ta' informazzjoni miġbura taħt id-Direttiva 2002/59/KE rigward is-sigurtà marittima, il-Kummissjoni għandha tkun tista', jekk meħtieġ, tipproċessa u tuża din id-data u tiddesseminaha lill-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri.

(27)

F'dan il-kuntest, l-iżvilupp tas-sistema “Equasis” wera kemm huwa importanti li tkun inkoraġġuta kultura favur “ibħra siguri”, speċjalment fost operaturi ta' trasport marittimu. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkontribwixxi għad-disseminazzjoni, partikolarment permezz ta' din is-sistema, ta' kwalunkwe informazzjoni relatata mas-sigurtà marittima.

(28)

L-informazzjoni miġbura skont din id-Direttiva tista' tinfirex u tintuża biss biex tevita sitwazzjonijiet li jheddu s-sikurezza tal-ħajja umana fuq il-baħar u l-ħarsien tal-ambjent tal-baħar. Huwa għaldaqstant mixtieq li l-Kummissjoni tinvestiga kif tittratta kwalunkwe problemi tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

(29)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (7) jiċċentralizza l-kompiti tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri u l-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għejxien u xogħol abbord. Il-kumitat eżistenti għandu għalhekk jiġi sostitwit mill-COSS.

(30)

Għandu jittieħed ukoll kont tal-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmijin.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva għandhom jiġu addottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (8).

(32)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda d-Direttiva 2002/59/KE sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati, li temenda l-Annessi I, III u IV tagħha fid-dawl tal-esperjenza li tkun inkisbet, tistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward tat-twaħħil ta' tagħmir LRIT abbord vapuri li jbaħħru f'żoni koperti minn stazzjonijiet fissi tas-sistema AIS tal-Istati Membri, tistabbilixxi regoli u prinċipji ta' politika li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni fiċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT u temenda d-definizzjonijiet, ir-referenzi u l-annessi biex iġġibhom konformi mal-liġi Komunitarja jew internazzjonali. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi l-Aġenzia Ewropea għas-Sigurtà Marittima (9), l-Aġenzija tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-appoġġ neċessarju fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE.

(34)

Għalhekk id-Direttiva 2002/59/KE għandha tkun emendata skont il-każ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

2)

L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

L-għan ta' din id-Direttiva hu li tiġi stabbilita sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità bil-ħsieb li jissaħħu s-sikurezza u l-effiċjenza tat-traffiku marittimu, tissaħħaħ is-sikurezza tal-portijiet u dik marittima, jittejjeb ir-rispons tal-awtoritajiet għall-ġrajjiet, għall-inċidenti jew għas-sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' periklu fil-baħar, fosthom l-operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ, u jingħata kontribut sabiex il-prevenzjoni u s-sejba ta' tniġġis mill-vapuri jkunu aħjar.

b)

fl-Artikolu 1(1) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi wkoll ir-regoli li japplikaw għal ċerti aspetti tal-obbligi tal-operaturi tal-katina tat-trasport marittimu f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ċivili u għandha toħloq protezzjoni finanzjarja adattata għall-baħħara f'każ ta' abbandun.

3)

L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

a)

il-paragrfu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.     Din id-Direttiva tapplika:

għal vapuri ta' tunnellaġġ gross ta' 300 jew aktar, ħlief jekk jingħad mod ieħor, u

skont il-liġi internazzjonali, għaż-żoni marittimi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.

b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

i)

il-kliem ta' introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Sakemm ma jiġix previst mod ieħor, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:”

ii)

fl-Artikolu 1(1) il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

(c)

il-ħażniet u t-tagħmir li jintużaw abbord il-vapuri.

4)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

i)

il-kliem ta' introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“ ‘Strumenti internazzjonali relevanti’ tfisser l-istrumenti li ġejjin fil-verżjoni aġġornata tagħhom:”

ii)

wara r-raba' inċiż, għandu jiddaħħal l-inċiż li ġej:

“—

‘Konvenzjoni tal-1996’, tfisser it-test rikapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità għal Pretensjonijiet Marittimi, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif emendata bil-protokoll tal-1996;

iii)

għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

“Ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.917(22)” tfisser ir-Riżoluzzjoni A.917(22) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata “Linji Gwida għall-użu abbord tal-AIS”, kif emendata mir-Riżoluzzjoni A.956(23) tal-IMO;

“Ir-Riżoluzzjoni A.930(22) tal-IMO” tfisser ir-riżoluzzjoni tal-IMO u tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol li ġġib l-isem “Linji Gwida dwar il-forniment ta' garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara”

“Ir-Riżoluzzjoni A.949(23) tal-IMO” tfisser ir-Riżoluzzjoni 949(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata “Linji Gwida dwar il-postijiet ta' rifuġju għall-vapuri li jeħtieġu assistenza”;

“Ir-Riżoluzzjoni A.950(23) tal-IMO” tfisser ir-Riżoluzzjoni 950(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata “Servizzi għall-assistenza marittima (MAS)”;

“Linji Gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu” tfisser il-linjigwida annessi mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali tal-IMO u l-Korp ta' Tmexxija tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tas-27 ta' April 2006 ”;

b)

il-punt (k) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“k)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet maħturin mill-Istati Membri biex iwettqu funzjonijiet taħt din id-Direttiva.”

(c)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(ka)

“Sid ta' vapur” tfisser is-sid tal-vapur jew kull organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew l-aġent jew il-kerrej tal-vapur mingħajr ekwipaġġ, li lilu tkun ġiet fdata r-responsabbiltà tal-użu tal-vapur minn sid il-vapur u li bl-aċċettazzjoni ta' din ir-responsabbiltà jkun aċċetta li jassumi d-dmirijiet u r-responsabilitajiet kollha relatati;

d)

għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(s)

“SafeSeaNet” tfisser is-sistema Komunitarja ta' skambju ta' informazzjoni marittima żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja;

t)

“servizz skedat” tfisser sensiela ta' qsim bil-vapur operati biex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iktar, jew skont skeda ta' żmien ippubblikata jew bi qsim tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxi sensiela sistematika li tingħaraf;

u)

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi akwatiċi ħajjin;

v)

“vapur li jeħtieġ assistenza” tfisser vapur f'sitwazzjoni, ▐ li tista' twassal għat-telf tal-vapur jew għal perikolu ambjentali jew ta' navigazzjoni. Is-salvataġġ ta' persuni abbord, fejn ikun meħtieġ, huwa rregolat bil-Konvenzjoni SAR, li għandha preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

w)

“responsabbiltà ċivili”, għall-iskopijiet tal-Konvenzjoni tal-1996, tfisser ir-responsabbiltà li permezz tagħha parti terza għall-operazzjoni tat-trasport marittimu responsabbli għad-danni kkawżati tkun intitolata li tagħmel talba soġġetta għal-limitazzjoni li tinsab fl-Artikolu 2 ta' dik il-Konvezjoni, bl-eċċezzjoni ta' talbiet koperti bir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi tal-passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċident] (10);

(x)

“LRIT” tfisser sistema li tittrażmetti awtomatikament informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u s-sejbien mill-bogħod skont ir-Regolament 19 tal-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS għas-sikurezza u s-sigurtà marittima u għal skopijiet ambjentali marittimi.

5)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 4a

Eżenzjonijiet

1.     L-Istati Membri jistgħu jeżentaw servizzi skedati li jsiru bejn portijiet fit-territorju tagħhom mir-rekwiżit tal-Artikolu 4, kemm-il darba jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

il-kumpanija li topera s-servizzi skedati iżżomm u taġġorna lista tal-vapuri konċernati u tibgħatha lill-awtorità kompetenti konċernata;

b)

għal kull vjaġġ li jsir, l-informazzjoni indikata fl-Anness I(1) tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti kull meta din titlobha. Il-kumpanija għandha tistabbilixxi sistema interna sabiex tiżgura li meta tintalab l-informazzjoni, 24 siegħa kuljum u mingħajr dewmien, tali informazzjoni tkun tista' tintbagħat elettronikament lill-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 4(1);

c)

kull varjazzjoni fil-ħin stmat tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew stazzjon pilota li tkun ta' sitt siegħat jew aktar għandha tkun notifikata lill-port tal-wasla skont l-Artikolu 4;

d)

eżenzjonijiet jingħataw biss lil bastimenti individwali fir-rigward ta' servizz speċifiku;

e)

servizz ma jiġix ikkunsidrat bħala servizz skedat sakemm ma jkunx intenzjonat li jopera għal talanqas xahar;

f)

eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 għandhom ikunu llimitati għal vjaġġi sa tul skedat ta' 12-il siegħa.

2.     Meta servizz internazzjonali skedat jitħaddem bejn żewġ Stati jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri involuti jista' jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex tingħata eżenzjoni għal dak is-servizz. L-Istati Membri kollha involuti, inklużi l-Istati kostali kkonċernati, għandhom jikkollaboraw fl-għoti ta' eżenzjoni għas-servizz ikkonċernat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.     L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw regolarment li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 qed jiġu ssodisfati. Fil-każijiet fejn mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet m'għadhiex qed tiġi ssodisfatta, l-Istati Membri għandhom jirtiraw minnufih l-eżenzjoni lill-kumpanija kkonċernata.

4.     L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni lista ta' kumpaniji u vapuri li ngħataw eżenzjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe aġġornament ta' din il-lista.

6)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 6a

L-użu ta' sistemi awtomatiċi ta' identifikazzjoni (AIS) mill-bastimenti tas-sajd

Kwalunkwe bastiment tas-sajd li huwa itwal minn 15-il metru b'kollox u li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u hu reġistrat fil-Komunità, jew jopera fl-ilmijiet interni jew il-baħar territorjali ta' Stat Membru, jew li jħott il-qbid tiegħu fil-port ta' Stat Membru għandu, skont l-iskeda ta' żmien stabbilita fl-Anness II, parti I(3), ikun mgħammar b'AIS (Klassi A) li tissodisfa l-istandards ta' prestazzjoni mfassla mill-IMO.

Il-bastimenti tas-sajd mgħammra b'AIS għandhom iżommuha operattiva l-ħin kollu. F'każijiet eċċezzjonali, l-AIS tista' tintefa meta l-kaptan iqis li dan ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew tas-sikurezza tal-bastiment tiegħu.

Artikolu 6b

Użu ta' identifikazzjoni u traċċar mill-bogħod ta' vapuri (LRIT)

1.     Vapuri li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u li jidħlu f'portijiet ta' Stati Membri għandhom ikunu mgħammra b'sistema LRIT skont ir-Regolament 19 Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS u skont l-istandards ta' rendiment u r-rekwiżiti funzjonali adottati mill-IMO.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-artikolu 28(2) u f'koperazzjoni mal-Istati Membri, il-modalitajiet u r-rekwiżiti biex jitwaħħal tagħmir ta' LRIT abbord vapuri f'ibħra li jkunu koperti mill-istazzjonijiet fissi tal-AIS tal-Istati Membri, u tressaq miżuri xierqa quddiem l-IMO.

2.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw biex iwaqqfu Ċentru Ewropew tad-Data LRIT li jkun inkarigat li jipproċessa t-tagħrif dwar l-identifikazzjoni u l-ittraċċar mill-bogħod.

Iċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT għandu jkun komponent tas-sistema Ewropea ta' tagħrif u skambju marittimu, is-SafeSeaNet. L-ispejjeż relatati mal-modifiki tal-elementi nazzjonali tas-SafeSeaNet biex jinkludu t-tagħrif LRIT għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jżommu kuntatt maċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT.

3.     Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-politika u l-prinċipji għall-aċċess tat-tagħrif miżmum fiċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).”

7)

L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 12

Obbligi tax-shipper

1.     Shippers li joffru merkanzija perikoluża jew li tniġġes biex tinġarr f'port ta' xi Stat Membru għandhom jagħtu lill-kaptan jew lill-operatur tal-vapur, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, qabel il-merkanzija tittella' abbord, dikjarazzjoni li jkollha l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-informazzjoni elenkata fl-Anness I(2);

b)

għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni MARPOL, id-dokument bid-data ta' sigurtà bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, (fejn japplika) , inkluża l-viskożità tagħhom espressa f'cSt mal-50 °C u d-densità tagħhom mal-15 °C u d-data l-oħra li qiegħda fid-dokument bid-data ta' sikurezza skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC. 150 (77) ;

c)

in-numri ta' emerġenza tax-shipper jew ta' kull persuna oħra fil-pussess ta' informazzjoni fuq il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f'emerġenza.

2.     Bastimenti li jkunu ġejjin minn port barra l-Komunità u li jkunu sejrin lejn port ta' Stat Membru jew li jkunu se jankraw fl-ibħra territorjali ta' Stat Membru u li jkollhom merkanzija perikoluża jew niġġiesa għandhom ikollhom dikjarazzjoni mingħand ix-shipper li jkun fiha t-tagħrif li ġej:

a)

it-tagħrif elenkat fit-Taqsima 3 tal-Anness I;

b)

it-tagħrif meħtieġ skont il-paragrafu 1(b) u (c) ta' dan l-Artikolu.

3.     Għandhom ikunu d-dmir u r- responsabbiltà tax-shipper li jiżgura li t-tagħbija miġjuba għat-trasport hija tassew dik iddikjarata skont il-paragrafi 1 u 2 .”

8)

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 14, il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

c)

kull Stat Membru għandu jkun jista' jibgħat bla dewmien, meta jkun mitlub, tagħrif permezz tas-SafeSeaNet dwar il-vapur u l-merkanzija perikoluża jew niġġiesa li jkollu abbord lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti ta' Stat Membru ieħor jekk ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet ta' sikurezza jew sigurtà marittima jew għall-ħarsien tal-ambjent marittimu.

9)

fl-Artikolu 16(1) għandhom jiġu miżjuda l-punti li ġejjin:

“d)

vapuri li ma nnotifikawx, jew li m'għandhomx, ċertifikati ta' assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji skont din id-Direttiva u regoli internazzjonali;

e)

vapuri li ġew rappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.”

10)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 18 a

Miżuri f'każ ta' riskji maħluqa minħabba kondizzjonijiet ta' silġ

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw, minħabba kondizzjonijiet ta' silġ, li hemm theddida serja għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar jew għall-protezzjoni taż-żoni marittimi jew tal-kosta tagħhom jew taż-żoni marittimi jew tal-kosta ta' Stati oħra:

a)

għandhom ifornu lill-kaptani tal-vapuri, li jkunu fiż-żoni ta' kompetenza tagħhom, jew li huma bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu minn wieħed mill-portijiet tagħhom, l-informazzjoni xierqa dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, ir-rotot irrikkmandati u s-servizzi ta' vapuri li jkissru s-silġ fiż-żona ta' kompetenza tagħhom;

b)

huma jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta' assistenza lil vapuri li jeħtieġu assistenza u għal obbligi oħra derivati minn regoli internazzjonali rilevanti, jitolbu li vapur li jkun fiż-żona kkonċernata u li bi ħsiebu jidħol jew joħroġ minn port jew moll jew jitlaq minn żona tal-irmiġġ, jiddokumenta li jkun jissodisfa l-ħtiġiet ta' saħħa u qawwa proporzjonati mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona kkonċernata.

2.   Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati, fir-rigward tad-data dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, fuq previżjonijiet tas-silġ u tat-temp ipprovduti minn servizz kwalifikat ta' informazzjoni meteoroloġika rikonoxxut mill-Istat Membru.”

11)

l-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

is-subparagarfu li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrfu 2:

“Għal dan il-għan huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta mitluba, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.”

b)

fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

3a.     F'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu, b'mod partikulari fir-rigward tal-kaptan u tal-ekwipaġġ ta' vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza f'ibħra li jiġu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

12)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 19a

Awtorità kompetenti għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza

1.     Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li jkollha l-esperjenza meħtieġa u li tkun indipendenti fis-sens li jkollha s-setgħa, meta ssir il-ħidma ta' salvataġġ, li tieħu deċiżjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess dwar l-ilqugħ ta' vapuri bil-għan li:

titħares il-ħajja umana,

titħares il-kosta,

jitħares l-ambjent marittimu,

ikun hemm sikurezza fil-baħar,

jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf ekonomiku.

2.     L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu r-responsabbiltà għat-twettiq tal-pjani imsemmija fl-Artikolu 20a.

3.     L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 tista', inter alia,

a)

tillimita l-moviment tal-vapur jew tmexxih biex isegwi rotta speċifika. Dan ir-rekwiżit ma għandux jaffettwa r-responsabbiltà tal-kaptan għall-immaniġġjar sikur tal-vapur;

b)

(b) tagħti avviż uffiċjali lill-kaptan tal-vapur biex iwaqqaf it-theddida għall-ambjent jew għas-sikurezza marittima;

c)

titla' fuq il-vapur jew tibgħat tim ta' evalwazzjoni fuq il-vapur biex tiġi evalwata l-ħsara lill-vapur u l-grad ta' riskju, tgħin lill-kaptan biex jirrimedja s-sitwazzjoni u tgħarraf lill-istazzjon tal-kosta rilevanti;

d)

(d) titlob u tibgħat ħaddiema tas-salvataġġ fejn meħtieġ;

e)

tagħmel li l-vapur jiġi ppilotat jew rmunkat.

13)

l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 20

Akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza f'postijiet ta' rifuġju

1.    L-awtorità msemmija fl-Artikolu 19a għandha tiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni ta' vapur f'post ta' kenn. Din l-awtorità għandha tiżgura li vapuri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni minn qabel tas-sitwazzjoni mwettqa abbażi tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 20a u għandhom jiddaħħlu f'post ta' kenn fil-każijiet fejn jistgħu jitnaqqsu jew jiġu evitati riskji assoċjati .

2.   L-awtoritajiet imsemmijin f'paragrafu 1 għandhom jiltaqgħu regolarment sabiex jiskambjaw it-tagħrif espert tagħhom u jtejbu l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu. Huma jistgħu jiltaqgħu fi kwalunkwe ħin, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi.”

14)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 20a

Pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjani bil-ħsieb li jirrispondu għat-theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u biex jiżguraw l-akkomodazzjoni tal-vapuri u l-ħarsien ta' ħajjet il-bniedem .

2.   Il-pjani imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħejjew wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet A.949(23) u A.950(23) tal-IMO, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

a)

l-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u li jieħdu ħsieb is-sejħiet tal-allert;

b)

l-identità tal-awtorità kompetenti li għandha r-responsabbiltà li tivvaluta s-sitwazzjoni, u li tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta' vapur li jeħtieġ assistenza fil-post ta' rifuġju magħżul;

c)

informazzjoni fuq il-kosta tal-Istati Membri, u l-elementi kollha li jiffaċilitaw valutazzjoni bil-ħeffa u deċiżjoni mgħaġġla dwar l-għażla ta' post ta' kenn għal vapur li jeħtieġ l-assistenza ║, inkluża d-deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali, ekonomiċi u soċjali u tal-kondizzjonijiet naturali;

d)

il-proċeduri ta' valutazzjoni għall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta' vapur li jeħtieġ assistenza f'post ta' rifuġju;

e)

ir-riżorsi u l-installazzjonijiet adatti għall-assistenza, is-salvataġġ u l-ġlieda kontra t-tniġġis;

f)

proċeduri għall-koordinazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet internazzjonali;

g)

il-proċeduri ta' garanziji finanzjarji u ta' responsabbiltà eżistenti fir-rigward tal-vapuri milqugħa f'post ta' rifuġju.

3.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-isem tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 19a u tal-awtoritajiet maħtura biex jirċievu u jieħdu ħsieb l-allerti, u kif ukoll l-indirizzi tal-kuntatt tagħhom .

L-Istati Membri, meta mitluba, għandhom jgħaddu l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-pjani lill-Istati Membri ġirien.

Fl-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmijin fil-pjani għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għall-partijiet involuti fl-operazzjonijiet.

Jekk mitluba mill-Istati Membri, dawk li jirċievu informazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu marbuta minn obbligu ta' kunfidenzjalità.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sa… (11) dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 20b

Skema ta' responsabbiltà ċivili u ta' garanzija finanzjarja

1.     L-Istati Membri jiddeterminaw l-iskema ta' responsabbiltà ċivili tas-sidien tal-vapuri u jiżguraw li d-dritt tas-sidien tal-vapuri li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom ikun regolat mid-dispożizzjonijiet kollha tal-konvenzjoni tal-1996.

2.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera tagħhom jiffirma garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili li tkun konformi mal-limitu massimu stabbilit mill-Konvenzjoni tal-1996.

3.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz jiffirma, skont il-paragrafu 2, garanzija finanzjarja hekk kif dan il-vapur jidħol fiż-żona ekonomika esklużiva tagħhom jew f'żona ekwivalenti. Dik il-garanzija finanzjarja tkun tapplika għal perjodu ta' mhux inqas minn tliet xhur li jibda jgħodd mid-data minn meta tkun mitluba.

Artikolu 20c

Garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara

1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera tagħhom jiffirma garanzija finanzjarja li tipproteġi l-baħħara li jaħdmu jew ikunu impjegati fuq dan il-vapur f'każ ta' abbandun, skont ir-Riżoluzzjoni A 930(22) tal-IMO.

2.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz jiffirma garanzija finanzjarja skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 hekk kif dak il-vapur jidħol f'port jew f'terminal offshore li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew jitfa' l-ankra f'żona li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għas-sistema ta' garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara, skont ir-Riżoluzzjoni A.930(22) tal-IMO.

Artikolu 20d

Ċertifikat ta' garanzija finanzjarja

1.     L-eżistenza u l-validità tal-garanziji finanzjarji msemmija fl-Artikoli 20b u 20c għandhom ikunu dokumentati b'ċertifikat wieħed jew aktar minn wieħed.

2.     Iċ-ċertifikati jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri wara li dawn ikunu żguraw ruħhom li s-sid tal-vapur ikun issodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Meta joħorġu ċ-ċertifikat l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll jekk il-garanti għandux operazzjonijiet tan-negozju fl-UE.

Meta vapur ikun reġistrat fi Stat Membru, iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu jew jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat li fih ikun reġistrat il-vapur.

Meta vapur ikun reġistrat f'pajjiż terz, iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu jew jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe mill-Istati Membri.

3.     Il-kundizzjonijiet tal-ħruġ jew il-validità taċ-ċertifikati, b'mod partikulari l-kriterji u l-modalitajiet tal-għoti, kif ukoll il-miżuri li jirrigwardaw min iforni garanziji finanzjarji, jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jżidu magħha, huma adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.     Iċ-ċertifikati għandhom jinkludu din l-informazzjoni:

a)

isem il-vapur u l-port tar-reġistrazzjoni;

b)

isem is-sid tal-vapur u l-post ewlieni tan-negozju;

c)

it-tip ta' garanzija;

d)

l-isem u l-post tas-sede prinċipali tal-kumpanija tal-assigurazzjoni jew ta' persuna oħra li toħroġ il-garanzija u, jekk ikun il-każ, il-post tal-istabbiliment fejn tkun saret l-assigurazzjoni jew il-garanzija;

e)

il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat, li ma jistax jeċċedi dak tal-assigurazzjoni jew tal-garanzija.

5.     Iċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġhom. Jekk il-lingwa użata ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jkollu traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.

Artikolu 20e

Notifika ta' ċertifikat ta' garanzija finanzjarja

1.     Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur u kopja tiegħu għandha tkun depożitata mal-awtorità li żżomm ir-rekord tar-reġistrazzjoni tal-vapur jew, fil-każ li l-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Membru, mal-awtorità tal-Istat li jkun ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat. L-awtorità konċernata għandha tgħaddi kopja tal-fajl lill-Uffiċċju tal-Komunità previst fl-Artikolu 20i, sabiex dan idaħħlu fir-reġistru.

2.     L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' vapur li jidħol fiż-żona ekonomika esklussiva jew xi żona ekwivalenti ta' xi Stat Membru fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 20b għandu jinnotifika lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jinġarr abbord ċertifikat ta' garanzija finanzjarja

3.     L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' vapur li jkollu bħala destinazzjoni port jew terminal offshore li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, jew li jkun se jitfa' l-ankra f'żona li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fil-każijiet previsti mill-Artikolu 20c, għandu javża lill-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru li qed jinġarr abbord ċertifikat ta' garanzija finanzjarja.

4.     L-awtoritiajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw it-tagħrif stipulat fil-paragrafu 1 ▐ permezz tas-SafeSeaNet.

Artikolu 20f

Pieni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tar-regoli stipulati f'din id-direttiva u għandhom jistabbilixxu pieni għall-ksur ta' dawn ir-regoli. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 20g

Għarfien reċiproku bejn l-Istati Membri taċ-ċertifikati ta' garanzija finanzjarja

L-Istati Membri għandhom jagħrfu ċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 20d għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u għandhom iqisuhom bħala tal-istess valur bħaċ-ċertifikati maħruġa jew awtorizzati minnhom stess, ukoll meta l-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Membru.

Stat Membru jista' fi kwalunkwe waqt jitlob lill-Istat li jkun ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifkat sabiex isir skambju ta' opinjonijiet dwar jekk iqisx li l-assigurant jew il-garanti kif muri fuq iċ-ċertifikat ikunx finanzjarjament kapaċi iwettaq l-obbligi imposti b'din id-Direttiva.

Artikolu 20h

Passi diretti kontra l-fornitur tal-garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili

Kull talba ta' kumpens għad-danni kkważati mill-vapur tista' ssir direttament kontra l-fornitur tal-garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili tas-sid tal-vapur .

Il-fornitur ta' garanzija finanzjarja jista' jagħmel użu minn kwalunkwe difiża li s-sid tal-vapur innifsu jkollu d-dritt li jqajjem, ħlief dawk li joħorġu minn falliment jew likwidazzjoni tas-sid tal-vapur .

Il-fornitur tal-garanzija finanzjarja jista' wkoll jirrikorri għall-fatt li t-telf jew u il-ħsara jirriżultaw minn att jew ommissjoni tas-sid tal-vapur magħmulin bi ħsieb. Madankollu, huwa ma jkunx jista' jirrikorri għal ebda difiża li huwa jkun seta' qajjem f'passi legali meħuda kontrih mis-sid tal-vapur .

Il-fornitur tal-garanzija finanzjarja jista' fi kwalunkwe każ jobbliga lis-sid tal-vapur biex jingħaqad fil-proċedura.

Artikolu 20i

Uffiċċju tal-Komunità

Għandu jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Komunità li jkollu l-inkarigu li jżomm reġistru eżawrjenti taċ-ċertifikati li jinħarġu u li jikkontrolla u jivverifika l-validità tagħhom, kif ukoll li jivverifika kemm huma reali l-garanziji finanzjarji reġistrati minn pajjiżi terzi.

Artikolu 20j

Garanziji finanzjarji u kumpens

1.     In-nuqqas ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni jew ta' garanzija finanzjarja m'għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jagħmlu evalwazzjoni preliminari u jieħdu deċiżjoni taħt l-Artikolu 20(1), u m'għandux fih innifsu ikun raġuni biżżejjed biex Stat Membru jirrifjuta li jakkomoda vapur f'post ta' kenn.

2.     Mingħajr ħsara għal paragrafu 1, meta jkun qed jakkomoda vapur f'post ta' kenn, Stat Membru jista' jitlob lill-operatur, aġent jew kaptan tal-vapur biex jippreżenta ċertifikat ta' assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja, skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, li jkunu jkopru r-responsabbiltà ta' tali operatur, aġent jew kaptan għall-ħsara kkawżata mill-vapur. L-att tat-talba għal dan iċ-ċertifikat m'għandux iwassal biex vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza jdum ma jiġi akkomodat.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-jsir kumpens tal-ispejjeż u tat-telf ekonomiku potenzjali mġarrba minn port bħala riżultat ta' deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 20(1) jekk spejjeż jew telf ekonomiku bħal dawn ma jkunux ikkumpensati mis-sid jew l-operatur tal-vapur fi żmien raġonevoli skont din id-Direttiva u l-mekkaniżmi internazzjonali ta' kumpens eżistenti.

15)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 22a

SafeSeaNet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' amministrazzjoni għall-informazzjoni marittima, fuq livell nazzjonali jew lokali sabiex jiżguraw l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva.

2.   Is-sistemi stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jippermettu li l-informazzjoni miġbura tkun użata b'mod operattiv u tkun tissodisfa, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 14.

3.   Sabiex ikun garantit skambju effettiv tal-informazzjoni imsemmija f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali jew lokali stabbiliti biex jiġbru, jipproċessaw u jippreservaw dik l-informazzjoni, jistgħu jkunu interkonnessi mas-SafeSeaNet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-SafeSeaNet tkun operattiva 24 siegħa kuljum. Il-prinċipji bażiċi tas-SafeSeaNet huma stipulati fl-Anness III.

4.     Meta jkunu qegħdin joperaw fil-qafas ta' ftehimiet reġjonali jew ta' proġetti transkonfinali, interreġjonali jew transnazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi jew in-netwerks ta' tagħrif żviluppati jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jkunu kompatibbli u marbuta mas-SafeSeaNet.

16)

L-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Il-punt (c) għandu jinidel b'dan li ġej:

“c)

jestendu l-kopertura tas-sistema Komunitarja ta' monitoraġġ u ta' informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti u/jew jaġġornawha bil-ħsieb li jtejjbu l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-vapuri, b'kont meħud tal-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu flimkien biex, fejn meħtieġ, jistabbilixxu sistemi obbligatorji ta' rappurtar, servizzi obbligatorji tat-traffiku marittimu u s-sistemi adatti għar-rotot tal-vapuri, bil-għan li jiġu ppreżentati lill-IMO għall-approvazzjoni. Huma għandhom jikkollaboraw ukoll, fi ħdan il-korpi reġjonali jew internazzjonali konċernati, għall-iżvilupp ta' sistemi ta' identifikazzjoni u sejbien mill-bogħod;”

b)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“e)

jiżguraw l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali użati għall-amministrazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Anness I, u jiżviluppaw u jaġġornaw is-SafeSeaNet.”

17)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 23a

Ipproċessar u amministrazzjoni ta' informazzjoni ta' sigurtà marittima

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn meħtieġ, l-ipproċessar, l-użu u d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri, tal-informazzjoni miġbura taħt din id-Direttiva.

2.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-operat ta' sistemi ta' ġbir u ta' disseminazzjoni tad-data relatati mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari permezz tas-sistema 'Equasis' jew ta' kwalunkwe sistema pubblika oħra ekwivalenti.”

18)

fl-Artikolu 24 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

L-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jaraw li d-data tal-AIS u tal-LRIT trażmessa mill-vapuri ma toħloqx riskji għas-sikurezza jew għas-sigurtà jew għall-ħarsien tal-ambjent, u ma taffettwax il-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-vapuri. B'mod partikulari, l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw it-tixrid fil-pubbliku ta' tagħrif dwar id-dettalji tal-merkanzija jew tal-persuni abbord, sakemm il-kaptan jew l-operatur tal-vapur ma jkunx qabel ma' dan.

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u t-tagħrif li jistgħu jkunu assoċjati mal-miżuri previsti f'din id-Direttiva, u b'mod partikulari mal-Artikoli 6, 6a, 14 u 22a tagħha, u tipproponi xi emendi xierqa għall-Anness III biex titjieb is-sigurtà tan-netwerk.

19)

l-Artikoli 27 u 28 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

Artikolu 27

Proċedura ta' emenda

1.     Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, ir-referenzi u l-istrumenti Komunitarjiu tal-IMO u l-Annessi jistgħu jkunu emendati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 28(2) sabiex jikkonformaw mal-liġijiet Komunitarji jew internazzjonali li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ, sakemm emendi bħal dawn ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.     Barra minn hekk, l-Annessi I, III u IV jistgħu jkunu emendati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 28(2) fid-dawl tal-esperjenza miksuba b'din id-Direttiva, sa fejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 28

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit permezz ta'Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

20)

fil-punt 4 tal-Anness I, l-inċiż X għandu jinbidel b'dan li ġej:

“—

X. Tagħrif varju:

il-karatteristiċi u l-istima tal-kwantità ta' bunker fuel għall-bastimenti kollha li jġorruh,

l-istatus tan-navigazzjoni

21)

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness II (I):

“3.

Bastimenti tas-sajd

Bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru b'kollox huma soġġetti għall-ħtiġiet tal-ġarr imniżżlin fl-Artikolu 6a skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 24 metru jew aktar iżda inqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard minn … (13);

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 18 metru jew aktar iżda inqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard minn… (14);

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa aktar minn 15-il metru iżda inqas minn 18-il metru: sa mhux aktar tard minn… (15).

Bastimenti tas-sajd ġodda li huma itwal minn 15-il metru b'kollox huma soġġetti għall-ħtiġiet tal-ġarr imniżżlin fl-Artikolu 6a sa minn… (16).

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn… (17) Huma għandhom ▐ jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri u tabella li turi kif dawn jikkorrispondu għal din id-Direttiva .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 533), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(5)   ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20.

(6)   ĠU L …

(7)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(9)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║.

(10)   ĠU L …

(11)  18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(12)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║”

(13)  3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(14)  4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(15)  5 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(16)  18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.”

(17)   Tnax il xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/171


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
L-investigazzjoni tal-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***II

P6_TA(2008)0444

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni tal-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE (5721/5/2008 — C6-0226/2008 — 2005/0240(COD))

2010/C 8 E/40

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5721/5/2008 — C6-0226/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0590),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0332/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 23.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 546.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0240

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Għandu jinżamm livell ġenerali għoli ta' sigurtà fit-trasport marittimu fl-Ewropa u għandu jsir kull sforz sabiex jitnaqqas l-għadd ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi.

(2)

L-investigazzjonijiet tekniċi fil-pront meta jseħħu xi diżgrazzji fuq il-baħar itejbu s-sigurtà marittima billi jgħinu ħalli jiġu pprevenuti milli jseħħu mill-ġdid diżgrazzji simili li jwasslu għal imwiet, telf ta' vapuri u t-tniġġis tal-ambjent marittimu.

(3)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004 sabiex tittejjeb is-sigurtà fuq il-baħar (4), ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għal direttiva dwar l-investigazzjoni tal-inċidenti fit-trasport marittimu.

(4)

L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu tal-10 ta' Diċembru 1982 (║ “UNCLOS”), jistabbilixxi d-dritt tal-Istati kostali sabiex jinvestigaw il-kawża ta' kwalunkwe diżgrazzja marittima li sseħħ fil-limiti tal-ibħra territorjali tagħhom li għandha mnejn tkun ta' riskju għall-ħajja jew għall-ambjent, li tinvolvi l-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ ta' dak l-Istat, jew li b'xi mod ieħor taffettwa lil dak l-Istat.

(5)

L-Artikolu 94 tal-UNCLOS jistabbilixxi li l-Istati tal-bandiera inkwistjoni għandhom jaraw li ssir inkjesta minn jew quddiem persuna jew persuni kkwalifikata(i) kif jixraq dwar ċerti diżgrazzji jew inċidenti tan-navigazzjoni fl-ibħra internazzjonali.

(6)

Ir-Regolament I/21 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta' Novembru 1974 (║ “SOLAS 74”), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, tal-5 ta' April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjoanli għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, tat-2 ta' Novembru 1973 jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istati tal-bandiera sabiex dawn imexxu investigazzjonijiet dwar id-diżgrazzji u jgħaddu dak kollu li jirriżulta li jkollu x'jaqsam ma' dan lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

(7)

L-Kodiċi għall-implimentazzjoni tal-Istrumenti Mandatorji tal-IMO, anness mar-Riżoluzzjoni A.973(24) tal-Assemblea tal-IMO tal-1 ta' Diċembru 2005, ifakkar l-obbligu tal-Istati tal-bandiera sabiex dawn jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima jitmexxew minn investigaturi kkwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi. Barra minnhekk, dak il-Kodiċi jirrikjedi lill-Istati tal-bandiera sabiex ikunu ppreparati li jipprovdu investigaturi kkwalifikati għal dak il-għan, irrispettivament mill-inħawi tad-diżgrazzja jew l-inċident.

(8)

Għandu jittieħed kont ukoll tal-Kodiċi għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849 tal-Assemblea tal-IMO fis-27 ta' Novembru 1997 (║ “Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi”), li jipprovdi għall-implimentazzjoni ta' metodu komuni għall-investigazzjoni tas-sigurtà f'dak li għandhom x'jaqsmu d-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi u l-kooperazzjoni bejn l-Istati sabiex jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal diżgrazzji u inċidenti marittimi. Għandu jittieħed kont tar-Riżoluzzjoni A.861(20) tal-Assemblea tal-IMO tas-27 ta' Novembru 1997 u tar-Riżoluzzjoni MSC. 163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta' Marittima tal-IMO tas-17 ta' Mejju 2004, li jipprovdu definizzjoni ta' reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ.

(9)

Waqt li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet ta' sigurtà ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Linji gwida dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu anness mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali tal-IMO u tal-Korp Governattiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tas-27 ta' April 2006 ▐.

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi ta' inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (5) tirrikjedi li l-Istati Membri jiddeffinixxu, fil-qafas tas-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, status ġuridiku li jippermettilhom u lil kwalunkwe Stat Membru li jkollu interess sostanzjali sabiex jipparteċipaw, jikkooperaw, jew, fejn ikun previst skond il-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi, li jwettqu kwalunkwe investigazzjoni ta' xi diżgrazzja jew inċident marittimu li jkun jinvolvi lanċa ro-ro jew inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri.

(11)

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti tal-Komunità (6) tirrikjedi li l-Istati Membri jkunu konformi mal-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi u jiżguraw li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet tal-inċidenti jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara l-konklużjoni tagħhom.

(12)

It-twettiq ta' investigazzjoni dwar is-sigurtà ta' disgrazzji u inċidenti li jinvolvu vapuri li jbaħħru, jew bastimenti oħrajn fil-port jew żoni marittimi ristretti oħra, b'mod imparzjali huwa ta' importanza ewlenija għall-istabbiliment effettiv taċ-ċirkostanzi u l-kawżi ta' tali diżgrazzja jew inċident. Għaldaqstant, tali investigazzjoni għandha titwettaq minn investigaturi kwalifikati taħt il-kontroll ta' korp jew entità indipendenti mogħnija b'setgħat permanenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet, sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.

(13)

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-leġislazzjoni tagħhom fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja u permezz ta' kollaborazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet, fejn xieraq, jiżguraw li dawk responsabbli għall-inkjesta teknika jitħallew iwettqu l-kompiti tagħhom taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

(14)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi legali tagħhom jippermettu lilhom u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkollu interess sostanzjali li jipparteċipaw jew li jikkooperaw fi, jew li jmexxu investigazzjonijiet dwar inċidenti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi.

(15)

Stat Membru jista' jiddelega lil Stat Membru ieħor id-dmir li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà dwar diżgrazzji jew inċidenti marittimi (“investigazzjoni dwar is-sigurtà”) jew dmirijiet speċifiċi ta' din l-investigazzjoni, jekk maqbul reċiprokament.

(16)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex ma jitolbux ħlas għall-ispejjeż għal assistenza mitluba fil-qafas ta' investigazzjonijiet ta' sigurtà li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar. Fejn hija meħtieġa assistenza minn Stat Membru li mhuwiex involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imwettqa.

(17)

Skond ir-Regolament V/20 ta' SOLAS 74, il-vapuri tal-passiġġieri u l-vapuri l-oħrajn għajr dawk tal-passiġġieri ta' tunnellaġġ gross ta' 3 000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara għandhom iġorru reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ li jkunu ta' għajnuna fl-investigazzjonijiet dwar l-inċidenti. Minħabba l-importanza tiegħu fit-tfassil ta' politika sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti fit-trasport martittimu, tali apparat għandu jkun meħtieġ sistematikament abbord il-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi nazzjonali jew internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Komunitarji.

(18)

Id-data pprovduta permezz ta' sistema ta' reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ, flimkien ma' apparat elettroniku ieħor, tista' tintuża kemm retrospettivament wara xi diżgrazzja jew inċident marittimu sabiex jiġi investigat x'wassal għal dan, kif ukoll bil-ħsieb ta' prevenzjoni sabiex tinkiseb esperjenza taċ-ċirkustanzi li jafu jwasslu għal inċidenti ta' dan it-tip. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali data, meta tkun disponibbli, tintuża kif jixraq għaż-żewġ għanijiet.

(19)

Għandhom jiġu investigati jew eżaminati b'xi mod ieħor is-sinjali ta' allarm ta' periklu jew l-informazzjoni minn kwalunkwe sors li xi bastiment, jew persuni fuqu jew minnu jinsabu fil-periklu jew li, minħabba xi avveniment li jkollu x'jaqsam mat-tħaddim tal-bastiment, hemm xi riskju potenzjali serju ta' danni lill-persuni, lill-istruttura tal-bastiment jew lill-ambjent.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jirrikjedi li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (║ ‘l-Aġenzija’) taħdem mal-Istati Membri sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi assistenza teknika konnessa mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja. Fil-qasam tal-investigazzjoni tal-inċidenti, l-Aġenzija għandha l-kompitu speċifiku li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżvilupp, b'kunsiderazzjoni xierqa lis-sistemi ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni tal-inċidenti marittimi skond il-prinċipji internazzjonali li hemm qbil fuqhom.

(21)

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija tiffaċilita l-kooperazzjoni f'dak li huwa forniment ta' appoġġ mogħti mill-Istati Membri f'attivitajiet dwar investigazzjonijiet, u fl-analiżi tar-rapporti investigattivi dwar l-inċidenti eżistenti.

(22)

Kwalunkwe konklużjoni li tittieħed mill-analiżi ta' rapporti ta' investigazzjoni eżistenti dwar inċidenti li jistgħu jintużaw biex jiġu evitati diżastri futuri u biex titjieb is-sigurtà marittima fl-Unjoni Ewropea, għandha tkun ikkunsidrata fl-iżvilupp jew fil-modifika ta' metodoloġija komuni biex ikunu investigati inċidenti marittimi.

(23)

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà li jirriżultaw minn investigazzjoni għandhom jitqiesu kif jistħoqq mill-Istati Membri u mill-Komunità .

(24)

Peress li l-għan tal-investigazzjoni teknika dwar is-sigurtà huwa l-prevenzjoni ta' diżgrazzji jew inċidenti marittimi, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà m'għandhom fl-ebda ċirkostanza jiddeterminaw ir-responsabbilità jew iqassmu l-ħtija.

(25)

Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà marittima fil-Komunità u b'hekk it-tnaqqis tar-riskju ta' diżgrazzji marittimi fil-futur, ma jistgħax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ║jew ║l-effetti ta' din id-Direttiva, jintlaħaq aħjar fl-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(26)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal eżerċizju ta' setgħat implementattivi mogħtija lill-Kummissjoni (8).

(27)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati u li taddotta jew timmodifika l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tittejjeb is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' diżgrazzji marittimi futuri, billi:

a)

tiġi ffaċilitata ż-żamma fil-pront ta' investigazzjonijiet ta' sigurtà u analiżi xierqa ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi sabiex jiġu ddeterminati l-kawżi tagħhom; u

b)

jiġi żgurat rappurtar f'waqtu u preċiż ta' investigazzjonijiet dwar is-sigurtà u proposti għal azzjoni ta' rimedju.

2.   Investigazzjonijiet taħt din id-Direttiva m'għandhomx ikunu konċernati bid-determinazzjoni ta' responsabbiltà jew l-għoti ta' tort. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp investigattiv jew entità (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-“korp investigattiv”) mhux qed iżomm lura milli jirraporta bis-sħiħ il-kawżi tad-diżgrazzja jew l-inċident peress li t-tort jew ir-responsabbiltà jistgħu jkunu dedotti mis-sejbiet.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal diżgrazzji, inċidenti u sinjali ta' allarm ta' periklu marittimi li:

a)

jinvolvu vapuri li jtajru l-bandiera ta' xi wieħed mill-Istati Membri;

b)

jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni tal-Istati Membri kif definiti f'UNCLOS; jew

c)

jinvolvu interessi sostanzjali oħra tal-Istati Membri.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal diżgrazzji, inċidenti u sinjali ta' allarm ta' periklu marittimi li jinvolvu biss:

a)

vapuri tal-gwerra u vapuri li jġorru s-suldati u vapuri oħra li jkunu proprjetà jew li jitħaddmu minn Stat Membru u jintużaw biss għal servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

b)

vapuri li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi, vapuri tal-injam ta' kostruzzjoni primittiva, jotts għad-divertiment u inġenji għad-divertiment li mhumiex impenjati fil-kummerċ, ħlief jekk ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;

c)

vapuri ta' mgħodijiet tal-ilma interni li jitħaddmu f'mogħdijiet tal-ilma interni;

d)

bastimenti tas-sajd ta' tul ta' anqas minn 15-il metru;

e)

unitajiet fissi tat-tħaffir lil hinn mill-art.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1)

“Il-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi” tfisser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849(20) tal-Assemblea tal-IMO tas-27 ta' Novembru 1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha.

2)

It-termini li ġejjin għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fil-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi:

a)

“diżgrazzja marittima”;

b)

“diżgrazzja serja ħafna”;

c)

“inċident marittimu”;

d)

“investigazzjoni dwar is-sigurtà marbuta ma' diżgrazzja jew inċident marittimu”;

e)

“Stat li jmexxi l-investigazzjoni”;

f)

“Stat li għandu interess sostanzjali”.

3)

It-termini “diżgrazzja serja” u “diżgrazzja inqas serja” għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet aġġornati li jinsabu fiċ-Ċirkulari 953 tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Marittima tal-IMO.

4)

It-termini “lanċa ro-ro” u “inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri” għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/35/KE.

5)

“Ir-reġistratur tad-data tul il-vjaġġ (║ 'VDR”) għandu jiġi miftiehem skond id-definizzjoni misjuba fir-Riżoluzzjoni A.861(20) tal-Assemblea tal-IMO u r-Riżoluzzjoni MSC.163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta' Marittima tal-IMO.

6)

“Sinjal ta' allarm ta' periklu” tfisser sinjal li jingħata minn bastiment, jew informazzjoni minn kwalunkwe sors, li jindika li bastiment, jew il-persuni fuqu jew minnu, ikunu f'periklu fuq il-baħar.

7)

“Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà” tfisser kwalunkwe proposta, inkluża dik għal skopijiet ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll, magħmula minn waħda jew oħra minn dawn li ġejjin:

a)

il-korp investigattiv tal-Istat li jwettaq, jew imexxi, l-investigazzjoni dwar is-sigurtà abbażi tal-informazzjoni meħuda minn dik l-investigazzjoni; jew, fejn ikun xieraq,

b)

il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Aġenzija u abbażi ta' analiżi tad-data astratta u tar-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjoni ta' sigurtà li tkun saret .

Artikolu 4

Status tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, skond is-sistemi legali tagħhom, l-istatus legali tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà b'tali mod li tali investigazzjonijiet jistgħu jitwettqu bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-leġislazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, permezz ta' kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja, li investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jkunu:

a)

indipendenti minn investigazzjonijiet kriminali jew oħrajn parallelli sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew biex jingħata t-tort, filwaqt li jkun permess li l-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet biss li joħorġu mill-investigazzjonijiet mibdija skond din id-Direttiva għandhom jintużaw f'investigazzjonijiet ġudizzjarji ; u

b)

mhux preklużi, sospiżi jew imdewma bla ħtieġa minħabba tali investigazzjonijiet.

2.   Ir-regoli li għandhom ikunu stabbilti mill-Istati Membri għandhom jinkludu, skond il-qafas permanenti ta' kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 10, dispożizzjonijiet biex jippermettu:

a)

il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mmexxija minn Stati Membri oħrajn, jew id-delega lil Stat Membru ieħor tal-kompitu li jmexxi tali investigazzjoni skond l-Artikolu 7; u

b)

il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-korpi investigattivi rispettivi tagħhom sal-punt meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Obbligu ta' investigazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li investigazzjoni dwar is-sigurtà titwettaq mill-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 8 wara diżgrazzji marittimi serji jew serji ħafna:

a)

li jinvolvu vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja;

b)

li jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni kif definiti f'UNCLOS, irrispettivament mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti fid-diżgrazzja; jew

c)

li jinvolvu interess sostanzjali ta' dak l-Istat Membru, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja u mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti.

2.   Minn barra li jinvestiga diżgrazzji serji u serji ħafna, il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 8 għandu, wara li jkun stabbilixxa l-fatti inizjali tal-każ, jiddeċiedi jekk għandhiex titwettaq jew le investigazzjoni dwar is-sigurtà ta' diżgrazzja anqas serja , inċident marittimu jew sinjal ta' allarm ta' periklu .

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-korp investigattiv għandu jieħu kont tas-serjetà tad-diżgrazzja jew l-inċident, it-tip ta' vapur u/jew merkanzija involuti fis-sinjal tal-allarm ta' periklu u kwalunkwe talba mill-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ .

3.   L-ambitu u l-arranġamenti prattiċi għall-amministrazzjoni tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati mill-korp investigattiv tal-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni b'kooperazzjoni mal-entitajiet ekwivalenti tal-Istati l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali, b'tali mod u manjiera li jidhirlu li l-aktar li jkunu jistgħu jwasslu għall-kisba tal-għanijiet ta' din id-Direttiva, u bil-ħsieb li jilqa' kontra diżgrazzji u inċidenti futuri.

4.   L-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom isegwu ▐ l-metodoloġija komuni għall-investigazzjonijiet ta' disgrazzji u inċidenti żviluppati skond l-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. Il-Kummissjoni għandha taddotta jew timmodifika din il-metodoloġija għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Dik il-miżura mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi tissupplimentha, għandha tiġi addottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Il-Kummissjoni ▐ għandha tqis il-konklużjonijiet tar-rapporti tal-inċidenti u tar-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà mniżżla fihom meta timmodifika l- metodoloġija komuni. ▐

5.   Għandha tinbeda investigazzjoni dwar is-sigurtà mill-aktar fis pratikabbli wara li sseħħ id-diżgrazzja jew l-inċident marittimu u f'kull każ, mhux aktar tard minn xahrejn wara li sseħħ .

Artikolu 6

Obbligu ta' notifika

Stat Membru għandu jeħtieġ, fil-qafas tas-sistema legali tiegħu, li l-korp investigattiv tiegħu jiġi notifikat mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet responsabbli u/jew mill-partijiet involuti, bl-avveniment tad-diżgrazzji, l-inċidenti kollha u sinjali ta' allarm ta' periklu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Tmexxija ta' u parteċipazzjoni fi, investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   ▐ F'każijiet ta' diżgrazzji serji jew serji ħafna li jinvolvu interess sostanzjali għal żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiftiehmu malajr dwar min minnhom għandu jkun l-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni. Jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ ibbażata fuq opinjoni tal-Aġenzija, li għandha tiġi implimentata minnufih.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jibqa' responsabbli għall-investigazzjoni u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jasal iż-żmien meta jew jiftiehmu jew il-Kummissjoni tiddeċiedi min minnhom għandu jkun l-Istat li jmexxi l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva u d-dritt internazzjonali, Stat Membru jista', abbażi ta' każ b'każ, jiddelega bi ftehim reċiproku lil Stat Membru ieħor il-kompitu li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà jew kompiti speċifiċi għat-twettiq ta' tali investigazzjoni.

4.   Meta lanċa ro-ro jew inġenju tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri jkunu involuti f'diżgrazzja, f'inċident jew f'sinjal ta' allarm ta' periklu marittimu , ║ l-investigazzjoni dwar is-sigurtà għandha tiġi mnedija mill-Istat Membru li fil-baħar territorjali jew fl-ilmijiet interni tiegħu, kif definiti f'UNCLOS, jkunu seħħew id-disgrazzja, l-inċident jew is-sinjal ta allarm ta periklu, jew, jekk ikun seħħ f'ibħra oħrajn, mill-aħħar Stat Membru li dik il-lanċa jew il-biċċa tal-baħar tkun żaret. Dak l-Istat Membru għandu jibqa' responsabbli għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jasal iż-żmien meta jew jiftiehmu jew il-Kummissjoni tiddeċiedi min minnhom għandu jkun l-Istat investigattiv ewlieni.

Artikolu 8

Korpi Investigattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' korp jew entità investigattiva permanenti imparzjali, mogħni bis-setgħat meħtieġa u magħmul minn investigaturi kwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti fil-kwistjonijiet relatati mad-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi.

Dak il-korp investigattiv għandu jkun indipendenti b'mod funzjonali, b mod partikolari, mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-iżgurar li l-bastimenti jkunu tajbin għat-tbaħħir, miċ-ċertifikazzjoni, mill-ispezzjoni, mir-riżorsi umani, min-navigazzjoni bla periklu, mill-manutenzjoni, mill-kontroll tat-traffiku marittimu, mill-kontroll statali tal-portijiet u mill-operat tal-portijiet marittimi, mill-entitajiet li qed imexxu l-investigazzjonijiet bil-għan li jkunu stabbiliti r-responsabilità u l-infurzar tal-liġi, u b'mod ġenerali, minn kwalunkwe parti oħra li l-interess tagħha jista' jkun f'kunflitt mal-kompitu fdat lilha.

Stati Membri mdawwrin bl-art li m'għandhom la vapuri u lanqas bastimenti li jtajjru l-bandiera tagħhom jidentifikaw punt fokali indipendenti biex jikkooperaw fl-investigazzjoni skond l-Artikolu 5(1)(c).

2.   Il-korp investigattiv għandu jiżgura li l-investigaturi individwali ikunu jafu x-xoghol f'dawk l-oqsma li jkollhom x'jaqsmu mad-dmirijiet investigattivi normali tagħhom u jkollhom esperjenza prattika fihom. Barra minn hekk, il-korp investigattiv għandu jiżgura li jkun lest li jagħti aċċess lil esperti adatti, skond kif ikun meħtieġ.

3.   L-attivitajiet fdati lill-korp investigattiv jistgħu jiġu estiżi għall-ġbir u l-analiżi ta' data relatata mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari għal skopijiet ta' prevenzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tiegħu u ma jinkludux responsabbilità f'affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta' standardizzazzjoni.

4.   L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw li l-investigaturi tal-korp investigattiv tagħhom, jew ta' kwalunkwe korp investigattiv ieħor li lilu ddelega l-kompitu tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà, fejn xieraq permezz ta' kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġudizzjarja, għandhom ikunu awtorizzati li:

a)

ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe żona relevanti jew sit ta' diżgrazzja kif ukoll għal kwalunkwe vapur, relitt, jew struttura tinklużi merkanzija, tagħmir jew bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja;

b)

jiżguraw li minnufih isir elenku tal-evidenza u t-tiftix ikkontrollat għar-relitt, bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja jew komponenti jew sustanzi oħra u t-tneħħija tagħhom ħalli dawn jiġu eżaminati jew analizzati;

c)

jirrikjedu l-eżami jew l-analiżi tal-oġġetti msemmija fil-punt (b), u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tat-tali eżamijiet jew analiżi;

d)

ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni relevanti u data rreġistrata, inkluża d-data ta' VDR, konnessa ma' xi vapur, vjaġġ, merkanzija, ekwipaġġ jew kwalunkwe persuna, oġġett, kundizzjoni jew ċirkustanza, flimkien mal-jedd li jikkupjawha u jużawha;

e)

ikollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet tal-iġsma tal-vittmi jew ta' testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

f)

jeħtieġu u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet ta' persuni involuti fl-operat tal-vapur jew kwalunkwe persuna relevanti oħra, jew ta' testijiet fuq kampjuni mittieħda minnhom;

g)

jintervistaw xhieda fl-assenza ta' kwalunkwe persuna li l-interessi tagħha jistgħu jitqiesu bħala ta' xkiel għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

h)

jakkwistaw reġistri ta' survery u informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Istat tal-bandiera, is-sidien, is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni jew kwalunkwe parti rilevanti oħra, kull meta dawk il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu stabbiliti fl-Istat Membru;

i)

jitolbu għall-assistenza tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati rispettivi, inklużi s-servejers tal-Istat tal-port u tal-Istat tal-bandiera, l-uffiċjali li jgħassu l-kosta, l-operaturi tas-servizzi tat-traffiku tal-basimenti, l-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, il-bdoti jew staff tal-port jew staff marittimu ieħor.

5.   Il-korp investigattiv għandu jingħata l-jedd li jaġixxi minnufih kull meta jiġi mgħarref b'xi diżgrazzja, u li jikseb riżorsi suffiċjenti sabiex iwettaq ħidmietu b'mod indipendenti. L-investigaturi tiegħu għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta' indipendenza.

6.   Il-korp investigattiv jista' jgħaqqad il-kompiti tiegħu skond din id-Direttiva mal-ħidma ta' investigazzjonijiet ta' inċidenti għajr diżgrazzji marittimi bil-kundizzjoni li t-tali investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tiegħu.

Artikolu 9

Is-segretezza tar-reġistri

L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali tagħhom, għandhom jiżguraw li r-reġistri li ġejjin ma jkunux disponibbli ħlief għall-iskopijiet tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà ▐:

a)

kull evidenza tax-xhieda u stqarrijiet, kontijiet u noti oħra meħuda jew riċevuti mill-korp investigattiv matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

b)

rekords li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

c)

informazzjoni medika jew privata dwar il-persuni involuti fid-diżgrazzja jew l-inċident.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, stqarrijiet ta' xhieda u informazzjoni oħra mogħtija minn xhieda fil-kors tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà ma jaqgħux f'idejn l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, sabiex ikun evitat li dawn l-istqarrijiet u l-informazzjoni jiġu użati f'investigazzjonijiet kriminali f'dawk il-pajjiżi.

Artikolu 10

Qafas ta' kooperazzjoni permanenti

1.   L-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu qafas ta' kooperazzjoni permanenti li jippermetti lill-korpi investigattivi rispettivi tagħhom biex jikkooperaw bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva.

2.   Ir-regoli proċedurali tal-qafas ta' kooperazzjoni permanenti u l-arranġamenti organizzattivi rikjesti għal dan il-għan għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

3.   Fi ħdan il-qafas permanenti ta' kooperazzjoni, il-korpi investigattivi fl-Istati Membri għandhom jaqblu, b'mod partikolari, fuq l-aqwa modalitajiet ta' kooperazzjoni sabiex:

a)

korpi investigattivi jkunu jistgħu jikkondividu l-istallazzjonijiet, il-faċilitajiet u t-tagħmir għall-investigazzjoni teknika tar-relitt u t-tagħmir tal-vapur u oġġetti oħrajn rilevanti għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà, inklużi l-estrazzjoni u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni mill-VDRs u tagħmir elettroniku ieħor;

b)

jipprovdu lil xulxin il-kooperazzjoni u l-ħiliet tekniċi meħtieġa sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi;

c)

jiksbu u jikkondividu bejniethom informazzjoni rilevanti għall-analiżi tad-data dwar id-diżgrazzja u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa dwar is-sigurtà fuq livell Komunitarju;

d)

ifasslu prinċipji komuni għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà u għall-addattament ta' metodi investigattivi għall-iżvilupp ta' progress tekniku u xjentifiku;

e)

jipprovdu għal miżuri rapidi ta' allarm fil-każ ta' diżgrazzja jew inċident marittimu;

f)

jistabbilixxu regoli ta' kunfidenzjalità għall-kondiviżjoni, fir-rigward ta' regoli nazzjonali, ta' evidenza ta' xhieda u l-ipproċessar ta' data u reġistri oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 9 ▐;

g)

jorganizzaw, fejn xieraq, l-attivitajiet ta' taħriġ rilevanti għall-investigaturi individwali;

h)

jippromwovu l-kooperazzojni ma' korpi investigattivi ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-investigazzjoni tal-inċidenti marittimi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

4.     Kwalunkwe Stat Membru, li l-facilitajiet jew is-servizzi tiegħu jkunu ntużaw, jew li normalment ikunu ntużaw minn bastiment qabel diżgrazzja jew inċident, u li għandu tagħrif rilevanti għall-investigazzjoni, għandu jgħaddi dak it-tagħrif lill-korp investigattiv li jkun qed imexxi l-investigazzjoni.

Artikolu 11

Spejjeż

1.   Fejn l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, l-attivitajiet rispettivi għandhom ikunu mingħajr ħlas.

2.   Fejn tintalab assistenza ta' Stat Membru li ma jkunx involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż tal-ispejjeż magħmula.

Artikolu 12

Kooperazzjoni ma' pajjiżi li jkollhom interess sostanzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, safejn hu possibbli, ma' pajjiżi terzi oħrajn li jkollhom interess sostanzjali fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà.

2.   Il-pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali għandhom, bi ftehim reċiproku, jitħallew jissieħbu f'investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn Stat Membru skond din id-Direttiva fi kwalunkwe stadju tal-investigazzjoni.

3.   Il-kooperazzjoni ta' Stat Membru f'investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta' twettiq u ta' rappurtar tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà skond din id-Direttiva. Meta pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali ikun qed imexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà li tinvolvi Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux investigazzjoni dwar is-sigurtà b'mod parallell, kemm-il darba l-investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz titwettaq skond il-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi.

Artikolu 13

Preservazzjoni ta' evidenza

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-partijiet kkonċernati b'diżgrazzji u inċidenti taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jagħmlu kull sforz biex:

a)

jirreġistraw l-informazzjoni kollha minn tabelli, ġurnal ta' abbord, każetts tal-vidjo u reġistrazzjonijiet elettroniċi u manjetiċi, inkluża l-informazzjoni mill-VDRs u apparat elettroniku ieħor konness mal-perjodu ta' qabel, waqt u wara xi inċident;

b)

iżommu milli t-tali informazzjoni titħassar billi tiġi rreġistrata fuqha informazzjoni oħra jew titbiddel b'xi mod ieħor;

c)

iwaqqfu milli ssir interferenza ma' kwalunkwe apparat ieħor li jista' b'mod raġjonevoli jitqies bħala konness mal-investigazzjoni dwar is-sigurtà tal-inċident;

d)

minnufih, jiġbru u jżommu kull evidenza għall-finijiet tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima f'disgrazzja jew inċident.

Artikolu 14

Rapporti ta' inċidenti

1.   Investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mwettqa taħt din id-Direttiva għandhom jirriżultaw f'rapport ippubblikat ippreżentat f'format definit mill-korp investigattiv kompetenti u skond it-taqsimiet rilevanti tal-Anness I.

Korpi investigattivi jistgħu jiddeċiedu li investigazzjoni dwar is-sigurtà, li ma tikkonċernax diżgrazzja marittima serja jew serja ħafna u li s-sejbiet tagħha m'għandhomx il-potenzjal li jwasslu għall-prevenzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti fututi, għandhom jirriżultaw f'rapport simplifikat ║ppubblikat.

2.   Korpi investigattivi għandhom jagħmlu kull sforz biex jagħmlu r-rapport msemmi fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku, u b'mod speċjali għas-settur marittimu kollu, li għandu jirċievi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi, meta meħtieġ, fi żmien 12-il xahar mill-jum tad-diżgrazzja. Jekk ma jkunx possibbli li r-rapport finali joħroġ f'dak iż-żmien, għandu jiġi ppubblikat rapport interim fi żmien 12-il xahar minn dakinhar tad-diżgrazzja jew l-inċident.

3.   Il-korp investigattiv tal-Istat Membru li jmexxi l-inestigazzjoni għandu jibgħat kopja tar-rapport finali, simplifikat jew interim lill-Kummissjoni. Hija għandha tieħu kont tal-osservazzjonijiet possibbli tal-Kummissjoni ▐ għat-titjib tal-kwalità tar-rapport bil-mod li l-aktar iwassal għall-kisba tal-għan ta' din id-Direttiva.

4.     Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport li jagħti informazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar il-livell ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u l-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe pass ieħor meqjus bħala meħtieġ fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dak ir-rapport.

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà magħmla mill-korpi investigattivi minn dawk indirizzati u, fejn xieraq, tittieħed azzjoni ta' segwitu skond il-liġi Komunitarja u internazzjonali.

2.   Fejn xieraq, korp investigattiv jew il-Kummissjoni għandhom, waqt li jaġixxu bl-għajnuna tal-Aġenzija, jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà abbażi ta' analiżi astratta tad-data u tar-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjonijiet li jkunu saru .

3.   Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda ċirkustanza m'għandha tiddetermina r-responsabbiltà jew tassenja t-tort għal xi diżgrazzja.

Artikolu 16

Sistemi ta' allarm bikri

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jagħti allarm bikri, il-korp investigattiv ta' Stat Membru għandu, fi kwalunkwe stadju ta' investigazzjoni dwar is-sigurtà, jekk ikun tal-fehma li hija meħtieġa azzjoni urġenti fil-livell Komunitarju sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' diżgrazzji ġodda, jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-ħtieġa li jingħata allarm bikri.

Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha toħroġ nota ta' avviż għall-attenzjoni tal-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri l-oħra kollha, l-industrija tat-tbaħħir, u lil kwalunkwe parti rilevanti oħra.

Artikolu 17

Database Ewropea għal inċidenti marittimi

1.   Id-data dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi għandha tinżamm u tiġi analizzata permezz ta' database elettroniku Ewropew li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni, li għandu jissejjaħ il-Pjattaforma Ewropea ta' Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar (EMCIP).

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet intitolati li jingħatalhom aċċess għad-database.

3.   Il-korpi investigattivi tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi skond il-format tal-Anness II. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni d-data li tirriżulta mill-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà skond l-iskema tad-database EMCIP.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-iskema tad-database u metodu għan-notifika tad-data f'perijodu ta' żmien xieraq.

Artikolu 18

Trattament ġust tal-baħħara

F'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-linji gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' inċident marittimu.

Artikolu 19

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (9).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont tenut tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Setgħat ta' emenda

Il-Kummissjoni tista' taġġorna d-definizzjonijiet f'din id-Direttiva, u r-riferenzi għall-atti Komunitarji u l-istrumenti tal-IMO sabiex tikkonformahom mal-miżuri Komunitarji jew tal-IMO li daħlu fis-seħħ, suġġett għall-osservanza tal-limiti ta' din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Filwaqt li taġixxi skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista' temenda wkoll l-Annessi.

Emendi għall-Kodiċi tal-IMO jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 21

Miżuri Addizzjonali

M'hemm xejn f'din id-Direttiva li għandu jżomm lil xi Stat Membru milli jieħu miżuri addizzjonali dwar is-sikurezza marittima li mhumiex koperti minn din id-Direttiva, kemm-il darba tali miżuri ma jiksrux din id-Direttiva jew b'xi mod jaffettwaw b'mod negattiv il-kisba tal-għan tagħha, jew tal-għanijiet tal-Unjoni .

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 23

Emendi ta' atti eżistenti

1.   L-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/35/KE għandu jitħassar.

2.   L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/59/KE għandu jitħassar.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva … (10). Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Ghall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 546), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 23) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU C 104 E, 30.04.2004, p. 730.

(5)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1. ║.

(6)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(7)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(9)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║.

(10)  24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

KONTENUT TAR-RAPPORT TA' INVESTIGAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ

Kelmtejn qabel

Dan jidentifika l-uniku ghan tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà, li rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda kaz ma tohloq prezunzjoni ta' responsabbiltà jew tort, u li r-rapport ma jkunx inkiteb, f'dawk li huma kontenut u stil, bl-intenzjoni li jintuza fi proceduri guridici.

(Ir-rapport m'ghandu jaghmel l-ebda referenza ghal evidenza tax-xhieda u lanqas jorbot lil xi hadd li jissemma fir-rapport ma' xi persuna li tkun tat xhieda matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.)

1.   Sommarju

Din il-parti tagħti ħarsa ġenerali tal-fatti bażiċi tad-diżgrazzja jew l-inċident tal-baħar: x'ġara, meta, fejn u kif; tiddikjara ukoll jekk bħala riżultat kienx hemm mwiet, korrimenti, ħsara lill-vapur, l-merkanzija, persuni terzi jew l-ambjent.

2.   Informazzjoni fattwali

Din il-parti tinkludi numru ta' taqsimiet diskreti, u tagħti biżżejjed informazzjoni li l-korp investigattiv jinterpreta bħala fattwali, tissustanzja l-analiżi u tiffaċilita l-fehim.

Dawn it-taqsimiet jinkludu, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

2.1.   Dettalji tal-vapur

Bandiera /reġistru,

Identifikazzjoni,

Karatteristiċi ewlenin,

Sidien u dawk li jimmaniġġjawh,

Dettalji tal-kostruzzjoni,

Ekwipażż minimu biex tiġi assigurata s-sigurtà,

Merkanzija awtorizzata.

2.2.   Dettalji tal-vjaġġ

Portijiet li żar,

Tip ta' vjaġġ,

Informazzjoni dwar il-merkanzija,

Ekwipaġġ.

2.3.   Informazzjoni dwar id-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

Tip ta' diżgrazzja jew inċident marittimu,

Data u l-ħin,

Pożizzjoni u l-inħawi tad-diżgrazzja jew inċident marittimu,

Ambjent estern u intern,

Operat tal-vapur u t-taqsima tal-vjaġġ (voyage segment),

Post abbord,

Data dwar il-fatturi umani,

Konsegwenzi (għall-persuni, għall-vapur, għall-merkanzija, għall-ambjent, oħrajn).

2.4.   Involviment tal-awtorità tax-xatt u r-reazzjoni ta' emerġenza

Min kien involut,

Mezzi użati,

Ħeffa tar-reazzjoni,

Azzjonijiet meħuda,

Riżultati miksuba.

3.   Narrattiva

Din il-parti tirrakonta d-diżgrazzja jew inċident marittimu permezz ta' sekwenza ta' ġrajjiet, f'ordni kronoloġika li twassal sa qabel, waqt u wara d-diżgrazzja jew inċident marittimu u l-involviment ta' kulmin kien imdaħħal fiha (jiġifieri persuni, materjal, l-ambjent, apparat jew aġenti esterni). Il-perjodu kopert min-narrattiva jiddependi mis-sekwenza taż-żmien ta' dawk il-ġrajjiet aċċidentali partikolari li kkontribwew direttament għad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu. Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe dettal rilevanti tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà mwettqa, inklużi r-riżultati tal-eżamijiet jew it-testijiet.

4.   Analiżi

Din il-parti tinkludi għadd ta' taqsimiet diskreti, li jipprovdu analiżi ta' kull ġrajja inċidentali, b'kummenti marbuta mar-riżultati ta' kwalunkwe eżamijiet jew testijiet relevanti li jkunu saru tul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà u kwalunkwe azzjoni ta' sigurtà li għandha mnejn tkun diġà ttieħdet sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Dawn it-taqsimiet għandhom ikopru kwistjonijiet bħal:

Il-kuntest u l-ambjent tal-ġrajja inċidentali,

azzjonijiet żbaljati jew nuqqasijiet umani, ġrajjiet li jinvolvu materjal perikoluż, effetti fuq l-ambjent, ħsarat fl-apparat, u influwenzi esterni,

il-fatturi kontributorji li jinvolvu funzjonijiet marbuta ma' persuni, operazzjonijiet abbord il-vapur, amministrazzjoni tax-xatt jew influwenza regolatorja.

L-analiżi u l-kummentarju jagħmluha possibbli għar-rapport sabiex jagħmel konklużjonijiet loġiċi, jistabbilixxi l-fatturi kontributorji kollha, jinkludi dawk b'riskji li għalihom id-difiżi eżistenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta' ġrajjiet inċidentali, u/jew dawk immirati lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-konsegwenzi tagħhom, jinstabu li jew mhumiex adegwati inkella nieqsa.

5.   Konklużjonijiet

Din il-parti tikkonsolida l-fatturi kontributorji stabbiliti u d-difiżi nieqsa jew inadegwati (materjali, funzjonali, simboliċi jew proċedurali) li għalihom għandhom jiġu żviluppati azzjonijiet ta' sigurtà sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

6.   Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

Meta jkun il-każ, din il-parti tar-rapport tinkludi rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà dderivati mill-analiżi u l-konklużjonijiet u li jorbtu ma' oqsma partikolari, bħal-leġislazzjoni, it-tifsil, il-proċeduri,l-ispezzjoni, it-tmexxija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ, ix-xogħol ta' tiswija, il-manutenzjoni, l-assistenza max-xatt u r-reazzjoni ta' emerġenza.

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà huma indirizzati lil dawk li jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jimplimentawhom, bħal sidien il-vapuri, il-maniġers, organizzazzjonijiet rikonoxxuti, awtoritajiet marittimi, servizzi ta' traffiku tal-vapurii, entitajiet tal-emerġenza, organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej, bil-ħsieb li jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe rakkomandazzjonijet tas-sigurtà interim li setgħu saru jew kwalunkwe azzjoni ta' sigurtà meħuda matul l-investigazzjoni tas-sigurtà.

7.   Appendiċi

Fejn xieraq, il-lista li ġejja li mhix waħda eżawrjenti tinthemeż mar-rapport f'format elettroniku u/jew stampat:

ritratti, xbihat iffilmjati, reġistrazzjonijiet ta' ħsejjes, tabelli, tpinġijiet,

standards applikabbli,

termini tekniċi u l-abbrevjazzjonijiet użati,

studji speċjali dwar is-sigurtà,

tagħrif mixxellanju.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

DATA TA' NOTIFIKA RIGWARD DIZGRAZZJI JEW INCIDENTI MARITTIMI

(Parti mill-Pjattaforma Ewropea tal-Informazzjoni dwar id-Dizgrazzji tal-Bahar)

Nota: In-numri b'tipi grassi jfissru li d-data ghandha tigi pprovduta ghal kull vapur jekk aktar minn vapur wiehed ikun involut fid-dizgrazzja jew l-incident marittimu.

01.

L-Istat Membru responsabbli / persuna li ghandha tigi kkuntattjata

02.

L-Istat Membru investigatur

03.

Ir-rwol tal-Istat Membru

04.

L-istat kostali affettwat

05.

In-numru ta' Stati li ghandhom interess sostanzjali

06.

L-Istati li ghandhom interessi sostanzjali

07.

Il-korp notifikatur

08.

Hin tan-notifika

09.

Data tan-notifika

10.

Isem il-vapur

11.

In-numru tal-IMO / ittri distintivi

12.

Bandiera mtajra mill-vapur

13.

It-tip ta' dizgrazzja jew l-incident marittimu

14.

It-tip ta' vapur

15.

Data tad-dizgrazzja jew l-incident marittimu

16.

Hin tad-dizgrazzja jew l-incident marittimu

17.

Pozizzjoni — Latitudni

18.

Pozizzjoni — Longitudni

19.

L-inhawi tad-dizgrazzja jew l-incident marittimu

20.

Il-port minn fejn salpa l-vapur

21.

Il-port fejn kien destinat

22.

L-iskema ta' separazzjoni tat-traffiku

23.

It-taqsima tal-vjagg

24.

L-operat tal-vapur

25.

Il-post abbord

26.

Imwiet:

Ekwipagg

Passiggieri

Ohrajn

27.

Korrimenti gravi:

Ekwipagg

Passiggieri

Ohrajn

28.

Tniggis

29.

Hsara lill-vapur

30.

Hsara lill-merkanzija

31.

Hsara ohra

32.

Deskrizzjoni qasira tad-dizgrazzja jew l-incident marittimu


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/188


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Ir-responsabilità ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ***II

P6_TA(2008)0445

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill adottata bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabilità ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (6389/2/2008 — C6-0227/2008 — 2005/0241(COD))

2010/C 8 E/41

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6389/2/2008 — C6-0227/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0592),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0645),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0333/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 17.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 562.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0241

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċident

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tat-trasport, huwa meħtieġ li jkunu adottati aktar miżuri sabiex titjieb is-sikurezza fit-trasport marittimu. Dawn il-miżuri jinkludi r-regoli ta' responsabbiltà għal ħsara kkawżata lil passiġġieri; minħabba li hu importanti li jkun żgurat livell xieraq ta' kumpens għal passiġġieri involuti f'aċċidenti marittimi.

(2)

Il-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 kien adottat fl-1 ta' Novembru 2002 taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jinsabu fil-proċess li jiddeċiedu jekk għandhomx jiffirmaw jew jirratifikaw dak il-Protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-Protokoll ║tal-2002 (║ “Il-Kovenzjoni ta' Ateni”), tapplika biss għat-trasport internazzjonali. Id-distinzjoni bejn trasport nazzjonali u internazzjonali fis-suq intern għas-servizzi ta' trasport marittimu tneħħiet u għalhekk jixraq li l-istess livell u xorta ta' responsabbiltà tapplika kemm fit-trasport internazzjonali kif ukoll f'dak nazzjonali fil-Komunità.

(4)

L-arranġamenti tal-assigurazzjoni mitluba skond il-Konvenzjoni ta' Ateni għandhom ikunu xierqa għall-kapaċitajiet finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Is-sidien tal-vapuri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw l-arranġamenti tal-assigurazzjoni tagħhom b'mod ekonomikament aċċettabbli u, b'mod partikulari fil-każ ta' kumpanniji tat-tbaħħir żgħar li joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport, għandha titqies in-natura staġunali tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-perjodu tranżizzjonali li hu stipulat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun twil biżżejjed li jippermetti li l-assigurazzjoni obbligatorja prevista mill-Konvenzjoni ta' Ateni tkun implimentata mingħajr ma taffettwa l-iskemi ta' assigurazzjoni eżistenti.

(5)

Jixraq li t-trasportatur ikun obbligat li jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta' mewt jew korriment ta' passiġġier, fejn il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwixxix l-għarfien ta' responsabilità.

(6)

Informazzjoni xierqa, kompleta u li tinftiehem dwar id-drittijiet ġodda mogħtija lill-passiġġieri għandha tingħata lill-passiġġieri qabel il-vjaġġ.

(7)

Kull emenda għall-Konvenzjoni ta' Ateni tiddaħħal fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ħlief jekk dik l-emenda tkun eskluża wara l-proċedura skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-ibħra protetti u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (COSS)  (4).

(8)

Fid-19 ta' Ottubru 2006, il-Kumitat Legali tal-IMO ║adotta Riżerva u Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni (║ “il-Linji Gwida tal-IMO”) biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet fil-Konvenzjoni ta' Ateni, bħal, b'mod partikolari, il-kumpens għal dannu relatat mat-terroriżmu. ║Għalhekk, il-Linji Gwida tal-IMO jistgħu jkunu kkunsidrati bħala lex specialis.

(9)

Dan ir-Regolament jinkorpora u jrendi vinkolanti partijiet tal-Linji Gwida tal-IMO. Biex jinkiseb dak ir-riżultat, fejn, fid-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-IMO, jinsab il-verb “should” (għandu) għandu jiftiehem bħala “shall” (għandu).

(10)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ateni (Anness I) u tal-Linji Gwida tal-IMO (Anness II) għandhom jiftiehmu, mutatis mutandis, fil-kuntest tal-leġislazzjoni Komunitarja.

(11)

Il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 17 u 17bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità Ewropea sa fejn dawk l-Artikoli jaffettwaw ir-regoli stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (5). Għal dan il-għan, dawk l-Artikoli ser jiffurmaw parti mill-ordni legali Komunitarja meta l-Komunità ║tiffirma l-Konvenzjoni ta' Ateni.

(12)

Għall-fini ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “jew hu rreġistrat fi Stat Membru” għandha tiġi interpretata li tfisser li l-istat tal-bandiera għall-iskopijiet ta' reġistrazzjoni ta' basitimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ, għandu jkun jew Stat Membru jew parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Ateni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jistiednu lill-IMO biex jiżviluppa linji gwida dwar il-kunċett ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ.

(13)

Għall-fini ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “tagħmir għall-mobbiltà” għandha titqies li la tkopri bagolli u lanqas ║vetturi fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (6).

(15)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda dan ir-Regolament sabiex jiġu inkorporati l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet internazzjonali, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet relatati magħha. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh ' b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(16)

L-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (“l-Aġenzija”), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (7), għandha tassisti l-Kummissjoni fit-tħejjija u fl-abbuzzar ta' rapport ta' progress dwar il-funzjonament tar-regoli l-ġodda.

(17)

Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm konsultazzjoni akbar fost l-Istati Membri fuq kwistjonijiet ta' sikurezza marittima, huwa vitali li jkunu evalwati mill-ġdid il-kompetenzi tal-Aġenzija u li possibiliment ikun ikkunsidrat jekk għandhomx ikunu estiżi s-setgħat tagħha.

(18)

L-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-port, għandhom parti fundamentali u vitali fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji varji għas-sikurezza marittima.

(19)

Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jinħoloq sett wieħed ta' regoli li jirregolaw id-drittijiet tat-trasportaturi bil-baħar u tal-passiġġieri tagħhom f'każ ta' aċċident, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-bżonn biex ikunu żgurati limiti identiċi ta' responsabbiltà fl-Istati Membri kollha, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-reġim Komunitarju dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġieri kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta':

a)

il-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-protokoll tal-2002 (║ 'il-Konvenzjoni ta' Ateni) li t-test tagħha jinsab fl-Anness I, u

b)

ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni adottata mill-Kumitat Legali tal-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 (║ “il-Linji Gwida tal-IMO”), li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jestendi l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet għall-ġarr ta' passiġġieri bil-baħar fi Stat Membru wieħed, ▐ u jistipula ċerti rekwiżiti supplimentari.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull ġarr internazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 1(9) tal-Konvenzjoni ta' Ateni u għal ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed ▐, jekk:

a)

il-vapur ikun qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew ikun reġistrat fi Stat Membru; ║

b)

il-kuntratt ta' ġarr ikun sar fi Stat Membru; jew

c)

il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skond il-kuntratt tal-ġarr, ikun fi Stat Membru.

Artikolu 3

Responsabbiltà u Assigurazzjoni

1.   Ir-reġim tar-responsabilità fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji ║u l-vetturi tagħhom u r-regoli dwar l-assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra għandu jkun regolat minn dan ir-Regolament u mill-Artikoli 1 u 1bis, l-Artikolu 2(2), l-Artikoli 3 sa 16 , bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), u l-Artikoli 18, 20 u 21 tal-Konvenzjoni ta' Ateni li t-test tagħha jinsab fl-Anness I u d-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

L-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta' Ateni ma għandux japplika għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ħlief jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, jemendaw dan ir-Regolament f'dan is-sens.

2.   Il-Linji Gwida tal-IMO stabbiliti fl-Anness II għandhom ikunu jorbtu.

Artikolu 4

Kumpens marbut mat-tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor

Fil-każ ta' telf ta' tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor użat minn passiġġier b'mobbiltà mnaqqsa, jew ta' ħsara għal tali tagħmir, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun irregolata mill-Artikolu 3 (3) tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-kumpens għandu jikkorrispondi għall-valur ta' sostituzzjoni tat-tagħmir ikkonċernat jew, fejn applikabbli, għall-ispejjeż relatati mat-tiswijiet.

Artikolu 5

Ħlas bil-quddiem

Fejn il-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier kienu kkawżati minn inċident tat-tbaħħir ▐, it-trasportatur li fil-fatt wettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr meta seħħ l-inċident tat-tbaħħir għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba, fi żmien 15-il ġurnata minn meta tkun identifikata l-persuna intitolata għad-danni. F'każ ta' mewt jew tal-invalidità assoluta u permanenti ta' xi passiġġier, jew fil-każ ta' ġrieħi fuq 75 % jew aktar tal-ġisem ta' xi passiġġier li jkunu meqjusa klinikament serji ħafna, dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll jekk it-trasportatur ikun stabbilit fil-Komunità.

Ħlas bil-quddiem ma għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta' responsabbiltà. Dan jista' jitpaċċa kontra kwalunkwe somom sussegwenti mħallsa abbażi ta' dan ir-Regolament u jista' ma jintraddx lura, ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 3 (1) u fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Ateni u fl-Appendiċi A tal-Linji Gwida tal-IMO, jew fejn il-persuna li tirċevih ma tkunx il-persuna intitolata għad-danni.

Il-ħlas jew ir-riċeviment, skond il-każ, ta' ħlas bil-quddiem għandu jintitola lit-trasportatur, lit-trasportatur prestanti jew lil passiġġier li jagħti bidu għal proċedimenti ġudizzjarji biex ikunu stabbiliti r-responsabbiltà u t-tort.

Artikolu 6

Informazzjoni għall-passiġġieri

It-trasportatur u/jew it-trasportatur prestanti għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jingħatalhom tagħrif xieraq komplet u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament qabel it-tluq . Sa fejn tali tagħrif ikun ingħata jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, l-ieħor ma għandux ikun obbligat li jagħtih. It-tagħrif għandu jkun ipprovdut f'forma xierqa, kompleta u li tinftiehem u, fil-każ ta' tagħrif ipprovdut mill-operaturi tal-ġiti, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż  (8).

Sabiex ikunu konformi ma' din il-ħtieġa ta' tagħrif, it-trasportatur u/jew it-trasportatur prestanti jistgħu jużaw taqsira tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament imħejjijin u ppubblikati mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Rapport

Sa … (9), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li għandu, inter alia, iqis l-iżviluppi ekonomiċi u l-iżviluppi f'fora internazzjonali.

Dak ir-rapport jista' jkollu miegħu proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, jew proposta biex isiru sottomissjonijiet mill-Komunita' quddiem il-fora internazzjonali relevanti.

Artikolu 8

Proċedura

Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-emendi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 (1), l-Artikolu 4bis (1), l-Artikolu 7 (1) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni biex jieħdu kont tad-deċiżjonijiet meħudin skond l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni ta' Ateni u l-aġġornamenti korrispondenti fl-Anness I għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-emendi għad-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO, speċifikati fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Proċeduta tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 ║.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Dispożizzjoni transitorja

Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed ▐ l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni tar-Regolament sa sentejn mid-data tal-applikazzjoni tiegħu għall-ġarr b'linji tal-laneċ regolari u sa erba' snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu għall-ġarr b'linji tal-laneċ regolari f'reġjuni koperti mill-Aritkolu 299(2) tat-Trattat .

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-Komunità.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 562), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 17) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)   ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. ║.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(7)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║.

(8)   ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(9)  Tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-KONVENZJONI TA' ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA' PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM RILEVANTI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT

(Test konsolidat tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, u l-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni)

Artikolu 1

Definizzjonijiet

F'din il-Konvenzjoni l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira li qiegħda hawnhekk tingħatalhom:

1)

a)

“trasportatur” tfisser persuna li minnha jew f'isimha ġie ffirmat kuntratt ta' ġarr, sew jekk il-ġarr attwalment isir minn dik il-persuna jew minn trasportatur prestanti;

b)

“trasportatur prestanti” tfisser persuna minbarra it-trasportatur, sew jekk is-sid, il-kerrej jew l-operatur ta' vapur, li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr; u

c)

“trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr” tfisser it-trasportatur prestanti, jew, sakemm it-trasportatur fil-fatt iwettaq il-ġarr, it-trasportatur;

2)

“kuntratt ta' ġarr” tfisser kuntratt magħmul minn jew f'isem trasportatur għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġier jew ta' passiġġier u l-bagalji tiegħu, skond kif ikun il-każ;

3)

“vapur” tfisser bastiment li jbaħħar, u teskludi vettura li taħdem fuq kuxxinetti tal-arja;

4)

“passiġġier” tfisser kull persuna li tinġarr fuq vapur:

a)

taħt kuntratt ta' ġarr; jew

b)

li, bil-kunsens tat-trasportatur, tkun qed takkumpanja vettura jew annimali ħajjin li jkunu koperti b' kuntratt tal-ġarr ta' merkanzija mhux rregolata minn din il-Konvenzjoni;

5)

“bagalji” tfisser kwalunkwe oġġett jew vettura li tinġarr mit-trasportatur taħt kuntratt tal-ġarr, ħlief:

a)

oġġetti u vetturi li jiġu trasportati taħt kuntratt ta' noleġġ, polza tat-tgħabija jew xi kuntratt ieħor li għandu x'jaqsam primarjament mal-ġarr ta' merkanzija; u

b)

annimali ħajjin;

6)

“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji li l-passiġġier ikollu fil-kabina tiegħu jew inkella li għandu fil-pussess, kustodja jew kontroll tiegħu. Ħlief għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 8, bagalji tal-kabina jinkludu bagalji li l-passiġġier għandu fil-vettura tiegħu jew fuqha;

7)

“telf ta' jew ħsara lill-bagalji” tinkludi telf fi flus minħabba li l-bagalji ma ġewx imwassla lura lill-passiġġier fi żmien raġonevoli wara li wasal il-vapur li fuqu kien hemm jew kellu jkun hemm il-bagalji, iżda ma tinkludix dewmien minħabba tilwim ta' xogħol;

8)

“ġarr” tkopri l-perijodi li ġejjin:

a)

fil-każ tal-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu, il-perijodu li matulu l-passiġġier u/jew il-bagalji tal-kabina tiegħu ikunu abbord il-vapur jew waqt l-imbarkazzjoni jew l-iżbark, u l-perijodu li fih il-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu jinġarru bl-ilma mill-art sal-vapur jew viċi-versa, jekk l-ispiża ta' tali ġarr hi inkluża fin-noll jew jekk l-opra użata għal dan l-iskop ta' trasport awżiljari tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier mit-trasportatur. Iżda, fir-rigward tal-passiġġier, il-ġarr ma jinkludix il-perijodu li fih hu jkun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni;

b)

fejn jidħlu l-bagalji tal-kabina, anki l-perijodu li fih il-passiġġier ikun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni jekk dawk il-bagalji ttieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu u ma ngħatawx lura lill-passiġġier;

c)

fejn jidħlu bagalji oħra li mhumiex bagalji tal-kabina, il-perijodu minn meta dawn jittieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu fuq ix-xatt jew abbord sakemm jingħataw lura mit-trasportatur jew minn xiħaddiem jew aġent tiegħu;

9)

“ġarr internazzjonali” tfisser kull ġarr li fih, skond il-kuntratt tal-ġarr, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jinsabu f'żewġ Stati differenti, jew fi Stat wieħed jekk, skond il-kuntratt tal-ġarr jew l-itinerarju skedat, hemm port ta' waqfien intermedjarju fi Stat ieħor;

10)

“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

11)

“Segretarju Ġenerali” tfisser is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni.

Artikolu 1bis

Anness

L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali mill-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Applikazzjoni

1.   […] (1)

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika meta l-ġarr ikun soġġett, taħt kwalunkwe konvenzjoni oħra internazzjonali li tolqot il-ġarr ta' passiġġieri jew il-bagalji tagħhom b'xi mezz ta' trasport ieħor, għal reġim ta' responsabbiltà ċivili taħt id-dispożizzjonijiet ta' tali konvenzjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom applikazzjoni obbligatorja fuq il-ġarr bil-baħar.

Artikolu 3

Responsabbiltà tat-trasportatur

1.   Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f'kull okkażjoni distinta ma jkunx aktar minn 250 000 unità ta' kontabbiltà, sakemm it-trasportatur ma jġibx provi li l-inċident:

a)

kien riżultat ta' att ta' gwerra, ġlied, gwerra ċivili, insurrezzjoni jew fenominu naturali ta' natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli; jew

b)

kien ikkawżat għal kollox minn att jew ommissjoni li ssir bil-ħsieb li l-inċident jiġi kkawżat minn terza parti.

Jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi l-ogħla limitu, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ulterjorment ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza tat-trasportatur.

2.   Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier li ma jkunux mhux ikkaġunati minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. Il-piż tal-prova tat-tort jew tan-negliġenza għandhu jkun fuq min għamel it-talba.

3.   Għat-telf imġarrab minħabba telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. It-tort jew in-negliġenza tat-trasportatur għandhom ikunu preżunti għal telf ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir.

4.   Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara għal bagalji ħlief bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew mhux minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.

5.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

a)

“inċident tat-tbaħħir” tfisser meta vapur jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jinkalja, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-vapur, jew difett fil-vapur;

b)

“tort jew negliġenza tat-trasportatur” tinkludi t-tort jew negliġenza tal-ħaddiema tat-trasportatur, li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom;

c)

“difett fil-vapur” tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta' konformità mar-regolamenti applikabbli dwar is-sigurtà fir-rigward ta' xi parti mill-vapur jew it-tagħmir tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jimbarkaw u jiżbarkaw il-passiġġieri, jew meta jkunu użati biex jagħtu propulsjoni, idawru, ibaħħru b'mod sigur, jitqiegħed l-irmiġġ, jankraw, jaslu mal-moll jew mal-ankoraġġ jew jħallu l-moll jew ankoraġġ, jew għall-kontroll tal-ħsara wara li jimtela bl-ilma; jew meta jkunu użati biex jitniżżel apparat ta' salvataġġ; u

d)

“it-telf” m'għandux jinkludi ħsarat punittivi jew eżemplari.

6.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala' minħabba inċidenti li saru waqt il-ġarr. Il-piż tal-prova li l-inċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq min għamel it-talba.

7.   Xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta' rikors mit-trasportatur kontra kwalunkwe terza parti, jew id-difiża ta' negliġenza kontributorja taħt l-Artikolu 6 ta' din il-Konvenzjoni. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta' limitazzjoni taħt l-Artikoli 7 jew 8 ta' din il-Konvenzjoni.

8.   Il-preżunzjonijiet ta' tort jew negliġenza ta' parti jew l-allokazzjoni tal-piż tal-prova fuq xi parti m'għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.

Artikolu 4

Trasportatur prestanti

1.   Jekk l-att tal-ġarr jew parti minnu ġie fdat f'idejn trasportatur prestanti, it-trasportatur għandu xorta waħda jibqa' responsabbli għall-ġarr kollu skond id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, it-trasportatur prestanti għandu jkun soġġett u intitolat għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għal dik il-parti tal-ġarr imwettqa minnu.

2.   It-trasportatur għandu, fir-rigward tal-ġarr imwettaq mit-trasportatur prestanti, ikun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur prestanti u l-ħaddiema u l-aġenti tiegħu li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom.

3.   Kull ftehim speċjali li permezz tiegħu t-trasportatur jassumi obbligi li mhumiex imposti b'din il-Konvenzjoni jew kull tneħħija ta' drittijiet mogħtijin b'din il-Konvenzjoni għandha taffettwa biss lit-trasportatur prestanti unikament jekk hu jkun qabel magħhom espliċitament u bil-miktub.

4.   Meta u safejn huma responsabbli kemm it-trasportatur kif ukoll it-trasportatur prestanti, ir-responsabbiltà tagħhom għandha tkun in solidum.

5.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt għal rikors bejn it-trasportatur u t-trasportatur prestanti.

Artikolu 4bis

Assigurazzjoni obbligatorja

1.   Meta passiġġieri jinġarru abbord vapur reġistrat fi Stat Parti li jkun reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, bħal garanzija ta' bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri r-responsabbiltà taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' mewt u korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri. Il-limitu tal-assigurazzjoni obbligatorja jew ta' sigurta' finanzjarja oħra ma għandux ikun inqas minn 250 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta.

2.   Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew sigurta' finanzjarja oħra tkun fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull vapur wara li l-awtorita' xierqa ta' Stat Parti tkun iddeterminat li l-ħtiġiet tal-paragrafu 1 intlaħqu. Fir-rigward ta' vapur irreġistrat fi Stat Parti, dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità xierqa tal-Istat tar-reġistrazzjoni tal-vapur; fir-rigward ta' vapur li ma jjkunx irreġistrat fi Stat Parti dan jista' jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fil-forma tal-mudell li hemm fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:

a)

l-isem tal-vapur, numru jew ittri distintivi u l-port tar-reġistru;

b)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur li fil-fatt iwettaq il-vjaġġ kollu jew parti minnu;

c)

in-numru ta' identifikazzjoni IMO tal-vapur;

d)

tip u kemm iddum il-garanzija;

e)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur jew persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja u, fejn xieraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra; u

f)

il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikat, li m'għandux ikun itwal mill-perjodu ta' validità tal-assigurazzjoni jew ta' sigurtà finanzjarja oħra.

3.

(a)

Stat Parti jista' jawtorizza lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu biex toħroġ iċ-ċertifikat. Tali istituzzjoni jew organizzazzjoni għandha tinforma lil dak l-Istat bil-ħruġ ta' kull ċertifikat. Fil-każijiet kollha, l-Istat Parti għandu jiggarantixxi bis-sħiħ li ċ-ċertifikat hekk maħruġ ikun komplut u eżatt, u għandu jagħmel minn kollox biex jiżgura l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi sodisfatt dan l-obbligu.

(b)

Stat Parti għandu jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali dwar:

i)

ir-responsabbiltajiet speċifiċi u l-kundizzjonijiet tal-awtorità delegata lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu;

ii)

l-irtirar ta' din l-awtorità; u

iii)

id-data li fiha jkunu seħħew l-għoti ta' din l-awtorità jew l-irtirar tagħha.

Awtorità ddelegata m'għandhiex tibda sseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha n-notifika għal dak il-għan tkun ingħatat lis-Segretarju Ġenerali.

(c)

L-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ ċertifikati skond dan il-paragrafu għandha, minn tal-inqas, tkun awtorizzata tirtira dawn iċ-ċertifikati jekk ma jinżammux il-kundizzjonijiet li taħthom ikunu inħarġu. Fil-każijiet kollha l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tirrapporta tali irtirar lill-Istat li f'ismu nħareġ iċ-ċertifikat.

4.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tal-Istat li joħorġu. Jekk il-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, l-ilsien uffiċjali tal-Istat jista' jitneħħa.

5.   Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur, u kopja tiegħu għandha titħalla mal-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-vapur jew, jekk il-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Parti, mal-awtorita' tal-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.

6.   Assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra m'għandhiex tissodisfa l-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu jekk tista' tieqaf, għal raġunijiet oħra għajr li jiskadi l-perijodu ta' validità tal-assigurazzjoni jew garanzija speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 5, ħlief jekk iċ-ċertifikat ikun ingħata lura lil dawn l-awtoritajiet jew ikun inħareġ ċertifikat ġdid fil-perijodu msemmi. Id-dispożizzjonijiet imsemmijin qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa l-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu.

7.   L-Istat tar-reġistru tal-vapur għandu, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jiddetermina l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validità taċ-ċertifikat.

8.   Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jkun interpretat li qed iżomm Stat Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew minn xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja ta' dawk li jipprovdu l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni. F'tali każijiet, l-Istat Parti li jserraħ fuq tali informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbiltà tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.

9.   Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita' ta' Stat Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati Partijiet oħra għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati Partijiet oħra li għandhom l-istess saħħa bħaċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fir-rigward ta' vapur mhux reġistrat fi Stat Parti. Stat Parti jista' fi kwalunkwe ħin jitlob li jikkonsulta mal-Istat emittenti jew li jiċċertifika jekk hu jidhirlu li l-assiguratur jew il-garanti msemmi fiċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi li jilħaq l-obbligi imposti b'din il-Konvenzjoni.

10.   Kull talba għal kumpens koperta b'assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra skond dan l-Artikolu tista' titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja. F'dak il-każ, l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 japplika bħala l-limitu tar-responsabbiltà tal-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja, anki jekk it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ma jkunx intitolat għal-limitazzjoni tar-responsabbiltà. Il-konvenut jista' barra minn hekk jagħmel użu mill-mezzi ta' difiża (barra minn falliment jew stralċ) li t-trasportatur imsemmi fil-paragrafu 1 kien ikun intitolat juża skond din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, il-konvenut jista' juża d-difiża li l-ħsara ġrat minħabba l-imġiba ħażina konxja tal-assigurat, iżda l-konvenut m'għandux juża xi difiża oħra li hu seta' kien intitolat juża waqt proċedimenti mibdijin mill-assigurat kontra l-konvenut. Il-konvenut għandu fi kwalunkwe każ ikollu d-dritt jitlob lit-trasportatur u lit-trasportatur prestanti biex jintervjenu fil-proċedimenti.

11.   Kwalunkwe somom mogħtija mill-assigurazzjoni jew minn xi garanzija finanzjarja oħra miżmuma skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli esklużivament għas-sodisfazzjon ta' pretensjonijiet taħt din il-Konvenzjoni, u kull ħlas li jsir ta' tali somom għandu jneħħi kull responsabbiltà li toħroġ taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward tal-ammonti mħallsa.

12.   Stat Parti m'għandux iħalli vapur bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu li jopera f'ebda ħin ħlief jekk ikun inħareġ ċertifikat taħt il-paragrafi 2 jew 15.

13.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, kull Stat Parti għandu jiżgura, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, li tkun fis-seħħ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra, sal-punt speċifikat fil-paragrafu 1, fir-rigward ta' kull vapur li jkun liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, ikun fejn ikun reġistrat, li jidħol jew iħalli port fit-territorju tiegħu safejn tapplika din il-Konvenzjoni.

14.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, Stat Parti jista' jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali li, għall-finijiet tal-paragrafu 13, il-vapuri mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ mill-paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, kemm-il darba l-Istat Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju Ġenerali li hu jżomm rekords f'format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati Partijiet kollha, li jaffermaw l-eżistenza taċ-ċertifikat u li jippermettu lill-Istati Partijiet iwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 13.

15.   Jekk ma tinżammx assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għal vapur li hu l-proprjetà ta' Stat Parti, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu rilevanti għalihom m'għandhomx japplikaw għal dak il-vapur, iżda l-vapur għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet xierqa tal-Istat tar-reġistru tal-vapur, li jgħid li l-vapur huwa ta' proprjetà ta' dak l-Istat u li r-responsabbiltà hi koperta bl-ammont preskritt skond il-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jsegwi kemm jista' jkun mill-qrib il-mudell preskritt mill-paragrafu 2.

Artikolu 5

Oġġetti ta' valur

It-trasportatur m'għandux ikun responsabbli għal telf ta' jew ħsara lil flus, sigurtajiet negozjabbli, deheb, fidda, ġojjellerija, ornamenti, xogħlijiet tal-arti, jew oġġetti oħra ta' valur, ħlief meta tali oġġetti ta' valur ikunu ġew iddepożitati mat-trasportatur bil-għan miftiehem li jinżammu f'post sigur f'liema każ it-trasportatur għandu jkun responsabbli sal-limitu previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 ħlief jekk ikun miftiehem limitu ogħla skond il-paragrafu 1 tal-Artikolu 10.

Artikolu 6

Tort kontributorju

Jekk it-trasportatur iġib provi li l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tiegħu kienet kkawżata minn jew ġraw minħabba tort jew negliġenza tal-passiġġier, il-Qorti li qed tismal-każ tista' teżonera lit-trasportatur għal kollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' dik il-qorti.

Artikolu 7

Limitu ta' responsabbiltà għal mewt u korriment fuq il-persuna

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier taħt l-Artikolu 3 m'għandha f'ebda każ taqbeż l-400 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta. Meta, skond il-liġi tal-qorti li qed tismal-każ, il-ħsarat jitħallsu f'forma ta' pagamenti ta' dħul perjodiċi, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta' dawk il-pagamenti m'għandux jaqbeż il-limitu msemmi.

2.   Stat Parti jista' jirregola permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta' responsabbiltà preskritt fil-paragrafu 1, kemm-il darba l-limitu nazzjonali ta' responsabbiltà, jekk ikun hemm, ma jkunx aktar baxx minn dak preskritt fil-paragrafu 1. Stat Parti, li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista f'dan il-paragrafu, għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali bil-limitu ta' responsabbiltà adottat jew bil-fatt li m'hemmx wieħed.

Artikolu 8

Limitu ta' responsabbiltà għal telf ta' jew ħsara lil bagalji u vetturi

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2 250 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

2.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lil vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil-vettura jew fuqha m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12 700 unità ta' kontabbiltà għal kull vettura, għal kull vjaġġ.

3.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lil bagalji barra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 m'għandha fl-ebda każ tisboq 3 375 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

4.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu li r-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jisboqx 330 unità ta' kontabbiltà fil-każ ta' ħsara lil xi vettura u li ma jisboqx 149 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier fil-każ ta' telf ta' jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.

Artikolu 9

Unità ta' kontabbiltà u konverżjoni

1.   Il-Unità ta' Kontabbiltà imsemmija f'din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali ta' Ġbid kif definit mil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmijin fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 għandhom jissarrfu fil-valuta nazzjonali tal-Istat tal-qorti li qed tismal-każ abbażi tal-valur ta' dik il-valuta b'referenza għad-Dritt Speċjali ta' Ġbid fid-data tas-sentenza jew id-data miftiehma mill-partijiet. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta' Stat Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun kalkulat skond il-metodu ta' valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta' Stat Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b'mod determinat minn dak l-Istat Parti.

2.   Madankollu, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jista', meta ssir ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni ta' jew l-adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni jew fi kwalunkwe ħin wara, jiddikjara li l-Unità ta' Kontabbiltà imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għal 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f'dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta' deheb ta' finezza milleżima ta' disa' mija. Il-konverżjoni tal-frank tad-deheb għall-valuta nazzjonali għandha ssir skond il-liġi ta' dak l-Istat.

3.   Il-kalkolu msemmi fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru b'tali mod li jkunu jesprimu fil-valuta nazzjonali tal-Istati Partiijiet, sa fejn possibbli, l-istess valur reali għall-ammonti fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 kif ikun jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel tliet sentenzi tal-paragrafu 1. L-Istati għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali l-mod tal-kalkolu skond il-paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2, skond il-każ, meta jkunu qed jiddepożitaw strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni ta' jew adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm xi tibdil f'xi waħda minnhom.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-limiti ta' responsabbiltà

1.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu, espliċitament u bil-miktub, dwar limiti ta' responsabbiltà ogħla minn dawk preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

2.   L-interessi fuq il-ħsarat u l-ispejjeż legali m'għandhomx jiddaħħlu fil-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 11

Difiżi u limiti għall-ħaddiema tat-trasportaturi

Jekk tittieħed azzjoni kontra ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti li tinqala' minħabba ħsara koperta b'din il-Konvenzjoni, dak il-ħaddiem jew l-aġent, jekk iġib provi li hu aġixxa fl-ambitu tal-impjieg tiegħu, għandu jkun intitolat juża d-difiżi u l-limiti ta' responsabbiltà li t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti hu intitolat jinvoka taħt din il-Konvenzjoni.

Artikolu 12

Aggregazzjoni ta' pretensjonijiet

1.   Fejn il-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 jidħlu fis-seħħ, huma għandhom japplikaw għall-aggregat tal-ammonti irkuprati fil-pretensjonijiet kollha minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi wieħed mill-passiġġieri jew telf ta' jew ħsara lill-bagalji tiegħu.

2.   Fil-każ tal-ġarr li jitwettaq mit-trasportatur prestanti, l-aggregat tal-ammonti rkuprabbli mit-trasportatur u mit-trasportatur prestanti u mill-ħaddiema u l-aġenti tagħhom li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom m'għandux jaqbeż l-ogħla ammont li kieku jingħata kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti taħt din il-Konvenzjoni, iżda ħadd minn dawk imsemmijin ma għandu jkun responsabbli għal somma li taqbeż il-limitu applikabbli għalih.

3.   Fi kwalunkwe każ meta ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti ikun intitolat taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Konvenzjoni li jagħmel użu mil-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8, l-aggregat tal-ammonti irkuprabbli mit-trasportatur, jew mit-trasportatur prestanti skond il-każ, u minn dak il-ħaddiem jew l-aġent, m'għandhomx jaqbżu dawk il-limiti.

Artikolu 13

Telf tad-dritt biex tiġi limitata r-responsabbiltà

1.   It-trasportatur m'għandux ikun intitolat għall-benefiċċju tal-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, jekk jiġi pprovat li l-ħsara saret minħabba xi att jew ommissjoni mit-trasportatur bl-intenzjoni li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.

2.   Il-ħaddiem jew l-aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti m'għandux ikun intitolat għall-benefiċċju ta' dawk il-limiti jekk ikun pruvat li l-ħsara saret minħabba att jew ommissjoni minn dak il-ħaddiem jew l-aġent bl-iskop li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.

Artikolu 14

Bażi għal pretensjonijiet

L-ebda azzjoni għall-ħsarat għall-mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier, jew telf ta' jew ħsara lil bagalji, m'għandha tittieħed kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ħlief f'konformità ma' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 15

Avviż dwar telf ta' jew ħsara lil bagalji

1.   Il-passiġġier għandu javża bil-miktub lit-trasportatur jew lill-aġent tiegħu:

a)

fil-każ ta' ħsara li tidher lil bagalji:

i)

għal bagalji tal-kabina, qabel jew waqt l-iżbark tal-passiġġier;

ii)

għall-bagalji l-oħra kollha, qabel jew waqt li jerġgħu jitwasslu;

b)

fil-każ ta' ħsara lil bagalji li ma tkunx tidher, jew telf ta' bagalji, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tal-iżbark jew ta' meta twasslu lura jew minn meta suppost kellhom jitwasslu lura.

2.   Jekk il-passiġġier jonqos milli jikkonforma ma' dan l-Artikolu, huwa għandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx pruvat mod ieħor, li rċieva l-bagalji f'kundizzjoni tajba.

3.   L-avviż bil-miktub m'għandux għalfejn jingħata jekk il-kundizzjoni tal-bagalji meta ġew irċevuti kienet is-suġġett ta' perizja jew spezzjoni konġunti.

Artikolu 16

Preskrizzjoni għal azzjonijiet

1.   Kull azzjoni għal ħsarat li jinqalgħu minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier jew minħabba telf ta' jew ħsara lil bagalji għandha taqa' bil-preskrizzjoni wara perijodu ta' sentejn.

2.   Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

a)

fil-każ ta' korriment fuq il-persuna, mid-data meta jiżbarka l-passiġġier;

b)

fil-każ ta' mewt li tiġri waqt il-vjaġġ, mid-data meta l-passiġġier suppost kellu jiżbarka, u fil-każ ta' korriment fuq il-persuna li jiġri waqt il-vjaġġ u jwassal għall-mewt ta' passiġġier wara l-iżbark, mid-data tal-mewt, kemm-il darba dan il-perijodu ma jaqbiżx it-tliet snin mid-data tal-iżbark;

c)

fil-każ ta' telf ta' jew ħsara lil bagalji, mid-data tal-iżbark jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Il-liġi tal-Qorti li qed tismal-każ għandha tirregola r-raġunijiet għal sospensjoni u interruzzjoni tal-perijodi ta' limitazzjoni, iżda fl-ebda każ m'għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi xi wieħed minn dawn il-perijodi ta' żmien li ġejjin:

a)

Perijodu ta' ħames snin li jibda bid-data tal-iżbark tal-passiġġier jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard; jew, jekk aktar kmieni;

b)

perijodu ta' tliet snin li jibda mid-data meta l-pretendent kien jaf jew suppost kellu jkun jaf bil-korriment, telf jew ħsara kkawżati bl-inċident.

4.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-perjodu ta' limitazzjoni jista' jkun estiż permezz ta' dikjarazzjoni tat-trasportatur jew bi ftehim tal-partijiet wara li tkun inqalgħet il-kawża tal-azzjoni. Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim għandu jsir bil-miktub.

Artikolu 17

Ġurisdizzjoni Kompetenti  (2)

Artikolu 17a

Rikonoxximent u Infurzar  (2)

Artikolu 18

Invalidità ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali

Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali konkluża qabel ma jseħħ inċident li kkawża l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier jew it-telf jew il-ħsara lill-bagalji ta' passiġġier, intiża biex teħles kwalunkwe persuna responsabbli taħt din il-Konvenzjoni mir-responsabbiltà lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu aktar baxx ta' responsabbiltà minn dak iffissat f'din il-Konvenzjoni ħlief kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili bil-għan li tneħħi r-responsabbiltà tal-prova minn fuq it-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati fl-Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tkun nulla u bla effett, iżda n-nullità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tagħmel bla effett il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa' soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 20

Dannu nukleari

L-ebda responsabbiltà m'għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għal ħsara kkawżata minħabba inċident nukleari:

a)

jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara taħt il-Konvenzjoni ta' Pariġi tad-29 ta' Lulju 1960 dwar Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-28 ta' Jannar 1964, jew taħt il-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ; jew

b)

jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara bis-saħħa ta' liġi nazzjonali li tirregola r-responsabbiltà għal tali ħsara, kemm-il darba tali liġi tkun fl-aspetti kollha favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara daqs il-Konvenzjoni ta' Pariġi jew dik ta' Vjenna jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ.

Artikolu 21

Ġarr kummerċjali minn awtoritajiet pubbliċi

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-ġarr kummerċjali li jsir minn Stati jew Awtoritajiet Pubbliċi permezz ta' kuntratt ta' ġarr skond it-tifsira tal-Artikolu 1.

[Artikoli 22 u 23 tal-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974]

Artikolu 22

Riviżjoni u Emendi  (2)

Artikolu 23

Emenda tal-limiti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22, il-proċedura speċjali f'dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li jiġu emendati l-limiti stipulati fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll.

2.   Fuq talba ta' mill-inqas nofs, iżda fl-ebda każ inqas minn sitta, tal-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll, kull proposta biex ikunu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandha tkun ċċirkolata mis-Segretarju Ġenerali lill-Membri kollha tal-Organizzazzjoni u lill-Istati Partijiet kollha.

3.   Kwalunkwe emenda proposta u ċċirkolata kif imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Kumitat Legali”) għall-kunsiderazzjoni f'data ta' mhux inqas minn sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.

4.   L-Istati Partijiet kollha għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll, sew jekk ikunu Membri tal-Organizzazzjoni jew ma jkunux, għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Legali fir-rigward tal-konsiderazzjoni u l-adozzjoni ta' emendi.

5.   L-emendi għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll preżenti u l-votazzjoni fil-Kumitat Legali mwassgħa kif previst fil-paragrafu 4, bil-kondizzjoni li mhux inqas min nofs l-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandhom ikunu preżenti meta ssir il-votazzjoni.

6.   Meta jkun qed jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jqis l-esperjenza ta' inċidenti u, partikolarment, l-ammont ta' dannu li jirriżulta minhom, bdil fil-valuri monetarji u l-effett tal-emenda proposta fuq l-ispiża tal-assigurazzjoni.

7.

(a)

L-ebda emenda tal-limiti taħt dan l-Artikolu ma tista' titqies inqas minn ħames snin mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar jew inqas minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' emenda preċedenti taħt dan l-Artikolu.

(b)

L-ebda limitu ma jista' jiżdied sabiex jaqbeż ammont li jikkorrispondi mal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll miżjud b'sitta fil-mija kull sena kkalkulat fuq bażi ta' interessi akkumulati mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar.

(c)

L-ebda limitu ma jista' jiżdied sabiex jinqabeż ammont li jikkorrispondi għal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll immultiplikat bi tlieta.

8.   Kwalunkwe emenda adottata skond il-paragrafu 5 għandha tiġi notifikata mill-Organizzazzjoni lill-Istati Partijiet. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fl-aħħar tal-perijodu ta' tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, ħlief jekk f'dak il-perijodu mhux inqas minn kwart tal-Istati li kienu Stati Partijiet meta l-emenda ġiet adottata jkunu għarrfu lis-Segretarju Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f'liema każ l-emenda ma tiġix aċċettata u m'għandux ikollha effett.

9.   Emenda li titqies li ġiet aċċettata skond il-paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara li tiġi aċċettata.

10.   L-Istati Partiijiet kollha għandhom ikunu marbuta bl-emenda, ħlief jekk huma jiddenunzjaw dan il-Protokoll skond l-Artikolu 21, paragrafi 1 u 2 mhux inqas minn sitt xhur qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Tali denunzja għandu jkollha effett meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

11.   Meta tiġi adottata emenda iżda l-perijodu ta' tmintax-il xahar biex tkun aċċettata jkun għadu ma skadiex, Stat li jsir Stat Parti waqt dak il-perijodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk din tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat Parti wara dak il-perijodu għandu jkun marbut b'emenda li tkun ġiet aċċettata b'mod konformi mal-paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu, Stat jintrabat b'emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jekk din id-data tkun aktar tard.


(1)  Mhux riprodott.

(2)  Mhux riprodott.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA' ATENI

ĊERTIFIKAT TA' ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA' PASSIĠĠIERI

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur

In-numru jew l-ittri distintivi

Numru ta' Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:

Port ta' Reġistrazzjoni

Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti

 

 

 

 

 

Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Tip ta' Garanzija …

Perijodu ta' Garanzija …

Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti

Isem …

Indirizz …

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa …

Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …

(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)

JEW

It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:

Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni)

Fi … Fi …

(Post)

(Data)

(Firma u Titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

ESTRATT MIR-RIŻERVA U L-LINJI GWIDA TAL-IMO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TA' ATENI, ADOTTATI MILL-KUMITAT LEGALI TAL-ORGANIZZAZZJONI MARITTIMA

INTERNAZZJONALI FID-19 TA' OTTUBRU 2006 RIŻERVA U LINJI GWIDA TAL-IMO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TA' ATENI

Riżerva

1.

1 Il-Konvenzjoni ta' Ateni għandha tiġi ratifikata bir-riżerva li ġejja jew dikjarazzjoni bl-istess effett:

“[1.1.]

Riżerva fir-rigward tar-ratifika mill-Gvern ta' … tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002 (“il-Konvenzjoni”)

Limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi, eċċ.

[1.2.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà skond il-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx tal-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta,

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.3.]

Barra minn hekk, il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-paragrafi 2.1.1 u 2.2.2 tal-Konvenzjoni ta' Ateni mutatis mutandis, għal tali responsabbiltajiet.

[1.4.]

Ir-responsabbiltà tat-trasportatur prestanti skond l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni, ir-responsabbiltà tal-ħaddiema u l-aġenti tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni u l-limitu tal-aggregat tal-ammonti irkuprabbli skond l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni għandhom ikunu limitati bl-istess mod.

[1.5.]

Ir-riżerva u l-impenn fil-paragrafu 1.2 għandhom japplikaw tkun xi tkun il-bażi tar-responsabbiltà taħt il-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3 u minkejja kwalunkwe ħaġa għall-kuntrarju fl-Artikolu 4 jew 7 tal-Konvenzjoni; iżda din ir-riżerva u l-impenn ma jaffettwawx il-funzjoni tal-Artikoli 10 u 13.

Assigurazzjoni obbligatorja u limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-assiguraturi

[1.6.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita l-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4bis sabiex tinżamm assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx mill-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta,

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.7.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà tal-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja taħt il-paragrafu 10 tal-Artikolu 4bis, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, għal ammont massimu tal-ammont tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li t-trasportatur huwa meħtieġ li jżomm taħt il-paragrafu 1.6 ta' din ir-riżerva.

[1.8.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni inkluż l-applikazzjoni tal-klawsoli msemmijin fil-paragrafi 2.1 u 2.2 tal-Linji Gwida fir-rigward ta' kull assigurazzjoni obbligatorja taħt il-Konvenzjoni.

[1.9.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jeżenta lill-fornitur tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4bis minn kwalunkwe responsabbiltà li għaliha huwa ma jkunx daħal responsabbli.

Ċertifikazzjoni

[1.10.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li joħroġ ċertifikati ta' assigurazzjoni taħt il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni sabiex:

ikunu riflessi l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà u l-ħtiġiet għall-kopertura tal-assigurazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1.2, 1.6, 1.7 u 1.9; u

jiġu inklużi tali limitazzjonijiet, ħtiġiet u eżenzjonijiet oħrajn skond kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet tas-suq tal-assigurazzjoni fil-ħin tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

[1.11.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jaċċetta ċertifikati ta' assigurazzjoni maħruġin minn Stati Parti oħra skond riżerva simili.

[1.12.]

It-tali limitazzjonijiet, ħtiġiet u eżenzjonijiet kollha ser jiġu riflessi b'mod ċar fiċ-Ċertifikat maħruġ jew iċċertifikat skond il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni.

Relazzjoni bejn din ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni

[1.13.]

Id-drittijiet miżmumin minn din ir-riżerva għandhom ikunu eżerċitati b'kont debitament meħud tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, jew ta' kwalunkwe emenda tagħhom, bil-għan li tkun żgurata l-konformità. Jekk proposta biex jiġu emendati l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, inklużi l-limiti, tkun ġiet approvata mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, dawk l-emendi għamdhom japplikaw sa miż-żmien kif determinat mill-Kumitat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi internazzjonali rigward id-dritt ta' Stat li jirtira jew jemenda r-riżerva tiegħu.”

Linji ta' gwida

2.

Fl-istat preżenti tas-suq tal-assigurazzjoni, l-Istati Partijiet għandhom joħorġu ċertifikati ta' assigurazzjoni abbażi ta' impriża waħda minn assiguratur li jkopri riskji tal-gwerra, u assiguratur ieħor li jkopri riskji mhux tal-gwerra. Kull assiguratur għandu jkun responsabbli biss għall-parti tiegħu. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin (il-klawsoli msemmijin huma mniżżlin fl-Appendiċi A):

2.1.

L-assigurazzjoni tal-gwerra u dik mhux tal-gwerra jistgħu jkunu soġġetti għall-klawsoli li ġejjin:

2.1.1.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni tal-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimiċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 370);

2.1.2.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni minn Attakki Ċibernetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 380);

2.1.3.

Id-difiżi u l-limitazzjonijiet ta' fornitur ta' garanzija finanzjarja obbligatorja taħt il-Konvenzjoni kif immodifikata minn dawn il-linji gwida, b'mod partikolari l-limitu ta' 250 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

2.1.4.

Id-dispożizzjoni li l-assigurazzjoni għandha tkopri biss responsabbiltajiet soġġett għall-Konvenzjoni kif modifikata b'dawn il-linji gwida; u

2.1.5.

Id-dispożizzjoni li kwalunkwe ammont imħallas taħt il-Konvenzjoni għandu jservi biex inaqqas ir-responsabbiltà li fadal tat-trasportatur u/jew l-assiguratur taħt l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni anke jekk dan ma jitħallasx jew ma jintalabx mill-assiguraturi rispettivi tal-gwerra jew mhux tal-gwerra.

2.2.

L-assigurazzjoni tal-gwerra għandha tkopri ir-responsabbiltà, jekk ikun hemm, għat-telf imġarrab bħala riżultat tal-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri ikkawżat minn:

gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li jirriżultaw minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha,

ħtif, qbid, arrest, trażżin jew priġunerija, u l-konsegwenzi ta' dawn jew kwalunkwe attentat għal dan,

mini, torpidows, bombi abbandunati jew armi tal-gwerra oħra abbandunati,

att ta' kwalunkwe terrorist jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'mod malizzjuż jew b'motiv politiku u kwalunkwe att li jittieħed bħala prevenzjoni ta' kwalunkwe riskju tali jew bħala ġlieda kontrih,

konfiska u esproprjazzjoni,

u tista' tkun soġġetta għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-ħtiġiet li ġejjin:

2.2.1.

Klawsola għat-Tmiem u għall-Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

2.2.2.

Fil-każ li l-pretensjonijiet ta' passiġġieri individwali jeċċedu fl-aggregat is-somma ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur fi kwalunkwe okkażjoni distinta, it-trasportatur għandu jkun intitolat jinvoka limitazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu fl-ammont ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà, dejjem kemm-il darba:

dan l-ammont għandu jiġi distribwit fost il-pretendenti fi proporzjon għall-pretensjonijiet stabbiliti tagħhom,

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir f'porzjon wieħed jew aktar lill-pretendenti magħrufa fil-ħin tad-distribuzzjoni, u

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir mill-assiguratur, jew mill-Qorti jew awtorità kompetenti oħra meta titressaq quddiemha kwistjoni mill-assiguratur fi kwalunkwe Stat Parti li fih jiddaħħlu proċedimenti legali fir-rigward ta' pretensjonijiet allegatament koperti mill-assigurazzjoni.

2.2.3.

Klawsola ta' avviż ta' 30 ġurnata f'każijiet li mhumiex koperti minn 2.2.1.

2.3.

L-assigurazzjoni mhux tal-gwerra għandha tkopri l-perikli kollha soġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja minbarra dawk ir-riskji elenkati fi 2.2, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux soġġetti għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet jew il-ħtiġiet fi 2.1 u 2.2.

3.

Eżempju ta' sett ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) u ċertifikat tal-assigurazzjoni, li kollha jirriflettu dawn il-linji gwida, huma inklużi fl-Appendiċi B.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
APPENDIĊI A

KLAWSOLI MSEMMIJIN FIL-LINJI GWIDA 2.1.1, 2.1.2 U 2.2.1

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni tal-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Kl. 370, 10/11/2003)

Din il-klawsola għandha tkun tal-akbar importanza u għandha tipprevali fuq dak kollu li jinsab f'din l-assigurazzjoni li jkun inkonsistenti għaliha

1.

Din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara kkawżati direttament jew indirettament minn jew li ġew ikkontribwiti minn jew li joħorġu minn:

1.1.

radjazzjonijiet jonizzanti minn jew kontaminazzjoni permezz ta' radjoattività minn kwalunkwe karburant nukleari jew minn kwalunkwe skart nukleari jew mill-kombustjoni ta' karburant nukleari;

1.2.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet ta' periklu jew li jikkontaminaw oħrajn ta' kwalunkwe installazzjoni, reattur jew immuntar nukleari jew komponent nukleari tiegħu;

1.3.

kwalunkwe arma jew apparat ta' fissjoni atomika jew nukleari u/jew fużjoni jew forza jew sustanza reattiva jew radjoattiva oħra simili;

1.4.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet perikolużi jew li jikkontaminaw ta' kwalunkwe sustanza radjoattiva. L-esklużjoni f'din is-sub-klawsola ma testendix għal isotopi radjoattivi, minbarra karburant nukleari, meta tali isotopi jkunu qed jiġu ppreparati, jinġarru, jinħażnu, jew jintużaw għal finijiet kummerċjali, agrikoli, mediċi, xjentifiċi jew finijiet paċifiċi oħra;

1.5.

kwalunkwe arma kimika, bijoloġika, bijo-kimika, jew elettromanjetika.

Klawsola ta' Istituzzjoni ta' Attakk Ċibernetiku (Kl. 380, 10/11/2003)

1.

Soġġett għall-paragrafu 2 hawn taħt, din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri r-responsabbiltà jew l-ispiża għal ħsara u telf ikkawżata direttament jew indirettament minn jew ikkontribwita minn jew li toħroġ mill-użu jew l-operat, bħala mezz li jwassal għal ħsara, ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter, programm ta' software ta' kompjuter, kodiċi malizzjuż, virus jew proċess ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika.

2.

Fejn din il-klawsola hi endorsjata f'poloz li jkopru riskji ta' gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li joħorġu minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha, jew terroriżmu jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'motiv politiku, il-paragrafu 1 m'għandux jopera biex jeskludi telf (li kieku kien ikun kopert) li jirriżulta mill-użu ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter jew programm ta' software ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika oħra fis-sistema ta' llanċjar u/jew ta' gwida u/jew mekkaniżmu ta' sparar ta' kwalunkwe arma jew missila.

Tmiem u Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

1.1.   Tmiem Awtomatiku ta' Kopertura

Kemm jekk tali avviż ta' kanċellazzjoni ngħata u kemm jekk ma ngħatax il-kopertura ta' hawn taħt għandha TASAL FI TMIEMHA AWTOMATIKAMENT

1.1.1.

malli tfaqqa' gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.1.2.

fir-rigward ta' kwalunkwe bastiment, li f'konnessjoni miegħu tingħata kopertura hawn taħt, fil-każ li tali bastiment jiġi rekwiżizzjonat jew għat-titolu jew għall-użu.

1.2.   Gwerra tal-Ħames Potenzi

Din l-assigurazzjoni teskludi

1.2.1.

responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara li toħroġ minn malli tfaqqa' gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.2.2.

rekwiżizzjoni jew għat-titolu jew għall-użu.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
APPENDIĊI B

I.   Eżempji ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) imsemmijin fil-linja gwida 3

Blue Card maħruġa minn Assiguratur tal-Gwerra

Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skond l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Isem tal-Vapur: …

Numru ta' Identifikazzjoni IMO tal-Vapur: …

Port tar-reġistrazzjoni: …

Isem u Indirizz tas-sid: …

Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa l-ħtiġiet tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida blappendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]

Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta' Frar 2007

sa: 20 ta' Frar 2008

Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti 30 ġurnata ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt għandha tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan l-istess perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.

Date: …

Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn:

Firma tal-assiguratur

War Risks, Inc

[Indirizz]

Bħala aġent għal War Risks, Inc. biss

Blue Card maħruġa minn Assiguratur mhux tal-Gwerra

Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skond l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur: …

Numru ta' Identifikazzjoni IMO tal-Vapur: …

Port tar-reġistrazzjoni: …

Isem u Indirizz tas-sid: …

Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa l-ħtiġiet tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida blappendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]

Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta' Frar 2007

sa: 20 ta' Frar 2008

Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti 30 ġurnata ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt għandha tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan l-istess perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.

Date: …

Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn:

Firma tal-assiguratur

PANDI P&I

[Indirizz]

Bħala aġent għal PANDI P&I biss

II.   Mudell ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni msemmi fil-linja gwida 3

ĊERTIFIKAT TA' ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA' PASSIĠĠIERI

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur

Numru jew ittra distinti

Numru tal-identifikazzjoni tal-IMO tal-vapur

Port ta' Reġistrazzjoni

Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti

 

 

 

 

 

Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Tip ta' Garanzija …

Perijodu ta' Garanzija …

Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti

Il-kopertura tal-assigurazzjoni hawnhekk iċċertifikata hija maqsuma f'parti waħda ta' assigurazzjoni talgwerra u parti waħda ta' assigurazzjoni mhux tal-gwerra, skond il-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006. Kull waħda minn dawn il-partijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni hija soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni. L-assiguraturi m'humiex responsabbli in solidum. L-assiguraturi huma:

Għal riskji tal-gwerra: War Risks, Inc., [indirizz]

Għal riskji mhux tal-gwerra: Pandi P&I, [indirizz]

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa …

Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …

(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)

JEW

It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:

Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …(denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni)

Fi …Fi …

(Post) (Data)

(Firma u titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/213


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2008)0446

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) (5722/3/2008 — C6-0224/2008 — 2005/0238(COD))

2010/C 8 E/42

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5722/3/2008 — C6-0224/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu waqt l-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0588),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0208),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0335/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0238

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali tal-Istat tat-trasport marittimu (4), kienet sostanzjalment emendata bosta drabi. Ladarba ser isiru aktar emendi, din għandha tkun imfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Il-Komunità hija serjament imħassba dwar l-inċidenti relatati mat-trasport marittimu u tinġis tal-ibħra u l-kosti tal-Istati Membri.

(3)

Il-Komunità hija bl-istess mod mħassba dwar il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord ║.

(4)

Is-sikurezza, il-prevenzjoni ta' tinġis u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord jistgħu jittejbu bi tnaqqis drastiku ta' vapuri substandard minn ibħra tal-Komunità, billi tapplika b'mod strett Konvenzjonijiet u kodiċijiet internazzjonali, u riżoluzzjonijiet.

(5)

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, li fir-regolament 5.2.1. tagħha tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi tal-Istat tal-port.

(6)

L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-responsabilità tat-test rekapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Imternazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responabbiltà għal Talbiet Marittimi, kif emendata bil-protocol tal-1996 (il-Konvenzjoni tal-1996). Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża C-188/07 (5), jidher li l-kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart jaqa' taħt il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (6) u fid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (7), u dan jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet.

(7)

Il-monitoraġġ tal-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni tat-tinġis u għall-kondizzjoniiet ta' għajxien u tax-xogħol abbord huma l-aktar ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera. B'serħan, kif adatt, fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti, l-Istat tal-bandiera jiggarantixxi bis-sħiħ il-kompletezza u l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imwettqin biex jinħarġu ċ-ċertifikati rilevanti. Iż-żamma tal-kondizzjoni tal-vapur u t-tagħmir tiegħu wara stħarriġ biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet applikabbli għall-vapur hija responsabbiltà tal-kumpanija tal-vapur. Madankollu, kien hemm nuqqas serju min-naħa ta' numru ta' Stati tal-bandiera biex jimplimentaw u jinforzaw standards internazzjonali. Minn issa 'l quddiem, bħala t-tieni linja ta' difiża kontra tbaħħir substandard, il-monitoraġġ ta' konformita mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni ta' tinġis u għall-kondizzjonijiet tal-għixien u tax-xogħol abbord għandu wkoll jiġi żgurat mill-Istat tal-port, waqt li jkun rikonoxxut li l-ispezzjoni ta' kontroll mill-Istat tal-port mhijiex stħarriġ u l-formoli rilevanti tal-ispezzjoni mhumiex ċertifikati ta' adegwatezza għall-baħar.

(8)

Approċċ armonizzat għal infurzar effettiv ta' dawn l-istandards internazzjonali mill-Istati Membri dwar vapuri li jbaħħru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jużaw il-portijiet tagħhom għandhom jevitaw tgħawwiġ tal-kompetittività.

(9)

L-industrija tat-trasport marittimu hija vulnerabbli għal atti ta' terroriżmu. Għandhom ikunu effettivament implimentati miżuri ta' sigurtà fit-trasport u l-Istati Membri għandhom jivverifikaw vigorożament il-konformità ma'regoli tas-sigurtà billi jwettqu verifiki għas-sigurtà.

(10)

Għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza gwadanjata waqt l-operazzjoni tal-Memorandum ta' Pariġi ta' Ftehim fuq Kontroll tal-Istat tal-port (MOU ta' Pariġi), iffirmat f'Pariġi fis-26 Jannar 1982.

(11)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta' Ġunju 2002 (8), għandha tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti u effettiva tas-sistema ta' kontroll tal-Istat tal-port. L-AESM għandha partikolarment tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet stabbilita skont din id-Direttiva u għal skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port mill-Istati Membri.

(12)

Reġim effiċjenti ta' kontroll mill-Istat tal-port għandu jfittex li jiżgura li l-vapuri kollha li jżuru port fl-Unjoni Ewropea jkunu spezzjonati regolarment. L-ispezzjoni għandha tikkonċentra fuq vapuri substandard, waqt li l-vapuri ta' kwalità, jiġifieri dawk li għandhom reġistrazzjonijiet ta' spezzjoni sodisfaċenti jew li jtajru l-bandiera ta' Stat li jikkonforma mal-Iskema Volontarja ta' Awditjar ta' Stat Membru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), għandhom ikunu ppremjati billi jsirulhom spezzjonijiet inqas frekwenti. Dawn l-arranġamenti l-ġodda rigward l-ispezzjonijiet għandhom ikunu inkorporati fir-reġim ta' kontroll Komunitarju tal-Istat tal-port ladarba d-diversi aspetti tiegħu jkunu definiti u abbażi ta' skema ta' kondiviżjoni tal-ispezzjonijiet fejn kull Stat Membru jikkontribwixxi ġustament għall-kisba tal-objettiv Komunitarju ta' skema ta' spezzjoni komprensiva. Barra minn hekk, l-Istati membri għandhom jirreklutaw u jżommu n-numru meħtieġ ta' persunal, inklużi spetturi kwalifikati, b'kont meħud tal-volum u l-karatteristiċi tat-traffiku tal-bastimenti f'kull port.

(13)

Ir-reġim tal-ispezzjonijiet stabbilit permezz ta' din id-Direttiva jieħu kont tal-ħidma mwettqa mill-MOU ta' Pariġi. Ladarba kwalunkwe żvilupp li jirriżulta mill-MOU ta' Pariġi għandu jinqabel f'livell Komunitarju qabel ma jsir applikabbli fl-UE, għandha tkun stabbilita u miżmuma koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-MOU ta' Pariġi sabiex tiffaċilita kemm jista' jkun il-konverġenza.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta' Pariġi. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tinkorpora data għall-ispezzjonijiet ta' Istati membri u l-Istati Partijiet kollha għall-MOU ta' Pariġi. Sa meta s-sistema ta' informazzjoni marittima Komunitarja, is-SafeSeaNet, issir operattiva għal kollox u tippermetti reġistrazzjoni awtomatika tad-data rigward iż-żjarat tal-vapuri fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura monitoraġġ adatt tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari rigward il-movimenti tal-vapuri. Abbażi tad-data għall-ispezzjonijiet pprovduta mill-Istati membri, il-Kummissjoni għandha tirtira data mill-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet dwar il-profil ta' riskju tal-vapuri, dwar vapuri li waslu għal spezzjoni u, dwar il-moviment tal-vapuri u għandha tikkalkula l-impenji għall-ispezzjonijiet għal kull Stat Membru. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha ukoll jkollha l-kapaċità li tkun interattiva ma' sistemi Komunitarji oħra li jirrigwardaw is-sigurta' marittima.

(15)

L-Istati Membri għandhom jidħlu għal impenn li jirrevedu l-metodu għall-istabbiliment tal-lista bajda, griża, u sewda tal-Istati tal-bandiera tal-MOU ta' Pariġi sabiex jiżguraw li din tkun ġusta partikolarment fit-trattament tal-Istati tal-bandiera bi flotot żgħar.

(16)

Ir-regoli u proċeduri għal spezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port, inklużi kriterji għad-detenzjoni tal-vapuri, għandhom ikunu armonizzati biex jassiguraw effiċjenza konsistenti fil-portijiet kollha, li tnaqqas radikalment ukoll l-użu selettiv ta' ċertu portijiet ta' destinazzjoni biex tevita x-xibka ta' kontroll xieraq.

(17)

L-ispezzjonijiet perijodiċi u addizzjonali għandhom jinkludu eżami ta' setturi preidentifikati għal kull vapur li se jvarjaw skont it-tip ta' vapur, it-tip ta' spezzjoni u s-sejbiet tal-ispezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port preċedenti. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tindika l-elementi biex ikunu identifikati s-setturi ta' riskju li għandhom jiġu kkontrollati f'kull spezzjoni.

(18)

Ċerti kategoriji ta' vapuri jippreżentaw perikolu maġġuri ta' aċċident jew tinġis meta jilħqu ċertu età u għandhom għalhekk ikunu soġġetti għal spezzjoni estiża. Id-dettalji ta' tali spezzjonijiet estiżi għandhom ikunu speċifikati.

(19)

Skont ir-reġim ta' spezzjoni l-ġdid stabbilit minn din id-Direttiva, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi fuq il-vapuri jiddependu mill-profil ta' riskju tagħhom li huwa determinat minn ċerti parametri ġeneriċi u storiċi. Għal vapuri b'riskju għoli dan l-intervall m'għandux jisboq is-sitt xhur.

(20)

Ċerti vapuri jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kondizzjoni fqira, il-bandiera u l-istorja tagħhom. Għalhekk għandu jiċċaħħad l-aċċess ta' dawn il-vapuri għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji, sakemm ma jkunx jista' jintwera li dawn jistgħu joperaw b'sikurezza fl-ibħra Komunitarji. Għandhom jiġu stabbiliti linji gwida li jistipulaw il-proċeduri applikabbli f'każ li tidħol fis-seħħ, jew titneħħa, projbizzjoni fuq l-aċċess ta' dan it-tip. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-vapuri li jinċaħdilhom l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji għandha ssir pubblika.

(21)

Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż fuq ċerti amministrazzjonijiet u kumpaniji bi spezzjonijiet ripetuti, stħarriġ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (9), imwettaq fuq laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u li jinkludi tal-inqas l-elementi kollha ta' spezzjoni mwessgħa għandu jkun ikkunsidrat meta jkunu kalkolati l-profil tar-riskju ta' vapur, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u t-twettiq tal-impenn tal-ispezzjoni ta' kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex adatt li d-Direttiva 1999/35/KE tiġi emendata fil-futur bil-ħsieb li jitjieb il-livell tas-sikurezza meħtieġ għall-operat tal-laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri lejn u minn portijiet tal-Istati Membri.

(22)

In-non-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet rilevanti għandha tiġi retifikata. Il-vapuri li jeħtieġu li jkunu soġġetti għal azzjoni korrettiva għandhom, fejn in-nuqqasijiet osservati huma b'mod ċar ta' periklu għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, jinżammu sa meta jkunu irranġati n-nuqqasijiet.

(23)

Għandu jkun disponibbli dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jħallux li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti.

(24)

L-awtoritajiet u l-ispetturi involuti fl-attivitajiet ta' kontroll tal-Istat tal-port m'għandu jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess mal-port tal-ispezzjoni jew mal-vapuri spezzjonati jew interessi relatati. L-ispetturi għandhom ikunu kwalifikati adegwatament u għandhom jirċievu t-taħriġ adegwat biex iżommu u jtejbu l-kompetenza tagħhom waqt l-ispezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta' skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-ispetturi.

(25)

Il-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jipprovdu informazzjoni utli dwar l-anomaliji li jinstabu abbord vapuri.

(26)

Ilmenti minn persuni b'interess leġittimu rigward il-kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Kwalunkwe persuna li tressaq ilment għandha tkun infurmata bl-azzjoni ta' segwitu mogħtija lil dak l-ilment.

(27)

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u awtoritajiet oħra jew organizzazzjonijiet hija neċessarja biex jiġi żgurat segwitu effettiv dwar vapuri b'nuqqasijiet, li ġew permessi jipproċedu, u għat-tpartit ta' informazzjoni dwar vapuri fil-port.

(28)

Billi l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet hija parti essenzjali mill-kontroll mill-Istat tal-port, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hija tkun aġġornata fid-dawl tal-ħtiġiet Komunitarji.

(29)

Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar vapuri u l-operaturi jew il-kumpaniji tagħhom li ma josservawx standards internazzjonali dwar is-sikurezza, is-saħħa u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tista' tkun deterrent effettiv li taqta' qalb il-baħħara milli jużaw dawn il-vapuri u inċentiv għas-sidien biex jieħdu azzjoni korrettiva. Rigward l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta' Pariġi u tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ppubblikata sabiex tkun evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti darba biss.

(30)

L-ispejjeż kollha tal-ispezzjoni ta' vapuri li ħaqqhom ikunu detenuti, u dawk li jsiru biex titneħħa ċaħda ta' aċċess, għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (10).

(32)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi ulterjuri għal konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati magħha u li tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għad-dispożizzjonijet tal-Artikoli 7 u 9. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33)

Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis ta' tbaħħir substandard fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri permezz ta' titjib tas-sistema ta' spezzjoni tal-Komunità għal vapuri li jbaħħru u l-iżvilupp tal-mezzi biex tittieħed azzjoni preventiva fil-qasam tat-tinġis tal-ibħra, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(34)

L-obbligu li din id-Direttiva tkun trasposta fil-liġi nazzjonali għandu għalhekk ikun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabblin mad-Direttiva 95/21/KE. L-obbligu ta' traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta minn dik id-Direttiva.

(35)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.

(36)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (11), l-Istati Membri huma inkoraġġuti biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess, li juru, safejn huwa possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi.

(37)

Sabiex ma jkunx impost piż amminstrattiv disproporzjonat fuq Stati Membri mdawrin bl-art, regola de minimis għandha tippermetti lil tali Stati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jfisser li tali Stati Membri, sakemm jilħqu ċertukriterji, mhumiex obbligati li jittrasponu din id-Direttiva.

(38)

Sabiex jittieħed kont tal-fatt illi d-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi jappartjenu għal żona ġeografika differenti, huma fil-biċċa l-kbira Partijiet għal memoranda oħra reġjonali tal-kontroll tal-Istat tal-port li mhumiex il-MOU ta' Pariġi u għandhom ċirkolazzjoni tat-traffiku limitati ħafna mal-Ewropa kontinetali, l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu permessi li jeskludu dawk il-portijiet mis-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port applikata fil-Komunità,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tgħin biex jitnaqqas drastikament tbaħħir substandard fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, billi:

a)

tiżdied il-konformità mal-leġislazzjoni internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord vapuri tal-bnadar kollha;

b)

jiġu stabbiliti kriterji komuni għal kontroll ta' vapuri mill-Istat tal-port u proċeduri ta' armonizzazzjoni dwar spezzjoni u detenzjoni, u, bi zvilupp fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza fil-MOU ta' Pariġi;

c)

tiġi implimentata fil-Komunità ║sistema ta' kontroll tal-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta' Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tar-riskju tagħhom, fejn vapuri li jippreżentaw riskju ogħla għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni b'akbar reqqa u mwettqa f'intervalli aktar frekwenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijet li ġejjin:

1)

“Konvenzjonijiet” tfisser il-Konvenzjonijiet li ġejjin, bil-Protokolli u l-emendi tagħhom u kodiċijiet relatati ta' status mandatorju, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

a)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji ta' Merkanzija, 1966 (LL 66);

b)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74);

c)

il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tinġis mill-Vapuri, 1973, u l-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL 73/78);

d)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Manutenzjoni tal-Għassa għall-Baħħara, 1978 (STCW 78);

e)

il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72);

f)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Vapuri, 1969 (ITC 69);

g)

il-Konvenzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (ILO No 147);

h)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92).

2)

“Il-MOU ta' Pariġi” tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll tal-Istat tal-Port, iffirmat f'Pariġi fis-26 ta' Jannar 1982, fil-verżjoni aġġornata tiegħu.

3)

“Il-qafas u l-proċeduri tal-Iskema ta' Verifika Volontarja tal-Istat Membru tal-IMO” tfisser ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-IMO A.974(24).

4)

“Reġjun tal-MOU ta' Pariġi” tfisser iż-żona ġeografika li fihom l-Istati Partijiet għall-MOU ta' Pariġi jwettqu spezzjonijiet fil-kuntest tal-MOU ta' Pariġi.

5)

“Port” tfisser zona ta' art u ilma b'infrastruttura u makkinarju li jippermettu, prinċipalment, id-dħul tal-vapuri, it-tagħbien u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, il-wasla u l-kunsinna tagħha, kif ukoll l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri.

6)

“Vapur” tfisser kull bastiment li jbaħħar li għalih tapplika waħda jew iktar mill-Konvenzjonijiet, li jtajjar bandiera barra minn dik tal-Istat tal-port.

7)

“Ir-relazzjoni vapur/port” tfisser l-interazzjonijiet li jseħħu meta vapur ikun direttament u minnufih affettwat minn azzjonijiet li jinvolvu l-moviment ta' persuni jew oġġetti jew id-dispożizzjoni ta' servizzi portwali lejn jew mill-vapur.

8)

“Vapur ankrat” tfisser vapur f'port jew żona oħra fil-ġurisdizzjoni ta' xi port iżda mhux irmiġġat, li qed iwettaq relazzjoni vapur/port.

9)

“Spettur” tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu spezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti.

10)

“Awtorità kompetenti” tfisser awtorità marittima responsabbli għall-kontroll tal-Istat tal-port skont din id-Direttiva.

11)

“Awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima”' tfisser awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima kif definita fil-punt 7 tal-Artikolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-vapuri u fil-portijiet (12).

12)

“Spezzjoni inizjali” tfisser żjara abbord vapur minn spettur, sabiex tkun ikkontrollata l-konformità mal-Konvenzjonijiet u r-regolamenti rilevanti u tinkludi tal-inqas il-kontrolli meħtieġa mill-Artikolu 13(1).

13)

“Spezzjoni aktar dettaljata” tfisser spezzjoni fejn il-vapur, it-tagħmir u l-ekwipaġġ tiegħu fis-sħuħija tagħhom jew, kif xieraq, partijiet minmhom ikunu soġġetti, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 13(3) għal eżami dettaljat li jkopri l-kostruzzjoni tal-vapur, tagħmir, persunal, kondizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol u l-konformità ma' proċeduri operazzjonali ta' abbord.

14)

“Spezzjoni estiża” tfisser spezzjoni li tkopri bħala minimu l-oġġetti elenkati fl-Anness VII. Spezzjoni estiża tista' tinkludi spezzjoni aktar dettaljata fejn hemm raġunijiet ċari skont l-Artikolu 13(3).

15)

“Ilment” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika b'interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f'perikli ta' sikurezza jew ta' saħħa għall-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis.

16)

“Detenzjoni” tfisser il-projbizzjoni formali ta' vapur milli jipproċedi lejn il-baħar minħabba nuqqasijiet stabbiliti, li, individwalment jew flimkien, jagħmlu lill-vapur mhux tajjeb għat-tbaħħir.

17)

Ordni ta' rifjut għal aċċess” tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta' vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha .

18)

“Twaqqif ta' operazzjoni” tfisser projbizzjoni formali għal vapur milli jkompli b'operazzjoni minħabba nuqqasijiet stabbiliti li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni perikoluża.

19)

“Kumpanija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer, jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ta' Ġestjoni Internazzjonali tas-Sikurezza (ISM).

20)

“Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser kumpanija għall-klassifikazzjoni jew korp privat ieħor, li jwettaq kompiti statutorji f'isem amministrazzjoni ta' Stat tal-bandiera.

21)

“Ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skont il-Konvenzjonijiet.

22)

“Ċertifikat ta' klassifikazzjoni” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkonferma l-konformità mas-SOLAS 74, Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1.

23)

Ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet” tfisser is-sistema ta' informazzjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità u li tinkludi d-data relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa fir-reġjun ta' MOU ta' Pariġi.

24)

“Il-Konvenzjoni tal-1996”għandha tfisser it-test rikapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità għal Talbiet Marittimi, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif emendata mill-protokoll tal-1996.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f'port jew f'ankraġġ ta' Stat Membru biex jiġi impenjat f'relazzjoni vapur/port.

Franza tista' tiddeċiedi li l-portijiet koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet li jinsabu fid-dipartiment extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Meta Stat Membru jwettaq spezzjoni fuq vapur fl- ilmijiet territorjali tiegħu, iżda barra minn ▐ port, din il-proċedura għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta' intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti.

L-Istati Membri li m'għandhomx portijiet marittimi jista' jkollhom id-dritt għal deroga mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3), għandha tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' deroga.

2.   Meta t-tunnellaġġ gross ta' vapur huwa ta' inqas minn 500, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-ħtiġiet ta' Konvenzjoni rilevanti li huma applikabli u safejn ma tapplikax Konvenzjoni, jieħdu dawk l-azzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-vapuri konċernati mhumiex kjarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent. Fl-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu gwidati minn Anness 1 għall-MOU ta' Pariġi.

3.   Meta jispezzjonaw vapur li qiegħed ittajjar bandiera ta' Stat li ma jkunx parti għal xi waħda mill-Konvenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trattament ta' dan il-vapur u l-ekwipaġġ tiegħu ma jkunx aktar favorevoli minn dak ta' vapur li jtajjar bandiera ta' Stat parti f'dik il-Konvenzjoni.

4.   Bastimenti tas-sajd, vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri b'binja primittiva użati għal skopijiet mhux kummerċjali u jottijiet tad-divertiment li mhumiex użati għan-negozju jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Setgħat tal-ispezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu legalment f'pożizzjoni li jwettqu l-ispezzjonijet imsemmija f'din id-Direttiva abbord vapuri barranin f'konformità mal-liġi internazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm awtoritajiet kompetenti, li lilhom għandu jiġi assenjat in- numru meħtieġ ta' persunal, anke permezz ta' reklutaġġ, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri u għandhom jieħdu dawk il-miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-ispetturi jwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f'din id-Direttiva u partikolarment li huma disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa skont din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet relattivi għal-limitazzjoni tar-responsabilità tal-Konvenzjoni tal-1996.

Il-prinċipju ta' kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart li jaqa' taħt il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” imfisser fid-Direttiva 75/442/KEE u fid-Direttiva 2004/35/KE jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk previsti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Reġim ta' spezzjoni u impenn annwali ta' spezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skont l-iskema għas-selezzjoni deskritta fl-Artikolu 12 u d-dispożizzjonijiet fl-Anness I.

2.   Sabiex ikun konformi mal-impenn annwali ta' spezzjoni, kull Stat Membru għandu

a)

jispezzjona l-vapuri ta' Prijorità I, kif imsemmi fl-Artikolu 12(a), li jidħlu fil-portijiet jew l-ankraġġi tiegħu, u

b)

iwettaq annwalment għadd totali tal-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta' Prijorità I u ta' ta' Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 11(a) u (b), li jikkorrispondi tal-inqas ma' sehmu min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi. Is-sehem ta' spezzjonijiet ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' vapuri individwali li jżuru l-portijiet jew l-ankraġġi tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta' vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet jew fl-ankraġġi ta' kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi.

3.   Bil-ħsieb li jkun kalkulat is-sehem min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi msemmi fil-punt (b) ta' paragrafu 2, il-vapur ankrati m'għandhomx jingħaddu jekk mhuwiex speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 7

Konformità mar-reġim ta' spezzjoni

B'konformità mal-Artikolu 5, kull Stat Membru għandu:

a)

jispezzjona l-vapuri ta' Prijorità I kollha , kif imsemmi fl-Artikolu 12(a), li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu, u

b)

kull sena jwettaq numru totali ta' spezzjonijiet ta' vapuri ta' Prijorità I u II, kif imsemmi fl-Artikolu 12(a) u (b), li jkun jikkorrispondi talanqas għall-obbligi tiegħu ta' spezzjonijiet annwali.

Artikolu 8

Ċirkustanzi li fihom ċerti vapuri ma jkunux spezzjonati

1.    Fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta' vapur ta' Prijorità I ▐:

i)

jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port jew ankraġġ ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx jaqbeż il- 15-il jum, jew

ii)

jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq f'port ta' żjara ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi fi żmien 15-il jum, kemm-il darbal-Istat li fih jinsab dak il-port ta' żjara ma jkunx qabel ▐ li jwettaq l-ispezzjoni.

Jekk spezzjoni tkun posposta iżda ma titwettaqx skont il-punti (i) u (ii) u ma tkunx irreġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, hija għandha tingħadd bħala spezzjoni maqbuża kontra l-Istat Membru li ppospona l-ispezzjoni.

2.    Fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, spezzjoni li ma titwettaqx fuq vapuri ta' Prijorità I għal raġunijiet operattivi, ▐ m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża ║ sakemm r-raġuni għaliex inqabżet l-ispezzjoni tkun reġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, u▐ fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar.

3.   Jekk spezzjoni ma titwettaqx fuq vapur ankrat, hija m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża , sakemm, jekk ikun japplika il-punt (ii), ir-raġuni li għaliha ma tkunx saret l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fil-ġabra ta' data tal-ispezzjonijiet, u jekk:

i)

il-vapur ikun spezzjonat f'port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi skont l-Anness II fi żmien 15-il jum, jew

ii)

fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar ▐.

4.   Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, relatati mar-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 31(3).

Artikolu 9

Notifika ta' wasla ta' vapuri

1.   L-operatur, aġent jew kaptan ta' vapur, li skont l-Artikolu 14 huwa eliġibbli għal spezzjoni estiża u li sejjer f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu fl-ewwel port jew ankraġġ li jżur fil-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tal -Anness III.

2.   Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (13), l-awtorità tal-port ikkonċernata għandha tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti , kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-portijiet jew l-ankraġġi li bastiment iżur wieħed wara l-ieħor fil-Komunità .

3.    Għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għall-finijiet ta' kwalunkwe komunikazzjoni prevista f'dan l-Artikolu. Mezzi oħra ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw biss meta l-mezzi elettroniċi ma jkunux disponibbli.

4.   Il-proċeduri u l-formati żviluppati minn Stati Membri għall-implimentazzjoni tal-Anness III għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/59/KE ▐.

Artikolu 10

Profil ta' riskju tal-vapuri

1.   Fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, il-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta' Stat Membru, għandhom jingħataw profil ta' riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet.

2.   Il-profil tar-riskju ta' vapur għandu jiġi determinat b'kombinazzjoni ta' parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:

(a)

Parametri ġeneriċi

Il-parametri ġeneriċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazjonijiet rikonoxxuti involuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija skont l-Anness I il-parti I.1 u l-Anness II.

(b)

Parametri storiċi

Il-parametri storiċi għandhom ikunu bbażati fuq in-numru ta' nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skont l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II.

3.    Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatarija bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 31(3), ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tispeċifika b'mod partikolari:

il-valuri attribwiti għal kull parametru ta' riskju,

it-taħlita ta' parametri ta' riskju li jikkorrispondu għal kull livell tal-profil tar-riskju ta' vapur,

il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kriterji tal-Istat tal-bandiera msemmija fl-Anness I parti I.1 punt (c) (iii) dwar id-dimostrazzjoni ta' konformità mal-istrumenti relevanti.

Artikolu 11

Frekwenza ta' spezzjonijiet

║ Il-vapuri li jżuru portijiet jew ankraġġi Komunitarji għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:

(a)

Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi f'intervalli predeterminati skont il-profil tar-riskju tagħhom skont l-Anness I il-parti I. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perjodiċi ta' vapuri b'riskju għoli m'għandux jaqbeż is-sitt xhur .

(b)

Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet addizzjonali kif ġej irrispettivament mill-perijodu li jkun għadda mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom ║:

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi prominenti elenkati fl-Anness I il-parti II 2A għandhom ikunu spezzjonati.

Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin elenkati fl-Anness I il-parti II 2B jistgħu jiġu spezzjonati. Id-deċiżjoni biex issir tali spezzjoni addizzjonali titħalla għall-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 12

Għażla ta' vapuri għal spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri jkunu magħżulin għal spezzjoni abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom kif deskritt fl-Anness I il-parti I u fejn ifiġġu fatturi prominenti jew mhux mistennijin skont l-Anness I il-parti II 2A u 2B.

Bil-ħsieb tal-ispezzjoni ta' vapuri, l-awtorità kompetenti:

a)

għandha tagħżel vapuri li waslu għal spezzjoni mandatorja, imsemmijin bħala vapuri ta' “Prijorità I”, skont l-iskema ta' għażla deskritta fl-Anness I il-parti II 3A.

b)

tista' tagħżel liema vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni, imsemmijin bħala vapuri ta' “Prijorità II”, skont l-Anness I il-parti II 3B.

Artikolu 13

Spezzjonijiet inizjali u aktar dettaljati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vapuri magħżulin għal spezzjoni skont l-Artikolu 12 huma soġġetti għal spezzjoni inizjali jew spezzjoni aktar dettaljata kif ġej:

1.

Ma' kull spezzjoni inizjali ta' vapur, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispettur, bħala minimu:

a)

jikkontrolla ċ-ċertifikati u d-dokumenti elenkati fl-Anness IVmeħtieġa li jinżammu abbord skont il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-Konvenzjonijiet marbutin mas-saħħa u s-sigurtà;

b)

jivverifika, fejn adatt, jekk nuqqasijiet prominenti misjuba waqt l-ispezzjoni preċedenti mwettqa minn Stat Membru ieħor jew minn Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi ġewx rettifikati;

c)

ikun sodisfatt bil-kondizzjoni in ġenerali tal-vapur, inkluża l-iġjene tal-vapur, u l-kamra tal-magna u l-akkomodazzjoni.

2.

Meta, wara spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, in-nuqqasijiet li jridu jiġu rettifikati fl-ewwel port li jidħol fih kienu reġistrati fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta' dan l-ewwel port li jidħol fih tista' tiddeċiedi li ma twettaqx il-verifiki msemmijin fil-paragrafu 1(a) u (ċ).

3.

Għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata, inkluż aktar kontroll ta' konformità mal-ħtiġiet operattivi ta' abbord, kull meta hemm raġunijiet biex taħseb, wara l-ispezzjoni riferuta fil-paragrafu 1, li l-kondizzjoni tal-vapur jew ta' tagħmir tiegħu jew ekwipaġġ ma jissodisfax sostanzjalment il-ħtiġiet rilevanti ta' waħda mill-Konvenzjonijiet.

“Raġunijiet ċari” għandhom jeżistu meta l-ispettur isib evidenza li fil-ġudizzju professjonali tiegħu teħtieġ spezzjoni aktar dettaljata tal-vapur, it-tagħmir jew l-ekwipaġġ tiegħu.

Eżempji ta' “raġunijiet ċari” huma stabbiliti fl-AnnessV.

Artikolu 14

Spezzjonijiet estiżi

1.   Il-kategoriji li ġejjin ta' vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni estiża skont l-Anness I il-parti II 3A u 3B:

Vapuri bi profil għoli ta' riskju,

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew kimiċi jew trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena,

Vapuri bi profil ta' riskju għoli jew vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew tal-kimiki jew trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena, li jippreżentaw fatturi spikkanti jew mhux mistennijin,

Vapuri soġġetti għal rispezzjoni wara ċaħda ta' ordni ta' aċċess maħruġa skont l-Artikolu 16.

2.    L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda tal-operat biex l-ispezzjoni estiża tkun tista' titwettaq .

Bla ħsara għall-miżuri ta' kontroll meħtieġa għal finijiet ta' sigurtà, il-vapur għandu jibqa' fil-port sakemm titlesta l-ispezzjoni.

3.     Meta tirċievi prenotifika fornuta minn vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perjodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkun se titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.

4.    Il-fini ta' spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta' riskju li għandhom ikunu koperti, huwa mniżżel fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Anness VII.

Artikolu 15

Linji gwida u proċeduri għas-sikurezza u s-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom isegwu l-proċeduri u l-linji gwida speċifikati fl-Anness VI.

2.   Rigward il-kontrolli tas-sigurta', l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri rilevanti stabbiliti fl-Anness VI ta' din id-Direttiva għall-vapuri kollha msemmijin fl-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 li jżuru l-portijiet tagħhom, ħlief jekk dawn itajru l-bandiera tal-Istat tal-port tal-ispezzjoni.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva rigward spezzjonijiet estiżi għandhom japplikaw għal laneċ ro-ro u biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 2 a) u b) tad-Direttiva 1999/35/KE.

Meta vapur ikun ġie sorveljat skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 1999/35/KE minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-vapur, dak l-istħarriġ speċifiku għandu jiġi reġistrat bħala spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, kif rilevanti, fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u meħud kont tiegħu għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 ta' din id-Direttiva u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru sakemm ikunu koperti l-punti kolha msemmijin fl-Anness VIII.

Mingħajr preġudizzju għal prevenzjoni ta' operat ta' lanċa ro-ro jew ta' biċċa tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri deċiża skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/35/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward rettifikazzjoni ta' nuqqasijiet, detenzjoni, u ċaħda ta' aċċess, segwitu ta' spezzjonijiet, detenzjonijiet u ċaħda ta' aċċess, skont kif jixraq, għandhom japplikaw.

4.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta r-regoli meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Miżuri ta' ċaħda ta' aċċess għal ċerti vapuri

1.    Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(6), Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe ║vapur li jissodisfa l-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu ma jitħalliex jidħol fil-portijiet u fl-ankraġġi tiegħu jekk il-vapur:

ibaħħar taħt bandiera ta' Stat li jinsab fuq il-lista s-sewda jew il-lista griża, kif adottati mill- MOU ta' Pariġi abbażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u

ikun inżamm jew ikun inħariġlu ordni ta' prevenzjoni ta' ordni ta' operat skont id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn fis-36 xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi,

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-listi ddefiniti mill-MOU ta' Pariġi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju ta' kull sena.

L-ordni ta' ċaħda ta' aċċess għandu jitneħħa biss wara perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ħruġ tal-ordni u meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 10 tal-Anness VIII.

Jekk il-vapur ikun suġġett għat-tieni ċaħda ta' aċċess, il-perjodu għandu jiżdied għal tnax-il xahar. Kwalunkwe żamma sussegwenti minn port Komunitarju għandha tirriżulta f'ċaħda permamenti ta' aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ għall-vapur fil-Komunità.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Ir-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan

Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skont l-Anness IX. Il-Kaptan tal-vapur għandu jingħata kopja tar-rapport tal-ispezzjoni.

Artikolu 18

Ilmenti

L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni inizjali ta' malajr mill-awtorità kompetenti. Din l-evalwazzjoni tippermetti li jkun iddeterminat jekk ilment huwiex iġġustifikat, speċifiku u b'bażi evidenti .

Jekk dak ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa dwar l-ilment. B'mod partikulari, għandha tiżgura li l-kaptan, is-sid tal-vapur u kwalunkwe persuna oħra kkonċernata direttament mill-ilment, inkluż min iressaq l-ilment, ikollhom il-possibilità li jressqu l-fehmiet tagħhom.

Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-ilment huwa manifestament bla bażi, hija għandha tinforma lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għaliha.

L-identità tal-persunali tilmenta m'għandhiex tkun mikxufa lill-kaptan jew lil sid il-vapur tal-vapur ikkonċernat. L-ispettur għandu jiżgura l-kunfidenzjalità waqt kwalunkwe kollokji magħmulin lill-membri tal-ekwipaġġ.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera b'kopja lill-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol (ILO) jekk adatt, ta' ilmenti li ma jkunux manifestament bla bażi u b'azzjonijiet ta' segwitu meħudin.

Artikolu 19

Rettifikazzjoni u detenzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull nuqqas ikkonfermat jew mikxuf mill-ispezzjoni msemmija, ġie jew sa jiġi, rretifikat skont il-Konvenzjonijiet.

2.   F'każ ta' nuqqasijiet illi diġà huma perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port fejn qiegħed jiġi spezzjonat il-vapur għandha tiżgura li l-vapur miżmum jew li l-operazzjoni li matulha ġew irrappurtati n-nuqqasijiet twaqqfet. L-ordni ta' detenzjoni jew twaqqif ta' operazzjoni ma tiqafx sakemm jitneħħa l-perikolu jew sakemm din l-awtorità tista' tistabbilixxi illi l-vapur jista' jkun soġġett għal kondizzjonijiet meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil vapuri oħra, jew mingħajr ma hemm theddida mhux raġjonevoli lill-ambjent tal-baħar.

3.   Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness X.

4.   Jekk l-ispezzjoni turi li l-vapur mhuwiex mgħammar b'reġistratur, tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li jkun jiffunzjona meta l-użu ta' tali reġistratur huwa obbligatorju skont id-Direttiva 2002/59/KE, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapur jinżamm.

Jekk tali nuqqas ma jkunx jista' jiġi rettifikat malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista' jew tippermetti li l-vapur jipproċedi għall-baċir adatt għat-tiswija li jkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn dan jista' jiġi rettifikat mill-aktar fis jew tesiġi li n-nuqqas jiġi rettifikat matul perijodu massimu ta' 30 jum, kif previst fil-linji gwida żviluppati fil-MOU ta' Pariġi. Għal dawn il-finijiet għandhom jgħoddu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.   F'ċirkostanżi eċċezzjonali, fejn il-kondizzjoni tal-vapur inġenerali hija ovvjament sottostandard, l-awtorità kompetenti tista' tissospendi l-ispezzjoni ta' dak il-vapur sakemm il-partijiet responsabbli jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li tkun konformi ma' rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjonijiet.

6.   Fl-eventwalità ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport tal-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jew, meta dan ma jkunx possibbli, il-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta' dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li minħabba fihom tkun qieset li l-intervent kien meħtieġ. B'żieda ma' dan, periti maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassifikazzjoni jew ċertifikati statutorji skont il-Konvenzjonijiet għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dan huwa rilevanti.

7.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Konvenzjonijiet li jikkonċernaw proċeduri ta' notifikazzjoni u rappurtaġġ dwar kontroll tal-Istat tal-port.

8.   Meta l-kontroll tal-Istat tal-port jkun qed jiġi eżerċitat taħt din id-Diretttiva, għandhom isiru l-isforzi kollha possibbli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem ta' xejn. Jekk vapur jinżamm jew jiddewwem ta' xejn, is-sid jew l-operatur ikun intitolat għal kumpens għal kull ħsara jew telf li jiġġarrab. F'xi każ ta' allegazzjoni ta' detenzjoni mhux meħtieġa jew dewmien, l-oneru tal-prova jkun tas-sid jew operatur tal-vapur.

9.   Sabiex titħaffef il-konġestjoni f'port, awtorità kompetenti tista' tippermetti li vapur miżmum jiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk dan huwa sigur. Madankollu, ir-riskju ta' konġestjoni f'port m'għandhiex tkun kunsiderazzjoni meta ssir deċiżjoni dwar detenzjoni jew rilaxx minn detenzjoni.

Meta jinħareġ ordni ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma b'dan lill-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port mill-aktar fis possibbli.

L-awtoritajiet jew korpi tal-port għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta' vapuri miżmumin.

Artikolu 20

Dritt ta' appell

1.   Is-sid jew l-operatur ta' vapur jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta' detenzjoni jew ċaħda ta' aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m'għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda tal-aċċess.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatta għal dan l-iskop skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u għandhom jikkoperaw ma' xulxin b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-appelli jiġu ttrattati fi żmien raġonevoli .

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma b'mod xieraq lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 dwar id-dritt ta' appell u l-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu .

4.   Meta, bħala riżultat ta' appell jew ta' talba magħmula mis-sid jew mill-operatur ta' vapur jew mir-rappreżentant tiegħu, detenzjoni jew ċaħda ta' ordni ta' aċċess ikunu revokati jew emendati:

(a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet tkun emendata skond il-każ mingħajr dewmien;

b)

l-Istat Membru fejn id-detenzjoni jew iċ-ċaħda ta' ordni ta' aċċess inħarġu għandu, fi żmien 24 siegħa minn tali deċiżjoni, jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26 hija rettifikata.

Artikolu 21

Segwitu ta' spezzjonijiet u detenzjonijiet

1.   Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port tal-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tħalli lill-vapur konċernat biex jipproċedi direttament lejn it-tarzna adatta li tkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn tista' tittieħed azzjoni ta' segwitu, kif magħżula mill-kaptan u l-awtoritajiet konċernati, sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista' jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar.

2.   Fejn id-deċiżjoni li vapur jintbagħat f'baċir għat-tiswija hija dovuta għal nuqqas ta' konformità mar-Riżoluzzjoni IMO A.744(18), dwar Linji Gwida dwar il-Programm Imtejjeb ta' Spezzjonijiet waqt Stħarriġ ta' Trasportaturi ta' Merkanzija mhux imballata u ta' Tankers taż-Żejt, jew minħabba d-dokumentazzjoni tal-vapur jew minħabba diffetti u nuqqasijiet strutturali tal-vapur, l-awtorità kompetenti tista' titlob li l-kejl tal-ħxuna meħtieġ jitwettaq fil-port tad-detenzjoni qabel ma l-vapur jitħalla jsalpa.

3.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn tkun qiegħda t-tarzna, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 19(6) u kull awtorità oħra kif xieraq tal-kondizzjonijiet kollha għall-vjaġġ.

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi dik in-notifika għandha tinforma lill-awtorità li nnotifikata bl-azzjoni li ttieħdet.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jiċċaħħad l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità huwa miċħud lill-vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

a)

mingħajr ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni; jew

b)

li jirrifjutaw li josservaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fit-tarzna indikata.

Tali ċaħda għandha tinżamm sakemm is-sid jew l-operatur jipproduċu evidenza għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn instab li l-vapur kien difettuż, li turi li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

5.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4(a), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-vapur jinstab li hu difettuż għandha tgħarraf immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4(b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab it-tarzna immedjatament għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Qabel ma jkun rifjutat id-dħul, l-Istat Membru jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-amministrazzjoni tal-bandiera tal-vapur konċernat.

6.   B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, jista' jiġi permess aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku mill-awtorità rilevanti ta' dak l-Istat tal-port fil-każ ta' forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta' sikurezza aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta' tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru jkunu ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex jiġi assigurat dħul sigur.

Artikolu 22

Profil professjonali tal-ispetturi

1.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru biss mill-ispetturi li jaderixxu għall-kriterji ta' kwalifikazzjoni speċifikati fl-Anness XI u li huma awtorizzati biex iwettqu kontroll tal-Istat tal-port mill-awtorità kompetenti.

2.   Meta l-ħila professjonali meħtieġa ma tistax tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port, l-ispettur ta' dik l-awtorità kompetenti jista' jkun assistit minn kull persuna bil-ħila rikjesta.

3.   L-awtorità kompetenti, l-ispetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat tal-port u l-persuni li jassistuhom m'għandu jkollhom l-ebda interess kummerċjali jew fil-port ta' spezzjoni jew fil-vapuri spezzjonati, u lanqas l-ispetturi ma jitqabbdu minn, jew jagħmlu xogħol f'isem, organizzazzjonijiet mhux governattivi li joħorġu ċertifikati statutorji u ta' klassifikazzjoni jew li jagħmlu l-istħarriġ meħtieġ għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati lill-vapuri.

4.   Kull spettur għandu jġorr dokument personali fil-forma ta' karta tal-identità maħruġ mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 li tistabbilixxi mudell komuni għal karta tal-identità għal spetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat fil-portijiet (14).

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza tal-ispetturi u l-konformità tagħhom mal-kriterji minimi imsemmija fl-Anness XI huma verifikati qabel ma jawtorizzawhom biex iwettqu spezzjonijiet u perijodikament wara dan fid-dawl tal-iskema għat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 7.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f'rabta ma' bidliet fir-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port applikat fil-Komunità kif stabbilit f'din id-Direttiva u f'emendi għall-Konvenzjonijiet.

7.   F'kooperazzjoni ma' Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni ta' kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port minnStati Membri.

Artikolu 23

Rapporti minn piloti u awtoritajiet tal-port

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-piloti tagħhom imqabbdin biex jankraw jew iħollu vapuri jew imqabbdin biex jaħdmu fuq vapuri li sejrin lejn port jew fi transitu fi Stat Membru immedjatament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jew Stat kostali, kif adatt, meta jsiru jafu li waqt il-qadi normali ta' dmirijiethom hemm anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tal-vapur, jew li jistgħu jkunu ta' theddida għall-ambjent tal-baħar.

2.   Jekk awtoritajiet jew korpi tal-port, waqt il-qadi tad-dmirijiet normali tagħhom, isiru jafu li vapur fil-port tagħhom għandu anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vapur jew huma ta' theddida irraġonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar, tali awtorità jew korp għandhom jinformaw immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port konċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port li jirrappurtaw tal-inqas l-informazzjoni li ġejja, f'format elettroniku kull fejn huwa possibbli:

informazzjoni dwar il-vapur (isem, numru IMO, Sinjal ta' Sejħa u bandiera),

informazzjoni dwar tbaħħir (l-aħħar port li saritlu żjara, port ta' destinazzjoni),

deskrizzjoni ta' anomaliji apparenti misjubin abbord.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta' segwitu adatta dwar anomaliji apparenti notifikati minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u għandhom jirreġsitraw id-dettalji tal-azzjoni meħuda.

5.   Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi format elettroniku armonizzat u proċeduri għar-rapportar ta' anomaliji apparenti minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u ta' azzjoni ta' segwitu meħuda mill-Istati Membri.

Artikolu 24

Ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, b'bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza tal-MOU ta' Pariġi.

Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-ispezzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva u għandha tinkludi l-funzjonalitajiet imniżżlin fl-Anness XII.

2.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin reali tal-wasla u l-ħin reali tat-tluq ta' kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet tagħhom tiġi ttrasferita għal fuq il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistemi nazzjonali għall-immaniġġjar tal-informazzjoni marittima msemmija fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2002/59/KE fi żmien siegħa minn meta jasal il-vapur u fi żmien tliet sigħat wara t-tluq tiegħu, rispettivament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta mal-ispezzjonijiet imwettqin skont din id-Direttiva hija trasferita għall-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet ladarba r-rapport tal-ispezzjoni tlesta jew id-detenzjoni irtirata.

Fi żmien 72 siegħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita għall-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet tkun validata għal finijiet ta' pubblikazzjoni.

4.   Abbażi tad-data tal-ispezzjoni fornuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiġbor mill-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet kwalunkwe data rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment dwar il-profil tar-riskju tal-vapur, dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet, dwar data dwar il-moviment ta' vapuri u dwar l-impenji għall-ispezzjonijiet ta' kull Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha reġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet li hija rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ispezzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri u l-Istati li huma terzi Partijiet għall-MOU ta' Pariġi għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe data li huma rreġistraw fid-data base għall-ispezzjonijiet u għal data dwar vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom.

Artikolu 25

Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port tiegħu u l-awtoritajiet jew korpi rilevanti oħrajn jfornu lill-awtorità tal-kontroll tal-Istat tal-port bit-tipi ta' informazzjoni li ġejjin li huma fil-pussess tagħhom:

informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 9 u l-Anness III;

informazzjoni dwar vapuri li naqsu milli jinnotifikaw kwalunkwe informazzjoni skont il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, u tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-vapuri u għall-fdalijiet mill-merkanzija (15) u Direttiva 2002/59/KE, kif ukoll, jekk adatt, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004,

informazzjoni dwar vapuri li pproċedew għall-baħar mingħajr ma kkonformaw mal-Artikolu 7 jew 10 tad-Direttiva 2000/59/KE,

informazzjoni dwar vapuri li nċaħadilhom dħul jew tkeċċew minn port minħabba raġunijiet ta' sigurtà,

informazzjoni dwar anomaliji apparenti skont l-Artikolu 23.

Artikolu 26

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli u żżomm fuq websajt pubblika l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet, id-detenzjonijiet u ċ-ċaħdiet ta' aċċess skont l-Anness XIII, b'bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza tal-MOU ta' Pariġi.

Artikolu 27

Pubblikazzjoni ta' lista ta' kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, waqt li kien qed jiġi ddeterminat il-profil tar-riskju ta' vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta' tliet xhur jew iktar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 31(2), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tiżgura li dawn iqisu d-daqs tal-flotta tal-kumpanniji u li jispeċifikaw partikolarment il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni.

Artikolu 28

Rimbors ta' spejjeż

1.   Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 jikkonfermaw jew jikxfu nuqqasijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni li tesiġi d-detenzjoni ta' vapur, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet f'perijodu normali ta' tagħrif normali tkun koperti mis-sid tal-vapur jew l-operatur jew mir-rappreżentant tiegħu fil-port ta' Stat tiegħu.

2.   L-ispejjeż kollha dwar l-ispezzjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 21(4)jkunu fuq is-sid jew operatur tal-vapur.

3.   Fil-każ tad-detenzjoni ta' vapur, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-vapur.

4.   Id-detenzjoni ma titneħħiex sakemm isir il-ħlas totali jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimborż ta' dawk l-ispejjeż.

Artikolu 29

Id-data għal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness XIV fl-intervalli kif hemm imsemmi f'dak l-Anness.

Artikolu 30

Monitoraġġ ta' konformità u prestazzjoni tal-Istati Membri

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u biex ikun sorveljat il-funzjonament ġenerali tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 2(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u twettaq żjarat fl-Istati Membri.

Artikolu 31

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tinġis minn Vapuri (COSS) maħluq bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002  (16).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 32

Proċedura ta' emenda

Il-Kummissjoni għandha:

a)

tadatta l-Annessi, ħlief għall-Anness II, sabiex ikunu kkunsidrati l-emendi li daħlu fis-seħħ fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sikurezza u s-sigurtà marittimi, u l-Konvenzjonijiet, il-Protokolli, il-Kodiċijiet u r-Riżoluzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-iżviluppi fil-MOU ta' Pariġi;

b)

temenda d-definizzjonijiet li jirreferu għal Konvenzjonijiet, Protokolli, Kodiċijiet u Riżoluzzjonijiet internazzjonali u għal leġislazzjoni Komunitarja li huma rilevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Dawn il-miżuri mfassla sabiex jemedaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 33

Regoli implimentattivi

Meta jkunu stabbiliti r-regoli implimentattivi msemmijin fl-Artikoli 8(4), 10(3), 14(3) u 15(4), 23(5) u 27 skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3), il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn ir-regoli iqisu l-għerf espert u tal-esperjenza miksuba bis-sistema għall-ispezzjonijiet fil-Komunità u fil-MOU ta' Pariġi.

Artikolu 34

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il-pienihekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 35

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'mod partikolari bil-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi tar-reġim ta' spezzjoni Komunitarju, mhux aktar tard minn 18-il xahar minn … (17). Ir-reviżjoni ║teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq tal-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 6, in-numru tal-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port f'kull Stat Membru, in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità mal-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 u 8.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina abbażi tar-reviżjoni jekk huwiex meħtieġ li tkun proposta Direttiva emendattiva jew aktar leġislazzjoni f'dan il-qasam.

Artikolu 36

Implimentazzjoni u notifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data stabbilita fl-Artikolu 38. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir u kif id-dikjarazzjoni għandha tkun ifformulata.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' liġi nazzjonali adottati fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

4.   B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri.

Artikolu 37

Revoka

Id-Direttiva 95/21/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness XV, Parti A, għandha tiġi revokata, b'effett minn … (18), mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jaqraw skont il-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XVI.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li ma nbidlux meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] għandhom japplikaw minn …  (19).

Artikolu 39

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 198 E, 5.8.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1. ║.

(5)   Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2008 (Commune de Mesquer) — għadha mhix ippubblikata fl-ECR

(6)   ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(7)   ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(8)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║.

(9)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1. ║.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(11)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(12)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(13)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(14)  ĠU L 196, 7.8.1996, p. 8.

(15)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81. ║.

(16)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║.

(17)  Id-data msemmija fl-Artikolu 36(1).

(18)  ĠU: data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(19)   Data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

ELEMENTI TAR-REĠIM TAL-ISPEZZJONI KOMUNITARJA GĦALL-ISTAT TAL-PORT

(imsemmija fl-Artikolu 6)

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fir-Reġim tal-Ispezzjoni Komunitarja għall-Istat tal-Port:

I.   Profil ta' riskju ta' vapur

Il-profil ta' riskju ta' vapur għandu jiġi determinat permezz ta' kombinazzjoni tal-parametri ġeneriċi u storiċi l li ġejjin:

1.   Parametri ġeneriċi

(a)

Tip ta' vapur

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u tal-kimiki, trasportaturi tal-gass u trasportaturi tal-merkanzija mhux imballata għandhom jiġu kunsidrati li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(b)

Età ta' vapur

Vapuri li għandhom aktar minn 12-il sena huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju għoli.

(c)

Prestazzjoni ta' Stat tal-bandiera

(i)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat b'rata għolja ta' detenzjoni fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(ii)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat b'rata ta' detenzjoni baxxa fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju baxx.

(iii)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat li għalih kienet tkompliet verifika u, fejn rilevanti, kien ippreżentat pjan ta' azzjoni korrettiv, kemm skont il-Qafas u l-proċeduri għall-Iskema ta' Awditjar ta' Stat Membru Volontarju tal-IMO għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju baxx. Appena l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 10(3) jiġu adottati, l-Istat tal-bandiera ta' tali vapur għandu juri konformità mal-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta' strumenti mandatorji tal-IMO.

(d)

Organizzazzjonijiet rikonoxxuti

(i)

Vapuri li jkunu nħarġulhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta' prestazzjoni baxx jew baxx ħafna f'rabta mar-rati ta' detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri li jkunu nħarġulhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta' prestazzjoni għoli f'rabta mar-rati ta' detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)

Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(e)

Prestazzjoni ta' kumpanija

(i)

Vapuri ta' kumpanija bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna kif determinat mir-rati ta' nuqqasijiet u ta' detenzjoni tal-vapuri tagħha fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri ta' kumpanija bi prestazzjoni għolja kif determinat mir-rati ta' defiċjenza u ta' nuqqasijiet tal-vapuri tagħha fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

2.   Parametri storiċi

(i)

Vapuri li nżammu għal aktar minn darba, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri li, waqt waqt spezzjoni(ijiet) imwettqin fil-perijodu msemmi fl-Anness II, kellhom inqas min-numru ta' nuqqasijiet msemmijin fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)

vapuri li ma nżammux waqt il-perijodu msemmi fl-Anness II għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

Il-parametri tar-riskju msemmijin fit-Taqsima 1 għandhom ikunu kkombinati bl-użu ta' koeffiċjent korrettorju li jirrifletti l-influwenza relattiva ta' kull parametru fuq ir-riskju ġenerali tal-vapur sabiex ikunu determinati l-profili tar-riskju ta' vapur li ġejjin:

riskju għoli,

riskju standard,

riskju baxx.

Meta jkunu determinati dawn il-profili tar-riskju għandha tingħata enfasi akbar lill-parametri tat-tip ta' vapur, il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija.

II.   Spezzjoni ta' vapuri

1.   Spezzjonijiet perijodiċi

L-ispezzjonijiet perijodiċi għandhom jitwettqu f'intervalli predeterminati. Il-frekwenza tagħhom għandha tkun determinata mill-profil tar-riskju tal-vapur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi ta' vapuri ta' riskju għoli m'għandux jisboq is-sitt xhur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi tal-vapuri għandu jiżdied kif ir-riskju tagħhom jonqos.

L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni perijodika lil:

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar sitt xhur. Il-vapuri ta' rsikju għoli isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-ħames xahar.

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju standard li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew tar-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 12-il xahar. Il-vapuri ta' riskju standard isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-għaxar xahar.

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju baxx li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 30 xahar . Il-vapuri b'riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar.

2.   Spezzjonijiet addizzjonali

Il-vapuri li għalihom il-fatturi spikkanti jew mhux mistennijin li ġejjin huma soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Madankollu, il-ħtieġa li titwettaq spezzjoni addizzjonali abbażi ta' fatturi mhux mistennijin titħalla f'idejn il-ġudizzju professjonali tal-ispettur.

2.A.   Fatturi Dominanti

Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi spikkanti li ġejjin għandhom ikunu spezzjonati irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom:

Vapuri li kienu sospiżi jew imneħħijin mill-klassi tagħhom għal raġunijiet ta' sikurezza sa mill-aħħar spezzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi.

Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew notifika minn Stat Membru ieħor.

Vapuri li ma jistgħux ikunu identifikati fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet.

Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, fid-Direttiva 2000/59/KE, fid-Direttiva 2002/59/KE u, jekk ikun il-każ, fir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

Vapuri li ġew irrappurtati bħala li għandhom nuqqasijiet li għadhom ma ssewwewx, ħlief dawk li n-nuqqasijiet tagħhom kellhom jissewwew qabel it-tluq.

Vapuri li:

kienu involuti f'ħabta, ħbit mal-qiegħ jew inkaljar fi triqthom lejn il-port;

kienu akkużati bi vjolazzjoni allegata tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi ta' sostanzi jew nixxigħat li jagħmlu l-ħsara, jew

kienu mmanuvrati f'manjiera erratika jew ta' periklu li bihom il-miżuri dwar ir-rotot, adottati mill-IMO, jew prattiki ta' navigazzjoni u proċeduri siguri ma kinux ġew segwiti.

2.B.   Fatturi mhux mistennijin

Vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Id-deċiżjoni li titwettaq tali spezzjoni addizzjonali titħalla f'idejn il-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

Vapuri li kienu:

operati b'mod ieħor hekk li joħolqu periklu għal persuni, proprjetà jew l-ambjent, jew

ma kkonformawx mar-rakkomandazzjoni dwar in-navigazzjoni permezz tad-dħul fil-Baħar Baltiku kif stipulati fl-Annessi għar-Riżoluzzjoni MSC. 138(76) tal-IMO,

Vapuri li jġorru ċertifikati maħruġin minn organizzazzjoni li qabel kienet rikonoxxuta li r-rikonoxximent tagħha kien irtirat mill-aħħar spezzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi.

Vapuri li kienu rrapportati minn piloti jew awtoritajiet jew korpi tal-port bħala li għandhom anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew ikunu ta' theddida ta' ħsara lill-ambjent skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva.

Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2002/59/KE u jekk adatt ir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew ta' lment mill-kaptan, membru tal-ekwipaġġ, jew xi persuna jew organizzazzjoni b'interess leġittimu fl-operat b'sikurezza tal-vapur, għajxien u kondizzjonijiet tax-xogħol abbord jew il-prevenzjoni tat-tinġis, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rapport jew l-ilment ikun manifestament mingħajr bażi.

Vapuri li nżammu preċedentement aktar minn tliet xhur ilu.

Vapuri li kienu rrappurtati b' nuqqasijiet li jispikkaw, ħlief dawk li n-nuqqasijiet tagħhom kienu rettifikati fi żmien 14-il jum wara tluq, u għal nuqqasijiet li kellhom jiġu rettifikati qabel it-tluq.

Vapuri li kienu rrappurtati bi problemi rigward il-merkanzija tagħhom, partikolarment merkanziji noċivi u perikolużi.

Vapuri li kienu operati b'manjiera li jkunu ta' periklu lil persuni, proprjetà jew ambjent.

Vapuri fejn informazzjoni minn sors li tista' toqgħod fuqu saret magħrufa, li l-parametri tar-riskji tagħhom ivarjaw minn dawk irreġistrati u l-livell tar-riskju huwa għalhekk miżjud.

3.   Skema ta' selezzjoni

3.A.

Vapuri ta' Prijorità I għandhom ikunu spezzjonati kif ġej:

(a)

Spezzjoni estiża għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar sitt xhur,

kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

(b)

Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il sena.

(c)

Fil-każ ta' fattur spikkanti:

Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq lil kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

3.B.

Jekk l-awtorità kompetenti tagħżel vapur ta' Prijorità II għall-ispezzjoni, għandha tapplika l-iskema ta' għażla li ġejja:

(a)

Spezzjoni estiża għandha titwettaq fuq:

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar ħames xhur,

Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(b)

Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(c)

Fil-każ ta' fattur mhux mistenni:

Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

DISINN TA' PROFIL TA' RISKJU TA' VAPUR

(imsemmi fl-Artikolu 10(2))

 

Profil

Vapuri b'livell ta' riskju għoli (HRS)

Vapuri b'livell ta' riskju normali (SRS)

Vapuri b'livell ta' riskju baxx (LRS)

Parametri ġenerali

Kriterji

Importanza (f'punti)

Kriterji

Kriterji

1

Tip ta' vapur

Vapuri għal-sustanzi kimiċi Gass Żejt Merkanzija mhux ippakkjata Passiġġieri

2

La vapur b'riskju għoli u lanqas vapur b'riskju baxx

It-tipi kollha

2

Kemma għandu żmien il-vapur

It-tipi kollha > 12-il sena

1

Ta' kull żmien

3a

Bandiera

Listi suwed, griżi u bojod

Sewda — Riskju għoli ħafna Riskju għoli, Riskju medju għal għoli

2

Bajda

Sewda — Riskju medju

1

3b

Verifika — IMO

Iva

4.a

Entitajiet rikonoxxuti

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

1

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

4b

Rikonoxxuti mill-UE

Iva

5

Kumpanija

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

2

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

Parametri storiċi

 

 

6

Numru ta' anomaliji reġistrati waqt kull spezzjoni waqt l-aħħar 36 xahar

Nuqqasijiet

Mhux eliġibbli

≤ 5 (u mill-inqas ispezzjoni mwettqa waqt l-aħħar 36 xahar)

7

Numru ta' detenzjonijiet waqt l-aħħar 36 xahar

Detenzjonijiet

≥ 2 detenzjonijiet

1

L-ebda detenzjoni

L-HRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji b'importanza totali ta' 5 punti jew aktar.

Il-LRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji kollha fil-kuntest tal-parametri applikabbli għar-riskju baxx.

L-SRS huma l-vapuri li la huma HRS u lanqas LRS.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS III

NOTIFIKAZZJONI

(kif imsemmija fl-Artikolu 9(1))

Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skont l-Artikolu 9(1):

L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini tal-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew ankraġġ jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:

a)

identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta' identifikazzjoni IMO jew numru MSI);

b)

tul ippjanat taż-żjara u lista ta' portijiet Komunitarji li l-vapur ikun żar wara xulxin waqt l-istess vjaġġ ;

c)

għal tankers:

i)

konfigurazzjoni: buq singolu, buq singolu b'SBT, buq doppju;

ii)

kondizzjoni tal-merkanzija u tankijiet tas-saborra: mimlijin, vojti, inerti;

iii)

volum u natura tal-merkanija;

d)

operazzjonijiet ippjanati fil-port jew ankraġġ tad-destinazzjoni (tagħbien, ħatt, oħrajn);

e)

portijiet jew ankraġġi fil-Komunità li jintlaħqu wieħed wara l-ieħor waqt l-istess vjaġġ;

f)

spezzjonijiet ta' stħarriġ statutorju ppjanati u ħidma ta' detenzjoni fl-ordni u ta' tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni;

g)

data tal-aħħar spezzjoni estiża fil-MOU ta' Pariġi.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS IV

LISTA TA' ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 13(1))

1.

Ċertifikat ta' Tunnellaġġ Internazzjonali (1969),

2.

Ċertifikat ta' Sikurezza ta' Vapur tal-Passiġġieri,

Ċertifikat ta' Sikurezza tal-Bini ta' Vapur tal-Merkanzija,

Ċertifikat ta' Sikurezza ta' Tagħmir ta' Vapur tal-Merkanzija,

Ċertifikat ta' Sikurezza tar-Radju ta' Vapur tal-Merkanzija,

Ċertifikat ta' Eżenzjoni li jinkludi, fejn xieraq, il-lista tal-merkanzija,

Ċertifikat ta' Sikurezza għal Vapur ta' Merkanzija.

3.

Ċertifikat Internazzjonali ta' Sigurta' ta' Vapur (ISSC).

4.

Reġistrazzjoni Sinottika Kontinwa.

5.

Ċertifikat Internazzjonali ta' Adozzjoni għal Merkanzija ta' Gassijiet Likwidi fil-Massa;

Ċertifikat ta' Idonjetà għat-merkanzija ta' Gassijiet Likwefatti fil-massa.

6.

Ċertifikat Internazzjonali ta' Idonjetà għat-Merkanzija ta' Kimiċi Perikolużi fil-Massa;

Ċertifikat ta' Idonjetà għat-merkanzija ta' Kimiċi Perikolużi fil-Massa.

7.

Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni mill-Tinġis ta' Żejt.

8.

Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni ta' Tinġis għat-Merkanzija ta' Sustanzi LikwidiPerikolużi fil-Massa.

9.

Ċertifikat Internazzjonali Load Line (1966);

Ċertifikat Internazzjonali ta' eżenzjoni Load Line.

10.

Ktieb ta' reġistrazzjoni taż-Żejt, partijiet I u II.

11.

Ktieb ta' Reġistrazzjoni ta' Merkanzija.

12.

Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru.

13.

Iċ-ċertifikati jew kwalunkwe dokumenti oħrajn maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-STCW.

14.

Ċertifikati mediċi, (Ara ILO Konvenzjoni Nru 73 li tikkonċerna eżami mediku ta' baħrin).

15.

Skema ta' arranġamenti ta' ħidma ta' abbord il-vapur (Konvenzjoni ILO Nru 180 u STCW 95).

16.

Reġistrazzjonijiet ta' sigħat ta' ħidma u mistrieħ tal-baħħara (Konvenzjoni IKLO Nru 180).

17.

Informazzjoni ta' stabbilità.

18.

Kopja tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' Amministrazzjoni ta' Sikurezza maħruġ, bi qbil mal-Kodiċi ta' Amministrazzjoni Internazzjonali għal Ħidma b'Sikurezza ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tinġis (SOLAS 74, il-Kapitolu IX).

19.

Ċertifikati dwar il-qawwa tal-buq tal-vapur u installazzjonijiet makkinarji maħruġa minn organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata (meħtieġa biss jekk il-vapur iżomm il-klassi tiegħu ma' organizzazzjoni rikonoxxuta).

20.

Dokument ta' konformità mal-ħtiġiet speċjali għal vapuri li jġorru oġġetti perikolużi.

21.

Ċertifikat ta' sikurezza ta' bastiment ta' veloċità qawwija u permess biex ikun operat bastiment ta' veloċità qawwija.

22.

Lista jew manifest speċjali ta' oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat tal-istivi.

23.

Ir-reġistru tal-vapur (log book) f'dak li jirrigwarda r-reġistrar ta' testijiet u eżerċizzji, inklużi ta' eżerċizzji ta' sigurtà u r-reġistru għar-reġistrar ta' spezzjoni u l-manteniment tal-apparat u l-arranġamenti għall-ħarsien tal-ħajja u l-apparat u l-arranġamenti għall-ġlieda kontra n-nar.

24.

Ċertifikat ta' sikurezza ta' vapur għal-skopijiet speċjali.

25.

Ċertifikat ta' sikurezza ta' dettall mobbli għal tħaffir 'il barra mill-kosta.

26.

Għal tankers taż-żejt, ir-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll ta' rimi ta' żejt għall-aħħar saborra tal-vjaġġ.

27.

Il-lista tal-miġemgħa, impjant għall-kontroll tan-nar, u għal vapuri tal-passiġġieri, pjan ta' kontroll ta' ħsara.

28.

Pjan abbord ta' emerġenza ta' tinġis miż-żjut.

29.

Fajls ta' rapporti dwar stħarriġ (fil-każ ta' bastimenti li jġorru fil-massa u tankers taż-żejt).

30.

Rapporti ta' spezzjonijiet preċedenti ta' kontroll tal-Istat tal-port.

31.

Għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri, informazzjoni dwar il-relatività massima A/A.

32.

Dokument ta' awtorizzazzjoni għat-trasport ta' qmuħ.

33.

Manwal dwar is-sigurtà tat-merkanzija.

34.

Pjan ta' amministrazzjoni tal-iskart u ktieb ta' reġistru tal-iskart.

35.

Sistema ta' appoġġ ta' deċiżjonijiet għall-kaptani tal-vapuri tal-passiġġieri.

36.

Pjan ta' kooperazzjoni SAR għal vapuri tal-passiġġiera fuq rotot fissi.

37.

Lista ta' limitazzjonijiet ta' operazzjoni għal vapuri tal-passiġġieri.

38.

Fuljett ta' bulk carrier.

39.

Pjan ta' merkanzija u ta' ħatt għal trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata.

40.

Iċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tinġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992).

41.

Ċertifikati maħruġin skont id-Direttiva 2008/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji ta' sidien ta' vapuri.

42.

Ċertifikati rikjesti skont id-Direttiva 2008/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u reġim għar-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji għas-sidien ta' vapuri].

43.

Ċertifikat meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru XXXX/2008 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar u b'passaġġi tal-ilma interni fil-każ ta' aċċidenti (1).

44.

Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja.

45.

Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Ilmijiet Residwali.


(1)  Inklużjoni tal-partiti 41 ║, 42 u 43 sakemm tkun adottata l-leġislazzjoni rispettiva li tinsab fit-Tielet Pakkett Marittimu.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS V

EŻEMPJI TA' “BAŻIJIET ĊARI”

(imsemmija fl-Artikolu 13(3))

A.   Eżempji ta' bażijiet ċari għal spezzjoni aktar dettaljata

1.

Vapuri identifikati fl-Anness I parti II 2A u 2B.

2.

Il-ktieb tar-reġistrazzjoni taż-żejt ma jkunx inżamm sewwa.

3.

Matul l-eżami taċ-ċertifikati u ta' dokumenti, oħrajn ikunu żvelati nuqqasijiet.

4.

Indikazzjonijiet li l-membri tal-ekwipaġġ ma jistgħux jikkonformaw mal-ħtiġiet marbutin mal-komunikazzjoni abbord imniżżlin fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 t'April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1)

5.

Ċertifikat inkiseb bi frodi jew id-detentur ta' ċertifikat mhuwiex il-persuna li għaliha kien maħruġ oriġinarjament iċ-ċertifikat.

6.

Il-vapur għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li għandu ċertifikat maħruġ minn pajjiż li ma rratifikax l-STCW.

7.

Xhieda ta' merkanzija u operazzjonijiet oħrajn li ma twettqux b'mod sigur, jew bi qbil mal-linji ta' gwida tal-IMO, eż. il-kontenut ta' ossiġnu fil-forniment ewlieni ta' gass inert lejn it-tankijiet tat-merkanzija ikun aktar għoli mil-livell massimu preskritt.

8.

Defiċjenza tal-kaptan fuq tanker taż-żejt biex jipproduċi r-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll dwar ħruġ ta' żejt għall-aħħar vjaġġ b'saborra.

9.

Defiċjenza ta' lista aġġornata tal-miġemgħa, jew membri tal-ekwipaġġ li ma jafux id-dmirijiet tagħhom fil-każ ta' nar jew ordni biex jabbandunaw il-vapur.

10.

L-emissjoni ta' allarmi foloz dwar periklu li ma jkunux segwiti minn proċeduri adatta ta' kanċellazzjoni.

11.

Id-defiċjenza ta' tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-Konvenzjonijiet.

12.

Kondizzjonijiet mhux sanitarji b'mod eċċessiv abbord il-vapur.

13.

Xhieda mill-impressjoni ġenerali tal-ispettur u osservazzjonijiet li jeżistu deterjorazzjoni tal-buq jew strutturali serja jew nuqqasijiet li jistgħu joħolqu riskju għall-integrità strutturali, l-integrità tat-tqalfit jew l-integrità tar-reżistenza għall-maltemp tal-vapur.

14.

Informazzjoni jew xhieda li l-kaptan jew l-ekwipaġġ ma jkunux familjari mal-operazzjonijiet essenzjali abbord li huma relatati mas-sikurezza tal-vapuri jew dwar il-prevenzjoni tat-tinġis, jew li l-operazzjonijiet bħal dawn ma jkunux saru.

15.

L-assenza ta' skeda ta' arranġamenti ta' ħidma abbord vapur jew tar-reġistrazzjonijiet ta' sigħat ta' xogħol jew ta' mistrieħ tal-ekwipaġġ.

B.   Eżempji ta' raġunijiet ċari għall-kontroll ta' vapuri dwar aspetti ta' sigurtà

1.

L-ispettur jista' jistabbilixxi raġunijiet ċari għal aktar miżuri ta' kontroll dwar is-sigurtà waqt l-ispezzjoni PSC inizjali kif ġej:

1.1.

L-ISSC mhuwiex validu jew skada.

1.2.

Il-vapur huwa f'livell ta' sigurtà aktar baxx mill-port.

1.3.

Ma twettqux stħarriġiet marbutin mas-sigurtà tal-vapur.

1.4.

Reġistrazzjonijiet għall-aħħar 10 relazzjonijiet vapur/port jew vapur/vapur ma jkunux kompluti.

1.5.

Evidenza jew osservazzjoni li membri ewlenin tal-persunal tal-vapur ma jistgħux jikkomunikaw ma' xulxin.

1.6.

Evidenza minn osservazzjonijiet li jeżistu nuqqasijiet serji fl-arranġamenti tas-sigurtà.

1.7.

Informazzjoni minn terzi partijiet bħal rapport jew ilment dwar informazzjoni relatata mas-sigurtà.

1.8.

Il-vapur għandu ISSC Interim sussegwenti, maħruġ konsekuttivament u fil-ġudizzju professjonali tal-ispettur waħda mill-finijiet tal-vapur jew tal-kumpanija għat-talba ta' tali ċertifikat hija li tkun evitata konformità sħiħa mas-SOLAS 74 Kapitolu XI-2 u l-parti A tal-Kodiċi ISPS, lil hinn mill-perijodu taċ-Ċertifikat Interim inizjali. Il-Kodiċi ISPS Parti A jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta ċ-Ċertifikat Interim jista' jinħareġ.

2.

Jekk raġunijiet ċari kif deskritti hawn fuq huma stabbiliti, l-ispettur għandu immedjatament jinforma lill-awtorità għas-sigurtà kompetenti (ħlief jekk l-ispettur huwa wkoll Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà). L-awtorità għas-sigurtà kompetenti għandha mbagħad tiddeċiedi dwar liema miżuri tal-kontroll ulterjuri huma meħtiġin b'kont meħud tal-livell tas-sigurtà skont ir-Regolament 9 tas-SOLAS Kapitolu XI.

3.

Raġunijiet ċari barra minn dawk ta' hawn fuq huma materja għall-Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà.


(1)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17. ║.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VI

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 15(1))

L-Anness 1, “Proċeduri ta' Kontroll tal-Istat tal-port” (PSCO) għall-MOU ta' Pariġi u l-istruzzjonijiet li ġejjin mill-MOU ta' Pariġi, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

Instruction 33/2000/02: Operational Control on Ferries and Passenger Ships (Struzzjoni 33/2000/02: Kontroll Operattiv ta' Laneċ u ta' Vapuri tal-Passiġġieri),

Instruction 35/2002/02: Guidelines for PSCOs on Electronic Charts (Struzzjoni 35/2002/02 Linji gwida għall-PSCO rigward Mapep Elettroniċi),

Instruction 36/2003/08: Guidance for Inspection on Working and Living Conditions (Struzzjoni 36/2003/08 Gwida għall-ispezzjoni ta' kondizzjonijiet ta' Xogħol u ta' Għajxien),

Instruction 37/2004/02: Guidelines in Compliance with STCW 78/95 Convention as Amended (Struzzjoni 37/2004/02 Linji gwida għall-PSCO dwar il-konvenzjoni STCW 78/95 kif emendata),

Instruction 37/2004/05: Guidelines on the Inspection of Hours of Work/Rest (Struzzjoni 37/2004/05 Linji gwida għall-ispezzjoni rigward is-sigħat ta' xogħol/serħan),

Instruction 37/2004/10: Guidelines for Port State Control Officers on Security Aspects (Struzzjoni 37/2004/10 Linji gwida għall-Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port rigward Aspetti ta' Sigurtà),

Instruction 38/2005/02: Guidelines for PSCOs Checking a Voyage Data Recorder (VDR) (Struzzjoni 38/2005/02 Linji gwida għalll-kontroll mill-PSCO tar-reġistratur tad-Data tal-Vjaġġ (VDR)),

Instruction 38/2005/05: Guidelines on MARPOL 73/78 Annex I (Struzzjoni 38/2005/05 Linji gwida dwar il-MARPOL Anness I),

Instruction 38/2005/07: Guidelines on Control of the Condition Assessment Scheme (CAS) of Single Hull Oil Tankers (Struzzjoni 38/2005/07 Linji gwida dwar il-kontroll tal-iskema ta' valutazzjoni tal-Kondizzjoni tat-tankers taż-żejt b'buq wieħed),

Instruction 39/2006/01: Guidelines for the Port State Control Officer on the ISM-Code (Struzzjoni 39/2006/01 Linji gwida għal Uffiċjali tal-kontroll tal-Istat tal-Port dwar il-Kodiċi ISM),

Instruction 39/2006/02: Guidelines for Port State Control Officers on Control of GMDSS (Struzzjoni 39/2006/02 Linji gwida għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port dwar kontroll ta' GMDSS),

Instruction 39/2006/03: Optimisation of Banning and Notification Checklist (Struzzjoni 39/2006/03 Ottimizzazzjoni tal-lista tal-kontroll għall-Projbizzjoni u n-Notifikazzjoni),

Instruction 39/2006/10: Guidelines for PSCOs for the Examination of Ballast Tanks and Main Power Failure Simulation (black-out test) (Struzzjoni 39/2006/10 Gwida għall-PSCOs għall-eżami ta' tankijiet tas-saborra u simulazzjoni ta' ħsara fil-ġenerazzjoni ewlenija tal-qawwa (test ta' ħsara ġenerali fl-elettriċità)),

Instruction 39/2006/11: Guidance for Checking the Structure of Bulk Carriers (Struzzjoni 39/2006/11 Gwida għall-kontroll tal-istruttura ta' Trasportaturi ta' Merkanzija mhux Imballata),

Instruction 39/2006/12: Code of Good Practice for Port State Control Officers (Struzzjoni 39/2006/12 Kodiċi ta' Prattika Korretta għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port),

Instruction 40/2007/04: Criteria for Responsibility Assessment of Recognised Organisations (R/O) (Struzzjoni 40/2007/04: Kriterji għall-Valutazzjoni ta' Responsabbiltà ta' Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (R/O)),

Instruction 40/2007/09: Guidelines for Port State Control Inspections for Compliance with Annex VI of MARPOL 73/78 (Struzzjoni 40/2007/09: Linji Gwida għall-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port għall-Konformità mal-Anness VI tal-MARPOL 73/78).

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VII

SPEZZJONI ESTIŻA TA' VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Spezzjoni estiża tirrigwarda partikolarment il-kondizzjoni ġenerali tal-oqsma tar-riskju li ġejjin:

Dokumentazzjoni.

Kondizzjoni strutturali.

Kondizzjoni rigward reżistenza għat-temp.

Sistemi ta' emerġenza.

Komunikazzjoni bir-radju.

Operati tal-merkanzija.

Sikurezza kontra n-nar.

Allarmi.

Kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien.

Tagħmir għan-navigazzjoni.

Apparat għas-salvazzjoni tal-ħajja.

Merkanzija perikoluża.

Makkinarju ta' propulsjoni u awżiljarju.

Prevenzjoni tat-tniġġis.

Barra minn hekk, soġġett għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-persuni, tal-vapur jew tal-port, spezzjoni estiża għandha tinkludi l-verifika ta' oġġetti speċifiċi ta' oqsma ta' riskju li jiddependu fuq it-tip ta' biċċa tal-baħar spezzjonata, kif stabbilit skont l-Artikolu 14(3).

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VIII

PROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA' AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ

(imsemmija fl-Artikolu 16)

1.

Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 16(1) jintlaħqu, l-awtorità kompetenti tal-port fejn il-vapur inżamm għat-tielet darba,, għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur bil-miktub li ser tinħareġ ċaħda ta' ordni ta' aċċess li ser issir applikabbli immedjatament wara li l-vapur iħalli l-port. Iċ-ċaħda ta' ordni ta' aċċess għandha ssir applikabbli minnufih wara li l-vapur ħalla l-port wara li d-defiċjenzi li wasslu għad-detenzjoni kienu rimedjati.

2.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tal-ordni taċ-ċaħda lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, u lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet b'informazzjoni dwar iċ-ċaħda ta' aċċess mingħajr dewmien.

3.

Sabiex titneħħa ordni taċ-ċaħda ta' aċċess, is-sid jew l-operatur għandhom jindirizzaw talba formali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni taċ-ċaħda ta' aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dokument mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn servejer debitament awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li juri li l-vapur jikkonforma għal kollox mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet. L-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

4.

It-talba għat-tneħħija ta' ordni rigward ċaħda ta' aċċess għandha wkoll tkun akkumpanjata, fejn adatt, minn dokument mis-soċjetà għal klassifikazzjoni li għandha l-vapur fi klassi wara żjara abbord minn servejer mis-soċjetà għal klassifikazzjoni, li juri li l-vapur jikkonforma mal-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

5.

L-ordni rigward ċaħda ta' aċċess tista' titneħħa biss, wara l-perijodu msemmi fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva jkun skada u wara reispezzjoni tal-vapur f'port maqbul. Jekk il-port maqbul jinsab fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti dak l-tista', wara talba tal-awtorità kompetenti li ħarġet ordni dwar ċaħda ta' aċċess, tawtorizza li l-vapur jidħol fil-port maqbul sabiex issir ir-reispezzjoni… F'dawn il-każijiet, m'għandhom isiru l-ebda operazzjonijiet ta' merkanzija fil-port sakemm titneħħa l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess.

6.

Jekk id-detenzjoni li wasslet għall-ħruġ ta' ordni dwar ċaħda ta' aċċess kienet tinkludi nuqqasijiet fl-istruttura tal-vapur, l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess tista' titlob li ċerti spazji, inklużi spazji għall-merkanzija u t-tankijiet, jintagħmlu disponibbli għal eżami waqt ir-reispezzjoni.

7.

Ir-reispezzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni dwar ċaħda ta' aċċess jew mill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni bil-qbil mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess. L-awtorità kompetenti tista' titlob sa 14-il jum avviż għar-reispezzjoni. Għandha tkun fornuta evidenza għas-sodisfazzjon ta' dan l-Istat Membru li l-vapur jikkonforma għal kollox mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

8.

Ir-reispezzjoni għandha tikkonsisti minn spezzjoni estiża li għandha tkopri tal-inqas il-partiti rilevanti tal-Anness VII.

9.

L-ispejjeż kollha ta' din l-ispezzjoni estiża għandhom jidħlu għalihom is-sid jew l-operatur.

10.

Jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni estiża jissodisfaw lill-Istat Membru skont l-Anness VII, l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess għandha titneħħa u l-kumpanija tal-vapur tkun infurmata b'dan bil-miktub.

11.

L-awtorità kompetenti għandhatinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà għal klassifikazzjoni kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta' Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet bl-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-aċċess mingħajr dewmien.

12.

L-informazzjoni marbuta mal-vapuri li kienu miċħudin aċċess għal portijiet fil-Komunità għandha ssir disponibblifil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u ppubblikata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 u tal-Anness XIII.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS IX

RAPPORT TA' SPEZZJONI

(imsemmi fl-Artikolu 17)

Ir-rapport ta' spezzjoni għandu jinkludi tal-inqas il-partiti li ġejjin.

I.   Ġenerali

1.

Awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport

2.

Data u post tal-ispezzjoni

3.

Isem il-vapur spezzjonat

4.

Bandiera

5.

Tip ta' vapur (kif indikat fiċ-Ċertifikat ta' Amministrazzjoni tas-Sikurezza)

6.

Numru IMO

7.

Sinjal tas-sejħa

8.

Tunnellaġġ (gt)

9.

Tunnellaġġ deadweight (fejn rilevanti)

10.

Sena tal-kostruzzjoni kif determinata abbażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta' sikurezza tal-vapur

11.

Is-soċjetà għal klassifikazzjoni jew soċjetajiet għal klassifikazzjoni kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni oħra is-, fejn rilevanti, li ħarġet/ħarġu ċertifikati ta' klassifikazzjoni lil dan il-vapur, jekk hemm

12.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti u/jew kwalunkwe parti oħra li ħarġet/ħarġu ċertifikati lil dan il-vapur skont il-Konvenzjonijiet applikabbli f'isem l-Istat tal-bandiera

13.

Isem u indirizz tal-kumpanija jew l-operatur tal-vapur

14.

Isem u indirizz taċ-charterer responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip ta' charter fil-każ ta' vapuri li qed iġorru merkanzija mhux imballata likwida jew solida

15.

Data finali tal-kitba tar-rapport ta' spezzjoni

16.

Indikazzjoni li l-informazzjoni dettaljata dwar spezzjoni jew id-detenzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni.

II.   Informazzjoni rigward spezzjoni

1.

Ċertifikati maħruġin b'applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet, awtorità jew organizzazzjoni rilevanti li ħarġet iċ-ċertifikat(i) in kwistjoni, inkluża d-data ta' ħruġ u ta' skadenza

2.

Partijiet jew elementi tal-vapur li kienu spezzjonati (fil-każ ta' spezzjoni aktar dettaljata jew estiża)

3.

Port u data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali jew imġedded u l-isem tal-organizzazzjoni li wettqet l-istħarriġ

4.

Tip ta' spezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni estiża)

5.

Natura tan-nuqqasijiet

6.

Miżuri meħudin.

III.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' detenzjoni

1.

Data tal-ordni tad-detenzjoni

2.

Data tat-tneħħija tal-ordni tad-detenzjoni

3.

Natura tan-nuqqasijiet li jiġġustifikaw ordni ta' detenzjoni (referenzi tal-Konvenzjonijiet, jekk rilevanti)

4.

Indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta jew kwalunkwe korp privat li wettaq l-istħarriġ għandux ir-responsabbiltà f'rabta man-nuqqasijiet li, weħidhom jew meta kombinati, wasslu għad-detenzjoni

5.

Miżuri meħudin.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS X

KRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA' VAPUR

(imsemmija fl-Artikolu 19(3))

INTRODUZZJONI

Qabel tistabbilixxi jekk xi nuqqasijiet misjuba waqt spezzjoni jeżiġux detenzjoni tal-vapur involut, l-ispettur irid japplika l-kriterji msemmija aktar 'l isfel fil-punti 1 u 2.

Il-punt 3 jinkludi eżempji ta' nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(4)).

Fejn il-bazi għal detenzjoni hija r-riżultat ta' ħsara aċċidentali soffruta waqt il-vjaġġ tal-vapur lejn il-port, l-ebda ordni ta' detenzjoni m'għandha tkun maħruġa, basta li:

a)

akkont xieraq ingħata lill-bżonnijiet kontenuti fir-Regolament I/11(ċ) tas-SOLAS 74 rigward notifika għal amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-surveyor innominat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat rilevanti;

b)

qabel ma jidħol f'port, il-kaptan jew il-propjetarju tal-vapur ikun ippreżenta lill-awtorità ta' kontroll tal-Istat tal-port dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident u l-ħsara soffruta u informazzjoni rigward in-notifika meħtieġa dwar l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

(c)

Azzjoni remedjali adatta, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità, tkun qiegħda tittieħed mill-vapur; u

(d)

L-awtorità tkun assigurat, u ġiet innotifikata bit-twettiq tal-azzjoni remedjali, li n-nuqqasijiet li kienu biċ-ċar ta' periklu għas-sikurezza, għas-saħħa jew għall-ambjent kienu ġew irrettifikati.

1.   KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jeżerċita ġudizzju professjonali ║dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur irid japplika dawn il-kriterji:

Ħin:

Vapuri li mhumiex siguri biex ibaħħru jridu jinżammu wara l-ewwel spezzjoni irrispettivament miż-żmien li l-vapur ikus se jdum fil-port.

Kriterju:

 

Il-vapur jinżamm jekk in-nuqqasijiet tiegħu ikunu daqshekk serji li jimmeritaw ritorn ta' spettur biex ikun ċert li dawn ġew ikkorreġuti qabel ma l-vapur isalpa.

 

Il-ħtieġa li l-ispettur jerġa lura fuq il-vapur hija kejl tal-gravità tan-nuqqasijiet. Madankollu, ma timponix tali obbligu f'kull każ. Timplika li l-awtorità trid tivverifika mod jew ieħor, preferibbilment bi żjara oħra, li n-nuqqasijiet ġew ikkoreġuti qabel it-tluq.

2.   APPLIKAZZJONI TAL-KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jiddeċiedi jekk in-nuqqasijiet misjuba fil-vapur humiex daqshekk serji li jeħtieġu detenzjoni l-ispettur irid jiċċertifika jekk:

1.

il-vapur għandux dokumentazzjoni rilevanti u valida;

2.

il-vapur għandux l-ekwipaġġ meħtieġ fid-Dokument dwar ekwipaġġ minimu ta' sikurezza.

Waqt l-ispezzjoni l-ispettur irid jara jekk il-vapur u/jew l-ekwipaġġ hux kapaċi:

3.

ibaħħar b'mod sigur fil-vjaġġ li ġej;

4.

jimmaniġġa b'mod sigur, iwassal u jiċċekkja l-kondizzjoni tat-merkanzija waqt il-vjaġġ li ġej;

5.

iħaddem il-kamra tal-magni b'mod sigur waqt il-vjaġġ li jmiss;

6.

iżomm propulsjoni tajba u steering waqt il-vjaġġ li jmiss;

7.

jiġġieled nirien b'mod effettiv f'kull parti tal-vapur jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

8.

jabbandunaw il-vapur malajr u b'sikurezza u jagħmlu salvataġġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

9.

jipprevienu tinġis tal-ambjent waqt il-vjaġġ li jmiss;

10.

iżommu stabbilità adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

11.

iżommu integrità watertight adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

12.

jikkomunikaw f'sitwazzjoni ta' inkwiet jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

13.

jipprovdu kondizzjonijiet siguri u sani abbord waqt il-vjaġġ li jmiss;

14.

jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta' aċċident.

Jekk ir-risposta għal xi waħda minn dawn il-valutazzjonijiet hija negattiva, wara li jkunu kkunsidrati n-nuqqasijiet kollha misjuba, id-detenzjoni tal-vapur għandha tiġi kkunsidrata serjament. Kombinazzzjoni ta' nuqqasijiet ta' natura inqas serja tista' wkoll tesiġi d-detenzjoni tal-vapur.

3.   Biex tassisti l-ispettur fl-użu ta' dawn il-gwidi, hemm lista ta' nuqqasijiet, raggruppati flimkien taħt Konvenzjonijiet rilevanti u/jew kodiċi, li huma kkunsidrati ta' natura hekk serja li jistgħu jesiġu d-detenzjoni tal-vapur involut. Din il-lista mhix maħsuba biex tkun esklussiva.

3.1.   Ġenerali

In-nuqqas ta' ċertifikati u dokumenti validi kif meħtieġa mill-instrumenti rilevanti. Madankollu, vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stati li ma jaderixxux mal-konvenzjoni rilevanti jew li ma implimentawx dokument ieħor rilevanti, mhumiex intitolati għal ċertifikati previsti mill-Konvenzjoni jew strument ieħor rilevanti. Għalhekk, assenza ta' ċertifikati meħtieġa m'għandhiex minnha nnifisha tikkonstitwixxi raġuni biex iżżomm dawn il-vapuri; iżda, meta tapplika l-klawżola ta' „mhemmx iktar trattament favorevoli“, konformità sostanzjali mad-dispożizzjonijiet hija meħtieġa qabel isalpa l-vapur.

3.2.   Żoni taħt il-Konvenzjoni SOLAS 74

1.

Nuqqas tal-operazzjoni serja ta' propulsjoni u makkinarju essenzjali ieħor, kif ukoll installazzjonijiet elettriċi.

2.

Nuqqas ta' ndafa fil-kamra tal-magni, ammont eċċessiv ta' taħlit ta' ilma biż-żejt fil-qiegħ tal-bastiment, insulazzjoni tal-katusi fil-kamra tal-magni kontaminatibiż-żejt, operazzjoni ħażina ta' arranġamenti ta' ppumpjar mill-qiegħ tal-bastiment.

3.

Nuqqas ta' tħaddim tajjeb tal-ġeneratur tal-emerġenza, dwal, batteriji u swiċis.

4.

Nuqqas ta' tħaddim tajjeb tal-isteering gear prinċipali u awżiljarju.

5.

Assenza, kapaċità insuffiċjenti jew deterjorazzjoni serja ta' tagħmir ta' salvataġġ, biċċiet tal-baħar għas-sopravivenza u dispożittivi għat-tpoġġija fl-ilma.

6.

Assenza, nuqqas ta' osservanza jew deterjorazzjoni sostanzjali ta' sistemi ta' kxif tan-nar, fire-alarms, tagħmir ta' kontra t-tifi tan-nar, installazzjoni mwaħħla ta' kontra tifi tan-nar, valvoli tal-ventilazzjoni, fire dampers, tagħmir li jingħalaq malajr sal-limitu li ma jistgħux iħarsu l-użu maħsub tagħhom.

7.

Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew nuqqas ta' operazzjoni tajba taż-żoni fejn hemm it-merkanzija mill-protezzjoni tan-nar fuq tankers.

8.

Assenza, non-konformità jew deterjorazzjoni serja ta' dwal, forom jew sinjali tal-ħoss.

9.

Assenza jew nuqqas ta' tħaddim kif jixraq tat-tagħmir tar-radju għal komunikazzjonijiet għall-ajjut u ta' sikurezza.

10.

Assenza jew nuqqas tal-operazzjoni serja ta' tagħmir ta' navigazzjoni, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' SOLAS 74, Regolament V/16.2.

11.

Assenza ta' mapep ta' navigazzjoni kkorreġuti, u/jew pubblikazzjonijiet nawtiċi oħra rilevanti meħtieġa għal vjaġġ maħsub, b'kont meħud li sistema ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep elettroniċi u ta' informazzjoni (ECDIS) bħala sostitut għaċ-charts.

12.

Assenza ta' ventilazzjoni ta' exhaust non-sparking għal kmamar tal-pompi ta' merkanzija.

13.

Nuqqasijiet serji fil-ħtiġiet operazzjonali, kif deskritti fis-Sezzjoni 5.5 tal-Anness I għal MOU ta' Pariġi.

14.

Numru, kompożizzjoni jew ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ li ma jikkorrispondix mad-dokument dwar ekwipaġġ minimu ta' sikurezza.

15.

In-nuqqas ta' twettiq tal-programm imtejjeb ta' stħarriġ skont is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2.

3.3.   Żoni taħt il-kodiċi IBC

1.

Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2.

Tagħmir ta' sikurezza ta' pressa għolja nieqes jew bil-ħsara.

3.

Installazzjonijiet elettriċi li mhumiex intrinsikament siguri jew li ma jikkorisponduxgħar-rekwiżiti tal-kodiċi.

4.

Sorsi ta' taqbid f'postijiet perikolużi.

5.

Kontravenzjonijiet ta' rekwiżiti speċjali.

6.

Qbiż ta' ta' kwantità ta' merkanzija massima permessa kull tank.

7.

Protezzjoni insuffiċjenti mis-sħana għal prodotti sensittivi.

3.4.   Żoni taħt il-kodiċi IGC

1.

Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2.

Apparati ta' għeluq għal akkomodazzjoni jew spazji ta' servizz nieqsa.

3.

Bulkhead mhux gastight.

4.

Air locks difettużi.

5.

Valvoli li jingħalqu malajr mitlufin jew difettużi.

6.

Valvoli tas-sikurezza nieqsa jew difettużi.

7.

Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux mar-rekwiżiti tal-kodiċi.

8.

Ventilaturi fiż-żona ta' merkanzija ma jaħdmux.

9.

Pressure alarms għal tankijiet ta' merkanzija ma jitħadmux.

10.

Impjant ta' sejba tal-gass u/jew impjant ta' sejba ta' gass tossiku difettużi.

11.

Trasport ta' sustanzi inibituri, mingħajr ċertiifkat validu.

3.5.   Żoni taħt il-Konvenzjoni Load Lines

1.

Żoni sinifikanti ta' ħsara jew tmermir, jew pitting tal-plating u ebusija assoċjata fil-gverti u qafas li jaffettwaw in-navigabbiltà jew saħħa biex tieħu merkanzija lokali, sakemm ma sarux tiswijiet temporanji proprji għal vjaġġ ġewwa port għal tiswijiet permanenti.

2.

Każ rikonoxxut ta' stabbilità insuffiċjenti.

3.

L-assenza ta' informazzjoni suffiċjenti u affidabbli, f'forma approvata, li b'mezzi rapidi u sempliċi, tippermetti lill-kaptan jirranġa għat-tgħabija u s-saborra tal-vapur tiegħu b'tali manjiera li jinżamm marġini sigur ta' stabbilità fl-istadji kollha u fil-kondizzjonijiet varji tal-vjaġġ, u li jiġi evitat il-ħolqien ta' kwalunkwe stress mhux aċċettabbli fl-istruttura tal-vapur.

4.

Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew mekkaniżmi għall-għeluq difettużi, hatch closing arrangements u bibien watertight.

5.

Merkanzija żejda.

6.

Assenza ta' draft mark jew draft mark li impossibbli biex taqraha.

3.6.   Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, l-Anness I

1.

Assenza, deterjorazzjoni serja jew nuqqas ta' operazzjoni proprja ta' oily-water filtering equipment, il-monitoring tat-tnixxija taż-żejt u sistema ta' kontroll jew l-arranġamenti tal-alarm 15 ppm.

2.

Kapaċità li fadal ta' slop u/jew sludge tank insuffiċjenti għall-vjaġġ maħsub.

3.

Ktieb tar-Rekords taż-Żejt mhux disponibbli.

4.

Twaħħil illeċitu ta' divjet ta' ħatt mhux awtorizzat.

5.

Il-fajl tar-rapport tal-istħarriġ ikun nieqes jew ma' jkunx konformi mar-Regolament13G(3)(b) tal-Konvenzjoni ta' MARPOL.

3.7.   Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, l-Anness II

1.

Assenza tal-manwali P & A.

2.

Merkanzija mhux kategorizzata.

3.

M′hemm ebda ktieb dwar merkanzija disponibbli.

4.

Trasport ta' sostanzi li qishom żejt mingħajr ma tissodisfa r-rekwiżiti jew mingħajrċertifikat adegwatament emendat.

5.

Twaħħil illeċitu ta' divjet ta' ħatt mhux awtorizzat.

3.8   Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, Anness V

1.

Assenza tal-pjan ta' ġestjoni tal-iskart.

2.

L-ebda ktieb tar-reġistrazzjoni tal-iskart mhuwa disponibbli.

3.

Il-persunal tal-vapur mhuwiex familjari mal-ħtiġiet ta' rimi/twarrib fil-pjan ta' ġestjoni tal-iskart.

3.9   Żoni taħt l-STCW ║u d-Direttiva 2001/25/KE.

1.

Defiċjenza tal-baħrin li jkollhom ċertifikat, li jakkwistaw ċertifikat xieraq, li jkollhom dispensa valida jew biex jipprovdu prova dokumentata li applikazzjoni għal konferma kienet ġiet ippreżentata lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

2.

Evidenza li ċertifikat ġie akkwistat bi frodi jew li d-detentur ta' ċertifikat mhuwiex il-persuna li lilha kien oriġinarjament inħareġ iċ-ċertifikat.

3.

Nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet applikabbli ta' ekwipaġġ ta' sikurezza tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

4.

Defiċjenza ta' arranġamenti tas-sahra tan-navigazzjoni jew tal-inġinerija biex ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

5.

Assenza fis-sahra ta' persuna kkwalifikata biex topera apparat essenzjali għal navigazzjoni b'sikurezza, kommunikazzjoni bir-radju ta' sikurezza jew il-prevenzjoni ta' tinġis marittimu.

6.

Defiċjenza li jforni prova ta' profiċjenza prefessjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tinġis.

7.

Inabilità li jipprovdu għall-ewwel sahra fil-bidu tal-vjaġġ u għal sahrat ta' serħan sussegwenti persuni li jkunu straħu biżżejjed u li b'xi mod ieħor huma tajbin għal ħidma.

3.10.   Żoni taħt il-Konvenzjonijiet ILO

1.

Ikel mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

2.

Ilma mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

3.

Kondizzjonijiet eċċessivament mhux sanitarji abbord.

4.

Ma jkunx hemm tisħin fl-akkomodazzjoni ta' vapur li jopera f'żoni fejn it-temperaturi jistgħu jkunu baxxi b'mod eċċessiv.

5.

Ventilazzjoni mhux biżżejjed fl-akkomodazzjoni tal-vapur.

6.

Skart eċċessiv, sadd mit-tagħmir jew merkanzija jew altrimenti kondizzjonijiet perikolużi fil-passaġġi/akkomodazzjonijiet.

7.

Evidenza ċara li l-persunal għall-ewwel gwardja u l-gwardji suċċessivi, il-persunal fuq gwardja jew persunal ieħor tas-servizz mhuwiex f'pożizzjoni li jaqdi dmiru minħabba l-għeja.

3.11.   Żoni li ma jirrikjedux detenzjoni, iżda fejn eż. operazzjonijiet ta' merkanzija jridu jiġu sospiżi.

Nuqqas ta' tħaddim serju (jew manutenzjoni) tas-sistema ta' gass ta' ġewwa, tagħmir relatat mal-merkanzija jew makkinarju huma kunsidrati raġuni suffiċjenti biex twaqqaf operazzjoni ta' merkanzija.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XI

KRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI

(imsemmija fl-Artikoli 22(1) u (5)

1.

L-ispetturi għandu jkollhom it-tagħrif teoriku u l-esperjenza prattika meħtiġin ta' vapuri u l-operat tagħhom. Huma għandhom ikunu kompetenti fl-infurzar tal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet u tal-proċeduri rilevanti ta' kontroll tal-Istat tal-port. Dawn it-tagħrif u l-kompetenza fl-infurzar tal-ħtiġiet internazzjonali u Komunitarji għandhom jinkisbu permezz ta' programmi ta' taħriġ dokumentati.

2.

L-ispetturi għandhom, bħala minimu, ikollhom jew:

a)

kwalifiki adatti minn istituzzjoni tal-baħar jew nawtika u esperjenza rilevanti ta' tbaħħir bħala uffiċjal ċertifikat għal fuq vapur li għandu jew kellu ċertifikat ta' kompetenza validu STWC II/2 jew III/2 mhux limitat rigward iż-żona operattiva jew il-qawwa ta' propulsjoni jew it-tunnellaġġ; jew

b)

ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut mill-Awtorità kompetenti bħala perit nawtiku, inġinier mekkaniku jew inġinier b'rabta ma' oqsma marittimi u ħadmu f'dik il-kapaċità tal-inqas għal ħames snin; jew

c)

ikollhom grad universitarju rilevanti jew ekwivalenti u jkunu tħarrġu u kkwalifikaw kif adatt bħala spetturi ta' sikurezza għall-vapuri,

3.

L-ispettur għandu jkun:

kompla tal-inqas sena ta' servizz bħala spettur ta' Stat tal-bandiera jew relatati ma' stħarriġ u ċertifikazzjoni skont il-Konvenzjonijiet jew involut fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għalihom kienu delegati kompiti statutorji, jew

kiseb livell ekwivalenti ta' kompetenza billi jsegwi minimu ta' sena taħriġ fuq il-post fi spezzjonijiet ta' Kontroll tal-Istat tal-Port skont il-gwida ta' Uffiċjali ta' Kontroll tal-Istat tal-Port bl-esperjenza.

4.

L-ispetturi msemmijin taħt 2(a) għandhom ikunu akkwistaw esperjenza marittima almenu ta' ħames snin inklużi perijodi moqdijin fuq il-baħar bħala uffiċjali fid-dipartiment ta' abbord jew tal-magni rispettivament, jew bħala spettur ta' stat tal-bandiera jew bħala assistent spettur tal-kontrol tal-Istat tal-port.

5.

L-ispetturi għandu jkollhom l-abbiltà li jikkomunikaw oralment u bil-miktub mal-baħħara bil-lingwa l-aktar mitkellma fuq il-baħar.

6.

L-ispetturi li ma josservawx il-kriterji fuq imsemmija jiġu aċċettati wkoll jekk imqabbda minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru għal kontroll tal-Istat tal-port fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva.

7.

Fejn fi Stat Membru l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1) u (2) jitwettqu minn spetturi ta' kontroll tal-Istat tal-port; dawk l-ispetturi għandu jkollhom kwalifiki adatti, li għandhom jinkludu esperjenza teorika u prattika suffiċjenti fis-sigurtà marittima. Dan normalment għandu jinkludi:

a)

fehim tajjeb tas-sigurtà marittima u kif din hija applikata fl-operazjonijiet li qed jiġu eżaminati;

b)

tagħrif prattiku tajjeb ta' teknoloġiji u tekniki tas-sigurtà;

c)

tagħrif ta' prinċipji, proċeduri u tekniki tal-ispezzjonijiet;

d)

tagħrif prattiku tal-operazzjonijiet li qed jiġu eżaminati.

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
ANNESS XII

FUNZJONALITAJIET TAL-ĠABRA TA’ DATA GĦALL-ISPEZZJONIJIET

(imsemmija fl-Artikolu 24(1))

1.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi tal-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:

Tinkorpora data għall-ispezzjonijiet tal-Istati Membri u l-Istati Partijiet kollha għall-MOU ta’ Pariġi,

Tipprovdi data dwar il-profil tar-riskju ta’ vapur u dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet,

Tikkalkula r-responsabbiltajiet ta’ spezzjoni għal kull Stat Membru,

Tipproduċi l-lista l-bajda kif ukoll dik griża u sewda tal-Istati tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 16(1),

Tipproduċi data dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji,

Tidentifika l-partiti b’żoni ta’ riskju li għandhom jiġu kkontrollati f’kull spezzjoni.

2.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandu jkollha l-kapaċità li tadatta għal żviluppi futuri u li tinteraġixxi ma’ ġabriet ta’ data għas-sikurezza marittima Komunitarji oħrajn, inkluża s-SafeSeaNet, li għandhom ifornu data dwar iż-żjarat li l-vapuri tabilħaqq jagħmlu f’portijiet tal-Istati Membri u, fejn xieraq, għal sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali rilevanti.

3.

Għandha tkun fornuta deep hyperlink għall-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għas-sistema ta’ informazzjoni Equasis. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li l-ġabriet ta’ data pubbliċi u privati relatati ma’ spezzjoni ta’ vapuri aċċessibbli permezz tal-Equasis ikunu kkonsultati mill-ispetturi.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XIII

PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI RELATATA MA' SPEZZJONIJET, MA' DETENZJONIJIET U ĊAĦDIET TA' AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

(imsemmija fl-Artikolu 26)

1.

L-informazzjonippubblikata skont l-Artikolu 26 għandha tinkludi dan li ġej:

a)

l-isem tal-vapur;

b)

in-numru tal-IMO;

c)

it-tip tal-vapur;

d)

it-tunellaġġ (gt);

e)

is-sena tal-kostruzzjoni kif stabbilita abbażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sikurezza tal-vapur;

f)

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-vapur;

g)

fil-każ ta' vapuri li jġorri l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip tal-kirja;

h)

l-istat tal-bandiera;

i)

ċertifikati ta' klassifikazzjoni u statutorji maħruġin skont il-Konvenzjonijiet rilevanti, u l-awtorità jew organizzazzjoni li ħarġet kull wieħed miċ-ċertifikati in kwistjoni, inkluża d-data tal-ħruġ u tal-iskadenza;

j)

il-port u d-data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali għaċ-ċertifikati fil-punt (i) fuq u l-isem ta'l-awtorità jew l-organizzazzjoni li tkun wettqet l-istħarriġ;

k)

data, port tal-pajjiż tad-detenzjoni.

2.

Għal vapuri li kienu detenuti, informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26 għandha tinkludi wkoll:

a)

l-għadd ta' detenzjonijiet matul is-36 xahar preċedenti;

b)

id-data meta d-detenzjoni kienet tneħħiet;

c)

id-durazzjoni tad-detenzjoni, fi ġranet;

d)

ir-raġunijiet għad-detenzjoni, f'termini ċari u espliċiti;

e)

l-indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun għamlet l-istħarriġ ikollhiex ir-responsabbiltà rigward id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni;

f)

id-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu ttieħdu fil-każ ta' vapur li kien tħalla jmur lejn l-eqreb baċir għat-tiswija adattata;

g)

jekk il-vapur inċaħadlu aċċess għal kwalunkwe port fil-Komunità, ir-raġunijiet għall-miżura f'termini ċari u espliċiti.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XIV

DATA FORNUTA FIL-KUNTEST TA' MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI

(kif imsemmija fl-Artikolu 29)

1.

Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja dwar is-sena ta' qabel mhux aktar tard mill-1 ta' April.

1.1.

L-għadd ta' spetturi li jaġixxu għan-nom tagħhom fil-qafas tal-kontroll tal-Istat tal-port

Dan it-tagħrif għandu jingħata lill-Kummissjoni waqt li tintuża l-iskeda mudell li ġejja (1)  (2)

Port/żona

Numru ta' spetturi impjegati full-time (A)

Numru ta' spetturi part-time (B)

Konverżjoni minn (B) għal full-time (Ċ)

Total (A+Ċ)

Port X /jew Żona X….

 

 

 

 

Port Y /jew Żona Y….

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

1.2.

L-għadd totali tal-vapuri individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f'livell nazzjonali. Iċ-ċifra għandha tkun in-numru ta' vapuri koperti minn din id-Direttiva li daħlu fil-portijiet f'livell nazzjonali magħdudin biss darba.

2.

L-Istati Membri għandhom:

a)

ifornu lill-Kummissjoni kull sitt xhur lista żjarat f'port tal-vapuri individwali, minbarra s-servizzi regolari ta' laneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li daħlu fil-portijiet tagħhom jew li kienu nnotifikaw lil awtorità jew korp tal-port wasliethom f'ankoraġġ, li tinkludi għal kull moviment tal-vapur n-numru ta' IMO tiegħu, id-data tal-wasla tiegħu l-port. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta' programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar awtomatiku tal-informazzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista għandha tkun fornuta fi żmien erba' xhur mit-tmiem tal-perijodu li għalih tappartjeni d-data,

u

b)

ifornu lill-Kummissjoni b'listi separati ta' servizzi regolari ta' laneċ tal-passiġġieri u servizzi regolari ta' laneċ tal-merkanzija msemmijin fil-punt(a), sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara dan kull darba li jsiru bidliet f'tali servizzi. Il-lista għandha tinkludi għal kull vapur in-numru IMO tiegħu, ismu u r-rotta koperta mill-vapur. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta' programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar tal-informazzjoni msemmija hawn fuq.


(1)  Fejn l-ispezzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta' kontroll tal-Istat tal-port jirrappreżentaw biss parti mill-ħidma tal-ispetturi, in-numru totali ta' spetturi għandu jkun konvertit għal numru ekwivalenti ta' spetturi full-time. Fejn l-istess spettur jaħdem f'aktar minn port wieħed jew żona ġeografika waħda l-ekwivalenti part-time applikabbli għandu jingħadd f'kull port.

(2)  Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'livell nazzjonali u għal kull port tal-Istat Membru li jkun. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew grupp ta' spetturi, li tkun tikkonsisti f'bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ.

L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
ANNESS XV

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA B’ELEMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill

(GU L 157 del 7.7.1995, p. 1)

Direttiva 98/25/KE tal-Kunsill

(ĠU L 133, 7.5.1998, p. 19)

Direttiva 98/42/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 184, 27.6.1998, p. 40)

Direttiva 1999/97/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 331, 23.12.1999, p. 67)

Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17)

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropea u l-tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

Artikolu 4 biss

PARTI B

LISTA TA’ SKADENZI ĠĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Direttiva 95/21/KE

30 ta’ Ġunju 1996

Direttiva 98/25/KE

30 ta’ Ġunju 1998

Direttiva 98/42/KE

30 ta’ Settembru 1998

Direttiva 1999/97/KE

13 ta’ Diċembru 2000

Direttiva 2001/106/KE

22 ta’ Lulju 2003

Direttiva 2002/84/KE

23 ta’ Novembru 2003

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XVI

SKEDA TA' KORRELAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(a)

Artikolu 1, it-tieni inċiż

Artikolu 1(b)

-

Artikolu 1(c)

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1), il-ħames inċiż

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1), is-sitt inċiż

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1), is-seba' inċiż

Artikolu 2(1)(g)

-

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(1), l-aħħar sentenza

-

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

-

Artikolu 2(3)

-

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(4)

-

-

Artikolu 2(7)

-

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(9)

-

Artikolu 2(10)

-

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(14)

-

Artikolu 2(15)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(16)

-

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(18)

-

Artikolu 2(19)

-

Artikolu 2(20)

-

Artikolu 2(21)

-

Artikolu 2(22)

-

Artikolu 2(23)

-

Artikolu 2(24)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), ir-raba' subparagrafu

-

Artikolu 3(1), il-ħames subparagrafu ║

Artikolu 3(2) to (4)

Artikolu 3(2) to (4)

-

Artikolu 4(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(2),

Artikolu 5

-

-

Artikolu 6

- ║

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 12

Artikolu 6(1) kliem introduttorju

-

-

Artikolu 13(1) kliem introduttorju

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 13(1)(a)

-

Artikolu 13(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 6(2)

-

-

Artikolu 13(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 6(4)

-

Artikolu 7

-

Artikolu 7a

-

Artikolu 7b

-

-

Artikolu 14

-

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 8

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 19(1) u (2)

Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 19(3)

Artikolu 9(3), sentenza 2 sa 4

Artikolu 19(4)

Artikolu 9(4) sa (7)

Artikolu 19(5) sa (8)

-

Artikolu 19(9)

Artikolu 9a

-

Artikolu 10(1) sa (3)

Artikolu 20(1) sa (3)

-

Artikolu 20(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 21(1)

-

Artikolu 21(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4) sa (6)

Artikolu 22(4) sa (6)

Artikolu 12 (1) sa (3)

Artikolu 22(1) sa (3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 22(4)

-

Artikolu 22(5) sa (7)

Artikolu 13(1) sa (2)

Artikolu 23(1) sa (2)

-

Artikolu 23(3) sa (5)

Artikolu 14

-

Artikolu 15

-

-

Artikolu 24

-

Artikolu 25

-

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 16(2a)

Artikolu 28(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 17

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 18

Artikolu 31

Artikolu 19

Artikolu 32

-

Artikolu 33

Artikolu 19a

Artikolu 34

-

Artikolu 35

Artikolu 20

Artikolu 36

-

Artikolu 37

Artikolu 21

Artikolu 38

Artikolu 22

Artikolu 39

Anness I

-

-

Anness I

-

Anness II

-

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VI

Anness X

Anness VII

Anness XI

-

Anness XII

Anness VIII

Anness XIII

Anness IX

Anness IX

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness VIII

Anness XII

-

-

Anness XV

-

Anness XVI


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/261


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2008)0447

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) (5724/2/2008 — C6-0222/2008 — 2005/0237A(COD))

2010/C 8 E/43

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5724/2/2008 — C6-0222/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0331/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632.


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0237A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta’ Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-osservanza tar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (4) ġiet emendata b’mod sinifikanti f’diversi okkażjonijet. Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, hija għandha tinkiteb mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/ES jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta’ żewġ istrumenti legali Komunitarji differenti, jiġifieri permezz ta’ Direttiva u ta’ Regolament.

(3)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri (5), il-Kunsill stabbilixxa l-objettiv li jneħħi l-bastimenti substandard kollha mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja maħsuba biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali permezz tat-tfassil ta’ standards komuni għas-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni , iddefiniti bħala organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni tal-bastimenti u tal-perizji (minn hawn ’il quddiem imsejħa “organizzazzjonijiet rikonoxxuti”) .

(4)

Is-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fuq il-baħar jistgħu jitjiebu b’mod effettiv billi jiġu applikati strettament il-konvenzjonijiet, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali filwaqt li jitmexxa ’l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

(5)

Il-kontroll tal-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali uniformi għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-ibħra huwa r-responsabilità tal-Istati tal-bandiera u tal-port.

(6)

L-Istati Membri huma responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati internazzjonali għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż previsti fil-konvenzjonijiet bħall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (SOLAS 74), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (MARPOL), u għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-konvenzjonijiet.

(7)

F’konformità ma’ dawn il-konvenzjonijiet l-Istati Membri kollha jistgħu jawtorizzaw sa limitu li jvarja l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ din il-konformità u jistgħu jiddelegaw il-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

(8)

Mad-dinja kollha numru kbir tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti eżistenti ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata tar-regoli jew l-affidabilità meħtieġa meta jaġixxu f’isem l-amministrazzjonijiet nazzjonali għaliex ma għandhomx l-istrutturi u l-esperjenza adegwati ▐ li jippermettulhom iwettqu l-ħidma tagħhom b’mod mill-iktar professjonali.

(9)

Barra minn hekk, dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-disinn, il-kostruzzjoni, iż-żamma u l-ispezzjoni tal-vapuri u huma responsabbli għall-ispezzjoni tal-vapuri f’isem l-Istati tal-bandiera u biex jiċċertifikaw li dawk il-vapuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b’mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża.

(10)

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma’ xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b’mod uniformi fil-Komunità kollha.

(11)

Il-ħruġ taċ-Ċertifikat tar-Radju ta’ Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija jista’ jiġi fdat lil korpi privati li għandhom esperjenza suffiċjenti u persunal ikkwalifikat.

(12)

Stat Membru jista’ madankollu jirrestrinġi n-numru ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huwa jawtorizza skond il-bżonnijiet tiegħu, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi u trasparenti, soġġett għall-kontroll eżerċitat mill-Kummissjoni b’konformità ma’ proċedura ta’ kumitat.

(13)

Din id-Direttiva għandha tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-Komunità, għalhekk il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt tinnegozja, ma’ dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, ▐ trattament ugwali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jkollhom id-domiċilju fil-Komunità.

(14)

Jeħtieġ li jkun hemm involviment qawwi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-perizji tal-vapuri u fil-ħruġ taċ-ċertifikati relatati sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli internazzjonali tas-sikurezza anke jekk l-Istati Membri jużaw organizzazzjonijiet rikonoxxuti barra mill-amministrazzjoni tagħhom sabiex iwettqu dmirijiet statutorji. Huwa għalhekk opportun li tiġi stabbilita relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati minnhom, u dan jista’ jkun jeħtieġ li l-organizzazzjonijet rikonoxxuti jkollhom rappreżentanza lokali fit-territorju tal-Istat Membru li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom f’isimhom.

(15)

Id-diverġenza tas-sistemi ta’ responsabiltà finanzjarja bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f’isem l-Istati Membri timpedixxi l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva. Biex jingħata kontribut għas-soluzzjoni ta’ din il-problema, huwa xieraq li tinġieb ċerta armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà li tirriżulta minn kwalunkwe diżgrazzja tal-baħar kkaġunata minn organizzazzjoni rikonoxxuta, kif ikun deċiż minn qorti tal-ġustizzja, inkluża s-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (6).

(17)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(18)

L-Istati Membri għandhom madankollu jitħallew bil-possibbiltà li jissospendu ▐ l-awtorizzazzjoni tagħhom lil organizzazzjoni rikonoxxuta għal raġunijiet ta’ perikolu serju għas-sikurezza jew għall-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mingħajr dewmien, b’konformità ma’ proċedura ta’ kumitati, jekk kwalunkwe miżura bl-effett imsemmi hawn fuq għandhiex tiġi rrevokata .

(19)

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jevalwa perjodikament ir-rendiment tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f’ ismu u jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’tagħrif preċiż dwar tali rendiment.

(20)

Bħala awtoritajiet tal-port, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsaħħu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fl-ibħra tal-Komunità bi spezzjonijiet ta’ prijorità tal-vapuri li għandhom ċertifikati ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji komuni, biex b’hekk jiżguraw li vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat terz ma jingħatawx trattament iktar vantaġġuż.

(21)

Fil-preżent ma jeżistux standards internazzjonali uniformi li magħhom iridu jikkonformaw il-vapuri kollha fil-fażi tal-kostruzzjoni jew matul il-ħajja kollha tagħhom, rigward il-buq, il-makkinarju u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll. Dawn l-istandards jistgħu jiġu stabbiliti skond ir-regoli tas-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni rikonoxxuti jew skond standards ekwivalenti li jridu jiġu deċiżi mill-amministrazzjonijiet nazzjonali skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjeta’ tal-Informazzjoni (7).

(22)

Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(23)

L-obbligu li din id-Diretiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jgħodd biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej minn dik id-Direttiva.

(24)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness I, Parti B.

(25)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (8), l-Istati Membri huma mħeġġa ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(26)

Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… (9) [dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri]  (10) ║,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva hu:

a)

li jkun żgurat li l-Istati Membri effettivament u konsistentement jissodisfaw l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera skont il-konvenzjonijiet internazzjonali;

b)

tistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma inkarigaw bl-ispezzjoni, l-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li tmexxi ’l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan il-proċess jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi , radjotelefoniċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija .

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“vapur” tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

b)

“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur irreġistrat fi Stat Membru u li jtajjar il-bandiera tiegħu skond il-leġislazzjoni tiegħu. Il-vapuri li ma jikkorrispondux ma’ din id-definizzjoni jitqiesu bħala vapuri li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz;

c)

“spezzjonijiet u perizji” tfisser l-ispezzjonijiet u l-perizji li huma mandatorji taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali , kif ukoll skont din id-Direttiva u leġiżlazzjonijiet oħrajn tal-Komunità rigward is-sikurezza marittima ;

d)

“konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (SOLAS 74) ▐, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (Marpol) , il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, 1969 (Tonnage 69), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Livelli ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa ta’ Baħħara, 1978 (STCW 1978), il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għal Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (COLREG 72) , flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta’ status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

e)

“il-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera” tfisser l-ewwel u t-tieni parti tal-“Kodiċi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti obbligatorji tal-IMO”, adottat mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.996(25) fid-29 ta’ Novembru 2007, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

f)

“amministrazzjoni” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li tiegħu il-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera, inklużi d-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-Istat tal-bandiera tal-Konvenzjonijiet tal-IMO;

g)

“organizzazzjoni” tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

h)

“kontroll” tfisser, għall-fini tal-punt (g), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità li twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

i)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skond ir-Regolament (KE) Nru …/… (11) [dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri];

j)

“awtorizzazzjoni” tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

k)

“ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f’isem Stat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;

l)

“regoli u proċeduri” tfisser ir-rekwiżiti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

m)

“ċertifikat tal-klassifikazzjoni ” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun tajjeb għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u regolamenti stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

n)

“ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija” tfisser iċ-ċertifikat introdott permezz tal-Protokoll tal-1988 li jemenda s-SOLAS, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

Artikolu 3

1.   Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tagħhom, b’konformità mal-paragrafi 2 sa 4 .

2.     L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera.

3.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li titwettaq verifika indipendenti tal-amministrazzjoni tagħhom mhux inqas minn darba kull ħames snin skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.974 (24) adottata mill-Assemblea tal-IMO fl-1 ta’ Diċembru 2005. Huma għandhom jiżġuraw, fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika, li, jekk ikun xieraq, jiġi mfassal pjan korrettiv komprensiv skond it-taqsima 8 tal-Parti II tal-Anness ta’ dik ir-Riżoluzzjoni u li tkun żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha u b’mod effettiv tiegħu.

4.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-vapuri u l-kwistjoni tal-ħruġ taċ-ċertifikati statutorji u taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni kif previst mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

5.   Fejn għall-iskop tal-paragrafu 1 Stat Membru jiddeċiedi fir-rigward ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu:

i)

li jawtorizza lill-organizzazzjonijiet biex iwettqu bis-sħiħ jew f’parti l-ispezzjonijiet u l-perizji relatati maċ-ċertifikati statutorji inklużi dawk għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 15(2) u, fejn xieraq, biex joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati relatati; jew

ii)

li jafda l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-kompitu li jwettqu bis-sħiħ jew f’parti l-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fl-inċiż (i);

huwa għandu jafda dawn id-dmirijiet lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss.

L-amministrazzjoni kompetenti għandha fil-każijiet kollha tapprova l-ewwel ħarġa taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni.

Madankollu, għaċ-ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija dawn id-dmirijiet jistgħu jiġu fdati f’idejn korp privat rikonoxxut minn amministrazzjoni kompetenti u li jkollu l-esperjenza biżżejjed u l-persunal ikkwalifikat biex iwettaq ħidma speċifikata ta’ valutazzjoni tas-sikurezza tal-komunikazzjoni bir-radju f’ismu.

6.   Dan l-Artikolu ma jirrigwardax ċertifikazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi ta’ tagħmir marittimu.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-Istat tal-Bandiera

1.     Qabel ma bastiment, li jkun ingħatalu d-dritt li jtajjar il-bandiera ta’ xi Stat Membru, jingħata l-permess li jopera, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-bastiment ikkonċernat jikkonforma mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli. B’mod partikolari, għandu jivverifika r-rekords ta’ sikurezza permezz tal-mezzi kollha raġonevoli. Huwa għandu, jekk ikun hemm bżonn, jikkonsulta mal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera preċedenti sabiex jistabbilixxi jekk hemmx xi nuqqasijiet li għadhom ma kinux indirizzati jew kwistjonijiet ta’ sikurezza pendenti osservati mill-amministrazzjoni msemmija.

2.     Kull meta Stat tal-bandiera jitlob informazzjoni rigward vapur li qabel kien itajjar bandiera ta’ Stat Membru, l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandu fil-pront jipprovdi dettalji ta’ nuqqasijiet li għadhom ma kinux indirizzati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza lill-Istat tal-bandiera li qed jagħmel it-talba.

3.     Meta l-amministrazzjoni tiġi infurmata li bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat ġie miżmum minn Stat tal-port, hija għandha tissorvelja l-miżuri korrettivi xierqa biex iġġib il-bastiment f’konformità mar-regolamenti u Konvenzjonijiet tal-IMO applikabbli. Għal dan il-għan, dik l-amministrazzjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom tinżamm taħt il-kontroll dirett ta’ awtorità pubblika u tkun dejjem aċċessibbli faċilment għall-amministrazzjoni permezz ta’ mezzi ta’ teknoloġija tal-informatika adegwati:

a)

id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-vapur (isem, numru IMO, eċċ.);

b)

id-dati tal-ispezzjonijiet, inklużi l-ispezzjonijiet addizzjonali u supplimentari, jekk ikun hemm, u l-verifiki;

c)

l-identifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vapur;

d)

l-identifikazzjoni tal-entità li spezzjonat il-vapur skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port u d-dati tal-ispezzjonijiet;

e)

ir-riżultat tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port (Nuqqasijiet: Iva jew Le; Immobilizzazzjoni: Iva jew Le);

f)

informazzjoni dwar diżgrazzji;

g)

identifikazzjoni tal-vapuri li ma baqgħux itajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat matul it-12-il xahar preċedenti.

L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdulha l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

Artikolu 6

1.     Kull Stat Membru għandu, fil-qafas tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tiegħu, jevalwa u jirrevedi kontinwament il-prestazzjoni tiegħu bħala Stat tal-bandiera. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom, tul perjodu ta’ [36] xahar, ikopru l-aspetti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-amministrazzjoni.

Bħala minimu, l-indikaturi ta’ prestazzjoni li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-evalwazzjoni:

rati ta’ detenzjoni ta’ kontroll mill-Istat tal-port,

ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-Istat tal-bandiera, u

indikaturi tal-prestazzjoni, kif jista’ jkun xieraq, biex jiddeterminaw jekk l-istaff, ir-riżorsi u l-proċeduri amministrattivi humiex adegwati biex jaqdu l-obbligi marbuta mal-Istat tal-bandiera.

2.     L-Istati Membri, li jkunu wettqu evalwazzjonijiet skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu u jidhru fuq il-lista sewda [jew ġriża] ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Memorandum ta’ Ftehim (MOU) ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port fl-1 ta’ Lulju tas-sena tat-tlestija tal-evalwazzjonijiet, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-prestazzjoni tagħhom bħala Stati tal-bandiera sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Novembru tas-sena tat-tlestija tal-evalwazzjoni.

Ir-rapport għandu jidentifika u janalizza r-raġunijiet ewlenin ta’ nuqqasijiet fil-prestazzjoni: għandu jinkludi wkoll pjan ta’ miżuri ta’ rimedju u miżuri korrettivi inklużi, fejn ikun xieraq, spezzjonijiet supplimentari li għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli.

3.     Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tkun stabbilita u ċċertifikata f’perjodu ta’ mhux aktar minn  (12).

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem l-[2010], tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta’ Memorandum ta’ Ftehim dwar l-obbligi ta’ kontroll tal-Istat tal-bandiera, bl-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn l-Istati tal-bandiera, li jkunu impenjaw ruħhom li jimplimentaw b’mod obbligatorju l-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera u li jkunu qablu li jiġu vverifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.974 (24) adottata mill-Assemblea tal-IMO fl-1 ta’ Diċembru 2005.

Artikolu 8

Ir-relazzjoni mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti

1.   Meta japplikaw l-Artikolu 3(5), l-Istati Membri ma għandhomx fil-prinċipju jirrifjutaw li jawtorizzaw xi waħda mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti milli jassumu dawn il-funzjonijiet, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 9 u 13. Madankollu, jistgħu jirrestrinġu n-numru tal-organizzazzjonijiet li huma jawtorizzaw skond il-ħtiġijiet tagħhom kemm-il darba jkun hemm raġunijiet trasparenti u oġġettivi biex jagħmlu dan.

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri xierqa skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2).

2.   Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz twettaq , f’ismu, id-dmirijiet ▐ imsemmijin fl-Artikolu 3, jew parti minnhom, hu jista’ jesiġi li l-Istat terz imsemmi jirrikonoxxi b’mod reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Barra minn hekk, il-Komunità tista’ titlob lill-Istat terz fejn tkun stabbilita organizzazzjoni rikonoxxuta biex jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri li jieħdu deċiżjoni kif deskritta fl-Artikolu 3(5), għandhom jistabbilixxu “relazzjoni ta’ xogħol” bejn l-amministrazzjoni kompetenti tagħhom u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom.

2.   Ir-relazzjoni ta’ xogħol għandha tkun regolata bi ftehim formalizzat bil-miktub u mhux diskriminatorju jew b’arranġamenti legali ekwivalenti li jistabbilixxu d-doveri u l-funzjonijiet speċifiċi meħuda mill-organizzazzjonijiet u jinkludu għall-inqas:

a)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II tar-Riżoluzzjoni A.739(18) tal-IMO dwar linji gwida għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isem l-amministrazzjoni, filwaqt li tittieħed ispirazzjoni mill-Anness, l-Appendiċi u d-Dokumenti mehmuża maċ-Ċirkolari MSC/710 u ċ-Ċirkolari MEPC 307 tal-IMO dwar mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-amministrazzjoni;

Għalhekk, meta organizzazzjoni rikonoxxuta, l-ispetturi tagħha, jew l-istaff tekniku tagħha joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa f’isem l-amministrazzjoni, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess salvagwardji legali u għall-istess protezzjoni ġudizzjarja, inkluż l-eżerċizzju ta’ kwalunkwe drittijiet ta’ difiża, bl-istess mod bħal dawk li l-amministrazzjoni u l-membri tagħha kienu jkunu jistgħu jirrikorru għalihom kieku l-amministrazzjoni tkun ħarġet iċ-ċertifikati meħtieġa hija stess;

b)

id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar ir-responsabbiltà finanzjarja:

i)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b’mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għat-telf ta’ jew il-ħsara lill-proprjetà jew il-korriment fuq il-persuna jew il-mewt, li jkun ġie ippruvat f’dik il-qorti li ġew ikkawżati minn att bi ħsieb jew omissjoni jew negliġenza kbira tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f’isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf, ħsara, korriment jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

ii)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b’mod aħħari u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal korriment fuq il-persuna li ma jirriżultax fil-mewt , li jkun ġie ippruvat f’dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b’nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f’isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li titlob kumpens finanzjarju mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak il-korriment fuq il-persuna li ma jirriżultax fil- mewtikun, kif deċiż minn dik il-qorti, ġie kkaġunat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 4 miljun ħlief meta l-ammont stabbilit fis-sentenza jew ftehima jkun inqas, u f’dan il-każ din iċ-ċifra tal-aħħar għandha tkun il-kumpens li għandu jitħallas ;

iii)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b’mod aħħari u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal telf jew ħsarat materjali, li jkun ġie ippruvat f’dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b’nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f’isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li titlob kumpens finanzjarju mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf jew ħsara jkunu , kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 2 miljun ħlief meta l-ammont stabbilit fis-sentenza jew fil-ftehima jkun inqas, u f’dan il-każ din iċ-ċifra tal-aħħar għandha tkun l-ammont li għandu jitħallas ;

c)

id-dispożizzjonijiet għal verifika perjodika mill-amministrazzjoni jew minn korp imparzjali estern maħtur mill-amministrazzjoni dwar id-dmirijiet li l-organizzazzjonijiet ikunu qegħdin iwettqu f’isimha, kif imsemmija fl-Artikolu 13(1);

d)

il-possibbiltà ta’ spezzjonijiet aleatorji u dettaljati tal-vapuri;

e)

id-dispożizzjonijiet għar-rappurtaġġ obbligatorju ta’ tagħrif essenzjali dwar il-flotta imniżżla fir-reġistru ta’ klassifikazzjoni tagħhom, u l-bdil, is-sospensjonijiet u l-irtirar mill-klassi tal-vapuri,

3.   Il-ftehim jew l-arranġament legali ekwivalenti jista’ jeħtieġ li l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkollha rappreżentanza lokali fit-territorju tal-Istat Membru li f’ismu twettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Rappreżentanza lokali b’personalità ġuridika taħt il-liġi tal-Istat Membru u suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tagħha tista’ tissodisfa din il-ħtieġa.

4.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni tagħrif preċiż dwar ir-relazzjoni ta’ xogħol stabbilita skond dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (13).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-istess Deċiżjoni.

Artikolu 11

1.   Din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tista’ tiġi emendata sabiex:

a)

tinkorpora, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha msemmija fl-Artikoli 2(d), 3(1) u l-Artikolu 9(2), li jkunu daħlu fis-seħħ,

c)

tbiddel l-ammonti speċifikati fil-punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 9(2)(b).

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

2.   Wara l-adozzjoni ta’ strumenti jew protokolli ġodda għall-konvenzjonijiet internazzjonali imsemmija fl-Artikolu 2(d), il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, b’kont meħud tal-proċeduri parlamentari tal-Istati Membri kif ukoll tal-proċeduri rilevanti fl-IMO, dwar l-arranġamenti dettaljati sabiex jirratifika dawk l-istrumenti jew protokolli ġodda, filwaqt li jiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(d) u fl-Artikolu 9 jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 12

Minkejja l-kriterji ▐ speċifikati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru …/… (14) [dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri], fejn Stat Membru jqis li organizzazzjoni rikonoxxuta ma tistax tibqa’ awtorizzata li twettaq f’ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3, hu jista’ jissospendi ▐ din l-awtorizzazzjoni skond il-proċedura li ġejja:

a)

l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jagħti raġunijiet sostanzjati għaliha ;

b)

il-Kummissjoni, filwaqt li tqis is-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis, għandha tevalwa r-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta;

c)

billi taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jekk id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-awtorizzazzjoni tkunx ġustifikata biżżejjed jew le għal raġunijiet ta’ periklu serju għas-sikurezza jew għall-ambjent. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ġustifikata, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jirtira s-sospensjoni. Jekk id-deċiżjoni tkun ġustifikata u l-Istat Membru, skont l-Artikolu 4(1), ikun illimita n-numru ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu f’ismu, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jagħti awtorizzazzjoni ġdida lil organizzazzjoni rikonoxxuta oħra sabiex tieħu post l-organizzazzjoni sospiża.

Artikolu 13

1.   Kull Stat Membru għandu jissorvelja li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li qegħdin jaġixxu f’ismu għall-fini tal-Artikolu 3(5) effettivament iwettqu l-funzjonijiet msemmija f’dak l-Artikolu b’mod sodisfaċenti għall-amministrazzjoni kompetenti tiegħu.

2.   Kull Stat Membru għandu, tal-anqas kull sentejn, iwettaq superviżjoni ta’ kull organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun qed taġixxi f’ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet ta’ superviżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-snin meta jkunu saru .

Artikolu 14

Fl-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom ta’ spezzjoni bħala Stati tal-port, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera kkonċernat, jekk isibu li nħarġu ċertifikati statutorji validi minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem Stat tal-bandiera lil vapur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, jew fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ vapur li għandu ċertifikat tal-klassi validu u fir-rigward ta’ oġġetti koperti minn dak iċ-ċertifikat. Huma biss dawk il-każijiet ta’ vapuri li jirrappreżentaw theddida serja għas-sikurezza u għall-ambjent jew li juru evidenza ta’ mġieba partikolarment negliġenti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom ikunu rrappurtati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. L-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata għandha tkun avżata bil-każ meta ssir l-ewwel spezzjoni sabiex tkun tista’ tieħu l-azzjoni ta’ segwitu xierqa minnufih.

Artikolu 15

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u miżmuma skond ir-regoli u l-proċeduri dwar il-buq, il-makkinarju u r-rekwiżiti dwar l-istallazzjonijiet tal-elettriku u tal-kontroll ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

2.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li juża regoli li jqis ekwivalenti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta biss bil-kondizzjoni li jinnotifikahom immedjatament lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/KE u lill-Istati Membri l-oħrajn u li għalihom ma jkunx hemm oġġezzjoni minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni u li jitqiesu, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-Direttiva, li mhumiex ekwivalenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma jawtorizzaw fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet. Għandhom jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-għan li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet finali

Il-Kummissjoni, fuq bażi biennali, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ l-Artikoli […] u l-punti […] tal-Anness I [artikoli jew suddiviżjonijiet tagħhom u punti tal-Anness I li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE] mhux iktar tard minn …  (15). Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u barra minn hekk, għandhom ifornu tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .

Meta jiġu addottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b’din id-Diretttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali riferenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Id-Direttiva 94/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, għandha tiġi rrevokata b’effett minn … (16), bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness I, Parti B.

Ir-referenzi għar-Regolamenti rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008.

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. ║.

(5)   ĠU C 271 7.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(7)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. ║.

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(9)  ĠU: … ║.

(10)  ĠU L …

(11)  ĠU: … ║.

(12)   Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva .

(13)  Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.) ║.

(14)  ĠU: … ║.

(15)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(16)  ║ Data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA FLIMKIEN MAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmi fl-Artikolu 18)

Id-Direttiva 94/57/KE tal-Kunsill

ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/58/KE

ĠU L 274, 7.10.1997, p. 8

Id-Direttiva 2001/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 19, 22.1.2002, p. 9

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53

PARTI B

LISTA TAL-LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmi fl-Artikolu 18)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

94/57/KE

31 ta' Diċembru 1995

97/58/KE

30 ta' Settembru 1998

2001/105/KE

22 ta' Lulju 2003

2002/84/KE

23 ta' Novembru 2003

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 94/57/KE

Din id-Direttiva

Regolament (KE) Nru …/… (1) [dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri]

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(k)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(m)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(l)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(n)

Artikolu 2(k)

Artikolu 2(j)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) l-ewwel frażi

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1) it-tieni frażi

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1) it-tielet frażi

Artikolu 4(1) ir-raba′ frażi

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(2), (3), (4)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 6(1), (2), (3), (4)

Artikolu 9(1), (2), (3), (4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 8(1) l-ewwel inċiż

Artikolu 11(1) punt (a) tal-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(1) it-tieni inċiż

Artikolu 13(1)

Artikolu 8(1) it-tielet inċiż

Artikolu 11(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1)(it-tieni subparagrafu)

Artikolu 8(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10(1) kliem introduttorju

Artikolu 12

Artikolu 10(1)(a), (b), (c), (2), (3), (4)

Artikolu 11(1),(2)

Artikolu 13(1), (2)

Artikolu 11(3),(4)

Artikolu 8(1), (2)

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15(1), (2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 16

Artikolu 9

Artikolu 15(1)

Artikolu 10(1)(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 15(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 15(5)

Artikolu 10(6) l-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames subparagrafi

Artikolu 10(6)ir-raba′ subparagrafu

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Anness

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II


(1)  ĠU. … ║.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/275


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
Organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2008)0448

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (5726/2/2008 — C6-0223/2008 — 2005/0237B(COD))

2010/C 8 E/44

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5726/2/2008- C6-0223/2008) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0330/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0237B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi (4) ġiet emendata b'mod sinifikanti f'diversi okkażjonijiet. Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, jeħtieġ li tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/KE jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet tagħha jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta' żewġ istrumenti legali Komunitarji differenti jiġifieri permezz ta' Direttiva u ta' Regolament.

(3)

L-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma' xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b'mod uniformi fil-Komunità kollha.

(4)

Dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu jorbtu adegwatament mal-ħidma u l-attivitajiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u, fejn ikun xieraq, li jibnu fuqhom .

(5)

Kriterji minimi għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb tat-titjib tas-sikurezza tal-vapuri, u l-prevenzjoni tat-tniġġis minnhom. Il-kriterji minimi stabbiliti fid-Direttiva 94/57/KE għandhom għalhekk jissaħħu.

(6)

Sabiex jingħata rikonoxximent inizjali lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jkunu awtorizzati jaħdmu f'isem l-Istati Membri, il-konformità mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tiġi evalwata b'mod aktar effettiv u b'mod armonizzat u ċentralizzat mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri li qed jitolbu r-rikonoxximent.

(7)

Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss abbażi tar-rendiment ta' kwalità u ta' sikurezza tal-organizzazzjoni in kwistjoni . Għandu jkun żgurat li r-rikonoxximent li jingħata jkun dejjem skond il-kapaċità tal-organizzazzjoni kkonċernata. Barra minn hekk ir-rikonoxximent għandu jqis id-differenzi fl-istatus legali u fl-istruttura tal-impriża tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji minimi msemmija qabel u l-effettività tal-kontrolli Komunitarji. ▐

(8)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(9)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha, li taġġorna l-kriterji minimi fl-Anness I u li tadotta l-kriterji sabiex titkejjel l-effettività tar-regoli u l-proċeduri kif ukoll ir-rendiment tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati minnhom. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(10)

Huwa ta' importanza fundamentali li n-nuqqas minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taqdi l-obbligi tagħha jkun jista' jiġi ttrattat malajr u b'mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jiġu kkoreġuti kwalunkwe nuqqasijiet bl-iskop li titneħħa kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent fi stadju bikri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjoni rikonoxxuta tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri ta' sfurzar. Meta teżerċita dawn is-setgħat, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan b'mod li jkun konformi mad-drittijiet fundamentali u għandha tiżgura li l-organizzazzjoni tista' tagħmel il-fehmiet tagħha magħrufa matul il-proċedura kollha.

(11)

F'konfirmità mal-approċċ użat madwar il-Komunità, id-deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni li tonqos milli tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk il-miżuri ta' hawn fuq ikunu ineffettivi jew inkella l-organizzazzjoni tippreżenta theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent, trid tittieħed fil-livell tal-Komunità, u għalhekk mill-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura ta' kumitat.

(12)

Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi valutata l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament jista' jitwettaq b'mod iktar effettiv jekk isir b'mod armonizzat u ċentralizzat. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru li qed jitlob ir-rikonoxximent, tingħata r-responsabiltà ta' dan il-kompitu f'isem il-Komunità.

(13)

Bħala parti mill-operazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, huwa kruċjali li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-vapuri u għall-fajls tal-vapuri tkun xi tkun il-bandiera tal-vapur sabiex ikun żgurat jekk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ikunux jikkonformaw mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-vapuri kollha fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

(14)

Il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw malajr u jikkoreġu nuqqasijiet fir-regoli, proċeduri u verifiki interni tagħhom hija kritika għas-sikurezza tal-vapuri li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Dik il-kapaċità għandha titjieb permezz ta' kumitat ta' valutazzjoni indipendenti, li jkun jista' jipproponi azzjoni ▐ għat-titjib sostnut tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u tiġi żgurata interazzjoni produttiva mal-Kummissjoni.

(15)

Ir-regoli u l-proċeduri ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti jikkostitwixxu fattur ewlieni sabiex tiżdied is-sikurezza u sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti u t-tniġġis. Għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bdew il-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom. Dan il-proċess għandu jiġi inkoraġġit u appoġġat mil-leġislazzjoni Komunitarja, billi għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sikurezza marittima kif ukoll fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri.

(16)

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw -istandards tekniċi tagħhom u jinfurzawhom b'mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli tas-sikurezza u jiżguraw implimentazzjoni uniformi tar-regoli internazzjonali fil-Komunità. Meta l-istandards tekniċi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti f'każijiet xierqa, billi l-iktar standards esiġenti u rigorużi jittieħdu bħala r-referenza.

(17)

Billi t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll id-dritt pubbliku ta' aċċess għall-informazzjoni, huma għodod fundamentali għall-prevenzjoni tal-inċidenti fil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu l-informazzjoni statutorja rilevanti kollha dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri fil-klassi tagħhom lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat tal-port, liema informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

(18)

Biex il-vapuri ma jitħallewx jibdlu l-klassi biex jevitaw li jagħmlu tiswijiet li tkun talbithom jagħmlu l-organizzazzjoni rikonoxxuta fl-ispezzjoni tagħha, għandhom isiru arranġamenti minn qabel għall-iskambju tal- informazzjoni kollha rilevanti mill-organizzazzjonjiet rikonoxxuti bejniethom dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri li għalihom tkun qed tipprova tinbidel il-klassi u għandhom jinvolvu lill-Istat tal-bandiera meta jkun meħtieġ.

(19)

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (6) għandha tagħti l-assistenza meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(20)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(21)

Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri huma stabbiliti fid-Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … (7) [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi]  (8) ║,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li jmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“vapur” tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

b)

“konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 tal-Anness għaliha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (Marpol), flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

c)

“organizzazzjoni” tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;

d)

“kontroll” tfisser, għall-fini tal-punt (c), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;

e)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skond dan ir-Regolament;

f)

“awtorizzazzjoni” tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

g)

“ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;

h)

“regoli u proċeduri” tfisser ir-rekwiżiti ta' organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

i)

“ċertifikat tal-klassi” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun adatt għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u r-regolamenti stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

j)

pajjiż tas-sede ” tfisser l-Istat fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali ta' organizzazzjoni rikonoxxuta .

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha m'hijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni flimkien ma' informazzjoni sħiħa dwar, u evidenza ta', konformità tal-organizzazzjoni mal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn tagħha li hija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11.

2.   Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri rispettivi li jressqu t-talba, għandha twettaq valutazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet li għalihom tkun irċeviet talba għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala theddida li mhix aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 14.

Artikolu 4

1.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3).

2.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata lill-entità legali rilevanti li hija l-entità ewlenija fost l-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni rikonoxxuta. Ir-rikonoxximent għandu jinkludi l-entitajiet legali kollha li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li dik l-organizzazzjoni tipprovdi kopertura għas-servizzi tagħhom mad-dinja kollha.

3.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista tillimita r-rikonoxximent fir-rigward tat-tipi ta' vapuri, vapuri ta' ċertu daqs, ċerti operazzjonijiet kummerċjali, jew kombinazzjoni tagħhom, skond il-kapaċità ppruvata u l-għarfien espert tal-organizzazzjoni kkonċernata. Fit-tali każ, il-Kummissjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet għal-limitazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom il-limitazzjoni għandha titneħħa jew tista' titwessa'. Il-limitazzjoni tista' tiġi riveduta fi kwalunkwe ħin.

4.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Meta l-Kummissjoni tqis li organizzazzjoni rikonoxxuta tkun naqset milli tissodisfa l-kriterji minimi stipulati fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond dan ir-Regolament, jew li l-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjoni rikonoxxuta mar għall-agħar b'mod sinifikanti mingħajr, madankollu, ma dan ikun ta' theddida għas-sikurezza jew għall-ambjent, għandha tirrikjedi li l-organizazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa fl-iskadenzi speċifikati biex tiżgura konformità sħiħa ma' dawk il-kriterji minimi u l-obbligi msemmija u, b'mod partikolari, li tneħħi kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent, jew inkella li tindirizza l-kawżi tal-prestazzjoni li sejra għall-agħar.

L-azzjoni preventiva u ta' rimedju tista' tinkludi miżuri protettivi interim meta t-theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent tkun immedjata.

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża minn qabel lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, bil-miżuri li jkollha l-ħsieb tieħu.

Artikolu 6

1.   Minbarra l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2), timponi multi fuq organizzazzjoni rikonoxxuta:

a)

li n-nuqqas serju jew ripetut li tissodisfa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11 jew li l-prestazzjoni tagħha li tkun sejra għall-agħar juru nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħha; jew

b)

li tkun ipprovdiet apposta lill-Kummissjoni informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew li tiżgwida matul il-valutazzjoni tagħha skond l-Artikolu 8(1) jew li tkun ostakolat b'mod ieħor din il-valutazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta organizzazzjoni rikonoxxuta tonqos milli tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju rikjesta mill-Kummissjoni, jew iddum b'mod inġustifikat, il-Kummissjoni tista' timponi ħlasijiet penali perjodiċi fuq dik l-organizzazzjoni sakemm l-azzjoni rikjesta titwettaq b'mod sħiħ.

3.   Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, filwaqt li jittieħed kont, b'mod partikolari, tal-punt safejn is-sikurezza jew il-protezzjoni ambjentali tkun ġiet kompromessa.

Dawn għandhom jiġu imposti biss wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.

L-ammont globali tal-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi imposti m'għandux jisboq il-5 % tal-medja tad-dħul totali min-negozju tal-organizzazzjoni rikonoxxuta fit-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent tal-organizzazzjoniji:

a)

li n-nuqqas tagħha ripetut u serju li tissodifa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

b)

li n-nuqqas ripetut u serju tal-prestazzjoni tagħha fis-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

c)

li ripetutament ma tippermettix jew tostakola l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni; jew

d)

li tonqos milli tħallas il-multi u/jew il-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fl-Artikolu 6 (1) u (2). ║

2.   Għall-fini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tat-tagħrif kollu disponibbli, inklużi:

a)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha stess tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata skond l-Artikolu 8(1);

b)

rapporti mressqa minn Stati Membri skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva …/…/KE (9) [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi];

c)

analiżi tad-diżgrazzji li jinvolvu vapuri kklassifikati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti;

d)

kwalunkwe ripetizzjoni tan-nuqqasijiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

e)

kemm hija affettwata l-flotta fil-klassi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta; u

f)

l-ineffettività tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(2).

3.   L-irtirar tar-rikonoxximenti għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn Stat Membru, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3) u wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.

Artikolu 8

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba rilevanti għar-rikonoxximent, fuq bażi regolari u mill-anqas kull sentejn biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta tagħżel l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ser ikunu valutati, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, għar-rekords tad-diżgrazzji u għar-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva …/…/KE (10) [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi].

3.   Il-valutazzjoni tista' tinkludi żjara lil fergħat reġjonali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kif ukoll spezzjoni aleatorja tal-vapuri, kemm dawk li qed jintużaw kif ukoll dawk li qed jinbnew, sabiex tkun ivverifikata l-prestazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta. F'dan il-każ il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

4.   Kull sena kull organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tqiegħed ir-riżultati tar-reviżjoni tal-ġestjoni tas-sistema ta' kwalità tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(1).

Artikolu 9

1.    Ma tista' ssir referenza għall-ebda klawsola ta' ebda kuntratt ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ma' parti terza jew fi ftehima ta' awtorizzazzjoni ma' Stat tal-bandiera biex ikun limitat l-aċċess tal-Kummissjoni għall-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). ▐

2.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw fil-kuntratti tagħhom ma' terzi għall-ħruġ ta' ċertifikati statutorji jew ta' ċertifikati tal-klassi lil vapur li tali ħruġ għandu jiddependi mill-fatt li l-partijiet ma jopponux l-aċċess lill-ispetturi Komunitarji abbord dak il-vapur għall-finijiet tal-Artikolu 8(1).

Artikolu 10

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin perjodikament bil-ħsieb li jżommu ekwivalenza u jiksbu l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tagħhom u għall-implimentazzjoni tagħhom. Huma għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li jaslu għal interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f'każijiet fejn dan ikun xieraq, jaqblu dwar il-kondizzjonijiet tekniċi u proċedurali li taħthom jirrikonoxxu reċiprokament iċ-ċertifikati ta' klassifikazzjoni rispettivi tagħhom abbażi ta' mudelli ekwivalenti, bl-użu tal-aktar standards eżiġenti u rigorużi bħala referenza, b'mod partikolari, filwaqt li jqisu t-tagħmir marittimu li jkollu l-marka tal-konformità, skond id-Direttiva 96/98/KE tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1996, dwar it-tagħmir marittimu  (11).

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, ċertifikati ta' tagħmir marittimu li jkollhom il-marka ta' konformità skond id-Direttiva ║96/98/KE ║.

Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'rapporti perjodiċi dwar il-progress bażiku fl-istandards u r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-… (12), ibbażat fuq studju indipendenti, fuq il-livell milħuq fil-proċess tal-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti u fuq ir-rikonoxximent reċiproku. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu min-naħa tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw mal-amministrazzjonijiet mill-Istat tal-Port tal-kontroll fejn ikun ikkonċernat vapur tal-klassi tagħhom, b'mod partikolari biex jiffaċilitaw ir-rettifika ta' nuqqasijiet irrappurtati jew diskrepanzi oħra.

4.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri kollha li jkunu taw kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva …/…/KE (13) [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi] u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-flotta kklassifikata tagħhom, it-trasferimenti, il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi, irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri.

Tagħrif dwar trasferimenti, bidliet, sospensjonijiet, u rtirar tal-klassi, inkluż tagħrif dwar perizji li suppost saru, rakkomandazzjonijiet li suppost saru, kundizzjonijiet tal-klassi, kundizzjonijiet tal-ħidma jew limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-vapuri klassifikati tagħhom — irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri — għandu jkun ikkomunikat ukoll b'mod elettroniku lid-database komuni ta' spezzjoni użata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva …/…/KE+ [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi] fl-istess żmien li jkun irreġistrat fis-sistemi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta stess u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-ġrajja li tkun qajjmet l-obbligu li jkun ikkomunikat it-tagħrif. Dak it-tagħrif, bl-eċċezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun għadu ma skadiex, għandu jkun ippubblikat fil-website ta' dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

5.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti m'għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta' sikurezza, qabel ma jagħtu l-opportunità lill-amministrazzjoni kompetenti tal-Istat tal-bandiera tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn spezzjoni sħiħa.

6.   F'każijiet ta' trasferiment minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi għandha, mingħajr dewmien tipprovdi lill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi bil-fajl komplut tal-istorja tal-vapur u, b'mod partikolari, tinfurmaha dwar:

a)

kwalunkwe perizja li ż-żmien għaliha jkun skada;

b)

kwalunkwe rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada;

c)

il-kundizzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur, u

d)

il-limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur.

Ċertifikati ġodda għall-vapur jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi biss wara li jitlestew b'mod sodisfaċenti l-perizji kollha u wara li r-rakkomandazzjonijiet jew il-kundizzjonijiet tal-klassi kollha fir-rigward tal-vapur li jkunu inħarġu preċedentement u li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada jitlestew kif speċifikat mill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi.

Qabel ma jitlestew iċ-ċertifikati l-ġodda , l-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi trid tavża lill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi bid-data tal-ħruġ u għal kull perizja, rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada , tikkonferma l-azzjoni meħuda , u tispeċifika l-post u d-data tal-bidu u l-post fejn, u d-data meta, din tintemm b'mod sodisfaċenti .

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw rekwiżiti komuni xierqa dwar każijiet ta' trasferiment tal-klassi meta jkunu meħtieġa prekawzjonijiet speċjali. Bħala minimu, dawk il-każijiet għandhom jinkludu t-trasferiment tal-klassi ta' vapuri ta' 15-il sena jew aktar u t-trasferiment minn organizzazzjoni mhux rikonoxxuta għal organizzazzjoni rikonoxxuta.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu b'mod xieraq.

Artikolu 11

1.    L-Istati Membri, flimkien mal- organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu, sa … (14) Kumitat ta' Valutazzjoni skond l-istandards ▐ tal-kwalità EN 45012. L-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija tal-vapuri jistgħu jipparteċipaw fil-kapaċità ta' konsulenza.

2.    Il-Kumitat ta' Evalwazzjoni għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

a)

regolamentazzjoni u valutazzjoni kontinwa tas-sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, f'konformità mal-kriterji tal-istandard tal-kwalità ISO 9001;

b)

iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ▐;

c)

il-ħruġ ta' interpretazzjonijiet li jorbtu ta' standards ta' ġestjoni ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b'mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u tal-obbligi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti; u

d)

l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet individwali u kollettivi għat-titjib tar-regoli, tal-proċessi u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

3.    Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jkun indipendenti , u għandu jkollu▐ l-kompetenzi neċessarji biex jaġixxi b'awtonomija mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv u bl-aktar standards professjonali għolja. Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jistabilixxi l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4.    Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jipprovdi lill-partijiet interessati, inkluża▐ l-Kummissjoni, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan annwali ta' ħidma tiegħu kif ukoll dwar ir-riżultati li jikseb u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, partikolarment fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li ġiet kompromessa s-sikurezza.

5.    Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jiġi verifikat perjodikament mill-Kummissjoni li, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista' titlob lill-Kumitat ta' Valutazzjoni biex jadotta l-miżuri li l-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-paragrafu 1 .

6.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (15).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

1.   Dan ir-Regolament jista', mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jiġi emendat skond il-proċedura regolatorju bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4), sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet rilevanti tal-IMO.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

2.   L-emendi għall-konvenzjonijiet internazzjonali definiti fl-Artikolu 2(b) jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika:

a)

kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza, u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b'mod partikolari d-data mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u

b)

kriterji sabiex jiġi determinat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu kont ta' ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta' daqs żgħir jew speċjalizzati ħafna.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

2.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh li għandhom x'jaqsmu mal-Artikolu 6 u, jekk xieraq, mal-Artikolu 7 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni immedjata tal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tadotta regoli dwar l-interpretazzjoni tagħhom u tista' tikkunsidra l-istabbiliment ta' objettivi għall-kriterji minimi ġenerali msemmija fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I.

Artikolu 15

1.   L-organizzazzjonijiet li, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu ngħataw ir-rikonoxximent skond id-Direttiva 94/57/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina r-rikonoxximenti limitati kollha mogħtija skond id-Direttiva 94/57/KE fid-dawl tal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament sa… (16), bil-għan li jkun deċiż, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), jekk il-limitazzjonijiet għandhomx ikunu sostitwiti b'oħrajn jew jekk għandhomx jitneħħew. Il-limitazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni.

Artikolu 16

Matul il-valutazzjoni skond l-Artikolu 8(1), il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-detentur tar-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk dak ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li temenda dak ir-rikonoxximent.

Meta l-Kummissjoni temenda r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-ftehimiet tagħhom mal-organizzazzjoni rikonoxxuta biex jieħdu kont tal-emenda.

Artikolu 17

Il-Kummissjoni, kull sentejn, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Ir-referenzi fil-liġi Komunitarja u dik nazzjonali għad-Direttiva 94/57/KE għandhom jinftiehmu, kif xieraq, bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.09.2006, p. 38.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008(ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. ║.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(6)  ĠU L 208 5.8.2002, p. 1. ║.

(7)  ĠU: …. ║.

(8)  ĠU L …

(9)  ĠU: … ║.

(10)  ĠU: … ║.

(11)   ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(12)   Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva dan ir-Regolament.

(13)  ĠU: … ║.

(14)   Tmintax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(15)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║.

(16)  ║ Tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

IL-KRITERJI MINIMI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3)

A.   KRITERJI MINIMI ĠENERALI

1.

Sabiex tkun eliġibbli biex tikseb jew tkompli tgawdi għarfien Komunitarju, Organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn ikollha s-sede. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun kapaċi tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vapuri tal-merkanzija.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun komposta f'kull ħin minn persunal maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u ta' riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment tal-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u l-konverżjoni ta' vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u persunal li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skond il-kriterji ġenerali minimi taħt il-punti 6 u 7 u bi kriterji minimi speċifiċi taħt il-Parti B.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha u għandha tapplika sett ta' regoli komprensivi u proċeduri tagħha stess, jew l-abbiltà murija tagħha għalhekk, għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika tal-vapuri tal-merkanzija, li jkollhom il-kwalità ta' standards internazzjonali rikonoxxuti. Dawn iridu jkunu ppubblikati u kontinwament aġġornati u mtejba mill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippubblika r-reġistru tagħha tal-vapuri fuq bażi annwali jew iżżomm dan ir-reġistru f'ġabra ta' data li tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

6.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma għandhiex tkun ikkontrollata mis-sidien jew mill-bennejja tal-vapuri, jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fil-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija jew l-operazzjoni tal-vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma tkunx sostanzjalment dipendenti fuq impriża kummerċjali waħda għad-dħul tagħha. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma twettaqx xogħol tal-klassi jew statutorju jekk tkun identika ma' jew ikollha rabtiet tan-negozju, personali jew tal-familja ma' sid il-vapur jew mal-operatur. Din l-inkompatibilità għandha tapplika wkoll għall-periti impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid topera skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.789(19) tal-IMO dwar speċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni ta' perizja u ta' ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, sakemm ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

B.   KRITERJI MINIMI SPEĊIFIĊI

1.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tipprovdi kopertura dinjija permezz tal-persunal tekniku esklussiv tagħha jew, f'każijiet ▐ debitament ġustifikati, permezz tal-persunal tekniku esklussiv ta' organizzazzjonijiet oħra ▐.

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun irregolata b'kodiċi ta' etika.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun ġestita u amministrata b'mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif meħtieġ mill-amministrazzjoni.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi t-tagħrif relevanti lill-amministrazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta, il-periti u l-persunal tekniku tagħha għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom mingħajr ma bl-ebda mod jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarznari, tal-fornituri tat-tagħmir u tal-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-brevetti, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għarfien li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell Komunitarju jew nazzjonali. ║Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' valutazzjoni tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-periti u l-persunal tekniku tagħha, li hija timpjega, ma jistgħux, taħt l-ebda ċirkostanza, jgħaddu jew jiżvelaw data kummerċjalment rilevanti miksuba waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri taħt kostruzzjoni jew għat-tiswija.

6.

L-amministrazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-politika u l-objettivi tagħha għal, u l-impenn tagħha favur, il-kwalità u trid tiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni rikonoxxuta. Il-politika tal-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tirreferi għall-miri u l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta tiżgura li:

a)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

b)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu segwiti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta ma' dawn ir-regoli u proċeduri;

c)

il-ħtiġiet tax-xogħol statutorju li għalih hija awtorizzata l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu sodisfatti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta mal-konformità mal-istandards internazzjonali;

d)

ir-responsabilitajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li x-xogħol tagħhom jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu ddefiniti u ddokumentati;

e)

ix-xogħol kollu jitwettaq f'konformità ma' kundizzjonijiet ikkontrollati;

f)

tkun teżisti sistema ta' sorveljanza li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettqa mill-periti u l-persunal tekniku u amministrattiv impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

g)

il-periti għandhom għarfien kbir tat-tip ta' vapur partikulari li fuqu jwettqu x-xogħol tagħhom kif meħtieġ għall-perizja partikulari li tkun ser issir u skond ir-rekwiżiti applikabbli;

h)

tkun implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni ta' periti u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;

i)

jinżammu reġistri, li juru l-kisba tal-istandards meħtieġa fl-oġġetti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità;

j)

tinżamm sistema komprensiva ta' verifiki interni ppjanati u ddokumentati li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-kwalità fil-postijiet kollha;

k)

il-perizji u l-ispezzjonijiet statutorji rikjesti mis-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni li għalihom l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun awtorizzata jitwettqu skond id-dispożizzjoni stipulata fl-Anness u fl-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.948(23) tal-IMO dwar Linji Gwida għall-Perizji skond is-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni;

l)

jiġu stabbiliti linji ta' responsabiltà u ta' kontroll ċari u diretti bejn l-uffiċċji ċentrali u reġjonali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta u bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-periti tagħhom.

8.

L-organizzazzjoni ▐ għandha tkun żviluppat, implimentat u għandha żżomm sistema effettiva ta' kwalità interna bbażata fuq partijiet xierqa ta' standards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u f'konformità ma' EN ISO/IEC 17020:2004 (korpi ta' spezzjoni) u ma' EN ISO 9001:2000 ▐ kif interpretati u ċċertifikati mill-Kumitat ta' Valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(1).

Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jaġixxi b'mod indipendenti, u għaldaqstant, għandu jkollu aċċess għall-mezzi kollha meħtieġa sabiex jiffunzjona b'mod korrett u biex iwettaq ħidma kompluta u konsistenti. . Għandu jkollu ħiliet tekniċi speċjalizzati u estensivi ħafna u kodiċi ta' mġiba li jiggarantixxi l-indipendenza tal-ħidma tal-awdituri.

9.

Ir-regoli u r-regolamenti ta' l-organizzazzjonijiet għandhom jiġu implimentati b'tali mod li dawn jibqgħu f'pożizzjoni li skond il-ġudizzju tagħhom u l-għarfien proprju u dirett tagħhom, ikunu jistgħu dejjem jagħmlu dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri kkonċernati permezz ta' ċertifikati tal-klassi li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutorji.

10.

L-organizzazzjoni irid ikollha l-mezzi meħtieġa biex tevalwa, bl-użu ta' persunal professjonali kkwalifikat u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.913(22) tal-IMO dwar Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Immaniġġar tas-Sikurezza (ISM) mill-amministrazzjonijiet, l-applikazzjoni u ż-żamma tas-sistema tal-immaniġġar tas-sikurezza, kemm ta' mal-kosta kif ukoll fuq il-vapuri, maħsuba li tkun koperta fiċ-ċertifikazzjoni.

11.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri tagħha mir-rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-partijiet l-oħra kkonċernati.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 94/57/KE

Direttiva …/…KE (1) [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi]

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(b)

-

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(c)

-

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(c)

-

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(k)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(m)

Artikolu 2(i)

-

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(n)

-

Artikolu 2(k)

-

Artikolu 2(j)

Artikolu 3

Artikolu 3

-

Artikolu 4(1) l-ewwel frażi

-

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1) it-tieni frażi

-

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1) it-tielet frażi

-

-

Artikolu 4(1) ir-raba' frażi

-

Artikolu 4(1)

-

-

Artikolu 3(3)

-

-

Artikolu 4(2),(3),(4)

-

-

Artikolu 5

-

-

Artikolu 6

-

-

Artikolu 7

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(1)

-

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(2)

-

Artikolu 6(1), (2), (3), (4)

Artikolu 9(1), (2), (3), (4)

-

Artikolu 6(5)

-

-

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 8(1) l-ewwel inċiż

Artikolu 11(1) punt (a) tal-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 8(1) it-tieni inċiż

-

Artikolu 13(1)

Artikolu 8(1) it-tielet inċiż

Artikolu 11(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu

-

-

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1) (it-tieni subparagrafu)

Artikolu 8(2)

Artikolu 11(2)

-

Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(1)

-

-

Artikolu 9(2)

-

-

Artikolu 10(1) kliem introduttorju

Artikolu 12

-

Artikolu 10(1)(a), (b), (c), (2),(3), (4)

-

-

Artikolu 11(1),(2)

Artikolu 13(1),(2)

-

Artikolu 11(3),(4)

-

Artikolu 8(1)(2)

Artikolu 12

Artikolu 14

-

Artikolu 13

-

-

Artikolu 14

Artikolu 15(1), (2)

-

-

Artikolu 15(3)

-

-

Artikolu 16

-

-

 

Artikolu 9

Artikolu 15(1)

 

 

 

 

Artikolu 10(1), (2)

Artikolu 15(2)

 

Artikolu 10(3)

Artikolu 15(3)

-

Artikolu 10(4)

Artikolu 15(4)

 

Artikolu 10(5)

Artikolu 15(5)

 

Artikolu 10(6) l-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames subparagrafi

-

 

Artikolu 10(6) ir-raba' subparagrafu

Artikolu 16

Artikolu 17

-

Artikolu 17

Artikolu 20

-

-

Artikolu 18

-

-

Artikolu 19

-

 

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 14

 

 

Artikolu 15

 

 

Artikolu 16

 

 

Artikolu 17

 

 

Artikolu 18

 

 

Artikolu 19

Anness

 

Anness I

 

Anness I

 

 

Anness II

Anness II


(1)  ĠU: … ║ .


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/291


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
Networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ***I

P6_TA(2008)0449

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (COM(2007)0697 — C6-0427/2007 — 2007/0247(COD))

2010/C 8 E/45

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0697),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0427/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0321/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabblilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li jikkostitwixxi l-qafas regolatorju attwali għan-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (4) (“id-Direttiva Kwadru” [ta' Qafas]), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (5) (“id-Direttiva tal-Aċċess”), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (6) (“id-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni”), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (7) (“id-Direttiva tas-Servizz Universali”), u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (8) (“id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika”)(flimkien magħrufa bħala id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi)) huwa suġġett għal analiżi perjodika mill-Kummissjoni, bil-għan partikolari li tiġi ddeterminata l-ħtieġa għal emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(2)

Fl-2007 saret reviżjoni tad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)  (9) bil-ħsieb li jkunu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet għall-kompettitività u ċ-ċertezza legali għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-industriji u s-servizzi tal-Media fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rispett tad-diversità kulturali u lingwistika. F'dan il-kuntest, qafas regolatorju ġust u bbilanċjat għan-networks u s-servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jservi bħala pilastru essenzjali tas-settur awdjoviżiv tal-UE .

(3)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati inizjali fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fid-29 ta' Ġunju 2006 dwar l-analżi tal-qafas regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Abbażi ta' dawn ir-riżultati inizjali, saret konsultazzjoni pubblika, li identifikat in-nuqqas kontinwu ta' suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala l-aktar aspett importanti li jeħtieġ li jkun indirizzat. B'mod partikolari, instab li l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni, u l-inkonsistenzi fost l-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jipperikolaw mhux biss il-kompetittività tas-settur, iżda wkoll il-benefiċċji sostanzjali li l-konsumatur jieħu mill-kompetizzjoni transkonfinali.

(4)

Għaldaqstant, il-qafas regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rriformat, bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern għall-komunikazzzjonijiet elettroniċi billi jissaħħaħ il-mekkaniżmu Komunitarju għar-regolamentazzjoni tal-operaturi li għandhom saħħa sinifikanti fi swieq ewlenin. ▐ Ir-riforma tinkludi wkoll d-definizzjoni ta' strateġija għall-ġestjoni effiċjenti u kkordinata tal-ispettru tar-radju, bil-għan li jinkiseb Spazju Uniku Ewropew tal-Informazzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijiet għal utenti b'diżabbiltà, u b'hekk tinħoloq soċjetà tal-informazzjoni li tkun inklussiva.

(5)

Objettiv primarju tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huwa li tinħoloq ekosistema sostenibbli għall-komunikazzjoni elettronika imsejsa fuq il-provvista u t-talba, tal-ewwel permezz ta' infrastruttura u swieq tas-servizzi effettivi u kompetittivi u tal-aħħar permezz ta' żviluppi fis-soċjetà tal-informatika.

(6)

Għan ieħor tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huwa li jitnaqqsu b'mod progressiv ir-regoli ex-ante speċifiċi għas-settur hekk kif tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex il-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu regolati mil-liġi tal-kompetizzjoni biss. Filwaqt li s-swieq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi wrew dinamiki kompetittivi b'saħħithom fi snin riċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex-ante jkunu imposti biss fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli. Il-ħtieġa għat-tkomplija ta' regolazzjoni ex ante għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)

Sabiex tiġi żgurata sistema proporzjonata u xierqa għall-kundizzjonijiet kompetittivi li jvarjaw, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiddefinixxu s-swieq fuq bażi sub-nazzjonali u jneħħu l-obbligi regolatorji fis-swieq jew fiz-zoni ġeografiċi fejn ikun hemm kompetizzjoni effettiva fl-infrastruttura. Dan għandu japplika wkoll fejn żoni ġeografiċi ma jkunux definiti bħala swieq separati.

(8)

Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Agenda ta' Liżbona huwa meħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa għal investimenti f'networks ta' veloċità għolja li jappoġġjaw l-innovazzjoni f'servizzi tal-Internet għonja fil-kontenut u li tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dawn in-networks għandhom potenzjal enormi li jwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lin-negozji madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant huwa vitali li jitrawwem l-investiment sostenibbli fl-iżvilupp ta' tali networks, filwaqt li tkun salvagwardjata l-kompetittività u tingħata spinta 'l quddiem lill-għażla tal-konsumaturi permezz tal-prevedibilità u l-konsistenza regolatorja.

(9)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Marzu 2006 bit-titolu “Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband” (10), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm distakk territorjali fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal servizzi ta' broadband b'veloċità għolja. Minkejja ż-żieda ġenerali fil-konnettività tal-broadband, l-aċċess f'diversi reġjuni huwa limitat minħabba l-ispejjeż għoljin ikkawżati mid-densità baxxa tal-popolazzjonijiet u mill-bgħuda. Bosta drabi l-inċentivi kummerċjali għall-investiment fit-tixrid tal-broadband f'dawn iz-zoni ma jkunux biżżejjed. Madankollu, l-innovazzjoni teknoloġika tnaqqas l-ispejjeż tat-tixrid. Sabiex ikun żgurat l-investiment f'teknoloġiji ġodda f'reġjuni sottożviluppati, ir-regolazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika trid tkun konsistenti ma' miżuri oħra ta' politika li jittieħdu, bħall-politika dwar l-għajnuna mill-istat, il-fondi strutturali jew l-għanijiet ta' politika industrijali usa.

(10)

L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp huwa ta' importanza vitali għall-iżvilupp ta' networks tal-“fibre optics” tal-ġenerazzjoni li jmiss u sabiex jinkiseb aċċess flessibbli u effiċjenti għar-radju u permezz ta' dan tiġi ffavorita kompetizzjoni aħjar u applikazzjonijiet u servizzi innovattivi għall-benefiċċju tal-konsumaturi. L-isfida hija li tiġi pprovduta l-ġenerazzjoni li jmiss ta' infrastrutturi ubikwitarji u konverġenti tan-networks u ta' servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, għat-teknoloġija tal-informatika u għall-media .

(11)

Il-politika pubblika għandu jkollha rwol biex tikkumplimenta il-funzjoni effettiva tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tindirizza kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll in-naħa tad-domanda sabiex tistimula ċ-ċirku virtuż fejn l-iżvilupp ta' kontenut u ta' servizzi aħjar jiddependi fuq l-użu tal-infrastruttura u viċi-versa. L-intervent pubbliku għandu jkun proporzjonat u la għandu jgħawweġ il-kompetizzjoni u lanqas jimpedixxi l-investiment privat u għandu jkabbar l-inċentivi għall-investiment u jbaxxi l-barrieri għad-dħul. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jappoġġjaw it-tnedija ta' infrastruttura ta' kapaċità għolja u ta' garanzija għall-futur. Permezz ta' dan, l-appoġġ pubbliku għandu jkun attribwit permezz ta' proċeduri miftuħin, trasparenti u kompetittivi, m'għandux jiffavorixxi a priori xi teknoloġija partikolari u għandu jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fuq bażi mhux diskriminatorja.

(12)

Il-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandu wkoll jippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi tiġi pprovduta informazzjoni eżatta u komprensiva, li jintuża kull mezz possibbli għal dak il-għan, għat-trasparenza f'termini ta' ħlasijiet u spejjeż, u għal standards għoljin fl-għoti ta' servizzi. Għandu wkoll jagħraf bis-sħiħ l-irwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fil-konsultazzjonijiet pubbliċi; li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħat li jippermettulhom li jipprevjenu l-possibilità ta' tbagħbis u li jaġixxu b'mod effettiv kif meħtieġ sabiex iwaqqfu kull każ ta' frodi.

(13)

L-opinjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-partijiet involuti fl-industrija għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tadotta miżuri skond din id-Direttiva permezz tal-użu ta' konsultazzjoni effettiva biex tiżgura t-trasparenza u l-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha toħroġ dokumenti dettaljati għall-konsultazzjoni, li fihom tispjega l-modi differenti ta' azzjoni li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati, u l-partijiet interessati għandhom jingħataw żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Wara l-konsultazzjoni, wara li tkun ikkunsidrat il-kummenti, il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni li tkun ittieħdet fi stqarrija li għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif ġew ikkunsidrati dawk l-opinjonijiet ta' min wieġeb.

(14)

Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jilħqu l-għanijiet stipulati fid-Direttiva ta' Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikolari tidħol l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, l-ambitu tad-Direttiva ta' Qafas għandu jitwessa' biex ikopri t-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif iddefinit fid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (11), kif ukoll it-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali.

(15)

Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE, huwa neċessarju li tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' apparat terminali li jikkonċernaw l-aċċess għall-utenti finali b'diżabilità sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità bejn l-apparat terminali u n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(16)

Ċerti definizzjonijiet għandhom ikunu ċċarati jew mibdula biex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi, kif ukoll biex jitneħħew l-ambigwitajiet identifikati fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju.

(17)

L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jikkontribwixxu għat-twettiq ta' politiki pubbliċi usa' fl-oqsma tal-kultura, tal-impjiegi, tal-ambjent, tal-koeżjoni soċjali, tal-iżvilupp reġjonali u tal-ippjanar tal-ibliet u tal-pajjiżi.

(18)

Is-swieq nazzjonali ta' komunikazzjoni elettronika se jkomplu jkunu differenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa essenzjali li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (Body of European Regulators in Telecom (“BERT”) jkollhom is-setgħat u l-għarfien meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jibnu ekosistema kompetittiva fl-UE fis-swieq u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika filwaqt li jkun hemm fehim tad-differenzi nazzjonali u reġjonali u konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà .

(19)

L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tkun żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-konsistenza fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex ikun żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jkunu responsabbli biex tkun ipperikolata l-valutazzjoni indipendenti tagħha ta' materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza minn barra tagħmel l-entità leġiżlattiva nazzjonali mhux adattata biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali fil-qafas regolatorju. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta' dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit proprju tagħhom, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jingaġġaw għadd biżżejjed ta' persunal ikkwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit għandu jiġi ppubblikat kull sena.

(20)

Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif l-entitajiet tal-appell kienu japplikaw il-miżuri temporanji biex jissospendu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, għandhom jiġu applikati standards komuni skond il-ġurisprudenza Komunitarja. Fid-dawl tal-importanza tal-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, għandu jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta' informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri, kif ukoll għall-irrappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b'mod effettiv, id-data li jridu jiġbru għandha tinkludi data li tagħti rendikont tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma' swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa meta operatur wieħed ikollu saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu rregolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u għandhom jinkludu ukoll id-data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tivvaluta l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-networks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra għall-bejgħ mill-ġdid.

(22)

Il-konsultazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva ta' Qafas għandha ssir qabel il-konsultazzjoni Komunitarja stipulata fl-Artikolu 7 tal-istess Direttiva, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jiġu riflessi fil-konsultazzjoni Komunitarja. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni Komunitarja sussegwenti fil-każ ta' tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.

(23)

Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġu rrikonċiljati mal-iżvilupp ta' prattiċi regolatorji konsistenti kif ukoll mal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll l-attivitajiet tal- BERT , li għandha sservi ta' forum esklussiv għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-qafas regolatorju.

(24)

Il-mekkaniżmu Komunitarju li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirtiraw miżuri ppjanati rigward id-definizzjoni tas-suq u l-ħatra tal-operaturi li jkollhom poter sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn strateġija konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex-ante u l-operaturi huma suġġetti għal tali regolamentazzjoni. Madankollu, ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ekwivalenti għar-rimedji li għandhom jiġu applikati. Il-monitoraġġ tas-suq mill-Kummissjoni, u b'mod partikolari, l-esperjenza tal-proċedura skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, urew li inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji, anki taħt kundizzjonijiet simili tas-suq, jolqtu hażin lis-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jiżgurawx kundizzjonijiet indaqs fost l-operaturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, u jfixklu l-benefiċċji li jieħu l-konsumatur mill-kompetizzjoni u servizzi transkonfinali. Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha aktar setgħat biex titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw abbozzi ta' miżuri rigward ir-rimedji magħżula mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal- BERT qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.

(25)

Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat f'waqtu. Meta ll-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tissottometti miżuri rriveduta lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stipulata skadenza għan-notifika tal-miżura rriveduta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, sabiex l-operaturi fuq is-suq ikunu jafu kemm se ddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(26)

Bl-istess mod, billi jeħtieġ li jiġi evitat vakwu regolatorju f'settur li jimxi b'pass mgħaġġel, jekk l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżura li tkun ġiet innotifikata mill-ġdid xorta toħloq xkiel għas-suq komuni jew tkun inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal- BERT , għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata li timponi rimedju speċifiku f'perjodu ta' żmien speċifikat.

(27)

Fid-dawl tal-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jħaffu l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati — jew inkella, biex il-Kummissjoni tippermetti eżenzjoni min-notifikar sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet.

(28)

Skond l-għanijiet tal-Karta tal-Unjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-utenti kollha, inklużi l-utenti aħħarija b'diżabbiltà, l-anzjani, u l-utenti b'bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezz raġjonevoli. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa mal-Att finali ta' Amsterdam tipprovdi biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità jqisu l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà meta jħejju l-miżuri skond l-Artikolu 95 tat-Trattat.

(29)

Il-frekwenzi tar-radju għandhom jitqiesu bħala riżorsa pubblika skarsa ta' valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa fl-interess pubbliku li l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju tkun effiċjenti u effettiva kemm jista' jkun mill-perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali, u li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tal-Media, u li l-ostakli għall-użu effiċjenti tagħha jitneħħew b'mod progressiv.

(30)

Għalkemm l-immaniġġjar tal-ispettru jibqa' fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, huma biss il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju li jistgħu jiżguraw li l-utenti tal-ispettru jgawdu mill-benefiċċji kollha tas-suq intern u li l-interessi tal-UE jkunu jistgħu jiġu difiżi b'mod effettiv mad-dinja kollha.

(31)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-immaniġġjar tal-ispettru għandhom ikunu konsistenti max-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li għandhom x'jaqsmu mal-immaniġġjar tal-ispettru tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) u l-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), sabiex ikunu żgurati l-immaniġġjar effiċjenti u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fil-Komunità u mad-dinja kollha.

(32)

Sabiex jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), fl-2010 għandha ssir laqgħa għolja dwar l-ispettru mmexxi mill-Istati Membri u li tkun tinkludi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati kollha. Il-laqgħa għolja għandha b'mod partikulari tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-politika tal-UE dwar l-ispettru, sabiex tingħata gwida dwar il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali, u sabiex l-ispettru jinfetaħ għal servizzi ġodda ta' komunikazzjoni elettronika ladarba tkun seħħet il-bidla għad-diġitali .

(33)

Il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali għandha twassal, bħala riżultat tal-effiċjenza superjuri fit-trażmissjoni tat-teknoloġija diġitali, għar-rilaxx ta' ammont sinifikanti ta' spettru fl-Unjoni Ewropea, l-hekk imsejjaħ “dividend diġitali” L-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw id-dividendi diġitali tagħhom kemm jista' jkun malajr, sabiex iċ-ċittadini jibbenefikaw mit-tnedija ta' servizzi ġodda, innovattivi u kompetittivi. Għal dan l-għan l-ostakoli li jeżistu fuq livell nazzjonali għall-allokazzjoni jew ir-ri-allokazzjoni effiċjenti tad-dividend diġitali għandhom jitneħħew u għandu jiġi segwit metodu aktar koerenti u integrat għall-allokazzjoni tad-dividend diġitali fil-Komunità.

(34)

Il-frekwenzi tar-radju għandhom ikunu ġestiti b'mod li tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara. Dan il-kunċett bażiku tal-interferenza ta' ħsara għandu għalhekk ikun iddefinit kif jixraq b'riferenza għal-pjani għall-frekwenzi eżistenti li jkunu miftehma internazzjonalment biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jasal biss sa fejn ikun meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza.

(35)

Is-sistema attwali ta' ġestjoni u distribuzzjoni tal-ispettru tar-radju hija b'mod ġenerali bbażata fuq deċiżjonijiet amministrattivi li m'humiex flessibbli biżżejjed biex ilaħħqu mal-evoluzzjoni teknoloġika u ekonomika, b'mod partikulari mal-iżvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tar-radju u t-talba dejjem tikber għall-bandwith. Il-frammentazzjoni eċċessiva fost il-linji ta'politika nazzjonali tirriżulta fi spejjeż ikbar u telf ta' opportunitajiet fis-suq għall-utenti tal-ispettru tar-radju, u tnaqqas ir-ritmu tal-innovazzjoni, għad-dannu tas-suq intern, il-konsumatur u l-ekonomija b'mod ġenerali. Barra minn dan, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-frekwenzi tar-radju, u għall-użu tiegħu, jistgħu jvarjaw skond it-tip tal-operatur, waqt li s-servizzi elettroniċi li jipprovdu dawn l-operaturi jikkoinċidu dejjem iktar, b'hekk jinħolqu tensjonijiet bejn id-detenturi tad-dritt, diskrepanzi fil-prezz tal-aċċess għall-ispettru tar-radju, u distorsjoni potenzjali fil-mod kif jiffunzjona s-suq intern.

(36)

Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex ikun iddeterminat l-aħjar użu tal-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni tal-ġestjoni tal-aċċess għad-drittijiet tal-ispettru tar-radju tillimita l-investiment u l-innovazzjoni u ma tippermittix lill-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir li jagħmlu ekonomija bis-saħħa ta' produzzjoni fuq skala ikbar, biex b'hekk tfixkel l-iżvilupp ta' suq intern għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jużaw l-ispettru tar-radju.

(37)

Il-flessibilità fil-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u l-aċċess għall-ispettru tar-radju għandhom jiżdiedu permezz ta' awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti tal-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'bands tal-frekwenzi disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif identifikati fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti tal-ITU għar-Radju (minn hawn 'il quddiem imsemmijin “il-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz”). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi għandha tapplika meta huma nvoluti l-objettivi ta' interess ġenerali.

(38)

Ir-restrizzjonijiet rigward il -prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġika għandhom ikunu xierqa u ġġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata l-interferenza li tagħmel ħsara, per eżempju billi jkunu imposti masks għall-emissjoni ║ u livelli ta' enerġija, jew biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, jew billi jkun żgurat l-użu komuni b'mod xieraq tal-ispettru tar-radju, b'mod partikulari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, jew biex ikun hemm kompatibilità mal-għan ta' interess ġenerali f'konformità mal-liġi Komunitarja.

(39)

L-utenti tal-ispettru tar-radju għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz tal-ispettru tar-radju, soġġetti għal miżuri tranżitorji biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet ikunu nkisbu minn qabel u d-dispożizzjonijiet ta' pjanijiet għall-allokazzjoni ta' frekwenzi nazzjonali u r-Regolamenti tal-ITU . għandha tkun possibbli l-awtorizzazzjoni ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tas-servizz li jkunu jeħtieġu li jkun ipprovdut servizz speċifiku sabiex jiġu kkunsidrati l-fatturi tal-politika pubblika jew biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali ddefiniti b'mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali,. Dawn l-għanijiet għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni ta' politiki nazzjonali dwar l-awdjoviżjoni u l-media, tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-mezzi ta' komunikazzjoni kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurtà tal-ħajja, jew biex jiġi żgurat li l-għanijiet imsemmija hawn fuq jintlaħqu , l-eċċezzjonijiet ma għandhomx iwasslu għall-użu esklussiv għal ċerti servizzi, iżda għandhom jagħtu prijoritajiet sabiex servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess band, safejn ikun possibbli. Biex il-parti awtorizzata tkun libera li tagħżel l-aktar mezz effiċjenti għat-twassil tal-kontenut tas-servizzi pprovduti permezz tal-frekwenzi tar-radju, il-kontenut ma għandux ikun irregolat fl-awtorizzazzjoni għall-użu ta' frekwenzi tar-radju.

(40)

Hija f'idejn l-Istati Membri l-kompetenza li jiddefinixxu l-ambitu u n-natura ta' kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika politika nazzjonali awdjoviżiva u tal-Media u l-pluraliżmu fil-Media, skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

(41)

Billi l-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġiji u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija wżata, kull proposta għal din l-allokazzjoni għandha tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

(42)

Fl-interess tal-flessibbiltà u tal-effiċjenza, f'bands li għandhom jiġu identifikati b'mod armonizzat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jagħtu lill-utenti tal-ispettru tar-radju l-libertà li jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet tal-użu tagħhom lil partijiet terzi. Dan għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-ispettru tar-radju mis-suq. Fid-dawl tas-setgħa tagħhom biex jiżguraw l-użu effettiv tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu sabiex jiżguraw li n-negozju ma jwassalx għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fejn l-ispettru tar-radju jibqa' ma jintużax.

(43)

Għall-finijiet tas-suq intern, jista' jeħtieġ ukoll li tiġi armonizzata fil-livell Komunitarju l-identifikazzjoni ta' bands tal-ispettru tar-radju li jkunu negozjabbli, tal-kundizzjonijiet biex isir in-negozju jew it-tranżizzjoni lejn drittijiet li jkunu negozjabbli f'bands speċifiċi, ta' format minimu għad-drittijiet negozjabbli, ta' rekwiżiti biex tkun żgurata d-disponibbiltà ċentrali, l-aċċessibbiltà u l-kredibbiltà tal-informazzjoni meħtieġa għan-negozju fl-ispettru tar-radju, u tar-rekwiżiti biex titħares il-kompetizzjoni u jkun evitat l-akkapparrament tal-ispettru tar-radju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dik l-armonizzazzjoni. Tali miżuri ta' implimentazzjoni għandhom iqisu jekk id-drittijiet individwali għall-użu ġewx awtorizzati fuq bażi kummerċjali jew mhux kummerċjali.

(44)

L-introduzzjoni tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, kif ukoll tan-negozju ta' drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju eżistenti, aktarx li teħtieġ regoli tranżitorji, inklużi miżuri biex jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta, għax is-sistema l-ġdida tista' tagħti d-dritt lil ċerti utenti tal-ispettru tar-radju li jibdew jikkompetu mal-utenti tal-ispettru tar-radju li jkunu kisbu d-drittijiet tal-ispettru tar-radju tagħhom taħt termini u kundizzjonijiet aktar stretti. Bil-maqlub, meta d-drittijiet kienu ngħataw bħala deroga mir-regoli ġenerali jew skond kriterji li ma kinux oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali, is-sitwazzjoni tad-detenturi ta' dawn id-drittijiet m'għandhiex titjieb għad-dannu tal-kompetituri ġodda tagħhom lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawn il-għanijiet ta' interess ġenerali. Kull spettru tar-radju li ma jkunx baqa' meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess pubbliku għandu jittieħed lura u jkun assenjat mill-ġdid skond id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni.

(45)

Bil-għan li ġġib 'il quddiem il-funzjonament tas-suq intern, u biex tappoġġa l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonsulta mal-BERT fil-qasam tal-għoti tan-numri. Barra minn hekk, biex iċ-ċittadini tal-Istati Membri, inklużi vjaġġaturi u utenti b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jilħqu ċerti servizzi billi jużaw l-istess numri li jingħarfu bi prezzijiet simili fl-Istati Membri kollha, is-setgħat tal-Kummissjoni biex tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikopru wkoll, fejn meħtieġ, il-prinċipju jew il-mekkaniżmu applikabbli tat-tariffi kif ukoll il-ħolqien ta' numru ta' telefon wieħed tal-UE (front-up call number) li jiżgura l-aċċess faċli għall-utenti għal dawk is-servizzi.

(46)

Il-permessi maħruġa lill-impriżi li jipprovdu lin-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali fit-twaqqif ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika jew ta' elementi ġodda tan-network. Il-komplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta' passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Bħala konsegwenza, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati għandu jkun issemplifikat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikun jistgħu jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta' passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq il-websajts tagħhom.

(47)

Jeħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-Istati Membri rigward id-detenturi tad-drittijiet ta' passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta' network ġdid b'mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq biex jagħti aċċess lin-network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq bażi ta' każ b'każ, it-taqsim ta' elementi ta' networks u faċilitajiet assoċjati bħal ma huma ducts, arbli u antenni, id-dħul f'bini kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili. It-titjib tat-taqsim tal-faċilitajiet jista' jsaħħaħ ħafna il-kompetizzjoni u jnaqqas l-impatt finanzjarju u ambjentali tat-tqegħid ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari l-użu ta' networks ġodda ta' aċċess tal-fibre optic. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu fuq l-operaturi b'qawwa sinifikanti fis-suq l-obbligi biex jipprovdu offerta ta' referenza għall-għoti ta' aċċess b'mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni għad-ducts tagħhom.

(48)

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni sikura u ta' min jafdaha fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kulma jmur qed issir aktar kruċjali għall-ekonomija kollha u għas-soċjetà nnifisha. Il-komplessità tas-sistema, il-ħsara teknika u l-iżball uman, l-aċċidenti jew l-attakki kollha jista' jkollhom konsegwenzi għat-tħaddim u għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi fiżiċi li jwasslu servizzi kruċjali għall-ġid taċ-ċittadini tal-UE, inklużi s-servizzi elettroniċi tal-gvern. Għaldaqtsant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni. L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (“ENISA”)  (12) għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika billi, fost ħwejjeġ oħra, tipprovdi l-konsulenza u l-parir espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. Kemm l- ENISA kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inklużi s-setgħat li jiksbu informazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta' sigurtà tan-networks jew tas-servizzi kif ukoll data komprensiva u kredibbli dwar l-inċidenti ta' sigurtà li jkunu saru u li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi. Waqt li jżommu f'moħħhom li l-applikazzjoni b'suċċess ta' sigurtà suffiċjenti mhix eżerċizzju ta' darba biss iżda hija proċess kontinwu ta' implimentazzjoni, eżami mill-ġdid u aġġornament, dawk li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu l-integrità u s-sigurtà tagħhom skond il-valutazzjoni tar-riskji, u jagħtu kunsiderazzjoni lit-teknoloġija l-iktar moderna ta' dawn il-miżuri.

(49)

Meta jkun meħtieġ li jinsab qbil fuq lista komuni ta' rekwiżiti għas-sigurtà, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jinkiseb livell adegwat ta' sigurtà fin-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fis-suq intern. L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà li jkunu xierqa billi tipprovdi parir espert. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu dwar il-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skond id-Direttiva ta' Qafas. Sabiex iwettqu dmirijiethom, huma għandhom ikollhom is-setgħa li jinvestigaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

(50)

L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li s-suq li fih is-saħħa sinifikanti tintuża biex tinħoloq pressjoni mhix il-kawża tal-problema imma x'aktarx l-oġġett tal-effett tagħha. Għalhekk, is-saħħa sinifikanti li titgawda f'suq wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu ħsiebha fis-suq fejn tkun toriġina u mhux fis-swieq li jmissu miegħu u li fihom jinħassu l-effetti tagħha.

(51)

Fil-każ tas-swieq li jkunu identifikati bħala tranżnazzjonali, il-proċedura tal-eżami mill-ġdid tas-suq għandha tkun issemplifikata u magħmula iktar effettiva billi tagħmilha possibbli għall-Kummissjoni, waqt li tagħti kas tal-opinjoni tal- BERT , li tinnomina dawk l-impriża/i b'saħħa sinifikanti fis-suq u timponi obbligu speċifiku, jew iktar, biex b'hekk tippermetti li l-kwistjonijiet regolatorji b'karatteristiċi tranżnazzjonali jkunu indirizzati direttament fil-livell tal-Komunità.

(52)

Biex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hekk skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta' żmien xierqa u raġjonevoli. L-iskeda ta' żmien għandha tqis jekk is-suq partikolari kienx diġà soġġett għal analiżi tas-suq bin-notifika korrispondenti. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq fl-iskandeza speċifikata, dan jista' jwassal biex jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta' liġi jistgħu ma jħallux l-effett mixtieq f'waqtu. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun tista' titlob lill- BERT biex tgħin fil-kompiti tal-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, b'mod partikulari billi toħroġ opinjoni li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq rilevanti u l-obbligi xierqa li l-Kummissjoni tkun imbagħad tista' timponi.

(53)

Minħabba livell għoli ta' innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tkun tista' tiġi adattata ħesrem b'mod koordinat u armonizzat fuq il-livell Ewropew. L-esperjenza turi li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għall-iżvilupp tas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni f'oqsma bħat-trattament regolatorju ta' servizzi ġodda, l-għoti tan-numri, l-għoti tal-ismijiet u l-indirizzi, il-kwistjonijiet tal-konsumaturi inklużi l-aċċessibilità elettronika (eAccessibility), u l-miżuri regolatorji biex jinżamm rendikont.

(54)

Kompitu importanti assenjat lill- BERT huwa li meta jkun xieraq hija toħroġ opinjonijiet b'relazzjoni għat-tilwim traskonfinali. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom għalhekk jagħtu kas ta' kull opinjoni tal- BERT .

(55)

L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu l-multi ma rnexxilhomx jipprovdu inċentiv biżżejjed biex ikunu osservati r-rekwiżiti regolatorji. Is-setgħat ta' infurzar adegwat jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas regolatorju u għalhekk jinkoraġġixxu ċ-ċertezza regolatorja, li hija stimulu importanti għall-investiment. In-nuqqas ta' setgħat effettivi fil-każ li ma jkunx hemm konformità japplika għall-qafas regolatorju kollu. L-introduzzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida fid-Direttiva ta' Qafas biex tittratta l-ksur tal-obbligi skond id-Direttivi ta' Qafas u Speċifiċi għandha għalhekk tiżgura l-applikazzjoni ta' prinċipji konsistenti u koerenti għall-infurzar u l-multi għall-qafas regolatorju kollu.

(56)

Kemm l-investiment kif ukoll il-kompetizzjoni għandhom ikunu inkoraġġjati, sabiex l-għażla tal-konsumatur tkun imħarsa.

(57)

Il-qafas regolatorju eżistenti kien jinkludi ċerti dispożizzjonijiet biex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-antik tal-1998 għall-qafas il-ġdid tal-2002. Din it-transizzjoni kienet ikkompletata fl-Istati Membri kollha u dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati billi issa m'hemmx bżonnhom.

(58)

L-Anness I tad-Direttiva ta' Qafas kien identifika l-lista ta' swieq li riedu jiddaħħlu fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti li jista' jistħoqqilhom ir-regolazzjoni ex-ante. Dan l-Anness għandu jkun irrevokat billi ntlaħaq l-iskop tiegħu li jservi ta' bażi għat-tħejjija tal-verżjoni inizjali tar-Rakkomandazzjoni (13).

(59)

L-Anness II tad-Direttiva ta' Qafas kien elenka l-kriterji li riedu jintużaw mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jivvalutaw l-influwenza konġunta skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) ta' dik id-Direttiva. Dak l-Anness jista' jiżgwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jmexxu l-analiżi tas-suq. Barra minn hekk, il-kunċett tal-influwenza konġunta jiddependi wkoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej. Għalhekk l-Anness II għandu jiġi emendat.

(60)

L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-operatur li jkun integrat vertikalment jintalab jistabbilixxi entitajiet ta' negozju li joperaw b'mod separat, huwa li tkun żgurata l-provvista ta' prodotti għal-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandu, inklużi d-diviżjonijiet tal-operatur stess integrat vertikalment li jieħdu servzz mingħandu stess. Is-separazzjoni funzjonali jista' jkollha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f'diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminzzjoni u billi tagħmilha iktar faċli li l-osservanza tal-obbligi kontra d-diskriminazzjoni jkunu vverifikati u infurzati. ▐ Sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali għandhom ikunu approvati minn qabel mill-Kummissjoni.

(61)

L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali m'għandhiex timpedixxi l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet diversi ta' negozju li joperaw b'mod separat sabiex ikun żgurat li jkunu protetti d-drittijiet ekonomiċi u ta' sorveljanza tal-ġestjoni tal-kumpanija li jkollha l-kontroll tagħhom (parent company).

(62)

L-integrazzjoni kontinwa tas-suq intern għas-servizzi u għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-futur teħtieġ koordinazzjoni aħjar tal-applikazzjoni tar-regolazzjoni ex-ante li hemm dispożizzjoni għaliha fil-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(63)

Meta l-impriża li tkun integrata vertikalment tagħżel li tifred l-attivitajiet tagħha billi tinħeles minn parti sostanzjali, jew kollha, tal-proprjetà tagħha fin-network għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta' negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkun imposti fuq l-operatur li jkun integrat vertikalment sabiex ikun żgurat li kull arranġament ġdid ikun konformi mad-2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u d-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). L-NRA konċernata għandha tieħu r-responsabbiltà li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skond kif inhu xieraq. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni mill-impriża.

(64)

Waqt li huwa xieraq f'xi ċirkostanzi għall-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi obbligi fuq l-operaturi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħal ma hija l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabilità bejn is-servizzi, jew sabiex issir promozzjoni tal-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jiġi żgurat benefiċċju massimu għall-utenti aħħarin, madankollu huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti b'konformità mal-qafas regolatorju u b'mod partikulari mal-proċeduri tan-notifika tiegħu.

(65)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stipulati fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi. Dan ukoll huwa l-każ tal-lista minima ta' partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfatt l-obbligu tat-trasparenza.

(66)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri ta' armonizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi li jmorru lilhinn minn miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni.

(67)

Meta jkun iffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi tal-frekwenzi tar-radju għall-operaturi fis-suq dan jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-barrieri għad-dħul fis-suq. Barra minn dan, il-progress teknoloġiku qed inaqqas ir-riskju tal-interferenza li tagħmel ħsara f'ċerti bands ta' frekwenzi u għalhekk inaqqas il-ħtieġa ta' drittijiet għall-użu individwali. Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju biex ikunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom normalment ikunu preskritti fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali sakemm ma jkunux meħtieġa drittijiet individwali, wara li jitqies l-użu tal-ispettru tar-radju, biex ikun hemm protezzjoni mill-interferenza li tagħmel ħsara jew biex jintlaħaq għan speċifiku ta' interess ġenerali. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħtieġa ta' drittijiet individwali għandhom jittieħdu b'mod trasparenti u proporzjonat.

(68)

L-introduzzjoni tar-rekwiżiti għan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġika fid-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni u l-allokazzjoni, flimkien ma' possibbiltà ikbar ta' trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, għandha tkabbar il-libertà u l-mezzi biex titwassal il-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi tal-media awdjoviżiva lill-pubbliku, b'dan tkun ukoll iffaċilitata l-kisba tal-għanijiet ta' interess ġenerali. Madankollu, ċerti obbligi ta' interess ġenerali imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-media awdjovizivi jistgħu jeħtieġu l- użu ta' kriterji speċifiċi fl-assenjazzjoni tal-ispettru, meta jidher li jkun essenzjali biex jintlaħaq għan partikulari ta' interess ġenerali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Il-proċeduri assoċjati mal-insegwiment ta' għanijiet ta' interess ġenerali għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji.

(69)

Kwalunkwe eżenzjoni, sħiħa jew parzjali mill-obbligu ta' ħlas tad-drittijiet jew it-tariffi ║stabbiliti għall-użu tal-ispettru għandha tkun oġġettiva u trasparenti u bbażata fuq obbligi oħra ta' interess ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali .

(70)

Meta wieħed iqis l-impatt restrittiv fuq l-aċċess liberu għall-frekwenzi tar-radju, il-validità tad-dritt għall-użu individwali li ma jkunx negozjabbli għandu jkun limitat biż-żmien. Meta d-drittijiet għall-użu jinkludu fihom dispożizzjoni għat-tiġdid tal-validità tagħhom, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jagħmlu eżami mill-ġdid, li jkun jinkludi konsultazzjoni pubblika, waqt li jikkunsidraw l-iżviluppi fis-suq, ta' kopertura u teknoloġiċi. Minħabba l-iskarsezza ta' spettru tar-radju, id-drittijiet individwali mogħtija lill-impriżi għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid regolarment. Meta jagħmlu dan l-eżami mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom iżommu bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħtieġa li tkun stimolata l-introduzzjoni tan-negozju tal-ispettru tar-radju kif ukoll l-użu iktar flessibbli tal-ispettru tar-radju permezz tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali meta jkun possibbli.

(71)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiżguraw l-użu effettiv tal-ispettru tar-radju u tan-numri, u meta l-ispettru tar-radju jew ir-riżorsi għall-għoti tan-numri jibqgħu ma jintużawx, huma jaġixxu biex ma jħallux il-ħżin anti-kompetittiv, li jista' jfixkel id-dħul ġdid fis-suq.

(72)

It-tneħħija tal-barrieri legali u amministrattvi għall-awtorizzazzjoni ġenerali jew għad-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri jew tan-numri b'implikazzjonijiet Ewropej għandha tiffavorixxi l-iżvilupp tat-teknoloġija u s-servizz u tikkontribwixxi biex titjieb il-kompetizzjoni. Waqt li l-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju tkun organizzata skond id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)  (14), jista' jkun ukoll meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq intern, li jkunu kkoordinati jew armonizzati l-proċeduri tal-għażla u l-kundizzjonijiet li japplikaw għad-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet f'ċerti bands, għad-drittijiet għall-użu tan-numri u għal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Dan japplika b'mod partikulari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni ta' suq intern jew potenzjal transkonfinali, bħal ma huma s-servizzi bis-satellita, li l-iżvilupp tagħhom jista' jkun imfixkel mid-diskrepanzi fl-assenjament tal-ispettru tar-radju bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu d-deċiżjonijiet tal-ITU u s-CEPT . Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni u wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , għandha għalhekk tkun tista' tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni biex tilħaq dawn il-għanijiet. Il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni jistgħu jitolbu mill-Istati Membri li jagħmlu disponibbli d-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju u/jew tan-numri mat-territorju kollu u meta jkun meħtieġ jirtiraw kull dritt nazzjonali ieħor għall-użu li jkun jeżisti. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda dritt ġdid għall-użu tal-band tal-ispettru tar-radju rilevanti jew tas-serje ta' numri skond il-proċeduri nazzjonali.

(73)

L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq għamluha possibbli li jkunu installati servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jaqsmu l-fruntieri ġeografiċi tal-Istati Membri. L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni kien jitlob mill-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid it-tħaddim tas-sistemi tal-awtorizzazzjoni nazzjonali u d-dispożizzjoni dwar l-iżvilupp tas-servizz traskonfinali fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni li tikkonċerna l-assenjazzjoni armonizzata tal-frekwenzi tar-radju wrew li m'humiex effettivi biex ilaħħqu mal-ħtiġiet ta' impriża li tkun tixtieq tipprovdi servizzi min naħa għal oħra tal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu emendati.

(74)

Waqt li l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet u l-immonitoraġġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jibqgħu r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu kundizzjonijiet, kriterji jew proċeduri addizzjonali li jistgħu jirrestrinġu, jimmodifikaw jew idewmu l-implimentazzjoni korretta ta' għażla armonizzata jew koordinata jew proċedura ta' awtorizzazzjoni. Meta jkun iġġustifikat biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri ta' koordinazzjoni jew armonizzazzjoni jistgħu jinkludu derogi transitorji jew, fil-każ tal-ispettru tar-radju, mekkaniżmi transitorji għall-użu komuni tal-ispettru tar-radju li jeżentaw lil Stat Membru milli japplika dawn il-miżuri, sakemm dan ma joħloqx differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.

(75)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva biex jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, inkluża s-setgħa li jimponu multi finanzjarji effettivi u/jew sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta' ksur ta' dawk it-termini u kundizzjonijiet.

(76)

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet għandhom ikopru kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilitajiet u l-ħtieġa tal-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi tal-emerġenza li jikkomunikaw bejniethom u mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji. Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-importanza tal-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju għal skopijiet esperimentali, taħt restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b'mod strett min-natura sperimentali ta' dawn id-drittijiet.

(77)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2887/2000 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali (15) wera li kien effettiv fl-istadju inizjali tal-ftuħ tas-suq. Id-Direttiva ta' Qafas titlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-transizzjoni mill-qafas regolatorju tal-1998 għall-qafas tal-2002 u biex tressaq proposti biex ikun irrevokat dak ir-Regolament fiż-żmien xieraq. Skond il-qafas tal-2002, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom id-dmir li janalizzaw is-suq għall-aċċess disassoċjat għal-linja u għal-linji parzjali metalliċi lokali fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid (wholsale) bl-iskop li jipprovdu servizzi tal-broadband u ║ tal-vuċi kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti. Billi l-Istati Membri kollha analizzaw dan is-suq mill-inqas darba u l-obbligi xierqa bbażati fuq il-qafas tal-2002 qegħdin f'posthom, ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 m'għadux meħtieġ u għalhekk għandu jkun irrevokat.

(78)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi ta' Qafas, dwar l-Aċċess u dwar l-Awtorizzazzjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (16).

(79)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni rigward in-notifiki skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas; rigward l-armonizzazzjoni fl-oqsma tal-ispettru u l-għoti ta' numri kif ukoll f'kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi; rigward l-identifikazzjoni ta' swieq transkonfinali; rigward l-implimentazzjoni tal-istandards; u rigward l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex taġġorna l-Anness I u II tad-Direttiva tal-Aċċess għas-suq u għall-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tarmonizza r-regoli, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsubin biex jikkompletaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba li l-proċedura regolatorja bi skrutinju fi ħdan il-limiti taż-żmien normali tista', f'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tfixkel l-adozzjoni f'waqtha tal-miżuri ta' implimentazzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu malajr sabiex jiżguraw l-adozzjoni f'waqtha ta' dawk il-miżuri ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/21/KE (Id-Direttiva ta' Qafas)

Id-Direttiva 2002/21/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u ċerti aspetti tat-tagħmir terminali li jiffaċilitaw l-aċċess għal utenti finali b'diżabiltà u li jinkoraġxxi l-użu ta' komunikazzjoni elettronika minn utenti finali li jkunu inqas ixxurtjati. Tippreskrivi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta' proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f'kull parti tal-Komunità.”

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“b)

‘swieq tranżnazzjonali’ tfisser swieq li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.”

(b)

Il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“d)

‘network pubbliku tal-komunikazzjoni’ tfisser network tal-komunikazzjoni elettronika wżat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network, u jinkludi elementi tan-network li ma jkunux attivi;”

(c)

Il-punt (e) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“e)

‘faċilitajiet assoċjati’ tfisser dawk il-faċilitajiet assoċjati ma' network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissaportjaw il-provvista ta' servizzi permezz ta' dak in-network u/jew servizz jew li jkollhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, fost l-oħrajn, sistemi li jittraduċu l-isem jew l-indirizz, sistemi għall-aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll l-infrastruttura fiżika bħal ma huma d-dħul għall-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-istrutturi għoljin u kostruzzjonijiet oħrajn ta' appoġġ, d-ducts, il-katusi, l-arbli , l-antenni, it-toqob tal-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi ;”

(d)

Il-punt (l) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“(l)

‘Direttivi Speċifiċi’ tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (║ Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)) (17)

(e)

Għandhom jiġu miżjuda l-punti (q), (r), u (s) li ġejjin:

“q)

‘allokazzjoni’ tfisser id-deżinjazzjoni ta' band ta' frekwenzi jew serje ta' numri speċifika biex tintuża minn tip, jew iktar, ta' servizzi, meta jkun xieraq, skond il-kundizzjonjiet speċifikati;

r)

‘assenjazzjoni’ tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja nazzjonali lil entità ġuridika jew persuna naturali biex tuża l-frekwenza tar-radju jew kanal ta' frekwenza tar-radju, jew numru (jew blokk/i ta' numri);

s)

‘interferenza li tagħmel il-ħsara’ tfisser interferenza li tipperikola t-tħaddim ta' servizz tar-radju għat-tbaħħir jew ta' servizzi oħra tas-sigurtà jew li b'xi mod ieħor tiddegrada serjament, tfixkel jew titterrompi b'mod irrepetut servizz tal-komunikazzjoni bir-radju li jkun jopera skond ir-regolamenti internazzjonali , tal-Komunità jew nazzjonali li jkunu japplikaw.”

(3)

L-Artikolu 3(3) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti ufil-ħin . L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand l-ebda entità oħra dwar it-twettiq ta' kuljum tal-kompiti assenjati lilhom skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Komunità. Huma biss l-entitajiet tal-appell stabbiliti skond l-Artikolu 4 jew il-qrati nazzjonali li għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostitut tiegħu/tagħha jkun jista' jitkeċċa biss jekk huwa ma jissodisfax iktar il-kundizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta' dmirijietu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali, jew jekk huwa jkun instab ħati ta' kondotta serja. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinkludi fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tkun ippubblikata fiż-żmien tat-tkeċċija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li huma jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej fit-Telecom (BERT) għall-promozzjoni ta' koordinazzjoni u koerenza regolatorja akbar huma appoġġjati b'mod attiv mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji rispettivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li jgħinuhom biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-BERT. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom baġits annwali separati u dawk il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.

3b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-pożizzjonijiet komuni maħruġa minn BERT meta jiġu biex jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom stess għas-swieq lokali tagħhom.

(4)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-networks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta' appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista' tkun qorti, għandha jkollha l-kompetenzza xierqa ▐ biex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha b'mod effettiv . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ tingħatalhom il-kunsiderazzjoni li tixirqilhom u li jkun hemm mekkaniżmu ta' appell effettiv u li l-proċeduri quddiem l-entità tal-appell ma jkunux twal b'mod eċċessiv. L-Istati Membri għandhom jistipulaw limiti ta' żmien għall-kunsiderazzjoni ta' appelli ta' dan it-tip.

Soġġett għar-riżultat ta' kwalunkwe appell li jista' jkun hemm, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħodd, sakemm ma jkunux awtorizzati miżuri temporanji. Miżuri temporanji jistgħu jkunu awtorizzati, f' konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm ħtieġa urġenti li l-effett tad-deċiżjoni jiġi sospiż sabiex tkun evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li tkun qed tapplika għal dawk il-miżuri, kif ukoll jekk il-bilanċ tal-interessi jitlob dan.”

(b)

Il-paragrafi li ġejin għandhom jiġu miżjuda :

3.     Il-korpi tal-appell għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-opinjoni tal-BERT qabel ma jieħdu deċiżjoni matul il-proċediment ta' appell.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġetti tal-appelli, in-numru tat-talbiet ta' appelli, it-tul ta' żmien li jieħdu l-proċeduri tal-appell, in-numru ta' deċiżjonijiet biex jingħataw miżuri temporanji li ttieħdu skond il-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-BERT fuq bażi annwali.”

(5)

L-Artikolu 5(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skond dawn. ▐ Dawn l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u fil-limiti ta' żmien u fil-livell ta' dettall mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta' dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tikkonforma mal-liġi Komunitarja u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.

(6)

L-Arikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

Artikolu 6

Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza

Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(10), 20, jew 21, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkun biħsiebhom jieħdu miżuri skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi ▐ jew fejn ikun biħsiebhom jipprovdu għal restrizzjonijiet skond l-Artikolu 9(3) u 9(4), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta' miżura fi żmien raġonevoli.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta' konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ tal-informazzjoni riżervata skond il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar ir-riżervatezza tan-negozju. Fil-każ ta' tixrid mhux ġustifikat ta' tagħrif kunfidenzjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba tal-impriżi konċernati, għandhom jadottaw miżuri xierqa mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 7

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Intern billi jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT b'mod trasparenti 'sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b'mod partikulari, jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT biex jidentifikaw it-tipi ta' strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikulari ta' sitwazzjonijiet fis-suq.

3.   Għajr fejn jipprovdu mod ieħor id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 7b, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha tieħu miżura li:

a)

taqa' fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u

b)

tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri,

għandha tqiegħed l-abbozz ta' miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BERT u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skond l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni , lill-BERT u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħrajn b'dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali , il-BERT u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta' xahar ma jistax jittawwal.

4.   Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:

a)

tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 15(1);

b)

tiddeċiedi jekk impriża tiġix innominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma' oħrajn, saħħa sinifikanrti fis-suq, skond l-Artikolu 16(3), (4) jew (5); ║

u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta' miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b'mod partikulari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jittawwal.

5.   Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta' miżura. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-BERT tissottometti skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru (KE) tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tat-Telekomunikazzjoni] (18) qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz ta' miżura.

6.   Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun ħarġet deċiżjoni skond il-paragrafu 5 li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz ta' miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta' miżura. Fil-każ li l-abbozz ta' miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta' miżura emendat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

7.   L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra tal-BERT u tal-Kummissjoni u tista', ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4, tadotta l-abbozz ta' miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni. Kull entità nazzjonali oħra li teżerċita funzjonijiet skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi għandha wkoll tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti tal-Kummissjoni.

8.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi, permezz ta' deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi tal-utenti, hija tista' tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawn il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l- BERT . Id-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex dawn il-miżuri jsiru permanenti jew biex jitwal iż-żmien li għalih huma jkunu japplikaw għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.

(7)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 7a

Proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1.     Meta awtorità regolatorja nazzjonali jkun beħsiebha li tadotta miżura sabiex timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16 flimkien mal-Artikoli 5 u 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikollhom perjodu ta' xahar mid-data tan-notifika tal-abbozz tal-miżura sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata.

2.     F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar ta' obbligu differenti minn dak stabbilit fl-Artikoli 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), il-Kummissjoni, fi ħdan l-istess perjodu, tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata u lill-BERT bir-raġunijiet l-għaliex tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li għandha dubji serji b'rabta mal-kompatibiltà tiegħu mal-liġi Komunitarja. F'każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal xahrejn oħrajn wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta' notifika bħal din, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

3.     Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni, il-BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib bil-għan li jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.

Matul l-istess perjodu ta' xahrejn, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha toħroġ opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.

F'każ li l-BERT tkun ikkonfermat kemm huwa xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.

F'każ li l-BERT tkun indikat li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal-BERT, tista' tadotta deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata li temenda l-abbozz tal-miżura u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.

4.     F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal perjodu ta' xahrejn oħrajn mill-bidu tal-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 1.

Matul il-perijodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni, BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-objettiv li jiġi determinat jekk l-abbozz ta' miżura propost hux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u b'mod partikolari, jekk il-miżura hix l-aktar xierqa u effettiva. Għal dak il-għan, għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-fehemiet tal-parteċipanti fis-suq u il-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' prassi regolatorja konsistenti. Fuq talba motivata mill-BERT jew mill-Kummissjoni, dan il-perijodu ta' xahrejn jista' jittawwal b'sa xahrejn oħra.

Matul il-perjodu massimu ta' xahrejn stabbilit fit-tieni subparagrafu, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha tadotta opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.

F'każ biss li l-Kummissjoni u l-BERT ikunu kkonfermaw kemm huwa xieraq u effikaċi l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tkun tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.

5.     Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun adottat, f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 3, deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali li temenda l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura. F'każ li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat f'konformità mal-Artikolu 7.

6.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz ta' miżura fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

Artikolu 7b

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

║ Il-Kummissjoni , filwaqt li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT, tista' tistipula rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida marbutin mal-Artikolu 7, li jiddefinixxu l-forma, il-kontenut u l-grad tad-dettalji li għandhom jingħataw fin-notifiki mitluba skond l-Artikolu 7(3), kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom notifika ma tkunx meħtieġa u l-kalkolu tal-iskadenzi.

▐”

8)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar- radju jew sakemm mhuwiex meħtieġ mod ieħor sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikulari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.”

b)

Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

“a)

jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b'diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f'termini ta' għażla, prezz, u kwalità , u li fornituri jiġu kkumpensati għal kwalunkwe spiża netta li huma jistgħu juru prova li ġarrbu bħala riżultat tal-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku bħal dawn ;

b)

jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikulari u fl-aċċess għall -kontenut u fis-servizzi fuq in-networks kollha ;

c)

jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura li jkun immexxi mis-suq, u jippromwovu l-innovazzjoni; u

c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) għandu jitħassar;

(ii)

il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“d)

jaħdmu mal-Kummissjoni u l- BERT sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.”

d)

l-paragrafu 4 għandu jiġi emendat b'dan li ġej:

i)

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“e)

jittrattaw il-bżonnijiet ta' gruppi soċjali speċifiċi, b'mod partikulari l-utenti b'diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;”

(ii)

Għandhom jiżdiedu l-punti (g) u (h) :

“g)

l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-utenti aħħarija għandu jkollhom il-libertà ta' aċċess għal kull kontenut legali, tat-tqassim tiegħu, u tal-użu ta' kull applikazzjoni u/jew servizz legali li jagħżlu huma' u għal dan l-iskop jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' kontenut legali bi qbil mal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali) .

h)

l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-ebda restrizzjoni ma tistax tiġi imposta fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti aħħarija, partikolarment skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, mingħajr deċiżjoni minn qabel mingħand l-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief meta s-sikurezza pubblika tkun mhedda fil-każ li deċiżjoni tkun ittieħdet sussegwentement.

(e)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

5.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, huma u jsegwu l-għanijiet politiċi msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4, għandhom japplikaw prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali inter alia billi:

a)

jippromwovu l-prevedibilità regolatorja permezz tal-kontinwità ta' rimedji fuq bosta reviżjonijiet tas-suq kif xieraq;

b)

jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, m'hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

c)

jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' klijenti u jippromwovu il-kompetizzjoni bbażata fuq kompetizzjoni fejn ikun possibbli;

d)

jippromwovu investiment determinat mis-suq u innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa inkluż bl-inkoraġġiment ta' qsim ta' investiment u bl-iżgurar ta' qsim ta' riskju xieraq fost l-investitur u dawk il-kumpaniji li jgawdu minn aċċess għall-faċilitajiet ġodda;

e)

jieħdu kont xieraq tal-varjetà ta' kondizzjonijiet relatati mal-kompetizzjoni u mal-konsumaturi li jeżistu fl-Istati Membri u fiż-żoni ġeografiċi varji fl-Istati Membri;

f)

jimponu obbligi regolatorji ex-ante f'każ biss fejn ma jkun hemm ebda kompetizzjoni effettiva u jerħu jew ineħħu tali obbligazzjonijiet hekk kif dik il-kundizzjoni titwettaq.

(9)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 8a

Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju

1.     Qiegħed b'dan jinħoloq Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju (‘RSPC’) sabiex jagħti kontribut għall-ilħuq tal-għanijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 u 5 tal-Artikolu 8b.

L-RSPC għandu jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' politika ta' spettru tar-radju.

L-RSPC għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-politika ta' spettru tar-radju f'kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed u l-Kummissjoni m' għandhiex tivvota.

2.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess, l-RSPC, li jaġixxu b'maġġoranza assoluta, għandu jadotta opinjonijiet.

3.     l-RSPC għandu jippreżenta rapport annwali ta' attività lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 8b

Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika ta' spettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea

1.     L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu ta' spettru tar-radju fil-Komunità. Għal dan il-għan, huma għandhom iqisu, inter alia, aspetti ekonomiċi, ta' sikurezza, ta' saħħa, ta' interess pubbliku, ta' libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-UE kif ukoll tal-interessi varji ta' komunitajiet ta' utenti ta' spettru ta' radju bl-iskop li jtejbu l-użu ta' spettru ta' radju u jevitaw interferenza ta' ħsara.

2.     Attivitajiet ta' politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr ħsara:

a)

miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, bi qbil mal-liġi tal-Komunità, biex ifittxu objettivi ta' interess ġenerali, b'mod partikulari fir-rigward ta' kontenut ta' regolament u politiki awdjoviżivi u tal-Media;

b)

id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE; u

c)

id-dritt ta' Stati Membri biex jorganizzaw u jużaw l-ispettru ta' radju tagħhom għall-iskopijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea u, fejn ikun xieraq, kundizzjonijiet armonizzati rigward id-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f'oqsma ta' politiki tal-UE bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp.

4.     Il-Kummissjoni filwaqt li tieħu kont xieraq tal-opinjoni tar-RSPC, tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' programm ta' azzjoni dwar l-ispettru tar-radju fir-rigward tal-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea jew miżuri leġiżlattivi oħra bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-ispettru tar-radju u li tiġi evitata interferenza li tagħmel il-ħsara.

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni effettiva tal-interessi tal-UE f'organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet ta' spettru ta' radju. Kull fejn meħtieġ għal żgurar ta' din il-koordinazzjoni effettiva, il-Kummissjoni, meta tqis b'mod xieraq l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika ta' Spettru ta' Radju (‘RSPC’), tista' tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill objettivi ta' politika komuni inkluż, jekk meħtieġ, mandat ta' negozjar.

(10)

L-Artikolu 9 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 9

Il-ġestjoni ta' frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

1.    B' kont xieraq meħud għall-fatt li l-frekwenzi tar-radju huma beni pubbliċi b'valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skond l- Artikoli 8 u 8b . Għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehiminternazzjonali u jkunu jistgħu jieħdu kont tal-prospettivi tal-politika pubblika.

2.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b'konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u bi qbil mal-benefiċċji għall-klijent bħal ekonomiji ta' skala u interoperabilità ta' servizzi. B'hekk, huma għandhom jipproċedu skond l- Artikoli 8b u 9c ta' din id-Direttiva, u d -Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju).

3.   Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu jew mill-miżuri adottati skond il-paragrafu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' teknoloġija użati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi 'jkunu jistgħu jintużaw fil-bands ta' frekwenzi tar-radju disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'konformità mar-Regolamenti tal-ITU għar-Radju .

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' teknoloġija wżati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi , fejn dan ikun meħtieġ biex:

a)

tkun evitata l-possibilità ta' l-interferenza li tagħmel il-ħsara,

b)

titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi,

c)

tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz,

d)

ikun żgurat il-massimu tal-użu maqsum tal-frekwenzi tar-radju ▐,

e)

ikun salvagwardjat l-użu effiċjenti ta' frekwenzi tar-radju,

f)

ikun sodisfatt għan ta' interess ġenerali skond il-paragrafu 4 ║.

4.   Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu ▐, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu pprovduti fil-bands tal-frekwenzi tar-radju disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika f'konformità mal-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti tal-ITU għar-Radju . Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti.

Miżuri li jirrikjedu li servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jkun provdut f' band speċifiku disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu ġġustifikati biex jiżguraw il-ksib ta' għan ta' interess ġenerali definit fil-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja, pereżempju s-sikurezza tal-ħajja, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, il-prevenzjoni mill-użu ineffiċjenti tal-frekwenzi tar-radju, ▐ il-promozzjoni għanijiet kulturali u tal-politika medjatika bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta' kull servizz komunikazzjonijiet elettroniċi ieħor f'band speċifiku tista' tkun applikata biss meta r-restrizzjoni tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet u l-miżuri imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 u għandhom jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn ir-reviżjonijiet .

6.   Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju minn  (19)

(11)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin:

Artikolu 9a

Reviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti

1.   Għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn … (20)▐, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li d-detenturi ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data u li se jibqgħu validi għal perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin wara din id-data jistgħu jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skond l-Artikolu 9(3) u (4).

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità ▐ nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt ikkonċernat wara r-reviżjoni. Għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa' bla tibdil sa l-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta' 5 snin, skond liema data hija l-aktar kmieni.

2.   2 Fejn id-detentur ta' drittijiet imsemmi fil-paragrafu 1 huwa fornitur ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, u fejn id-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju ngħata għall-ksib ta' għan speċifiku ta' interess ġenerali, inkluża l-provvista ta' servizzi tax-xandir, id-dritt għall-użu tal-parti tal-frekwenzi tar-radju li hija meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandu jibqa' l-istess . Il-parti tal-frekwenzi tar-radju li ma tibqax meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandha tkun soġġetta għal proċedura ġdida ta' assenjazzjoni, skond l-Artikolu 9(3) u (4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni.

3.   Wara l-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għal kull assenjazzjoni u allokazzjoni ta' frekwenzi tar-radju li fadal, li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

4.   Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxu l-kompetizzjoni ġusta.

Artikolu 9b

It-trasferiment ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jkunu jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju fil-bands li jkunu jipprovdu għalihom il-miżuri ta' implimentazzjoni skond il-paragrafu 9c sakemm dan it-trasferiment jew kiri jkun skond il-proċeduri nazzjonali u pjanijiet nazzjonali ta' allokazzjoni ta' frekwenza .

F'bands oħra, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra f'konformità mal-proċeduri nazzjonali .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni tal-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju kif ukoll it-trasferiment effettiv tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ responsabbli għall- assenjazzjoni ta' drittijiet individwali tal-użu ta' frekwenzi tar-radju, u li tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9c u tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju jew ta' miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma' dan l-użu armonizzat.

Artikolu 9c

Miżuri ta' armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-frekwenzi tar-radju

Sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, fl-osservanza tal-prinċipji tal- Artikoli 8b, 9, 9a u 9b , il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa biex:

a)

tapplika l-programm ta' azzjoni tal-ispettru tar-radju mwaqqaf skont l-Artikolu 8b(4);

b)

tidentifika l-bands li d-drittijiet għall-użu tagħhom jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi;

c)

ikunu armonizzati l-kundizzjonijiet marbuta ma' dawn id-drittijiet ▐; ▐

d)

tidentifika l-bands li għalihom japplika l- prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz.'

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐

(12)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri għall-għoti tan-numri jkunu applikati b'mod li jingħata trattament ugwali lill-kull min jipprovdi s-servizzi u lill-utenti tan-numri madwar l-Unjoni Ewropea . B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tkun assenjata serje ta' numri ma tiddiskriminax kontra fornituri u utenti oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom. ▐”

(b)

Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-armonizzazzjoni ta' numri jew firxiet ta' numri speċifiċi fil-Komunità meta din tippromwovi t-tħaddim tas-suq intern jew tappoġġja l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa dwar din il-materja, li jistgħu jinkludu li tiżgura aċċess transkonfinali għan-numerazzjoni nazzjonali użata fis-servizzi essenzjali, bħal ma huma l-mistoqsijiet dwar id-direttorju . Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jagħtu lill-BERT responsabbiltajiet speċifiċi fl-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(13)

Fl-Artikolu 11(1), il-kliem 'taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri ta' trasparenza u pubblikament disponibbli, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u' għandu jinbidel bil-kliem li ġej:

“taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u f'kull ċirkostanza tiddeċiedi fi żmien erba' xhur mill-applikazzjoni, u”

(14)

L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 12

Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni tal- elementi tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati għall-proveddituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   Meta l-impriża li tipprovdi n-networks tal-komunikazzjoni elettronika jkollha d-dritt skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinstalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista' tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta' proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità , ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta' dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi d-dħul fil-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini , l-arbli, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ , id-ducts, il-kondjuwits , it-toqob u l-kaxxi tal-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi .

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li d-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jużaw flimkien il-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi biex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw il-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja wara biss perijodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet konċernati kollha għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa biex jirrekjedu li, wara perjodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li fih il-partijiet kollha interessati jingħataw l-opportunità li jistqarru l-fehmiet tagħhom, id-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jagħmlu użu komuni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà, inkluż permezz ta' ko-lokazzjoni fiżika, sabiex jinkoraġġixxu l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura u l-promozzjoni tal-innovazzjoni. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà u għandhom jiżguraw li hemm qsim adegwat tar-riskji bejn l-intrapriżi kkonċernati.

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jistabbilixxu inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibilità u l-lokalità ġeografika tal-faċilitajiet imsemmija f'dak il-paragrafu, u li huma jagħmlu dak l-inventarju disponibbli għall-partijiet interessati.

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwaqqfu l-proċeduri ta' koordinazzjoni xierqa, b'koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, rigward ix-xogħlijiet pubbliċi msemmija fil-paragrafu 2 u faċilitajiet jew proprjetà oħra pubbliċi. Dawk il-proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri li jiżguraw li l-partijiet interessati jkollhom informazzjoni rigward il-faċilitajiet pubbliċi u l-proprjetà xierqa u xogħlijiet pubbliċi ppjanati jew li qed isiru, li jkunu avżati fi żmien xieraq dwar dawn ix-xogħlijiet, u li l-użu komuni jiġi ffaċilitat kemm jista' jkun.

6.   Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skond dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti mhux diskriminatorji u proporzjonati.”

(15)

Għandu jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej:

“'Kapitolu IIIa

IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWORKS U S-SERVIZZI

Artikolu 13a

Is-sigurtà u l-integrità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jkunu xierqa biex jipproteġu s-sigurtà tan-networks u tas-servizzi tagħhom. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B'mod partikulari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw u jnaqqsu ħafna l-impatt tal-inċidenti ta' sigurtà fuq l-utenti u fuq in-networks li jkunu kkonnettjati bejniethom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw l-integrità tan-networks tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-networks. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom konsultazzjonijiet mal-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika qabel ma jadottaw miżuri speċifiċi għas-sigurtà u għall-integrità tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti nazzjonali b'xi ' ksur tas-sigurtà jew b'telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ konċernata għandha tinforma lill-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) . Meta jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat, l-awtorità kompetenti nazzjonali tista' tinforma lill-pubbliku.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skond dan il-paragrafu.

4.   Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-ENISA , tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. L-adozzjoni ta' tali miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi m'għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri mill jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni li jkollhom x'jaqsmu man-notifiki għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Diretta 2002/58/KE.

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ║.

Artikolu 13b

L-implimentazzjoni u l-infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a. Dawn l-istruzzjonijiet li jorbtu għandhom ikun proporzjonati u sostenibbli, ekonomikament u teknikament, u għandhom jiġu implimentati fi skeda ta' żmien raġonevoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:

a)

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u l-integrità tas-servizzi u n-networks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta' sigurtà; u

b)

jagħtu istruzzjonijiet lil entità kkwalifikata indipendenti biex twettaq verifika tas-sigurta u tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta' nuqqas ta' konformità l-effetti fuq is-sigurtà u l-integrità tan-networks .

4.   Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.”

(16)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej :

Fejn intrapriża għandha saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku u fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tat-tip li jittrasferixxu s-saħħa kummerċjali li għandu suq wieħed lejn is-suq l-ieħor, u b'hekk iżidu s-saħħa kummerċjali tal-intrapriża, rimedji bil-għan li jiġi evitat dan it-tip ta' trasferiment tal-vantaġġ strateġiku jistgħu jiġu imposti fuq is-suq marbut, b'konformità mal-Artikoli 9, 10, 11 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess). Fejn rimedji ta' dan it-tip ma jkunux biżżejjed, jistgħu jiġu imposti rimedji skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali) .”

(17)

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titlu huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq

(b)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Wara l-konsultazzjoni pubblika u l-konsultazzjonimal- BERT , il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti (hawn iktar 'il quddiem imsejħa ‘ir-Rakkomandazzjoni’). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta' prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stipulati fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu ddefiniti f'każijiet speċifiċi skond il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.”

c)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2a.     Sa … (21), il-Kummissjoni għandha tippubblika linji ta' gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rigward deċiżjonijiet bil-għan li jimponu, jemendaw jew ineħħu l-obbligi tal-intrapriżi b'poter kummerċjali sinifikanti.

(d)

Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lir-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikulari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.”

(e)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal- BERT maħruġa skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)], tista' tadotta Deċiżjoni li tidentifika s-swieq tranżnazzjonali.

Din id-Deċiżjoni, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(18)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti bit-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti filwaqt li jieħdu kont tas-swieq li jinsabu elenkati fir-Rakkomandazzjoni u wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tintalab skond il-paragrafi 3 jew 4, tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b'mod effettiv.”

(b)

Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

“5.   Fil-każ tas-swieq tranżnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-Kummissjoni għandha titlob lill- BERT biex tmexxi l-analiżi tas-suq wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwidi u tagħti opinjoni dwar kull impożizzjoni, żamma, emenda jew irtirar tal-obbligi regolatorji kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , tista' toħroġ deċiżjoni li tinnomina impriża waħda jew iżjed bħala li jkollhom saħħa sinifikanti f'dak is-suq, u timponi wieħed jew iżjed obbligi speċifiċi skond l-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-għanijiet tal-politika stipulati fl-Artikolu 8.

6.   Il-miżuri li jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu l-analiżi tas-suq rilevanti:

a)

fi żmien sentejn min-notifika preċedenti ta' abbozz ta' miżura relatata ma' dak is-suq;

b)

għas-swieq li ma kinux innotifikati qabel lill-Kummissjoni, fi żmien sena minn meta tkun adottata r-Rakkomandazzjoni rriveduta dwar is-swieq rilevanti, jew;

c)

għall-Istati Membri li jkunu għadhom kif daħlu fl-Unjoni, fi żmien sena mill-adeżjoni tagħhom.”

(c)

Għanduj iddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-Kummissjoni tista' titlob lill- BERT biex toħroġ opinjoni, li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq speċifikat u l-obbligi speċifiċi li jridu jkun imposti. L- BERT tista' tmexxi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta' miżura konċernat.

▐”

(19)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, fl-ewwel sentenza, il-kliem “Artikolu 22(2)” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Artikolu 22(3)” u fit-tieni sentenza, il-kliem “waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2) jinbidel bil-kliem “tista” tieħu miżuri xierqa ta' implimentazzjoni u”.

(b)

Fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

Fin-nuqqas ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-istandardizzazzjoni (ISO) jew il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

(c)

Fil-paragrafu 6, il-kliem 'filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(3), tneħħihom mill-lista tal-istandards u/ew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinbidel bil-kliem “tieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1”.

(d)

Jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija msemmija fil-paragrafi 1, 4, u 6 , fil-paragrafi 4 u 6, maħsuba biex elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(20)

L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta' servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b'diżabbiltà.”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar.

(21)

L-Artikolu 19 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 19

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi Speċifiċi joħolqu xkiel għas-suq intern, il-Kummissjoni tista', wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , jekk ikun hemm, toħroġ ▐ Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8.

2.   Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐

3.   Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni tat-strateġija armonizzata jew ikkoordinata biex tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

L-implimentazzjoni konsistenti ta' strateġija regolatorji, inkluż it-trattament ta' servizzi ġodda ta' swieq sub-nazzjonali u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kummerċjali transkonfinali ;

(b)

Il-kwistjonijiet ta' għoti tan-numri, ismijiet u indirizzi, inklużi s-serje ta' numri, il-portabilità tan-numri u l-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta'emerġenza bil-112;

(c)

Il-kwistjonijiet tal-konsumaturi, mhumiex inklużi fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali), inkluż b'mod partikolari l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir tal-komunikazzjoni elettronika mill-utenti finali b'diżabilità;

(d)

Ir-rendikont regolatorju inkluż il-kalkolu tar-riskju tal-investiment .

▐”

(22)

L-Artikolu 20(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Fil-każ ta' tilwima li tinqala' bejn dwk li jipprovdu s-servizzi b'rabta mal-obbligi eżistenti imposti skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi meta waħda mill-partijiet tkun impriża li tipprovdi n-networks jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li turbot biex tirriżolvi t-tilwima fl-iqsar perijodu ta' żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament mal-awtorità regolatorja nazzjonali.”

(23)

L-Artikolu 21 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 21

Is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali

1.   Fil-każ li tinqala' tilwima transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri diversi, meta t-tilwima taqa' fl-ambitu tal-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Kull parti tista' tirreferi t-tilwima lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fi ħdan il-BERT sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta, skond il-għanijet stipulati fl-Artikolu 8. Kwalunkwe obbligu impost fuq impriża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għal tilwima għandu jikkonforma mad-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.

Kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'tilwima bħal din tista' titlob lill- BERT biex toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] dwar l-azzjoni li trid tittieħed skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas u/jew tad-Direttivi Speċifiċi biex tkun solvuta din it-tilwima.

Meta din it-talba tkun saret lill- BERT , kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'xi aspett tat-tilwima għandha tistenna r-rakkomandazzjoni tal- BERT skond l-Artikolu 18 Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] qabel ma taġixxi biex tirriżolvi t-tilwima, bla ħsara għall-possibbiltà għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ.

Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi t-tilwima għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lir-rakkomandazzjoni maħruġa mill- BERT skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti biex flimkien dawn ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għas-soluzzjoni tat-tilwima b'mod f'waqtu skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba' xhur it-tilwima ma tkunx riżoluta, jekk it-tilwima ma tkunx tressqet fil-qorti mill-parti li sofriet il-ksur tad-drittijiet, u jekk xi waħda mill-partijiet titlob dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima, kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta , skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 wara li tingħata l-ikbar kunsiderazzjoni lil kwalunkwe rakkommandazzjoni maħruġa mill- BERT skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].

4.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.”

(24)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:

Artikolu 21a

Pieni

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu xierqa , effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa (22) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.”

(25)

L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej:

1a.     Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 9c, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(c)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(26)

L-Artikolu 27 huwa mħassar.

(27)

L-Anness I għandu jitħassar u l-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/19/KE (Id-Direttiva ta' Aċċess)

Id-Direttiva 2002/19/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“a)

‘aċċess’ tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, taħt kundizzjonijiet iddefiniti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika inkluż it-twassil tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew biex jixxandru s-servizzi b'kontenut. Tkopri, fost l-oħrajn: aċċess għal elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta' tagħmir b'mezzi fissi jew mhix fiss (dan jinkludi partikolarment l-aċċess għal-linja lokali u għal faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi fuq il-linja lokali); aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi ducts, arbli u bini; aċċess għal sistemi ta' softwer rilevanti, inklużi sistemi ta' appoġġ operazzjonali; aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar l-abbonati u għall-mekkaniżmi biex jitħallsu lura l-ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin lill-fornituri tas-servizzi tad-direttorju; aċċess għal networks fissi u mobile, partikolarment għar-roaming; aċċess għal sistema ta' aċċess kundizzjonali għal servizzi ta' televiżjoni diġitali; u aċċess għal servizzi ta' networks virtwali.”

b)

(b) il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

e)

‘linja lokali’ tfisser iċ-ċirkwit fiżiku li jorbot il-punt fejn jispiċċa n-network […] ma' qafas ta' distribuzzjoni jew faċilità ekwivalenti fin-network fiss pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(2)

L-Artikolu 4(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-operturi tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), l-obbligu li jinnegozjaw l-ikkonnettjar ta' network ma' ieħor bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, jew li jwasslu kontenut tax-xandir jew servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Komunità kollha. L-operaturi għandhom joffru l-aċċess u l-ikkonnettjar lill-impriżi l-oħra skond termini u kundizzjonijiet konsisenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skond l-Artikoli 5, 6, 7 u 8. Madankollu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-interkonnessjoni m'għandhomx jintroduċu ostakli mhux iġġustifikati għall-interoperabilità.

(3)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġussostitwiti bit-test li ġej:

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jaġixxu biex jilħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabilità ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, l-investiment u l-innovazzjoni, u jagħti l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.

B'mod partikulari, bla ħsara għall-miżuri li jistgħu jittieħdu rigward impriżi li għandhom saħħa kummerċjali sinifikanti b'konformità mal-Artikolu 8, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu:

a)

sal-punt meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-konnettività minn tarf għall-ieħor jew l-aċċess ġust u raġonevoli għal servizzi tal-partijiet terzi, bħas-servizzi tad-direttorju, l-obbligi fuq l-intrapriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħarin, fosthom l-obbligu tal-interkonnessjoni tan-networks tagħhom f'każijiet iġġustifikati u fejn dan ma jkunx diġà il-każ, jew biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli, fosthom permezz ta' mekkaniżmi biex jitħallsu lura lill-fornituri tas-servizzi ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin, fuq termini ġusti, trasparenti u raġonevoli .

b)

sal-punt meħtieġ sabiex tiġi garantita l-aċċessibilità għall-utenti aħħarin għas-servizzi ta' xandir diġitali tar-radju u tat-televiżjoni spċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi biex jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fl-Anness I, Taqsima II dwar it-termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

2.   L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u għandhom ikunu implimentati skond il-proċedura msemmija fl- Artikoli 6 u 7 u 7a tad-Direttiva 2002/ 21 /KE (Direttiva ta' Qafas).

Meta tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiz-zoni differenti fl-Istati Membri tagħhom.

(b)

Il-paragrafi 3 u 4 jitħassru.

(4)

L-Artikolu 6(2) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex temenda l-Anness I. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(3). ▐

Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill- Korp tar-Regolaturi Ewropej tat–Telekomunikazzjoni ( BERT ).”

(5)

L-Artikolu 7 jitħassar.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, “f'Artikoli 9 sa 13” jinbidel bil-kliem “fl-Artikoli 9 sa 13a”.

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

2.     Fejn operatur huwa nnominat bħala wieħed b'saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettqa b'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, kif xieraq, jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 ta' din id-Direttiva b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

(c)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu jinbidel b'li ġej:

Fl-ewwel inċiż, “Artikoli 5(1), 5(2) u 6” tinbidel bi “tal-Artikoli 5(1) u 6”;

fit-tieni inċiż, “Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet (23)għandu jinbidel bi Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (24)

(ii)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal bħala t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu:

“Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l- BERT tissottometti skond l-Artikolu 4(3)(m) tar-Regolament Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].”

(7)

L-Artikolu 9(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, jimponu obbligi għat-trasparenza b'relazzjoni mal-interkonnessjoni u/jew aċċess, li jeħtieġu li l-operaturi jagħmlu pubbliku informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar il-kontabilità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tar-network, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet, il-politiki dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, it-termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, u l-prezzijiet.

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

4.     Minkejja l-paragrafu 3, fejn jinstab li operatur, skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva ta' Qafas), ikollu saħħa sinifikanti fis-suq f'suq rilevanti dwar l-aċċess lokali f'lok fiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-offerta ta' referenza li jkun fiha tal-anqas l-elementi stipulati fl-Anness II.

c)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-emendi meħtieġa għall-Anness II sabiex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). F'każijiet ta' urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill- BERT .”

(8)

L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b' dan it-test li ġej :

Artikolu 12

Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', faċilitajiet speċifiċi ta' networks

1.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' networks u faċilitajiet assoċjati, fost ġwejjeġ oħra f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu it-tfaċċar ta' suq kompetittiv sostenibbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-operaturi għandhom jiġu rikjesti li, inter alia :

a)

jagħtu aċċess lill-partijiet terzi għal elementi u/jew faċilitajiet speċifikati tan-network, inkluż l-aċċess diżassoċjat għal-linji lokali;

b)

jinnegozjaw b'rieda tajba mal-intrapriżi li qed jitolbu l-aċċess;

c)

ma jneħħux l-aċċess għall-faċilitajiet diġà mogħtija;

d)

jipprovdu servizzi speċifikati fuq bażi ta' kwantitajiet kbar biex jiġu mibjugħa mill-ġdid minn partijiet terzi;

e)

jagħtu aċċess miftuħ għal ‘interfaces’ tekniċi, protokolli jew teknoloġija ewlenija oħra indispensabbli għall-interoperabilità tas-servizzi jew servizzi tan-network virtwali;

f)

li jipprovdu l-ko-lokazzjoni jew forom oħra ta' użu komuni tal-faċilitajiet, inklużi d-ducts, il-bini jew id-dħul fil-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ , arbli, it-toqob tal-ispezzjonar, u l-kaxxi tal-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi ;

fa)

jipprovdu lil partijiet terzi offerta ta' riferenza għall-għoti tal-aċċess għat-ducts;

g)

Jipprovdu servizzi speċifikati meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabilità tas-servizzi minn tarf għall-ieħor għall-utenti, inklużi l-faċilitajiet għal servizzi ta' network intelliġenti jew roaming fuq networks tal-mobile;

h)

jipprovdu aċċess għal sistemi ta' appoġġ operattiv jew sistemi simili ta' softwer meħtieġa biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fil-provvista tas-servizzi;

i)

jagħmlu interkonnessjoni bejn in-networks jew il-faċilitajiet tan-networks;

j)

li jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħal ma huma l-identità, il-lok u l-kapaċità tal-preżenza.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jorbtu, ma' dawn l-obbligi, kundizzjonijiet li jkopru l-ekwità, ir-raġonevolità u l-puntwalità.

2.     Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu qed iqisu jekk jimponux l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, u b'mod partikulari meta jkunu qed jevalwaw jekk obbligi ta' dan it-tip ikunux proporzjonati mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), huma għandhom iqisu b'mod partikulari l-fatturi li ġejjin:

a)

il-vijabilità teknika u ekonomika tal-użu jew l-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq u tal-benefiċċji għall-konsumaturi, waqt li jiġu kkunsidrati n-natura u t-tip ta' interkonnessjoni u aċċess involuti, inkluża l-vijabilità ta' prodotti oħra ta' aċċess upstream, bħall-aċċess għad-ducts;

b)

il-fattibilità tal-provvista tal-aċċess proposta, f'rabta mal-kapaċità disponibbli;

c)

l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, waqt li wieħed iżomm f'moħħu kwalunkwe investiment pubbliku magħmul u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment, inkluż qsim xieraq tiegħu bejn l-intrapriżi li jibbenefikaw mill-aċċess għal dawn il-faċilitajiet il-ġodda;

d)

il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq medda ta' żmien fit-tul, b'mod partikulari l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura;

e)

fejn xieraq, kwalunkwe drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali rilevanti;

f)

il-provvista ta' servizzi pan-Ewropej.

3.   Meta jimponu l-obbligi fuq l-operatur biex jipprovdi l-aċċess skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi jew operattivi li jridu jkunu ssodisfatti minn dak li jipprovdi l-aċċess u/jew mill-benefiċjarji ta' dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-network. Meta jkun hemm l-obbligi li jkunu segwiti standards tekniċi speċifiċi dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(9)

L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, timponi obbligi li jirrelataw ma l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontrolli tal-prezzijiet, inklużi obbligi għall-orjentazzjoni tal-prezzijiet għall-ispejjeż u obbligi li jikkonċernaw sistemi ta' kontabilità tal-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni u/jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-operatur konċernat jista' jsofri prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew jikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-operatur biex jippermettulu rata raġonevoli ta' qligħ fuq il-kapital adegwat użat, u, bla ħsara għall-Artikolu 19(3)(d) tad-Direttiva 2002/21/KE, iqisu r-riskji involuti u l-qsim tar-riskji xieraq bejn l-investituri u dawk l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-faċilitajiet il-ġodda, inklużi l-arranġamenti divrenzjati għall-qsim tar-riskju fuq medda ta' żmien qasira u fuq medda ta' żmien twila .”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

5.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-aċċess għall-kuntratti ta' qsim ta' riskji għaż-żmien twil tkun bi qbil mal-ispiża inkrementali għaż-żmien twil ta' operatur effiċjenti, b'kunsiderazzjoni tar-rata kkalkulata tal-penetrazzjoni tal-operatur fi swieq ġodda, u l-premium tar-riskju inkluż fil-prezzijiet ta' aċċess għal kuntratti għaż-żmien qasir. Il-primjum tar-riskju għandhu jitneħħa b'mod gradwali maż-żjieda fil-penetrazzjoni tas-swieq. Testijiet dwar imġiba skorretta fl-ipprezzar (margin squeeze tests) m'għandhomx jiġu applikati għal kuntratti ta' medda qasira ta' żmien meta jintalab ħlas għall-primjum tar-riskju.

(10)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 13a u 13b li ġejjin:

Artikolu 13a

Separazzjoni funzjonali

1.   Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3), u bħala miżura eċċezzjonali, timponi obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista fi kwantità kbira ta' prodotti għall-aċċess fiss għall-bejgħ mill-ġdid (wholesale), għand unità ta' negozju li topera b'mod indipendenti.

Dik l-unità ta' negozju għandha tforni l-prodotti u s-servizzi għall-aċċess lill-impriżi kollha, inklużi unitajiet ta' negozju oħra fi ħdan il-kumpanija li jkollha l-kontoll tagħhom (parent company), fl-istess perijodi ta' żmien li jrid isir dan, bl-istess termini u kundizzjonijijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta' servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi l-obbligu tas-separazzjoni funzjonali, hija għandha tissottometti t-talba proposta lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

a)

evidenza li l-impożizzjoni u l-infurzar fuq perijodu raġonevoli ta' obbligi xierqa fost dawk identifikati fl-Artikoli 9-13 b' kont xieraq meħud tal-aħjar prattika regolatorja, biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva wara analiżi koordinata tas-swieq rilevanti skond il-proċedura tal-analiżi tas-suq stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) tkun naqset, u għandha mnejn tkompli tonqos fuq bażi persistenti, milli tikseb kompetizzjoni effettiva, kif ukoll evidenza li hemm problemi kbar fil-kompetizzjoni u fallimenti tas-suq identifikati f'ħafna mis-swieq analizzati ta' prodotti mibjugħa bl-ingrossa. ta' prodotti;

b)

evidenza li hemm ftit jew xejn prospetti ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura fi skeda ta' żmien raġonevoli;

c)

analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja, fuq l-impriża, b'mod partikulari fuq il-ħaddiema tagħha, u fuq l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-network, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b'mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi;

d)

analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni/fallimenti tas-suq identifikati .

3.   L- awtorità għandha tinkludi fil-proposta tagħha abbozz tal-miżura proposta, li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

a)

in-natura preċiża u l-livell ta' separazzjoni ▐;

b)

l-identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta' negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li tipprovdi din l-entità;

c)

l-arranġamenti għal sistema ta' awtorità biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta' negozju separata, u l-istruttura ta' inċentivi li tikkorrispondi għaliha;

d)

ir-regoli biex jiżguraw l-osservanza tal-obbligi;

e)

ir-regoli biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b'mod partikulari lejn partijiet oħra involuti;

f)

il-programm ta' monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluża l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali.

4.   Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-abbozz ta' miżura, meħuda skond l-Artikolu 8(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-network tal-aċċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 and 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

5.   L-impriża li kienet imposta fuqha s-separazzjoni funzjonali tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun ġiet innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8.

Artikolu 13b

Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment

1.   Impriżi li kienu nnominati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f'wieħed jew diversi swieq rilevanti skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel jekk ikunu biħsiebhom jittrasferixxu l-assi tagħhom fin-network għall-aċċess lokali jew parti sostanzjali tagħhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjeta ta' ħaddieħor, jew li jistabbilixxu entità ta' negozju separata biex huma jfornu lill-impriżi li jbigħu lill-utenti finali, inklużi d-diviżjonijiet tagħhom stess li jbigħu lill-utenti finali, bil-prodotti għall-aċċess li jkunu ekwivalenti għalkollox.

2.   L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tmexxi analiżi koordinata tad-diversi swieq relatati man-network għall-aċċess skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

3.   L-entità ta' negozju li tkun separata b'mod legali u/jew operattiv tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew għal kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8.”

(11)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(12)

L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din-id-Direttiva.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2002/20/KE (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)

Id-Direttiva 2002/20/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(2) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“2.   Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:

‘awtorizzazzjoni ġenerali’ tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet biex ikunu pprovduti n-networks jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jippreskrivi l-obbligi speċifiċi tas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta' networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, skond din id-Direttiva.”

(2)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

“l-Artikoli 5, 6 u 7”għandu jiġi ssostitwit bi “l-Artikoli 5, 6, 6a u 7.”;

b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

L-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika transkonfinali għal intrapriżi li jinsabu f'bosta Stati Membri għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu suġġetti għal mhux aktar minn notifika waħda simplifikata għal kull Stat Membru kkonċernat.

(3)

L-Artikolu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 5

Id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri

1.   L-Istati Membri jiffaċilitaw l- użu tal-frekwenzi tar-radju permezz ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet individwali ta' użu sabiex:

a)

ikun evitat l-possibilità ta' interferenza li tagħmel il-ħsara;

b)

tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz;

c)

ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru;

d)

jintlaħqu għanijiet oħra ta' interess ġenerali definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja; jew

e)

ikun hemm konformità ma' miżura adottata skond l-Artikolu 6a.

2. ▐   L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet individwali tal-użu, meta jintalbu, lil kwalunkwe impriża ▐, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 6a, 7 u 11(1)(c) ta' din id-Direttiva u għal kull regola li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Mingħajr ħsara għal kriterji speċifiċi u proċeduri adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil provvedituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja, tali drittijiet ta' użu għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa , oġġettivi, trasparenti, proporzjonali u mhux diskriminatorji, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Il-proċeduri jistgħu, b'mod eċċezzjonali, ma jkunux miftuħa, għajr għal każijiet fejn l-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju lil provveduturi ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni jista' jintwera li huwa essenzjali biex jissodisfa obbligu partikolari li l-Istat Membru jkun iddefinixxa u ġġustifika minn qabel bħala meħtieġ biex jinkiseb interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja.

Meta jagħtu d-drittijiet għall-użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet. Fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Fejn Stati Membri jagħtu drittijiet ta' użu għal perjodu ta' żmien limitat, it-tul tal-validità tagħhom għandu jkun xieraq għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-għan filwaqt li jittieħed kont tal-bżonn li jitħalla perjodu xieraq għall-amortizzament tal-investiment .

Fejn id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju li jingħata għal għaxar snin jew iktar, u li ma jistax ikun ittrasferit jew mikri bejn l-impriżi skond l-Artikolu 9b tad-Direttiva ta' Qafas, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l- kriterji għall-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu japplikaw u jkunu rispettati għal kemm iddum il-liċenzja . Jekk dawk il-kriterji ▐ ma jkunux japplikaw iżjed, id-dritt individwali għall-użu għandu jinbidel f'awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, soġġett għall-avviż minn qabel u li dan iseħħ wara li jkun għadda perijodu ta' żmien raġonevoli, jew għandu jkun jista' jiġi ttrasferit liberament jew mikri bejn l-impriżi.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad- drittijiet għall-użu għandhom jittieħdu, jkunu kkomunikati u ppubblikati malajr kemm jista' jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet gimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-frekwenzi tar-radju li kienu allokati għas-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika ġewwa l-pjan nazzjonali għall-frekwenzi. Il-limitu ta' żmien tal-aħħar għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat mal-użu tal-frekwenzi tar-radju jew ta' pożizzjonijiet orbitali.

4.   Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), li d-drittijiet għall-użu tan-numri ta' valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta' proċeduri ta' għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta' tliet ġimgħat b'mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra. ▐

Rigward proċeduri ta' selezzjoni kompetittiva jew komparattiva għall-frekwenzi tar-radju, għandu japplika l-Artikolu 7.

5.   L-Istati Membri ma għandhom jillimitaw l-għadd ta' drittijiet ta' użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skond l-Artikolu 7.

6.    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-frekwenzi tar-radju jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv skond l-Artikoli 8(2) u 9(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-kompetizzjoni ma tisfax imgħawġa mill-ebda trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. ▐”

(4)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni ġenerali biex ikunu pprovduti n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, u d-drittijiet għall-użu tan-numri, tista' tkun soġġetta biss għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fil-każ ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju, għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(b)

Fil-paragrafu 2, “l-Artikoli 16, 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)' hija ssostitwita bi 'l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)”.

(c)

Fil-paragrafu 3, il-kelma “Anness” hija ssostitwita bi “Anness I”.

(5)

Għandu jiddaħħal l-Artikoli 6a ▐ li ġej:

Artikolu 6a

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1.   ▐ Mingħajr ħsara għall- Artikolu 5(1) u (2) ta' din id-Direttiva, u l-Artikoli 8b u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex:

a)

tidentifika bands tal-frekwenzi tar-radju li l-użu tagħhom se jkun soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali ▐;

b)

tidentifika s-serje għall-għoti tan-numri li jridu jkunu armonizzati fil-livell tal-Komunità;

c)

tarmonizza proċeduri għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronikċi ;

d)

tarmonizza l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness II relatati mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi .

Dawk il -miżuri ▐ maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billu jjissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a (3) ▐.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, fejn xieraq, jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu talba rraġunata għal eżenzjoni parzjali u/jew deroga temporanja minn dawk il-miżuri.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-raġuni għal din it-talba, wara li tikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, u tista' tagħti eżenzjoni parzjali jew deroga temporanja, jew it-tnejn, sakemm dan ma jitfax lura b'mod eċċessiv l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jew joħloq differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.

▐”

(6)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

“1.   Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-frekwenzi tar-radju, jew jekk iġeddidx il-validità ta' drittijiet eżistenti jekk mhux skond it-termini speċifikati f'dawk id-drittijiet, ║ għandu inter alia:”

(ii)

Il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“c)

jippubblika kull deċiżjoni biex jillimita l-għoti tad-drittijiet għall-użu jew it-tiġdid tad-drittijiet għall-użu, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   Fejn l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet li jidhru fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) u tar-rekwiżiti li jidhru fl-Artikolu ta' dik id-Direttiva.”

(c)

Fil-paragrafu 5, “Artikolu 9” għandu jinbidel bi “Artikolu 9b”.

(7)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jiġi ssostitwiti bit-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet għall-użu u tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ivverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jirriżultalha li impriża ma tkunx qed tosserva waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), hija għandha tinnotifika lill-impriża b'dak ir-riżultat u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f'limitu ta' żmien raġonevoli.

3.   L-awtorità rilevanti għandha jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 jew minnfih jew f'limitu ta' żmien raġonevoli u għandha tieħu l-miżuri xierqa u proporzjonati bl-iskop li tiżgura l-osservanza.

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti li jimponu pieni finanzjarji meta jkun xieraq:

a)

pieni finanzjarji dissważivi fejn xieraq, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b'effett retroattiv ; kif ukoll

b)

ordnijiet ta' twaqqif ta' servizz jew grupp ta' servizzi li, jekk jitkomplew, jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi ta' aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, fejn xieraq, fuq impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skond l-obbligi imposti fl-Artikolu 11(1)(a) jew (b) ta' din id-Direttiva, jew skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta' Aċċess), f'perjodu ta' żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.”

(c)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“5.   Fil-każi ta' ksur serju jew irripetut tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), meta jkunu fallew il-miżuri immirati biex jiżguraw l-osservanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet għall-użu. Is-sanzjonijiet u l-pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta' kull ksur, ukoll jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rrettiffikat.”

(d)

Il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“6.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta' ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-protezzjoni pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operattivi serji għal oħrajn li jipprovdu jew jużaw in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, jew utenti oħra tal-ispettru tar-radju, hija tista' tieħu miżuri temporanji urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. L-impriża konċernata għandha wara dan tingħata opportunita raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri temporanji, li għandhom ikunu validi għall-massimu ta' tliet xhur.”

(e)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

6a.     B'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond il-paragrafi 5 u 6 ikunu suġġetti għar-reviżjoni legali.

(8)

L-Artikolu 11(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punti (a) u (b) il-kelma “Anness” għandha tiġi ssostitwita b' “Anness I”;

(b)

Fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied il-punt li ġej:

g)

l-inkoraġġiment tal-użu effiċjenti u l-iżgurat li jkun hemm immaniġġjar effettiv tal-frekwenzi tar-radju.

(9)

L-Artikolu 14 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 14

Emendi tad-drittijiet u tal-obbligi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet għall-użu jew id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jistgħu jkunu emendati biss fil-każi li jkunu oġġettivament iġġustifikati u b'mod proporzjonat, wara li tingħata kunsiderazzjoni, meta jkun xieraq, tal-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. Għandu jingħata avviż bil-mod xieraq tal-intenzjoni li se jsiru dawn l-emendi u l-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom perijodu biżżejjed ta' żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li dan m'għandux ikun inqas minn erba' xhur ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jew id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju qabel ma jagħlaq il-perijodu li għalih huma kienu ingħataw ħlief meta dan ikun iġġustifikat u meta jkun japplika b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar ll-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.”

(10)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

Artikolu 14a

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni.

2.     Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 6a (1), punti (a), (c) u (d), il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▐”

(11)

L-Artikolu 15(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta' drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b'mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.”

(12)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

“1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu eżistenti fil-31 ta' Diċembru 2009 għandhom jinġiebu konformi mill-Istati Membri mal-Artikoli 5, 6, 7 u l-Anness I ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[31 ta' Diċembru 2010].

2.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 iwassal għal tnaqqis fid-drittijiet jew estensjoni tal-obbligi skond l-awtorizzazzjonijiet diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità ta' dawk id-drittijiet u obbligi sa mhux aktar tard mit-[30 ta' Settembru 2011], sakemm id-drittijiet ta' impriżi oħra skond il-liġi tal-Komunità ma jiġux affettwati bihom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għalihom. ”

(13)

L-Anness għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

(14)

L-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ta' din id-Direttiva, għandu jiġi miżjud.

Artikolu 4

Proċedura ta' reviżjoni

1.     Il-Kummissjoni perjodikament għandha tirrevedi l-iffunzjonar ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) u 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl ta' żviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni u kemm tal-ħarsien tal-konsumatur, hemmx ħtieġa kontinwa għad-dispożizzjonijiet dwar regolamentazzjoni ex ante speċifika skond is-settur, kif stipulata fl-Artikoli 8 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali) jew jekk għandhomx jiġu emendati jew irrevokati. Għal dan il-għan, il-Kummissoni tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-BERT, li għandha tiġi fornita mingħajr dewmien żejjed.

2.     Jekk il-Kummissjoni ssib li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu emendati jew irrevokati, hija għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 5

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 huwa rrevokat.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

(1)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn […] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.

(2)  Opinjoni tad-19 ta' Lulju 2008 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(8)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(9)   ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(10)   ĠU C 151, 29.6.2006, p. 15.

(11)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(12)   Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1).

(13)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2003 dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45).

(14)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 4.

(16)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(17)   ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37

(18)  ĠU L …

(19)   Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(20)   Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(21)   Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/…/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li temenda d-Direttiva 2002/21/KE…].

(22)  Il-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE [li temenda d-Direttiva 2002/21/KE].

(23)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1.

(24)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. ║.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS

1.

L-Anness II għad-Direttiva 2002/21/KE għandu jinbidel b'dan li ġej

“ANNESS II

Kriterji li għandhom jiġu użati mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-evalwazzjoni ta' dominanza konġunta skond l-Artikolu 14(2), it-tieni subpargrafu

Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li qegħdin f'pożizzjoni dominanti konġunta skond it-tifsira tal-Artikolu 14 jekk, anke fin-nuqqas ta' rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom, joperaw f'suq li huwa karatterizzat minn nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva u li ebda impriża unika m'għandha setgħa sinifikanti fis-suq. Bla ħsara għall-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej dwar id-dominanza konġunta, hemm ċans tajjeb li dan ikun il-każ fejn is-suq huwa konċentrat u jesibixxi numru ta' karatteristiċi li minnhom, dawn li ġejjin, jistgħu jkunu l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet:

flessibilità baxxa tat-talba,

ishma tas-suq simili,

ostakoli legali jew ekonomiċi kbar għad-dħul fis-suq,

integrazzjoni vertikali b'rifjut kollettiv għal forniment,

nuqqas ta' setgħa tax-xerrej li tibbilanċja,

nuqqas ta' kompetizzjoni potenzjali,

Il-lista t'hawn fuq mhijiex komprensiva, u l-kriterji mhumiex kumulattivi. Minflok, din il-lista hija aktar maħsuba sabiex turi biss it-tipi ta' evidenza li jistgħu jintużaw sabiex jiġu appoġġjati affermazzjonijiet dwar l-eżistenza ta' dominanza konġunta.

2.

Fl_Anness II għad-Direttiva 2002/19/KE, it-titolu, id-definizzjonijiet, il-parti A u l-parti B, punt 1 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Anness II

Lista minima ta' partiti li għandhom jiġu inklużi f'offerta ta' referenza għal aċċess għall-infrastruttura tan-network disponibbli fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-aċċess maqsum jew totalment diżassoċjat f'post fiss li għandu jiġi ppubblikat mill-[…] operaturi b'saħħa kummerċjali sinifikanti (SMP)

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“sub-linja lokali” tfisser linja lokali parzjali li tikkonettja il-punt terminali ta' network […] ma' punt ta' konċentrazzjoni jew punt intermedju speċifikat ta' aċċess fin-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tat-telefon pubbliku fiss;

b)

“aċċess unbundled għal-linja lokali” tfisser aċċess sħiħ diżassoċjat għal-linja lokali u aċċess maqsum għal-linja lokali; ma tinvolvix bidla fis-sjieda tal-linja lokali;

c)

“aċċess unbundled sħiħ għal-linja lokali” tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali tal-operatur SMP notifikat li tippermetti l-użu tal-kapaċità sħiħa tal-infrastruttura tan-network;

d)

“aċċess maqsum għal-linja lokali” tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali tal-operatur SMP, li tippermetti l-użu ta' parti speċifikata tal-kapaċità tal-infrastruttura tan-network, bħal parti mill-frekwenza jew l-ekwivalenti;

A.     Kondizzjonijiet għall-aċċess disassoċjat

1.

L-elementi tan-network li għalihom l-aċċess huwa offrut li jkopru b'mod partikolari l-elementi li ġejjin, flimkien ma' faċilitajiet assoċjati xierqa:

a)

aċċess diżassoċjat għal-linji lokali u għas-sub-linji lokali;

b)

aċċess maqsum f'punti xierqa fin-network li jippermetti funzjonalità ekwivalenti għall-aċċess diżassoċjat f'ċirkustanzi fejn aċċess ta' dan it-tip ma jkunx fattibbli teknikament jew ekonomikament;

c)

aċċess għad-ducts li jagħmel l-installazzjoni ta' networks ta' aċċess u tal-backhaul networks possibbli .

2.

Tagħrif li jikkonċerna s-siti tal-aċċess fiżiku inklużi kabinetts tat-toroq u oqfsa ta' distribuzzjoni, id-disponibilità tal-linji lokali u tas-sub-linji lokali, tad-ducts u tal-faċilitajiet ta'l-backhaul f'partijiet speċifiċi tan-network tal-aċċess u d-disponibilità fid-ducts;

3.

Kondizzjonijiet tekniċi relatati mal-aċċess u l-użu ta' linji lokali u sub-linji lokali u ducts, inklużi l-karatteristiċi tekniċi tal-par milwi, ta' fibra optika jew l-ekwivalenti, u tad-distributuri tal-kejbil, ducts u faċilitajiet assoċjati;

4.

Proċeduri ta' ordnijiet u forniment, restrizzjonijiet tal-użu.

B.     Servizzi ta' ko-lokazzjoni

1.

Informazzjoni dwar is-siti rilevanti eżistenti tal-operatur tal-SMP jew il-lokazzjoni ta' tagħmir u l-aġġornmenti ppjanati tiegħu.

3.

L-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni) għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titlu “Anness”għandu jiġi ssostitwit bit-titlu “Anness I”.

(2)

L-ewwel paragrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“Il-kundizzjonijiet elenkati f'dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta' kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali (il-Parti A), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti B) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti C) kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 11(1)(a), fil-limiti permessi skond l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(3)

Il-Parti A għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.

L-aċċessibilità għan-numri mill- pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-għoti tan-numri lill-utenti aħħarija, in-numri mill-ETNS u l-UIFN, u l-kundizzjonijiet b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar i-Servizz Universali).”

(b)

Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“7.

Id-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1).”

(c)

Il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“8.

Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-kundizzjonijiet konformi mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilità skond l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.”

(d)

Fil-punti 11 u 16, “Direttiva 97/66/KE” għandha tiġi ssostitwita bi “Direttiva 2002/58/KE”.

(e)

Il-punt 11a li ġej għandu jiddaħħal:

“11.a

Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b'theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta' katastrofi serju.”

(f)

Fil-punt 12, il-kliem “u jxandar lill-pubbliku ġenerali”għandu jitħassar.

(g)

Il-punt li ġej għandu jiżdied:

19.

L-obbligi ta' trasparenza fuq il-fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni sabiex ikun żgurat li l-konnettività minn tarf għall-ieħor, kif ukoll l-aċċess bla restrinzjonijiet għall-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjonijiet, skond l-objettivi u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, żvelar rigward restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal servizzi u applikazzjonijiet u rigward politiki tal-immaniġġjar tat-traffiku u, fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex tkun ivverifikata l-preċiżjoni ta' żvelar bħal dan.

(4)

Il-Parti B għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.

L-obbligu li jkun ipprovdut servizz jew li tintuża tip ta' teknoloġija li jkun ingħata għalihom id-dritt għall-użu tal-frekwenza, inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura.”

(b)

Il-punt 2 għandu jiġi mħassar.

(c)

Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“7.

L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva. Jekk impenn bħal dan jaqbel de facto ma' wieħed jew aktar mill-obbligi elenkati fl-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), dak l-impenn għandu jitqies li jiskadi mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010.

(d)

Għandu jiżdied il-punt 9 li ġej:

“9.

L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali tal-frekwenzi tar-radju.”

(5)

Il-parti C għandha tinbidel b'dan li ġej :

a)

il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.

L-identifikazzjoni tas-servizz li fir-rigward tieħu se jintuża n-numru, inklużi kwalunkwe rekwiżiti marbuta mal-provvista ta' dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, prinċipji ta' tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw għal serje speċifiċi ta' numri bl-iskop li jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur skond l-Artikolu 8(4)(b) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

b)

║il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“8.

L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva.”

4.

L-Anness II li ġej għandu jiżdied mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni):

“ANNESS II

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu armonizzati skond il-punt (d) tal-Artiklu 6a, il-paragrafu 1

(1)

Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju:

a)

it-tul ta' żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju;

b)

l-ambitu territorjali tad-drittijiet;

c)

il-possibbiltà li d-dritt ikun ittrasferit lil utenti oħra tal-frekwenzi tar-radju, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma' dan;

d)

il-metodu biex jiġu ddeterminati t-tariffi li għandhom jitħallsu għad-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, bla ħsara għas-sistemi definiti mill-Istati Membri fejn l-obbligu li jitħallsu t-tariffi għall-użu hu sostitwit b'obbligu biex jitwettqu għanijiet speċifiċi ta' interess ġenerali ;

e)

in-numru ta' drittijiet għall-użu li jridu jingħataw lil kull impriża;

f)

il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I.

(2)

Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tan-numri:

g)

it-tul ta' żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tan-numru jew numri konċernati;

h)

it-territorju li fih huma validi;

i)

kull servizz jew użu speċifiku li għalih iridu jkunu rriżervati n-numri;

j)

it-trasferiment u l-portabbiltà tad-dritt għall-użu;

k)

il-metodu biex ikunu ddeterminati l-ħlasijiet li jridu jsiru (jekk ikun hemm) għad-dritt għall-użu tan-numri;

l)

il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness I.”


(1)   ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/337


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
L-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I

P6_TA(2008)0450

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (COM(2007)0699 — C6-0428/2007 — 2007/0249(COD))

2010/C 8 E/46

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0699),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0428/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0316/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jinnota li l-Kummissjoni kkomunikat l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja l-entità l-ġdida, l-Entità tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (“Body of European Regulators in Telecom — BERT”) skond is-subintestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali 2007 — 2013 parzjalment permezz tar-rijorganizzazzjoni u parzjalment b'żieda għall-perjodu 2009-2013; jinnota, madankollu, li l-awtorità baġitarja għadha ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar id-dettalji ta' dan l-eżerċizzju b'tali mod li, s'issa, tibqa’ mhux ċara liema huma l-programmi jew il-prijoritajiet milquta u x'konsegwenzi jirriżultaw minn dan matul il-perjodu finanzjarju u jekk jibqax ikun hemm marġini biżżejjed fis-subintestatura 1a;

3.

Jinnota li l-BERT proposta se tissodisfa wkoll ix-xogħol amministrattiv u tgħin lill-Kummissjoni; għalhekk huwa tal-opinjoni li għandhom jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007 — 2013, inkluż l-Intestatura 5, fejn jidher li għad hemm biżżejjed marġini disponibbli biex tiġi ffinanzjata l-entità;

4.

Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) għandhom japplikaw għat-twaqqif tal-BERT; jisħaq li, jekk l-awtorità leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif ta' aġenzija bħal din, il-Parlament jidħol f'negozjati mal-qasam l-ieħor tal-awtorità baġitarja bil-għan li jintlaħaq ftehim f'waqtu dwar l-iffinanzjar ta' din l-aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0249

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l- Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), (4) id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), (5) id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni), (6) id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (7) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (8) (li minn hawn 'il quddiem flimkien se jissejħu “id-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi”) kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fil-qasam diġitali  (9) għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' investiment, innovazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' żjieda fil-kompetizzjoni.

(2)

Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-2002 jistabbilixxi sistema ta' regolamentazzjoni li twettqet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“NRAs”) u tipprovdi biex dawk l-awtoritajiet jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni sabiex ikunu żgurati l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti mal-Komunità kollha tal-qafas regolatorju iżda jħalli spazju għal kompetizzjoni regolatorja bejn l-NRAs fid-dawl ta' kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi tas-suq.

(3)

L- NRAs jeżerċitaw diskrezzjoni konsiderevoli fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju li jirrifletti l-għarfien espert tagħhom tal-kundizzjonijiet tas-suq lokali, imma din id-diskrezzjoni trid tiġi rikonċiljata mal-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja koerenti u l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju sabiex tingħata kontribuzzjoni effettiva biex is-suq intern jiġi żviluppat u kompletat.

(4)

Il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (“BERT”) għandha tiġi stabbilita sabiex tilħaq l-iskop ta' koordinazzjoni bejn l-NRAs tal-Istati Membri mingħajr ma tarmonizza is-sistemi regolatorji li jeżistu diġà għal livell li jdgħajjef il-kompetizzjoni regolatorja .

(5)

Minħabba din il-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli rilevanti b'mod konsistent fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/627/KE (10) sabiex jagħti pariri u jgħin lill-Kummissjoni fil-konsolidament tas-suq intern u, b'mod aktar ġenerali, biex jipprovdi kollegament bejn l- NRAs u l-Kummissjoni.

(6)

L-ERG għamel kontribuzzjoni pożittiva billi għin ħalli jkun hemm ċaqliq lejn prattika regolatorja konsisteni, sakemm dan kien possibbli. Madankollu, min-natura tiegħu l-ERG huwa grupp laxk li essenzjalment jistrieħ fuq il-kooperazzjoni volontarja li l-istatus istituzzjonali eżistenti tiegħu ma jirriflettix ir-responsabbiltajiet importanti li jeżerċitaw l- NRAs fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju.

(7)

Għalhekk, tinħtieġ bażi istituzzjonali aktar sostanzjali għall-istabbiliment ta' entità li tiġbor flimkien l-għarfien espert u l-esperjenza tal- NRAs , flimkien ma' sett iddefinit b'mod ċar ta' kompetenzi, fejn titqies il-ħtieġa biex din l-entità teżerċita awtorità ▐ f'għajnejn il-membri tagħha u fir-rigward tas-settur li għandu jiġi regolat permezz tal-kwalità tal-produzzjoni tiegħu.

(8)

Il-ħtieġa biex jittejbu l-mekkaniżmi sabiex tkun żgurata prattika regolatorja konsistenti sabiex ikun ikkompletat is-suq intern fil-komunikazzjonijiet u fis-servizzi elettroniċi ġiet enfasizzata mis-sejbiet tar-rapporti tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2006 u tad-29 ta' Marzu 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-2002 (11) u mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2006 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Analiżi tal-Qafas Regolatorju tal-UE għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn identifikaw in-nuqqas kontinwu ta' suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala l-aktar kwistjoni importanti li jeħtieġ li tiġi indirizzata bir-riforma tal-qafas regolatorju. Il-frammentazzjoni u l-inkonsistenzi regolatorji li jirriżultaw minn attivitajiet ikkoordinati b'mod laxk tal- NRAs jirriskjaw li jipperikolaw il-kompetittività tas-settur kif ukoll il-benefiċċji sostanzjali għall-konsumatur li jirriżultaw minn kompetizzjoni transkonfinali u minn servizzi trans-nazzjonali u saħansistra transkomunitarji.

(9)

B'mod partikolari, id-dewmien fit-twettiq ta' analiżijiet tas-suq skond id-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), il-metodi diverġenti mill- NRAs rigward l-impożizzjoni ta' obbligi mfassla sabiex ikunu ta' rimedju għal nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva li nstabet mill-analiżi tas-suq, il-kundizzjonijiet eteroġeni marbuta mad-drittijiet ta' użu, il-proċeduri tal-għażla li jvarjaw għas-servizzi transkomunitarji, in-numri differenti fil-Komunità għal servizzi transkomunitarji, u l-problemi ffaċċjati mill- NRAs biex jieħdu ħsieb it-tilwim transkonfinali jwasslu għal soluzzjonijiet ineffiċjenti u joħolqu ostakli għas-suq intern.

(10)

Ingħatat prova li l-metodu attwali biex tinbena konsistenza akbar fost l-NRAs permezz ta' skambju ta' informazzjoni u għarfien fuq esperjenzi prattiċi kien suċċess f'dan il-perjodu qasir wara t-tnedija tiegħu. Madankollu, se tkun meħtieġa koordinazzjoni aktar intensiva bejn l-awtoritajiet regolatorji kollha fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell Ewropew biex ikun mifhum u jkun żviluppat aktar is-suq intern għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika sabiex titjieb il-konsistenza regolatorja.

(11)

Dan jitlob l-istabbiliment ta' entità Komunitarja ġdida, il-BERT. Il-BERT għandha tagħmel kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess tal-ikkompletar tas-suq intern permezz tal-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill- NRAs . Din tkun topera bħala punt ta' referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta' ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

(12)

Il-BERT , permezz tal-ġbir tal-għarfien espert, għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-NRAs mingħajr ma tissostitwixxi l-funzjonijiet eżistenti tagħhom jew tiddupplika l-ħidma li diġà qed titwettaq, għall-benefiċċju ulterjuri li tingħata għajnuna lill-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha.

(13)

Il-BERT għandha tissostitwixxi l-ERG u taġixxi bħala l-forum esklużiv għall-kooperazzjoni bejn l-NRAs u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet tagħhom skond il-qafas regolatorju.

(14)

Il-BERT għandha tkun stabbilita fl-istruttura istituzzjonali u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti tal-Komunità. Għandha tkun indipendenti b'relazzjoni għal kwistjonijiet tekniċi u jkollha awtonomiija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u li teżerċita l-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament.

(15)

Il-BERT għandha tibni fuq sforzi nazzjonali u Komunitarji u għalhekk twettaq il-kompiti tagħha f'kooperazzjoni sħiħa mal- NRAs u mal-Kummissjoni, u tkun miftuħa għal kuntatti mal-industrija, mal-gruppi tal-konsumaturi, mal-gruppi ta' interess kulturali u ma' partijiet interessati rilevanti oħra.

(16)

Il-BERT għandha rwol importanti fil-mekkaniżmi previsti għall-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u sabiex jitwettqu analiżijiet tas-suq f'ċerti ċirkostanzi.

(17)

Għaldaqstant, il-BERT għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill- NRAs, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, skond il-qafas regolatorju Komunitarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u b'hekk tgħin fl-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

(18)

L-analiżi annwali tal-BERT għandha tidentifika l-aħjar prattiki u l-problemi li għad fadal u għandha tikkontribwixxi biex ittejjeb il-livell ta' benefiċċji għaċ- ċittadini li jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea.

(19)

Fil-kuntest tal-proċess biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (12), il-Kummissjoni tista' tfittex il-parir espert indipendenti tal-BERT, fejn xieraq, relatat ma' l-użu tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità. Dan il-parir jista' jinvolvi investigazzjonijiet tekniċi speċifiċi, kif ukoll valutazzjoni tal-impatt ekonomiku jew soċjali u analiżi relatati mal-miżuri ta' politika dwar il-frekwenzi. Jista' jinkludi wkoll kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), fejn l- BERT tista' tintalab tagħti parir lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba skond il-mandati tal-Kummissjoni lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

(20)

Filwaqt li s-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa settur ewlieni fil-proċess lejn ekonomija Ewropea aktar avvanzata bbażata fuq l-għarfien, u l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq żiedu l-potenzjal għall-użu tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil hinn mill-konfini ġeografiċi tal-Istati Membri individwali, hemm riskju li l-eżistenza ta' kundizzjonijiet legali u regolatorji differenti għall-użu ta' dawk is-servizzi skond il-liġijiet nazzjonali se jżomm lura dejjem aktar il-provvista ta' servizzi transkonfinali ta' din ix-xorta. ▐

(21)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet in-natura globali u transkonfinali tas-suq globali tat-telekomunikazzjonijiet, u nnutat li dan is-suq huwa differenti mis-servizzi ta' telekomunikazzjonijiet provduti fuq bażi purament nazzjonali u li s-suq uniku għas-servizzi ta' telekomunikazzjoni globali (“global telecommunications services” — GTSs) għandu jintgħaraf mis-servizzi ta' telekomunikazzjonijiet purament nazzjonali. Il-GTSs huma każ partikolari meta l-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni jistgħu jkunu neċessarji. Huwa ġeneralment rikonoxxut li dawn is-servizzi, li jikkonsistu f'servizzi ta' vuċi u ta' data mmaniġġjati għan-negozji għal kumpaniji multinazzjonali li jinsabu f'pajjiżi differenti u ħafna drabi f'kontinenti differenti, huma transkonfinali b'mod inerenti u fl-Ewropa, huma pan-Ewropej. Il-BERT għandha tiżviluppa strateġija regolatorja komuni sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta' servizzi integrati u kontinwi jkunu jistgħu jakkumulaw għall-partijiet kollha tal-Ewropa.

(22)

Fejn jinqala' tilwim ta' natura transkonfinali bejn l-intrapriżi rigward drittijiet jew obbligi skond il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, l- BERT għandha tkun tista' tinvestiga l-isfond tat-tilwima u tagħti pariri lill- NRAs konċernati dwar il-miżuri li tqis li huma l-aktar adattati biex jieħdu sabiex isolvuha skond id-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju.

(23)

Fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi hemm rabta qawwija bejn l-investiment u l-innovazzjoni. Il-BERT għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aħjar prattika regolatorja u tal-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi trawwem l-iskambu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tagħmel l-informazzjoni xierqa disponibbli għall-pubbliku b'mod faċilment aċċessibbli. Il-BERT għandu jkollha l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet ekonomiċi u tekniċi u li jkollha aċċess għall-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli sabiex tkun tista' tirrispondi għall-isfidi ekonomiċi u tekniċi li toħloq soċjetà tal-informazzjoni li qed tiżviluppa ▐.

(24)

▐ Sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut sabiex wieħed jagħmel u jirċievi telefonati bir-roaming irregolati fil-Komunità u biex tingħata għajnuna lill-konsumaturi tar-roaming ħalli jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefons ċellulari tagħhom meta jkunu barra minn pajjiżhom, il-BERT għandha tiżgura li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità║ (13) titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati u tippubblika r-riżultati ta' monitoraġġ ta' din ix-xorta fuq bażi annwali.

(25)

Il-BERT għandha wkoll tkun tista' tikkummissjona studji meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha, filwaqt li tiżgura li r-rabtiet li stabbiliet mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri jipprevjenu d-dupplikazzjoni tal-isforzi.

(26)

L-istruttura tal-BERT għandha tkun ħafifa u adattata għall-kompiti li se twettaq. ▐ għandha tkun adattata sabiex tissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi tas-sistema Komunitarja għar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B'mod partikolari, ir-rwol speċifiku l-NRAs u n-natura indipendenti tagħhom, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew, għandu jkun irrispettat b'mod sħiħ.

(27)

Il-BERT għandu jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha b'mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. Billi jirrifletti s-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għalhekk għandu jaġixxi b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq u m'għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra.

(28)

Il-funzjonament bla problemi tal-BERT jeħtieġ li d-Direttur Maniġerjali tagħha jinħatar fuq bażi ta' mertu u ta' ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll ta' kompetenza u ta' esperjenza rilevanti għan-networks, għas-servizzi u għas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li huwa jwettaq dmirijietu b'indipendenza u bi flessibilità sħiħa rigward l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tal-BERT . Id-Direttur Maniġerjali għandu jiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-kompiti tal-BERT b'mod indipendenti.

(29)

Sabiex jiżgura li l-kompiti tal- BERT jitwettqu b'mod effettiv, id-Direttur Maniġerjali tagħha għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jiġu adottati l-opinjonijiet kollha, bla ħsara għall-kunsens tal- BERT , u sabiex ikun żgurat li l-Awtorità taħdem skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti għal dan il-għan.

(30)

Minbarra l-prinċipji operattivi tagħha bbażati fuq l-indipendenza u t-trasparenza, il-BERT għandha tkun miftuħa għall-kuntatti ma', inter alia, l-industrija, mal-konsumaturi it-trejdjunjins, l-entitajiet tas-settur pubbliku, iċ-ċentri ta' riċerka u ma' partijiet interessati oħra. Fejn xieraq, il-BERT għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tixrid u fl-iskambju tal-aħjar prattika fost l-impriżi.

(31)

Għalhekk, il-proċeduri tal-BERT għandhom jiżguraw li din ikollha aċċess għall-għarfien espert tal-ispeċjalisti u għal esperjenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment f'oqsma ta' kumplessità teknika u ta' bidla mgħaġġla ▐.

(32)

Sabiex tkun iggarantita l-awtonomiija u l-indipendenza sħiħa tal-BERT , għandha tingħata baġit awtonomu. Filwaqt li terz tal-fondi tagħha se jkun ipprovdut mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, iż-żewġ terzi l-oħra se jkunu pprovduti mill-NRAs. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-NRAs s ikollhom fondi adegwati u bla kundizzjonijiet għal dan l-għan. Dan il-metodu ta' ffinanzjar għandu jkun bla ħsara għall-indipendenza tal-BERT tal-Istati Membri kif ukoll tal-Kummissjoni.

(33)

Fejn ikun xieraq, i l-BERT għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati u tipprovdihom b'opportunità biex jikkumentaw dwar abbozzi ta' miżuri f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

(34)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tieħu l-miżuri neċessarji fil-każ li intrapriżi li jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex il-BERT twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom qafas xieraq sabiex jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-intrapriżi meta dawn ma jikkonformawx mal-obbligi li ġejjin minn dan ir-Regolament.

(35)

Fl-ambitu tagħha, biex tilħaq l-għanijiet u twettaq il-kompiti tagħha, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-BERT tkun konformi b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji rigward it-trattament ta' dokumenti sensittivi. Fejn ikun rilevanti, huwa xieraq li jkun żgurat li jkun hemm skambju koerenti u sigur tal-informazzjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(36)

L-NRAs għandhom jiżguraw li l-BERT tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14) u dwar il-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-data pesonali kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data. (15)

(37)

Sa l-1 ta' Jannar 2014 għandha ssir reviżjoni biex ikun evalwat jekk hemmx bżonn li l-mandat ta' BERT jiġi estiż. Fil-każ li estensjoni tkun iġġustifikata, għandhom jiġu riveduti r-regolamenti baġitarji u proċedurali, kif ukoll ir-riżorsi umani,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-AMBITU, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-KOMPITI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.    ║ L-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (“BERT”) għandu jiġi stabbilit bir-responsabbiltajiet stipulati f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BERT fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skond id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi, kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

2.    Il-BERT għandu jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Qafas u tad-Direttivi Speċifiċi, u jibbaża ruħu fuq l-għarfien espert disponibbli fl- NRAs Għandu jikkontribwixxi għat-tijib tar-regolamentazzjoni nazzjonali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu b'mod partikolari, il-promozzjoni ta' applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp ta' komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji, ▐ permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

3.    Il-BERT għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'kooperazzjoni mal-NRAs u mal-Kummissjoni ▐.

Il-BERT għandu jservi bħala mezz għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet konsistenti tal-NRAs. Għandu jipprovdi bażi għall-organizzazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-NRAs. Għandu jadotta pożizzjonijiet u kummenti komuni. Barra minn hekk, għandu jagħti parir lill-Kummissjoni u jassisti lill-NRAs fil-kwistjonijiet kollha fi ħdan l-iskop tad-dmirijiet mogħtija lill-NRAs mid-Direttiva Qafas u mid-Direttivi Speċifiċi.

4.   Fl-attivitajiet kollha tiegħu, u b'mod partikolari fit-tfassil tal-opinjonijiettiegħu, il- BERT għandu jkollu l-istess għanijiet bħal dawk indirizzati lill-NRAs mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

5.     Għandha tiġi adottata deċiżjoni bid-dispożizzjonijiet li ġejjien, li tistabbilixxi uffiċċju li jiżgura riżorsi xierqa għal BERT .

a)

dispożizzjoni li tipprovdi li l-uffiċċju jkun parti mill-amministrazzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' termini u kundizzjonijiet ta' impjieg u r-responsabilitajiet baġitarji;

b)

regolamenti speċifiċi tal-persunal għall-uffiċċju sakemm dawn huma meħtieġa biex jiggarantixxu t-twettiq awtonomu tad-dmirijiet tal-BERT, għandha tipprovdi; u

c)

regoli għall-ewwel laqgħa u l-ewwel presidenza tal-BERT.

L-uffiċċju għandu jkun stabbilit fi Brussell.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/19/KE, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/20/KE, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/22/KE, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58/KE u fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE ║.

Artikolu 3

Il-funzjonijiet tal-BERT

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skond dan ir-Regolament, il-BERT għandu:

a)

joħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni billi tipprovdilhom l-appoġġ tekniku u amministrattiv addizzjonali fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

b)

jiżviluppa pożizzjonijiet komuni, linji gwida u l-aħjar prattiki għall-impożizzjoni ta' rimedji regolatorji fil-livell nazzjonali u jimmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha;

c)

jgħin lill-Komunità, lill-Istati Membri tagħha u lill-NRAs fir-relazzjonijiet, fid-diskussjonijiet u fl-iskambji ma' partijiet terzi;

d)

jipprovdi pariri għall-parteċipanti fis-suq (inklużi l-konsumaturi u għaqdiet tal-konsumaturi) u għall- NRAs dwar kwistjonijiet regolatorji;

e)

jiskambja, ixxerred u, jiġbor informazzjoni u jwettaq studji f'oqsma rilevanti għall-attivitajiet tagħha;

f)

ipartat esperjenzi u jippromwovi l-innovazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

g)

jagħti pariri lill-NRAs dwar tilwim transkonfinali , u fejn xieraq, dwar kwistjonijiet ta' aċċessibbiltà elettronika (eAccessibility);

h)

jiżviluppa pożizzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet pan-Ewropej bħalma huma s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet globali (GTSs) sabiex iżid il-konsistenza regolatorja u jippromwovi suq pan-Ewropew u regoli pan-Ewropej.

KAPITOLU II

IL-KOMPITI TAL-BERT RELATATI MAT-TISĦIĦ TAS-SUQ INTERN

Artikolu 4

I r-rwol tal-BERT fl-applikazzjoni tal-qafas regolatorju

1.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Il-BERT jista' wkoll jipprovdi opinjonijiet fuq dawn il-kwistjonijiet lill-Kummissjoni jew lill-NRAs fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

2.    Sabiex jippromwovi l- applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, il-Kummissjoni għandha titlob l-għajnuna tal-BERT fil-preparazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Il-Parlament Ewropew jista' wkoll jitlob għajnuna ta' din ix-xorta lill-BERT kif meħtieġ minnu b'mod raġonevoli b'rabta ma' kwalunkwe stħarriġ jew leġiżlazzjoni fl-ambitu tal-funzjonijiet tal-BERT.

3.   Il-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom ikunu :

(a)

Abbozzi ta' miżuri tal-NRAs li jikkonċernaw id-definizzjoni tas-suq, l-għażla tal-intrapriżi b'setgħa tas-suq sinifikanti u l-impożizzjoni ta' rimedji skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

b)

l-identifikazzjoni tas-swieq transnazzjonali, skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

c)

kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

d)

analiżi ta' swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) u fejn xieraq, swieq sottonazzjonali;

e)

trasparenza u informazzjoni għall-utenti aħħarija, skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

f)

il-kwalità tas-servizz, skond l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

g)

l-implimentazzjoni effettiva tan-numru tat-telefon ta' emerġenza “112”, skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

h)

il-portabbiltà tan-numri, skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

i)

it-titjib tal-aċċess għas-servizzi u għat-tagħmir ta' komunikazzjonijiet elettroniċi min-naħa tal-utenti aħħarija b'diżabbiltà, skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

j)

miżuri ta' l-NRAs li ttieħdu skond l-Artikoli 5 u 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess);

k)

miżuri ta' trasparenza għall-implimentazzjoni tal-local loop unbundling, skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess);

l)

kundizzjonijiet għal aċċess għal servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess), u l-interoperabbiltà tas-sevizzi interattivi tat-televiżjoni diġitali skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

m)

kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-BERT kif identifikati mid-Direttiva Kwadra u d-Direttivi Speċifiċi, sakemm jaffettwaw l-immaniġġjar tal-ispettru jew ikunu affettwati bl-immaniġġjar tiegħu ;

n)

miżuri li jiżguraw l-iżvilupp ta' regoli komuni pan-Ewropej u rekwiżiti għall-fornituri tal-GTSs.

4.   Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT biex twettaq il-kompiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 18.

5.     Il-Kummissjoni u l-NRAs għandhom iqisu sew l-opinjonijiet imwassla mill-BERT. Fil-każ li BERT tipproponi soluzzjonijiet alternattivi fid-dawl ta' kundizzjonijiet tas-suq differenti u “path dependance” ta' metodi differenti ta' regolamentazzjoni, l-NRAs għandhom jikkunsidraw liema soluzzjoni l-aktar li taqbel mal-metodu regolatorju tagħhom. L-NRAs u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw il-mod kif l-opinjoni tal-BERT ġiet ikkunsidrata.

Artikolu 5

Il-konsultazzjoni mal-BERT dwar id-definizzjoni u l-analiżi tas-swieq nazzjonali, u dwar ir-rimedji

1.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill- BERT meta taġixxi skond l-Artikolu 7(4) u (8) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

2.    Il-BERT għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' miżura konċernat fi żmien erba' ġimgħat minn meta jiġi informat b'dan. L-opinjoni għandha tinkludi analiżi dettaljata u oġġettiva ta' jekk l-abbozz tal-miżura jikkostitwix ostaklu għas-suq uniku u l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari mal-għanijiet li jissemmew fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Fejn ikun xieraq, il- Kummissjoni għandha titlob lill-BERT biex jindika liema bidliet għandhom isiru fl-abbozz tal-miżura sabiex ikun żgurat li dawn l-għanijiet jiġu sodisfatti bl-aktar mod effettiv.

3.    Il-BERT għandu jagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

L-analiżi tas-swieq nazzjonali mill -BERT

1.   Skond l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), jekk il-BERT jirċievi talba mingħand il-Kummissjoni sabiex janalizza suq rilevanti speċifiku fi Stat Membru, għandu jagħti opinjoni u jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u tal-analiżi tas-suq. Jekk il-BERT isib li l-kompetizzjoni f'dak is-suq ma tkunx effettiva, wara konsultazzjoni pubblika, l-opinjoni tiegħu għandha tinkludi abbozz ta' miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li jqis li għandha/hom tingħażel/jintgħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f'dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

2.   Fejn ikun xieraq, il-BERT jista' jikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti qabel ma jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni.

3.    Il-BERT għandu jagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Id-definizzjoni u l-analiżi tas-swieq transnazzjonali

1.   Fuq it-talba tagħha, il-BERT għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni xierqa tas-swieq transnazzjonali.

2.   Fejn il-Kummissjoni tkun identifikat suq transnazzjonali skond l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), il- BERT jista', fuq talba, jassisti lill-NRAs involuti fl-analiżi konġunta tas-suq skond l-Artikolu 16(5) ta' dik id-Direttiva ▐.

3.    Il-BERT għandu jagħti lill-Kummissjon fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1u 2.

Artikolu 8

L-armonizzazzjoni tan-numri u l-portabbiltà tan-numri

1.    Fuq talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jaħdem mal- NRAs dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi jew ma' użu ħażin tar-riżorsi tan-numri fil-Komunità, b'mod partikolari għal servizzi transkonfinali. Jista' joħroġ opinjoni dwar azzjoni li tista' tittieħed fuq il-livell Komunitarju jew nazzjonali sabiex ikunu indirizzati l-frodi u l-użu ħażin kif ukoll tħassib ieħor tal-konsumaturi dwar in-numri.

2.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-ambitu ta', u l-parametri tekniċi għall-obbligi rigward il-portabbiltà tan-numri jew l-identifikaturi tal-abbonati u informazzjoni assoċjata bejn in-networks u kemm ikun xieraq li obbligi ta' din ix-xorta jiġu estiżi fuq il-livell tal-Komunità.

Artikolu 9

L-implimentazzjoni tan-Numru Ewropew ta' Emerġenza 112

1.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet tekniċi relatati mal-implimentazzjoni tan-numru tat-telefon Ewropew ta' emerġenza 112 skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali).

2.   Qabel ma jagħti l-opinjonijiet tiegħu skond il-paragrafu 1, il-BERT għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u twettaq konsultazzjoni pubblika skond l-Artikolu 31.

Artikolu 10

Il-pariri dwar kwistjonijiet ta' frekwenzi tar-radju b'relazzjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, lill-Grupp għal Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (“Radio Spectrum Policy Group” — RSPG) jew lill-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju (“Radio Spectrum Committee” — RSC), kif ikun xieraq, fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma fl-ambitu tar-responsabiltà tagħha li jaffettwaw jew huma affettwati mill- użu ta' frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għandu jaħdem f'koperazzjoni mill-qrib mal-RSPG u l-RSC kif ikun xieraq.

2.   L-attivitajiet li jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu rigward kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) u għandhom ikunu bla preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompiti skond l-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

3.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT biex jipprovdi lill-RSPG jew lill-RSC, fir-rigward ta' pariri tal-RSC lill-Kummissjoni, pariri rigward it-tfassil ta' għanijiet ta' politika komuni msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), meta dawn jaqgħu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

4.    Il-BERT għandu jikkontribwixxi għar-rapporti ppubblikati mill-Kummissjoni, mill-RSPG, mill-RSC jew kwalunkwe entità oħra rilevanti, kif ikun il-każ, dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

Artikolu 11

L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri relatati mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u mad-drittijiet ta' użu

1.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT sabiex jagħti lill-Kummissjoni , lill-RSPG jew lill-RSC opinjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut ta' kwalunkwe waħda mill-miżuri implimentattivi provduti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni). B'mod partikolari, dan jista' jinkludi evalwazzjoni tal-BERT tal-benefiċċji li jistgħu jakkumulaw għas-suq uniku fin-networks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-miżuri implimentattivi li ġew adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) u l-identifikazzjoni tas-servizzi b'potenzjal transkomunitarju li għandhom jibbenfikaw minn dawk il-miżuri.

2.   Jekk il-Kummissjoni , l-RSPG, l-RSC jew kwalunkwe entità oħra rilevanti titlob hekk, il- BERT għandu jispjega jew jissupplimenta kwalunkwe opinjoni maħruġa skond il-paragrafu 1 fit-terminu ta' żmien speċifikat f'dik it-talba.

Artikolu 12

L-irtirar tad-drittijiet ta' użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri maħruġa skond proċeduri komuni

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT biex jagħti opinjoni lill-Kummissjoni , lill-RSPG jew lill-RSC dwar l-irtirar tad-drittijiet ta' użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni).

Din l-opinjoni għandha teżamina jekk kienx hemm ksur serju u ripetut tal-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta' użu.

Artikolu 13

L-inizjattiva tagħha stess

Fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il- BERT jista' jagħti opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, b'mod partikulari dwar kwistjonijiet msemmija fl-Artikoli 4(2), 7(1), 8(2), 10(1), 12,14, 21 u 22 jew dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li huwa tista' tqis bħala rilevanti .

KAPITOLU III

IL-KOMPITI KOMPLEMENTARI TAL-AWTORITÀ ▐

Artikolu 14

It-tilwim transkonfinali

1.   Jekk il- BERT jirċievi talba mingħand l-NRAs skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) għal rakkomandazzjoni rigward is-soluzzjoni ta' tilwima għandu jinforma lill-partijiet kollha għat-tilwima u lill- NRAs kollha konċernati.

2.   Il- BERT għandu jinvestiga r-raġunijiet għat-tilwima u għandu jitlob l-informazzjoni xierqa mingħand il-partijiet u mingħand l-NRAs konċernati.

3.   Il- BERT għandu joħroġ ir-rakkomandazzjoni tiegħu fi żmien tliet xhur mit-talba ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Ir-rakkomandazzjoni għandha tidentifika kwalunkwe miżura li l- BERT jikkunsidra ║li għandha jittieħed mill- NRAs konċernati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Kwadru u/jew tad-Direttivi Speċifiċi.

4.   Il- BERT jista' jirrifjuta li joħroġ rakkomandazzjoni fejn iqis li mekkaniżmi oħra jagħtu kontribuzzjoni aħjar għas-soluzzjoni tat-tilwima fi żmien xieraq skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). F'każi ta' din ix-xorta, għandu jinforma lill-partijiet u lill- NRAs konċernati mingħajr dewmien.

Jekk wara erba' xhur, it-tilwima ma tiġix solvuta, jew jekk il-partijiet ma jkunux irrikorrew għall-ebda mekkaniżmu ieħor, il-BERT għandu, fuq it-talba ta' kwalunkwe NRAs jaġixxi skond il-paragrafu 2 u 3 ║.

Artikolu 19

L-iskambju, it-tixrid u l-ġbir tal-informazzjoni

1.   B' kont meħud għall-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-BERT għandu jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-NRAs u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet regolatorji rigward in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fid-dawl ta' kundizzjonijiet tas-swieq differenti u “path dependence” ta' metodi regolatorji nazzjonali differenti, il-BERT jista' jiżviluppa soluzzjonijiet alternattivi għall-problemi fi ħdan il-qafas regolatorju armonizzat.

2.   Il- BERT għandu jinkoraġġixxi l-iskambju tal-informazzjoni u jippromwovi l-aħjar prattika regolatorja u l-iżvilupp tekniku fil-Komunità u lil hinn, b'mod partikolari fost l-oħrajn, billi:

a)

jwettaq il-ġbir, l-ipproċessar u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-karatteristiċi tekniċi, mal-kwalità u mal-iprezzar tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li jkunu relatati mas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità,

b)

jikkummissjona jew iwettaq studji dwar networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni ▐ tagħhom, u

c)

jorganizzajew jippromwovi taħriġ għall-NRAs fil-kwistjonijiet ▐ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-funzjonijiet tal-BERT kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi .

3.    Il-BERT għandu jagħmel informazzjoni ta' din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f'forma faċilment aċċessibbli. Il-kunfidenzjalità għandha tiġi rrispettata kif xieraq.

Artikolu 16

Il-monitoraġġ u r-rapportaġġ dwar is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT sabiex jimmonitorja l-iżviluppi fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b'mod partikolari l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti u tas-servizzi li l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi.

2.    Il-BERT għandu jippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-kwistjonijiet tal-konsumatur, fejn għandu jidentifika l-ostakli li fadal sabiex jiġi kompletat suq wieħed għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali u analiżi tal-informazzjoni dwar il-proċeduri nazzjonali ta' appell ipprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), u sakemm jintużaw il-proċeduri ta' ftehim għat-tilwim barra mill-qorti li jissemmew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) fl-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew, li jista' mbagħad jippubblika opinjoni.

3.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT sabiex jagħti opinjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jingħelbu l-problemi li ġew identifikati fl-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 , flimkien mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali. Din l-opinjoni għandha tiġi preżentata lill-Parlament Ewropew.

4.    Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT sabiex jippubblika perjodikament rapport dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi interattivi tat-televiżjoni diġitali msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

Artikolu 17

L-Aċċessibbiltà Elettronika

1.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-NRAs dwar it-titjib tal-interoperabbiltà ta', l-aċċess għal, u l-użu tas-servizzi u tat-tagħmir terminali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b'mod partikolari kwistjonijiet ta' interoperabbiltà transkonfinali b'kont meħud tal -ħtiġiet partikolari tal-utenti aħħarija b'diżabbiltà u tal-anzjani.

Artikolu 18

Kompiti addizzjonali

Il-BERT jista', bil- kunsens tal-membri kollha tagħha, iwettaq kompiti addizzjonali speċifiċi fuq it-talba tal-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

L-ORGANIZZAZZJONI TAL-BERT

Artikolu 19

L-korpi tal-BERT

Il-BERT għandu jkun magħmul minn:

(a)

Bord ta' Regolaturi;

(b)

Direttur Maniġerjali

Artikolu 20

Il-Bord Amministrattiv

1.   Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru li għandu jkun il-Kap jew ikun nominat bħala rappreżentant għoli tal-NRA indipendenti bir-responsabilità għall-applikazzjoni ġurnata b'ġurnata tal-qafas regolatorju f'dawk l-Istati Membri. L-NRAs għandhom jinnominaw membru alternattiv għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tattendi bħala osservatur bil-ftehim minn qabel tal-Bord.

2.   Il- ▐Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx f'pożizzjoni li jwettaq dmirijietu/ dmirijietha. Il-mandati tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta' sentejn u nofs, skond il-proċeduri tal-elezzjoni stabbiliti fir-regoli ta' proċedura.

3.   Il-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi li jissejħu mill-President għandhom isiru mill-inqas erba' darbiet fis-sena f'sessjoni ordinarja. Jista' wkoll jiltaqa' b'mod eċċezzjonali fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet potenzjalment rilevanti sabiex tattendi għal-laqgħat tiegħu fil-kapaċità ta' osservatriċi. Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi , bla ħsara għar-regoli ta' proċedura, jistgħu jkunu mgħejjuna minn konsulenti jew minn esperti. ▐

4.   Id-deċiżjonijiet tal- ▐Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti sakemm ma jkunx sar dispożizzjoni għalihom f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova r-regoli ta' proċedura tal-BERT b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Dawn ir-Regoli ta' proċedura għandhom jiggarantixxu li l-membri tal-Bord tar-Regolaturi jkunu dejjem pprovduti b'aġendi sħaħ u b'abbozz tal-proposti qabel kull laqgħa sabiex ikollhom iċ-ċans jipproponu emendi qabel il-vot.

5.   Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta' proċeduri għandhom jistabbilixxu f'aktar dettall l-arraġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, speċjalment il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom membru wieħed jista' jaġixxi f'isem ieħor u anki, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums.

6.     Meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti mogħtija minn dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħdem b'mod indipendenti u m'għandu jfittex jew jieħu l-ebda istruzzjoni minn xi Stat Membru jew minn xi grupp ta' interess pubbliku jew privat.

7.     Is-servizzi segretarjali tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu provduti mill-BERT.

Artikolu 21

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

1.   Il- ▐Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar id-Direttur Maniġerjali skond il-paragrafu 7. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-prestazzjoni tal-funzjoni tal-BERT kif imniżżel f'Artikolu 3.

2.    Wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta , skond l-Artikolu 23(3) u f'konformità mal-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 25, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, il - programm ta' ħidma tal-BERT għas-sena ta' wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. ▐

3.   Il- ▐Bord tar-Regolaturi għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Maniġerjali .

4.   Il- ▐Bord tar-Regolaturi għandu jadotta f'isem l-BERT, id-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-BERT , skond l-Artikolu 47.

5.   Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-rapport annwali dwar ▐ attivitajiet tal-BERT , ▐ u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju. Il-Parlament Ewropew jista' jitlob jew lill-President tal- Bord tar-Regolaturi jew lid-Direttur Maniġerjali sabiex jindirizzah dwar kwistjonijiet relevanti relatati ma' l-attivitajiet tal-BERT .

6.     Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi gwida lid-Direttur Maniġerjali fit-twettiq tad-dmirijiet tad-Direttur Maniġerjali.

7.     Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar lid-Direttur Maniġerjali. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id-Direttur Maniġerjali maħtur m'għandux jieħu sehem fit-tħejjija ta', jew jivvota fuq, tali deċiżjoni.

8.     Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova t-taqsima indipendenti tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' konsultazzjoni previsti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23(7).

Artikolu 22

Id-Direttur Maniġerjali

1.    Il-BERT għandu jiġi mexxi mid-Direttur Maniġerjali tiegħu, li għandu jagħti kont lil u jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu/tagħha. Id-Direttur Maniġerjali m'għandux ifittex jew jaċċetta xi istruzzjoni b'xi mod ieħor mingħand kwalunkwe gvern jew minn xi entità oħra.

2.    Id-Direttur Maniġerjali għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi , fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u tal-esperjenza rilevanti għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ▐.Qabel il-ħatra, l-adegwadezza il-kandidat magħżul mill-Bord tar-Regolaturi tista' tkun suġġetta għal opinjoni li ma torbotx mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-kandidat jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

3.   Il-mandat tad-Direttur Maniġerjali għandu jkun ta' ħames snin. ▐

4.    Il- Bord tar-Regolaturi, ▐ jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Maniġerjali imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u biss f'każi fejn jista' jiġi ġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti tal- BERT .

Il-Bord ▐ tar-Regolaturi, għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-ħsieb li għandu li jestendi l-mandat tad-Direttur Maniġerjal i. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat responsabbli tal-Parlament u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu.

Jekk il-mandat ma jiġix estiż, id-Direttur Maniġerjali għandu jibqa' fil-kariga tiegħu sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.

5.   Id-Direttur Maniġerjali jista' jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tar-Regolaturi, filwaqt li jittieħed kont tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew . Il-Bord tar-Regolaturi għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.

6.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur Maniġerjali biex iressaq rapport dwar it-twettiq ta' dmirijietu. Jekk dan ikun neċessarju, il-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew jista' jistieden lid-Direttur Maniġerjali jirrispondi l-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

Artikolu 23

Il-kompiti tad-Direttur Maniġerjali

1.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli għar-rappreżentanza tal- BERT u għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni tiegħu.

2.   Id-Direttur għandu jipprepara l-aġenda tal-Bord tar-Regolaturi . Huwa/hija għandu/ha j(t)ipparteċipa, mingħajr ma jkollu/ha d-dritt li j(t)ivvota, f'ħidmet il-Bord tar-Regolaturi .

3.   Kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara abbozz ta' programm ta' ħidma tal-BERT għas-sena ta' wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi ▐ qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaddotta l-programm ta' ħidma skond l-Artikolu 21(2).

4.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-BERT , taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi ▐.

5.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, prinċipalment l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi, sabiex ikun żgurat il-funzjonament tal-BERT skond dan ir-Regolament.

6.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jagħmel stima tad-dħul u tal-infiq tal-BERT skond l-Artikolu 25 u għandu jimplimenta l-baġit tal-BERT skond l-Artikolu 26.

7.   Kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara l-abbozz ta' rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BERT b'taqsima dwar l-attivitajiet konsultattivi tagħha u taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.   Rigward l-istaff tal-BERT , il-Bord tar-Regolaturi jista' jiddelega lid-Direttur Maniġerjali l- eżerċitar tas- setgħat previsti fl-Artikolu 38(3).

KAPITOLU V

IR-REKWIŻITI FINANZJARJI

Artikolu 24

Il-baġit tal-BERT

1.   Id-dħul u r-riżorsi ta' BERT għandhom jikkonsistu b'mod partikulari minn:

a)

sussidju mill-Komunità, imdaħħal skond l-intestaturi xierqa tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni), kif deċiż mill-awtorità tal-baġit u f' konformità mal-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarjarja soda  (16);

b)

kontribuzzjoni finanzjarja minn kull NRA. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-NRAs għandhom riżorsi finanzjarji xierqa meħtieġa biex jipparteċipaw fil-ħidma ta' BERT;

c)

nofs l-istaff professjonali għandu jkun magħmul minn esperti nazzjonali sekondati (SNEs) ġejjin minn awtoritajiet nazzjonali;

d)

il-Bord jew Regolaturi għandhom jaqblu, mhux iktar tard, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja li jrid jitwettaq minn kull Stat Membru skond il-punt (b);

e)

l-adegwatezza tal-istruttura baġitarja u l-konformità tal-Istati Membri għandhom ikunu riveduti sa l-1 ta' Jannar 2014.

2.   In-nefqa tal-BERT għandha tkopri l-ispejjeż tal-istaff flimkien mal-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

3.   Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.

4.   Id-dħul u l-infiq kollu għandhom ikunu is-suġġett ta' previżjonijiet għal kull sena finanzjarja, li tikkoinċidi mas-sena kalendarja, u għandhom jiddaħħalu fil-baġit tagħha.

5.     L-istruttura organizzattiva u finanzjarja ta' BERT għandha tkun riveduta sa l-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 25

L-istabbiliment ta' baġit

1.   Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal abbozz ta' baġit preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta' ħidma antiċipat għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħatu lill-Bord tar-Regolaturi flimkien ma' lista ta' impjiegi provviżorji. Kull sena, il-Bord tar-Regolaturi , fuq il-bażi tal-abbozz ippreparat mid-Direttur Maniġerjali , għandu jagħmel stima tad-dħul u tal-infiq tal-BERT għas-sena finanzjarja ta' wara. Din l-istima, inkluż abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tkun trażmessa mill-Bord tar-Regolaturi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu. ▐

2.   Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (li minn hawn “il quddiem se jissejħu l-” awtorità baġitarja') flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari tal-Unjoni Ewropej.

3.   Fuq il-bażi tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari tal-Unjoni Ewropej il-previżjonijiet li tqis li huma meħtieġa rigward il-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-għotja li għandha tintalab mill-baġit ġenerali, skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

4.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall- BERT .

5.   Il-baġit tal-BERT għandu jitfassal mill-Bord tar-Regolaturi . Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Fejn ikun meħtieġ, għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa.

6.   Il-Bord tar-Regolaturi , mingħajr dewmien, għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja bil-ħsieb li għandu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkun relatat ma' proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk kwalunkwe fergħa mill-awtorità baġitarja biħsiebha toħroġ opinjoni, fi żmien ġimgħatejn wara li tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett ta' bini, għandha tinnotifika lill- BERT bil-ħsieb li għandha li toħroġ opinjoni ta' din ix-xorta. Jekk ma jingħtax risposta, l- BERT jista' jipproċedi bl-operazzjoni pjanata.

Artikolu 26

L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit

1.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jagixxi bħala uffiċjal ta' awtorizzazzjoni u għandu jimplimenta l-baġittal- BERT .

2.     Id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal għall-BERT rapport annwali dwar l-attività, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppubblikati.

3.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara li tkun ġiet ikkompleta kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal- BERT għandu jibgħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontabbiltà provviżorja akkumpanjata mir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal- BERT għandu jibgħat wkoll ║ ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja jew finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, imbagħad għandu jikkonsolida l-kontabbiltà provviżorja tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament ║(KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.   Sa mhux aktar mill-31 ta' Marzu wara li tkun ikkompletata kull sena finanzjara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontabbiltà provviżorja tal- BERT akkumpanjata mir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tul is-sena finanzjarja lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tul is-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontabbiltà provviżorja tal- BERT , skond l-Artikolu 129 tar-Regolament ║(KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur Maniġerjali , filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabbiltà tiegħu, għandu jfassal il-kontabbiltà finali tal- BERT u jittrażmettiha, għal opinjoni, lill-Bord tar-Regolaturi .

6.   Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontabbiltà finali tal- BERT .

7.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jittrażmetti din il-kontabbiltà finali, akkumpanjata mill-opinjoni tal-Bord tar-Regolaturi mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara li tkun ġiet ikkompletata s-sena finanzjarja, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

8.   Il-kontabbiltà finali għandha tiġi pubblikata.

9.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri risposta għall-osservazzjoni ta' din tal-aħħar sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru. Huwa għandu jibgħat ukoll din ir-risposta lill-Bord tar-Regolaturi , lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

10.   Id-Direttur Maniġerjali għandu jressaq quddiem il-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, u kif inhu provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, kwalunke informazzjoni meħtieġa biex il-proċedura ta' approvazzjoni għas-sena finanzjarja in kwistjoni taħdem mingħajr problemi.

11.   Wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2 għandu jagħti permess lid-Direttur Maniġerjali għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 27

Sistemi ta' kontroll interni

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli għall-ivverifikar tas-sistemi ta' kontroll intern tal-BERT.

Artikolu 28

Ir-regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall- BERT għandhom jitfasslu mill-Bord tar-Regolaturi wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej  (17) jekk il-ħtiġiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-BERT jeħtieġu dan u biss bil-qbil preċedenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 29

Il-miżuri kontra l-frodi

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jikkonċerna l-invetigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (18), sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra għandhom japplikaw, mingħajr restrizzjoni.

2.    Il-BERT għandha taderixxi mal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċji Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (19) u immedjatament għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa għall-istaff kollu tal-BERT .

3.   Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jwettqu kontrolli fuq il-post fost il-benefiċjarji tal-flus mogħtija mill- BERT kif ukoll kontrolli tal-istaff responsabbli mill-allokazzjoni ta'dawn il-flus.

KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 30

Il-provvista ta' informazzjoni lill- BERT

1.   L-intrapriżi li jipprovdu networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, mitluba mill-BERT sabiex twettaq il-kompiti tagħha kif ġie stabbilit f'dan ir-Regolament. L-intrapriżi għandhom jipprovdi din l-informazzjoni fil-pront malli tintalab u skond it-termini ta' żmien u l-livell ta' dettall meħtieġa mill-BERT. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT sabiex jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tiegħu għal informazzjoni.

2.   L- NRAs għandhom jipprovdu lill- BERT bl-informazzjoni meħtieġa biex din twettaq il-kompiti tagħha skond dan ir-Regolament. Fejn l-informazzjoni provduta tirreferi għal informazzjoni preċedentement ipprovduta minn intrapriżi fuq it-talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali, dawk l-intrapriżi għandhom jiġu informati b'dan.

3.     Fejn meħtieġ, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija skond dan l-Artikolu għandha tkun iggarantita. L-Artikolu 35 għandu japplika.

Artikolu 31

Il-konsultazzjoni

▐ Meta tkun biħsiebha toħroġ opinjoni skond id-dispożizzjonijiet deskritti f'dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, il-BERT għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-abbozz ta' miżura f'perjodu raġonevoli ta' żmien. Il-BERT għandu jqiegħed ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni ▐ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ▐, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 32

Is-superviżjoni, l-infurzar u l-penali

1.   L- NRAs , f'kooperazzjoni mal-BERT , għandhom ikunu responsabbli milli jivverifikaw il-konformità tal-intrapriżi mal-obbligi li ġejjin mid-dispożizzjonijiet li ġew deskritti f'dan ir-Regolament.

2.    Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-intrapriżi għall-fatt li huma jonqsu li jikkonformaw mat-talba għal informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 30. Jekk xieraq, u fuq talba ta' BERT, il-Kummissjoni jista' jippubblika l-ismijiet ta' dawk l-intrapriżi.

Artikolu 33

Id-dikjarazzjoni tal-interessi

L-istaff tal-BERT, membri tal-Bord tar-Regolaturi u d-Direttur Maniġerjali tal-BERT għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindika kwalunkwe interess dirett jew indirett, li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dikjarazzjonijiet ta' din ix-xorta għandhom isiru bil-miktub.

Artikolu 34

It-trasparenza

1.    Il-BERT għandu jwettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza.

2.    Il-BERT għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċesibbli, b'mod partikolari, fejn ikun xieraq, rigward ir-riżultati ta' ħidmietha. Għandu wkoll jagħmel pubbliċi d-dikjarazzjonjiet tal-interessi magħmula mill-membri tal-Bord tar-Regolaturi u mid-Direttur Maniġerjali .

3.   Il-Bord tar-Regolaturi, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur, jista' jawtorizza lill-partijiet interessati biex josservaw il-proċeduri ta' wħud mill-attivitajiet tal-BERT .

4.   Fir-regoli ta' proċedura interni tagħha, l-BERT għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' trasparenza li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 35

Il-kunfidenzjalità

1.    Il-BERT m'għandux jiżvela lil partijiet terzi informazzjoni li jipproċessa jew jirċievi li għaliha ntalab trattament kunfidenzjali.

2.   Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi tal-BERT , id-Direttur Maniġerjali , l-esperti esterni, u l-membri tal-istaff tal-BERT għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skond l-Artikolu 287 tat-Trattat, anki wara li dmirijiethom ikunu waqfu.

3.   Fir-regoli ta' proċedura interni tiegħu, il-BERT għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi sabiex jiġu implimentati r-regoli dwar il-kunfidenzjalità li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47 il-BERT għandu jieħu miżuri xierqa, skond id-Deċiżjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom, (20) sabiex jipproteġi l-informazzjoni suġġetta għar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità li għandu aċċess għaliha jew li ġiet ikkomunikata lilu mill-Istati Membri jew mill-NRAs. L-Istati Membri għandhom jieħu miżuri ekwivalenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Għandha titqies b'mod xieraq is-serjetà tal-preġudizzju potenzjali għall-interessi essenzjali tal-Komunità jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar tagħha. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-klassifikazzjoni tas-sigurtà rilevanti mogħtija mill-oriġinatur ta' dokument.

Artikolu 36

L-aċċess għad-dokumenti

1.   Għad-dokumenti miżnuma mill- BERT għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta miżuri prattiċi biex ikun applikat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-BERT .

Artikolu 37

L-istatus legali

1.    Il-BERT għandu jkun korp tal-Komunità b'personalità legali.

2.   F'kull wieħed mill-Istati Membri, il-BERT għandu jgawdi l-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni legali skond id-dritt nazzjonali. B'mod partikolari, jista' jakkwista u jbigħ proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti għal proċeduri legali.

3.    Il-BERT għandu jkun irrappreżenta mid-Direttur Maniġerjali tiegħu .

4.   Is-sede tal- BERT għandha tkun fi […]. Sakemm l-uffiċċji tiegħu jkunu lesti, se jkun ospitat fil-bini tal-Kummissjoni.

Artikolu 38

L-istaff

1.   Għall-istaff tal-BERT għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex jiġu applikati dawn ir-regolamenti tal-persunal u l-kundizzjonijiet ta' impjieg.

2.   Il-Bord tar-Regolaturi , bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa skond l-arranġamenti provduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Rigward l-istaff tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità li għandha l-jedd li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Il-Bord tar-Regolaturi jista' jadotta dispożizzjonijiet sabiex l-esperti nazzjonali mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati bħala ħaddiema issekondati mal-Awtorità.

Artikolu 39

Il-privileġġi u l-immunitajiet

Għall- BERT u għall-istaff tiegħu għandu japplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 40

Ir-responsabbiltà tal-Awtorità

1.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, l- BERT għandu jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu li jkun ikkawża ║jew li jkun ikkawża l-istaff tiegħu fit-twettiq ta' dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima dwar ir-rimedji għal dannu ta' din ix-xorta.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja u dixxiplinari personali tal-istaff tal- BERT fil-konfront tal- BERT għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-istaff tal- BERT .

Artikolu 41

Il-protezzjoni tad-data personali

Meta jipproċessa d-data relatata mal-individwi, l- BERT għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 42

Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

Il-BERT għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-pajjiżi Ewropej li jkunu kkonkludew ftehim mal-Komunità, fejn il-pajjiżi konċernati jkunu adottataw u qed japplikaw leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-ftehim, għandhom isiru arranġamenti li għandhom jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni min-naħa ta' dawn il-pajjiżi f'ħidmet il-BERT , b'mod partikolari, in-natura u l-firxa ta' parteċipazzjoni ta' din ix-xorta. Wara deċiżjoni mill-Bord tar-Regolaturi, dawn l-arranġamenti ▐ jistgħu jipprovdu għal rappreżentazzjoni, mingħajr vot, waqt il-laqgħat tal -Bord tar-Regolaturi.

Artikolu 43

Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet

1.   Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, imwaqqaf permezz tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni  (21), wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir-referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad -dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 44

L-evalwazzjoni u reviżjoni

Fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tal-ħidma ▐, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta' evalwazzjoni dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat ta' ħidmet il-BERT . Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkopri r-riżultati miksuba mill- BERT u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'relazzjoni għall-għan, għall-mandat u għall-kompiti tagħha li ġew iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi ta' ħidma annwali tagħha. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell nazzjonal u għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Il-Parlament Ewropew għandu joħroġ opinjoni dwar ir-rapport ta' evalwazzjoni.

Sa l-1 ta' Jannar 2014 għandha ssir reviżjoni biex ikun evalwat jekk hemmx bżonn li l-mandat tal-BERT jiġi estiż. Fil-każ li tkun ġustifikata estensjoni, ir-regolamenti baġitarji u ta' proċedura, kif ukoll ir-riżorsi umani, għandhom ikunu riveduti.

Artikolu 45

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [il-31 ta' Diċembru 2009].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.

(2)   ĠU C 257, 9.10.2008, p. 51 .

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(8)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. ║.

(9)   ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 370.

(10)  ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38.

(11)   ĠU C 104, 3.5.2006, p. 19 u ĠU C 191, 17.8.2007, p. 17.

(12)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(13)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.

(14)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(15)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(16)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(17)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(18)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(19)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(20)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(21)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/359


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, protezzjoni tal-privatezza u protezzjoni tal-konsumaturi ***I

P6_TA(2008)0452

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (COM(2007)0698 — C6-0420/2007 — 2007/0248(COD))

2010/C 8 E/47

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0698),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0420/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0318/2008),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0248

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tad-║ Direttivi 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu tal-2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (5), 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu tal-2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (6), 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu tal-2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (7), 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu tal-2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (8) u 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju tal-2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (9) li jikkostitwixxu l-qafas regolatorju eżistenti għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, hija suġġetta għal eżaminar perjodiku mill-Kummissjoni, bil-għan, b’mod partikolari, li tiġi ddeterminata l-ħtieġa ta’ tibdil fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

(2)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat is-sejbiet tagħha fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Ġunju tal-2006 dwar l-Eżami tal-Qafas Regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(3)

Ir-riforma tal-qafas regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi d-definizzjoni ta’ strateġija effiċjenti għall-ġestjoni tal-ispektrum u r-rinfurzar ta’ dispożizzjonijiet għall-utenti b’diżabbiltà, tirrappreżenta pass prinċipali lejn il-kisba ta’ Spazju Ewropew Uniku tal-Informazzjoni u fl-istess ħin soċjetà tal-tal-informazzjoni inklussiva. Dawn l-għanijiet huma inklużi fil-qafas strateġiku għall-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni kif deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Ġunju 2005 ntitlolata“i2010 - Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjieg”.

(4)

Is-servizz universali huwa network protettiv għal persuni li r-riżorsi finanzjarji, il-post ġeografiku jew il-bżonnijiet soċjali speċjali tagħhom ma jippermettulhomx li jiksbu servizzi bażiċi disponibbli għall-maġġoranza taċ-ċittadini. Is-servizz universali bażiku stabbilit fid-Direttiva 2002/22/KE huwa li l-utenti jkunu pprovduti, meta dawn jirrikjeduha, b’konnessjoni ma’ network tat-telefon pubbliku minn post fiss u bi prezz raġonevoli. B’riżultat ta’ dan, la qed ikunu indirizzati s-servizzi mobbli u l-anqas l-aċċess broadband għall-Internet. L-obbligu bażiku issa qed jaffaċċja żviluppi teknoloġiċi u tas-suq fejn il-komunikazzjoni mobbli taf tkun il-forma ewlenija ta’ aċċess f’ħafna oqsma u n-networks qed jadottaw dejjem iżjed it-teknoloġija assoċjata mal-komunikazzjoni mobbli u l-broadband. Dawn l-iżviluppi juru l-ħtieġa li jiġi evalwat kemm jekk humiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tekniċi, soċjali u ekonomiċi li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-komunikazzjonijiet mobbli u l-aċċess broadband fl-obbligu ta’ servizz universali, u kif ukoll l-aspetti finanzjarji relatati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-Ħarifa tal-2008, reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ servizz universali u proposti għar-riforma tad-Direttiva 2002/22/KE biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess pubbliku xierqa. Din ir-reviżjoni se tikkunsidra l-kompetittività ekonomika u se tinkludi analiżi tal-kundizzjonijiet soċjali, kummerċjali u teknoloġiċi u tar-riskju tal-esklużjoni soċjali. Se tindirizza wkoll il-vijabilità teknika u ekonomika, l-istima tal-ispejjeż, l-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-mudelli ta’ finanzjament għal kwalunkwe obbligu ta’ servizz universali definit mill-ġdid. Għaldaqstant, minħabba li l-kwistjonijiet relatati mal-ambitu tal-obbligu ta’ servizz universali se jiġu kompletament indirizzati f’dik il-proċedura separata, din id-Direttiva tittratta biss aspetti oħrajn tad-Direttiva 2002/22/KE.

(5)

Għaċ-ċarezza u s-sempliċità, l-att preżenti jikkonċerna biss dwar l-emendi għad-Direttivi 2002/22/KE u 2002/58/KE.

(6)

Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom  (10) , u b’mod partikulari fir-rigward tar-rekwiżiti għall-użu tagħhom minn utenti b’diżabilità stipulati fl-Artikolu 3(3)(f) tagħha, ċerti aspetti ta’ tagħmir terminali, inkluż it-tagħmir maħsub għal utenti b’diżabilità, għandu jinġieb fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għan-networks u l-użu tas-servizzi. Dan it-tagħmir attwalment jinkludi tagħmir terminali tar-radju u t-televiżjoni li jirċievi biss, u kif ukoll apparat terminali speċjali għal utenti b’impediment fis-smigħ.

(7)

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jippromwovu l-ħolqien ta’ suq għal prodotti disponibbli f’ħafna postijiet u servizzi li jinkorporaw faċilitajiet għal utenti b’diżabilità. Dan jista’ jintlaħaq inter alia billi ssir referenza għall-istandards Ewropej, billi jiġu introdotti rekwiżiti ta’ aċċessibilità elettronika (eAċċessibilità) għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u billi jiġi provduti servizzi għas-sejħiet għal offerti, u bl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

(8)

Id-definizzjonijiet għandhom jiġu aġġustati sabiex ikunu konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u sabiex iżommu l-pass mal-iżvilupp teknoloġiku. B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ servizz għandhom jinfirdu mill-elementi definizzjonali attwali ta’ servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli, jiġifieri servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li hu disponibbli għall-pubbliku u li bih il-klijenti jistgħu jagħmlu jew jirċievu sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali direttament jew indirettament permezz ta’ għażla jew għażla minn qabel ta’ operatur jew permezz ta’ bejgħ mill-ġdid u mezzi ta’ komunikazzjoni speċifikament maħsuba għal utenti b’diżabilità li jużaw servizzi ta’ trażmissjoni testwali jew servizzi ta’ konverżazzjoni totali, permezz ta’ , fuq numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefoniku internazzjonali kemm jekk dan it-tip ta’ servizz ikun ibbażat fuq teknoloġija bil-kommutazzjoni taċ-ċirkuwitu (‘circuit switching’) u kif ukoll bil-kommutazzjoni tal-pakkett (‘packet switching technology’). Huwa n-natura ta’ servizz bħal dan li jkun bidirezzjonali, sabiex jippermetti li ż-żewġ partijiet jikkomunikaw . Servizz li ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet kollha , bħal pereżempju l-applikazzjoni “click through” f’websajt ta’ servizz għall-konsumatur, mhux servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli.

(9)

Hu meħtieġ li tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet biex jitqiesu sitwazzjonijiet li fihom fornitur ta’ servizz ibiegħ mill-ġdid jew joħloq marka ġdida għal servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti minn impriża oħra.

(10)

Bħala riżultat tal-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u fis-suq, in-networks qed jersqu dejjem eqreb lejn it-teknoloġija magħrufa bħala “Protokoll tal-Internet” (IP) u għall-konsumaturi dejjem qed tikber l-għażla li jistgħu jagħmlu bejn firxa ta’ fornituri ta’ servizzi vokali jikkompetu ma’ xulxin. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jisseparaw l-obbligi ta’ servizz universali għall-forniment ta’ konnessjoni ma’ network pubbliku ta’ komunikazzjonijiet f’post fiss mill-forniment ta’ servizz telefoniku li jkun pubblikament disponibbli (inklużi sejħiet għal servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru “112”). Din is-separazzjoni m’għandhiex teffettwa l-ambitu tal-obbligi ta’ servizz universali ddefinit u eżaminat fuq livell Komunitarju. L-Istati Membri li jużaw numri ta’ emerġenza nazzjonali oħrajn minbarra l-“112” jistgħu jimponu fuq l-impriżi obbligi simili għall-aċċess għal dawn in-numri ta’ emerġenza nazzjonali.

(11)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut għal dawk is-servizzi li jaqgħu taħt l-ambitu tal-obbligi ta’ servizz universali anke meta Stat Membru ma jkunx għadu awtorizza impriża biex tipprovdi servizz universali.

(12)

L-obbligi li m’għadx hemm bżonnhom imfassla biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-qadim tal-1998 għal dak tal-2002 għandhom jitħassru, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li huma f’sovrappożizzjoni ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE, jew li jidduplikawhom.

(13)

Ir-rekwiżit għall-forniment ta’ għadd minimu ta’ linji mikrija fuq il-livel ta’ bejgħ bl-imnut, li kien meħtieġ biex ikun żgurat li ma jkunx hemm interruzzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju tal-1998 fil-qasam tal-linji mikrija, li ma kienx għadu kompetittiv biżżejjed fiż-żmien meta kien daħal fis-seħħ il-qafas tal-2002, mhux aktar meħtieġ u għandu jitħassar.

(14)

L-impożizzjoni diretta tas-selezzjoni tal-carrier jew tas-selezzjoni minn qabel tal-carrier mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jistgħu ifixklu l-progress teknoloġiku. Dawn ir-rimedji għandhom minflok jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’riżultat ta’ analiżi tas-suq skond il-proċeduri fid-Direttiva 2002/21/KE.

(15)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti għandhom japplikaw mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għal utenti finali oħrajn, speċjalment għal mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li jistgħu jippreferu kuntratt adattat għall-bżonnijiet tal-konsumatur. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi żejda fuq il-fornituri u kumplessità relatata mad-definizzjoni ta’ SMEs, id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti m’għandhomx japplikaw b’mod awtomatiku għal dawk l-utenti finali l-oħra iżda għandhom japplikaw biss meta huma jitolbu dan. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iqajmu kuxjenza fost l-SMEs dwar din il-possibilità.

(16)

Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikunu infurmati kif xieraq dwar jekk l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza u għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata hux ipprovdut jew le, u li jingħataw informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt tal-klijenti inizjali u f’intervalli regolari wara dan il-kuntratt, pereżempju bħala parti mill-informazzjoni li tidher mal-kont. Din l-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe limiti fir-rigward tal-kopertura territorjali, fuq il-bażi tal-parametri operattivi tekniċi ppjanati tas-servizz u l-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jkunx ipprovdut permezz ta’ network telefoniku kommutat, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll il-livell ta’ affidabilità tal-aċċess u tal-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata kkumparat ma’ servizz ipprovdut permezz ta’ network telefoniku kommutat, filwaqt li jitqiesu t-teknoloġija attwali u l-istandards ta’ kwalità, u kif ukoll kwalunkwe parametru ta’ servizz ta’ kwalità speċifikat taħt id-Direttiva 2002/22/KE. Is-sejħiet vokali jibqgħu l-aktar forma b’saħħitha u affidabbli ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Mezzi oħra ta’ kuntatt, bħall-messaġġi testwali, jistgħu jkunu inqas affidabbli u jistgħu jkunu nieqsa minn immedjatezza. Madankollu, l-Istati Membri għandhom, jekk iqisu xieraq, ikunu liberi li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mezzi oħrajn ta’ aċċess għal servizzi ta’ emerġenza li kapaċi jiżguraw aċċess ekwivalenti għas-sejħiet vokali. Il-klijenti għandhom ukoll jinżammu infurmati tajjeb dwar x’tipi ta’azzjonijiet jista’ jieħu fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jilqa’ kontra theddid ta’ sigurtà biex jirreaġixxi għal inċident ta’ sigurtà jew integrità, minħabba li azzjonijiet bħal dawn jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-data, u l-privatezza tal-klijent jew fuq aspetti oħra tas-servizz ipprovdut.

(17)

Fir-rigward tat-tagħmir terminali, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni imposta min-naħa tal-fornitur fuq l-użu ta’ tali tagħmir mill-konsumatur, bħal permezz tal-“imblokkar tas-SIM” tal-mobiles, u kwalunkwe imposta dovuta minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt, kemm jekk qabel u kif ukoll jekk fid-data ta’ skadenza maqbula, inkluża kwlunkwe spiża imposta biex jinżamm l-apparat.

(18)

Mingħajr ma jiġi impost l-ebda obbligu fuq il-fornitur biex jieħu azzjoni lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mil-liġi Komunitarja, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika wkoll it-tip ta’ azzjoni, jekk ikun il-każ, li l-fornitur jista’ jieħu f’każ ta’ inċidenti ta’ sigurtà jew integrità, theddid jew vulnerabilitajiet, u kif ukoll kwalunkwe arranġament implimentat mill-fornitur biex jipprovdi kumpens jekk iseħħu avvenimenti bħal dawn.

(19)

Sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ interess pubbliku fir-rigward tal-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet, u sabiex titħeġġeġ il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom ikunu jistgħu jipproduċu u jxerrdu, bl-għajnuna tal-fornituri, informazzjoni ta’ interess pubbliku relatata mal-użu tas-servizzi ta’ komunikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi twissijiet ta’ interess pubbliku rigward il-ksur tad-drittijiet tal-awtur, użijiet illegali oħra u d-disseminazzjoni ta’ kontenut ta’ ħsara, u pariri u mezzi ta’ protezzjoni kontra r-riskju għas-sigurtà personali, li jistgħu jirriżultaw pereżempju mill-iżvelar ta’ informazzjoni personali f’ċerti ċirkostanzi, data ta’ privatezza u data personali. L-informazzjoni tista’ tiġi kkoordinata permezz tal-proċedura ta’ kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva 2002/22/KE. Din l-informazzjoni ta’ interess pubbliku għandha tiġi aġġornata kull meta jkun neċessarju u għandha tiġi ppreżentata f’format elettroniku jew stampat li jkun faċilment komprensibbli, kif stabbilit minn kull Stat Membru, u fuq websajts tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri biex ixerrdu din l-informazzjoni lill-klijenti kollha tagħhom b’mod li jkun meqjus xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-fornituri u l-awtoritajiet relevanti għandhom jaqblu dwar spejjez addizzjonali sinifikanti magħmula mill-fornituri ta’ servizz sabiex ixerrdu din l-informazzjoni u dawn l-ispejjeż għandhom jiġu koperti minn dawn l-awtoritajiet. L-informazzjoni għandha tiġi inkluża wkoll fil-kuntratti.

(20)

Id-dritt tal-abbonati biex joħorġu mill-kuntratti tagħhom mingħajr penali jirreferi għal tibdiliet fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li huma imposti mill-fornituri tan-network u/jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

(21)

Ir-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f’konformità mal-liġi Komunitarja għandhom japplikaw għad-Direttiva 2002/22/KE mingħajr eċezzjoni.

(22)

L-utenti finali għandhom jiddeċiedu liema kontenut legali jridu jkunu jistgħu jibagħtu u jirċievu, u liema servizzi, applikazzjonijiet, ħardwer u softwer iridu jużaw għal dawn l-iskopijiet, bla ħsara għall-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-integrità u s-sigurtà tan-networks u s-servizzi. Suq kompetittiv b’offerti trasparenti kif stipulat fid-Direttiva 2002/22/KE għandu jiżgura li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw u jiddistribwixxu kwalunkwe kontenut legali u jużaw kwalunkwe applikazzjoniu/jew servizz legali skond l-għażla tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE. Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-konsumaturi u l-impriżi, l-utenti fi kwalunkwe każ għandhom ikunu infurmati b’mod sħiħ dwar kwalunkwe restrizzjoni u/jew limitazzjoni imposta fuq l-użu tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mill-fornitur tas-servizz u/jew tan-network. Din l-informazzjoni għandha, għad-diskrezzjoni tal-fornitur, tispeċifika t-tip tal-kontenut, tal-applikazzjoni jew tas-servizzi kkonċernati, jew is-servizzi jew l-applikazzjonijiet individwali, jew it-tnejn li huma. Skont it-teknoloġija użata u t-tip ta’ restrizzjoni u/jew limitazzjoni, dawn ir-restrizzjonijiet u/jew limitazzjonijiet jistgħu jirrikjedu l-kunsens tal-utent skont id-Direttiva 2002/58/KE.

(23)

Suq kompetittiv għandu jiżgura wkoll li l-utenti jkun jista’ jkollhom il-kwalità ta’ servizz li jeħtieġu, imma f’każijiet partikolari jista’ jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li n-networks ta’ komunikazzjoni pubbliċi jiksbu livelli ta’ kwalità minimi biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizz, l-imblukkar tal-aċċess u/jew it-tnaqqis tal-attività fit-traffiku fuq in-networks. Meta jkun hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw ir-rimedji disponibbli lilhom taħt id-direttivi li jistabbbilixxu qafas regolatorju għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jiġi żgurat li l-aċċess tal-utenti għal tipi partikolari ta’ kontenut jew applikazzjonijiet ma jkunx ristrett mingħajr raġuni. Għandu jkun possibbli wkoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joħorġu linji gwida fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ servizz skont id-Direttiva 2002/22/KE u għandu jkun possibbli li jieħdu miżuri oħrajn meta dawn ir-rimedji l-oħra, skont huma, ma jkunux effettivi fir-rigward tal-interessi tal-utenti u fiċ-ċirkustanzi relevanti l-oħra kollha. Dawn il-linji gwida jew miżuri jistgħu jinkludu l-provvediment ta’ livell bażiku ta’ servizzi bla restrizzjonijiet.

(24)

Fin-nuqqas ta’ regoli relevanti tal-liġi Komunitarja, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi jitiqesu bħala legali jew dannużi skont il-liġi sustantiva u l-liġi proċedurali nazzjonali. Huwa d-dmir tal-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri, u mhux ta’ min jipprovdi n-networks jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeċiedu, b’konformità mal-proċess xieraq, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi humiex legali jew ta’ ħsara jew le. Id-Direttiva 2002/22/KE hi bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (11), li inter alia tinkludi fiha regola ta’ “sempliċiment passaġġ” għal fornituri intermedjarji tas-servizzi. Id-Direttiva 2002/22/KE ma tirrikjedix li l-fornituri jissorveljaw l-informazzjoni trażmessa min-networks tagħhom jew li jieħdu azzjoni legali kontra l-klijenti tagħhom minħabba dan it-tip ta’ informazzjoni, u lanqas ma tagħmel lill-fornituri responsabbli għall-informazzjoni. Ir-responsabilità ta’ kwalunkwe azzjoni punittiva jew prosekuzzjoni kriminali ta’ dan it-tip tibqa’ f’idejn l-awtoritajiet relevanti tal-infurzar tal-liġi.

(25)

Id-Direttiva 2002/22/KE hija mingħajr ħsara għall-immaniġġjar tan-network raġjonevoli u mhux diskriminatorju min-naħa tal-fornituri.

(26)

Peress li r-rimedji inkonsistenti se jxekklu b’mod sinifikanti l-kisba tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe linja gwida jew miżura oħra adottata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-possibilità ta’ intervent regolatorju madwar il-Komunità u, jekk ikun neċessarju, tadotta miżuri implimentattivi tekniċi sabiex tinkiseb applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità.

(27)

Id-disponibbiltà ta’ tariffi trasparenti, aġġornati u komparabbli hija l-element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi b’diversi fornituri joffru s-servizzi. Il-konsumaturi tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment il-prezzijiet ta’ diversi servizzi offruti fis-suq fuq bażi ta’ informazzjoni dwar it-tariffi ppubblikata f’forma aċċessibbli mingħajr diffikultà. Sabiex il-komsumatur ikun jista’ faċilment iqabbel il-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu iktar trasparenza fit-tariffi mingħand il-fornituri u li jiżguraw li partijiet terzi jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas it-tariffi pubblikament disponibbli ppubblikati minn impriżi li jipprovdu s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Għandhom ukoll , huma stess jew permezz ta’ partijiet terzi, jagħmlu disponibbli gwidi tal-prezzijiet meta dawn ma jkunux ipprovduti mis-suq , bla ħlas jew bi prezz raġonevoli. L-operaturi m’għandhom ikunu intitolati għall-ebda remunerazzjoni għal dan l-użu ta’ tariffi meta dawn ikunu diġà ġew ippubblikati u għalhekk jappartjenu għad-dominju pubbliku. Barra minn hekk, l-utenti għandhom ikunu infurmati kif xieraq dwar il-prezz involut jew it-tip ta’ servizz offrut qabel ma jixtru s-servizz, b’mod partikolari jekk numru li fuqu jsiru telefonati bla ħlas ikun suġġett għal kwalunkwe ħlas ulterjuri. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b’mod ġenerali, u, għal ċerti kategoriji ta’ servizzi stabbiliti minnhom, qabel il-konnessjoni tat-telefonata. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kategoriji tas-sejħiet li jirrikjedu informazzjoni dwar il-prezz qabel ma jiġu konnessi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu b’mod xieraq in-natura tas-servizz, il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar li japplikaw għas-sejħa u jekk hijiex offerta minn fornitur li m’huwiex fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

(28)

Il-klijenti għandhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni personali tagħhom fid-direttorji tal-abbonati, u b’mod partikolari dwar l-iskop jew l-iskopijiet ta’ dawn id-direttorji, u kif ukoll dwar id-dritt tagħhom, bla ħlas, li ma jiġux inklużi f’direttorju pubbliku tal-abbonati, kif stipulat fid-Direttiva 2002/58/KE. Fejn ikunu jeżistu sistemi li jippermettu li l-informazzjoni tiġi inkluża f’database ta’ direttorju iżda ma tiġix żvelata lill-utenti tas-servizz tad-direttorju, il-klijenti għandhom ikunu infurmati wkoll b’din il-possibilità.

(29)

L-Istati Membri għandhom jintroduċu punti uniċi ta’ informazzjoni għall-mistoqsijiet tal-utenti kollha. Dawn il-punti ta’ informazzjoni, li jistgħu jkunu amministrati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali flimkien mal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom ikunu kapaċi wkoll li jipprovdu assistenza legali fil-każ ta’ tilwim mal-operaturi. L-aċċess għal dawn il-punti ta’ informazzjoni għandu jkun bla ħlas u l-utenti għandhom ikunu infurmati bl-eżistenza tagħhom permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni regolari.

(30)

Fin-networks IP tal-ġejjieni fejn il-forniment ta’ servizz jista’ jinfired mill-forniment tan-network, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema huma l-passi l-iżjed xierqa li għandhom jittieħdu biex tkun żgurata d-disponibbiltà tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti li jużaw networks pubbliċi ta’ komunikazzjoniet u aċċessibbiltà bla interruzzjoni għal servizzi ta’ emerġenza f’każ ta’ ħsara katastrofika fin-network jew f’każi ta’ force majeure.

(31)

Is-servizzi ta’ assistenza mill-operejter ikopru firxa ta’ diversi servizzi għall-utenti finali. Il-forniment ta’ servizzi bħal dawn għandu jitħalla għal negozjati kummerċjali bejn il-fornituri ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u s-servizzi ta’ assistenza mill-operejter, bħal mhu l-każ għal kull servizz ieħor ta’ sostenn għall-klijenti, u mhemmx għalfejn jitkompla l-forniment mandatarju tagħhom. Għaldaqstant, l-obbligu korrispondenti għandu jitħassar.

(32)

Is-servizzi ta’ informazzjoni relatati mad-direttorju għandhom ikunu, u ta’ spiss huma, ipprovduti permezz ta’ kompetizzjoni, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (12). Miżuri wholesale li jiżguraw l-inklużjoni ta’ data dwar l-utenti finali (kemm fissa u kif ukoll mobbli) fid-databases, il-forniment ta’ dik id-data lill-fornituri tas-servizzi b’mod li l-forniment ta’ dik id-data jkun iqis l-ispiża u l-forniment ta’ aċċess għan-network f’kundizzjonijiet li jagħtu każ l-ispejjeż u li jkunu raġonevoli u trasparenti għandhom ikunu fis-seħħ sabiex l-utenti finali jibbenefikaw kompletament mill-kompetizzjoni bil-għan aħħari li jkun jista’ jitneħħa r-regolament tal-bejgħ bl-imnut minn fuq dawn is-servizzi.

(33)

L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jaqbdu mas-servizzi ta’ emerġenza pprovduti u jaċċessawhom billi jużaw kwalunkwe servizz telefoniku li hu kapaċi joriġina sejħiet vokali permezz ta’ numru jew numri fil-pjani ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali. L-awtoritajiet ta’ emerġenza għandhom ikunu jistgħu jimmaniġġjaw u jwieġbu telefonati fuq in-numru “112” bi prontezza u effiċjenza almenu daqs fil-każ ta’ telefonati fuq numri ta’ emerġenza nazzjonali oħra. Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru “112” sabiex jittejjeb il-livell ta’ ħarsien u sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, iċ-ċittadini għandhom jintgħamlu konxji li n-numru “112” jista’ jintuża bħala numru ta’ emerġenza uniku waqt l-ivvjaġġar f’kull Stat Membru, b’mod partikolari permezz ta’ informazzjoni pprovduta fil-vendi internazzjonali tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew l-ajruporti u fid-direttorji tat-telefon, fil-kjoskijiet tat-telefon u l-materjal mibgħut lill-abbonati inklużi l-kontijiet. Primarjament din hija r-responsabilità tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja u tissuplementa l-inizjattivi li qed jiġu mwettqa mill-Istati Membri favur kuxjenza akbar tal-“112” u għandha wkoll tevalwa perjodikament l-għarfien tal-“112” mill-pubbliku. L-obbligu biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata għandu jissaħħaħ sabiex jitkabbar il-ħarsien taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-operaturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata lis-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ metodu “push” (“push mode”). Sabiex tirreaġixxi għall-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż dawk li jwasslu għal preċiżjoni eżatta dejjem tikber tal-informazzjoni dwar il-post, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tan-numru “112” fil-Komunità għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

(34)

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta’ emerġenza, inkluż in-numru “112”, ikunu aċċessibbli ugwalment għall-persuni b’diżabbiltà, b’mod partikolari għal dawk l-utenti torox, b’impediment fis-smigħ, jew fid-diskors u dawk torox-għomja. Dan jista’ jinvolvi l-forniment ta’ apparat terminali speċjali għal utenti b’impediment fis-smigħ, servizzi ta’ trażmissjoni testwali, jew tagħmir speċifiku ieħor.

(35)

L-iżvilupp tal-kodiċi internazzjonali “3883” ▐ ( għall-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) ) ▐ attwalment huwa mxekkel minħabba nuqqas ta’ domanda, minħabba rekwiżiti proċedurali burokratiċi żżejjed u minħabba għarfien insuffiċjenti . Sabiex jintrifed l-iżvilupp tal-ETNS, il-Kummissjoni għandha tiddelega r-responsabilità għall-ġestjoni tiegħu, l-assenjazzjoni u l-promozzjoni tan-numru lill-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)jew, fuq l-eżempju tal-implimentazzjoni “.eu” top-level domain, lil organizzazzjoni separata, maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u b’regoli operattivi li jiffurmaw parti mil-liġi tal-Komunità .

(36)

Skond id-Deċiżjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta’ numri nazzjonali li jibdew bil-’116’ għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta’ valur soċjali  (13) , il-Kummissjoni rriżervat in-numri fil-firxa ta’ numri li jibdew bil-’116’ għal ċerti servizzi ta’ valur soċjali. In-numri identifikati f’dik id-Deċiżjoni ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fiha, iżda ma jeżisti l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li servizzi assoċjati man-numri riżervati effettivament jiġu pprovduti. Id-dispożizzjonijiet xierqa tad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandhom ikunu riflessi fid-Direttiva 2002/22/KE sabiex jiġu integrati aħjar fil-qafas regolatorju għan-networks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u biex tiġi żgurata aċċessibilità wkoll lill-utenti finali b’diżabbiltà. Meta jiġu kkunsidrati l-aspetti partikolari relatati mar-rappurtar ta’ tfal nieqsa u d-disponibilità attwali limitata ta’ dan is-servizz, l-Istati Membri mhux biss għandhom jirriżervaw numru, iżda wkoll jiżguraw li servizz għar-rappurtar ta’ tfal nieqsa ikun effettivament disponibbli fit-territorji tagħhom permezz tan-numru 116000.

(37)

Is-suq wieħed jimplika li l-utenti finali jista’ jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stati Membri oħra, u għas-servizzi, inklużi s-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, li jużaw numri li mhumiex ġeografiċi fl-ambitu tal-Komunità, inklużi, fost oħrajn, numri ta’ telefonati bla ħlas u numri b’rati primjum. L-utenti finali għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċessaw numri mill-║ ETNS║ u numri ta’ telefonati bla ħlas internazzjonali universali (UIFN). L-aċċess transkonfinali għar-riżorsi ta’ numerazzjoni u għas-servizz assoċjat m’għandux jiġi ostakolat ħlief f’każi ġustifikati b’mod oġġettiv, bħal meta dan ikun meħtieġ ║ kontra l-frodi, u l-abbuż pereżempju f’konnessjoni ma’ ċerti servizzi ta’ rati primjum, jew meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju kodiċi qasir nazzjonali). L-utenti għandom jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b’mod ċar dwar kwalunkwe ħlas applikabbli għan-numri ta’ telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta’ kodiċi standard ta’ ddajljar internazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess effikaċi għal numri u servizzi fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri implimentattivi. L-utenti finali għandu jkollhom il-possibilità ta’ konnessjoni ma’ utenti finali oħra (speċjalment permezz tan-numri IP) sabiex ikunu jistgħu jagħmlu skambju tad-data, indipendentement mill-operatur li jagħżlu.

(38)

Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-interess tagħhom li jagħmlu dan. Hu essenzjali li jiġi żgurat li dan ikunu jistgħu jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew prattiċi, kundizzjonijiet kuntrattwali, proċeduri kuntrattwali, ħlasijiet kuntrattwali eċċ. Dan ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli fil-kuntratti tal-konsumaturi. Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni tal-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandu jiġi implimentat mingħajr dewmien żejjed , normalment fi żmien mhux iktar minn ġurnata minn meta ssir it-talba tal-konsumatur. Madankollu, l-esperjenza miksuba f’uħud mill-Istati Membri wriet li hemm riskju li l-konsumaturi jinbidlilhom is-servizz kontra r-rieda tagħhom. Filwaqt li din hija kwistjoni li għandha tiġi ndirizzata l-ewwel nett mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu dawn il-miżuri proporzjonati minimi fir-rigward tal-proċess ta’ kommutazzjoni, meħtieġa biex jitnaqqsu dawn ir-riskji, mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għall-konsumaturi. Sabiex tkun tista’ tadotta l-portabbiltà tan-numri bil-pass tal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq, inkluża l-possibbiltà ta’ portabbiltà tad-direttorji personali u l-informazzjoni dwar il-profil maħżuna fin-network, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu miżuri implimentattivi tekniċi f’dan il-qasam. Il-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq humiex tali li jippermettu l-portabbiltà tan-numri bejn networks li jipprovdu servizzi f’post fiss u mobile networks ║ għandha b’mod partikolari tqis il-prezzijiet għall-utenti u l-ispejjeż għall-bdil tal-fornituri għall-impriżi li jipprovdu servizzi f’postijiet fissi u mobile networks ║.

(39)

▐ Jistgħu jiġu applikati “obbligi ta’ ridiffużjoni” legali, ▐għal servizzi radjufoniċi u awdjoviżivi u servizzi komplementari speċifikati pprovduti minn fornitur ta’ servizz tal-media speċifikat. Is-servizzi tal-media awdjoviżiva huma definiti fid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni  (14). L-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni ċara għall “obbligi ta’ ridiffużjoni” biex ▐ jiżguraw li dawn l-obbligi jkunu trasparenti, proporzjonati u definiti kif xieraq. F’dan ir-rigward, l-“obbligi ta’ ridiffużjoni” għandhom jitfasslu b’mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura. L-“obbligi ta’ ridiffużjoni” għandhom ikunu eżaminati perjodikament sabiex jinżammu aġġornati mal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq biex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati għall-għanijiet li jridu jinkisbu. Is-servizzi komplementari jinkludu, fost affarijiet oħra, servizzi li jgħinu biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-utenti b’diżabbiltà; dawn is-servizzi jkunu jinkludu servizz ta’ test bil-vidjow, servizz ta’ sottotitli, deskrizzjoni awdjo jew lingwa tas-sinjali.

(40)

Sabiex jintgħelbu n-nuqqasijiet eżistenti f’termini ta’ konsultazzjonijiet mal-konsumaturi u sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni xierqa. Dawn il-mekkaniżmi jistgħu jieħdu l-forma ta’ entità li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali kif ukoll mill-fornituri tas-servizzi, twettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li topera b’mod trasparenti u tikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu bl-iskop li jagħmel possibbli kooperazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta’ kontenut legali. Kull proċedura ta’ kooperazzjoni li jkun intlaħaq ftehim dwarha, li tkun skond mekkaniżmu bħal dan, madankollu, m’għandhiex tippermetti sorveljanza sistematika tal-użu tal-Internet. Meta jkun hemm il-ħtieġa biex tiġi indirizzata l-faċilitazzjoni ta’ aċċess għas-servizzi u l-użu tal-komunikazzjonijiet eletroniċi u t-tagħmir terminali għall-utenti b’diżabbiltà, u bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE ║ u b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ diżabbiltà skond l-Artikolu tagħha 3(3)(f), il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri implimentattivi.

(41)

Il-proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qrati għandha tissaħħaħ billi jiġi żgurat li jintużaw entitajiet indipendenti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim u li l-proċedura tikkonforma tal-anqas mal-prinċipji minimi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummisjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji għall-entitajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qrati ta’ tilwim relatat mal-konsumatur  (15) . L-Istati Membri jistgħu jew jużaw l-entitajiet eżistenti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim għal dan l-iskop, sakemm dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli, jew jistgħu jistabbilixxu entitajiet ġodda.

(42)

L-obbligi imposti fuq impriża nominata bħala waħda b’obbligi ta’ servizz universali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

(43)

Id-Direttiva 2002/58/KE tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertà, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u biex jiġi żgurat il-moviment ħieles ta’ din id-data u tat-tagħmir u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

(44)

L-ipproċessar ta’ traffiku ta’ data għal skopijiet ta’ sigurtà ta’ network u informazzjoni, li jiżgura d-disponibilità, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ data maħżuna jew trażmessa se jippermetti l-ipproċessar ta’ data bħal din fl-interess leġittimu tal-kontrollur tad-data għall-iskop tal-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat u distribuzzjoni malizzjuż ta’ kodiċi u twaqqif taċ-ċaħda ta’ attakki tas-servizz, u ħsarat għal kompjuter u sistemi ta’ komunikazzjoni elettroniċi. L-Aġenzija Ewropea ta’ Sigurtà ta’ Network u Informazzjoni (ENISA) għandha tippubblika studji regolari bl-iskop li jistipulaw it-tipi ta’ proċessar permess skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/58/KE .

(45)

Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà tal-ipproċessar, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet Ewropej relevanti (l-ENISA, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma Artikolu 29) u kif ukoll mal-partijiet interessati relevanti l-oħra kollha, b’mod partikolari biex tkun infurmata dwar l-aqwa metodi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għat-titjib tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE.

(46)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE jippartikolarizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (16) u jipprovdu għall-interessi leġittimi tal-abbonati li jkunu persuni naturali jew legali.

(47)

Il-liberalizzazzjoni ta’ swieq ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel flimkien taw spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-kompetizzjoni u rriżultaw f’diversità għanja ta’ servizzi għall-utenti finali aċċessibbli permezz ta’ networks pubbliċi u privati ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u networks privati aċċessibbli pubblikament .

(48)

L-indirizzi IP huma essenzjali għall-operat tal-Internet. Huma jidentifikaw apparat li jkun qed jipparteċipa fin-network, bħall-kompjuters jew apparat intelliġenti mobbli permezz ta’ numru. Fil-kuntest tas-sitwazzjonijiet differenti li fihom jintużaw l-indirizzi IP, u t-teknoloġiji relatati li qed jiżviluppaw b’mod mgħaġġel, saru mistoqsijiet dwar l-użu ta’ tali ndirizzi bħala data personali f’ċertu ċirkustanzi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk abbażi ta’ studju rigward l-indirizzi IP u l-użu tagħhom tippreżenta proposti xierqa .

(49)

Il-progress teknoloġiku jippermetti l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda bbażati fuq tagħmir għall-ġbir tad-data u l-identifikazzjoni, li jista’ jkun tagħmir li ma jkollux kuntatt bil-wajer li juża frekwenzi radju. Pereżempju, it-Tagħmir ta’ Identifikazzjoni permezz ta’ Frekwenza tar-Radju (RFID) juża frekwenzi radju biex jaqbad data minn tabelli esklużivament identifikati, li mbagħad tista’ tiġi ttrasferita fuq networks ta’ komunikazzjonijiet eżistenti. L-użu wiesa’ ta’ dawn it-teknoloġiji jista’ jġib miegħu benefiċċji ekonomiċi u soċjali kbar u b’hekk tingħata kontribuzzjoni b’saħħitha għas-suq intern jekk l-użu tagħhom ikun aċċettabbli għaċ-ċittadini. Biex jinkiseb dan, hu meħtieġ li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza u id-dritt għall-ħarsien tad-data, jkunu mħarsa. Meta dan it-tagħmir jiġi kkunnettjat ma’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, jew meta jagħmel użu minn servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħala infrastrutura bażika, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE, inklużi dawk dwar id-data tas-sigurtà, it-traffiku u l-lokazzjoni u ║ dwar il-kunfidenzjalità.

(50)

Il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jieħu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura s-sigurtà tas-servizzi tiegħu. Bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika  (17) , dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet li jkunu strettament awtorizzati legalment u li jkunu protetti kemm id-data personali maħżuna jew trażmessa u kif ukoll in-network u s-servizzi. Barra minn dan, għandha tiġi stabbilita politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġu identifikati l-vulnerabilitajiet tas-sistema, u l-monitoraġġ regolari u l-adozzjoni ta’ azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja.

(51)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw il-miżuri meħuda u għandhom ixerrdu l-aħjar prattiki u rendimenti fost il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku.

(52)

Ksur ta’ sigurtà li jwassal għat-telf jew għal stat kompromettenti tad-data personali ta’ abbonat jew individwu jista’, jekk ma jiġix indirizzat b’mod xieraq u fil-waqt, jirriżulta ▐ f’dannu sostanzjali għall-utenti. Għalhekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità nazzjonali kompetenti oħra għandha tkun innotifikata mill-fornitur tas-servizz relevanti dwar kwalunkwe ksur ta’ sigurtà mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-gravità tal-ksur u għandha tirrikjedi li l-fornitur tas-servizz relevanti jagħti notifika xierqa u mingħajr dewmien bla bżonn lill-utenti affettwati mill-ksur. Barra minn hekk, u f’każijiet meta jkun hemm periklu imminenti u dirett għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi (bħal każijiet ta’ aċċess mhux awtorizzat għall-kontenut ta’ emails, aċċess għar-rekords tal-karti ta’ kreditu, eċċ.), il-fornitur tas-servizz relevanti għandu, minbarra lill-awtorita nazzjonali kompetenti, jinnotifika immedjatament lill-utenti affettwati direttament. Fl-aħħarnett, il-fornituri għandhom kull sena jinnotifikaw lill-utenti affettwati dwar il-ksur tas-sigurtà kollu taħt id-Direttiva 2002/58/KE li seħħew matul il-perjodu ta’ żmien relevanti. In-notifika lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-utenti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jindirizza l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-protezzjoni tal -utenti effettwati.

(53)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea billi, fost affarijiet oħra, jikkontribwixxi fl-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien tad-data persunali u l-privatezza. Għal dan il-għan, irid ikollhom il-mezzi meħtieġa biex jesegwixxu dmirijiethom, inkluża data komprensiva u fattibbli dwar inċidenti ta’ sigurtà attwali li jkunu rrendew id-data personali ta’ individwi fi stat kompromettenti.

(54)

Fl-implementazzjoni ta’ miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2002/58/KE, l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri mhux talli għandhom jinterpretaw il-liġi nazzjonali tagħhom b’mod konsistenti ma’ din id-Direttiva iżda għandhom jiżguraw ukoll li ma jibbażawx fuq xi interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva li tkun f’konflitt mad-drittijiet fundamentali jew ma’ prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi Komunitarja, bħal pereżempju l-prinċipju tal-proporzjonalità.

(55)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikunu jistgħu jiġu implimentati miżuri għall-istipular ta’ għadd ta’ rekwiżiti komuni għall-ksib ta’ livell xieraq ta’ ħarsien tal-privatezza u sigurtà ta’ data personali trażmessa jew ipproċessata f’konnessjoni mal-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

(56)

Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-proċeduri applikabbli fin-notifika ta’ ksur tas-sigurtà, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkustanzi tal-ksur, speċjalment dwar jekk id-data personali kenitx imħarsa jew le minn kriptaġġ jew permezz ta’ mezzi oħra, li kienu jillimitaw b’mod effettiv il-probabbiltà li jitwettqu frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra dan, dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każi fejn skoperturi bikrija jistgħu jfixklu mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ ksur partikolari.

(57)

Is-softwer li jissorvelja bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utent u/jew li jikkorrompi l-operazzjoni tat-tagħmir terminali tal-utent għall-benefiċċju ta’ parti terza (l-hekk imsejjaħ “spajwer”) joħloq theddida serja għall-privatezza tal-utenti. Jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta’ ħarsien tal-isfera privata tal-utenti, irrispettivament jekk il-programmi tal-ispijar mhux mixtieqa kinux ġew dawnlowdjati involontarjament permezz ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew kinux fornuti u installati moħbija f’softwer li jkun tqassam fuq media esterna ta’ ħżin tad-data bħalma huma s-CDs, is-CD-Roms u l-istikek tal-USB. L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lill-utenti finali biex jieħdu l-passi neċessarji għall-protezzjoni tat-tagħmir terminali tagħhom kontra l-viruses uspyware .

(58)

Il-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jridu jagħmlu investimenti sostanzjali kontra l-komunikazzjonijiet kontra komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba (“spam”). Huma jinsabu wkoll f’pożizzjoni aħjar mill-utenti finali biex ikollhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa biex jikxfu u jidentifikaw lill-ispammers. Il-fornituri tas-servizzi ta’ korrispondenza elettronika u l-fornituri ta’ servizzi oħra għandu għalhekk ikollhom il-possibbiltà li jieħdu azzjoni legali kontra l-ispammers fir-rigward ta’ dan il-ksur u għalhekk jiddefendu l-interessi tal-klijenti tagħhom, kif ukoll l-interessi kummerċjali leġittimi tagħhom stess.

(59)

Fejn id-data dwar il-lokazzjoni, li ma tkunx data dwar it-traffiku, tkun tista’ tiġi pproċessata, din id-data għandha tiġi pproċessata biss meta tkun ġiet magħmula anonima, jew bil-kunsens bil-quddiem tal-utenti jew tal-abbonati kkonċernati, li għandu jingħatalhom tagħrif ċar u komprensiv dwar il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin.

(60)

Il-ħtieġa biex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-privatezza u d-data personali trażmessa u pproċessata f’konnessjoni mal-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità teżiġi implimentazzjoni effikaċi u setgħat għall-infurzar sabiex ikunu pprovduti inċentivi xierqa għall-konformità. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom setgħat u riżorsi suffiċjenti biex jinvestigaw każi ta’ nuqqas ta’ konformità b’mod effettiv, speċjalment il-possibbiltà biex jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jista’ jkollhom bżonn, biex jiddeċiedu dwar l-ilmenti u biex jimponu sanzjonijiet f’każi ta’ nuqqas ta’ konformità.

(61)

Il-kooperazzjoni u l-infurzar transkonfinali għandhom jiġu nfurzati b’mod konformi mal-mekkaniżmi Komunitarji ta’ infurzar transkonfinali eżistenti bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (18) permezz ta’ emenda għal dak ir-Regolament.

(62)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE ║ u d-Direttiva ║ 2002/58/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (19).

(63)

Il-Kummissjoni għandha, fil-każ tad-dħul fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea  (20) , tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposta leġiżlattiva ġdida dwar il-privatezza u s-sigurtà tad-data fil-komunikazzjoni elettronika, b’bażi legali ġdida.

(64)

B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni biex jiġu adottati miżuri implimentattivi għat-trasparenza tat-tariffi, il-kwalità minima tar-rekwiżiti tas-servizzi, l-implimentazzjoni effikaċi tas-servizzi bin-numru “112”, l-aċċess effikaċi għan-numri u s-servizzi, u t-titjib tal-aċċessibbiltà minn utenti finali b’diżabbiltà kif ukoll l-emendi biex jiġu adottati l-Annessi għall-progress tekniku jew il-bidliet fid-domanda tas-swieq. Hija għandha tiġi wkoll mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni u n-notifika kif ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/22/KE billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba li t-twettiq tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, bil-limiti ta’ żmien normali , f’ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jista’ jimpedixxi l-adozzjoni fil-ħin tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu azzjoni rapida biex jiżguraw l-adozzjoni fil-ħin ta’ dawn il-miżuri .

(65)

L-għan tad-Direttiva 2002/22/KE huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-utenti individwali fil-forniment tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni. Din il-protezzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni globali. Dawn huma servizzi vokali u ta’ data korporattivi pprovduti bħala pakkett għal intrapriżi l-kbar, li jinsabu f’pajjizi differenti ġewwa u barra mill-UE, fuq il-bażi ta’ kuntratti nnegozjati individwalment minn partijiet li jkollhom saħħa ugwali.

(66)

Id-Direttivi 2002/22/KE u 2002/58/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2002/22/KE

(id-Direttiva Servizz Universali)

Id-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva Servizz Universali) hija b’ dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Fl-ambitu tal-qafas tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), din id-Direttiva tikkonċerna l-fornimet ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lil utenti finali. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-Komunità kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ kwalità tajba permezz ta’ kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta maċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġiet tal-utenti finali ma jitħarsux b’mod sodisfaċjenti mis-suq. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tagħmir terminali fil-postijiet fejn joperaw l-konsumaturi , filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lit-tagħmir terminali għall-utenti bi bżonnijiet speċjali, inklużi dawk b’diżabilità, u l-anzjani.

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet tal-utenti finali u l-obbligi korrispondenti li jaqgħu fuq l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli. Fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ forniment ta’ servizz universali fl-ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, din id-Direttiva tiddefinixxi s-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li għhaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista’ jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll obbligi fir-rigward tal-forniment ta’ ċerti servizzi mandatarji.

3.     Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli Komunitarji dwar il-ħarsien tal-konsumatur, b’mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE u 97/7/KE, u r-regoli nazzjonali f’konformità mal-liġi Komunitarja’;

2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) għandu jitħassar;

(b)

Il- punti (c) u (d) għandhom jiġu sostitwiti b’ li ġej:

“(c)

“servizz telefoniku pubblikament disponibbli”tfisser servizz disponibbli għall-pubbliku li joriġina u/jew li jirċievi sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali direttament jew indirettament u mezzi ta’ komunikazzjoni oħra speċifikament intenzjonati għal utenti b’diżabilità li jużaw servizzi ta’ trażmissjoni testwali jew servizzi ta’ konverżazzjoni totali bl-użu ta’ numru jew numri li jinsabu fil-pjan telefoniku ta’ numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali;

d)

“numru ġeografiku” tfisser numru mill-pjan nazzonali ta’ numerazzjoni telefonika fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku wżat biex jittrasferixxi sejħiet għall-lok fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network (NTP);

c)

il-punt (e) għandu jitħassar;

(3)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Artikolu 4

Forniment ta’ aċċess f’post fiss u forniment ta’ servizzi telefoniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għal konnessjoni f’post fiss ma’ network pubbliku ta’ komunikazzjonijiet għandhom jintlaqgħu mill-inqas minn impriża waħda.

2.   Il-konnessjoni pprovduta għandha tkun kapaċi ssostni l-kumunikazzjonijiet tal-fax vokali u d-data, b’rati tad-data li huma biżżejjed biex jippermettu aċċess funzjonali għall-Internet meta jitqiesu t-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-abbonati u l-fattibbiltà teknoloġika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għall-forniment ta’ servizz telefoniku pubblikament disponibbli fuq il-konnessjoni tan-network imsemmija fil-paragrafu 1, li jippermetti lill-abbonati joriġinaw u jirċievu sejħiet nazzjonali u internazzjonali u jagħmlu sejħiet għal servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru “112” u kif ukoll permezz ta’ kwalunkwe numru ta’ emerġenza nazzjonali ieħor , għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas minn impriża waħda.”

(4)

Fl-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fid-direttorji li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jidhru, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/EC, l-abbonati kollha tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.”

(5)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Telefons pubbliċi bi ħlas u punti ta’ aċċess ta’ telekomunikazzjoni oħra;

b)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq impriżi sabiex jiġi żgurat li t-telefons pubbliċi bi ħlas jew punti ta’ aċċess ta’ telekomunikazzjoni oħra jiġu provduti biex jilħqu l-ħtiġiet raġonevoli tal-utenti finali f’termini ta’ kopertura ġeografika, in-numru ta’ telefons jew punti ta’ aċċess ta’ telekomunikazzjoni oħra, aċċessibilità għal utenti b’diżabbiltà u l-kwalità tas-servizzi.;

(6)

L-Artikolu 7għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Miżuri ▐għall-utenti b’diżabbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi għall-utenti b’diżabbiltà biex jiżguraw li għal dawn l-utenti l-aċċess tekniku u finanzjarju għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-aċċess għas-servizzi ta’ emergenza, is-servizzi ta’ informazzjoni ralatata mad-direttorju u s-servizzi tad-direttorji, ikun daqs dak li jgawdu utenti finali oħrajn.

2.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi li l-ħtieġa tagħhom tkun murija permezz ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali , fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ diżabbiltà , biex jiżguraw li utenti finali b’diżabbiltà jkunu jistgħu ▐ jibbenefikaw mill-opportunità disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali li jagħżlu bejn impriża u oħra jew fornitur tas-servizzi u ieħor, u biex jippromwovu d-disponibilità ta’ tagħmir terminali xieraq. Għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe każ il-bżonnijiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ utenti b’diżabbiltà jiġu ssodisfati minn tal-anqas impriża waħda.

3.     Meta l-Istati Membri jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija hawn fuq, huma għandhom jinkuraġġixxu konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet relevanti ppublikati bi qbil mal-Artikoli 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

4.     Sabiex ikunu jistgħu jadottaw u jimplimentaw arranġamenti speċifiċi għal utenti b’diżabbiltà, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-produzzjoni u d-disponibilità ta’ tagħmir terminali li joffri s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa.’;

(7)

Fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Meta operatur innominat skond il-paragrafu 1 ikun bi ħsiebu jagħmel parti sostanzjali mill-assi tiegħu (jew kollha kemm huma) tan-network lokali ta’ aċċess disponibbli għal entità legali separata taħt sjieda differenti, għandu jinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali b’mod f’waqtu sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment ta’ aċċess għal post fiss u ta’ servizzi telefoniċi skond l-Artikolu 4. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi kundizzjonijiet skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).”

(8)

L-Artikoli 9(1), (2) u (3) għandhom jiġu sostitwiti b’ li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw li l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut tas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 jkunu jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali u li jkunu pprovduti minn impriżi nominati, jew jekk l-ebda impriżi ma jkunu ġew nominati fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, li jkunu disponibbli fis-suq mod ieħor, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell nazzjonali tal-prezzijiet u l-introjtu tal-konsumatur.

2.   L-Istati Membri jistgħu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, jeżiġu li l-impriżi nominati jipprovdu għażliet jew pakketti ta’ tariffi lill-konsumaturi li jitbiegħdu minn dawk ipprovduti taħt kundizzjonijiet kummerċjali normali, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li dawk bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux imċaħħda mill-użu ta’ u mill-aċċess għan-network imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew għas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4(3), 5. 6 u 7 li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali u pprovduti minn impriżi nominati.

3.   L-Istati Membri għandhom , barra minn kwalunkwe dispożizzjoni biex l-impriżi notifikati jipprovdu għażliet ta’ tariffi speċjali jew biex jikkonformaw mal-limiti massimi tal-prezzijiet jew medjar ġeografiku jew skemi simili oħrajn, jiżguraw li jiġi pprovdut sostenn għall-konsumaturi identifikati bħala li għandhom dħul baxx, diżabbiltà jew bżonnijiet soċjali speċjali.”

(9)

L-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

2.     L-Istati Membri għandhom jassiguraw li impriżi li joffru servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) jipprovdu s-servizzi u l-faċilitajiet speċifiċi stipulati fl-Anness I, Parti A ta’ din id-Direttiva, sabiex l-abbonati jkunu jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq u jevitaw qtugħ bla bżonn tas-servizz.;

(10)

L-Artikolu 11(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jassiguraw li l-impriżi kollha maħtura li jaqgħu taħt l-obbligi tal-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 9(2) jippubblikaw informazzjoni adegwata u aġġornata li tikkonċerna r-rendiment tagħhom fil-forniment ta’ servizz universali, ibbażata fuq il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi ta’ kejl tal-kwalità ta’ servizz, stipulati fl-Anness III. L-informazzjoni ppubblikata għandha tiġi provduta fuq talba lill-awtorità regolatorja nazzjonali.;

(11)

It-titolu tal-Kapitolu III għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

(12)

L-Artikolu 16 għandu jitħassar;

(13)

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 għandu jiġu sostitwit b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq dawk l-impriżi li jkunu ġew identifikati bħala li għandhom setgħa qawwija fis-suq fir-rigward ta’ suq partikolari għall-bejgħ bl-imnut skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru):

a)

meta, bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettaq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq partikolari ta’ bejgħ bl-imnut identifikat skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) ma jkunx effettivament kompetittiv, u

b)

meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti skond id-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess), ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).”

b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2bis.     Bla ħsara għall-obbligi li jistgħu jkunu imposti fuq l-operaturi identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, f’suq tas-servizzi bl-imnut partikolari skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu japplikaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 għal perjodu tranżitorju fuq operaturi identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, f’suq tas-servizzi bl-ingrossa speċifiku f’ċirkostanzi fejn ikunu ġew imposti obbligi fuq is-servizz bl-ingrossa iżda ma jkunux għadhom jiżguraw b’mod effettiv il-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi bl-imnut.’;

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

(14)

L-Artikoli 18 u 19 għandhom jitħassru;

(15)

L-Artikoli 20 u 21 għandhom jiġu sostitwiti b’li ġej:

“Artikolu 20

Kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni ma’ network ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika , il-konsumaturi u l-utenti finali l-oħrajn li jitolbu dan għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu servizzi u/jew konnessjonijiet bħal dawn. Il-kuntratt għall-inqas għandu jispeċifika, b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment :

a)

l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

b)

is-servizzi pprovduti, li jinkludu b’mod partikulari:

fejn għandu jingħata aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata skond l-Artikolu 26, il-livell tal-affidabilità ta’ dan l-aċċess, fejn xieraq, u jekk l-aċċess huwiex ipprovdut madwar it-territorju nazzjonali kollu,

informazzjoni dwar kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur rigward il-possibilità li l-abbonat ikollu aċċess, juża jew iqassam kontenut legali jew biex iħaddem applikazzjonijiet u servizzi legali,

il-livelli ta’ kwalità tas-servizzi , b’referenza għal kwalunkwe parametru speċifikat taħt l-Artikolu 22(2) skond kif ikun xieraq,

it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ sostenn għall-konsumatur offruti, kif ukoll kif wieħed jikkuntattja s-servizz ta’ sostenn għall-konsumatur,

meta tkun ser issir il-konnessjoni tal-bidu , u

kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali imposta mill-fornitur;

c)

id-deċiżjoni tal-abbonat dwar jekk id-data personali tiegħu jew tagħha tiġiex inkluża jew le f’direttorju u d-data kkonċernata ;

d)

dettalji dwar prezzijiet u tariffi u l-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli u l-ħlasijiet għall-manutenzjoni kollha, il-metodi tal-pagament offruti u kwalunkwe differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-pagament ;

e)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inklużi:

kwalunkwe imposta relatata mal-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra; u

kwalunkwe imposta minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluża kwalinkwe spiża ta’ rkupru fir-rigward tat-tagħmir terminali;

f)

kwalunkwe kumpens u arranġamenti għal rimborż li japplikaw jekk il-livelli ta’ kwalità tas-servizzi kkuntrattati ma jkunux ġew issodisfati;

g)

il-metodu tat-tnedija ta’ proċeduri għal riżolviment ta’ tilwimiet skond l-Artikolu 34;

h)

it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-impriża li tipprovdi l-konnessjoni u/jew is-servizzi b’reazzjoni għal inċidenti ta’ sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet , u kwalunkwe arranġament ta’ kumpens li japplika f’każ ta’ inċidenti ta’ sigurtà jew ta’ integrità .

Il-kuntratt għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti dwar l-użu ta’ servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew għat-tqassim ta’ kontenut ta’ ħsara, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra r-riskji għas-siġurtà personali, il-privatezza u d-data personali msemmija fl-Artikolu 21(4) u relevanti għas-servizz ipprovdut.

2.   L-abbonati għandu jkollhom id-dritt li joħorġu mill-kuntratti tagħhom mingħajr ma jeħlu penali hekk kif jingħataw notifika ta’ modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jiġu proposti mill-operaturi. L-abbonati għandhom jiġu avżati mhux anqas minn xahar qabel l-introduzzjoni ta’ dawn il-modifiki u fl-istess żmien għandhom jingħataw informazzjoni dwar id-dritt tagħhom li joħorġu mill-kuntratt, mingħajr ma jeħlu penali, jekk jagħżlu li ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda.

Artikolu 21

Trasparenza u pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu konnessjoni għal network ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew is-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe imposta minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kundizzjonijiet standard, fir-rigward ta’ l-aċċess għas-servizzi tagħhom u l-użu ta’ dawn is-servizzi pprovduti lill-utenti finali u lill-konsumaturi f’konformità mal-Anness II . Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-forma li fija din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta’ informazzjoni komparabbli biex l-utenti finali u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta’ użu alternattivi, permezz ta’ gwidi interattivi jew teknika simili. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma stess jew permezz ta’ partijiet terzi, jagħmlu disponibbli dawn il-gwidi jew metodi tekniċi bla ħlas jew bi prezz raġonevoli . Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bil-għan li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli dawn il-gwidi interattivi jew metodi tekniċi simili.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu konnessjoni ma’ network ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex fost affarijiet oħra:

a)

ifornu informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli lill-abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kundizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi pprovduta qabel il-konnessjoni tat-telefonata;

b)

jinfurmaw lill-abbonati b’mod regolari dwar kwalunkwe nuqqas ta’ aċċess affidabbli għal servizzi ta’ emerġenza jew informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata fis-servizz li jkunu abbonaw għalih;

c)

jinfurmaw lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fir-restrizzjonijiet imposti mill-impriza fuq il-possibilità tagħhom li jkollhom aċċess għal kontenut legali, li jużawh jew iqassmuh jew li jużaw applikazzjonijiet u servizzi legali tal-għażla tagħhom;

d)

jinfurmaw lill-abbonati dwar id-dritt tagħhom li jinkludu d-data personali tagħhom f’direttorju, u dwar it-tip ta’ data kkonċernata; u

e)

jinfurmaw b’mod regolari lill-abbonati b’diżabbiltà dwar il-prodotti u s-servizzi attwali mmirati lejhom.

Jekk ikun meqjus xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jimponu kwalunkwe obbligu.

4 .    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 3 biex iqassmu informazzjoni ta’ interess pubbliku lill-abbonati eżistenti u lill-dawk ġodda fejn ikun xieraq. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti f’format standard u għandha, fost affarijiet oħrajn, tkopri dawn is-suġġetti:

a)

l-użu l-aktar komuni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew biex jitqassam kontenut ta’ ħsara, b’mod partikolari fejn dan jaf ikun ta’ ħsara fir-rigward tad-drittijiet u l-libertà tal-oħrajn, inkluż il-ksur ta’ tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet marbuta, u l-konsegwenzi ta’ dawn l-użijiet; u

b)

mezzi ta’ protezzjoni kontra r-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika.

Spejjeż żejda sinifikanti magħmula minn impriża sabiex tikkonforma ma’ dawn l-obbligi għandhom jiġu rrimborsati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.’;

(16)

L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jkunu ħadu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, ikunu jistgħu jobbigaw lill-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komparabbli, xierqa u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom, u dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà. L-informazzjoni għandha wkoll, meta tintalab, tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi ppubblikata.

2.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw, inter alia, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, u l-kontenut, i-forma u l-mod tal-informazzjoni li għandha tiġi ppublikata, inkluża l-possibilità ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali, inklużi l-utenti b’diżabbiltà, jkollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli biex tintuża. Fejn xieraq, jistgħu jintużaw il-parametri, it-tifsiriet u l-metodu tal-kejl mogħtija fl-Anness III ;

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.    Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tippubblika linji gwida li jistipulaw rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizz u jekk ikun xieraq, tista’ tieħu miżuri oħra sabiex tħares kontra d-degradazzjoni tas-servizz u r-rallentar tat-traffiku fuq in-networks, u sabiex ikun żgurat li l-kapaċità tal-utenti li jkollhom aċċess għal jew iqassmu kontenut jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom ma tkunx ristretta mingħajr bżonn. Dawn il-linji gwida jew miżuri għandhom iqisu b’mod xieraq kwalunkwe standard ippubblikat skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun eżaminat dawn il-linji gwida jew miżuri u wara li tkun ikkonsultat il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni, tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi f’dan ir-rigward jekk tikkunsidra li l-linji gwida jew il-miżuri jistgħu joħolqu xkiel għas-suq intern. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▐ ;”

(17)

L-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aktar disponibbiltà kompleta possibbli tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli ▐ fl-eventwalità ta’ ħsara katastrofika fin-network jew f’każi ta’ force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta’ emerġenza minn kwalunkwe post fit-territorju tal-UE.’;

(18)

L-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

Servizzi ta’ informazzjoni ralatata mad-direttorju;

b)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha ta’ networks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi jkollhom id-dritt li l-informazzjoni dwarhom tkun disponibbli għal min jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni relatata mad-direttorju u direttorji b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2;

(c)

Il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b’li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta’ informazzjoni ralatata mad-direttorju u li l-operaturi li jikkontrollaw l-aċċess għal dawn is-servizzi jipprovduh b’kundizzjonijiet li jkunu ġusti, jirriflettu l-ispejjeż, oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti.

4.    L-Istati Membri m’għandhom iżommu l-ebda restrizzjoni regolatorja li ma tħallix li utenti finali fi Stat Membru jkollhom aċċess dirett għas-servizz ta’ informazzjoni relatata mad-direttorju fi Stat Membru ieħor permezz ta’ sejħa vokali jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkun hemm aċċess ta’ dan it-tip skont l-Artikolu 28.

5.   Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom japplikaw suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.”

(19)

L-Artikoli 26, u 27 għandhom jinbidlu b’li ġej:

“Artikolu 26

Servizzi ta’ emerġenza u n-numru uniku Ewropew għal sejħiet ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’żieda ma’ kull numri oħra nazzjonali għal sejħiet ta’ emerġenza speċifikati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefowns pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw kwalunkwe mezz ta’ ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru 112

2.   L-Istati Membri , f’koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mas-servizzi tal-emerġenza u mal-fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li joriġina sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali permezz ta’ numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess affidabbli għas-servizzi ta’ emerġenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ emerġenza jkunu kapaċi jirreaġixxu b’mod xieraq u jittrattaw b’mod adegwat is-sejħiet kollha fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” ▐ bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati bi prontezza u effikaċja almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltà ▐ jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, li jkun ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-utenti finali l-oħra . Il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-miżuri mittieħda għandhom jinkludu l-assigurazzjoni ta’ konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post mnejn tkun qed issir is-sejħa tkun disponibbli mingħajr ħlas, hekk kif is-sejħa ta’ emerġenza tasal għand l-awtorità li tieħu ħsieb l-emerġenza. Dan għandu japplika wkoll għas-sejħiet kollha fuq in-numru uniku “112”.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra l-informazzjoni dwar in-numri nazzjonali tagħhom, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza “112”, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. ▐

7.   Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tas-servizzi ta’ “112” fl-Istati Membri, ▐ il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BERT , tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi.

Dawk il-miżuri imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▐

Artikolu 27

Prefiss telefoniku Ewropej ta’ aċċess

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prefiss “00” hu l-prefiss standard ta’ aċċess għan-network telefoniku internazzjonali. Jistgħu jintgħamlu jew jitkomplew arranġamenti speċjali biex isiru sejħiet bejn lokalitajiet transkonfinali qrib xulxin bejn Stati Membri. L-utenti finali fil-lokalitajiet ikkonċernati għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa dwar arranġamenti bħal dawn.

2.   Dawk l-Istati Membri li ġew assenjati l-prefiss internazzjonali “3883” mill-ITU għandhom jagħtu lill-organizzazzjoni mwaqqfa mil-liġi Komunitarja u maħtura mill-Kummissjoni abbażi ta’ proċedura ta’ għażla trasparenti u nondiskriminatorja, jew lill-BERT, ir-responsabbiltà esklussiva tal-ġestjoni , inklużi l-assenjazzjoni tan-numru u l-promozzjoni tal-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) ▐.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jiġġestjonaw is-sejħiet kollha lil u mingħand l-ispazju Ewropew tan-numerazzjoni telefonika, b’rati li ma jaqbżux l-ogħla rata li japplikaw għas-sejħiet lil u minn Stati Membri oħra;”

20)

għandu jiddaħhal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 27a

Numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali, inkluża l-linja diretta għat-tfal irrapurtati nieqsa

1.     L-Istati Membri għandhom jippromwovu n-numri speċifiċi fil-firxa tan-numru li jibdew bil-’116’ identifikati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta’ numri nazzjonali li jibdew bil-’116’ għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (21). Huma għandhom jinkoraggixxu fit-territorju tagħhom, il-forniment tas-servizzi li għalihom dawn in-numri ġew riservati.

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi pprovduti fil-firxa ta’ numri li jibdew bil-’116’. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi bħal dawn huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-miżuri mittieħda jistgħu jinkludu l-assigurazzjoni ta’ konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu ta’ servizzi pprovduti fil-firxa ta’ numri li jibdew bil-’116’, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li huma mmirati speċifikament lejn il-persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

4.     Barra mill-miżuri ta’ applikabilità ġenerali għan-numri kollha fil-firxa ta’ numri li jibdew bil-“116”, li ttieħdu skond il-paragrafi 1,2 u 3, l-Istati Membri, għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini għal servizz li jopera linja diretta biex jiġu rrappurtati każi ta’ tfal nieqsa. Il-linja diretta għandha tkun disponibbli fuq in-numru 116000.

5.     Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-firxa ta’ numri li jibdew bil-“116”, b’mod partikolari tal-linja diretta għar-rappurtar ta’ tfal nieqsa fl-Istati Membri, inkluż l-aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà meta dawn ikunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-BERT, tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2).

(21)

L-Artikolu 28 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Aċċess għal numri u servizzi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li , fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, u bl-eċċezzjoni ta’ meta l-abbonat jagħżel li jillimita l-aċċess, minħabba raġunijiet kummerċjali, billi jagħmel sejħiet lil partijiet li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiggarantixxu li:

a)

l-utenti finali jkun jista’ jkollhom aċċess għan-numri kollha pprovduti fil-Komunità , indipendentement mit-teknoloġiji u t-tagħmir użati mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani nazzjonali ta’ numerazzjoni tal-Istati Membri, dawk mill-ETNS u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali ; u

b)

is-servizzi ta’ konnessjoni huma pprovduti għal telefowns bit-test, telefowns bil-vidjo u prodotti li jgħinu sabiex l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jikkomunikaw, tal-inqas fir-rigward ta’ sejħiet ta’ emerġenza.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimblukkaw fuq bażi każ b’każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew użu ħażin , u biex jiżguraw li f’tali każijiet, inklużi dawk fejn ikun hemm investigazzjoni għaddejja, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jżommu d-dħul relevanti mill-interkonnessjoni jew minn servizz ieħor .

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess effikaċi għan-numri u s-servizzi fil-Komunità, il-Kummissjoni tista’, ▐ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi. Dawk il-miżuri , imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▐

Kull miżura implimentattiva teknika ta’ dan it-tip tiġi eżaminata perjodikament biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

3.     L-Istati Membri għanhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu fil-qagħda li jeżiġu li l-impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoni pubbliċi jipprovdu informazzjoni rigward l-immaniġġjar tan-networks tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni fuq l-aċċess tal-utent finali għal servizzi, kontenut jew applikazzjonijiet jew fuq l-użu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw każijiet fejn l-impriżi jkunu imponew limitazzjonijiet fuq l-aċċess tal-utenti finali għal servizzi, kontenut u applikazzjonijiet.;

(22)

L-Artikolu 29 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġu sostitwit b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi kollha li joperaw servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli u/jew networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, biex jagħmlu disponibbli lill-utenti finali l-faċilitajiet ulterjuri elenkati fl-Anness 1, Parti B, bla ħsara għall-fattibbiltà u l-vijabbiltà ekonomika.”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Bla ħsara għall-Artikolu 10(2), l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligi fl-Anness 1, Parti A, il-punt (e), li jikkonċerna l-iskonnettjar bħala ħtieġa ġenerali fuq l-impriżi kollha li jipprovdu aċċess għal networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.”

(23)

L-Artikolu 30 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Iffaċilitar ta’ bdil minn fornitur għal ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru jew in-numri tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skond id-dispożizzjonijiet tal-Anness 1, parti C.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar għall-interkonnessjoni relatata mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru tkun orjentata lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti, jekk ikun hemm, li l-abbonati jiġu mitluba jħallsu, ma’ jservux ta’ diżinċentiv għall-użu ta’ dawn il-faċilitajiet.

3.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m’għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabbiltà tan-numri b’mod li tiġi mfixkla l-kompetizzjoni, bħal, pereżempju, billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

4.   Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli, mhux aktar tard minn jum ta’ xogħol minn meta tkun saret it-talba inizjali mill-abbonat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dan il-perjodu ta’ jum wieħed u jieħdu miżuri xierqa fejn meħtieġ biex jiżguraw li l-abbonati ma’ jiġux attivati kontra l-volontà tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu sanzjonijiet xierqa fuq il-fornituri, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-klijenti, fil-każ ta’ dewmien fil-portabbiltà jew f’każ ta’ abbuż waqt li ssir il-portabbiltà minnhom jew f’isimhom.

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul tal-kuntratti konklużi bejn l-utenti u l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ma jkunx ta’ aktar minn 24 xahar. Għandhom jiżguraw ukoll li l-impriżi joffru lill-utenti l-possibilità li jabbonaw għal kuntratt b’tul ta’ żmien massimu ta’ 12-il xahar għat-tipi kollha ta’ servizzi u ta’ tagħmir terminali.

6.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▐ l-proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratti ma jservux ta’ diżinċentiv għall-bdil ta’ fornituri ta’ servizzi;

(24)

L-Artikolu 31(1), għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jimponu “obbliġi ta’ ridiffużjoni” raġonevoli għat-trażmissjoni ta’ ▐ servizzi speċifikati tar-radju u tal-media awdjoviżiva u servizzi komplementari, b’mod partikolari s-servizzi ta’ aċċessibbiltà, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoniji elettronika użati għad-distribuzzjoni ta’ servizzi tar-radju jew tal-media awdjoviżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali ta’ dawn in-networks jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi tar-radju u tal-media awdjoviżiva . Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu għanijiet ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar u speċifiku minn kull Stat Membru ▐ u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu eżaminati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn sena wara [il-limitu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-att li jemenda], ħlief meta l-Istat Membru jkun implimenta dan l-eżaminar fis-sentejn preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-“obbligi ta’ ridiffużjoni” fuq bażi regolari .”

(25)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej :

Artikolu 31a

Garanzija ta’ aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti b’diżabbiltà

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jimponu rekwiżiti xierqa fuq l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex ikun żgurat li l-utenti finali b’diżabbilità:

a)

ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza tal-utenti finali; u

b)

jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-għażla ta’ impriżi u servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali.’;

(26)

L-Artikolu 32a li ġej għandu jiddaħħal :

Artikolu 32a

Aċċess għall-kontenut, servizzi u applikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-utenti li jkollhom aċċess għall-kontenut, għas-servizzi u għall-applikazzjonijiet, jekk tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa, għandhom jiġi implimentati permezz ta’ miżuri xierqa, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, l-effettività u dissważività. Dawk il-miżuri m’għandux ikollhom l-effett li jxekklu l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, skont id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (22), u m’għandhomx jiġu f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, inklużi d-dritt għall-privatezza u dritt għall-proċess ġust.

(27)

L-Artikolu 33 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1, għandu jiġi emendat kif ġej:

i)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw sakemm ikun xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu kont tal-fehmiet tal-utenti finali, tal-konsumaturi, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoniji elettronika dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-utenti finali u tal-konsumaturi kollha li jikkonċernaw servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, b’mod partikolari fejn ikun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.;

ii)

għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joħolqu mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni biex jiġi garantit li fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati u meqjusa b’mod xieraq il-kwistjonijiet relatati mal-utenti finali, inklużi b’mod partikolari, l-utenti finali b’diżabbiltà .’;”

b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2a.     Bla ħsara għar-regoli nazzjonali u f’konformità mal-liġi Komunitarja li tippromwovi l-objettivi tal-politika għall-kultura u l-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media, l-awtoritajiet regolatroji nazzjonali u l-awtoritajiet relevanti l-oħra għandhom, sa fejn ikun xieraq, jippromwovu koperazzjoni bejn l-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u s-setturi interessati fil-promozzjoni ta’ kontenut legali f’networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll koordinazzjoni tal-informazzjoni ta’ interss pubbliku li trid tkun disponibbli skont l-Artikolu 21(4) u l-Artikolu 20(1).;

c)

għandu jiżdied l-paragrafu li ġej:

“ ▐

3.   Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE u b’mod partikolari tar-rekwiżiti fir-rigward tad-diżabbiltà skond l-Artikolu 3(3)(f) tagħha, u sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali b’diżabbiltà, il-Kummissjoni tista’ ▐ tieħu l-miżuri implimentattivi tekniċi xierqa, ▐ wara li tkun saret konsultazzjoni pubblika u wara li tkun saret konsultazzjoni mal-BERT. Dawk il-miżuri , imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▐”

(28)

L-Artikolu 34(1) għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet indipendenti jipprovdu proċeduri barra mill-qrati trasparenti, sempliċi u mhux għaljin ikunu disponibbli għall-ittrattar ta’ tilwim bejn il-konsumaturi u l-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ▐ li jkun dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali u/jew il-prestazzjoni ta’ kuntratti li jikkonċernaw il-forniment ta’ dawn in-networks u servizzi. ▐ Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwim ikollu riżolviment ġust u ta’ malajr u għandhom iqisu r-rekwiżiti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-entitajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qrati tat-tilwim tal-konsumaturi (23). L-Istati Membri jistgħu, fejn ġustifikat, jadottaw sistema ta’ rimbors u/jew kumpens. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru tilwim li jinvolvu utenti finali oħra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli biex jittrattaw dan it-tilwim , li jistgħu jkunu punti uniċi ta’ kuntatt, jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet għal għanijiet statistiċi.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu proċeduri barra mill-qrati li jkunu affidabbli, b’attenzjoni speċifika għall-interazzjoni bejn il-komunikazzjonijiet awdjoviżivi u elettroniċi.

(29)

L-Artikolu 35 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Adozzjoni ta’ annessi

Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id0Direttiva u meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi I, II, III, u VI għall-iżviluppi teknoloġiċi u għall-bidliet fid-domanda tas-suq għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2).”

30)

L-Artikolu 36 (2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-obbligi imposti fuq l-impriżi nnominati bħala li għandhom obbligi ta’ servizz universali. Kwalunkwe tibdil li jeffettwa l-obbligi imposti fuq l-impriżi jew tal-impriżi effettwati taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.”

(31)

L-Artikolu 37 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 37

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▐”

(32)

L-Annessi I, II u III għandhom jiġu sostitwiti bl-Annessi I, II u III ta’ din id-Direttiva.

(33)

Fl-Anness VI, il-punt 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

1.     Proċess komuni ta’ kodifikazzjoni (common scrambling algorithm) u riċezzjoni bla ħlas

It-tagħmir kollu tal-konsumaturi maħsub għar-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni diġitali konvenzjonali (jiġifieri xandir permezz ta’ trażmissjoni terrestri, bil-kejbil jew bis-satellita li primarjament ikun maħsub għal riċezzjoni fissa, bħalma huma d-DVB-T, id-DVB-C jew id-DVB-S), għall-bejgħ jew għall-kiri jew b’xi mod ieħor imqegħdin għad-dispożizzjoni fil-Komunità, li jkun kapaċi jiddekodifika s-sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkun jista’:

jippermetti d-dekodifikazzjoni ta’ dawn is-sinjali skond sistema ta’ kodifikazzjoni Ewropea kif amministrat minn organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ standards Ewropej, li attwalment hija l-ETSI;

juri sinjali li ġew trażmessi bla kodifikazzjoni sakemm, fil-każ li dan it-tagħmir jinkera, il-kerrej ikun konformi mal-ftehim ta’ kiri relevanti.’;

(34)

L-Anness VII għandu jitħassar.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/58/KE

(id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)

Id-Direttiva 2002/58/KE (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1.     Din id-Direttiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ ħarsien ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment ħieles ta’ din id-data u tat-tagħmir u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

2.     Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Barra minn hekk, dawn jipprevedu l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-abbonati li jkunu persuni naturali jew legali.

(2)

L-Artikolu 2(e) għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“e)

telefonata” tfisser konnessjoni stabbilita permezz ta’ servizz telefoniku pubblikament disponibbli li jippermetti komunikazzjoni li taħdem f’żewġ direzzjonijiet;”

(3)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Servizzi kkonċernati

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f’networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u networks privati pubblikament aċċessibli fil-Komunità, inklużi n-networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u n-networks privati pubblikament aċċessibbli li jsostnu l-ġbir tad-data u l-apparat ta’ identifikazzjoni.”

(4)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“Sigurtà ta’ pproċessar”

b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

1bis.     Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika (24), dawn il-miżuri għandhom jikludu:

miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment u biex id-data personali maħżuna jew trażmessa tkun protetta minn qerda aċċidentali jew illegali, telf jew alterazzjoni aċċidentali u minn ħażna, ipproċessar, aċċess jew żvelar mingħajr awtorizzazzjoni;

miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex in-network u s-servizzi jiġu protetti minn użu aċċidentali, illeġittimu jew mhux awtorizzat, jew interferenza jew tfixkil tal-funzjonament jew tad-disponibbilità tagħhom;

politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali;

proċess għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ vulnerabilitjiet raġonevolment prevedibbli fis-sistemi miżmuma mill-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, li għandu jinkludi monitoraġġ regolari għal ksur tas-sigurtà; u

proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra kwalunkwe vulnerabilità misjuba fil-proċess deskritt taħt ir-raba’ inċiż, u proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra inċidenti ta’ sigurtà li jistgħu jwasslu għal ksur ta’ sigurtà.

1b.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika u joħorġu rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattiki u indikaturi tar-rendiment fir-rigward tal-livell ta’ sigurtà li għandhom jiksbu dawn il-miżuri.

(c)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi ▐ li ġejjin:

“3.   F’każ ta’ ksur ta’ sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, il-kxif ta’ jew l-aċċess għal data personali mingħajr awtorizzazzjoni, imxandra, maħżuna jew ipproċessata xort’oħra f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli fil-Komunità, il-fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli , kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internet u tipprovdi servizzi lill-konsumaturi, u li hija l-kontrollur tad-data u l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika , għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lill-awtorità kompetenti skont il-liġi individwali tal-Istat Membru dwar dan il-ksur. In-notifika lill- awtorità kompetenti għandha għall-inqas tiddeskrivi n-natura tal-ksur u tirrakkomanda miżuri biex jitnaqqsu l-effetti negattivi li jistgħu jinqalgħu. In-notifika lill-aworità kompetenti għandha, barra minn dan, tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-miżuri meħuda mill-fornitur biex jittratta l-ksur.

Il-fornitur ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, u kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internet u tipprovdi servizzi lill-konsumaturi, li tkun il-kontrollur tad-data u l-fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika, għandhom jinnotifikaw lill-utenti tagħhom minn qabel sabiex jevitaw il-periklu imminenti u dirett għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi.

In-notifika ta’ ksur ta’ sigurtà lil abbonat jew individwu ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-fornitur ikun wera lill-awtorità kompetenti li huwa implimenta miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi xierqa, u li dawk il-miżuri kienu applikati għad-data kkonċernata mill-ksur tas-sigurtà. Miżuri ta’ protezzjoni teknoloġiċi bħal dawn għandhom irendu d-data mhux intelliġibbli għal kwalunkwe persuna li mhix awtorizzata li taċċessa d-data.

4.     L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra u tiddetermina l-gravità tal-ksur. Jekk il-ksur jitqies bħala wieħed serju, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-fornitur tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli u lill-fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika biex jagħtu notifika adegwata mingħajr dewmien bla bżonn lill-persuni affettwati mill-ksur. In-notifika għandha tinkludi l-elementi deskritti fil-paragrafu 3.

In-notifika ta’ ksur serju tista’ tiġi posposta f’każijiet fejn in-notifika tista’ xxekkel il-progress ta’ investigazzjoni kriminali relatata mal-ksur serju.

Il-fornituri għandhom jinnotifikaw kull sena lill-utenti affettwati dwar il-ksur kollu relatat mas-sigurtà li jkunu wasslu għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat jew l-aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew b’xi mod ieħor ipproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli fil-Komunità.

L-Awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw ukoll jekk il-kumpaniji jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom tan-notifika skont dan l-Artikolu u fil-każ li dan ma jkunx sar, huma għandhom jimponu sanzjonijiet adegwati, inkluża l-pubblikazzjoni, jekk dan ikun xieraq.

5.     Is-serjetà ta’ ksur li jirrikjedi notifika lill-abbonati għandha tkun iddeterminata skont iċ-ċirkustanzi tal-ksur, bħar-riskju għad-data personali li tkun ġiet affettwata mill-ksur, it-tip ta’ data li tkun ġiet affettwata mill-ksur, l-għadd ta’ abbonati involuti, u l-impatt immedjat jew potenzjali tal-ksur fuq il-forniment tas-servizzi.

6.   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 , il-Kummissjoni għandha , wara li tikkonsulta mal -Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mal-partijiet interessati relevanti u l-ENISA, tirrakkomanda l-miżuri implimentattivi tekniċi li jikkonċernaw inter alia l-miżuri imniżżla fil-paragrafu 1a u ċ-ċirkustanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tal-informazzjoni u n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex tkun infurmata dwar l-aħjar metodi tekniċi u ekonomiċi disponibbli sabiex titjieb l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (3).”

(5)

Fl-Artikolu 5(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħżin tal-informazzjoni, jew il-ksib tal-aċċess għall-informazzjoni diġà maħżuna, fit-tagħmir terminali ta’ abbonat jew utent , jew b’mod dirett jew b’mod indirett permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ mezz ta’ ħażna, ikun ipprojbit sakemm l-abbonat jew l-utent ikkonċernat ma jkunx ta l-kunsens tiegħu/tagħha minn qabel, filwaqt li wieħed jittieħed kont tal-fatt li l-issettjar tal-browser jikkostitwixxi kunsens minn qabel, u dan jingħata informazzjoni ċara u komprensiva skond id-Direttiva 95/46/KE, dwar inter alia l-għanijiet tal-ipproċessar mill-kontrollur tad-data. Dan ma jimpedixxi l-ebda ħżin jew aċċess tekniku għall-għan esklużiv ta’ implimentazzjoni ▐ tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni fuq network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew kif strettament meħtieġ biex jiġi pprovdut servizz ta’ soċjetà tal-informazzjoni espliċitament mitlub mill-abbonat jew l-utent.”

(6)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

3.     Għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew sabiex jingħataw serviżżi ta’ valur miżjud, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jista’ jipproċessa d-data li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 fil-limiti u għat-tul meħtieġa għal serviżżi jew għal kummerċjalizzazzjoni ta’ dan it-tip, sakemm l-abbonat jew l-utent lil min tikkonċerna d-data jkun ta l-kunsens tiegħu minn qabel. L-utenti jew l-abbonati għandhom jingħataw il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ data dwar it-traffiku f’kull ħin.;

b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

7.     Mingħajr ħsara għall-konformità mad-dispożizzjonijiet li mhumiex l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva, traffiku ta’ data jista’ jkun ipproċessat għall-interess leġittimu tal-kontrollur tad-data għall-iskop ta’ implimentar ta’ miżuri tekniċi li jiżguraw is-sigurtà tan-network u tal-informazzjoni, kif definit mill-Artikolu 4 (c) tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea ta’ Sigurtà tan-Network u tal-Informazzjoni (25), servizz ta’ komunikazzjoni pubbliku elettroniku, network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliku jew privat, servizz ta’ soċjetà ta’ informazzjoni jew apparat ta’ komunikazzjoni elettroniku u terminali relatat, minbarra fejn interess bħal dan jiġi maqbuż minn dawk tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. Tali proċessar għandu jkun ristrett għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet ta’ dan it-tip ta’ attività ta’ sigurtà.

(7)

L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1.’   “ 1. L-użu ta’ sistemi ta’ sejħiet u ta’ komunikazzjoni awtomatizzati, mingħajr l-intervent uman (magni tas-sejħiet awtomatiċi), magni tal-facsimile (fax jew posta elettronika (inklużi servizzi ta’ messaġġi qosra (SMS) u servizzi ta’ messaġġi multimedjali (MMS)) għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jista’ jiġi permess biss fir-rigward ta’ abbonati li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.’;

b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

4.     Fi kwalunkwe każ, il-prattika li tintbagħat posta elettronika għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, li jiddissimula jew jaħbi l-identità tal-mittent li f’ismu tkun saret il-komunikazzjoni, jew bi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jew li jkollha links għal siti li jkollhom skop malizzjuż jew qarrieqi, jew mingħajr indirizz validu li min jirċeviha jista’ jindirizza talba biex dawn il-komunikazzjonijiet jiefqu, għandha tiġi pprojbita.;

c)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“6.   Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih tista’ ssir dispożizzjoni, inter alia skond l-Artikolu 15a(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull individwu jew persuna legali li għandhom interess leġittimu biex jiġġieldu kontra l-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva , inkluż fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jħares l-interessi kummerċjali leġittimi jew l-interessi tal-klijenti tiegħu, jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra dan il-ksur quddiem il-qrati.”

(8)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

3.     Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b’tali mod li jkun kompatibbli mad-dritt tal-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-data personali tagħhom, skont id-Direttiva1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjonijiet  (26) . Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ newtralità tat-teknoloġija.

(9)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

“Artikolu 14a

Proċdura tal-Kumitat

1.   Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas) għandu jgħin lill-Kummissjoni.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tiġi kkunsidrata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 8 tiegħu.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.”

10)

fl-Artikolu 15, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

’1b.     Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli u l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data, bla dewmien żejjed, dwar it-talbiet kollha għall-aċċess tad-data personali tal-utenti li jkunu waslu skont il-paragrafu 1, inklużi l-ġustifikazzjoni legali mogħtija u l-proċedura legali użata għal kull talba; l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data kkonċernata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ġudizzjarji xierqa dwar dawk il-każijiet fejn hija tqis li kien hemm nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.’;

(11)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

Implimentazzjoni u infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali , inklużi s-sanzjonijiet penali fejn ikun xieraq, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom.

2.   Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju li jista’ jkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tordna l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż il-possibbiltà li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilvanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

4.   Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u toħloq kundizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta’ servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-data, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi, wara li tikkonsulta lill-ENISA, lill-Grupp ta’ Ħidma Artikolu 29 u lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (3).”

(12)

L-Artikolu 18 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Reviżjoni

Sa … (27), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta’ Ħidma Artikolu 29 u mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq il-konsumaturi, partikolarment rigward id-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati, notifiki ta’ ksur u l-użu ta’ data personali minn terzi persuni, pubbliċi jew privati, għal skopijiet mhux koperti minn din id-Direttiva, filwaqt li jitqies l-ambjent internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mingħand l-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta’ dak ir-rapport, kwalunkwe bidla fis-settur, it-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (28), b’mod partikolari l-kompetenzi ġodda fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe proposta oħra li tista’ tqis neċessarja għat-titjib tal-effettività ta’ din id-Direttiva.

Mhux iktar tard minn sentejn … (28), u wara li tikkonsulta lill-ENISA, lill-Grupp ta’ Ħidma Artikolu 29 u partijiet oħra interessati, inklużi rappreżentanti tal-industrija, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport ibbażat fuq studju dettaljat b’rakkomandazzjonijiet dwar użi standard ta’ indirizzi IP u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ePrivacy u tad-Direttiva dwar id-Data Personali, rigward il-ġbir u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom,

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ║, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“17.

Rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi, id-Direttiva 2002/58/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika: Artikolu 13 (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).”

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa [ …] ║ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikawhom minn [ …].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi [ …] jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.

(2)   ĠU C 257, 9.10.2008, p. 51.

(3)   ĠU C 181, 18.7.2008, p. 1.

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(8)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(9)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(10)   ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(11)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(12)  ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21.

(13)   ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.

(14)   ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(15)   ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

(16)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(17)   ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

(18)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(19)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(20)   ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1.

(21)   ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.

(22)   ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.;

(23)   ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

(24)   ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

(25)   ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.’;

(26)   ĠU L 36, 7.2.1987, p. 31.

(27)   Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(28)   ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I

DESKRIZZJONI TA' FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 (KONTROLL TAL-INFIQ) , L-ARTIKOLU 29 (FAĊILITAJIET ULTERJURI) U L-ARTIKOLU 30 (IL-FAĊILITAZZJONI TAL-BIDLA TAL-FORNITUR)

Taqsima A

Il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 10:

(a)

Kontijiet dettaljati

L-Istati Mambri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta' kontijiet dettaljati li jridu jinħarġu minn impriżi nnominati (kif stabbilit fl-Artikolu 8) lill-utenti finali mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

i)

jivverifikaw u jiċċekkjaw il-ħlasijiet għall-użu ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet f'post fiss u/jew li jkunu relatati ma' servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli, u

ii)

jissorveljaw b'mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b'hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta' kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-abbonati livelli ulterjuri ta' dettall għal ħlas ta' tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-abbonat li jagħmel is-sejħa, inklużi s-sejħiet lil linji ta' għajnuna, ma jridux ikunu identifikati fil-kont dettaljat tal-abbonat li jagħmel is-sejħa.

(b)

Imblukkar selettiv ta' sejħiet 'il barra (outgoing calls), mingħajr ħlas

jiġifieri l-faċilità li permezz tagħha l-abbonat jista', wara li jitlob lil impriża nnominata biex tipprovdi servizzi telefoniċi, jimblokka, mingħajr ma jħallas, sejħiet 'il barra jew xorta oħra ta' komunikazzjoni ta' tipi definiti jew lejn tipi definiti ta' numri.

(ċ)

Sistemi ta' ħlas minn qabel

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jipprovdu mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għal network ta' komunikazzjonijiet pubbliċi u għall-użu ta' servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli fuq bażi ta' termini ta' ħlas minn qabel.

(d)

Pagament bin-nifs tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jippermettu li l-konsumaturi jkunu jistgħu jħallsu għall-konnessjoni ma' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet fuq bażi ta' pagamenti bin-nifs għal tul ta' żmien.

(e)

Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru l-kontijiet li ma jitħallsux lil operaturi nnominati skond l-Artikolu 8. Dawn il-miżuri jridu jiżguraw li għandha tingħata twissija xierqa minn qabel lill-abbonat ikkonċernat dwar interruzzjoni jew qtugħ tas-servizz b'konsegwenza ta' kont li ma jitħallasx. Ħlief f'każi ta' frodi, ħlas tard b'mod persistenti, jew ħlas li ma jsir qatt, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw , sa fejn ikun teknikament fattibbli, li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi restritta għas-servizz ikkonċernat. networknetworkIl-qtugħ tas-servizz b'konsegwenza ta' kontijiet li ma jitħallsux għandu jseħħ biss wara li tkun ingħatat twissija xierqa lill-abbonat. L-Istati Membri jistgħu jippermettu perjodu ta' forniment ta' servizz limitat qabel ma jitwettaq qtugħ komplet, li matulu huma permessi biss servizzi li ma jiswewx flus lill-abbonat (pereżempju, is-sejħiet fuq in-numru “112”). L-aċċess għas-servizz ta' emerġenza permezz tal-“112” jista' jiġi imblukkat f'każ ta' użu ħażin u persistenti mill-utent.

(f)

Kontroll tal-ispiża

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrikjedu lill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex joffru mezzi għall-abbonati sabiex jikkontrollaw l-ispejjeż tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, inklużi avviżi b'xejn lill-konsumaturi fil-każ ta' tendenzi ta' konsum mhux normali.

(g)

L-aħjar parir

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrikjedu lill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex darba fis-sena jirrakkomandaw lill-konsumaturi l-aħjar pakkett ta' tariffi disponibbli tagħhom, fuq il-bażi tat-tendenzi ta' konsum tal-konsumatur tul is-sena ta' qabel.

Taqsima B

Lista ta' faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 29:

(a)

Iddijaljar bit-ton jew DTMF (operazzjoni b'ton doppju multi-frekwenza)

jiġifieri n-network pubbliku ta' tat-telefon isostni l-użu ta' toni DTMF kif definit fl-ETSI ETR 207 għall-issinjalar minn tarf sa tarf man-network kollu kemm fi Stat Membru partikolari kif ukoll bejn Stat Membru u ieħor.

(b)

Identifikazzjoni tal-linja ta' mnejn dieħla t-telefonata

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skond il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE.

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom ijfornu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta tal-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta' ddajaljar minn naħa għall-oħra tal-konfini tal-Istati Membri.

(c)

Servizzi fil-każ ta' serq

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit numru tat-telefon bla ħlas li jkun komuni għall-fornituri kollha tas-servizz ta' telefonija bil-mobile sabiex issir rapport dwar serq ta' terminal u biex jiġu sospiżi immedjatament is-servizzi assoċjati mal-abbonament. L-aċċess għal dan is-servizz għandu jkun possibbli wkoll għal utenti b'diżabbilta?. L-utenti għandhom jiġu infurmati regolarment dwar l-eżistenza ta' dan in-numru, li għandu jkun faċli biex wieħed jiftakru.

(d)

Softwer ta' protezzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma kapaċi jirrikjedu mill-operaturi li jagħmlu disponibbli u b'xejn għall-abbonati tagħhom softwer ta' protezzjoni affidabbli, faċli tużah u bi protezzjoni libera u li tista' tkun konfigurata kompletament u/jew ta' filterazzjoni sabiex ikun ikkontrollat l-aċċess minn tfal jew persuni vulnerabbli għal kontenut li ma jgħoddx għalihom. Kwalunkwe data dwar il-monitoraġġ tat-traffiku li dan is-softwer jista' jiġbor huwa għall-użu tal-abbonat biss.

Taqsima Ċ

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 30

Ir-rekwiżit li l-abbonati kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta' numerifikazzjoni, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

a)

fil-każ ta' numri ġeografiċi, f'post speċifiku; kif ukoll

b)

fil-każ ta' numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-portabbiltà ta' numri bejn networks li jipprovdu servizzi f'post iffissat u mobile networks.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKOND L-ARTIKOLU 21 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI)

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f'dan l-Anness tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 21. Hi r-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità regolatorja nazzjonali nnifisha, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. ▐

1.   Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impriża/i

jiġifieri l-ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċċju prinċipali tal-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli.

2.   Deskrizzjoni tas-servizzi offruti

2.1.

Ambitu tas-servizzi offruti

2.2.

Tariffi standard, li jindikaw is-servizz ipprovdut u l-kontenut ta' kull element tat-tariffa (pereżempju, ħlasijiet għall-aċċess, it-tipi kollha ta' ħlasijiet għall-użu, ħlasijiet għall-manutenzjoni), Għandhom jiġu inklużi wkoll dettalji dwar roħs standard applikat, skemi ta' tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal .

2.3.

Politika ta' kumpens/refużjoni, inklużi dettalji speċifiċi dwar kwalunkwe skemi ta' kumpens/refużjoni li jkunu qed jiġu offruti.

2.4.

Tipi ta' servizz ta' manutenzjoni li jkun qed jiġi offrut.

2.5.

Kundizzjonijiet ta' kuntratt standard, inklużi kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, terminazzjoni ta' kuntratt, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

3.   Mekkaniżmi ta' riżolviment ta' tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

4.   Informazzjoni dwar drittijiet fir-rigward ta' servizz universali, inklużi, meta jkun xieraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS III

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

TUL TA' ŻMIEN GĦALL-FORNIMENT U PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ, TIFSIRIET U METODI TA' KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 11 U 22

Għal impriża nominata biex tipprovdi aċċess għal network pubbliku ta' komunikazzjonijiet

PARAMETRU (1)

TIFSIRA

METODU TA' KEJL

Tul ta' żmien għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta' ħsara għal kull linja ta' aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għal impriża nominata biex tipprovdi servizz telefoniku pubblikament disponibbli

Ħin biex tiġi stabbilita sejħa (2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin biex tingħata risposta b'servizzi tal-operejter

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin biex tingħata risposta b'servizzi ta' konsultazzjojni tad-direttorju

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon tat-telefowns pubbliċi bi ħlas bil-muniti jew bil-kard li jkunu jaħdmu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar żbalji fil-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta' sejħiet li ma jirnexxux (2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

In-numru tal-verżjoni tal-ETSI EG 202 057 hu 1.1.1 (April 2000)


(1)  Il-parametri għandhom iħallu lok għall-analiżi tal-prestazzjoni fuq livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-livell 2 fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) stabbilita mill-Eurostat).

(2)  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li tinżamm informazzjoni aġġornata dwar il-prestazzjoni għal dawn iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f'dawn iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.


14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/393


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 *

P6_TA(2008)0453

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007 — C6-0326/2007 — 2006/0263(CNS))

2010/C 8 E/48

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2007),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 133, 175 u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0326/2007),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0313/2008),

1.

Japprova proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Iżomm id-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif ġie konferit mit-Trattat;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l parlamenti tal-Istati Membri u lis-segretarjat tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali (ITTO) bil-pożizzjoni tal-Parlament.

TEST PROPOST MILL-KUNSILL

EMENDI MILL-PARLAMENT

Emenda 1

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 133 u 175 tiegħu, moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 133 u 175 tiegħu, moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Emenda 2

Premessa 4

(4)

L-għanijiet tal-Ftehim il-ġdid huma konsistenti kemm mal-politika kummerċjali komuni kif ukoll mal-politika ambjentali.

(4)

L-għanijiet tal-Ftehim il-ġdid għandhom ikunu konsistenti kemm mal-politika kummerċjali komuni kif ukoll mal-politika ambjentali u ta' żvilupp .

Emenda 3

Premessa 7a (ġdida)

 

(7a)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'analiżi tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Injam Tropikali 2006 u tal-miżuri li jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-kummerċ fuq il-foresti tropikali, inklużi ftehimiet bilaterali ffinalizzati skont il-programm tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, Tmexxija u Kummerċ (FLEGT). L-Artikolu 33 tal-Ftehim Internazzjonali tal-Injam Tropikali 2006 jipprovdi għal evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ħames snin wara d-ħul fis-seħħ tiegħu. Fid-dawl ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq reviżjoni tal-funzjonament tal-ITTA lill-Parlament u lill-Kunsill sa tmiem l-2010.

Emenda 4

Premessa 7b (ġdida)

 

(7b)

Meta tkun qed tabbozza l-mandat għan-negozjar tar-reviżjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Injam Tropikali 2006, il-Kummissjoni għandha tipproponi li t-test attwali jiġi rivedut, filwaqt li l-protezzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tropikali u r-restawrazzjoni ta' zoni forestali li kienu ġew iddegradati jitpoġġew fil-qalba tal-ftehima u tiġi enfasizzata l-importanza tal-politika tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni fil-pajjiżi affettwati mill-problema tad-deforestazzjoni, sabiex tiżdied il-kuxjenza pubblika dwar il-konsegwenzi negattivi tal-isfruttar abbużiv tar-riżorsi tal-injam. Il-kummerċ tal-injam tropikali għandu jitħeġġeġ biss jekk dan ikun kompatibbli ma' dawn l-għanijiet.

Emenda 5

Premessa 7c (ġdida)

 

(7c)

B'mod partikolari, dan il-mandat għal reviżjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Injam Tropikali 2006, għandu jipproponi mekkaniżmu ta' votazzjoni għall-Kunsill Internazzjonali tal-Injam Tropikali li jippremja b'mod ċar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti tropikali.

Emenda 6

Premessa 7d (ġdida)

 

(7d)

Il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Ottubru 2008 għandha:

(a)

tipproponi proposta leġiżlattiva komprensiva li tipprevjeni t-tqegħid fis-suq ta' injam u prodotti tal-injam li ġejjin minn sorsi illegali jew distruttivi;

(b)

tippreżenta Komunikazzjoni li tiddetermina l-involviment u l-appoġġ tal-UE għall-mekkaniżmi ta' fondi globali preżenti u futuri għal-promozzjoni tal-ħarsien tal-foresti mid-deforestazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Protokoll UNFCCC/Kyoto. Il-Komunikazzjoni għandha tiġbor il-punti prinċipali li għandhom x'jaqsmu mal-impenn tal-UE biex tipprovdi fondi li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iħarsu l-foresti tagħhom, tiffinanzja netwerk għal zoni mħarsa u tippromwovi alternattivi ekonomiċi għall-qerda tal-foresti. B'mod partikolari, sabiex tiżgura benefiċċji reali għall-klima, il-bijodiversità u n-nies, għandha tiġbor il-punti prinċipali dwar il-prinċipji u l-kriterji minimi li dawn l-għodda għandhom jaderixxu magħhom. Għandha tidentifika wkoll azzjonijiet u zoni prijoritarji li għandhom jirċievu finanzjament immedjat taħt dawn il-mekkaniżmi ta' inċentiv.


Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/396


Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008
It-taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assikurazzjoni *

P6_TA(2008)0457

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assikurazzjoni (COM(2007)0747 — C6-0473/2007 — 2007/0267(CNS))

2010/C 8 E/49

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0747),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0473/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0344/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 1

(1)

L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħti kontribut importanti għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi, imma tista' taqdi l-irwol tagħha biss f'kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas li jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tat-trattament tat-taxxa tal-valur miżjud (VAT) fuq il-prodotti finanzjarji u l-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom.

(1)

L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħti kontribut importanti għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi, imma tista' taqdi l-irwol tagħha biss f'kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas li jipprovdi ċerti kundizzjonijiet newtrali fir-rigward tat-trattament tat-taxxa tal-valur miżjud (VAT) fuq il-prodotti finanzjarji kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom.

Emenda 2

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 2

(2)

Ir-regoli eżistenti dwar l-eżenzjonijiet tal-VAT fuq is-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud huma skaduti u wasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni diskrepanti. Il-kumplessità tar-regoli u l-varjazzjonijiet fil-pattiċi amministrattivi toħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa. Din l-inċertezza wasslet għal tilwim konsiderevoli u żiedet il-piż amminstrattiv. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi ċċarat liema servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma eżenti u b'hekk tinħoloq aktar ċertezza legali u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet.

(2)

Ir-regoli eżistenti dwar l-eżenzjonijiet tal-VAT fuq is-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud huma skaduti u wasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni diskrepanti. Il-kumplessità tar-regoli u l-varjazzjonijiet fil-prattiki amministrattivi toħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa u tonqos milli tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fl-UE . Din l-inċertezza wasslet għal tilwim konsiderevoli u żiedet il-piż amminstrattiv. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi ċċarat liema servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma eżenti u b'hekk tinħoloq ċertezza legali akbar u l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fl-UE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet.

Emenda 3

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 5

(5)

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni jeħtieġu forom simili ta' intermedjazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li l-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u l-intermedjazzjoni fis-servizzi finanzjarji jiġu ttrattati bl-istess mod.

(5)

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni jeħtieġu forom simili ta' intermedjazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u l-intermedjazzjoni fis-servizzi finanzjarji jiġu ttrattati bl-istess mod, inkluża l-intermedjazzjoni permezz ta' aġent li ma jkollux la rabta kuntrattwali u lanqas kuntatt dirett ma' kwalunkwe parti fi tranżazzjoni tal-assigurazzjoni jew fi tranżazzjoni finanzjarja li jkun ikkontribwixxa għall-konklużjoni tagħha l-aġent. F'każijiet bħal dawn l-eżenzjoni tat-taxxa għandha tkopri b'mod uniformi l-attivitajiet kollha li huma tipiċi għal aġent tas-servizzi ta' assigurazzjoni jew tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-attivitajiet kollha preparatorji u sussegwenti għall-konklużjoni ta' kuntratt.

Emenda 4

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a)

Huwa xieraq li attivitajiet li jikkostitwixxu l-ġestjoni ta' fondi ta' investiment ikomplu jkunu koperti mill-eżenzjoni jekk ikunu mwettqa minn operaturi ekonomiċi li jkunu parti terza.

Emenda 5

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 7

(7)

Fornituri tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma dejjem aktar kapaċi jallokaw l-input tal-VAT fuq spejjeż li għamlu fuq il-bejgħ li għandu jiġi ntaxxat. Fejn is-servizzi li jfornu huma bbażati fuq tariffi, huma jistgħu faċilment jistabbilixxu l-ammont taxxabbli għal dawn is-servizzi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-possibbiltà tal-għażla tat-tassazzjoni għal tali operaturi.

(7)

Fornituri tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma dejjem aktar kapaċi jallokaw l-input tal-VAT fuq spejjeż li għamlu fuq il-bejgħ li għandu jiġi ntaxxat. Fejn is-servizzi li jfornu huma bbażati fuq tariffi, huma jistgħu faċilment jistabbilixxu l-ammont taxxabbli għal dawn is-servizzi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-possibbiltà tal-għażla tat-tassazzjoni għal tali operaturi, filwaqt li jiġi evitat kull tħassib dwar il-possibilità ta' tassazzjoni doppja li jista' jinħoloq bil-koordinazzjoni ta' talitassazzjoni ma' taxxi nazzjonali fuq l-assigurazzjoni u fuq is-servizzi finanzjarji.

Emenda 6

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Premessa 8a (ġdida)

 

(8a)

Fl-adozzjoni ta' miżuri skond id-Direttiva 2006/112/KE li tirregola d-dritt tal-għażla għat-tassazzjoni, il-Kunsill għandu jiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' tali regoli fis-suq intern. Fl-istennija tal-adozzjoni ta' dawn ir-regoli mill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tal-għażla. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżuri dwar dan sitt xhur qabel l-adozzjoni tagħhom. Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-miżuri u għandha tressaq rakkomandazzjoni.

Emenda 7

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1 — punt a

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135 — paragrafu 1 — punt a

(a)

assigurazzjoni u rijassigurazzjoni;

(a)

l-assigurazzjoni, inkluża r-riassigurazzjoni;

Emenda 8

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1 — punt a

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135 — paragrafu 1 — punt d

(d)

skambju tal-valuta u proviżjon ta' kontanti;

(d)

skambju tal-valuta, provvista ta' kontanti u tranżazzjonijiet bi klejms għal kontanti;

Emenda 9

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1 — punt a

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135 — paragrafu 1 — punt e

(e)

forniment ta' sigurtajiet;

(e)

tranżazzjonijiet li jirrigwardjaw il–kummerċ f'sigurtajiet

Emenda 10

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1 — punt a

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135 — paragrafu 1 — punt g a (ġdid)

 

(ga)

derivattivi ta' kull tip;

Emenda 11

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1 — punt b

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135 — paragrafu 1a

1a.   L-eżenzjoni prevista fil- punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-provvista ta' kwalunkwe element inkluż f'servizz tal-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat.

1a.   L-eżenzjoni prevista fil- punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-provvista ta' kwalunkwe element inkluż f'servizz tal-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat.

Emenda 12

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 1

(1)

“assigurazzjoni u rijassigurazzjoni ” tfisser impenn li bih persuna tkun obbligata, bi ħlas, li tipprovdi lil persuna oħra , fl-avveniment li jimmaterjalizza riskju, b'indennizz jew benefiċċju kif determinat mill-impenn;

(1)

“assigurazzjoni” tfisser impenn li bih persuna waħda jew aktar ikunu obbligati, bi ħlas, li jipprovdu lil persuna oħra jew aktar , fil-każ li jimmaterjalizza riskju, indennizz jew benefiċċju kif determinat mill-impenn;

Emenda 13

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 8 — parti introduttorja

(8)

forniment ta' sigurtajiet” tfisser il- forniment ta' strumenti negozjabbli apparti strument li jistabbilitxxi titolu fuq l-oġġetti jew fuq drittijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), li jirrappreżenta l-valur finanzjarju u jirrifletti kwalunkwe wieħed jew aktar minn dan li ġej:

(8)

tranżazzjonijiet li jirrigwardjaw il-kummerċ f' sigurtajiet” tfisser il-bejgħ ta' strumenti negozjabbli apparti strument li jistabbilixxi titolu fuq l-oġġetti jew fuq drittijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), li jirrappreżenta l-valur finanzjarju u jirrifletti kwalunkwe wieħed jew aktar minn dan li ġej:

Emenda 14

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 8 — punt c

(c)

unità tas-sjieda f'impriżi ta' investiment kollettiv fis-siġurtajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b), fi strumenti finanzjarji oħra eżentati msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 135(1) jew f'impriżi oħra ta' investiment kollettiv ;

(c)

unità tas-sjieda f'fondi ta' investiment, kif definiti fil-punt 10, jew f'impriżi ta' investiment kollettiv f'impriżi oħra ta' investiment kollettiv;

Emenda 15

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 8 — punt c a (ġdid)

 

(ca)

titolu fuq derivattivi finanzjarji, u dawk relatati mal-kreditu, u mal-“commodities”, mħallsa bi flus kontanti u l-għażliet relatati;

Emenda 16

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 9

(9)

“intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni” tfisser il-forniment ta' servizzi mogħtija lil u mħallsa minn parti kontraenti bħala att distint ta' medjazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jew tal-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 135(1), minn parti terza intermedja ;

(9)

“intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni” tfisser il-forniment dirett jew indirett ta' servizzi mogħtija bħala att distint ta' medjazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jew tal-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 135(1), minn partijiet terzi intermedjarji, sakemm l-ebda intermedjarju ma jkun xi kontraparti f'dawk it-tranżazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew dawk finanzjarji ;

Emenda 17

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 10

(10)

“fondi ta' investiment” tfisser impriżi ta' investiment kollettiv fl-istrumenti finanzjarji eżentati msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 135(1) u fis-settur tan-negozju tal-proprjetà ;

(10)

“fondi ta' investiment” tfisser mezzi ta' investiment kostitwiti b'mod speċjali, maħluqa bil-għan waħdieni li jinġabar l-attiv mill-investituri u li dak l-attiv jiġi nvestit f'ġabra diversifikata ta' attivi inklużi fondi ta' pensjonijiet u mezzi użati biex ikunu implimentati u mwettqa skemi kollettivi ta' pensjonijiet;

Emenda 18

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 135a — punt 11

(11)

“ġestjoni ta' fondi ta' investiment” tfisser attivitajiet immirati għat-twettiq tal-miri tal-investiment tal-fondi ta' investiment ikkonċernati.

(11)

“ġestjoni ta' fondi ta' investiment” tfisser attivitajiet immirati għat-twettiq tal-objettivi ta' investiment tal-fond ta' investiment ikkonċernat u għandha tinkludi għall-anqas il-ġestjoni strateġika u tattika tal-assi u l-allokazzjoni tal-attiv, inklużi s-servizzi ta' konsulenza kif ukoll il-ġestjoni tal-valuta u tar-riskju.

Emenda 19

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137 — paragrafu 1 — punt a

(3)

Fl-Artikolu 137(1), jitħassar il-punt (a).

imħassar

Emenda 20

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137a — paragrafu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jippermettu persuni taxxabbli d-dritt tal-alternattiva tat-tassazzjoni fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 135(1).

1.   Mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jippermettu li persuni taxxabbli, skont kull każ individwali, ikollhom id-dritt ta' alternattiva tat-tassazzjoni fir-rigward ta' wieħed mis-servizzi msemmija fil- punti (a) sa (ga) tal-Artikolu 135(1), meta dak is-servizz huwa pprovdut lil persuna oħra stabbilita fl-istess Stat Membru jew x'imkien ieħor fil-Komunità.

Emenda 21

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137a — paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tad-dritt tal-għażla skont il-paragrafu 1 sa ... (1). Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva rigward regoli ddettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' dak id-dritt tal-għażla u kwalunkwe emenda oħra ta' din id-Direttiva f'dan ir-rigward.

Emenda 22

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137a — paragrafu 2

2.   Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 397. Sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' għażla skont il-paragrafu 1.

2.   Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 397. Sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu jżommu kif inhuma r-regoli dettaljati eżistenti li jirregolaw l-eżerċizzju tal-għażla skont il-paragrafu 1.

Emenda 23

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137b — punt 1

(1)

il-grupp innifsu u l-membri kollha tiegħu jkunu stabbiliti jew residenti tal-Komunità;

(1)

il-grupp innifsu jkun stabbilit fil-Komunità;

Emenda 24

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137b — punt 3

(3)

il-membri tal-grupp jkunu qed ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l- Artikolu 135(1)(a) sa (g) jew servizzi oħra u li fir-rigward tagħhom ma jkunu persuni taxxabbli.

(3)

il-membri tal-grupp ikunu qed ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l- Artikolu 135(1)(a) sa (ga) jew servizzi oħra u li fir-rigward tagħhom ma jkunu x persuni taxxabbli.

Emenda 25

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137b — punt 4

(4)

is-servizzi jkunu fornuti mill-grupp biss lill-membri tiegħu u jkunu neċessarji biex jippermettu lill-membri biex ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l- Artikolu 135(1)(a) sa (g);

(4)

is-servizzi li jkunu fornuti mill-grupp ikunu neċessarji biex jippermettu lill-membri li jfornu servizzi li jkunu eżenti skont l- Artikolu 135(1)(a) sa (ga);

Emenda 26

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 137b — punt 5

(5)

il-grupp jitlob lill-membri tiegħu r-rimbors eżatt biss tas-sehem tagħhom mill-ispejjeż konġunti, eskluż kwalunkwe aġġustament tat-trasferiment tal-prezzijiet imwettaq għall-finijiet ta' taxxa diretta.

(5)

il-grupp jitlob mill-membri tiegħu r-rimborż eżatt biss tas-sehem tagħhom mill-ispejjeż konġunti ; aġġustamenti tat-trasferiment tal-prezzijiet imwettqa għall-finijiet ta' taxxa diretta m'għandhomx jaffettwaw l-eżenzjoni tal-grupp mit-taxxa fuq il-fatturat .

Emenda 27

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — paragrafu 4 a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 169 — punt c

 

(4a)

Fl-Artikolu 169, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

(c)

tranżazzjonijiet li huma eżenti skont il-punti (a) sa (ga) tal-Artikolu 135(1), fejn il-klijent huwa stabbilit barra mill-Komunità jew fejn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu relatati b'mod dirett ma' oġġetti li jkunu se jiġu esportati barra mill-Komunità.

Emenda 28

Proposta għal direttiva — att li jemenda

Artikolu 2 — paragrafu 1 — subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009 l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva filwaqt li jiżguraw li l-konsumaturi aħħarija jibbenefikaw mir-ristrutturar tal-ftehim attwali tal-VAT. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.


(1)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva …/…/KE.