|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.319.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2009/C 319/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/1 |
Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
iffirmata f'Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007
RAPPORT TA’ SPJEGAZZJONI
mill-Professur Fausto Pocar
(Detentur tal-Presidenza tad-Dritt Internazzjonali fl-Università ta’ Milan)
2009/C 319/01
KAPITOLU I
KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
1. Osservazzjonijiet preliminari u storja tar-reviżjoni
|
1. |
Il-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, iffirmata mill-partijiet kontraenti f'Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007 (“il-Konvenzjoni ta’ Lugano” jew “il-Konvenzjoni”), hija konkluża bejn il-Komunità Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka (1), ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera. Hija tissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali tas-16 ta’ Settembru 1988 (“il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988” jew “il-Konvenzjoni tal-1988”), li kienet konkluża bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u ċerti Stati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) (2). Il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 kienet “konvenzjoni parallela” għall-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (“il-konvenzjoni ta’ Brussell”), li kienet konkluża bejn is-sitt Stati Membri oriġinali tal-Komunità Ewropea b'applikazzjoni tal-Artikolu 220 (issa 293) tat-Trattat KE, u kienet emendata diversi drabi minn dak iż-żmien sabiex testendi l-applikazzjoni tagħha għall-Istati l-ġodda li aderew mal-Komunità (3). Wara l-1988, diversi Stati li kienu partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Lugano aderew mal-Komunità Ewropea, u saru partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, sabiex issa huma qed jipparteċipaw fil-Konvenzjoni ta’ Lugano f'kapaċità differenti (4). Fl-1997, meta bdiet il-ħidma ta’ reviżjoni tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, il-partijiet kontraenti kienu l-ħmistax-il Stat li kienu membri tal-Komunità Ewropea f'dak iż-żmien u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera. |
|
2. |
Fl-1997, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea beda reviżjoni simultanja tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988, bl-għan li ż-żewġ Konvenzjonijiet ikunu armonizzati kompletament u jkunu inkorporati t-tibdiliet sabiex jiġu solvuti ċerti problemi li tfaċċaw matul l-interpretazzjoni tal-Konvenzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja. Inħasset il-ħtieġa li ż-żewġ Konvenzjonijiet għandhom ikunu riveduti flimkien sabiex, fost affarijiet oħra, jinżammu aġġornati mal-iżviluppi fil-ħajja internazzjonali u fit-teknoloġija, partikolarment fir-rigward tal-kummerċ elettroniku; titħaffef l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, ħtieġa li aktar tard ġiet issottolinjata mill-Artikolu 65 tat-Trattat ta’ Amsterdam tat-2 ta’ Ottubru 1997 (5), li ma kienx għadu fis-seħħ meta bdiet il-ħidma; jiġu ssimplifikati aspetti ta’ ġurisdizzjoni u koordinazzjoni bejn il-ġurisdizzjonijiet; jiġu kkjarifikati punti li ma kinux preċiżi jew li kienu nstabu problematiċi mal-applikazzjoni; u, fl-aħħar nett, sabiex ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet jiġu adattati għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm sussegwentement tali adattament mhux dejjem intwera li kien meħtieġ. |
|
3. |
Matul laqgħa fl-4 u l-5 ta’ Diċembru 1997, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa grupp ta’ ħidma ad hoc ta’ esperti, kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA li kienu partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Lugano (l-Isvizzera, in-Norveġja u l-Islanda); il-grupp ta’ ħidma kellu jeżamina emendi għall-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u ta’ Lugano li jkunu proposti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni Ewropea, b'kont meħud tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u ċerti deċiżjonijiet magħmula mill-qrati nazzjonali msemmija fil-Protokoll 2 għall-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988, bl-għan li jitfassal abbozz ta’ konvenzjoni li jtejjeb it-testi attwali u jarmonizzahom. It-termini ta’ referenza tal-grupp ta’ ħidma indikaw il-prijoritajiet li għandhom ikunu segwiti, jiġifieri l-eżami tal-aspetti prattiċi taż-żewġ Konvenzjonijiet, il-modernizzazzjoni ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet, il-korrezzjoni ta’ ċerti aspetti tekniċi, l-allinjament mal-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980, u fl-aħħar nett ċerti aspetti speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Lugano li kienu rregolati b'mod differenti fil-Konvenzjoni ta’ Brussell; proposti oħra għal reviżjoni setgħu jiġu kkunsidrati ladarba l-artikoli li ngħataw prijorità kienu ġew eżaminati. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc, li t-termini ta’ referenza tiegħu kienu stabbiliti fl-Artikolu 220 tat-Trattat KE, mexxa ħidmietu abbażi ta’ proposti mressqin mill-Kummissjoni u dokumenti ta’ ħidma ppreżentati lilu mill-Kunsill u mid-delegazzjonijiet tal-Istati, bil-konsiderazzjoni sħiħa tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-opinjonijiet espressi f'duttrina legali u minn assoċjazzjonijiet akkademiċi (6). Il-grupp ta’ ħidma kellu disa' laqgħat fi Brussell; il-laqgħat kienu ppreseduti mid-delegat Finlandiż Gustaf Möller, bid-delegata Svizzera Monique Jametti Greiner bħala deputat president, waqt li d-delegat Taljan Fausto Pocar kien ir-relatur. Il-Kummissjoni Ewropea kienet assoċjata kompletament mal-proċedimenti tal-grupp ta’ ħidma (7). Fl-aħħar laqgħa, li saret bejn id-19 u t-23 ta’ April 1999, il-grupp ta’ ħidma laħaq qbil ġenerali dwar it-test rivedut għaż-żewġ Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano (8). |
|
4. |
Madankollu, fl-1 ta’ Mejju 1999 daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Amsterdam; dan ta setgħat ġodda lill-Komunità Ewropea fir-rigward tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, u impedixxa li l-abbozz propost mill-grupp ta’ ħidma ad hoc isir verżjoni ġdida tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u, b'mod parallel, ta’ Konvenzjoni ta’ Lugano ġdida. L-abbozz kien “iffriżat” mill-Kunsill fit-12 ta’ Mejju 1999, fl-istennija tal-preżentazzjoni mill-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 61 tat-Trattat KE, ta’ abbozz ta’ att tal-Komunità li jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell fil-qafas Komunitarju. F'laqgħa fis-27 u t-28 ta’ Mejju 1999, il-Kunsill ta l-approvazzjoni tiegħu fil-prinċipju għall-qbil milħuq mill-grupp ta’ ħidma ad hoc. |
|
5. |
Fl-14 ta’ Lulju 1999, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill proposta għal regolament tal-Komunità li huwa ġeneralment ibbażat fuq it-test imfassal mill-grupp ta’ ħidma ad hoc, bl-aġġustamenti li saru meħtieġa minħabba l-forma legali l-ġdida li kien se jieħu l-istrument, u b'dispożizzjonijiet ġodda rigward il-konsumaturi (9). Din il-proposta kienet eżaminata mill-kumitat tal-Kunsill għad-dritt ċivili. Fit-22 ta’ Diċembru 2000, il-Kunsill approva l-proposta bħala r-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (“ir-Regolament Brussell I”) (10). Ir-Regolament, sussegwentement emendat sabiex jinkludi l-Istati l-ġodda li ngħaqdu mal-Komunità Ewropea, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2002, u ssostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Komunità, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, li taħt l-Artikolu 69 tat-Trattat KE ma tipparteċipax f'atti adottati abbażi tat-Titolu IV. Fid-19 ta’ Ottubru 2005, fi Brussell, il-Komunità ffirmat Ftehim mad-Danimarka li jipprevedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell I u l-emendi sussegwenti tagħhom għar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u d-Danimarka (11). |
|
6. |
Is-setgħat il-ġodda konferiti fuq il-Komunità Ewropea mit-Trattat ta’ Amsterdam qajmu l-kwistjoni jekk il-Konvenzjoni ta’ Lugano l-ġdida għandhiex tkun innegozjata u konkluża mill-Komunità biss jew mill-Komunità flimkien mal-Istati Membri. Fil-25 ta’ Marzu 2002, il-Kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-adozzjoni ta’ konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, bejn il-Komunità u d-Danimarka, minn naħa waħda, u l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Polonja (li kienet għadha ma aderietx għall-Komunità), min-naħa l-oħra, sabiex tiġi sostitwita l-Konvenzjoni ta’ Lugano tas-16 ta’ Settembru 1988 (12). Waqt laqgħa fl-14 u l-15 ta’ Ottubru 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati għall-adozzjoni ta’ Konvenzjoni ta’ Lugano ġdida, iżda ħalla miftuħa l-kwistjoni jekk il-konklużjoni tal-konvenzjoni l-ġdida taqax fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità, jew fil-kompetenza kondiviża tal-Komunità u l-Istati Membri. Marbutin mad-deċiżjoni tal-Kunsill kien hemm id-direttivi tan-negozjar u dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kunsill ma kella l-ebda implikazzjonijiet legali għall-kwistjoni tar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Komunità u l-Istati Membri. Dwar dik il-kwistjoni, il-Kunsill qabel li jitlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'konformità mal-Artikolu 300(6) tat-Trattat KE. |
|
7. |
Fis-7 ta’ Marzu 2003, il-Kunsill, waqt li ddeskriva li l-iskop tal-ftehim prospettiv huwa sabiex jallinja kemm jista' jkun id-dispożizzjonijiet sostantivi tal-ftehim il-ġdid ma’ dawk tar-Regolament Brussell I, ippreżenta talba għal opinjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja u fformula l-mistoqsija li ġejja: “Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ġdida ta’ Lugano dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, kif prospettata fil-punti 8 sa 12 ta’ dan l-att, hija kollha kemm hi ta’ kompetenza esklużiva tal-Komunità jew ta’ kompetenza maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri?” Fis-7 ta’ Frar 2006, il-Qorti sħiħa tat l-opinjoni tagħha kif ġej: “Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ġdida ta’ Lugano dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, kif prospettata fil-punti 8 sa 12 tat-talba għal opinjoni, riprodotti fil-punt 26 tal-preżenti opinjoni, taqa' kompletament fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità Ewropea” (13). |
|
8. |
Wara li l-Qorti tat l-opinjoni tagħha, saret konferenza diplomatika f'Lugano mill-10 sat-12 ta’ Ottubru 2006 sabiex tiġi ffinalizzata l-Konvenzjoni ta’ Lugano l-ġdida, bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti mill-Komunità Ewropea, id-Danimarka, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera, u diversi istituzzjonijiet Komunitarji u Stati Membri li kienu preżenti bħala osservaturi. Il-laqgħa kienet ippreseduta mid-delegata Svizzera Monique Jametti Greiner, b'Fausto Pocar bħala relatur; hija kkunsidrat id-dispożizzjonijiet kollha li kienu diverġenti mit-test li fuqu l-grupp ta’ ħidma ad hoc kien laħaq qbil fl-1999 – li dwar ħafna minnhom kienu diġà saru negozjati informali fil-Kumitat Permanenti stabbilit taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll 2 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 – u formalment adottat it-test ta’ Konvenzjoni ġdida. Iżda ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil dwar il-punti kollha taħt diskussjoni, u kien meħtieġ aktar negozjar, u wara dan it-test tal-Konvenzjoni l-ġdida kien inizjalat fi Brussell fit-28 ta’ Marzu 2007, u ffirmat mill-partijiet kontraenti f'Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007. |
2. Natura u skop ta’ dan ir-rapport ta’ spjegazzjoni
|
9. |
Fid-direttivi ta’ negozjar li approva fil-laqgħa tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Ottubru 2002, li awtorizzaw lill-Kummissjoni tibda negozjati għall-adozzjoni ta’ Konvenzjoni ta’ Lugano ġdida, il-Kunsill speċifika li għandu jitfassal rapport ta’ spjegazzjoni fuq il-Konvenzjoni riveduta, kif kien sar għall-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988. Għalhekk, ir-rapport ta’ spjegazzjoni preżenti jkompli mir-rapport li akkumpanja l-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 (ir-“rapport Jenard-Möller”) (14). Vantaġġ ta’ tali rapport ta’ spjegazzjoni huwa li, fis-sistema tal-Konvenzjoni, li hija differenti mis-sistema li jifforma parti minnha r-Regolament Brussell I, m'hemm l-ebda Qorti tal-Ġustizzja li ssolvi l-inċertezzi ta’ interpretazzjoni li jistgħu jitqajmu f'każijiet quddiem il-qrati nazzjonali. Għalhekk tinħass ix-xewqa li l-qrati għandhom ikunu pprovduti b'punt ta’ referenza li jiċċara t-tifsira tal-Konvenzjoni u jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi, mhux anqas minħabba l-possibbiltà li fil-futur jistgħu jaderixxu pajjiżi oħra għall-Konvenzjoni. |
|
10. |
Rigward il-kontenut, id-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill indikaw li l-rapport kellu jkopri l-materji kollha previsti mill-Konvenzjoni u mill-protokolli assoċjati tagħha. Matul in-negozjati, id-delegazzjonijiet speċifikaw li r-rapport ta’ spjegazzjoni għandu jikkumenta fuq id-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni, u għandu jagħti rendikont tal-mod kif in-negozjati għamlu progress fir-realtà u tal-ġurisprudenza li qed tikber tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet paralleli tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament ta’ Brussell I. I. Kif ġie spjegat, il-Konvenzjoni ta’ Lugano l-ġdida hija parti minn proċess twil u kumpless ta’ żvilupp li ilu għaddej diversi għexieren ta’ snin, li beda mal-Konvenzjoni ta’ Brussell konkluża fl-1968 bejn is-sitt Stati Membri oriġinali tal-Komunità Ewropea u baqa' jagħmel progress f'sensiela ta’ atti sussegwenti, li wieħed minnhom huwa l-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988. It-test tal-Konvenzjoni jirrifletti dan l-iżvilupp, u ħafna mid-dispożizzjonijiet tagħha jirriproduċu klawsoli li diġà dehru fi strumenti preċedenti, xi drabi mingħajr tibdil jew b'emendi li huma biss formali. Kull wieħed minn dawn l-istrumenti, bl-eċċezzjoni tar-Regolament Brussell I, huwa akkumpanjat minn rapport ta’ spjegazzjoni li jikkummenta fuq id-dispożizzjonijiet individwali. Meta dispożizzjoni mhijiex ġdida, jew meta l-emendi magħmula huma biss formali jew ta’ natura lingwistika, ikun biżżejjed biss li wieħed jirreferi lura għar-rapporti ta’ spjegazzjoni ta’ qabel. Għalhekk, ir-rapport preżenti spiss jirreferi, mingħajr ma jirrepeti dak li jkun intqal hemmhekk, għar-rapporti dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 (ir-“rapport Jenard”) (15), il-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni tal-1978 (ir-“rapport Schlosser”) (16), il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1982 (ir-“rapport Evrigenis-Kerameus”) (17), il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1989 (ir-“rapport Almeida Cruz-Desantes Real-Jenard”) (18), u r-rapport Jenard-Möller, diġà msemmi, li akkumpanja l-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988. Ma hemm l-ebda rapport ta’ din l-għamla mehmuż mar-Regolament Brussell I, iżda spjegazzjoni ċara tad-dispożizzjonijiet tiegħu kultant tista' tinstab fil-premessi introduttorji, li għalhekk ser issir referenza għalihom meta dan ikun meħtieġ. |
|
11. |
Ir-rapport ta’ spjegazzjoni preżenti jrid jikkunsidra d-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Lugano fid-dawl tal-preċedenti ġudizzjarji mhux biss rigward il-Konvenzjoni preċedenti, iżda wkoll ir-Regolament Brussell I, li l-kontenut tiegħu huwa sostanzjalment identiku; iżda għandu jkun ikkunsidrat li r-rapport jikkonċerna biss il-Konvenzjoni ta’ Lugano, u bl-ebda mod ma jirrifletti l-pożizzjoni tal-Istati jew tal-Komunità fir-rigward tar-Regolament Brussell I. In-nuqqas ta’ rapport ta’ spjegazzjoni dwar ir-Regolament Brussell I ma jfissirx li dan ir-rapport għandu l-intenzjoni li jimla l-vojt preżunt. Fi kliem ieħor, ir-rapport preżenti m'għandux l-intenzjoni joffri kjarifiki tar-Regolament, jew jagħti indikazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni tiegħu jew l-applikazzjoni tar-regoli li jistabbilixxi: l-uniku skop tiegħu huwa li jispjega r-regoli tal-Konvenzjoni ta’ Lugano kif jinsabu wara r-reviżjoni. |
KAPITOLU II
STRUTTURA U AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI TAL-KONVENZJONI
1. Struttura
|
12. |
Il-preambolu jiddikjara li l-għan tal-Konvenzjoni huwa li jsaħħaħ, fit-territorji tal-partijiet kontraenti, il-protezzjoni legali ta’ persuni stabbiliti fihom, u għal dan il-għan li jiddetermina l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati, jiffaċilita r-rikonoxximent tas-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u t-transazzjonijiet bil-qorti, u l-introduzzjoni ta’ proċedura b'ħeffa għall-iżgurar tal-eżekuzzjoni tagħhom. B'dan l-objettiv, waqt li tikkunsidra l-iżvilupp tar-regoli internazzjonali u Komunitarji kif deskritt hawn fuq, il-Konvenzjoni trid testendi għall-partijiet kontraenti l-prinċipji tar-Regolament Brussell I, u tirriproduċi b'mod sostanzjali d-dispożizzjonijiet tiegħu. Il-parallelliżmu mar-Regolament Brussell I huwa msemmi għal darb'oħra fl-introduzzjoni għall-Protokoll 2 għall-Konvenzjoni, li tenfasizza r-rabta sostanzjali li teżisti bejn iż-żewġ atti, minkejja l-fatt li huma jibqgħu distinti minn xulxin. Konsegwentement, l-istruttura tal-Konvenzjoni hija bbażata fuq il-prinċipji tar-Regolament li, min-naħa tagħhom huma dawk li ffurmaw il-bażi tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Għaldaqstant, din il-Konvenzjoni hija konvenzjoni doppja li tirregola, fil-qasam tal-applikazzjoni tagħha, il-ġurisdizzjoni diretta tal-qrati fl-Istati li huma marbutin mill-Konvenzjoni, il-koordinazzjoni bejn il-qrati f'każ ta’ ġurisdizzjoni li tikkompeti, il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tas-sentenzi, u proċedura ssimplifikata għall-eżekuzzjoni tagħhom. Fuq kull wieħed minn dawn il-punti, it-test tal-Konvenzjoni l-ġdida jitbiegħed minn tal-Konvenzjoni tal-1988, jew minħabba li ġiet allinjata fuq ir-Regolament Brussell I, jew minħabba li saret dispożizzjoni speċifika sabiex ikunu kkunsidrati żviluppi sussegwenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew biex tkun irregolata r-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u r-Regolament. |
|
13. |
Fost il-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Konvenzjoni, għandha tinġibed l-attenzjoni lejn il-prinċipju li r-regoli li tistabbilixxi dwar il-ġurisdizzjoni huma komprensivi, li jfisser li s-sistema tal-Konvenzjoni tinkludi wkoll ir-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni billi jirreferu kwistjoni lil-liġi nazzjonali tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni, kif jiġri, b'xi eċċezzjonijiet, fil-każ fejn konvenut huwa domiċiljat f'pajjiż barra mill-Konvenzjoni. Fl-Opinjoni 1/03, diġà ċitata, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tal-opinjoni li l-klawsola li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati nazzjonali fl-Artikolu 4 tar-Regolament Brussell I kienet eżerċizzju tas-setgħat tal-Komunità, aktar milli rikonoxximent li l-Istati Membri kellhom setgħat li rrestrinġew l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fir-Regolament. Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni huma komprensivi, u l-fatt li konvenut huwa domiċiljat fi Stat jew barra minn Stat marbut mill-Konvenzjoni mhuwiex kriterju li jiddelimita l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni f'termini ta’ ġurisdizzjoni (ara wkoll il-paragrafu 37 hawn taħt). |
2. Ambitu materjali (Artikolu 1(1) u (2))
|
14. |
L-ambitu materjali tal-Konvenzjoni ma nbidel fl-ebda mod fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988, u l-formulazzjoni l-ġdida hija identika għal dik tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u tar-Regolament Brussell I. Fl-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha, bħat-testi preċedenti, il-Konvenzjoni l-ġdida hija ristretta għal proċedimenti u sentenzi rigward ir-relazzjonijiet legali internazzjonali, inklużi relazzjonijiet li jinvolvu mhux żewġ Stati Kontraenti, iżda Stat Kontraenti u Stat mhux kontraenti (19); hija tapplika awtomatikament, tkunx invokata mill-partijiet jew le; u hija tapplika biss f'materji ċivili u kummerċjali, irrispettivament min-natura tal-qorti. Il-Konvenzjoni ma tikkonċernax materji ta’ dħul, dwana jew amministrattivi, iżda tista' tapplika għal disputi bejn awtoritajiet amministrattivi pubbliċi u individwi, sakemm l-awtoritajiet ma jkunux aġixxew fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom (20). L-ambitu materjali tal-Konvenzjoni huwa delimitat ukoll permezz ta’ lista ta’ kwistjonijiet li huma esklużi minnha, li baqgħet ma nbidlitx, u li hija diskussa aktar fid-dettall fir-rapporti dwar konvenzjonijiet preċedenti (ir-rapport Jenard, paġni 10-13; ir-rapport Schlosser, paragrafi 30-65; ir-rapport Evrigenis-Kerameus, paragrafi 24-37). |
|
15. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta jekk l-ambitu materjali tal-Konvenzjoni għandux jitwessa' billi jitnaqqas in-numru ta’ materji esklużi. Il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-Konvenzjoni għandha tinkludi d-drittijiet fi proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni matrimonjali, bil-ħsieb, fost affarijiet oħra, tal-konnessjoni tagħhom ma’ kwistjonijiet ta’ manteniment, li diġà kienu inklużi fil-Konvenzjoni (21). Iżda minħabba d-differenzi sinifikattivi fil-leġislazzjoni nazzjonali, u x-xewqa li jinżamm il-kuntest ta’ reviżjoni tat-test eżistenti, kien deċiż li l-inklużjoni possibbli tad-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali fil-Konvenzjoni tiġi posposta għal data fil-futur. Il-grupp ta’ ħidma eżamina wkoll proposta li l-Konvenzjoni għandha tinkludi s-sigurtà soċjali: is-sigurtà soċjali kienet eskluża oriġinarjament minħabba d-diversità tas-sistemi nazzjonali, li xi drabi jagħmluha materja pubblika u drabi oħra materja privata. Il-grupp ta’ ħidma pprefera ma jippruvax jesplora aktar kwistjoni li fuqha ma kien intlaħaq l-ebda qbil fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (22), għalkemm huwa rrikonoxxa li l-kwistjoni ma kenitx eskluża totalment mill-Konvenzjoni, kif jista' jidher mit-test tal-Artikolu 1, peress li l-Konvenzjoni tkopri wkoll proċedimenti legali miġjuba minn korp tas-sigurtà soċjali (pereżempju) li qed jaġixxi f'isem wieħed jew aktar mill-benefiċjarji tiegħu sabiex iħarrek parti terza responsabbli għal ħsara (ara wkoll ir-rapport Schlosser, paragrafu 60). Hija tinkludi wkoll azzjoni taħt dritt għal rikors li permezz tagħha korp pubbliku jfittex minn persuna li hija rregolata mid-dritt privat, l-irkupru ta’ somom imħallsin minnha permezz ta’ assistenza soċjali lill-konjuġi divorzjat/a u l-wild ta’ dik il-persuna, bil-kondizzjoni li l-bażi u r-regoli dettaljati relatati ma’ dik l-azzjoni huma rregolati mir-regoli tad-dritt ordinarju (privat) fir-rigward ta’ obbligi ta’ manteniment. Għall-kuntrarju, hija ma tkoprix azzjoni taħt dritt ta’ rikors li hija bbażata fuq dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-leġislatur ikkonferixxa prerogativa fuq il-korp pubbliku li tpoġġi lil dak il-korp f'sitwazzjoni legali li tidderoga mid-dritt ordinarju (23). |
3. Il-partijiet li huma soġġetti għall-obbligi imposti mill-Konvenzjoni (Artikolu 1(3))
|
16. |
Il-Konvenzjoni tal-1988, fid-definizzjoni tal-partijiet li għalihom kellhom japplikaw l-obbligi imposti mill-Konvenzjoni, użat l-espessjoni “Stati Kontraenti”. It-Trattat ta’ Amsterdam ta s-setgħa esklużiva lill-Komunità sabiex tikkonkludi tali konvenzjoni, li fisser li l-Konvenzjoni ma kenitx ser tibqa' aktar ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u Stati oħra, iżda minflok issir ftehim li bih il-Komunità nnifisha taġixxi bħala l-parti kontraenti f'isem l-Istati Membri tagħha (bl-eċċezzjoni tad-Danimarka); għaldaqstant, l-espressjoni “Stati Kontraenti” mhix sodisfaċenti, u għalhekk ġiet sostitwita fl-Artikolu 1(3) bit-terminu “Stati marbutin mill-Konvenzjoni”, li hija ġdida meta mqabbla mal-Konvenzjoni preċedenti. Il-formula l-ġdida li tindika l-partijiet li huma soġġetti għall-obbligi imposti mill-Konvenzjoni hija bbażata wkoll fuq ir-realizzazzjoni li l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, kemm fir-rigward tal-ġurisdizzjoni u kif ukoll tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, hija normalment ir-responsabbiltà tal-Istati Membri tal-Komunità, aktar milli tal-Komunità. Għalhekk, referenza sempliċi għall-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ma tkunx adatta jew suffiċjenti sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni. Bil-formulazzjoni l-ġdida, il-paragrafu 3 jkopri kemm l-Istati li huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni – jiġifieri, l-Istati li ma jagħmlux parti mill-Komunità l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera, flimkien mad-Danimarka – u l-Istati Membri tal-Komunità li huma marbutin sabiex japplikaw il-Konvenzjoni fis-sistemi legali nazzjonali rispettivi tagħhom. |
|
17. |
Madankollu, id-dispożizzjoni tispeċifika li l-espressjoni tista' tfisser ukoll il-Komunità Ewropea bħala parti għall-Konvenzjoni hija stess, minħabba li ċerti obbligi tal-Konvenzjoni jistgħu japplikaw direttament għall-Komunità nnifisha, jew jistgħu jikkonċernaw ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja jew minn qrati Komunitarji oħra assoċjati magħha, bħall-Qorti tal-Prim'Istanza jew it-Tribunal għas-Servizz Ċivili. Fid-dawl tad-diskussjoni dwar l-Artikolu 70(1)(c), kien finalment maqbul li organizzazzjonijiet tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali ma jkunux inklużi fost il-partijiet marbutin mill-obbligi tal-Konvenzjoni, anke jekk huma wkoll jistgħu jsiru partijiet kontraenti. |
4. Ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u r-Regolament Brussell I (Artikolu 64)
|
18. |
Il-Konvenzjoni, waqt li tikkunsidra r-rabtiet mill-qrib li għandha mar-Regolament Brussell I, tfittex li tipprovdi delimitazzjoni preċiża għall-ambitu ta’ applikazzjoni taż-żewġ strumenti, f'dispożizzjoni speċifika fl-Artikolu 64. Dan l-artikolu jirriproduċi b'mod ġenerali l-kontenut tad-dispożizzjoni fil-Konvenzjoni tal-1988 li kienet tirregola r-relazzjoni bejn dik il-Konvenzjoni u l-Konvenzjoni ta’ Brussell (l-Artikolu 54B) (24), b'kont meħud tal-iżviluppi li saru sadanittant fil-leġislazzjoni Komunitarja. Bħal qabel, l-ewwel żewġ paragrafi tad-dispożizzjoni huma essenzjalment indirizzati lill-qrati tal-Istati Membri tal-Komunità li huma marbutin mir-Regolament Brussell I, li huma l-qrati li jistgħu jsibu ruħhom li jkollhom japplikaw iż-żewġ strumenti, ladarba l-qrati ta’ Stati li huma marbutin biss mill-Konvenzjoni ta’ Lugano huma obbligati li japplikaw il-Konvenzjoni ta’ Lugano fi kwalunkwe każ. Il-paragrafu 3 huwa usa' minħabba li huwa indirizzat ukoll lil qrati fi Stati li huma marbutin biss mill-Konvenzjoni ta’ Lugano. Iżda d-dispożizzjoni tista' toffri kjarifika lil kwalunkwe qorti, partikolarment f'materji ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, kif ukoll ir-rikonoxximent tas-sentenzi. |
|
19. |
L-Artikolu 64(1) jiddikjara li l-Konvenzjoni ma tippreġudikax l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tar-Regolament Brussell I, il-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Protokolli ta’ Interpretazzjoni tal-1971 tagħha, jew il-Ftehim KE-Danimarka (25). Dan ifisser li l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti jibqa' ma jinbidilx, u mhuwiex limitat fil-prinċipju mill-Konvenzjoni ta’ Lugano. Għalhekk il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati marbutin mir-Regolament Brussell I jew mill-Ftehim KE-Danimarka tkompli tkun eżerċitata f'konformità mar-Regolament fir-rigward ta’ persuni domiċiljati fl-Istati msemmija, u wkoll fir-rigward ta’ persuni domiċiljati fi Stati oħra li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Lugano. Bl-istess mod, kwalunkwe sentenza mogħtija fi Stat marbut mir-Regolament għandha tkun rikonoxxuta u eżegwita skont it-termini tar-Regolament fi kwalunkwe Stat ieħor marbut mir-Regolament. |
|
20. |
Madankollu, skont il-paragrafu 2, il-Konvenzjoni ta’ Lugano hija applikabbli f'ċerti sitwazzjonijiet fi kwalunkwe każ, kemm jekk mill-qrati ta’ Stat marbut mir-Regolament ta’ Brussell I u mill-Konvenzjoni ta’ Lugano t-tnejn li huma, jew mill-qrati ta’ Stat marbut biss mill-Konvenzjoni ta’ Lugano. F'materji ta’ ġurisdizzjoni, il-Konvenzjoni ta’ Lugano għandha tkun applikata fil-każijiet kollha, mill-qrati ta’ kwalunkwe Stat marbut mill-Konvenzjoni, inkluż il-qrati ta’ Stati marbutin mir-Regolament Brussell I, jekk il-konvenut huwa domiċiljat fit-territorju ta’ Stat fejn tapplika l-Konvenzjoni imma ma japplikax ir-Regolament. L-istess jiġri fejn il-ġurisdizzjoni hija konferita fuq il-qrati ta’ tali Stat mill-Artikolu 22 jew l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni, minħabba li dawn huma ġurisdizzjonijiet esklużivi li għandhom ikunu rrispettati dejjem. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati rregolati mill-Artikoli 27 u 28, il-Konvenzjoni ta’ Lugano għandha tkun applikata fil-każijiet kollha fejn il-proċedimenti huma miġjuba fi Stat fejn tapplika l-Konvenzjoni u ma japplikax ir-Regolament Brussell I, kif ukoll fi Stat fejn japplikaw kemm il-Konvenzjoni kif ukoll ir-Regolament. Għalhekk, min-naħa tal-koordinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, l-Istati marbutin mill-Konvenzjoni ta’ Lugano huma ttrattati bħala territorju uniku. Fl-aħħarnett, f'materji ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-Konvenzjoni ta’ Lugano għandha tkun applikata fil-każijiet kollha fejn jew l-Istat ta’ oriġini jew l-Istat indirizzat ma japplikawx ir-Regolament Brussell I. B'konsegwenza, il-Konvenzjoni tapplika meta ż-żewġ Stati huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Lugano biss jew meta wieħed mill-Istati biss huwa parti għall-Konvenzjoni u l-ieħor huwa marbut mir-Regolament. |
|
21. |
Il-Konvenzjoni tinkorpora wkoll id-dispożizzjoni fil-paragrafu 3 tal-artikolu korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988, li biha l-qorti invokata, li għandha ġurisdizzjoni taħt il-Konvenzjoni ta’ Lugano, tista' tirrifjuta li tirrikonoxxi jew teżegwixxi sentenza barranija jekk ir-raġuni tal-ġurisdizzjoni li fuqha l-qorti oriġinali bbażat is-sentenza tagħha hija differenti minn dik li tirriżulta mill-Konvenzjoni, u r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni hija mfittxija kontra konvenut domiċiljat fi Stat fejn tapplika l-Konvenzjoni iżda ma japplikax ir-Regolament Brussell I. Din ir-regola ma tapplikax meta s-sentenza tista' altrimenti tkun rikonoxxuta jew eżegwita taħt il-liġi tal-Istat indirizzat. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta kemm huwa rakkomandabbli li tinżamm din ir-regola, li hija ispirata b'mod ċar min-nuqqas ta’ fiduċja fl-Istati marbutin mir-Regolament fost l-Istati li huma parti għall-Konvenzjoni. Iżda għalkemm ir-regola probabbilment mhi ser tkun applikata qatt, u minkejja l-fiduċja solida reċiproka li teżisti bejn l-Istati marbutin bil-Konvenzjoni, ir-regola tista' xorta waħda tipprovdi garanzija utli, ladarba l-Istati li huma marbutin mir-Regolament Brussell I huma liberi li jemendaw ir-regoli tagħhom dwar il-ġurisdizzjoni permezz tal-proċeduri Komunitarji għall-emendar tal-leġislazzjoni Komunitarja, mingħajr il-kunsens tal-Istati li huma parti biss għall-Konvenzjoni ta’ Lugano. |
|
22. |
Fl-aħħar nett, ta’ min jgħid li dak kollu li ntqal sa issa dwar ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano u r-Regolament Brussell I japplika wkoll, mutatis mutandis, għar-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano u l-Konvenzjoni ta’ Brussell u bejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano u l-Ftehim KE-Danimarka. |
KAPITOLU III
ĠURISDIZZJONI
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ir-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni (Artikolu 2)
|
23. |
Ir-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni l-ġdida hija l-istess kif kienet fil-Konvenzjoni tal-1988. Hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ actor sequitur forum rei, u tibqa' ankrata mad-domiċilju tal-konvenut fi Stat marbut mill-Konvenzjoni. Hija tikkonferma li n-nazzjonalità tal-konvenut ma għandha l-ebda rwol fil-ġurisdizzjoni (għal raġunijiet li ġew eżaminati fid-dettall fir-rapport Jenard, pp. 14 ff.). Persuni domiċiljati fi Stat li huwa marbut mill-Konvenzjoni għandhom għalhekk jiġu mħarrka fil-qrati ta’ dak l-Istat, sew jekk huma ċittadini ta’ dak l-Istat u sew jekk le (paragrafu 1). Kif jafferma mill-ġdid il-paragrafu 2, persuni li m'għandhomx iċ-ċittadinanza tal-Istat li fih huma domiċiljati huma suġġetti għall-istess ġurisdizzjoni bħal ċittadini ta’ dak l-Istat. Għandu jkun innutat li, kif kien fil-Konvenzjoni tal-1988, ir-regola ġenerali tagħti ġurisdizzjoni lill-Istat li fit-territorju tiegħu huwa domiċiljat il-konvenut, mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni ta’ qorti speċifika b'ġurisdizzjoni f'dak l-Istat abbażi tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat. |
|
24. |
Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni (26), il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina mill-ġdid il-mistoqsija jekk, aktar milli d-domiċilju, ikunx preferibbli li wieħed iħares lejn ir-residenza abitwali tal-konvenut, kif isir f'ħafna konvenzjonijiet, partikolarment dawk imfasslin fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, u fir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (“ir-Regolament Brussell II bis”) (27). Il-grupp ta’ ħidma kkonkluda li l-kriterju ta’ domiċilju għandu jinżamm, għal diversi raġunijiet: minħabba d-diffikultajiet li kien ikollhom jiffaċċjaw xi wħud mill-Istati, bħar-Renju Unit, li kien adotta definizzjoni speċifika ta’ domiċilju fid-dritt domestiku tiegħu għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano; minħabba li r-residenza abitwali kienet ikkunsidrata, minn xi esperti, bħala aktar adatta għal relazzjonijiet personali u familjari milli għal dawk ta’ natura kummerċjali; minħabba li r-residenza abitwali ma kenitx tidher bħala fattur ta’ konnessjoni adatt fil-każ ta’ kumpanniji u persuni ġuridiċi; u minħabba li, fi kwalunkwe każ, ir-residenza abitwali kienet teħtieġ definizzjoni indipendenti, li fuqha seta' kien diffiċli li jintlaħaq qbil. |
|
25. |
Il-possibbiltà li l-post tar-residenza abitwali seta' ġie miżjud mal-kunċett ta’ domiċilju, bħala kriterju alternattiv għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni, ġiet skartata wkoll minħabba li din il-possibbiltà kienet timmultiplika l-ġurisdizzjonijiet possibbli f'każijiet fejn id-domiċilju u r-residenza abitwali kienu jinsabu f'żewġ Stati differenti (28). Kien innutat ukoll li l-użu tad-domiċilju bħala l-kriterju prinċipali għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni ma ltaqa' mal-ebda diffikultà partikolari fl-applikazzjoni prattika tal-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano, minkejja l-interpretazzjonijiet differenti ta’ domiċilju offruti mil-liġijiet nazzjonali, għall-anqas fi proċedimenti li fihom il-konvenut kien persuna fiżika aktar milli persuna ġuridika. |
a) Id-domiċilju ta’ persuni fiżiċi (Artikolu 59)
|
26. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra l-possibbiltà li tiġi pprovduta definizzjoni indipendenti ta’ “domiċilju” fil-Konvenzjoni, minflok ma tirreferi l-kwistjoni għal-liġi nazzjonali, kif għamlu l-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Lugano fl-1988. Xi esperti kienu ssuġġerew li definizzjoni komuni ta’ domiċilju ta’ persuni fiżiċi tista' tkun ibbażata partikolament fuq it-tul ta’ żmien li l-konvenut kien preżenti fl-Istat tal-qorti li quddiemha kienet tressqet l-istanza; iżda, minħabba l-fatt li l-Konvenzjonijiet eżistenti kienu qed jaħdmu tajjeb, il-grupp ta’ ħidma ma kienx tal-parir li tiġi pprovduta tali definizzjoni. Waqt li rrikonoxxa l-benefiċċji potenzjali ta’ definizzjoni komuni, il-grupp ta’ ħidma pprefera li jitħalla f'idejn il-liġijiet nazzjonali l-kompitu li jiddefinixxu t-tifsira ta’ domiċilju f'termini tat-tul ta’ żmien li l-konvenut kien fit-territorju, jekk tali definizzjoni tinstab li hija meħtieġa. Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 59 għalhekk ma tinbidilx mid-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni tal-1988, u d-domiċilju ta’ persuni fiżiċi jibqa' jkun iddeterminat mil-liġi domestika tal-Istat fejn huma domiċiljati. |
b) Id-domiċilju ta’ kumpanniji u ta’ persuni ġuridiċi oħra (Artikolu 60)
|
27. |
Il-każ ta’ kumpanniji u ta’ persuni ġuridiċi huwa differenti, peress li d-determinazzjoni tas-“sede” tagħhom, li huwa ttrattat bħala d-domiċilju tagħhom għal dan l-iskop, kien fdat mill-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni tal-1988 għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tal-Istat tal-qorti li qed tisma' l-każ. Ir-referenza għar-regoli domestiċi dwar il-konflitt tal-liġijiet, li huma bbażati fuq kriterji li jvarjaw ħafna, ma tatx lok għal ħafna problemi fil-prattika, iżda tista' madankollu toħloq diffikultajiet fil-futur. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta’ definizzjoni komuni ta’ domiċilju għall-kumpanniji, li jkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew, jekk dan ma jistax isir, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom (29), sabiex kumpannija tista' tkun marbuta ma’ sistema legali waħda abbażi ta’ elementi fattwali. L-arranġament stabbilit fl-Artikolu 60 il-ġdid tal-Konvenzjoni jikkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, iżda jiżgura li l-qrati tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni għandhom ġurisdizzjoni anke jekk is-sede tal-kumpannija ma tinsabx fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, bil-kondizzjoni li l-amministrazzjoni ċentrali tinsab f'wieħed minn dawk l-Istati, u viċeversa. Għalhekk din is-soluzzjoni tmur lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni. |
|
28. |
Id-definizzjoni l-ġdida telenka, bħala alternattivi, is-sede statutorja, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpannija jew ta’ persuna ġuridika oħra. Il-fatt li dawn huma elenkati bħala alternattivi jfisser li jekk wieħed biss minnhom jinsab fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, il-kumpannija tista' tiġi mħarrka quddiem il-qrati ta’ dak l-Stat, anke jekk l-oħrajn jinsabu fi Stat barra għal kollox mill-Konvenzjoni jew fi Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni. Fil-każ tal-aħħar, taħt is-sistema tal-Konvenzjoni, ser ikun hemm ġurisdizzjonijiet li jikkompetu, u l-għażla tal-forum ser titħalla f'idejn l-attur. Din id-definizzjoni hija miftuħa għal ċertu ammont ta’ “forum shopping”, li huwa wkoll possibbli sa ċertu punt fir-rigward tad-domiċilju ta’ persuni fiżiċi. Bħala ġustifikazzjoni, ta’ min jinnota li jekk kumpannija tiddeċiedi li żżomm l-amministrazzjoni ċentrali tagħha f'post separat mill-post tan-negozju prinċipali tagħha, hija tagħżel li tesponi ruħha għar-riskju li tkun imħarrka fiż-żewġ postijiet. |
|
29. |
Fuq kollox, madankollu, id-definizzjoni twieġeb għall-ħtieġa ta’ fattur ta’ konnessjoni li ser jiżgura li jekk kumpannija hija inkorporata fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, jew tiżvolġi n-negozju hemm, kwalunkwe disputa rigward l-attivitajiet tagħha ser taqa' fil-ġurisdizzjoni tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni, sabiex l-attur ma jiċċaħħadx minn qorti “tal-Konvenzjoni”. Hija toffri wkoll lill-attur il-possibbiltà ta’ tħarrik fil-qrati tal-post fejn is-sentenza probabbilment ser tkun eżegwita. L-ebda wieħed mill-kriterji kkunsidrati ma kien ser iwieġeb għal dawn il-ħtiġijiet waħdu. Is-sede statutorja toffri grad sinifikanti ta’ ċertezza, peress li huwa faċli li tkun identifikata, iżda spiss tkun tinsab f'post differenti minn dak tal-post fejn jinsabu l-assi tal-kumpannija, u ma tipprestax ruħha għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza; barra minn hekk, dan jippermetti li kumpannija jkollha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, jew li twettaq in-negozju prinċipali tagħha hemm, waqt li jkollha s-sede statutorja tagħha x'imkien ieħor, u b'hekk taħrab il-ġurisdizzjoni tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni. Min-naħa tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali tipprovdi rabta ma’ post li huwa utili għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza, iżda dan huwa fattur intern għall-kumpannija, li ħafna drabi mhux identifikabbli immedjatament, li jagħmel aktar diffiċli d-determinazzjoni tal-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni; u jekk l-amministrazzjoni ċentrali tinsab fi Stat barra mill-Konvenzjoni, dan il-kriterju ma jippermettix li l-kumpannija tkun imħarrka fi Stat marbut mill-Konvenzjoni anke kieku kellha s-sede statutorja tagħha jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha hemm. Finalment, il-post prinċipali tan-negozju huwa ċertament aktar faċli li jkun idenifikat u verifikat, iżda jekk jittieħed bħala l-uniku fattur ta’ konnessjoni, dan ma jippermettix li tkun eżerċitata ġurisdizzjoni kontra kumpannija li jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha barra mill-Istati marbutin mill-Konvenzjoni, anke jekk dik il-kumpannija jkollha s-sede statutorja u l-amministrazzjoni ċentrali tagħha f'wieħed minn dawn l-Istati u tkun għamlet ammont sinifikanti ta’ negozju hemm. |
|
30. |
Dawn il-konsiderazzjonijiet mittieħda flimkien jappoġġaw l-għażla ta’ definizzjoni wiesgħa li tippermetti lil kumpannija jew persuna ġuridika oħra li tkun ċitata quddiem qorti fl-Istat marbut mill-Konvenzjoni li miegħu għandha rabta importanti, fil-għamla tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha, il-post prinċipali tan-negozju tagħha, jew is-sede statutorja tagħha. Madankollu, il-kunċett tas-“sede statutorja” mhuwiex fattur ta’ konnessjoni adatt għal kumpannija jew persuna ġuridika fir-Renju Unit jew fl-Irlanda, fejn is-sistemi legali jirreferu minflok għall-post fejn il-kumpannija hija mdaħħla fir-reġistru li jeżisti għal dan l-iskop, jew għall-post fejn hija ġiet inkorporata. Il-kriterju tar-reġistrazzjoni jikkunsidra l-fatt li r-regola tikkonċerna mhux biss kumpanniji jew ditti bħala tali iżda wkoll kwalunkwe korp li mhuwiex persuna fiżika, sabiex uffiċċju rreġistrat huwa ta’ rilevanza akbar minn “sede” indikata fid-dokumenti fundaturi. Għalhekk, l-Artikolu 60(2) jispeċifika li għall-finijiet ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, it-terminu “sede statutorja” tfisser l-uffiċċju rreġistrat jew, jekk m'hemm l-ebda reġistrazzjoni, il-post tal-inkorporazzjoni, jew, jekk m'hemm l-ebda post ta’ inkorporazzjoni, il-post li taħt il-liġijiet tiegħu saret il-formazzjoni. Din l-aħħar referenza għal-liġi applikata sabiex tiddetermina l-post tal-formazzjoni li huwa ttrattat bħala s-sede statutorja tikkunsidra, b'mod partikolari, il-każ ta’ sħubija fil-liġi Skoċċiża, fejn l-uniku kriterju kkunsidrat huwa l-liġi li taħtha kienet iffurmata s-sħubija, mingħajr ma jittieħed kont tal-post tal-formazzjoni. |
|
31. |
It-tfassil tal-kunċett tad-domiċilju ta’ kumpanniji u persuni ġuridiċi fl-Artikolu 60 kienet iggwidat ukoll mix-xewqa li jiġi armonizzat il-kriterju ġenerali ta’ ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kumpanniji bil-fatturi ta’ konnessjoni użati fl-Artikolu 48 tat-Trattat KE għall-iskop ta’ rikonoxximent tad-dritt tal-istabbiliment ta’ kumpanniji jew ditti fit-territorju tal-Komunità: l-Artikolu 48 jelenka l-“uffiċċju rreġistrat”, l-“amministrazzjoni ċentrali” u l-“post prinċipali tan-negozju” fil-Komunità. Anke jekk il-ħtieġa indirizzata mill-Artikolu 48 hija differenti – l-iskop tiegħu huwa li jidentifika l-kumpanniji jew id-ditti li huma intitolati joperaw fl-Istati Membri kollha – deher ġustifikat l-użu tal-istess fatturi ta’ konnessjoni biex jippermettu li kumpanniji u ditti jiġu mħarrka fil-qrati ta’ wieħed mill-Istati marbutin mill-Konvenzjoni. Fi kliem ieħor, jekk wieħed mill-fatturi ta’ konnessjoni msemmijin fl-Artikolu 48 huwa biżżejjed sabiex kumpannija ssir kumpannija Komunitarja, li tgawdi mill-vantaġġi konferiti minn dak l-istatus, hija għandha tkun ittrattata bħala kumpannija Komunitarja għall-iskopijiet kollha, u għandha għalhekk tkun suġġetta għall-ġurisdizzjoni ċivili tal-Istati Membri fejn hija topera u hija intitolata li topera. |
|
32. |
Il-kunċett ta’ domiċilju li qed ikun ikkunsidrat hawnhekk huwa relatat mal-forum generale ta’ kumpanniji u persuni ġuridiċi, mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tad-domiċilju ta’ kumpannija għal skopijiet tal-forum speciale għal kategoriji partikolari ta’ disputi, bħalma huma dawk li għandhom bħala oġġett tagħhom il-validità tal-kostituzzjoni, in-nullità jew id-dissoluzzjoni ta’ kumpanniji jew persuni ġuridiċi oħra li għandhom is-sede tagħhom fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, jew il-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom, li huma s-suġġett tal-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni (u li ser jiġu diskussi hawn taħt). Għal disputi relatati ma’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, kuntratti konklużi minn konsumaturi u kuntratti individwali ta’ impjieg, l-Artikoli 9, 15 u 18 tal-Konvenzjoni jagħmlu dispożizzjoni speċifika, li ma nbidlitx mill-Konvenzjoni tal-1988. Il-kunċett spjegat hawn fuq lanqas ma jaffettwa l-ġurisdizzjoni f'disputi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor ta’ kumpannija, li huma koperati mill-Artikolu 5(5) tal-Konvenzjoni (fejn ir-regoli wkoll jibqgħu l-istess). |
|
33. |
It-test il-ġdid tal-Konvenzjoni jħalli wkoll mingħajr tibdil id-determinazzjoni tad-domiċilju ta’ trust, li huwa jirreferi għad-dritt internazzjonali privat tal-qorti invokata. Waqt li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tippreżentax problemi partikolari fi Stati li s-sistemi legali tagħhom jirrikonoxxu trust bħala istituzzjoni, jistgħu jirriżultaw diffikultajiet fi Stati li fihom din l-istituzzjoni mhix magħrufa; fin-nuqqas ta’ regoli ta’ konflitt adatti għad-determinazzjoni tad-domiċilju ta’ trusts fis-sistema legali tal-qorti invokata, il-kwistjoni tista' ssir tiddependi fuq il-liġi li għaliha huwa suġġett it-trust (ir-rapport Schlosser, paragrafi 109-120). |
2. L-inapplikabbiltà ta’ regoli nazzjonali fuq il-ġurisdizzjoni (Artikolu 3)
|
34. |
Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, ir-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni bbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut tista' ssir devjazzjoni minnha biss f'konformità mar-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-Konvenzjoni, speċifikament fit-Taqsimiet 2 sa 7 tat-Titolu II. Dan ifisser li huwa biss permezz ta’ dawk ir-regoli li persuna domiċiljata fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, sew jekk persuna fiżika jew inkella ġuridika, tista' tkun imħarrka fil-qrati ta’ Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni. Għandu jkun osservat illi, għalkemm l-Artikolu 3(1) jirreferi f'termini ġenerali għall-“qrati” ta’ Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni, din ir-referenza ma tħallix neċessarjament bla ebda tibdil il-ġurisdizzjoni interna tal-qrati ta’ dak l-Istat; f'ħafna każijiet, ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fit-Titolu II għandhom implikazzjonijiet mhux biss għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat partikolari, iżda wkoll għad-distribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni territorjali fost il-qrati tiegħu, u jistgħu jikkonferixxu l-ġurisdizzjoni fuq qorti speċifika. |
|
35. |
Minħabba li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali, ir-referenza għar-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-Konvenzjoni għandha tittieħed bħala definittiva, u esklużiva għal kwalunkwe regola nazzjonali oħra ta’ ġurisdizzjoni, sew jekk eżorbitanti u sew jekk le (pereżempju, regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni li tirreferi għall-post ta’ residenza tal-konvenut, jekk tkun differenti mid-domiċilju). Is-sistema tal-Konvenzjoni hija bbażata fuq l-unifikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, aktar milli l-esklużjoni sempliċi ta’ ġurisdizzjonijiet eżorbitanti, anke jekk ir-regoli nazzjonali li l-applikazzjoni tagħhom hija eskluża huma spiss, fil-fatt, ta’ din in-natura. |
|
36. |
F'dan il-kuntest, l-Artikolu 3(2), flimkien mal-Anness I, li jirreferi għalih u li fih hemm elenkati regoli nazzjonali li ma jistgħux ikunu invokati (għar-raġunijiet għaliex il-lista ta’ regoli nazzjonali tmexxiet mill-Artikolu 3 għal anness, ara hawn taħt, fid-diskussjoni tal-Artikolu 77), huwa maħsub sempliċement bħala deskrizzjoni u gwida għall-operaturi u jindika r-regoli nazzjonali prinċipali li l-applikazzjoni tagħhom mhix permessa. Il-paragrafu 1 jipprevedi li ma jistgħux jinġiebu proċedimenti fi qrati barra dawk imsemmijin fit-Taqsimiet 2 sa 7 tat-Titolu II, u jsegwi li kwalunkwe kriterju ieħor ta’ ġurisdizzjoni huwa eskluż, sew jekk ir-regola li tipprevedih hija elenkata fl-Anness I u sew jekk le. Għalhekk, jidher li huwa irrilevanti li mhux il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-paragrafu 2 jirriproduċu l-kelmiet “b'mod partikolari” li ppreċediet il-lista tar-regoli nazzjonali fil-Konvenzjoni tal-1988 (30). Il-lista fl-Anness I hija ta’ eżempju biss, u ma tirrestrinġix l-effett tal-paragrafu 1, li bih ir-regoli nazzjonali kollha li ma jikkonformawx mar-regoli tal-Konvenzjoni għandhom ikunu kkunsidrati mhux applikabbli. |
3. Konvenut li mhux domiċiljat fi Stat marbut mill-Konvenzjoni (Artikolu 4)
|
37. |
Jekk il-konvenut mhux domiċiljat fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, il-ġurisdizzjoni, skont is-sistema tal-Konvenzjoni, hija rregolata mil-liġi nazzjonali, u dan huwa kkonfermat fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni l-ġdida. Hawnhekk il-Konvenzjoni ma tagħtix ir-regoli proprji tagħha ta’ ġurisdizzjoni, iżda tirregola l-kwistjoni biss indirettament, billi tirreferiha għas-sistema legali tal-Istat tal-qorti invokata. Għalhekk, id-domiċilju tal-konvenut huwa wkoll kriterju li jiddelimita l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-Konvenzjoni li jirregolaw il-ġurisdizzjoni direttament u indipendentement, iżda mhuwiex kriterju ġenerali li jiddelimita kif tiġi rregolata l-ġurisdizzjoni mill-Konvenzjoni. Il-korrettezza ta’ dan il-fehim tal-kwistjoni, li kienet diġà ġiet iddikjarata fid-duttrina dwar il-Konvenzjoni tal-1988, ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/03, fejn il-Qorti, dwar ir-Regolament Nru 44/2001, qalet li “L-imsemmi Regolament jinkludi ġabra ta’ regoli li jiffurmaw sistema komprensiva, li japplikaw mhux biss għar-relazzjonijiet bejn diversi Stati Membri... iżda japplikaw ukoll għar-relazzjonijiet bejn Stat Membru u Stat terz”, u b'mod partikolari li “l-Artikolu 4(1)... għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħmel parti mis-sistema implimentata b'dan ir-Regolament, billi dan ir-Regolament jirregola s-sitwazzjoni prevista b'referenza għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża” (31). |
|
38. |
Din ir-referenza għal-liġi nazzjonali tal-qorti invokata wkoll tiltaqa' ma’ limitu fir-regoli stabbiliti direttament mill-Konvenzjoni li japplikaw irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut. Dawn huma r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva fl-Artikolu 22 u r-regoli dwar il-prorogazzjoni tal-ġurisdizzjoni fl-Artikolu 23, li issa huma msemmijin ukoll fl-Artikolu 4, għalkemm huma diġà rrestrinġew ir-referenza għal-liġi nazzjonali fil-passat. Jekk dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jitħallew apparti, ir-referenza għal-liġi nazzjonali tfisser li fejn il-konvenut huwa domiċiljat fi Stat mhux marbut mill-Konvenzjoni, ir-regoli tal-ġurisdizzjoni elenkati fl-Anness I jistgħu jkunu applikati anke jekk jikkostitwixxu ġurisdizzjoni eżorbitanti. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota wkoll li l-Artikolu 4(2) jikkonferma li atturi barranin huma intitolati bl-istess mod bħaċ-ċittadini tal-Istat tal-qorti invokata sabiex jagħmlu użu mir-regoli tal-ġurisdizzjoni fis-seħħ hemmhekk, bl-unika kondizzjoni li huma jkunu domiċiljati f'dak il-pajjiż (ara r-rapport Jenard, pp. 21-22). |
2. Ġurisdizzjoni speċjali
1. Ġenerali
|
39. |
Flimkien mar-regola ġenerali tad-domiċilju tal-konvenut fi Stat marbut mill-Konvenzjoni u bħala alternattiva għall-istess regola, il-Konvenzjoni żżomm l-istess l-istruttura eżistenti li tipprevedi ġurisdizzjonijiet speċjali li, fl-għażla tal-attur, jippermettu lill-attur jieħu l-azzjoni fi Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni. Dawn il-ġurisdizzjonijiet huma rregolati mill-Artikoli 5 sa 7 tal-Konvenzjoni (li jikkorrispondu għall-Artikoli 5, 6 u 6A tal-Konvenzjoni tal-1988). Waqt li r-regola ġenerali tiddependi fuq fattur li jorbot lill-konvenut mal-qorti, ir-regoli speċjali jirrikonoxxu rabta bejn id-disputa nnifisha u l-qorti li tista' tiġi appellata biex tismagħha. Dawn il-ġurisdizzjonijiet jirriflettu prinċipju tal-kondotta effikaċi tal-proċedimenti, u ser ikun iġġustifikat biss meta jkun hemm konnessjoni suffiċjenti, fit-termini tal-proċedimenti, bejn id-disputa u l-qorti li quddiemha titressaq l-istanza, mil-lat tal-ġbir tal-provi jew il-kondotta tal-proċedimenti (32), jew sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar tal-interessi tal-partijiet li kontrihom ikunu diretti l-proċedimenti. Bil-konsiderazzjoni tas-sistema komprensiva ta’ ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni, dawn ir-regoli japplikaw sew jekk jikkorrispondu mal-ġurisdizzjonijiet previsti mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni u sew jekk le (33). |
|
40. |
In parti, il-ġurisdizzjonijiet speċjali previsti mill-Konvenzjoni tal-1988 jibqgħu kif kienu, għalkemm il-formulazzjoni xi drabi tgħaddi minn tibdiliet żgħar ta’ natura purament editorjali. Għalhekk, it-tibdiliet li huma kkunsidrati f'dak li jsegwi huma dawk li jmorru lil hinn minn modifiki purament editorjali, dawk fejn modifika editorjali tirrifletti infatti kwistjoni sostantiva, u dawk fejn l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ aktar kummenti. M'hemm l-ebda bidla sinifikanti, u m'hemm l-ebda ħtieġa għal aktar kummenti hawnhekk aktar minn dak li ntqal fir-rapporti dwar Konvenzjonijiet preċedenti rigward ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat li fih huwa domiċiljat trust meta settlor, trustee jew benefiċjarju tat-trust jiġi mħarrek (Artikolu 5(6), ara r-rapport Schlosser, paragrafi 109-120), jew dwar il-ġurisdizzjoni ta’ qorti li qed iżżomm tagħbija jew merkanzija sabiex tisma' disputi rigward il-pagament ta’ rimunerazzjoni għal assistenza jew salvataġġ, jekk ikun affermat li l-konvenut għandu interess fit-tagħbija jew merkanzija u li kellu tali interess fiż-żmien tas-salvataġġ (Artikolu 5(7), ara r-rapport Schlosser, paragrafi 121-123). |
|
41. |
Jista' jingħad l-istess dwar ir-regoli speċjali li jikkonferixxu ġurisdizzjoni fuq il-qorti li fiha hemm pendenti t-talba oriġinali fil-każ ta’ kontrotalba li toħroġ mill-istess kuntratt jew fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali (Artikolu 6(3), ara r-rapport Jenard, p. 28), jew li jikkonferixxu ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt fuq il-qrati tal-Istat marbut mill-Konvenzjoni li fih tinsab il-proprjetà, jekk l-azzjoni tista' tingħaqad ma’ azzjoni kontra l-istess konvenut fi kwistjonijiet relatati ma’ drittijiet in rem fi proprjetà immobbli (Artikolu 6(4), ara r-rapport Jenard-Möller, pp. 46-47, u r-rapport Almeida Cruz-Desantes Real-Jenard, paragrafu 24). |
2. Kuntratti (Artikolu 5(1))
|
42. |
Mill-ġurisdizzjonijiet speċjali previsti fl-Artikolu 5 sa 7 li jippermettu lill-attur jagħmel rikors fi Stat marbut mill-Konvenzjoni li mhux fl-Istat tad-domiċilju tal-konvenut hekk kif ikun mitlub mir-regola ġenerali, dik li tat lok għall-aktar diskussjoni hija ċertament il-ġurisdizzjoni f'materji ta’ kuntratt. L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988, bħad-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, tippermetti li persuna domiċiljata fi Stat marbut mill-Konvenzjoni tkun imħarrka fi Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni “f'materji relatati ma’ kuntratt, fil-qrati għall-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni”; dan kien is-sors ta’ numru ta’ problemi ta’ interpretazzjoni, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “materji relatati ma’ kuntratt”, id-determinazzjoni tal-obbligu li għandu jitwettaq, u d-determinazzjoni tal-post tat-twettiq. Dawn il-problemi ġġeneraw korp kbir ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li waslet għal soluzzjonijiet indipendenti jew irreferiet il-kawża lura lil-liġi nazzjonali kif adatt, mingħajr ma ntgħelbu d-diffikultajiet kollha ġġenerati mill-Konvenzjoni. |
|
43. |
Dwar id-definizzjoni ta’ “materji relatati ma’ kuntratt”, il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Kontraenti huma differenti, u l-Qorti ħadet l-approċċ li l-kunċett huwa wieħed indipendenti; hija ma tat l-ebda definizzjoni ġenerali jew astratta iżda, f'każijiet indipendenti, tat indikaturi li juru meta hemm obbligu kuntrattwali u meta ma hemmx (34). L-eżistenza jew il-validità ta’ kuntratt hija kwistjoni relatata ma’ kuntratt (35). Jekk azzjoni hija relatata kemm ma’ ksur ta’ obbligu kuntrattwali kif ukoll ma’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, ma hemm l-ebda ġurisdizzjoni aċċessorja: għall-ewwel talba, il-ġurisdizzjoni għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 5(1), u għat-tieni hija għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 5(3), dwar ir-responsabbiltà li tirriżulta minn responsabbiltà ċivili, anke jekk l-attur ikun iffaċċjat bil-prospett ta’ azzjonijiet separati quddiem qrati differenti (36), prospett li dejjem jista' jkun evitat billi wieħed imur lura għar-regola ġenerali tad-domiċilju tal-konvenut. |
|
44. |
Fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ “l-obbligu inkwistjoni”, l-Artikolu 5(1) jippermetti espressament numru ta’ ġurisdizzjonijiet fir-rigward tal-istess kuntratt, waqt li jippreferi konnessjoni ġenwina bejn il-qorti u d-disputa speċifika milli metodu uniku ta’ trattament tal-kuntratt. It-tfittxija għal bilanċ ġust bejn iż-żewġ ħtiġijiet – rabta ġenwina mad-disputa u l-unità tal-kuntratt – wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tafferma li l-espressjoni “l-obbligu inkwistjoni” tirreferi għall-obbligu kuntrattwali li fuqu hija bbażata l-azzjoni, l-obbligu li fuq in-nuqqas ta’ twettiq tiegħu tiddependi l-azzjoni tal-attur, aktar milli l-obbligu li t-twettiq tiegħu huwa mfittex espressament mill-attur (37). Bl-istess mod, il-Qorti affermat li meta fl-applikazzjoni wieħed jinvoka diversi obbligi li jirriżultaw minn kuntratt wieħed, il-qorti li quddiemha titressaq l-istanza tista' tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni billi tirreferi għall-obbligu prinċipali (38); il-kwistjoni jekk l-obbligi humiex aċċessorji jew ekwivalenti hija kwistjoni li għandha tkun iddeterminata mill-qorti li qed tisma' l-kawża, normalment abbażi tal-liġi applikabbli għall-kuntratt (39). Minkejja dawn is-sentenzi, għadu regolarment ikun il-każ li kuntratt wieħed ikun suġġett għal aktar minn ġurisdizzjoni waħda, partikolarment meta t-talbiet ikunu bbażati fuq obbligi li jirriżultaw mill-istess kuntratt li huma fuq skala ugwali (40). Ġie rrimarkat li din is-sitwazzjoni mhix dejjem sodisfaċenti, speċjalment minħabba li obbligu għall-ħlas jista' jkun isseparat mill-kumplament tal-kuntratt u l-kawża titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn dak l-obbligu għandu jitwettaq, li spiss tkun il-forum tal-attur. |
|
45. |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post tat-twettiq tal-obbligu in kwistjoni, għalkemm setgħu kienu possibbli soluzzjonijiet oħra – soluzzjoni indipendenti, jew referenza għal-lex fori – il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet referenza għal-lex causae tal-obbligu disputat, iddeterminat skont ir-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet tal-qorti li quddiemha titressaq l-istanza (41), anke f'każijiet fejn il-partijiet infushom jiddeċiedu l-post fi klawsola li hija valida skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt (42). Din l-interpretazzjoni, li inizjalment ma offriet l-ebda soluzzjoni uniformi għan-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet tal-Istati Kontraenti, u li ħalliet miftuħa l-possibbiltà ta’ forum shopping, kienet sussegwentement appoġġata mill-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali: għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Ruma tuża fattur ta’ konnessjoni flessibbli u oġġettiv, madankollu l-liġi applikabbli għall-kuntratt, u għalhekk il-post tat-twettiq tal-obbligi li joħorġu minnu, bħala regola jista' jkun previst mill-partijiet. Madankollu, referenza għal-liġi applikabbli bħala mezz sabiex ikun iddeterminat il-post tat-twettiq tal-obbligu, tħalli intatti d-differenzi konsiderevoli bejn il-liġijiet nazzjonali dwar l-obbligi finanzjarji, u ma ssolvix il-problema li meta l-obbligu li wieħed jiddependi fuqu quddiem il-qorti huwa l-obbligu ta’ ħlas, il-post tat-twettiq ħafna drabi jikkoinċidi mal-forum tal-attur, u għalhekk jagħti lok għal forum shopping. |
|
46. |
Minkejja l-interpretazzjoni pprovduta mill-ġurisprudenza, li solviet ftit mid-diffikultajiet, ir-regoli deskritti hawn fuq ġew iġġudikati mhux sodisfaċenti minn ħafna, u ġew ippreżentati diversi proposti għall-emenda tagħhom mill-Kummissjoni u mill-Istati Kontraenti. Il-proposti jvarjaw, imma kollha jimxu lejn id-direzzjoni tat-tnaqqis tar-rwol tar-referenza għall-post tat-twettiq tal-obbligu, is-salvagwardja tal-unità tal-ġurisdizzjoni fuq il-kuntratt għall-inqas sa ċertu punt, u li ssir aktar faċli l-aċċertazzjoni u l-previżjoni tal-post tat-twettiq li għandu jservi bħala l-bażi tal-ġurisdizzjoni fil-każ. Il-proposti u d-dibattitu li rriżulta minnhom fil-grupp ta’ ħidma ad hoc huma deskritti hawn taħt sal-punt li jistgħu jkunu utli għall-fehim tal-oriġini tat-test preżenti. |
|
47. |
Il-proposta l-aktar radikali, li għandha wkoll appoġġ awtoritattiv fid-duttrina (43), kienet li l-forum tat-twettiq tal-obbligu għandu jitneħħa, sabiex materji kuntrattwali jitħallew għall-forum ordinarju tal-konvenut, jew alternattivament il-ġurisdizzjoni magħżula mill-partijiet. Din is-soluzzjoni ġiet irrifjutata mill-grupp ta’ ħidma ad hoc għar-raġuni li l-forum tal-konvenut jista' ma jkunx dak l-aktar adatt jekk ikollhom jitwettqu spezzjonijiet fil-post fejn kellha titwassal merkanzija jew kellhom ikunu pprovduti servizzi, u li l-partijiet jistgħu jonqsu milli jagħżlu forum għad-disputi tagħhom. Għalhekk, il-grupp ta’ ħidma dar għal proposti oħra li jżommu forum tal-kuntratt, waqt li jevitaw, jew għall-inqas jillimitaw, id-diffikultajiet tat-test eżistenti. |
|
48. |
Fost dawn kien hemm proposta sabiex issir referenza għall-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu karatteristiku tal-kuntratt, bl-intenzjoni li tkun evitata l-frammentazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq il-kuntratt, u li tkun ostakolata ġurisdizzjoni bbażata fuq l-obbligu li jsir ħlas, sakemm ovvjament id-dejn finanzjarju ma kienx l-obbligu karatteristiku tal-kuntratt. Il-proposta ma kenitx aċċettata għal diversi raġunijiet: kuntratti internazzjonali ta’ spiss ikunu kumplessi, u ma tkunx dejjem faċli l-identifikazzjoni tal-obbligu karatteristiku; l-istabbiliment tal-obbligu karatteristiku jeħtieġ evalwazzjoni ġenerali tal-kuntratt li jkun prematur fl-istadju meta qed tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni; id-determinazzjoni tal-post tat-twettiq tal-obbligu karatteristiku tiddependi fuq il-liġi applikabbli, sabiex ma tkunx evitata l-ħtieġa li ssir referenza għar-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet; u, fl-aħħar nett, l-obbligu karatteristiku ma jirrappreżentax neċessarjament fattur ta’ konnessjoni suffiċjenti bejn id-disputa u qorti partikolari jekk id-disputa ddur fuq obbligu kuntrattwali differenti. Wieħed jista' jinnota li hija ħaġa waħda d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli billi wieħed ifittex li jiddefinixxi relazzjoni kuntrattwali ġenerali f'mod omoġenju, anke jekk xi partijiet jistgħu jkunu, b'mod ċar, inqas marbutin mill-qrib u l-ġurisdizzjoni tista' tkun frammentata, u hija ħaġa oħra d-definizzjoni tal-fattur ta’ konnessjoni bejn disputa u l-qorti fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċidiha. |
|
49. |
Wara li skarta l-possibbiltà ta’ referenza għall-obbligu karatteristiku tal-kuntratt, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra l-possibbiltà tar-restrizzjoni tal-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) għal ċerti kuntratti biss, aktar speċifikament għal kuntratti ta’ bejgħ, kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni, bil-post tal-twettiq ikun il-post fejn saret il-kunsinna jew fejn kellha ssir, minbarra f'każijiet fejn il-merkanzija kienet ikkunsinnata, jew kellha tkun ikkunsinnata, f'aktar minn post wieħed; dan jiċħad kwalunkwe rilevanza għall-obbligu tal-ħlas (44). Kontra soluzzjoni ristretta ta’ din l-għamla, kien innutat li forum tal-kuntratt kien mixtieq mhux biss fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ iżda wkoll, u b'mod daqstant qawwi, fil-każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi. Min-naħa l-oħra, kien f'kuntratti ta’ din ix-xorta li l-obbligu li jsir ħlas ma kienx, f'ħafna mill-każijiet, l-aspett sinifikattiv li fuq setgħat tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni, minbarra naturalment fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi tal-flus. Wara riflessjoni matura, il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddeċieda li ma jagħmilx tibdil radikali għat-test eżistenti, iżda li jaġġustah sabiex jindika, fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-provvista ta’ servizzi, liema kellu jkun l-obbligu li l-post tat-twettiq tiegħu seta' jipprovdi bażi għal ġurisdizzjoni alternattiva għall-forum tal-konvenut, u sabiex tkun eskluża kwalunkwe referenza għall-post tal-ħlas taħt tali kuntratti, waqt li d-dispożizzjoni eżistenti titħalla mingħajr tibdil għall-kuntratti kollha l-oħra u għal każijiet li fihom ir-regoli speċifiċi deskritti wrew li ma kienux applikabbli (45). |
|
50. |
L-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni l-ġdida tieħu d-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-1988, u tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni fuq il-qorti tal-post tat-twettiq tal-obbligu fil-kwistjoni. L-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regola ma jitħalliex interament għall-interpretazzjoni ta’ kull min jiġi appellat sabiex japplikaha, kif kien jiġri qabel: għall-applikazzjoni tal-punt (a), il-punt (b) jispeċifika li fil-każ ta’ kuntratti għall-bejgħ ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizzi, il-post tat-twettiq tal-obbligu fil-kwistjoni għandu jkun il-post – fi Stat marbut mill-Konvenzjoni – fejn, taħt il-kuntratt, il-merkanzija kienet ikkunsinnata jew kellha tkun ikkunsinnata, jew is-servizzi kienu pprovduti jew kellhom ikunu pprovduti. Għalhekk, il-punt (b) jidentifika l-obbligu li l-post tat-twettiq tiegħu jservi bħala bażi għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ tali kuntratti b'mod indipendenti, irrispettivament mill-obbligu li t-twettiq tiegħu huwa s-suġġett tad-disputa. Mingħajr ma juża l-kelma, huwa jadotta l-prinċipju tal-obbligu karatteristiku, u konsegwentement jeskludi referenza għall-obbligu li jsir ħlas, anke meta l-applikazzjoni tkun invokat dak l-obbligu. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ma inkorporax fit-test il-proposta inizjali tal-Kummissjoni, li l-punt (b) għandu jeskludi b'mod espliċitu każijiet fejn, taħt kuntratt ta’ bejgħ, il-merkanzija kienet ikkunsinnata, jew kellha tkun ikkunsinnata, f'iktar minn post wieħed. F'tali każ, jekk l-obbligi kollha tal-kunsinna jiġu invokati fl-applikazzjoni fl-istess waqt, jistgħu jkunu ssuġġeriti diversi soluzzjonijiet f'każijiet adatti, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe interpretazzjoni futura li tista' tingħata din id-dispożizzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, pereżempju bħal referenza għall-post prinċipali tal-kunsinna, għażla tal-attur dwar il-post tal-kunsinna fejn iressaq ir-rikors tiegħu interament jew limitat għall-kunsinna parzjali f'dak il-post, jew anke referenza għall-post tat-twettiq tal-obbligu monetarju, jekk dak l-obbligu jkun invokat fl-applikazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppronunċjat ruħha dwar id-dispożizzjoni parallela stabbilita fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Brussell I, u ddeċidiet li, “fejn hemm diversi postijiet ta’ kunsinna fi Stat Membru wieħed”, “il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni li tisma' r-rikorsi kollha bbażati fuq il-kuntratt tal-bejgħ tal-merkanzija hija dik fiż-żona tal-post prinċipali tal-kunsinna, li għandu jkun iddeterminat abbażi ta’ kriterji ekonomiċi. Fin-nuqqas ta’ fatturi determinanti għall-istabbiliment tal-post prinċipali tal-kunsinna, l-attur jista' jħarrek lill-konvenut fil-qorti tal-post tal-kunsinna tal-għażla tiegħu” (46). Il-mistoqsijiet li jinqalgħu, u s-soluzzjonijiet li jistgħu jkunu dawk l-aktar adatti, fejn hemm diversi postijiet tal-kunsinna fi Stati Membri differenti tħallew deliberatament miftuħa mill-Qorti tal-Ġustizzja (47). Huwa ovvju li problemi simili jinqalgħu wkoll fejn hemm diversi postijiet tal-provvista ta’ servizzi fi Stati differenti. |
|
51. |
Għad-determinazzjoni tal-post tat-twettiq, il-punt (b) jadotta test fattwali bl-intenzjoni li jkun evitat li jsir rikors għad-dritt internazzjonali privat, li jgħid li sakemm il-partijiet ma qablux mod ieħor, il-post tal-kunsinna tal-merkanzija jew tal-provvista tas-servizzi għandu jkun identifikat “taħt il-kuntratt”. ta’ min jinnota li din id-dispożizzjoni tapplika “sakemm mhux miftiehem mod ieħor” mill-partijiet; taħt dawn it-termini, l-awtonomija tal-partijiet tinżamm espliċitament ukoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post tat-twettiq. Tibqa' l-mistoqsija dwar jekk din id-dispożizzjoni tistax tipprevjeni interament li r-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet tal-qorti li qed tisma' d-disputa jidħlu fis-seħħ fejn il-partijiet ma jkunux indikaw bi preċiżjoni suffiċjenti l-post tal-kunsinna jew tal-provvista tas-servizz, u dan jista' jkun stabbilit bl-għajnuna tal-liġi applikabbli għall-kuntratt, jew fejn is-suġġett tad-disputa huwa fil-fatti il-post fejn il-merkanzija kienet ikkunsinnata jew kellha tkun ikkunsinnata, jew il-post fejn is-servizzi kienu pprovduti jew kellhom ikunu pprovduti. Allura l-punt (b) jaġixxi bħala regola unika, limitata għal kuntratti ta’ bejgħ u kuntratti għall-provvista ta’ servizzi, għall-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali tal-post tat-twettiq tal-obbligu fil-kwistjoni stabbilit fil-punt (a). Huwa ma japplikax għal kuntratti li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda minn dawk il-kategoriji, u ma japplikax lanqas għal dawk il-kategoriji meta l-post ta’ twettiq tal-kuntratt huwa fi Stat mhux marbut mill-Konvenzjoni. Kull meta jinstab li l-punt (b) mhuwiex applikabbli, japplika l-punt (a); infatti dan huwa ddikjarat fil-punt (c), li jiċċara u jikkonferma konklużjoni li tista' tittieħed mill-punti (a) u (b) anke mingħajru. Pereżempju, fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ fejn l-obbligu tal-kunsinna tal-merkanzija għandu jitwettaq fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, il-post ta’ twettiq ta’ obbligu li jsir ħlas ma jistax jittieħed bħala l-bażi għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni; iżda jekk l-obbligu tal-kunsinna għandu jitwettaq fi Stat li mhux marbut mill-Konvenzjoni, l-attur jista' jinvoka l-post fejn kellu jsir il-ħlas, dejjem bis-suppożizzjoni li dak il-post kien jinsab fi Stat marbut mill-Konvenzjoni, minħabba li mbagħad ikun applikabbli l-punt (a), u dan jippermetti li l-obbligu speċifiku invokat ikun ikkunsidrat. |
|
52. |
Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fuq kuntratti individwali ta’ impjieg, li jidhru fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tal-1988, kienu ppreżentati diversi proposti għal emenda; il-grupp ta’ ħidma ad hoc għażel li jittratta din il-materja separatament fit-Titolu II (ara hawn taħt, b'konnessjoni mat-Taqsima 5). |
3. Obbligi tal-manteniment (Artikolu 5(2))
|
53. |
L-ewwel parti tad-dispożizzjoni, fil-punti (a) u (b), tibqa' mingħajr tibdil fir-rigward tad-dispożizzjoni fil-Konvenzjoni tal-1988, li min-naħa tagħha kienet identika għad-dispożizzjoni fil-Konvenzjoni ta’ Brussell li segwiet il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1978. Għalhekk, għal kummentarju jekk jogħġbok irreferi għar-rapporti preċedenti (ir-rapport Jenard, pp. 24-25; ir-rapport Schlosser, il-paragrafi 90-108). |
|
54. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat din id-dispożizzjoni f'numru ta’ okkażjonijiet, u ċċarat diversi aspetti. Il-Qorti affermat li l-kunċett ta’ obbligu ta’ manteniment għandu jkun interpretat b'mod wiesa', sabiex jinkludi kwalunkwe obbligu mfassal biex jippermetti lil persuna tipprovdi għaliha nfisha, sew jekk il-pagamenti huma perjodiċi u sew jekk le, u sew jekk l-obbligu huwa ddeterminat abbażi tar-riżorsi u tal-ħtieġa u sew jekk le. Għalhekk, jista' jikkonsisti fi ħlas ta’ somma waħda, jekk ikun ġie stabbilit l-ammont tal-kapital sabiex jiggarantixxi livell ta’ dħul iddeterminat minn qabel, jew it-trasferiment tas-sieda ta’ proprjetà maħsuba sabiex tippermetti lil persuna tipprovdi għaliha nfisha. Fejn tali dispożizzjoni hija mfassla biex tippermetti lil konjuġi wieħed jipprovdi għalih innifsu, jew jekk il-ħtiġijiet u r-riżorsi ta’ kull wieħed mill-konjuġi jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-ammont tiegħu, il-ħlas ikun relatat ma’ obbligu ta’ manteniment, u mhux ma’ drittijiet fi proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ żwieġ, li jkunu barra mill-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni (48). Jekk dawn il-karatteristiċi ta’ obbligu ta’ manteniment ikunu preżenti, l-obbligu jkun irregolat mill-Artikolu 5(2), u jaqa' fl-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni, anke jekk huwa anċillari għal proċediment, bħal proċediment għal divorzju, li huwa eskluż huwa stess (49). |
|
55. |
Il-kunċett ta’ “kreditur tal-manteniment” huwa kunċett indipendenti li għandu jkun iddeterminat fid-dawl tal-iskop tar-regoli tal-Konvenzjoni, mingħajr referenza għal-liġi nazzjonali tal-qorti invokata. L-Artikolu 5(2) ma jagħmilx possibbli d-distinzjoni bejn persuna li d-dritt tagħha għal ħlasijiet ta’ manteniment ġie rikonoxxut u persuna li d-dritt tagħha għadu ma ġiex stabbilit, u konsegwentement, il-kunċett ikopri mhux biss persuna li d-dritt tagħha għal manteniment ġie stabbilit diġà minn sentenza preċedenti, iżda wkoll persuna li qed tapplika għal manteniment għall-ewwel darba, irrispettivament minn jekk il-liġi nazzjonali tirrestrinġix il-kunċett ta’ kreditur tal-manteniment għal persuni fl-ewwel kategorija (50). Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ħass li ma kien hemm l-ebda ħtieġa li l-Artikolu 5(2) jinbidel billi l-espressjoni “kreditur tal-manteniment” tiġa sostitwita bl-espressjoni “applikant għall-manteniment”, kif kienet issuġġeriet il-Kummissjoni (51). Il-kunċett ta’ “kreditur tal-manteniment” ma jinkludix korp pubbliku li jressaq rikors sabiex jirkupra somom li jkun ħallas lill-kreditur tal-manteniment, għad-drittijiet ta’ liema huwa ssurrogat kontra d-debitur tal-manteniment, peress li f'dak il-każ m'hemm l-ebda ħtieġa li tkun irrifjutata l-protezzjoni offruta lid-debitur tal-manteniment mir-regola ġenerali fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni (52). |
|
56. |
Hemm dispożizzjoni ġdida fil-punt (c), li jikkonċerna kwistjonijiet relatati ma’ manteniment li huma anċillari għal proċedimenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri: din tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess, għandha ġurisdizzjoni li żżomm il-proċedimenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, sakemm dik il-ġurisdizzjoni hija bbażata biss fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet. Iżda għandu jkun innutat li dan bl-ebda mod ma jimmodifika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 5(2) hekk kif inhu attwalment fil-Konvenzjoni tal-1988 u fir-Regolament Brussell I (53). L-għan tal-punt (c) huwa biss li jkun żgurat parallelliżmu bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u l-Konvenzjoni ta’ Lugano. Il-premessa nru 11 għar-Regolament Brussell II bis (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003) (54), b'mod partikolari, tiċċara t-tifsira tar-regola tal-ġurisdizzjoni għal talbiet ta’ manteniment fejn it-talbiet tal-manteniment huma anċillari għal proċedimenti ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u tiddikjara li l-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ tali talbiet għandha tkun iddeterminata abbażi tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Brussell I. Sabiex ikun evitat kwalunkwe dubju fil-Konvenzjoni ta’ Lugano, inħass li kien opportun li tiddaħħal dispożizzjoni li tiċċara l-kwistjoni. |
4. Responsabbiltà ċivili,delitt (delict) u kważidelitt (Artikolu 5(3))
|
57. |
Fi kwistjonijiet ta’ “responsabbiltà ċivili, delitt jew kważidelitt”, il-ġurisdizzjoni ta’ “il-qrati tal-post fejn l-inċident dannuż seħħ”, previst fl-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni tal-1988 (u preċedentement fil-Konvenzjoni ta’ Brussell), ta lok għal korp kbir ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, in parti mqanqlin mir-rapport Jenard, li llimita ruħu jgħid li l-kumitat ta’ esperti li għalih is-Sur Jenard kien relatur 'ma dehrlux li għandu jispeċifika fejn l-inċident li rriżulta fi ħsara jew inġurja sar, jew jekk huwiex il-post fejn il-ħsara jew l-inġurja saret. Il-Kumitat ipprefera jżomm formula li diġà ġiet adottata minn numru ta’ sistemi legali (55), waqt li ħalla miftuħa t-tifsira li għandha tingħata lill-formula nfisha. Il-mistoqsija tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li affermat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 5(3) għandha tiftiehem li għandha l-intenzjoni tkopri kemm il-post fejn seħħet il-ħsara kif ukoll il-post tal-avveniment li wassal għaliha, u li l-konvenut setgħa jitħarrek, fuq l-għażla tal-attur, fil-qrati ta’ wieħed miż-żewġ postijiet (56). Din l-interpretazzjoni ma tagħżilx bejn is-soluzzjonijiet differenti aċċettati taħt il-liġijiet nazzjonali, li sabiex jiddeterminaw fejn huwa meqjus li kienu kommessi “remotament” atti illegali xi drabi jibbażaw ruħhom fuq it-teorija tal-post tal-att u drabi oħra fuq it-teorija tal-post tar-riżultat; għalhekk huwa jżid il-possibbiltà ta’ forum shopping. Madankollu, ta’ min jinnota li r-referenza esklużiva għall-post tal-att f'ħafna każijiet tneħħi kwalunkwe importanza minn din il-ġurisdizzjoni speċjali għall-post tar-responsabbiltà għal danni, b'kont meħud li l-post tal-att spiss jikkoinċidi mad-domiċilju tal-konvenut li huwa responsabbli għad-danni, waqt li r-referenza esklużiva għall-post fejn seħħet il-ħsara fi kwalunkwe każ ma kenitx timpedixxi frammentazzjoni tal-azzjoni legali f'ħafna każijiet. |
|
58. |
Il-Kummissjoni pproponiet li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun ikkonfermata fil-formulazzjoni tal-Artikolu 5(3), li għandha tirreferi kemm għal “il-post fejn l-inċident dannuż seħħ” u għal “il-post fejn il-ħsara jew parti minnha ġġarrbet” (57). Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ma aċċettax din il-proposta: huwa ħass li l-konferma ta’ ġurisprudenza ċara u mhux ikkontestata f'att leġislattiv ma kenitx meħtieġa, u setgħat kienet perikoluża minħabba li l-kliem użat, jekk jiddaħħal f'test leġislattiv, jista' jwassal għal interpretazzjonijiet ġodda. Barra minn hekk, min-naħa tar-referenza tal-post fejn seħħet il-ħsara, il-proposta sabiex tkun konferita l-ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta’ “il-post fejn il-ħsara jew parti minnha ġġarrbet” kellha diversi żvantaġġi. Hija ma kinitx tinkorpora fil-leġislazzjoni l-kjarifika pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi sussegwenti għad-deċiżjoni inizjali. F'dawn, il-Qorti għamlet ċar li l-post tal-ħsara kien il-post fejn l-inċident li wassal għall-ħsara, u li involva responsabbiltà għal danni, delitt jew kważi delitt, ipproduċa direttament l-effetti dannużi tiegħu fuq il-persuna li kienet il-vittma immedjata tal-inċident (58), u ma kienx ikopri l-post fejn il-vittma qalet li sofriet dannu finanzjarju wara ħsara inizjali li saret u li sofriet minnha fi Stat Kontraenti ieħor; sabiex ma setax ikun mifhum bħala daqstant estensiv li jinkludi kwalunkwe post fejn il-konsegwenzi negattivi setgħu jinħassu ta’ inċident li kien diġà kkawża ħsara li proprjament saret x'imkien ieħor (59). Li tkun kodifikata parti mill-ġurisprudenza tal-Qorti, iżda mhux l-iżviluppi kollha tagħha li saru aktar tard, seta' wassal għal dubji dwar l-intenzjoni tal-leġislatur rigward l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regola. |
|
59. |
Barra minn hekk, sabiex tkun konferita ġurisdizzjoni fuq il-qorti ta’ “il-post fejn il-ħsara jew parti minnha ġġarrbet” kienet tfisser li jekk kien hemm ħsara f'aktar minn Stat wieħed, l-attur jista' jħarrek għall-ħsara totali f'kull wieħed minn dawn l-Istati, li kien kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti: f'każ ta’ libell minn gazzetta, il-Qorti solviet il-problema tal-pluralità tal-ħsara kkawżata mill-istess att billi tat il-ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ kull wieħed mill-Istati fejn kienet iġġarbet ħsara sabiex jiddeċiedu dwar il-ħsara kkawżata f'dak l-Istat: l-uniċi qrati bil-ġurisdizzjoni li jiddeċiedu dwar il-ħsara kollha kkawżata kienu dawk tad-domiċilju tal-konvenut (60). Huwa veru li s-soluzzjonijiet offruti mill-Qorti tal-Ġustizzja jobbligaw lill-atturi li jsofru ħsara f'diversi Stati sabiex iressqu proċedimenti multipli, u minħabba l-liġijiet differenti li huma applikabbli, dan jista' jwassal għal deċiżjonijiet kontradittorji fir-rigward tal-istess att kawżali (61). Il-konferiment tal-ġurisdizzjoni tal-ħsara kollha fuq il-qorti f'kull post fejn seħħet parti mill-ħsara, min-naħa l-oħra, iżżid l-ambitu ta’ applikazzjoni għall-forum shopping u tiffavorixxi lill-attur b'mod eċċessiv. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina l-proposta alternattiva li l-ġurisdizzjoni għandha tkun attribwita lill-qorti tal-Istat li fih saret l-akbar parti jew parti deċisiva mill-ħsara. Madankollu, din is-soluzzjoni kienet eventwalment irrifjutata wkoll, minħabba r-riskju li test ta’ din in-natura jista' jwassal għal disputi frekwenti rigward id-determinazzjoni tal-akbar parti jew parti deċisiva tal-ħsara, u b'hekk jobbliga lill-partijiet u l-qorti sabiex isolvu kwistjonijiet ta’ sustanza fl-istadju li fih il-ġurisdizzjoni kienet qed tkun iddeterminata. |
|
60. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc, wara li ddeċieda li ma jemendax l-Artikolu 5(3) bil-mod propost mill-Kummissjoni, ikkunsidra fit-tul il-possibbiltà li jkun iċċarat l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni fir-rigward tal-applikabbiltà tagħha mhux biss għal talbiet għal dannu li diġà seħħ, kif jista' jissuġġerixxi qari letterali tal-Konvenzjoni tal-1988, iżda wkoll għal talbiet ibbażati fuq it-theddid ta’ dannu fil-futur. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc kellu f'moħħu, b'mod partikolari, dawk il-każijiet li fihom rikors imressaq minn organizzazzjoni tal-konsumaturi pubblika jew privata wassal għal inġunzjoni li tipproteġi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, peress li tali azzjoni kkonċernat imġiba li probabbilment tikkawża ħsara, u li inkella tkun barra mill-ambitu ta’ applikazzjoni oġġettiv tal-Artikolu 5(3). Azzjonijiet ta’ din in-natura huma prattika komuni fil-pajjiżi Skandinavi, u speċjalment fil-liġi Svediża, u jeħtieġu trattament uniformi f'termini ta’ ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi sabiex ikun żgurat li operaturi kummerċjali li jinvolvu ruħhom fi prattiki frawdolenti għad-detriment tal-konsumaturi fi Stati Membri tal-Komunità – bħal prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni qarrieqa jew termini inġusti f'kuntratti standard – jintlaħqu minn kwalunkwe rikors jew rimedju la darba d-ditta tagħhom tkun ibbażata fi Stat ieħor minbarra dak l-Istat fejn huma qed joperaw fir-realtà. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc innota li din is-sitwazzjoni kienet koperta mill-Artikolu 31, li ppermetta li ssir applikazzjoni għal miżuri proviżorji jew protettivi disponibbli taħt il-liġi nazzjonali, minħabba li dik ir-regola kienet tapplika wkoll fejn il-miżuri, fil-prattika, kellhom l-effett finali (62). Huwa kkunsidra wkoll il-protezzjoni inkluża wkoll għall-konsumaturi mid-direttivi tal-Komunità, bħad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawsoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, li l-Artikoli 7(1) u (2) tagħha jobbligaw lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jipprevjenu l-użu kontinwat ta’ klawsoli inġusti f'kuntratti konklużi ma’ konsumaturi, u jispeċifikaw li l-mezzi msemmija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom persuni u organizzazzjonijiet, li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumaturi, jistgħu jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali kkonċernata, quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti, għal deċiżjoni dwar jekk klawsoli kuntrattwali mfassla għall-użu ġenerali humiex inġusti, sabiex ikunu jistgħu japplikaw mezzi adegwati u effettivi għall-prevenzjoni tal-użu kontinwat ta’ klawsoli simili (63), jew id-Direttiva 98/27/KE dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, li l-Artikolu 2 tagħha jobbliga lill-Istati Membri sabiex jaħtru qrati jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti li jirrikjedu t-tmiem jew il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ksur ta’ serje ta’ Direttivi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur elenkati fl-Anness u, fejn adatt, sabiex jordnaw miżuri bħall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni, bil-ħsieb tal-eliminazzjoni tal-effetti kontinwati tal-ksur, u l-ħlas ta’ multi sabiex tkun żgurata l-konformità mad-deċiżjonijiet (64). |
|
61. |
Minkejja l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal dawn id-diversi dispożizzjonijet legali, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra wkoll il-fatt li dawn id-direttivi ma fihom l-ebda regola ta’ ġurisdizzjoni u li l-applikazzjoni tagħhom fid-diversi Stati Membri tista' ma tkunx uniformi, il-possibbiltà li jistgħu jitfaċċaw dubji dwar jekk ċerti azzjonijiet għat-tmiem taħt il-liġi nazzjonali kinux koperti, u, fl-aħħar nett, il-fatt li tali azzjonijiet jistgħu jitressqu f'każijiet li ma kinux jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumatur, pereżempju fejn attur fittex li jimpedixxi lil konvenut milli jikser id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-attur; dawn il-konsiderazzjonijiet wasslu lill-grupp ta’ ħidma sabiex jinkludi dispożizzjoni speċifika fl-Artikolu 5(3) li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qrati tal-post tal-inċident dannuż fir-rigward ta’ theddid ta’ dannu futur ukoll. L-emenda għandha l-intenzjoni li tiċċara l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-liġi, u mhux li tbiddel is-sustanza tagħha, minħabba li l-inklużjoni ta’ azzjonijiet għat-tmiem jistgħu jkunu derivati b'mod ċar permezz tal-interpretazzjoni mill-formulazzjoni preċedenti (65). F'dan ir-rigward, ta’ min jiftakar li r-raġuni għall-ġurisdizzjoni speċjali tal-qorti tal-post ta’ inċident dannuż hija l-fatt li dik il-qorti hija, ġeneralment, l-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi l-każ, minħabba l-prossimità tagħha għad-disputa u l-faċiltà li biha jistgħu jiġu prodotti l-provi, u li din ir-raġuni tapplika mhux biss għal talbiet għall-kumpens għal dannu li diġà ġġarrab iżda wkoll għal azzjonijiet immirati sabiex jipprevjenu milli jsir dannu. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha din l-opinjoni fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, għalkemm ir-raġunament tagħha kien parzjalment iggwidat mill-emenda li saret lill-Artikolu 5(3) tar-Regolament Brussell I, li kienet fuq l-istess linji bħal dawk li issa ġew inseriti fil-Konvenzjoni ta’ Lugano (66). |
|
62. |
Id-dispożizzjoni li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ inċidenti dannużi li jistgħu jseħħu fil-futur tfisser li dawn huma rregolati mis-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jippermettu lill-attur iressaq proċedimenti jew fil-post fejn l-azzjoni li tiġġenera l-ħsara għandha tkun evitata jew fil-post fejn l-inċident dannuż innifsu għandu jkun impedit. Id-determinazzjoni tal-post fejn “tista' sseħħ” il-ħsara hija essenzjalment materja ta’ fatt, u għalhekk materja għall-qorti li tisma' l-każ. Madankollu, f'konformità mal-approċċ meħud mill-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu jkun il-post fejn hemm il-periklu ta’ ħsara immedjata, u mhux post fejn jista' jkun hemm ħsara finanzjarja indiretta. L-eżistenza ta’ periklu li jista' jiġġustifika l-għoti ta’ inġunzjoni tiddependi fuq il-liġi tal-Istat li fih hija mfittxija l-inġunzjoni: ir-regola hawnhekk sempliċement tirregola l-ġurisdizzjoni, u ma tispeċifikax l-inġunzjonijiet li jistgħu jinħargu, u b'hekk il-karattru u l-kontenut tagħhom, il-kondizzjonijiet li fuqhom jistgħu jingħataw, u l-persuni intitolati li jfittxuhom għandhom ikunu ddeterminati mil-liġi tal-qorti invokata jew mid-dispożizzjonijiet Komunitarji mmirati għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rilevanti. |
|
63. |
Kif imsemmi qabel, il-ġurisdizzjoni speċjali għall-ħruġ ta’ inġunzjonijiet li qed tiġi kkunsidrata hawnhekk tikkonċerna biss talbiet relatati ma’ kondotta li probabbilment tista' tikkawża ħsara li ma tiksirx obbligu kuntrattwali; fil-każ ta’ ksur ta’ obbligu kuntrattwali, jista' jinstab rimedju, bħala alternattiva għall-forum tal-konvenut, fil-forum tal-kuntratt, kif previst fl-Artikolu 5(1). ta’ min jiftakar li l-kunċett ta’ “responsabbiltà għal danni, delitt jew kważi delitt”, bħal dak ta’ “materji relatati ma’ kuntratt”, għandu jkun interpretat indipendentement, primarjament billi wieħed iħares lejn is-sistema u l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni, u mhuwiex kwistjoni li hija riferita għal liġi nazzjonali. B'mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li l-kunċett ta’ “materji relatati ma’ responsabbiltà għal danni, delitt jew kważi delitt” ikopri l-azzjonijiet kollha li jfittxu li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta’ konvenut u li mhumiex relatati ma’ kuntratt b'obbligu li huwa assunt liberament minn parti waħda lejn oħra (67). |
5. Azzjonijiet li jirriżultaw minn att kriminali (Artikolu 5(4))
|
64. |
Id-dispożizzjoni li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qorti kriminali biex tisma' rikorsi għal kumpens jew irkupru li jirriżultaw minn att kriminali, inżammet fil-Konvenzjoni l-ġdida. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tibqa' fl-istess termini, jew għandhiex tkun emendata jew anke imħassra. Tabilħaqq, kienet tkun imħassra minn proposta li l-qrati kriminali għandhom ikunu kapaċi jisimgħu azzjonijiet ċivili fil-każ biss li l-qrati ċivili tal-istess post jistgħu jisimgħu azzjonijiet legali li joriġinaw mill-istess att kriminali taħt il-Konvenzjoni. Il-grupp ta’ ħidma ddeċieda li jżomm ir-regola, minħabba l-utilità tal-ġurisdizzjoni speċjali konferita fuq qrati kriminali fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li jsiru rikorsi ċivili fil-kuntest ta’ proċess kriminali, li mhux neċessarjament jikkoinċidi mal-ġurisdizzjoni għall-post tar-responsabbiltà għal danni taħt l-Artikolu 5(3). |
|
65. |
Il-proposta għall-emenda tal-Artikolu 5(4) kienet, in parti, konnessa mal-abbozzar mill-ġdid tad-dispożizzjoni l-oħra rigward rikorsi ċivili li jsiru f'kuntest kriminali, fl-Artikolu II tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, li jippermetti lil persuni domiċiljati fi Stat Kontraenti li qed jiġu mħarrka fil-qrati kriminali ta’ Stat Kontraenti ieħor li mhumiex ċittadini tiegħu, għal reat li ma kienx kommess intenzjonalment, sabiex ikunu difiżi minn avukat mingħajr ma jkollhom jidhru fiżikament. Jekk il-qorti tordna l-preżenza fiżika tagħhom, u huma jonqsu milli jidhru, sentenza fir-rikors ċivili mogħtija fil-proċess kriminali ma jeħtieġx li tkun rikonoxxuta fl-Istati l-oħra marbutin mill-Konvenzjoni (68). Minn naħa waħda, kien propost li din ir-regola għandha tkun estiża sabiex tinkludi reati intenzjonali, u min-naħa l-oħra li għandha tkun ristretta, sabiex hija tkun tgħid biss li jekk il-qorti kriminali kienet qed tisma' r-rikors ċivili wkoll, il-konvenut kien intitolat li jkun irrappreżentat b'rispett għar-rikors ċivili mingħajr ma jidher fiżikament, mingħajr id-dispożizzjoni li tispeċifika l-implikazzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni għar-rikonoxximent tas-sentenza. Dawn il-proposti kienu rrifjutati, in parti sabiex tkun evitata interferenza qawwija fil-liġi kriminali tal-Istati f'Konvenzjoni li tittratta materji ċivili u kummerċjali. |
|
66. |
Għalhekk, l-Artikolu II tal-Protokoll baqa' mingħajr tibdil (69), u minħabba l-parallelliżmu mar-Regolament Brussell I, kien ittrasferit għat-test tal-Konvenzjoni, biex b'hekk issa sar l-Artikolu 61. Madankollu, għandu jkun innotat li d-deċiżjoni biex ir-regola ma tkunx estiża għal reati intenzjonali ġiet mittiefsa mill-Qorti tal-Ġustizzja, li affermat li l-Artikolu II tal-Protokoll m'għandux ikun interpretat bħala li jimpedixxi lill-qorti tal-Istat li fih hija mfittxija l-eżekuzzjoni milli tikkunsidra, fir-rigward tal-klawsola dwar il-politika pubblika fl-Artikolu 34(1), il-fatt li f'rikors għal kumpens ibbażata fuq reat kriminali intenzjonali l-qorti tal-Istat tal-oriġini rrifjutat li tippermetti lil dik il-persuna li jkollu d-difiża tagħha ppreżentata sakemm hija ma tidhirx fiżikament (70). Dan huwa ekwivalenti għal li tghid li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 61 attwali, li jirreferi espressament għal reati mhux intenzjonali, japplika għal dawk intenzjonali wkoll, u jekk dan ma jsirx, ir-rikonoxximent ta’ sentenzi tista' tkun irrifjutata għar-raġuni li huma kuntraji għall-politika pubblika (71). |
6. Uffiċċji ta’ fergħat ta’ kumpanniji (Artikolu 5(5))
|
67. |
Ma saret l-ebda modifika għad-dispożizzjoni li tirregola l-forum ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor għal tilwim li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħhom. L-Artikolu 5(5) jikkonferixxi ġurisdizzjoni speċjali u territorjali fuq il-qrati tal-post fejn jinstabu, bil-għan li jiġi evitat li ssir referenza għal-liġi nazzjonali. Il-kunċett ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor hu għalhekk wieħed indipendenti, li hu komuni għall-Istati marbutin bil-Konvenzjoni u jiżgura ċ-ċertezza legali. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-kunċett ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor jimplika post tan-negozju li jippreżenta lilu nnifsu bħala estensjoni ta’ korp ewlieni, u li għandu ġestjoni u li huwa mgħammar materjalment sabiex jinnegozja kummerċ ma’ partijiet terzi, sabiex dawn tal-aħħar ikunu jafu li jistgħu jistabbilixxu rabta legali mal-korp ewlieni li jinstab barra l-pajjiż mingħajr ma jkollhom għalfejn jittrattaw direttament miegħu (72). Dawn il-karatteristiċi huma preżenti anke meta l-post tan-negozju hu mmexxi minn kumpannija indipendenti mill-korp ewlieni mill-aspett tal-liġi nazzjonali dwar il-kumpanniji, li għandha l-istess isem u ġestjoni identika, u li tinnegozja u twettaq negozju bħala estensjoni tal-korp ewlieni, minħabba li partijiet terzi għandhom ikunu jistgħu jinvokaw l-apparenza li nħolqot b'dan il-mod (73). F'dan il-każ, il-protezzjoni ta’ partijiet terzi teħtieġ li l-apparenza titqies ekwivalenti għall-eżistenza ta’ fergħa mingħajr indipendenza legali. Abbażi tal-kunċett deskritt, hija l-qorti li għandha tivverifika l-provi għall-eżistenza ta’ stabbiliment sekondarju ġenwin fil-kawża li tkun qiegħda tittratta. |
|
68. |
It-tilwim li rriżulta fir-rigward ta’ fergħat, aġenziji u stabbilimenti oħrajn, li dwarhom dan l-Artikolu jipprovdi ġurisdizzjoni speċjali li tista' tissostitwixxi l-forum ordinarju tal-konvenut, kien jirrigwarda d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali u ekstrakuntrattwali dwar il-ġestjoni tal-istabbiliment (il-kera, ir-relazzjonijiet mal-persunal, eċċ), l-obbligi kuntrattwali li jkun daħal għalihom l-istabbiliment f'isem il-kumpannija ewlenija u li għandhom jitwettqu fl-Istat li fih jinsab il-post tan-negozju, u l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mill-attivitajiet li jwettaq l-istabbiliment fil-post li fih jinsab f'isem il-kumpannija ewlenija (74). Hawnkekk ukoll, hi l-qorti li quddiemha tkun tresqet il-kwistjoni li għandha tivverifika u tikklassifika r-relazzjoni invokata, fid-dawl tal-kunċett ta’ tilwim li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor kif deskritt hawnhekk. |
7. Fil-każ li jkun hemm aktar minn konvenut wieħed u aktar minn rikors wieħed dwar garanzija (Artikolu 6(1) u (2))
|
69. |
Fost is-sitwazzjonijiet diversi fejn il-ġurisdizzjoni tista' tkun ibbażata fuq rabta bejn ir-rikors li jkun sar u rikors ieħor fejn il-ġurisdizzjoni hi rregolata mill-Konvenzjoni, inħasset il-ħtieġa għal kjarifika tal-każ fejn ikun hemm aktar minn konvenut wieħed, sabiex l-attur ikun jista' jressaq il-proċedimenti fil-qorti tad-domiċilju ta’ kwalunkwe wieħed minnhom, minħabba li l-ambitu ta’ applikazzjoni effettiv tad-dispożizzjoni jkun tqies inċert. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni fit-test oriġinali tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ir-rapport Jenard indika li l-ġurisdizzjoni li tkun irriżultat mid-domiċilju ta’ xi wieħed mill-konvenuti kienet ġiet adottata minħabba li ppermettiet li fl-Istati Kontraenti jiġi evitat l-għoti ta’ sentenzi li ma jaqblux bejniethom, u ma kinitx ġustifikata fejn l-applikazzjoni tkun tressqet biss bl-objettiv li tinċaħad il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat li fih kellu d-domiċilju l-konvenut (75). Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li l-Artikolu 6(1) jirrikjedi li r-rikorsi li jkunu saru mill-attur ikunu relatati b'tali mod li jekk jiġu trattati separatament jistgħu jirriżultaw f'sentenzi li ma jaqblux (76). Il-grupp ta’ ħidma ad hoc kien tal-parir li dwar dan il-punt il-ġurisprudenza tiġi kkodifikata, u jiġi definit x'għandha tkun ir-relazzjoni bejn ir-rikorsi jekk, fir-rigward tal-konvenuti kollha, il-ġurisdizzjoni tiġi kkonferita lill-qrati tad-domiċilju ta’ xi wieħed minnhom. Wieħed jista' jinnota li l-kunċett tar-rabta aċċettata jikkoinċidi ma’ dak fl-Artikolu 28(3), għalkemm il-premessi u l-finijiet ta’ dik id-dispożizzjoni huma differenti: hu għandu l-għan li jikkoordina l-ġurisdizzjoni tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni, aktar milli jidentifika l-qorti jew il-qrati ta’ wieħed minn dawk l-Istati li għandu ġurisdizzjoni. |
|
70. |
Għall-kuntrarju tal-fehma mressqa mill-Kummissjoni (77), il-grupp ta’ ħidma ad hoc ma ħassx li kien meħtieġ li jiġi kkodifikat il-prinċipju l-ieħor iddikjarat fir-rapport Jenard, skont liema l-ġurisdizzjoni hi ġġustifikata biss jekk it-talba ma jkollhiex l-għan esklużiv li twarrab xi wieħed mill-konvenuti mill-qorti proprja tiegħu. Huwa ħass li r-relazzjoni mill-qrib li għandha teżisti bejn it-talbiet, flimkien mar-rekwiżit li qorti li quddiemha tkun tresqet il-kwistjoni tkun il-qorti tad-domiċilju ta’ xi wieħed mill-konvenuti (78), kienet biżżejjed biex jiġi evitat l-użu ħażin tar-regola (79); dan ma kienx il-każ f'rikors dwar garanzija jew f'xi proċedimenti oħrajn ta’ parti terza rregolati mill-Artikolu 6(2), fejn kien hemm referenza ċara għall-prinċipju sabiex parti terza ma tkunx tista' titħarrek f'qorti mhux adatta. ta’ min wieħed jinnota li fejn ikun hemm aktar minn konvenut wieħed, il-ġurisdizzjoni hi bbażata oġġettivament fuq ir-rabta mill-qrib bejn ir-rikorsi, li għandha tintwera mill-attur, filwaqt li fil-każ ta’ rikors dwar garanzija jew xi proċedimenti oħrajn ta’ parti terza mhijiex meħtieġa din ir-rabta mill-qrib. Minflokha, “in-natura relatata tar-rikors prinċipali u r-rikors dwar garanzija” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (80) hi biżżejjed, irrispettivament mill-bażi li fuqha l-qorti għandha l-ġurisdizzjoni fil-proċedimenti oriġinali, u għalhekk hu rakkomandabbli li għandu jkun hemm dispożizzjoni li tissalvagwardja d-dritt tal-konvenut li jitħarrek fil-qorti li tkun kompetenti fil-każ tiegħu, għalkemm dan jixħet l-oneru fuq il-konvenut innifsu li jipprova li twarrab minnha. |
|
71. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc lanqas ma kkunsidra li kien meħtieġ li tiġi inkluża dispożizzjoni fl-Artikolu 6(1) immirata li tipprevjeni li d-dispożizzjoni tiġi applikata fil-każ ta’ konvenuti li jkunu qablu dwar klawsola dwar l-għażla tal-forum mal-attur f'konformità mal-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni kienet għamlet proposta f'dan ir-rigward, iżda l-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fl-Artikolu 23 għandha preċedenza fuq kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra rregolata mill-Konvenzjoni, suġġetta biss għad-dispożizzjonijiet indikati fl-Artikolu 23(5), biex b'hekk m'hemmx lok ta’ dubju ta’ interpretazzjoni, u m'hemm l-ebda raġuni għalfejn il-prinċipju għandu jiġi ripetut f'regola speċifika li tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni. Il-fatt li r-rapport jirreferi biss għal tali preċedenza fil-kumment dwar l-Artikolu 6(2) mhuwiex prova tal-kuntrarju, minħabba li din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni tieħu preċedenza fuq ir-regoli kollha ta’ ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk elenkati fl-Artikolu 23 innifsu. Mingħajr dubju, dan ma japplikax għal klawsola dwar l-għażla tal-forum li l-partijiet ma kellhomx l-intenzjoni li jagħtuha natura esklużiva (f'dan ir-rigward ara hawn taħt, b'rabta mal-Artikolu 23). |
|
72. |
Fl-aħħar nett, ta’ min wieħed jinnota li l-pekuljaritajiet fi kwistjonijiet ta’ rikorsi dwar garanzija ta’ xi Stati marbutin mill-Konvenzjoni, li kienu suġġetti għal regola speċjali skont liema l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ġie ddikjarat li mhux applikabbli, regola ripetuta fl-Artikolu V tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, huma trattati bl-istess mod, mill-ġdid, fil-Konvenzjoni l-ġdida, u speċifikament fl-Artikolu II tal-Protokoll 1. Dak l-Artikolu jipprevedi li l-ġurisdizzjoni speċifikata fl-Artikoli 6(2) u 11 ma tistax tintuża bis-sħiħ fl-Istati marbutin mill-Konvenzjoni msemmija fl-Anness IX għall-Konvenzjoni (il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Isvizzera (81), filwaqt li persuni b'domiċilju fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni jistgħu jitħarrku fil-qrati ta’ dawk l-Istati f'konformità mar-regoli dwar proċedimenti ta’ partijiet terzi previsti hemmhekk. Madankollu, id-deċiżjonijiet meħuda fi Stati oħrajn skont l-Artikoli 6(2) u 11 ser ikunu rikonoxxuti u eżegwiti fl-Istati kkonċernati skont id-dispożizzjoni speċjali fit-Titolu III tal-Konvenzjoni (għall-kumment dwar ir-raġunijiet għal din id-dispożizzjoni speċjali għal xi Stati, ara r-rapport Jenard, pp. 27-28; ir-rapport Schlosser, paragrafu 135; u r-rapport Jenard-Möller, paragrafu 105) (82). L-Artikolu II tal-Protokoll 1 iżid paragrafu ġdid (il-paragrafu 2) li jipprevedi li fiż-żmien tar-ratifika, il-Komunità Ewropea tista' tiddikjara li l-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 6(2) u 11 ma jistgħux jintużaw f'xi Stati Membri oħrajn, u f'dak il-każ għandha tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli li għandhom japplikaw minflokhom (83). In-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikoli 6(2) u 11 fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Ungerija hi rikonoxxuta wkoll fir-Regolament Brussell I (l-Artikolu 65). |
3. Ġurisdizzjonijiet protettivi
1. Assigurazzjoni (Artikoli 8 sa 14)
|
73. |
Fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni, il-Konvenzjoni żżomm skema indipendenti u kompleta, bl-eċċezzjoni ta’ referenza għall-Artikoli 4 u 5(5); l-Artikolu 9(2) jagħti ambitu ta’ applikazzjoni aktar estensiv lill-forum ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor li jippermetti li l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, anke meta l-assiguratur ma jkollux domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni. Bil-għan li tipproteġi lill-parti d-dgħajfa f'relazzjoni ta’ assigurazzjoni, il-Konvenzjoni żżomm l-istruttura preċedenti, filwaqt li tagħmel distinzjoni bejn il-pożizzjoni tal-assiguratur minn naħa waħda, u dik tad-detentur tal-polza, l-assigurat jew il-benefiċjarju, min-naħa l-oħra, u tipprovdi diversi kriterji għall-ġurisdizzjoni skont jekk wieħed jew l-ieħor jassumix il-pożizzjoni tal-attur jew il-konvenut (ara r-rapport Jenard, pp. 30-33, u r-rapport Schlosser, il-paragrafi 136-152). |
|
74. |
Skont il-Konvenzjoni tal-1988, l-assiguratur jista' jitħarrek mhux biss fil-qrati tal-Istat ta’ domiċilju - u qrati oħrajn f'każijiet partikolari - iżda wkoll fil-qrati tad-domiċilju tad-detentur tal-polza, fuq rikors magħmul mid-detentur tal-polza; iżda l-assiguratur jista' jħarrek lid-detentur tal-polza, lill-assigurat jew lill-benefiċjarju fil-qrati tal-Istat ta’ domiċilju tagħhom biss. Din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni tat pożizzjoni distintiva lid-detentur tal-polza, li gawda minn aktar protezzjoni mill-assigurat jew il-benefiċjarju: bl-istess mod dawn setgħu biss jitħarrku fil-qrati tal-Istat li fih kellhom id-domiċilju, iżda bħala atturi ma setgħux iħarrku lill-assiguratur fil-qrati tad-domiċilju tagħhom stess, li kien dritt riservat lid-detentur tal-polza. Ir-rapport Jenard spjega li d-distinzjoni kienet motivata mill-konsiderazzjoni li kien biss id-detentur tal-polza li kien f'relazzjoni ta’ negozju mal-assiguratur u li ma kienx ikun raġonevoli li wieħed jistenna li l-assiguratur jidher fil-qorti tal-assigurat jew ta’ benefiċjarju, minħabba li mhux neċessarjament ikun jaf id-domiċilju eżatt tagħhom fiż-żmien meta tirriżulta l-kawża tar-rikors (84). Il-grupp ta’ ħidma ad hoc kien tal-fehma li dan l-argument ma baqax jirrifletti r-rekwiżiti tan-negozju tal-assigurazzjoni minħabba li dan kien żviluppa fid-deċennji reċenti, b'aktar kompetizzjoni, forom ġodda ta’ assigurazzjoni, u fuq kollox livell ogħla ta’ armonizzazzjoni leġislattiva bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ direttivi Komunitarji dwar is-suq uniku, li naqqas mid-diffikultà tal-assiguratur li jidher quddiem qorti ta’ pajjiż ieħor fis-suq uniku. Minkejja l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea, min-naħa l-oħra, għadu pjuttost diffiċli għal persuna privata li tħarrek kumpannija f'pajjiż differenti, fil-qrati tal-Istat ta’ domiċilju tal-kumpannija. Dawn il-konsiderazzjonijiet wasslu għat-tneħħija tad-distinzjoni deskritta, u biex fl-Artikolu 9(1)(b) jiddaħħlu l-assigurat u l-benefiċjarju flimkien mad-detentur tal-polza, biex b'hekk dawn jitpoġġew fuq l-istess livell (85). |
|
75. |
Minbarra d-dritt li ngħatalhom li jħarrku lill-assiguratur fil-qrati tad-domiċilju tagħhom stess, id-detentur tal-polza, l-assigurat u l-benefiċjarju huma protetti permezz tar-restrizzjoni tal-prinċipju ġenerali li jippermetti lill-partijiet li jitbiegħdu mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni tal-Konvenzjoni ħlief fil-każ ta’ ġurisdizzjoni esklużiva. L-Artikolu 13 jgħid li jista' jsir ftehim dwar il-ġurisdizzjoni f'ċirkostanzi speċifiċi u limitati biss, li jinkludu dik ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni li jkopri wieħed jew aktar mir-riskji elenkati fl-Artikolu 14, essenzjalment marbutin mat-trasport bil-baħar, bl-ajru u kombinat ta’ merkanzija u passiġġieri. Din ir-restrizzjoni dwar il-klawsoli dwar l-għażla tal-forum f'kuntratti tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni, u tapplika għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni li jsiru mhux biss minn konsumaturi privati, iżda wkoll minn negozji u professjonisti. Madankollu, kien hemm xi dubji dwar jekk din il-protezzjoni daqstant wiesgħa kinitx ġustifikata fir-rigward ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni kummerċjali. Għaldaqstant, il-grupp ta’ ħidma ad hoc qies il-possibbiltà li jiżdied ir-rwol tal-libertà tal-partijiet billi jkun hemm distinzjoni bejn kuntratti tal-assigurazzjoni konklużi minn konsumaturi u kuntratti li jkunu saru matul attivitajiet industrijali, kummerċjali jew professjonali, u billi l-għażla tal-forum tingħata lil dawn tal-aħħar. Madankollu, l-għażla preferuta kienet li l-kuntratti fejn il-partijiet setgħu ngħataw aktar libertà m'għandhomx ikunu identifikati b'referenza għad-detentur tal-polza, iżda għar-riskji koperti mill-kuntratt, biż-żieda ta’ riskji addizzjonali għal dawk li diġà dehru fl-Artikolu 12A tal-Konvenzjoni tal-1988. Din is-soluzzjoni għandha l-vantaġġ li ma timmodifikax l-istruttura tal-Konvenzjoni, biex b'hekk it-taqsima dwar l-assigurazzjoni tibqa' separata mit-taqsima dwar il-kuntratti konklużi minn konsumatur. Barra minn hekk, tevita kwalunkwe referenza għad-detentur tal-polza bħala konsumatur, sabiex tkompli toffri protezzjoni mhux biss lill-konsumaturi iżda wkoll lin-negozjanti individwali, lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u lill-professjonisti li, għalkemm iwettqu attività industrijali, kummerċjali jew professjonali, jixirqilhom l-istess protezzjoni fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni bħal dik mogħtija lill-konsumaturi. |
|
76. |
Għalhekk, permezz ta’ approċċ kumulattiv, ir-riskji diġà elenkati fl-Artikolu 14 (li għalihom issir referenza fl-Artikolu 13(5)) jibqgħu kif inhuma, u ma’ dawn il-Konvenzjoni l-ġdida żżid “ir-riskji kbar kollha”. L-espressjoni użata biex jiġu definiti r-riskji li, meta jkunu koperti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni, jippermettu lill-partijiet li jitbiegħdu mid-dispożizzjonijiet altrimenti obbligatorji tat-taqsima, hi differenti mill-Artikolu 14(5) korrispondenti tar-Regolament Brussell I. Dan tal-aħħar jittratta r-riskji kbar kollha “kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 88/357/KEE u 90/618/KEE, kif jistgħu jiġu emendati”, u għalhekk jirreferi għal-leġislazzjoni Komunitarja kemm preżenti kif ukoll futura. Hawnhekk, il-formulazzjoni hi differenti minħabba li ma kienx ikun adatt li ssir referenza preċiża għar-regoli Komunitarji f'Konvenzjoni li fiha jagħmlu parti Stati li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. Effettivament, madankollu, ir-referenza ġenerali għal “riskji kbar” fl-Artikolu 14(5) tal-Konvenzjoni għandha tinftiehem li tindika l-istess riskji bħal dawk li għalihom issir referenza fid-Direttivi elenkati. Dawn ir-riskji kbar huma definiti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1988/357/KEE (86), li jirreferi għall-punt A fl-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE (87), u speċifikament għar-riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4 sa 7 (il-ħsarat jew it-telf ta’ materjal ferrovjarju fuq ir-roti, inġenji tal-ajru, bastimenti tal-baħar, tal-lagi u tax-xmajjar u tal-kanali, u merkanzija intransitu jew bagalji, irrispettivament mill-forom tat-trasport), u taħt il-klassijiet 11 u 12 (ir-responsabbiltà għal inġenji tal-ajru u r-responsabbiltà għall-bastimenti tal-baħar, tal-lagi u tax-xmajjar u tal-kanali inkluża r-responsabbiltà tat-trasportatur); ir-riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 14 u 15 (kreditu u sigurtà), fejn id-detentur tal-polza jkun impjegat professjonalment f'attività industrijali jew kummerċjali jew f'waħda mill-professjonijiet liberi, u r-riskji marbutin ma’ din l-attività; u r-riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 8 u 9 (ħruq u forzi naturali u ħsarat oħra lil proprjetà), 13 (responsabbiltà ġenerali) u 16 (telf finanzjarju mixxellanju), safejn id-detentur tal-polza jaqbeż il-limiti ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji marbutin mat-total tal-karta tal-bilanċ, il-fatturat nett u n-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja. Għalhekk, fost ir-riskji kklassifikati taħt il-punt A tal-Anness, dawk meqjusin “riskji kbar” huma essenzjalment dawk fejn id-detentur tal-polza hu negozju ta’ ċertu daqs, jew fi kwalunkwe każ wieħed li jwettaq attività industrijali, kummerċjali jew professjonali, u jeskludu r-riskji kklassifikati taħt il-klassijiet ta’ inċident, mard, vetturi bil-mutur u spejjeż legali, fejn id-detentur tal-polza normalment jaġixxi bħala individwu privat. Għaldaqstant, għalkemm ma tagħmilx dan b'mod espliċitu, bħalma jagħmel ir-Regolament Brussell I, il-Konvenzjoni tistabbilixxi rabta bejn il-ġurisdizzjoni u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għal intrapriżi u għal klassijiet ta’ assigurazzjoni minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti mill-Ewwel Direttiva, anke fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. |
|
77. |
Kif ġie indikat, ir-Regolament Brussell I jiddefinixxi r-riskji kbar billi jagħmel referenza espliċita għad-Direttivi Komunitarji li tinkludi emendi futuri potenzjali. Ma ssir ebda referenza bħal din fil-Konvenzjoni, iżda l-kliem xott “ir-riskji kbar kollha” fl-Artikolu 14(5) għandhom jiġu interpretati fid-dawl tar-regoli Komunitarji, preżenti u futuri, tal-inqas safejn ir-regoli Komunitarji ma jbiddlux b'mod radikali l-approċċ għat-trattament ta’ riskji kbar. Din il-fehma hi appoġġata mill-premessa fil-preambolu li tiddikjara li l-Konvenzjoni hi bbażata fuq l-estensjoni tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Brussell I għall-partijiet kontraenti, u mill-Protokoll 2, li jfittex li jasal għal interpretazzjoni kemm jista' jkun uniformi tal-Konvenzjoni u tar-Regolament Brussell I. Kwalunkwe problema li tista' tirriżulta mill-bidliet fir-regoli Komunitarji għandha titqies fil-kuntest tal-Kumitat Permanenti stabbilit skont il-Protokoll 2 (il-paragrafu 203 hawn taħt). |
2. Kuntratti li jsiru minn konsumaturi (Artikoli 15 sa 17)
|
78. |
Fi kwistjonijiet ta’ kuntratti li jsiru minn konsumaturi, il-Konvenzjoni tikkonferma r-regoli preċedenti li jipproteġu l-parti d-dgħajfa għal kuntratt fl-istess termini bħall-Konvenzjoni tal-1988, u tistabbilixxi skema indipendenti, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5(5). Filwaqt li l-konsumatur jista' jħarrek lill-parti l-oħra għall-kuntratt mhux biss quddiem il-qorti tal-Istat li fih il-parti l-oħra għandha d-domiċilju, iżda wkoll quddiem il-qorti tad-domiċilju proprju tal-konsumatur, il-parti l-oħra tista' tagħmel rikors biss fil-qrati tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni, f'liema territorju għandu d-domiċilju l-konsumatur (l-Artikolu 16). Il-Konvenzjoni tippermetti għażla ta’ forum maqbul, iżda biss wara li jkun irriżulta xi tilwim bejn il-partijiet, jew jekk tippermetti lill-konsumatur li jressaq istanza fi qrati oħrajn, jew jekk il-ftehim dwar l-għażla tal-forum jikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta’ Stat li fih il-konsumatur u l-parti l-oħra t-tnejn għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, dment li dan il-ftehim ma jmurx kontra l-liġi ta’ dak l-Istat (l-Artikolu 17). Għalhekk, għal dawn id-dispożizzjonijiet, il-qarrej mistieden jirreferi għar-rapporti preċedenti (ir-rapport Jenard, pp. 33-34; ir-rapport Schlosser, il-paragrafi 159-161). |
|
79. |
Filwaqt li s-sistema ta’ protezzjoni ma tinbidilx, il-Konvenzjoni tkompli twessa' l-firxa ta’ kuntratti li jaqgħu taħtha. Il-Konvenzjoni tal-1988, li adottat il-formulazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell li kienet fis-seħħ dak iż-żmien, ipprevediet li l-protezzjoni mogħtija mill-Konvenzjoni kienet tkopri biss il-bejgħ ta’ merkanzija b'termini ta’ kreditu perjodiku perjodiku, self li jitħallas bin-nifs, jew kwalunkwe forma oħra ta’ kreditu magħmul biex jiffinanzja l-bejgħ ta’ merkanzija, u kwalunkwe kuntratt ieħor għall-forniment ta’ merkanzija jew kuntratt għall-forniment ta’ servizzi, jekk fl-Istat tad-domiċilju tal-konsumatur il-konklużjoni tal-kuntratt kienet preċeduta minn stedina speċifika indirizzata lilu jew permezz ta’ reklamar, u l-konsumatur ikun ħa, f'dak l-Istat, il-passi meħtieġa għall-konklużjoni tal-kuntratt (l-Artikolu 13(1)). Din l-aħħar parti tad-dispożizzjoni wessgħet b'mod konsiderevoli l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni prevista meta mqabbel ma’ dak fil-Konvenzjoni ta’ Brussell oriġinali, li kien limitat għal bejgħ b'termini ta’ kreditu perjodiku u self li jitħallas bin-nifs, li madankollu ma kienx meqjus biżżejjed biex jiggarantixxi protezzjoni adegwata tal-konsumaturi mill-qrati, meta mqabbel mal-protezzjoni sostanzjali mogħtija mid-Direttivi Komunitarji. Il-Konvenzjoni tal-1988 jonqosha definizjoni tal-partijiet għal kuntratt tal-konsumatur, u b'mod partikolari definizzjoni tal-parti kontraenti l-oħra ma tkoprix il-kuntratti kollha konklużi minn konsumaturi, u l-formulazzjoni tagħha ma tagħtix ċertezza li hi tkopri kuntratti konklużi f'formati mhux tradizzjonali u b'mod speċjali diġitali. |
|
80. |
Fir-rigward tad-definizzjoni tal-konsumatur, l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni essenzjalment jirriproduċi d-definizzjoni tal-Konvenzjoni tal-1988, skont liema l-konsumatur huwa persuna fiżika li tikkonkludi kuntratt “għal skop li jista' jitqies lil hinn mis-sengħa jew professjoni tiegħu”. Dan jikkorrispondi għad-definizzjoni użata f'leġislazzjoni Komunitarja oħra (88), b'mod partikolari fir-Regolament dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (89). Madankollu, il-Konvenzjoni tal-1988 ma fihiex definizzjoni tal-parti l-oħra għal kuntrat konkluż minn konsumatur, u dan ta lok għal dubju dwar jekk kuntratt li hu konkluż għal skop lil hinn mis-sengħa jew il-professjoni taż-żewġ partijiet kontraenti jaqax taħt ir-regoli speċjali dwar kuntratti konklużi minn konsumaturi jew ir-regoli ġenerali tal-Konvenzjoni. ta’ min josserva li l-applikazzjoni tar-regoli speċjali fl-Artikoli 15 sa 17 hi ġustifikata biss fejn ikun hemm żbilanċ bejn il-pożizzjonijiet tal-partijiet li jirrikjedi li jittieħdu passi biex dan jitnaqqas jew jitneħħa sabiex tiġi protetta l-parti d-dgħajfa. Dan hu biss il-każ meta l-parti l-oħra hi impenjata f'attività kummerċjali jew professjonali. Madankollu, bil-għan li jiġu evitati dubji dwar l-interpretazzjoni, l-Artikolu 15(1)(c), li japplika għall-parti l-kbira tal-kuntratti konklużi minn konsumaturii, jiddikjara b'mod espliċitu li japplika għal kuntratti konklużi mill-konsumatur ma’ “persuna li teżerċita attivitajiet kummerċjali jew professjonali”. Din il-kjarifika ma kenitx ikkunsidrata meħtieġa fil-każijiet speċifiċi ta’ kuntratti għall-bejgħ ta’ merkanzija b'termini ta’ kreditu perjodiku jew għal self li jitħallas bin-nifs, fejn hu diffiċli li wieħed jimmaġina li l-bejjiegħ jew min qiegħed isellef qiegħed jaġixxi lil hinn mis-sengħa jew il-professjoni tiegħu. |
|
81. |
L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jwessa' wkoll konsiderevolment il-firxa ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi li għalihom jagħmel referenza. Filwaqt li l-Artikolu 13(1)(3) tal-Konvenzjoni tal-1988 jitkellem dwar kwalunkwe kuntratt ieħor għall-forniment ta’ merkanzija jew kuntratt għall-forniment ta’ servizzi, l-Artikolu 15(1)(c) tal-Konvenzjoni l-ġdida juża l-kliem fil-każijiet l-oħra kollha, b'referenza għal kwalunkwe kuntratt, minbarra kuntratt għall-bejgħ ta’ merkanzija b'termini ta’ kreditu perjodiku jew għal self li jitħallas bin-nifs, li jiġi konkluż ma’ persuna li teżerċita attivitajiet kummerċjali jew professjonali, dment li l-kuntratt jaqa' taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Dan il-kunċett wiesgħa ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturii jestendi l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni offruta, u jissimplifika d-determinazzjoni tal-kuntratti koperti, f'konformità mal-protezzjoni pprovduta mid-Direttivi Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Huwa jinkludi l-kuntratti kollha regolati bħala kuntratti konklużi minn konsumaturi mid-Direttivi Komunitarji, inklużi l-kuntratti fejn kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil xi konsumatur, kreditu fil-forma ta’ ħlas bin-nifs, self jew xi ftehim finanzjarju simili ieħor, sakemm dawn huma regolati bid-Direttiva 87/102/KEE dwar il-kreditu lill-konsumatur (90). M'għad hemm l-ebda dubju li l-kunċett jinkludi kuntratti relatati max-xiri tad-dritt tal-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, li huma soġġetti għad-Direttiva 94/47/KE (91); f'każ differenti, ma kienx ikun ċert li dawn kellhom ikunu klassifikati mal-kuntratti konklużi minn konsumaturi, aktar milli mal-kuntratti għax-xiri ta’ drittijiet in rem fi proprjetà immobbli, li huma s-suġġett tal-Artikolu 22(1), minħabba d-differenzi fost il-liġijiet nazzjonali diversi tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li affermat li l-kuntratti fuq il-bażi ta’ timeshare li huma suġġetti għad-Direttiva 94/47/KE huma koperti wkoll bid-Direttiva 85/577/KE jekk il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jiġu sodisfatti b'xi mod ieħor (92), u li dik l-interpretazzjoni għandha titqies għall-fini tal-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni, minħabba r-rabta bejn il-Konvenzjoni u s-sistema ġuridika Komunitarja (93). |
|
82. |
Il-Konvenzjoni testendi wkoll l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti konklużi minn konsumaturi fir-rigward tar-rabta mal-Istat li fih il-konsumatur ikollu d-domiċilju. Hija ma tagħmilx innovazzjonijiet fir-rigward tal-bejgħ ta’ merkanzija b'termini ta’ kreditu perjodiku jew self li jitħallas bin-nifs, fejn m'hemmx il-ħtieġa ta’ prossimità bejn il-kuntratt u l-Istat li fih il-konsumatur ikollu d-domiċilju. Għal kuntratti oħrajn, madankollu, l-estensjoni tal-protezzjoni għall-kuntratti kollha konklużi minn konsumaturi, u l-estensjoni tal-forum actoris li ġġib magħha, ma tkunx ġustifikata mingħajr fattur li jorbot lill-parti kontraenti l-oħra u l-Istat ta’ domiċilju tal-konsumatur. Il-Konvenzjoni tal-1988 irrikjediet ċerti rabtiet fil-każ ta’ kuntratti għall-forniment ta’ merkanzija jew servizzi - ir-rekwiżit li fl-Istat ta’ domiċilju tal-konsumatur il-konklużjoni tal-kuntratt kienet preċeduta minn stedina speċifika indirizzata lill-konsumatur jew minn reklamar, u r-rekwiżit li l-konsumatur ikun ħa, f'dak l-Istat, il-passi meħtieġa għall-konklużjoni tal-kuntratt - iżda l-grupp ta’ ħidma ad hoc qies li dawn ma kinux biżżejjed, u li ma kinux adatti għar-rekwiżiti attwali tal-protezzjoni tal-konsumatur. Għalhekk, il-Konvenzjoni l-ġdida tirrikjedi li l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tal-persuna li magħha l-konsumatur jikkonkludi kuntratt, jitwettqu fl-Istat ta’ domiċilju tal-konsumatur, jew li jkunu diretti lejn l-Istat jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat. |
|
83. |
Ir-rabta l-ġdida mal-Istat ta’ domiċilju tal-konsumatur tista' tapplika għal kuntratt ta’ kwalunkwe tip, u hi intenzjonata b'mod partikolari biex tissodisfa l-ħtieġa għall-protezzjoni li tirriżulta mill-kummerċ elettroniku (94). Hija ma tiddipendix fuq il-post fejn issir l-azzjoni tal-konsumatur, jew fuq il-post fejn jiġi konkluż il-kuntratt, li jista' jkun f'pajjiż differenti minn dak tad-domiċilju tal-konsumatur: hija tagħti importanza biss lill-attivitajiet tal-parti l-oħra, li għandhom jitwettqu fl-Istat ta’ domiċilju tal-konsumatur, jew li huma diretti lejn dak l-Istat, forsi permezz ta’ mezzi elettroniċi. Fil-każ ta’ transazzjoni fuq l-Internet, pereżempju, il-fatt li l-konsumatur ikun ordna l-merkanzija minn Stat li mhuwiex l-Istat tad-domiċilju tiegħu stess ma ċċaħħdux mill-protezzjoni li toffri l-Konvenzjoni jekk l-attivitajiet tal-bejjiegħ ikunu diretti lejn l-Istat tad-domiċilju tiegħu, jew lejn dak l-Istat fost oħrajn. F'dak il-każ ukoll il-konsumatur jista' jressaq istanza fil-qrati tad-domiċilju tiegħu stess, skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni, irrispettivament mill-post fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt u irrispettivament mill-post fejn tgawda s-servizz ipprovdut elettronikament. Ir-rabta teżisti biss jekk l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali huma diretti b'mod indisputabbli lejn l-Istat fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju. Hawnhekk hu irrilevanti jekk websajt titqiesx attiva jew passiva. Bħalma ddikjaraw il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni tal-UE dwar l-Artikolu 15 tar-Regolament Brussell I, “sabiex l-Artikolu 15(1)(c) ikun applikabbli, mhuwiex suffiċjenti għal intrapriża li timmira l-attivitajiet tagħha lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur, jew lejn numru ta’ Stati Membri inkluż dak l-Istat Membru; għandu jkun hemm ukoll kuntratt konkluż fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha. Din id-dispożizzjoni tirrigwarda numru ta’ metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-kuntratti konklużi minn distanza permezz tal-Internet. F'dan il-kuntest, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li s-sempliċi fatt li sit tal-Internet ikun aċċessibbli mhuwiex biżżejjed sabiex l-Artikolu 15 ikun applikabbli, għalkemm ikun fattur li dan is-sit tal-Internet iħajjar il-konklużjoni ta’ kuntratti minn distanza u li kuntratt ġie effettivament konkluż minn distanza, bi kwalunkwe mezz. F'dan ir-rigward, il-lingwa jew il-munita użata minn dan is-sit tal-Internet mhijiex fattur rilevanti” (95). |
|
84. |
L-isfera tal-applikazzjoni tar-regoli tal-ġurisdizzjoni li jipproteġu lill-konsumaturi kompliet ġiet estiża biex tinkludi kuntratti ta’ trasport, li kienu esklużi minnha mill-Konvenzjoni tal-1988, fejn kienu ssoġġettati għar-regoli ġenerali dwar il-kuntratti. L-esklużjoni tal-kuntratti kollha tat-trasport dehret li ma kenitx ġustifikata minħabba l-prattika li jiġu konklużi kuntratti għal taħlita ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni għal prezz inklużiv. Hawnhekk, li wieħed ikompli jeskludi l-kuntratti tat-trasport kien ifisser ukoll li kien ikollhom japplikaw regoli ta’ ġurisdizzjoni differenti għas-servizzi differenti magħqudin f'kuntratt uniku li f'termini ekonomiċi jirrappreżenta transazzjoni kummerċjali waħda. Għaldaqstant, l-Artikolu 15(3) jillimita l-esklużjoni mir-regoli fit-Taqsima 4 tat-Titolu II għal kuntratti tat-trasport li ma jipprovdux taħlita ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni għal prezz inklużiv; din id-dispożizzjoni hi b'hekk allinjata mad-dispożizzjoni għall-kuntratti konklużi minn konsumaturi fil-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (96). |
3. Kuntratti individwali ta’ impjieg (Artikoli 18 sa 21)
|
85. |
Il-kuntratti individwali ta’ impjieg ġew kompletament injorati fil-Konvenzjoni ta’ Brussell oriġinali, u konsegwentement kienu suġġetti għar-regoli ġenerali u għar-regola speċjali dwar l-obbligi kuntrattwali fl-Artikolu 5(1), mingħajr ebda restrizzjoni speċjali dwar l-għażla tal-forum; ġew suġġetti għar-regoli speċjali fil-Konvenzjoni tal-1988 (it-tieni parti tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 17(5)); u issa qed jiġu trattati permezz ta’ regoli speċjali fit-Taqsima 5 tat-Titolu II, li ssegwi t-taqsimiet dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni u tal-konsumatur, biex b'hekk ġew ikkompletati r-regoli li jipproteġu lill-parti d-dgħajfa f'kuntratt. It-taqsima l-ġdida ssegwi l-istess skema u l-istess soluzzjonijiet bħall-oħrajn, filwaqt li f'ċerti rigwardi titbiegħed mill-arranġamenti fil-Konvenzjoni tal-1988. |
|
86. |
Bħad-dispożizzjonijiet fit-taqsimiet l-oħra, l-Artikolu 18(1) jafferma l-indipendenza u n-natura komprensiva tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni għal kuntratti individwali ta’ impjieg li jinsabu fit-taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 jekk il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat li mhuwiex marbut bil-Konvenzjoni, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5) għal tilwim li jikkonċerna fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor. Bħall-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 18(2) jittratta l-eżistenza ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment fi Stat marbut bil-Konvenzjoni bħala ekwivalenti għal kwistjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tagħhom għad-domiċilju ta’ min iħaddem f'dak l-Istat, anke jekk min iħaddem ikollu d-domiċilju fi Stat li mhuwiex marbut bil-Konvenzjoni. |
|
87. |
Il-ġurisdizzjoni fi proċedimenti kontra min iħaddem li jkollu d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni hi rregolata mill-Artikolu 19, li, fil-parti l-kbira, jirripproduċi d-dispożizzjoni fit-tieni parti tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tal-1988. Dan ifisser li min iħaddem jista' jiġi mħarrek mhux biss fil-qrati tal-Istat fejn ikollu d-domiċilju, iżda wkoll fil-qrati tal-post fejn l-impjegat normalment iwettaq il-ħidma tiegħu jew l-aħħar post fejn hu għamel dan (il-paragrafu 2(a)). L-aħħar frażi ma kenitx tinstab fil-Konvenzjoni tal-1988, u ddaħħlet minħabba li spiss ġie osservat li l-proċedimenti minn impjegat kontra min iħaddem jitressqu biss wara li tiġi fi tmiemha r-relazzjoni ta’ impjieg jew l-impjegat ma jibqax jaħdem. Ma kienx ikun adatt li l-impjegat jinċaħad il-forum alternattiv tal-post tal-ħidma tiegħu f'dawn il-każijiet. Hemm ukoll il-fatt li fil-post tal-impjieg tiegħu, kemm matul ir-relazzjoni ta’ impjieg jew wara li tkun intemmet, normalment l-impjegat jista' jirrikorri għal trade union li tista' tgħinu biex jinsisti fuq id-drittijiet tiegħu quddiem il-qrati. Jekk normalment impjegat ikun jaħdem jew ikun ħadem abitwalment f'pajjiżi differenti, jista' jsir rikors fil-qrati tal-post fejn jinsab jew kien jinsab in-negozju li ingaġġa lill-impjegat (il-paragrafu 2(b)). Is-soluzzjoni adottata tikkorrispondi għal dik fil-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (97). ta’ min wieħed jinnota li din is-soluzzjoni hi meħtieġa biss meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat pajjiż ta’ referenza li jissodisfa ż-żewġ rekwiżiti li tiġi stabbilita rabta sinifikanti bejn it-tilwima u l-post li l-qrati tiegħu huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeċiedu dwar il-kawża sabiex l-impjegat, bħala l-parti d-dgħajfa tal-kuntratt, ikun protett b'mod adatt, u li jiġi evitat it-tkattir tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni. Anke meta l-impjegat ikun qiegħed jaħdem f'aktar minn Stat wieħed, jekk fil-fatt huwa jwettaq il-parti essenzjali tad-dmirijiet tiegħu vis-à-vis min iħaddmu f'post wieħed, huwa f'dak il-post li hu għandu jiġi ġġudikat li normalment iwettaq il-ħidma tiegħu, u konsegwentement japplika l-Artikolu 19(2)(a) tal-Konvenzjoni (98). |
|
88. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina proposta biex tiżdied ġurisdizzjoni ma’ dawk previsti fl-Artikolu 19 sabiex impjegat li għal perijodu ta’ żmien limitat ikun kollokat għal finijiet ta’ ħidma ġo Stat marbut bil-Konvenzjoni, ikun jista' jressaq istanzi legali dwar il-ħidma u l-kondizzjonijiet li fihom hu jwettaqha fil-qrati ta’ dak l-Istat. Il-proposta ġiet ikkunsidrata fid-dawl tad-Direttiva 1996/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema (99), li l-Artikolu 6 tagħha jipprevedi li “Sabiex jiġi eżegwit id-dritt għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg iggarantiti fl-Artikolu 3, il-proċeduri gudizzjarji jistgħu jinfetħu fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem qiegħed jew ġie kkollokat, mingħajr preġudizzju, meta applikabbli, għad dritt taħt konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti dwar il-ġurisdizzjoni, li jinfetħu proċeduri fi Stat ieħor”. Naturalment, din id-dispożizzjoni, interpretata fil-kuntest tad-Direttiva, għandha ambitu ta’ applikazzjoni differenti minn dak ta’ dispożizzjoni fil-Konvenzjoni li tikkonferixxi ġurisdizzjoni ġenerali, favur l-impjegat, fuq il-qrati tal-Istat li fih ikun ġie kollokat. Id-Direttiva tagħti serje ta’ definizzjonijiet tat-termini użati - bħal “ħaddiem kollokat”, “termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg”, eċċ. - li jeħtieġ li ssir referenza għalihom fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Barra minn hekk, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post fejn l-impjegat ikun ġie kollokat hi limitata mid-Direttiva għat-“termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg iggarantiti fl-Artikolu 3” tad-Direttiva, u mhijiex ta’ natura ġenerali. Li wieħed jikkonferixxi ġurisdizzjoni ġenerali fuq din il-qorti ma jkunx jinkludi l-kwistjonijiet kollha koperti mill-Artikolu 3 tad-Direttiva, minħabba li t-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg li ssir referenza għalihom ikopru suġġetti bħas-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq il-post tax-xogħol, li huma kwistjonijiet ta’ liġi pubblika, u ma setgħux jiġu inklużi fil-Konvenzjoni ta’ Lugano, li hi limitata għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Fl-aħħar nett, ser ikun disponibbli esklużivament għall-impjegati forum addizzjonali mdaħħal fil-Konvenzjoni, filwaqt li l-Artikolu 6 tad-Direttiva ma jagħmilx distinzjoni bejn il-pożizzjonijiet tal-partijiet, u jipprovdi wkoll bażi għall-ġurisdizzjoni f'istanzi mressqa minn min iħaddem. Għalhekk li wieħed jikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta’ Stat li fih il-ħaddiem hu kollokat, ma jirregolax il-ġurisdizzjoni bl-istess mod bħad-Direttiva, u joħloq żewġ sistemi suġġetti għal regoli differenti ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni, li jistgħu jxekklu ċ-ċertezza legali f'oqsma fejn il-protezzjoni għandha tkun żgurata. Dawn il-konsiderazzjonijiet ipperswadew lill-grupp ta’ ħidma ad hoc biex ma jaċċettax il-proposta li tiġi konferita ġurisdizzjoni ġenerali fuq il-qorti tal-post fejn il-ħaddiem hu kollokat, u biex ma jemendax ir-regoli tal-ġurisdizzjoni rigward l-impjiegi, għalkemm id-Direttiva tkompli topera fi ħdan l-isfera ta’ applikazzjoni tagħha stess, u fi kwalunkwe każ tippermetti li jitressqu istanzi skont konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti dwar il-ġurisdizzjoni, fosthom il-Konvenzjoni ta’ Lugano, li l-isfera ta’ applikazzjoni tagħha ma nbidlitx. |
|
89. |
Bħalma jiġri f'ġurisdizzjonijiet protettivi oħrajn, min iħaddem jista' jagħmel biss rikors kontra impjegat fil-qrati tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni li fih l-impjegat ikollu d-domiċilju, ħlief fil-każ ta’ kontrotalba quddiem il-qorti li tkun qed tittratta t-talba prinċipali skont ir-regoli fit-taqsima dwar il-kuntratti ta’ impjieg. Waqt li jipprevedi dan, l-Artikolu 20 isegwi l-istess kriterju bħal dak adottat għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni u tal-konsumatur, u għalhekk jimmodifika l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tal-1988, li jippermetti wkoll lil min iħaddem li jressaq proċedimenti quddiem il-qorti tal-post fejn normalment l-impjegat iwettaq il-ħidma tiegħu, u, jekk ikun jaħdem f'iktar minn pajjiż wieħed, il-post tan-negozju li beda jħaddem lill-impjegat. Hawnhekk, id-deċiżjoni li titneħħa l-għażla ta’ min iħaddem ittieħdet wara evalwazzjoni akkurata tar-rwol li għandu dan il-kriterju tal-ġurisdizzjoni. Ir-referenza għall-post fejn titwettaq il-ħidma hi intenzjonata biex toffri lill-impjegat forum alternattiv jekk l-impjegat ikun tal-fehma li jkun iktar faċli għalih li jipprovdi provi għat-talba tiegħu hemm, anke wara li tkun intemmet ir-relazzjoni ta’ impjieg, u mhux biex toffri forum actoris espedjenti lil min iħaddem għal tilwim ma’ impjegat. |
|
90. |
Ir-regoli dwar l-għażla tal-forum huma allinjati wkoll dwar is-sistema għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u tal-konsumatur. F'konformità ma’ dak li hu previst fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tal-1988, l-Artikolu 21(1) jgħid li jista' jkun hemm qbil dwar ġurisdizzjoni differenti biss wara li jkun inqala' t-tilwim, sabiex l-impjegat ikun f'pożizzjoni li jivvaluta jekk hijiex mixtieqa. L-Artikolu 21(2) iżid li klawsola dwar l-għażla tal-forum tista' titbiegħed ukoll mir-regoli ġenerali jekk tippermetti lill-impjegat li jressaq proċedimenti fi qrati apparti dawk indikati fl-Artikolu 19. Madankollu, b'mod kuntrarju għat-taqsimiet l-oħrajn, m'hemm l-ebda referenza għall-validità ta’ klawsola li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta’ Stat fejn kemm min iħaddem kif ukoll l-impjegat ikollhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom, minħabba li dan ikun f'konflitt mal-Artikolu 3 tad-Direttiva Komunitarja msemmija aktar ‘il hawn fuq dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi. |
4. Ġurisdizzjonijiet esklużivi
1. Ġenerali
|
91. |
Għal xi klassijiet ta’ materji, il-ġurisdizzjoni prevista hi esklużiva, għal raġunijiet li ma jeħtieġu l-ebda kumment partikolari, li huma kollha relatati mal-prossimità speċjali bejn il-qorti u t-tip ta’ sitwazzjoni. F'ċerti kwistjonijiet l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tissuġġerixxi li għandha tkun konferita ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-qrati li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jikkunsidraw it-tilwim u biex japplikaw ir-regoli u l-konswetudnijiet lokali. Il-Konvenzjoni l-ġdida tikkonferma l-karatteristiċi ta’ ġurisdizzjoni esklużiva: għandha tapplika ġurisdizzjoni esklużiva irrispettivament minn fejn ikollhom id-domiċilju l-partijiet fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni (l-Artikolu 22); ma jistax ikun hemm tbegħid minnha permezz ta’ qbil bejn il-partijiet (l-Artikolu 23) jew sottomissjoni impliċita għall-ġurisdizzjoni (l-Artikolu 24); il-qorti fejn jitressqu l-proċedimenti prinċipali f'tilwim għandha tirrifjuta l-ġurisdizzjoni, fuq mozzjoni tagħha stess jekk il-ġurisdizzjoni esklużiva tiġi mogħtija lill-qrati ta’ Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni (l-Artikolu 25); u s-sentenzi mhumiex ser ikunu rikonoxxuti jekk ikunu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva (l-Artikolu 35), u ma jistgħux ikun eżegwibbli (l-Artikolu 45). Huma biss il-ġurisdizzjonijiet esklużivi msemmija fl-Artikoli 22(1), (2) u (4) li ġew modifikati u jeħtieġu kumment speċifiku. Dawk fl-Artikolu 22(3) u (5) jibgħu mhux mibdula mill-Konvenzjoni tal-1988, u l-qarrej hu mitlub jirreferi għar-rapporti preċedenti (ir-rapport Jenard, pp. 35-36). |
2. Proprjetà immobbli (Artikolu 22(1))
|
92. |
Ma saret l-ebda bidla għar-regola li d-drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew f'kiri ta’ proprjetà immobbli huma taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni li fih tinstab il-proprjetà, għal raġunijiet li diġà ġew spjegati fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-1988 (ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafi 49-54) u l-Konvenzjoni ta’ Brussell (ir-rapport Jenard, pp. 34-35); ir-rapport Schlosser, il-paragrafi 162-165), u għalhekk mhux meħtieġ li titqies hawnhekk. Lanqas m'hu meħtieġ li jiġi speċifikat l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni rigward ir-regoli l-oħra tal-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni, li kienu s-suġġett ta’ eżami ripetut fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Ħalli ninnotaw biss li l-Qorti aċċettat li l-ġurisdizzjoni esklużiva fir-rigward tal-kiri hi limitata għal tilwim li hu ikkonċernat b'mod ċar bil-kiri ta’ proprjetà, u li jaqa' fi ħdan ir-raġuni għall-eżistenza tal-ġurisdizzjoni esklużiva kkonferita fuq il-qrati tal-pajjiż tal-proprjetà. Kuntratt li jikkonċerna firxa ta’ servizzi pprovduti għal ħlas ta’ somma waħda mħallsa mill-klijent mhuwiex kirja fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjoni (100). Madankollu, id-dispożizzjoni tapplika fil-każ ta’ rikors għal danni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ kura tal-kwartieri tan-negozju u dannu kkawżat lil akkomodazzjoni mikrija minn individwu privat għal vaganza ta’ ftit ġimgħat, inkluż fejn ir-rikors ma jkunx sar direttament minn sid il-proprjetà iżda minn operatur tal-ivvjaġġar li l-persuna inkwistjoni tkun kriet l-akkomodazzjoni minn għandha u li jkun beda proċedimenti legali wara li jkun surrogat għad-drittijiet ta’ sid il-proprjetà (101). Fl-aħħar nett, il-kwistjoni dwar jekk u safejn interess ta’ time-sharing fi proprjetà għandux ikun soġġett għal ġurisdizzjoni esklużiva dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà immobbli ġiet solvuta mill-grupp ta’ ħidma ad hoc f'konformità mar-regoli Komunitarji u l-interpretazzjoni tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr il-ħtieġa għal xi dispożizzjoni speċjali (ara l-paragrafu 81 hawn fuq). |
|
93. |
Fuq suġġeriment tal-Kummissjoni, il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 22(1) għandux ikun ikkunsidrat li għandu effett rifless li bih il-qrati tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni jkunu wkoll imċaħħdin mill-ġurisdizzjoni jekk il-proprjetà tinsab fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni. Kif indikat fir-rapport Jenard-Möller (102), l-Artikolu 16(1) tal-Konvenzjoni tal-1988 japplika biss jekk il-proprjetà tinsab fit-territorju ta’ Stat Kontraenti; jekk il-proprjetà tinsab fi Stat li mhux marbut mal-Konvenzjoni, l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni, u possibbilment il-ġurisdizzjonijiet speċjali li tipprevedi l-Konvenzjoni, japplikaw jekk il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat Kontraenti, u l-Artikolu 4 japplika jekk il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni. Wara analiżi mill-qrib, il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddeċieda li mhuwiex rakkomandabbli li tiġi modifikata din l-interpretazzjoni tal-ambitu ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni esklużiva fi kwistjonijiet ta’ proprjetà, jew li l-punt ikun ikkjarifikat fit-test tal-Konvenzjoni, anke jekk wieħed iqis il-fatt li f'każijiet fejn il-proprjetà tinsab f'pajjiż mhux marbut bil-Konvenzjoni, probabbilment l-Artikolu 4 jiġi invokat spiss, u li hemm differenzi sinifikanti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti (103). Wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/03 tagħha (104), il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 22(1) għandux effett rifless, u l-implikazzjonijiet ta’ kwalunkwe effett bħal dan, l-aħjar li tkun ikkunsidrata mill-ġdid jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta’ proprjetà fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju f'pajjiż mhux Komunitarju kellhom jingħaqdu fi ħdan il-Komunità Ewropea. |
|
94. |
Ingħatat attenzjoni partikolari lill-kwistjoni li l-ġurisdizzjoni tkun konferita fuq il-qrati tal-Istat ta’ domiċilju tal-konvenut, bħala alternattiva għall-qrati tal-Istat li fih kienet tinsab il-proprjetà, għal kirjiet ta’ proprjetà immobbli konklużi għal użu privat temporanju għal perijodu massimu ta’ sitt xhur konsekuttivi. F'dan ir-rigward il-Konvenzjoni ta’ Brussell hi differenti mill-Konvenzjoni tal-1988. Skont il-Konvenzjoni ta’ Brussell il-possibbiltà tiddependi fuq żewġ kondizzjonijiet, notevolment li ż-żewġ partijiet iridu jkunu persuni fiżiċi u li t-tnejn irid ikollhom id-domiċilju fl-istess Stat, iżda l-Konvenzjoni tal-1988 twessa' l-ġurisdizzjoni simultanja tal-qrati tal-Istat ta’ domiċilju tal-konvenut, hawnhekk il-kondizzjonijiet huma biss li wieħed mill-partijiet, il-kerrej, irid ikun persuna fiżika u li l-ebda wieħed minnhom ma jkollu d-domiċilju fil-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà, irrispettivament minn jekk ikollhomx id-domiċilju fl-istess Stat. Minħabba li t-termini ta’ referenza tal-grupp ta’ ħidma ad hoc jitolbuh biex jallinja t-testi taż-żewġ Konvenzjonijiet sa fejn hu possibbli, il-grupp ta’ ħidma qies jekk il-Konvenzjoni ta’ Lugano għandhiex tkun allinjata mal-Konvenzjoni ta’ Brussell f'dan ir-rigward jew viċeversa. Is-soluzzjoni adottata - li ġiet segwita wkoll fir-Regolament Brussell I - tieħu ftit mit-tnejn: tirrikkjedi li l-kerrej biss jeħtieġ ikun persuna fiżika, għalkemm il-partijiet kontraenti jrid ikollhom id-domiċilju fl-istess Stat. B'appoġġ għal dik il-soluzzjoni, ta’ min jinnota b'mod partikolari li kien ikun eċċessiv li jkun meħtieġ li ż-żewġ partijiet kontraenti jkunu persuni fiżiċi, minħabba li l-għan tad-dispożizzjoni hu wkoll li tipprovdi protezzjoni fil-każijiet spissi ħafna fejn turisti jikru akkomodazzjoni minn kumpannija li hi sid il-proprjetà barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li l-partijiet kontraenti jrid ikollhom id-domiċilju tagħhom fl-istess Stat tkopri l-parti l-kbira tal-każijiet fejn hu adatt li tiġi abbandunata l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat li fih tinsab il-proprjetà, mingħajr ma jiġi estiż wisq l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni. |
|
95. |
L-Artikolu Ib tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988 ippermetta li Stat jiddikjara li ma kienx ser jirrikonoxxi sentenza dwar kirja ta’ proprjetà immobbli jekk il-proprjetà kienet tinsab fit-territorju tiegħu, anke jekk il-kirja kienet ta’ tip kontemplat mir-regola, u l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat tal-oriġini kienet ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut; din id-dispożizzjoni ma għadhiex titqies li hi meħtieġa, u ma ġietx inkluża fil-Konvenzjoni l-ġdida. |
3. Kumpanniji (Artikolu 22(2))
|
96. |
Ma saret ebda bidla għad-dispożizzjoni fil-Konvenzjoni tal-1988 dwar il-ġurisdizzjoni eklużiva fi proċedimenti li jkollhom bħala l-obbjettiv tagħhom “il-validità tal-kostituzzjoni, in-nullità jew ix-xoljiment ta’ kumpanniji jew persuni ġuridiċi oħrajn jew assoċjazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew id-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom” - jew b'mod aktar preċiż ‘il-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom, “kif tpoġġiha l-formulazzjoni l-ġdida, li jikkonferma l-interpretazzjoni li r-referenza għad-'deċiżjonijiet tal-organi tagħhom” kienet maħsuba li tkun marbuta mal-ewwel parti tal-frażi preċedenti. Id-dispożizzjoni, fl-Artikolu 16(2) tal-Konvenzjoni l-qadima, ikkonferixxiet il-ġurisdizzjoni fuq il-qrati tas-sede tal-kumpannija, il-persuna fiżika jew l-assoċjazzjoni, f'konformità mad-dispożizzjoni li għamlet is-sede ekwivalenti għad-domiċilju. Id-dispożizzjoni l-ġdida żammet ir-rabta mas-“sede”, iżda r-rabta m'għadhiex bil-fors l-istess bħal dik fir-regola ġenerali. Fil-Konvenzjoni l-ġdida d-domiċilju ta’ kumpannija hu fil-fatt definit b'referenza għas-sede statutorja, jew l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju. Dik id-definizzjoni hi waħda indipendenti li tiffaċilta t-tressiq tal-proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni kontra kumpannija li jkollha xi rabta sinifikanti mal-Istati li għalihom tapplika l-Konvenzjoni, iżda ma nħassx li kienet bażi adatta għall-ġurisdizzjoni esklużiva rigward tilwim fl-oqsma meqjusa hawnhekk. Il-ġurisdizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 22 huma esklużivi, u huwa diffiċli li dan jirrikonċilja ma’ definizzjoni ta’ domiċilju li tapplika testijiet alternattivi, li jista' joħloq inċertezza madwar il-liġi applikabbli għall-validità tal-kostituzzjoni tal-kumpanniji. Fi kliem ieħor, il-forum ordinarju għall-kumpanniji jista' jkun ibbażat b'mod adatt fuq kunċett wiesgħa ta’ domiċilju, iżda għall-validità tal-kostituzzjoni tal-kumpanniji, il-kunċett applikat irid ikun wieħed strett, ibbażat fuq fattur wieħed biss li jorbot. Il-grupp ta’ ħidma għażel li jżomm ir-referenza sempliċiment għas-“sede” bħalma hi fil-Konvenzjoni tal-1988, li bħalma kienet fil-Konvenzjoni, trid tkun determinata b'referenza għar-regoli tad-dritt privat internazzjonali tal-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kwistjoni. Għalhekk, ta’ min wieħed jenfasizza li hawnhekk, is-“sede” tal-kumpannija mhijiex kunċett indipendenti, bħas-“sede statutorja” fl-Artikolu 60. Sempliċi referenza għas-“sede statutorja” setgħet tevita l-possibbiltà li fejn is-“sede statutorja” u s-sede proprja kienu jinsabu f'pajjiżi differenti, jista' jkun hemm iżjed minn qorti waħda b'ġurisdizzjoni esklużiva; iżda ġie deċiż li għar-riżoluzzjoni ta’ dik il-problema, huma biżżejjed id-dispożizzjonijiet fil-Konvenzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet. |
|
97. |
Bħala regola, is-soluzzjoni maqbula ser tiżgura li l-forum u l-jus jikkoinċidu, u hi motivata mix-xewqa li jiġi żgurat li meta tqum il-kwistjoni tal-validità tal-kostituzzjoni ta’ kumpannija jkun hemm ġurisdizzjoni unika li hi prevedibbli u ċerta. Ġie indikat fil-grupp ta’ ħidma li x-xewqa ta’ ġurisdizzjoni bħal din kienet anqas evidenti meta t-tilwima kienet tikkonċerna d-deċiżjonijiet tal-korpi regolatorji ta’ kumpannija. Iżda, hawnhekk ukoll, il-grupp ta’ ħidma ddeċieda li jżomm il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tas-sede tal-kupannija, għar-raġuni li normalment dik il-qorti tkun fl-aħjar pożizzjoni biex tiddeċiedi dwar il-validità ta’ deċiżjonijiet bħal dawn. Bil-għan li tipprevjeni l-possibbiltà li l-interpretazzjoni twessa' din il-ġurisdizzjoni, kif rajna, il-Konvenzjoni l-ġdida tirreferi espliċitament għall-“validità” tad-deċiżjonijiet, aktar milli, bħal fil-formulazzjoni preċedenti, għad-“deċiżjonijiet” infushom, biex b'hekk għamlitha pjuttost ċara li l-ġurisdizzjoni esklużiva mhijiex estiża għas-sustanza jew l-effetti tad-deċiżjonijiet. |
4. Drittijiet dwar proprjetà intellettwali (Artikolu 22(4))
|
98. |
Fir-rigward tas-suġġett tal-validità tal-privattivi, it-trade marks, id-disinji, jew drittijiet simili oħrajn li jeħtieġu li jkunu depożitati jew reġistrati, ġeneralment ir-regola dwar il-ġurisdizzjoni hi dik stabbilita fil-Konvenzjoni tal-1988. Il-ġurisdizzjoni esklużiva hi konferita fuq il-qrati tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni li fit-territorju tiegħu tkun saret l-applikazzjoni għad-depożitu jew ir-reġistrazzjoni, jew dawn ikunu saru jew ikun meqjus li jkunu saru skont it-termini ta’ konvenzjoni internazzjonali jew, kif tiċċara l-formulazzjoni l-ġdida ta’ strument Komuntarju. Dan l-aħħar punt ġie miżjud biex jitneħħa kwalunkwe dubju dwar l-ekwivalenza tal-liġi Komunitarja dwar id-drittijiet dwar proprjetà intelletwali jew industrijali mal-liġi tal-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ. |
|
99. |
Il-ġurisdizzjoni esklużiva tapplika wkoll fir-rigward ta’ privattivi mogħtija abbażi tal-Konvenzjoni dwar l-għoti ta’ privattivi Ewropej, iffirmata fi Munich fil-5 ta’ Ottubru 1973. Ir-regola li biha l-qrati ta’ kull Stat marbut bil-Konvenzjoni jrid ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva fi proċedimenti dwar ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ kwalunkwe privattiva Ewropea mogħtija għal dak l-Istat, mingħajr preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, li kienet tinstab fl-Artikolu Vd tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, issa ġiet inkorporata fl-Artikolu 22(4). L-aħħar parti tad-dispożizzjoni kif kienet fil-Protokoll tħalliet barra: din għamlet eċċezzjoni għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni fejn il-privattiva kienet privattiva Komunitarja skont l-Artikolu 86 tal-Konvenzjoni għall-privattiva Ewropea għas-suq komuni, iffirmata fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Diċembru 1975 (105). Il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu, emendata bi Ftehim sussegwenti relatat mal-privattivi Komunitarji ffirmata fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Diċembru 1989, ipprevediet l-għoti ta’ privattiva Komunitarja simili għall-privattivi nazzjonali, iżda indipendenti minnhom u b'effetti ekwivalenti fl-Istati Kontraenti kollha. Hi ddikjarat li l-Konvenzjoni ta’ Brussell kienet tapplika għar-rikorsi kollha dwar il-privattivi Komunitarji, filwaqt li stabbilixxiet ġurisdizzjoni speċjali għal tilwim dwar il-validità u l-ksur. Il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu qatt ma daħlet fis-seħħ, u ma saret l-ebda referenza għaliha fil-Konvenzjoni ta’ Lugano. |
|
100. |
Madankollu, il-kwistjoni tal-eċċezzjoni għall-ġurisdizzjoni esklużiva kkonferita mill-Artikolu 22(4) fuq il-qrati tal-Istati Membri baqgħet kwistjoni attwali, bħala riżultat tal-isforzi biex jiġi persegwit il-ħolqien ta’ privattiva Komunitarja permezz tal-leġislazzjoni Komunitarja; fl-2000, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiva Komunitarja (106), segwita mill-proposti tal-Kummissjoni tal-2003 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-Qorti tal-Ġustizzja f'tilwim dwar il-privattiva Komunitarja u Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qorti għall-Privattivi Komunitarji u dwar appelli quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza (107). L-approċċ ġenerali hu li tingħata ġurisdizzjoni wiesgħa lill-Qorti tal-Ġustizzja, speċjalment f'tilwim dwar ksur, inklużi dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ksur, tilwim dwar il-validità ta’ privattiva Komunitarja, kemm jekk issir rikuża fir-rikors prinċipali jew permezz ta’ kontrotalba, u tilwim dwar l-użu tal-invenzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva Komunitarja jew rigward drittijiet ibbażati fuq l-użu preċedenti tal-invenzjoni, b'ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tordna miżuri proviżorji f'każijiet fi ħdan dawn l-oqsma, li jħalli lill-qrati tal-Istati b'ġurisdizzjoni esklużiva skont l-Artikolu 22(4) f'każijiet biss li mhumiex riservati b'mod ċar għall-qorti Komunitarja. |
|
101. |
Il-konferenza diplomatika li saret mill-10 sat-12 ta’ Ottubru 2006 iddiskutiet jekk huwiex rakkomandabbli li jiżdied mal-Konvenzjoni ta’ Lugano, protokoll li jikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet ta’ drittijiet dwar il-proprjetà industrijali Komunitarji (108). Protokoll bħal dan ikollu l-vantaġġ li jassenja lil qorti unika tilwim dwar il-validità ta’ privattivi u tilwim dwar ksur, li normalment skont il-Konvenzjoni ta’ Lugano kien ikollu jitressaq quddiem qrati differenti. Iżda kontra l-protokoll propost ġie raġunat li dan ma kienx jiċċirkoskrivi t-tilwim ikkonċernat bi preċiżjoni biżżejjed, filwaqt li jħalli d-definizjoni tagħhom għal-leġislazzjoni Komunitarja li għadha trid tidħol fis-seħħ, u li l-inklużjoni ta’ rikorsi għal ksur kienet tikkawża tbegħid kbir mir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni ta’ Lugano u kienet tikkomprometti l-armonija ġenerali tagħha. Deher li kien impossibbli li wieħed jasal għal formulazzjoni sodisfaċenti, u konsegwentement, il-konferenza diplomatika ppreferiet tiddiferixxi l-konsiderazzjoni ta’ protokoll bħal dan għal data aktar tard, meta jkun ġie adottat Regolament dwar il-privattiva Komunitarja. |
|
102. |
Il-protokoll li jikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet ta’ proprjetà industrijali ġibed l-attenzjoni dwar ċerti ħtiġijiet li fil-fatt ġew tal-anqas parzjalment sodisfatti minn ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja: qabel ma ġiet iffirmata l-Konvenzjoni l-ġdida, il-Qorti ġiet mitluba tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk kinitx tapplika r-regola tal-ġurisdizzjoni esklużiva fuq ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattiva irrispettivament minn jekk il-kwistjoni tqajmitx permezz ta’ rikors jew ta’ eċċezzjoni (109). Il-Qorti affermat li kienet tapplika: fid-dawl tal-pożizzjoni u l-objettiv tad-dispożizzjoni fi ħdan l-iskema tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, kellu jkun deċiż li l-qrati tal-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-privattiva kellhom ġurisdizzjoni esklużiva “irrispettivament mill-kuntest proċedurali li fih titqajjem il-kwistjoni tal-validità, kemm jekk permezz ta’ azzjoni, kemm jekk permezz ta’ eċċezzjoni, kemm jekk meta jitressqu l-proċedimenti kif ukoll jekk fi stadju iktar avvanzat ta’ din tal-aħħar” (110). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li fejn isir rikors għal ksur, il-qorti invokata ma setgħetx tikkonkludi indirettament li l-privattiva inkwistjoni ma kinitx valida, avolja l-effetti tas-sentenza kienu limitati għall-partijiet fil-proċedimenti, kif ġara taħt il-liġijiet nazzjonali ta’ xi Stati marbutin bil-Konvenzjoni (111). Bil-ħsieb ta’ dak il-preċedent, qorti li tiġi invokata biex tittratta rikors għal ksur ta’ privattiva fejn toħroġ il-kwistjoni dwar jekk il-privattiva hijiex valida għandha, sakemm ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklużiva biex tiddeċiedi dwar il-validità tal-privattiva skont l-Artikolu 22(4), tiddikjara fuq mozzjoni tagħha stess li m'għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddetermina l-punt skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni; u skont il-proċeduri permessi mil-liġi nazzjonali applikabbli, jista' jkollha tissospendi l-proċedimenti ta’ ksur, filwaqt li tistenna s-sentenza mill-qorti b'ġurisdizzjoni esklużiva, qabel ma tieħu deċiżjoni dwar is-sustanza. Konsegwentement, il-formulazzjoni tal-Artikolu 22(4) tal-Konvenzjoni l-ġdida ġiet modifikata meta mqabbla kemm mad-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 kif ukoll mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Brussell I, sabiex tiġi inkorporata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'GAT (112). Il-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-parti l-kbira tissodisfa l-finijiet maħsuba tal-proposta għal protokoll dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi teħtieġ ġurisdizzjoni esklużiva unika għal rikorsi b'rikuża tal-validità jew li jallegaw ksur, li tipprevjeni li jingħataw sentenzi dwar il-validità ta’ privattiva minn aktar minn qorti waħda, anke jekk dawn ikunu qegħdin jikkunsidraw aspetti differenti ferm tal-kwistjoni, u għalhekk tevita l-periklu ta’ deċiżjonijiet f'konflitt ma’ xulxin. Kieku l-Komunità Ewropea kellha tadotta Regolament dwar il-kwistjoni tal-privattiva Komunitarja, u tikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva fuq ir-reġistrazzjoni u l-validità ta’ privattivi lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni li tkun intalbet tittratta rikors għal ksur ta’ privattiva Komunitarja ma kinitx tkun tista' tagħti sentenza, anke jekk indiretta, dwar il-validità tal-privattiva, u għal dik il-kwistjoni kien ikollha tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, u tittratta lil dik il-Qorti bħal qorti nazzjonali oħra (113). |
5. Proroga ta’ ġurisdizzjoni
1. Ġenerali (Artikolu 23)
|
103. |
Is-sistema li tirregola l-libertà tal-partijiet li jiddeterminaw liema qorti għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tar-relazzjoni tagħhom hi kwistjoni partikolarment delikata, kif wieħed jista' jara mill-abbundanza ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-Konvenzjoni ta’ Brussell ‘il quddiem, li matul is-snin ħtieġet modifiki kbar biex jiġu trattati b'mod adegwat il-ħtiġijiet tan-negozju internazzjonali (114). Il-Konvenzjoni tal-1988 innifisha kienet l-eżitu ta’ dan l-iżvilupp fil-ġurisprudenza u l-leġislazzjoni. Għaldaqstant, mhijiex sorpriża li l-grupp ta’ ħidma ad hoc sab ruħu ffaċċjat minn diversi problemi hawnhekk, li xi wħud minnhom ikkonċernaw kwistjonijiet li kienu diġà ġew diskussi preċedentement, filwaqt li oħrajn ħarġu b'riżultat tal-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet aktar riċenti li ħarġu minn prattiki ta’ negozju internazzjonali. B'referenza għall-Artikolu 23, dwar il-klawsoli dwar l-għażla tal-forum f'kuntratti, id-diffikultajiet inqalgħu l-ewwel nett mir-rabta ma’ Stat marbut bil-Konvenzjoni, li trid teżisti biex ikunu jistgħu jiġu applikati r-regoli tal-Konvenzjoni. Imbagħad, il-grupp ta’ ħidma kkunsidra jekk il-ġurisdizzjoni maqbula mill-partijiet għandhiex tkun esklużiva jew le. Fit-tielet lok, huwa eżamina r-rekwiżiti formali għal klawsola dwar l-għażla tal-forum, u b'mod partikolari kif din il-klawsola tista' tissodisfa r-rekwiżiti tal-kummerċ elettroniku. Fl-aħħar nett, huwa ddiskuta numru ta’ problemi rigward il-pożizzjonijiet differenti tal-partijiet fir-rigward tal-klawsola, il-ġurisdizzjoni li tittieħed deċiżjoni dwar il-validità tal-klawsola, u r-relazzjoni bejn l-Artikolu 23 u l-kumplament tal-Konvenzjoni. |
2. Rabta ma’ Stat marbut bil-Konvenzjoni
|
104. |
L-Artikolu 23 japplika esklużivament għal relazzjonijiet b'element internazzjonali, li ma jistax jikkonsisti biss minn għażla tal-qrati ta’ Stat partikolari (115), u japplika biss jekk mill-anqas wieħed mill-partijiet ikollu d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni. Jekk l-ebda wieħed mill-partijiet ma jkollu d-domiċilju fi Stat bħal dan, il-qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni li ntgħażlet fi klawsola dwar l-għażla tal-forum tista' tivvaluta l-validità tal-klawsola abbażi tal-liġijiet nazzjonali tagħha, u l-qrati tal-Istati l-oħrajn marbutin bil-Konvenzjoni huma obbligati li ma jittrattawx il-kawża sakemm il-qorti jew il-qrati magħżulin fil-klawsola dwar l-għażla tal-forum ikunu rrifjutaw il-ġurisdizzjoni. Il-grupp ta’ ħidma ddiskuta kemm hu rakkomandabbli li jitkompla r-rekwiżit li mill-anqas waħda mill-partijiet ikollu d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni, fejn l-għan hu li jiġu ssimplifikati r-regoli u jingħata effett ugwali lill-klawsoli kollha li jikkonferixxu ġurisdizzjoni fuq qorti jew qrati ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni. Madankollu, anke meta ttieħed kont ta’ dawn l-argumenti, ma kienx meqjus rakkomandabbli li jitwessa' l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni bl-emenda tal-Artikolu 23 bil-mod suġġerit. Fuq kollox, inħass li ma kienx ikun iġġustifikat li tinbidel il-fehma li ma kienx hemm il-ħtieġa li fil-Konvenzjoni jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li bihom qorti għandha taċċetta l-ġurisdizzjoni jekk din tkun magħżula minn partijiet li kollha jkollhom id-domiċilju tagħhom barra t-territorju fejn tapplika l-Konvenzjoni (116), għalkemm ladarba l-qorti stabbilita fi klawsola dwar l-għażla tal-forum tkun aċċettat li t-tbegħid mir-regoli ordinarji kien validu, ġie maqbul li l-klawsola għandha jkollha effett fl-Istati kollha marbutin bil-Konvenzjoni. Konsegwentement, il-formulazzjoni tal-Artikolu 23(1) hi l-istess f'dan ir-rigward bħad-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988, ħlief li t-tieni parti tal-paragrafu, dwar it-trattament tal-klawsola f'każijiet fejn l-ebda waħda mill-partijiet ma jkollha d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni, issa tqiegħdet f'paragrafu separat, il-paragrafu 3. |
|
105. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina l-kwistjoni tad-data li fiha waħda mill-partijiet irid ikollha d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni sabiex l-Artikolu 23(1) ikun jista' japplika, fid-dawl tal-Artikoli 13(3) u 17(3), li jispeċifikaw li fil-każijiet li jirreferu għalihom, id-domiċilju rilevanti hu d-domiċilju tal-partijiet fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt. Ġie maqbul li dik kienet id-data deċisiva għall-finijiet tal-Artikolu 23 ukoll, iżda ma tqiesx li kien meħtieġ li tiżdied spjegazzjoni dwar dan fit-test. Dan kien għaliex iż-żmien rilevanti kellu jkun iż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, għar-raġunijiet taċ-ċertezza legali u l-fiduċja tal-partijiet li qablu dwar il-klawsola. Kieku d-data ta’ referenza kellha tkun id-data li fiha jkunu tressqu l-proċedimenti, waħda mill-partijiet kienet tkun tista' titrasferixxi d-domiċilju tagħha lejn Stat marbut bil-Konvenzjoni wara li tkun iffirmat il-kuntratt u qabel ma jitressqu l-proċedimenti, biex b'hekk l-Artikolu 23(1) ikun jista' japplika, u jinbidel il-kuntest li fih il-qorti magħżula fil-klawsola jkollha tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha. |
3. In-natura esklużiva jew mhux esklużiva tal-klawsola ta’ proroga
|
106. |
Il-Konvenzjoni tal-1988 tistabbilixxi li klawsola ta’ proroga li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni dejjem tikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-qorti jew il-qrati magħżula. Madankollu, skont il-liġijiet ta’ xi wħud mill-Istati marbutin bil-Konvenzjoni - b'mod partikolari skont il-liġi Ingliża - il-partijiet spiss jiftiehmu dwar klawsola dwar l-għażla tal-forum fuq bażi mhux esklużiva, u jħallu lil qrati oħrajn b'ġurisdizzjoni simultanja, u dan jippermetti lill-attur li jagħżel bejn diversi fora; u l-ġurisprudenza Ingliża aċċettat li klawsola mhux esklużiva tikkostitwixxi għażla valida ta’ forum skont il-Konvenzjoni (117). Fuq proposta mid-delegazzjoni tar-Renju Unit, il-grupp ta’ ħidma ad hoc eżamina mill-ġdid il-kwistjoni tal-effett esklużiv ta’ klawsola dwar l-għażla tal-forum, u kkonkluda li, minħabba li klawsola li tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni kienet l-eżitu ta’ qbil bejn il-partijiet, ma kienx hemm raġuni biex il-liberta' tal-partijiet tkun ristretta billi jiġu projbiti milli jaqblu f'kuntratt bejniethom li għandu jkun disponibbli forum mhux esklużiv flimkien mal-forum jew il-fora disponibbli oġġettivament skont il-Konvenzjoni. Kienet fil-fatt diġà prevista possibbiltà simili, għalkemm f'ċerti limiti, mill-Konvenzjoni tal-1988, fejn l-Artikolu 17(4) tagħha ppermetta li tiġi konkluża klawsola dwar l-għażla tal-forum għall-benefiċċju ta’ waħda mill-partijiet biss, li mbagħad kienet iżżomm id-dritt li tressaq il-proċedimenti fi kwalunkwe qorti oħra li kellha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Konvenzjoni, sabiex f'dak il-każ il-klawsola kienet esklużiva biss f'dak li jirrigwarda l-parti l-oħra. Naturalment, dik id-dispożizzjoni kienet ta’ vantaġġ għall-parti l-aktar b'saħħitha fin-negozjar ta’ kuntratt, mingħajr ma kienet ta’ benefiċċju sinifikanti għall-kummerċ internazzjonali. Il-Konvenzjoni tal-1988 issa ġiet emendata sabiex tirrikonoxxi b'mod ġenerali l-validità ta’ klawsola mhux esklużiva dwar l-għażla tal-forum, u fl-istess ħin tħassret id-dispożizzjoni fil-Konvenzjoni tal-1988 li ppermettiet li tiġi konkluża klawsola għall-benefiċċju ta’ parti waħda biss. |
|
107. |
L-Artikolu 23 għadu jagħti preferenza lill-esklużività, u jgħid li l-ġurisdizzjoni maqbula “għandha tkun esklużiva sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor.” Għalhekk, il-klawsola dwar l-għażla tal-forum hi preżunta li għandha effett esklużiv sakemm ma tiġix espressa intenzjoni kuntrarja mill-partijiet fil-kuntratt, u mhux, kif kien propost inizjalment, tkun trattata bħala klawsola mhux esklużiva sakemm ma jsir qbil mill-partijiet li jagħmluha esklużiva. |
4. Rekwiżiti formali għall-klawsola ta’ proroga
|
108. |
Ir-regoli dwar ir-rekwiżiti formali għal proroga ta’ klawsola dwar il-ġurisdizzjoni li ġew stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-1988 jirriflettu żviluppi sinifikanti fil-ġurisprudenza rigward id-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, fil-forma oriġinali tagħha, li s-sentenzi ppruvaw b'diversi modi biex inaqqsu s-saħħa formali tagħha. Il-Konvenzjoni tal-1988 qieset il-ġurisprudenza, u inkorporat il-bidla l-kbira li saret lill-Konvenzjoni ta’ Brussell mill-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni tal-1978 rigward il-validità formali ta’ klawsoli li kienu jaqblu mal-konswetudini fin-negozju jew il-kummerċ internazzjonali (118), b'żieda ta’ referenza għall-forom li kienu jaqblu mal-prattiki li l-partijiet kienu stabbilixxew bejniethom (119). L-interpretazzjoni mill-qrati tar-regola fil-Konvenzjoni tal-1988 ma ħtieġet l-ebda bidla radikali fl-abbozzar tal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ Lugano. Il-Konvenzjoni l-ġdida tikkonferma li klawsola dwar l-għażla tal-forum mhijiex ikkunsidrata li hi f'forma valida sakemm ma tkunx bil-kitba jew, jekk tkun konkluża b'mod verbali, jingħataw provi bil-kitba, jew inkella f'forma li taqbel mal-prattiki li jkunu ġew stabbiliti bejn il-partijiet infushom, jew f'forma li taqbel mal-konswetudni fin-negozju jew il-kummerċ internazzjonali tat-tip definit fl-Artikolu 23(1)(c). Fir-rigward tal-provi bil-miktub ta’ klawsola verbali, tqajmu dubji dwar jekk kienx biżżejjed li l-provi jiġu minn waħda mill-partijiet, jew jekk għandhomx jiġu mit-tnejn. Id-deċiżjoni għandha tkun għall-ewwel possibbiltà. Xi waħda mill-partijiet spiss tipproponi klawsola konkluża verbalment, filwaqt li l-parti l-oħra tirriżerva d-dritt li tniżżel il-ftehim verbali bil-miktub, u l-konferma mogħtija minn dik il-parti l-oħra hi biżżejjed biex tintwera l-eżistenza u t-termini tal-ftehim. Din l-interpretazzjoni tikkorrispondi aktar mill-qrib mal-formulazzjoni tal-Artikolu 23(1)(a) f'xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi, partikolarment il-verżjoni bl-Ingliż, li hi aktar espliċita fil-ħtieġa għall-forma miktuba bħala prova tal-ftehim verbali, aktar milli għall-konklużjoni tiegħu (120). Kieku r-regola kellha tkun interpretata b'mod ieħor, kienet ukoll trendi prattikament superfluwa r-referenza f'verżjonijiet lingwistiċi oħrajn għal 'konferma bil-miktub' fit-tieni parti tal-punt (a), minħabba li l-konferma bil-miktub li kellha tingħata miż-żewġ partijiet kienet fl-aħħar mill-aħħar tkun klawsola 'bil-miktub' fi ħdan it-tifsira tal-ewwel parti tad-dispożizzjoni. |
|
109. |
Il-problema prinċipali li ffoka fuqha l-grupp ta’ ħidma ad hoc fir-rigward tar-rekwiżiti formali għal klawsola ta’ proroga kienet il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 23 setax jakkomoda l-iżvilipp tal- komunikazzjoni elettronika, meta wieħed iqis li l-kummerċ elettroniku m'għandux ikun imxekkel minn rekwiżiti formali mhux adatti. M'hemmx dubju li l-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jistgħu fil-fatt japplikaw għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, minħabba li jirreferu għal prattiki stabbiliti mill-partijiet u l-konswetudni fin-negozju jew il-kummerċ internazzjonali. Hu aktar problematiku li wieħed jiddetermina jekk il-punt (a) jistax japplika, jiġifieri jekk il-forma miktuba li jirrikjedi hijiex preżenti fil-każ tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Biex jiġi riżolt kull dubju li jista' jinqala', tqies rakkomandabbli li tiġi adottata regola ċara. L-Artikolu 23(2) għalhekk issa jgħid li kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi hi ekwivalenti għal “kitba” jekk “tipprovdi rekord għat-tul tal-ftehim”. It-test dwar jekk ir-rekwiżit formali tal-Artikolu 23(1) huwiex sodisfatt hu għalhekk jekk huwiex possibbli li jinħoloq rekord dejjiemi ta’ komunikazzjoni elettronika billi din tkun stampata jew issejvjata fuq tejp jew disk ta’ riżerva (backup) jew tinħażen b'xi mod ieħor. Hawnhekk, il-grupp ta’ ħidma bbaża lilu nnifsu fuq ir-rekwiżiti formali għall-ftehimiet ta’ arbitraġġ fil-Liġi Mudell tal-UNCITRAL dwar l-Arbitraġġ Kummerċjali Internazzjonali, li tgħid li ftehim li jkun ġie konkluż bil-fomm, bl-imġiba jew b'mezzi oħrajn hu “bil-miktub” jekk ikun irreġistrat fi kwalunkwe forma, u komunikazzjoni elettronika hi kkunsidrata li tissodisfa l-ħtieġa li tkun “bil-kitba” jekk l-informazzjoni li tinsab fiha hi aċċessibbli sabiex tkun tista' tiġi użata għal referenza sussegwenti; tkompli billi tipprovdi definizzjonijiet ċari ta’ dak li jfissru 'komunikazzjoni elettronika' u “messaġġ ta’ data” (121). Ir-regola teskludi biss dawk il-komunkazzjonijiet elettroniċi li ma jipprovdux rekord dejjiemi. Konsegwentement, dawk il-komunikazzjonijiet ma jistgħux jintużaw biex tiġi konkluża klawsola dwar l-għażla tal-forum li hi valida formalment għall-fini tal-punt (a), għalkemm jistgħu jkunu rilevanti għall-fini tal-punti (b) u (c) jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. L-Artikolu 23(2) jindika sempliċiment li l-komunikazzjoni elettronika hi kkunsidrata bil-miktub “jekk tipprovdi rekord għat-tul”, anke jekk fil-fatt ma jkun sar l-ebda rekord għat-tul bħal dan, li jfisser li r-rekord mhuwiex rikjest bħala kondizzjoni tal-validità jew l-eżistenza formali tal-klawsola, iżda biss jekk tinqala' l-ħtieġa ta’ prova tagħha, li ovvjament ikun diffiċli li tiġi pprovduta b'xi mod ieħor. |
5. Proroga impliċita tal-ġurisdizzjoni (Artikolu 24)
|
110. |
Hemm proroga impliċita ta’ ġurisdizzjoni favur qorti li, f'każ differenti, ma jkollhiex ġurisdizzjoni skont il-Konvenzjoni jekk l-attur iressqilha l-kwistjoni u l-konvenut jidher il-qorti mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħha; din id-dispożizzjoni hi distinta mill-proroga ta’ ġurisdizzjoni kkontemplata mill-Artikolu 23, fis-sens li ma tippresupponix ftehim bejn il-partijiet, u ma tobbligax lill-qorti biex teżamina jekk il-klawsola li tikkonferixxi ġurisdizzjoni fuqha kinitx fil-fatt is-suġġett ta’ qbil, li jrid jiġi muri b'mod ċar u preċiż, billi l-fini tar-rekwiżiti formali fl-Artikolu 23 hu li jiġu pprovduti l-provi (122). L-Artikolu 24 jikkonferixxi ġurisdizzjoni permezz tas-sempliċi fatt li l-konvenut jidher il-qorti u ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni tal-qorti fejn tkun tressqet il-kawża, u jiddefendi lilu nnifsu dwar il-merti, sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi ftehim bejn il-partijiet. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra l-kwistjoni dwar jekk il-ġurisdizzjoni tkunx ikkonferita biss jekk il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni (123), jew ukoll meta l-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni, iżda ma qiesx li kien meħtieġ li jżid xi kjarifika dwar il-formulazzjoni. Minkejja l-ambigwità evidenti tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24, li tirreferi b'mod ġeneriku għal każijiet li fihom il-ġurisdizzjoni ma tirriżultax mill-Konvenzjoni, it-tqabbil bejn is-sistemi tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 24 iwassal għall-konklużjoni li jekk id-domiċilju tal-konvenut ma kellux ikun fi Stat marbut bil-Konvenzjoni, il-proroga impliċita tal-ġurisdizzjoni jista' jkollha ambitu ta’ applikazzjoni usa' mill-proroga espressa, li jirrikjedi li mill-anqas waħda mill-partijiet ikollha d-domiċilju tagħha f'dan l-Istat (rekwiżit li l-Grupp iddeċieda li ma jneħħix). |
|
111. |
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 24 qajmet diffikultajiet ta’ interpretazzjoni b'referenza għad-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, b'mod partikolari rigward il-possibbiltà li wieħed jikkontesta l-ġurisdizzjoni u fl-istess ħin jippreżenta difiża dwar il-merti, u rigward il-punt meta għandu jkun hemm rikuża dwar il-ġurisdizzjoni. L-ewwel kwistjoni, dwar jekk il-proroga tal-ġurisdizzjoni favur il-qorti invokata tistax tiġi evitata permezz ta’ rikuża għall-ġurisdizzjoni jekk il-konvenut jiddefendi wkoll lilu nnifsu dwar il-merti, toħroġ mid-diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (u sussegwentement tal-Konvenzjoni ta’ Lugano): xi verżjonijiet lingwistiċi, bħall-verżjonijiet bl-Ingliż u bit-Taljan, qalu li r-regola dwar il-proroga impliċita ma tapplikax fejn wieħed ikun deher il-qorti “biex jikkontesta l-ġurisdizzjoni biss”, aktar milli sempliċiment “biex jikkontesta l-ġurisdizzjoni”. Skont il-liġijiet ta’ xi pajjiżi l-eċċezzjonijiet kollha fid-difiża, inklużi l-eċċezzjonijiet dwar il-merti, għandhom ikunu ppreżentati fl-ewwel att tad-difiża; dan għamilha diffiċli li r-regola tiġi applikata b'mod litterali, minħabba li dan kien jipprevjeni lill-konvenut milli jiddefendi lilu nnifsu dwar il-merti jekk tinċaħad l-eċċezzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, u dan ma kienx ikun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedimenti oriġinali, li hi waħda mill-garanziji previsti mill-Konvenzjoni. Id-dubju tneħħa mill-Qorti tal-Ġustizzja, li interpretat id-dispożizzjoni li tfisser li d-dehra tal-konvenut fil-qorti m'għandhiex l-effett li tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni jekk il-konvenut filwaqt li jikkontesta l-ġurisdizzjoni jagħmel ukoll sottomissjonijiet dwar is-sustanza (124), u li konvenut li fl-istess ħin u b'mod alternattiv jissottometti difiża dwar is-sustanza tat-talba, permezz ta’ dan ma jitlifx id-dritt tiegħu li joġġezzjona dwar in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni (125). Bil-għan li jitneħħa kwalunkwe dubju ieħor, u biex tkun ikkonfermata l-interpretazzjoni tal-Qorti, il-formulazzjoni tal-Artikolu 24 ġiet armonizzata f'diversi verżjonijiet lingwistiċi bit-tħassir tal-kelma “biss”, biex b'hekk għamlitha ċara li hu biżżejjed li l-konvenut jikkontesta l-ġurisdizzjoni, anke jekk fl-istess ħin hu jagħmel sottomissjonijiet fid-difiża tiegħu dwar is-sustanza. |
|
112. |
Iż-żmien meta trid issir rikuża dwar il-ġurisdizzjoni sabiex tiġi evitata l-proroga impliċita tal-ġurisdizzjoni jiddependi fuq il-liġi nazzjonali tal-qorti invokata, li r-regoli tal-proċedura tagħha jiddeterminaw ukoll xi jfisser meta l-konvenut “jidher il-qorti” (126). Hawnhekk, ir-referenza għal-liġi nazzjonali kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li madankollu tat interpretazzjoni indipendenti tad-dispożizzjoni billi affermat li “jekk ir-rikuża għall-ġurisdizzjoni ma tippreċedix kwalunkwe difiża fir-rigward tas-sustanza, fi kwalunkwe każ ma tistax issir wara li jkunu saru s-sottomissjonijiet li skont il-liġi proċedurali nazzjonali huma kkunsidrati bħala l-ewwel difiża indirizzata lill-qorti invokata.” (127) [Traduzzjoni mhux uffiċjali] Jekk ir-rikuża tiġi ppreżentata qabel kwalunkwe difiża dwar is-sustanza, min-naħa l-oħra, il-kwistjoni taż-żmien sa meta trid tiġi ppreżentata hi determinata biss mil-liġi nazzjonali. |
6. Eżami inkwantu għall-ġurisdizzjoni
1. Ġurisdizzjoni esklużiva ta’ qorti oħra (Artikolu 25)
|
113. |
Ma kienet meħtieġa l-ebda bidla għad-dispożizzjoni li teħtieġ li qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni tiddikjara fuq mozzjoni tagħha stess li m'għandhiex ġurisdizzjoni kull meta l-ġurisdizzjoni esklużiva tkun ikkonferita mill-Artikolu 22 fuq qorti ta’ Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni (128). Dak l-obbligu jibqa' fis-seħħ anke jekk il-konvenut jidher il-qorti u ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni, minħabba li l-ġurisdizzjoni esklużiva ma tistax tinċaħad mill-partijiet la skont l-Artikolu 23 u lanqas skont l-Artikolu 24. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta dwar jekk l-obbligu fid-dispożizzjoni li jirrikjedi li qorti tirrifjuta l-ġurisdizzjoni fuq mozzjoni tagħha stess għandux ikun estiż lil hinn mill-ġurisdizzjoni esklużiva skont l-Artikolu 22, biex jinkludi ġurisdizzjoni magħżula mill-partijiet skont l-Artikolu 23, għalkemm dan biss meta l-klawsola dwar l-għażla tal-forum tkun ikkonferixxiet il-ġurisdizzjoni fuq bażi esklużiva, u wkoll biex jinkludi ġurisdizzjoni konferita minn klawsola dwar arbitraġġ. Il-grupp ta’ ħidma kkonkluda li l-obbligu m'għandux ikun estiż b'dan il-mod, fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 25 kien jittratta sitwazzjoni fejn il-partijiet kienu dehru l-qorti. Għalhekk jekk wieħed jonqos milli jikkontesta l-ġurisdizzjoni dan għandu jitqies bħala emenda tal-klawsola dwar l-għażla tal-forum fl-Artikolu 24, filwaqt li jekk issir rikuża, jekk il-qorti tkun qablet, din għandha twassal għal deċiżjoni min-naħa tal-qorti li ma tkunx ittieħdet fuq mozzjoni tagħha stess. Il-każ ta’ konvenut li ma jkunx deher il-qorti kien ikkontemplat fl-Artikolu 26. Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni li ġejja minn klawsola dwar arbitraġġ, ġie indikat li l-arbitraġġ kien jaqa' barra l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni, u ma nħassx li kien rakkomandabbli li l-grupp ta’ ħidma għandu jikkunsidraha. |
2. Kontumaċja tal-konvenut (Artikolu 26)
|
114. |
Bħal fl-Artikolu 25, ma kienx hemm il-ħtieġa għal xi bidla kbira għall-Artikolu 26, li jittratta l-eżami fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fejn il-konvenut ikun kontumaċi (129). Id-dispożizzjoni tagħmel distinzjoni bejn sitwazzjoni fejn il-qorti invokata ma jkollhiex il-ġurisdizzjoni skont il-Konvenzjoni u sitwazzjoni fejn fil-fatt ikollha ġurisdizzjoni skont il-Konvenzjoni, iżda f'kull każ id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-qorti li tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess (130) abbażi tal-preżentazzjoni mill-attur tat-talba tiegħu. Skont il-paragrafu 1, jekk il-qorti ssib li ma jkollhiex ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ konvenut li jkollu d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni, fuq mozzjoni tagħha stess hi għandha tiddikjara li m'għandhiex ġurisdizzjoni, jew minħabba li m'hemm xejn li jikkonferixxi l-ġurisdizzjoni fuqha skont il-Konvenzjoni jew minħabba li l-partijiet ikunu eżentaw lilhom infushom mill-ġurisdizzjoni tagħha billi jkunu qablu dwar klawsola dwar l-għażla tal-forum favur ġurisdizzjoni oħra. Fi kliem ieħor, il-fatt li l-konvenut ikun kontumaċi ma jistax jitqies li jikkostitwixxi sottomissjoni għall-ġurisdizzjoni, u li jpatti għall-assenza ta’ kriterji oħrajn li jikkonferixxu l-ġurisdizzjoni. Il-fatt li l-Artikolu 24 hu kriterju indipendenti ta’ ġurisdizzjoni jfisser li l-qorti trid tivverifika li jkun sar minn kollox biex il-konvenut ikun ġie notifikat bit-talba f'konformità mal-Artikolu 26(2), sabiex ikun jista' jidher u jissottometti lilu nnifsu għall-ġurisdizzjoni jekk iqis li dan hu rakkomandabbli. It-tieni sitwazzjoni deskritta għandha ambitu ta’ applikazzjoni usa'. Meta l-qorti jkollha ġurisdizzjoni skont il-Konvenzjoni, din ikollha tipproċedi b'kontumaċja, jekk u safejn il-liġi nazzjonali tagħha tkun tippemetti dan f'każijiet fejn il-konvenut hu kontumaċi. Madankollu, qabel ma titkompla l-kawża, l-Artikolu 26(2) jirrikjedi li l-qorti tissospendi l-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta' jirċievi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien biżżejjed sabiex ikun jista' jħejji d-difiża tiegħu, jew li jkunu ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dan il-għan. |
|
115. |
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-każijiet kollha li fihom il-qorti invokata jkollha ġurisdizzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Konvenzjoni, irrispettivament minn jekk il-konvenut ikollux id-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni jew le (131). Altrimenti, jekk il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat mhux marbut mal-Konvenzjoni ma kienux ikunu koperti il-każijiet ta’ ġurisdizzjoni esklużiva. Il-ħtieġa li jsir dak kollu li hu possibbli biex jiġi żgurat li l-konvenut ikun irċieva d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti hi marbuta mar-rikonoxximent tad-deċiżjoni fi Stati oħrajn marbutin bil-Konvenzjoni, li hi indipendenti mid-domiċilju tal-konvenut fil-proċedimenti oriġinali, li madankollu tista' tiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk ikunx sar dak kollu li hu possibbli biex il-konvenut jiġi infurmat minn qabel li jkunu qegħdin jitressqu l-proċedimenti (132). |
|
116. |
Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jkun ġie trasmess skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-notifika barra l-pajjiż ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f'materji ċivili u kummerċjali, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano huma sostitwiti bl-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja (133). Iddaħħal paragrafu addizzjonali bħala riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 (134), u l-Ftehim sussegwenti bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, iffirmat fi Brussell fid-19 ta’ Ottubru 2005 (135); fir-relazzjonijiet reċiproċi bejn l-Istati marbutin bir-Regolament jew bil-Konvenzjoni, meta dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jkun ġie trasmess skont ir-Regolament jew il-Ftehim, dan il-paragrafu l-ġdid jissostitwixxi r-referenza għall-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja b'referenza għall-Artikolu 19 tar-Regolament. ta’ min wieħed jinnota li r-Regolament Nru 1348/2000 ġie sostitwit bir-Regolament il-ġdid (KE) Nru 1393/2007 (136), li japplika sa mit-13 ta’ Novembru 2008. F'konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament, ir-referenza fil-Konvenzjoni ta’ Lugano għar-Regolament 1348/2000 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament 1393/2007. |
|
117. |
Bil-għan li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ ċertezza u rapidità tas-servizz, ġie deċiż li tiġi preservata d-dispożizzjoni dwar it-trasmissjoni ta’ dokumenti li tinsab fl-Artikolu IV tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, li issa sar l-Artikolu I tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni l-ġdida. Dik id-dispożizzjoni tgħid li d-dokumenti għandhom ikunu trasmessi f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-konvenzjonijiet u l-ftehimiet li japplikaw bejn l-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. Sakemm l-Istat li jkun irċieva l-applikazzjoni ma jkunx oġġezzjona, id-dokument jista' jintbagħat ukoll mill-uffiċjali pubbliċi tal-Istat li fih ikun tfassal direttament lill-uffiċjali pubbliċi tal-Istat li fih l-indirizzat għandu jinstab, sabiex jintbagħat lill-indirizzat bil-mod speċifikat mil-liġi tal-Istat li jkun irċieva l-applikazzjoni. It-trasmissjoni għandha tkun irreġistrata b'ċertifikat mibgħut direttament lill-uffiċjal tal-Istat tal-oriġini. Din il-forma ta’ trasmissjoni tikkorrispondi għal dak previst fl-Artikolu 10(b) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965. L-Artikolu I tal-Protokoll 1 iżid dispożizzjoni ġdida li tgħid li fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea marbutin bir-Regolament Nru 1348/2000 (137), jew bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka tad-19 ta’ Ottubru 2005, għandhom jittrasmettu d-dokumenti permezz tal-metodi stabbiliti fir-Regolament jew il-Ftehim, li jagħtu preferenza lit-trasmissjoni diretta (138) iżda ma jeskludux forom oħrajn ta’ trasmissjoni (139). |
7. Lis pendens — rikorsi relatati
1. Lis pendens (Artikoli 27, 29 u 30)
|
118. |
Il-fatt li huma disponibbli fora alternattivi għal tilwim irregolat mill-Konvenzjoni jippermetti li l-istess każ jista' jitressaq quddiem il-qrati fi Stati differenti marbutin bil-Konvenzjoni, bil-periklu li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jistgħu ma jkunux kompatibbli ma’ xulxin. Biex jiġi żgurat operat adatt tas-sistema tal-ġustizzja fi ħdan qasam ġudizzjarju komuni, dak ir-riskju għandu jkun minimizzat billi, kulfejn hu possibbli, jiġu evitati proċedimenti paralleli mmexxija fl-istess ħin fi Stati differenti. L-awturi tal-Konvenzjoni tal-1988, u tabilħaqq il-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ qabilha, riedu mekkaniżmu ċar u effettiv biex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u rikorsi relatati, u kellhom jieħdu kont tad-differenzi kbar bejn il-liġijiet interni ta’ diversi pajjiżi: l-ewwel nett, ċerti Stati iħarsu lejn l-ordni li fihom jitressqu l-istanzi, filwaqt li oħrajn japplikaw ir-regola tal-forum non conveniens. Il-Konvenzjoni tal-1988 ma kenitx tirreferi għar-regola tal-forum non conveniens, u kienet ibbażata fuq il-kriterju tal-ġurisdizzjoni preċedenti tal-qorti invokata l-ewwel: kull qorti fejn il-kwistjoni tkun tressqet minn hemm ‘il quddiem kellha tissospendi l-proċedimenti saż-żmien meta tkun ġiet stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti, u jekk din tkun ġiet stabbilita, kellha tiċħad il-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti. Dak l-arranġament kien aħjar mis-soluzzjoni oriġinali fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, li biha, kwalunkwe qorti invokata sussegwentement kienet meħtieġa tissospendi l-proċedimenti li jkunu tressqu quddiemha fil-każ biss li l-ġurisdizzjoni tal-qorti l-oħra tkun ġiet ikkontestata, u altrimenti tirrifjuta l-ġurisdizzjoni immedjatament, biex b'hekk jinħoloq periklu sostanzjali ta’ konflitt negattiv ta’ ġurisdizzjoni (140); iżda, madankollu, is-soluzzjoni l-ġdida tat lok għal numru ta’ problemi tagħha stess. B'mod partikolari, il-formulazzjoni tagħha, skont kif ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, naqset milli tistabbilixxi kunċett indipendenti ta’ lis pendens li jkopri kull aspett tal-kwistjoni. Minn naħa waħda, hi stabbilixxiet numru ta’ kondizzjonijiet sostantivi bħala komponenti ta’ definizzjoni ta’ lis pendens - pereżempju, li l-każijiet pendenti simultanjament għandu jkollhom l-istess partijiet, kawża, u suġġett- biex b'hekk il-Qorti tkun tista' tafferma li t-termini użati sabiex jiġi determinat jekk tkunx qamet sitwazzjoni ta’ lis pendens iridu jkunu meqjusa indipendenti (141). Min-naħa l-oħra, madankollu, ir-regola naqset milli tagħti indikazzjoni indipendenti u uniformi ta’ kif kellu jiġi determinat liema qorti kienet indirizzata preċedentement, jiġifieri, f'liema mument għandu jiġi kkunsidrat li hemm rikors pendenti quddiem il-qorti (142). Filwaqt li nnotat li ma kienx hemm definizzjoni indipendenti, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li l-kondizzjonijiet li bihom jista' jintqal li hemm tilwima pendenti quddiem il-qorti kellhom jiġu analizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali ta’ kull qorti (143). Waħda mill-konsegwenzi tar-riferiment għal-liġi nazzjonali sabiex jiġi determinat il-mument meta qorti għandha tkun ikkunsidrata li ġiet invokata għal kawża hi li l-kwistjoni tiġi deċiża b'modi sinifikattivament differenti skont il-qorti invokata. Il-liġijiet tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni juru differenzi sinifikanti f'dak ir-rigward, xi kultant anke fir-rigward tat-tipi differenti ta’ proċedimenti fi ħdan is-sistemi legali tagħhom stess. Madankollu, anke jekk nillimitaw ruħna għall-każ ta’ rikors ordinarju, f'ċerti pajjiżi, bħall-Italja u l-Olanda, il-qorti titqies li tkun ġiet invokata għall-fini ta’ lis pendens fiż-żmien meta ċ-ċitazzjoni li tagħti bidu għall-proċedimenti tkun ġiet notifikata lill-konvenut minn uffiċjal ġudizzjarju. F'dawk il-pajjiżi, in-notifika taċ-ċitazzjoni lill-konvenut isseħħ qabel ma ċ-ċitazzjoni tittieħed il-qorti. Madankollu, f'pajjiżi oħrajn, sitwazzjoni ta’ lis pendens tinqala' meta applikazzjoni tiġi preżentata lill-qorti adatta: dan hu l-każ fid-Danimarka, Spanja, l-Irlanda, il-Finlandja, in-Norveġja, il-parti l-kbira tal-kantoni tal-Isvizzera (144), u l-Isvezja. L-istess huwa l-każ għal Franza u l-Lussemburgu, ħlief li hemm in-notifika taċ-ċitazzjoni lill-konvenut issir qabel ma l-kawża tiddaħħal fir-reġistru tal-qorti, u l-mument deċiżiv mhuwiex iż-żmien meta tittieħed il-qorti iżda pjuttost iż-żmien tan-notifika taċ-ċitazzjoni lill-konvenut. Fl-aħħar nett, f'ċerti pajjiżi oħrajn, il-kawża trid tkun iddaħħlet fir-reġistru tal-qorti u ċ-ċitazzjoni trid tkun ġiet notifikata lill-konvenut, u hemm biss tirriżulta sitwazzjoni ta’ lis pendens. Dan hu l-każ fl-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja (145), il-Portugall, u r-Renju Unit. Is-sitwazzjoni ssir aktar ikkomplikata meta l-mument deċiżiv għal-lis pendens ikun jiddependi fuq iż-żmien meta l-konvenut ikun ġie notifikat bir-rikors, minħabba li l-mument ivarja minn Stat wieħed għal ieħor u jista' jiddependi wkoll fuq il-proċedura segwita. F'dak ir-rigward, ta’ min wieħed jiftakar li r-Regolament Komunitarju dwar is-servizz ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji (146), li l-Artikolu 9 tiegħu - b'segwitu għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-istess suġġett (147) - jipprevedi regoli komuni dwar id-data tan-notifika, li bihom id-data tan-notifika ta’ dokument hi d-data li fiha jkun ġie notifikat f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat; madankollu, fejn id-dokument irid ikun notifikat fi żmien perjodu partikolari fil-kuntest ta’ meta jitressqu l-proċedimenti jew ikun hemm proċedimenti pendenti fl-Istat Membru tal-oriġini, id-data li għandha titqies fir-rigward tal-applikant hi d-data stabbilita bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru, sakemm l-Istat ikkonċernat ma jkunx iddikjara li mhuwiex ser japplika dik id-dispożizzjoni. |
|
119. |
Dawn id-differenzi fil-liġijiet nazzjonali jistgħu jagħtu lok għal problemi serji, mhux biss minħabba li jistgħu jinkoraġġixxu l-forum shopping, li hu possibbiltà inevitabbli meta wieħed iqis l-eżistenza ta’ qrati b'ġurisdizzjoni simultanja, jew ġirja lejn il-litigazzjoni, sa ċertu punt minħabba l-fatt li l-Artikolu 27 jagħti prijorità lill-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel (148), iżda wkoll minħabba li jinkoraġġixxu rikorsi paralleli quddiem il-qrati ta’ Stati differenti marbutin bil-Konvenzjoni, li f'xi każijiet jippermettu lil konvenut li jippreżenta applikazzjoni ibbażata fuq l-istess kawża bħala applikazzjoni miġjuba kontrih u biex b'hekk l-applikazzjoni tiegħu tingħata prijorità skont il-liġijiet tal-qorti li tkun qed tikkunsidraha. Bil-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Konvenzjoni l-ġdida tadotta kunċett indipendenti taż-żmien li fih il-Qorti titqies li tkun ġiet invokata għall-fini tal-lis pendens, li jieħu kont tad-differenzi fost il-liġijiet tal-pajjiżi differenti, u sa ċertu punt id-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tirreferi, għalkemm f'mod aktar ristrett mill-arranġament preċedenti, għal-liġijiet nazzjonali ta’ proċedura. L-Artikolu 30 jelenka b'mod ċar iż-żewġ kriterji prinċipali segwiti mill-Istati marbutin bil-Konvenzjoni sabiex jiġi stabbilit meta qorti titqies li tkun ġiet invokata, notevolment iż-żmien meta d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jkun ġie notifikat lill-konvenut u ż-żmien meta l-ilment ikun ġie ppreżentat lill-qorti, u jfittex li juża dawk il-kriterji b'tali mod li jistabbilixxi żmien li jieħu kont tas-sistemi differenti li madankollu huwa konverġenti kemm jista' jkun. Ir-regola tagħmel distinzjoni bejn każijiet fejn, skont il-liġi nazzjonali, id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew id-dokument ekwivalenti ikun ippreżentat il-qorti, u każijiet li fihom id-dokument irid jiġi notifikat qabel ma jiġi preżentat il-qorti. Jekk iż-żmien meta l-qorti titqies li tkun ġiet invokata hu determinat mill-preżentazzjoni fil-qorti tad-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti, il-qorti hi kkunsidrata li tkun ġiet invokata f'dak il-mument, dment li sussegwentament l-attur ma jkunx naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu sabiex issir in-notifika lill-konvenut; jekk, min-naħa l-oħra, iż-żmien meta l-qorti titqies li tkun ġiet invokata jkun determinat minn notifika lill-konvenut, il-qorti hi kkunsidrata li tkun ġiet invokata meta l-awtorità responsabbli għan-notifika tkun irċeviet id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti, dment li sussegwentament l-attur ma jkunx naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu sabiex id-dokument jiġi ppreżentat il-qorti. Is-soluzzjoni tidher ikkumplikata, iżda dan biss minħabba li teħtieġ verifika addizzjonali lil hinn minn dak li hu normalment meħtieġ mil-liġijiet nazzjonali. Dan jippermetti l-identifikazzjoni taż-żmien meta l-qorti titqies li tkun ġiet invokata li fil-parti l-kbira hu konverġenti, iżda madankollu konsistenti u konformi mas-sistemi nazzjonali ta’ proċedura, li jispeċifikaw mumenti li huma pjuttost differenti u mbiegħda minn xulxin fiż-żmien. Meta l-punt li fih il-qorti tkun ġiet invokata jiddependi fuq meta tkun saret in-notifika lill-konvenut, is-soluzzjoni adottata tissodisfa wkoll il-ħtieġa għaċ-ċertezza, billi tevita d-diffikultà tad-determinazzjoni tad-data ta’ notifika, li spiss mhijiex faċilment determinata meta n-notifika ma ssirx personalment lil min kellu jirċeviha (149). Fi kwalunkwe każ, ir-regola ser tnaqqas il-vantaġġ jew l-iżvantaġġ għal xi wieħed mill-partijiet, li jista' jirriżulta mis-sempliċi referenza għal-liġi nazzjonali. |
|
120. |
Fl-Artikolu 29, il-Konvenzjoni tirriproduċi mingħajr modifika d-dispożizzjoni li tipprevedi l-każ rari (150) li fih ir-rikorsi li fosthom hemm is-sitwazzjoni ta’ lis pendens jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ qrati differenti: f'dak il-każ kwalunkwe qorti sussegwentement invokata għandha tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qorti invokata l-ewwel. Hawnhekk ukoll id-determinazzjoni ta’ liema qorti tkun ġiet invokata l-ewwel għandha tkun ibbażata fuq il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 30. B'mod differenti mill-Artikolu 25, l-Artikolu 29 ma jispeċifikax il-bażi legali tal-ġurisdizzjoni esklużiva li tista' twassal lill-qorti biex tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qorti invokata l-ewwel. Għaldaqstant, ir-regola tapplika wkoll fejn il-ġurisdizzjoni esklużiva hi konferita permezz ta’ klawsola dwar l-għażla tal-forum fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23, iżda biss fil-każ li tkun simultanja mal-ġurisdizzjoni esklużiva konferita fuq qorti oħra bis-saħħa tal-istess Artikolu (151). F'kuntrast ma’ dan, jekk il-ġurisdizzjoni esklużiva bbażata fuq l-Artikolu 23 hi simultanja ma’ oħra bbażata fuq l-Artikolu 22, din tal-aħħar tipprevali, irrispettivament mill-mument li fih il-qorti titqies li tkun ġiet invokata, bis-saħħa tal-Artikolu 25. Il-każijiet irregolati mid-dispożizzjoni dwar il-lis pendens ma jinkludux il-każ fejn hi biss il-qorti invokata sussegwentement li jkollha ġurisdizzjoni esklużiva, minħabba li f'dak il-każ il-qorti l-oħra tibqa' obbligata li, fuq mozzjoni tagħha stess, tiddikjara li m'għandhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni, irrispettivament mill-mument li fih il-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. |
2. Rikorsi relatati (Artikolu 28)
|
121. |
Id-dispożizzjoni dwar rikorsi relatati tirrappreżenta aspett importanti tal-koordinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. Meta diversi rikorsi li mhumiex identiċi jkunu marbutin daqshekk mill-qrib li jaqbel li jiġu trattati u determinati flimkien, bil-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ sentenzi li ma jaqblux ma’ xulxin u li ma jkunux rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati kkonċernati, il-Konvenzjoni tipprevedi l-koordinazzjoni tal-proċedimenti tal-qrati tal-Istati differenti fejn hemm rikorsi bħal dawn pendenti. L-Artikolu 28 ma jagħmilx ir-relazzjoni bejn ir-rikorsi kriterju ġenerali tal-ġurisdizzjoni, kif isir f'ċerti sistemi legali nazzjonali, u b'mod partikolari ma jikkonferixxix ġurisdizzjoni fuq qorti li tkun qed tittratta rikors li jkun tressaq quddiemha skont ir-regoli tal-Konvenzjoni biex tiddeċiedi dwar rikors ieħor li hu relatat mal-ewwel wieħed (152); minflok, jistabbilixxi proċeduri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-trattament ta’ każijiet relatati f'sett uniku ta’ proċedimenti jew fi proċedimenti kkoordinati. |
|
122. |
Għaldaqstant, sakemm jiġu sodisfatti t-testijiet tal-Artikolu 28(3), qorti invokata sussegwentement hi intitolata - iżda mhux obbligata - li tissospendi l-proċedimenti u tistenna d-deċiżjoni tal-qorti invokata l-ewwel qabel ma tiddeċiedi dwar il-każ li għandha quddiemha. Il-formulazzjoni l-ġdida tal-Artikolu 28(1) m'għadhiex tirrikjedi li r-rikorsi relatati jkunu pendenti fil-prim'istanza, bħalma kienet għamlet il-verżjoni preċedenti. Ir-raġuni mogħtija għal dak ir-rekwiżit, notevolment li altrimenti, l-oġġett tal-proċedimenti kien ikun differenti u waħda mill-partijiet tista' tkun imċaħħda minn pass fil-ġerarkija tal-qrati', [traduzzjoni mhux uffiċjali] (153) ma tidhirx konvinċenti. Is-sospensjoni tal-proċedimenti mill-qorti invokata sussegwentement m'għandha assolutament l-ebda effett fuq il-proċedimenti f'dik il-qorti, li tista' terġa' tissokta ladarba jkunu ġew konklużi l-proċedimenti dwar ir-rikors relatat pendenti quddiem il-qorti barranija. Dak hu ż-żmien adatt meta jista' jiġi vvalutat jekk is-sentenza barranija tirrispettax id-drittijiet tal-konvenut iggarantiti mill-Konvenzjoni u jekk tistax titqies għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-qorti invokata sussegwentement. Iżda r-rekwiżit li ż-żewġ settijiet ta’ proċedimenti jkunu pendenti fil-prim'istanza hu madankollu essenzjali, u nżamm u ġie ifformulat speċifikament fl-Artikolu 28(2), fejn il-qorti sussegwentement invokata tiddeċiedi - u hawnhekk ukoll dan hu dritt, mhux obbligu - li tiċħad il-każ billi tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qorti invokata preċedentement bir-rikors relatat. Altrimenti, jekk il-każ quddiem il-qorti invokata l-ewwel ikun fl-istadju tal-appell, waħda mill-partijiet tkun tabilħaqq mċaħħda minn pass fil-ġerarkija tal-qrati. Jekk, min-naħa l-oħra, il-każ quddiem il-qorti sussegwentement invokata jkun fl-istadju tal-appell, ma jkunx jaqbel għal dik il-qorti li tirrifjuta l-ġurisdizzjoni tagħha stess favur kawża ġdida fil-prim'istanza, għal raġunijiet ta’ ekonomija ta’ proċedura. Fi kwalunkwe każ, mhuwiex possibbli għall-qorti invokata sussegwentement li tirrifjuta l-ġurisdizzjoni sakemm wieħed mill-partijiet ma jitlobx dan, sakemm il-qorti invokata l-ewwel ma jkollhiex ġurisdizzjoni li tittratta l-każ, u sakemm il-liġijiet tal-qorti ma jkunux jippermettu l-konsolidazzjoni tar-rikorsi. L-espressjoni użata fid-dispożizzjoni – “konsolidazzjoni ta’ dawn”, jiġifieri, “tar-rikorsi relatati”, aktar milli “ta' rikorsi relatati” bħal fil-Konvenzjoni tal-1988 - tfisser li l-liġijiet tal-qorti invokata l-ewwel għandhom jippermettu l-konsolidazzjoni tar-rikorsi relatati pendenti f'dak il-każ partikolari, u mhux il-konsolidazzjoni tar-rikorsi inġenerali. Għalhekk, qabel ma tirrifjuta l-ġurisdizzjoni, il-qorti għandha tkun sodisfatta li l-qorti l-oħra ser taċċettaha. |
|
123. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta jekk l-Artikolu 28 għandux isir aktar flessibbli permezz tal-għoti lill-qorti invokata l-ewwel tad-dritt li tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qorti invokata sussegwentement, fejn iċ-ċirkostanzi tal-każ jirrakkomandaw dan, iżda ddeċieda kontra li jsir dan. lL-għoti ta’ dan id-dritt ikun introduċa fil-Konvenzjoni applikazzjoni ulterjuri tad-duttrina ta’ forum non conveniens li hi estranea għat-tradizzjoni legali tal-parti l-kbira tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. |
8. Miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi
|
124. |
Ir-regola dwar il-miżuri proviżorji u protettivi fil-Konvenzjoni l-ġdida tibdel biss b'mod formali l-formulazzjoni ta’ dik tal-1988 (ara r-rapporti minn Jenard, p. 42; Schlosser, il-paragrafu 183; u Jenard u Möller, il-paragrafu 65). Fil-formulazzjoni konċiża tiegħu, l-Artikolu 31 jindika biss li jekk dawn il-miżuri jkunu disponibbli skont il-liġi tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni, dawn jistgħu jintalbu fil-qrati ta’ dak l-Istat anke jekk, skont il-Konvenzjoni, il-qrati ta’ Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni. Skont ir-rapport Jenard, ir-regola korrispondenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (l-Artikolu 24) timplika li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu mingħajr ma jagħtu każ tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni mniżżlin fil-Konvenzjoni. Għalhekk, id-dispożizzjoni hi biss referenza għal-liġijiet nazzjonali tal-qorti invokata, li tapplika l-lex fori kemm fir-rigward tad-determinazzjoni tal-miżuri li jiġu ordnati kif ukoll fir-rigward tas-setgħa tagħha stess li tordnahom. |
|
125. |
Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta bir-reqqa ħafna l-kwistjoni dwar jekk ir-regola fil-Konvenzjoni hijiex sodisfaċenti, abbażi ta’ diversi proposti mressqin mill-Kummissjoni u mid-delegazzjonijiet tal-esperti nazzjonali. Matul id-dibattitu, tpoġġiet enfasi partikolari fuq ix-xewqa ta’ definizzjoni uniformi ta’ “miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi”, li jistgħu jinkludu l-miżura Franċiża ta’ référé provision. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni espressa fil-Konvenzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tat definizzjoni ta’ miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, bħala miżuri li huma intiżi biex jippreservaw sitwazzjoni fattwali jew legali sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet li tagħhom qed jintalab ir-rikonoxximent f'xi post ieħor mill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni (154). Iżda, ġie osservat li dawn ir-rabtiet mal-proċedimenti dwar is-sustanza tal-kwistjoni ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti f'kull każ: meta miżura protettiva tkun fissret eżekuzzjoni minn qabel, irrispettivament mill-eżitu tal-proċess dwar il-merti, ir-regoli stabbiliti fil-Konvenzjoni fir-rigward ta’ ġurisdizzjoni f'rikorsi dwar il-merti hemm mezzi kif fil-prattika wieħed jaħrab minnhom. Għalhekk, ġie raġunat li l-għoti ta’ miżuri eżegwibbli jista' jkollu jkun suġġett għal restrizzjonijiet, bħall-ħtieġa ta’ urġenza jew il-ħtieġa għall-protezzjoni. Ġie raġunat ukoll li l-formulazzjoni għandha tiġi emendata biex jiġi ċċarat li l-ordnijiet proviżorji għall-ħlas kienu jaqgħu barra l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regola speċifika fil-Konvenzjoni, u setgħu jinħarġu biss mill-qorti bil-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar il-merti; altrimenti, ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni kienu jkunu mminati u l-każ riżolt qabel ma jinstema' l-każ kollu. Għaldaqstant, ġie ssuġġerit li l-Artikolu 31 m'għandux ikun interpretat bħala riferiment għal-lex fori iżda bħala regola sostantiva, li l-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha hu limitat għal miżuri li jistgħu fil-fatt ikunu eżegwiti fl-Istat fejn ġew mitluba, mingħajr il-ħtieġa li ssir proċedura oħra ta’ eżekuzzjoni (155). Il-Qorti tal-Istat li fih kellha tkun eżegwita l-miżura għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva biex tordna dik il-miżura. Favur il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat li fih il-miżura tista' u għandha tkun eżegwita, ġie osservat li jekk jitħalla għal-liġi nazzjonali li tiddetermina n-natura ta’ miżuri bħal dawn u ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jingħataw, tinfetaħ il-possibbiltà ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq forum eżorbitanti, li għandu jiġi projbit mill-Konvenzjoni. |
|
126. |
Qabel il-konklużjoni tal-ħidma tal-grupp ta’ ħidma ad hoc, dawn is-suġġetti ġew trattati f'sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ttrattat diversi aspetti tal-kwistjoni (156). Il-Qorti ġġudikat li l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-każ taħt wieħed mill-kapijiet tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-Konvenzjoni kellha wkoll il-ġurisdizzjoni biex tordna miżuri proviżorji jew protettivi, mingħajr ma dik il-ġurisdizzjoni tkun suġġetta għal xi kondizzjonijiet ulterjuri (157). Id-dispożizzjoni rilevanti tal-Konvenzjoni żżid regola ta’ ġurisdizzjoni ulterjuri li biha qorti tista' tordna miżuri proviżorji jew protettivi li huma disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha anke jekk ma jkollhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-każ, sakemm il-materja tat-tilwima taqa' taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-ratione materiae tal-Konvenzjoni (158). Is-sempliċi fatt li nbdew, jew li setgħu nbdew proċedimenti dwar is-sustanza tal-każ quddiem qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni ma ċċaħħadx lil qorti ta’ Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni mill-ġurisdizzjoni tiegħu (159). Ġurisdizzjoni bħal din ma tiddependix fuq ir-regola tal-ġurisdizzjoni skont il-Konvenzjoni u tista' wkoll tkun ibbażata fuq waħda mir-regoli tal-ġurisdizzjoni eżorbitanti msemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni. Fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Konvenzjoni għall-għoti ta’ miżura proviżorja jew protettiva fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Konvenzjoni, l-għoti ta’ miżuri bħal dawn hu bil-kondizzjoni, fost l-oħrajn, tal-eżistenza ta’ rabta reali bejn is-suġġett tal-miżuri mitluba u l-ġurisdizzjoni territorjali tal-Istat tal-qorti fejn jintalbu l-miżuri (160). Id-definizzjoni ta’ miżuri proviżorji u preventivi tiddependi fuq il-liġi nazzjonali tal-qorti, iżda l-liġi nazzjonali għandha tkun interpretata f'konformità mal-kunċett iddikjarat mill-Qorti, li, kif rajna, jiddefinixxi lil dawn il-miżuri bħala dawk li għandhom l-għan li jippreservaw sitwazzjoni fattwali jew legali sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet li tagħhom qed jintalab ir-rikonoxximent mill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni. Fid-dawl ta’ dak il-kunċett, miżura li tordna l-ħlas interim ta’ konsiderazzjoni kuntrattwali hi, fin-natura tagħha stess, tali li tista' tantiċipa d-deċiżjoni mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar is-sustanza tal-każ, u ma tikkostitwixxix miżura proviżorja fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni, sakemm, l-ewwel nett, ma jiġix garantit il-ħlas lura lill-konvenut tas-somma mogħtija jekk l-attur ma jkollux suċċess fir-rigward tas-sustanza tat-talba tiegħu u, it-tieni nett, il-miżura mitluba ma tkunx tirrigwarda biss assi speċifiċi tal-konvenut li jinstabu jew li għandhom jinstabu fil-limiti tal-ġurisdizzjoni territorjali fejn issir l-applikazzjoni (161). |
|
127. |
Fil-konsiderazzjoni ta’ dik is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta jekk kienx meħtieġ għall-Artikolu 31 li jikkodifika l-prinċipji stabbiliti hemm, u kkonkluda li ma kienx, fost l-oħrajn minħabba l-kjarifika ulterjuri li jistgħu jkunu jeħtieġu jekk ikunu inkorporati f'test leġislattiv, b'mod partikolari fir-rigward tan-natura tal-fattur li jorbot is-suġġett tal-miżura u l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti, li fis-sentenza ġiet definita esklużivament b'referenza għall-każ speċifiku inkwistjoni. Problema oħra tirrigwarda r-rikonoxximent minn Stati oħrajn marbutin bil-Konvenzjoni ta’ miżuri ordnati skont l-Artikolu 31. Il-miżuri ordnati mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-każ bis-saħħa tal-Konvenzjoni huma, mingħajr dubju, deċiżjonijiet li jridu jkunu rikonoxxuti skont it-Titolu III tal-Konvenzjoni, iżda jidher naturali li d-deċiżjonijiet meħudin abbażi tal-ġurisdizzjoni prevista mill-Artikolu 31 m'għandhomx, fil-prinċipju, jagħtu lok għal rikonoxximent u eżekuzzjoni barra mill-pajjiż. Hawnhekk ukoll, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ipprefera li ma jdaħħalx dispożizzjonijiet espliċiti fil-Konvenzjoni. |
KAPITOLU IV
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI
1. Ġenerali
|
128. |
Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Lugano hi aspett fundamentali tagħha, kif kienet fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, fejn kienet iddikjarata l-objettiv primarju. Il-fini tat-Titolu III hu li tiġi stabbilita proċedura li tiffaċilita kemm jista' jkun il-moviment liberu tas-sentenzi, u tkompli tnaqqas l-ixkiel li għadu jeżisti, għalkemm ir-regoli għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet jistgħu diġà jitqiesu estremament liberali fil-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1988 (162). M'hemm l-ebda dubju li f'żona ġudizzjarja unika, bħal dik invokata mit-Trattat KE u li tadatta ruħha sew għall-estensjoni għall-pajjiżi tal-EFTA msemmija fil-Konvenzjoni ta’ Lugano, iċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi tinkiseb bl-abolizzjoni ta’ kwalunkwe proċediment ta’ exequatur fi Stati marbutin bil-Konvenzjoni għal sentenzi minn Stati oħrajn marbutin bil-Konvenzjoni, sabiex dawn is-sentenzi jistgħu jiġu eżegwiti direttament, mingħajr kwalunkwe ħtieġa ta’ verifika. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra din il-possibbiltà bir-reqqa, iżda ddeċieda li kienet prematura, fid-dawl tal-prerogattivi tas-sovranità nazzjonali li għadhom jikkaratterizzaw lill-Istati Ewropej, li element importanti tagħhom hu l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, mill-anqas għall-korp kbir ta’ sentenzi dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (163). It-tibdil li sar għar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet huwa, madankollu, ibbażat fuq il-fehma li l-intervent tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jista' jitnaqqas aktar, u li d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ sentenza tista' titnaqqas għal sempliċi formalità. Din il-konklużjoni hi appoġġata minn eżami tal-ġurisprudenza nazzjonali dwar il-konvenzjonijiet preċedenti, li juri li tant hemm ftit appelli li saru kontra d-dikjarazzjonijiet ta’ eżegwibbiltà skont il-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano li dawn huma kważi negliġibbli. |
|
129. |
It-Titolu III tal-Konvenzjoni hu għalhekk ibbażat fuq il-prinċipju li d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà għandha f'xi miżura tkun awtomatika, u soġġetta għal verifika formali biss, mingħajr eżami, f'dan l-istadju inizjali tal-proċedimenti, tar-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent previst fil-Konvenzjoni. Għalhekk, f'dan l-istadju l-Istat tal-oriġini jingħata fiduċja li qed jaġixxi b'mod adatt, approċċ li jidher ukoll f'oqsma oħrajn tar-regoli dwar is-suq komuni Ewropew. L-eżami tar-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent hi diferita għat-tieni stadju, li fih il-parti li kontriha tkun inkisbet dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, u li tiddeċiedi li tagħmel rikuża kontriha, trid turi li dawn ir-raġunijiet jeżistu. Din is-simplifikazzjoni tal-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà hi akkumpanjata minn reviżjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda, li ġew limitati meta mqabbla mal-Konvenzjoni tal-1988, madankollu, mingħajr ma ntgħawwar il-prinċipju li bih il-proċediment fl-Istat tal-oriġini jrid ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ proċess ġust u d-drittijiet tal-konvenut. |
|
130. |
Fir-rigward tas-sentenzi li jridu jkunu rikonoxxuti u eżegwiti, ma tqieset meħtieġa l-ebda bidla, u l-Artikolu 32 jirriproduċi d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (164). Għalhekk, id-deċiżjonijiet kollha li jingħataw minn qorti jew tribunal, huma x'inhuma msejħin, huma “sentenzi”, u t-terminu jinkludi wkoll ordnijiet dwar spejjeż u nfiq minn uffiċjal tal-qorti, kif jiġri f'xi sistemi Ewropej. ta’ min wieħed jinnota li d-definizzjoni wiesgħa ta’ “qorti” fl-Artikolu 62 tfisser li l-Artikolu 32 għandu, bl-istess mod, jiġi interpretat b'mod wiesgħa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-awtorità li ħadet id-deċiżjoni ppreżentata għal rikonoxximent u eżekuzzjoni. Għalhekk, id-definizzjoni tkopri deċiżjonijiet meħudin minn qorti jew tribunal, jew korp jew persuna li jaġixxu bi rwol ġudizzjarju, irrispettivament minn jekk il-persuna li qiegħda tieħu d-deċiżjoni hijiex formalment deskritta bħala “mħallef”, kif inhu l-każ fl-ordnijiet ta’ ħlas magħmulin minn skrivan jew reġistratur. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ma kkunsidrax li hu meħtieġ li l-Artikolu 32 jiġi emendat sabiex jippermetti interpretazzjoni wiesgħa li tieħu kont tal-proliferazzjoni ta’ proċeduri nazzjonali mmotivati mix-xewqa li jitħaffu l-proċedimenti legali. Il-miżuri proviżorji u protettivi jaqgħu wkoll taħt id-definizzjoni ta’ “sentenzi” jekk jiġu ordnati minn qorti, dment li fl-Istat tal-oriġini ż-żewġ partijiet l-ewwel ikunu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li hu minħabba l-garanziji mogħtija lill-konvenut fil-proċedimenti oriġinali li l-Konvenzjoni hi liberali fir-rigward tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, sabiex il-kondizzjonijiet imposti mit-Titolu III mhumiex sodisfatti fil-każ ta’ miżuri proviżorji jew protettivi li huma ordnati jew awtorizzati minn qorti u diretti kontra parti li ma tirċievix ċitazzjoni biex tidher u li huma maħsuba li jiġu eżegwiti mingħajr notifika minn qabel minn dik il-parti (165). Ta’ min wieħed jinnota, fl-aħħar nett, li d-deċiżjonijiet imsemmija fit-Titolu III jinkludu s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja jew ta’ qrati oħrajn tal-Komunità Ewropea (166), minħabba li l-Artikolu 1(3) jispeċifika, kif rajna hawn fuq, li t-terminu “Stat marbut b'din il-Konvenzjoni” jista' jfisser ukoll il-Komunità Ewropea. |
2. Rikonoxximent
|
131. |
Ma saret l-ebda bidla fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-1988 fl-istruttura tat-taqsima dwar ir-rikonoxximent ta’ sentenzi, kemm bħala l-kwistjoni prinċipali jew bħala kwistjoni inċidentali quddiem kwalunkwe qorti ta’ Stat marbut bil-Konvenzjoni (l-Artikolu 33, ara r-rapport Jenard, pp. 43-44). Hawnhekk, ta’ min wieħed iżid biss li bis-saħħa tal-kjarifika fl-Artikolu 1(3), ir-regoli tat-taqsima dwar ir-rikonoxximent japplikaw ukoll għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej meta tinqala' l-kwistjoni tar-rikonoxximent tagħhom fi Stati li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. L-uniċi bidliet li saru biex titkompla titnaqqas il-verifika ta’ sentenzi barranin huma dawk li jikkonċernaw ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent. |
1. Politika pubblika (Artikolu 34(1))
|
132. |
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li r-referenza għall-politika pubblika tal-Istat indirizzat bħala raġuni għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent għandha titħassar, minħabba li ġiet applikata biss f'każijiet rari ħafna fis-sentenzi ta’ qrati nazzjonali fir-rigward tal-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano, u l-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma kienet intalbet tikkjarifika l-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha. Minkejja xi appoġġ, din il-proposta ma kisbitx appoġġ biżżejjed fil-grupp ta’ ħidma ad hoc, fejn kien hemm oġġezzjoni dwar il-fatt li l-Istat indirizzat kellu jkun jista' jipproteġi l-interessi fundamentali tiegħu billi jinvoka prinċipju bħall-politika pubblika, avolja l-prinċipju kien applikat rarament. Bil-għan li tenfasizza n-natura eċċezzjonali tar-rikors għal din ir-raġuni għaċ-ċaħda, id-dispożizzjoni issa tispeċifika li r-rikonoxximent jista' jinċaħad biss meta dan ikun “manifestament” kuntrarju għall-politika pubblika. |
|
133. |
Il-kunċett ta’ politika pubblika hu definit essenzjalment mil-liġi nazzjonali tal-Istat indirizzat. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li hi għandha ġurisdizzjoni biex tirrevedi l-limiti safejn qorti nazzjonali tista' tinvoka l-politika pubblika biex tiċħad ir-rikonoxximent lil sentenza barranija, u ddeċidiet li r-rikors għall-kunċett tal-politika pubblika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 34(1) jista' jkun previst biss meta r-rikonoxximent ivarja b'ammont mhux aċċettabbli mis-sistema ġuridika tal-Istat li fih qed tintalab l-eżekuzzjoni, sal-punt li jikser prinċipju fundamentali; il-ksur irid jikkostitwixxi ksur manifest tal-istat tad-dritt li hu meqjus essenzjali fis-sistema ġuridika ta’ dak l-Istat (167). Iżda jekk il-ksur tas-sistema ġuridika mhuwiex ta’ din in-natura, ir-rikors għall-politika pubblika, fl-aħħar nett, ikun f'konflitt mal-projbizzjoni ta’ reviżjoni ta’ deċiżjoni barranija dwar il-merti, li hi stabbilita fl-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni (168). Hawnhekk tinqala' l-kwistjoni dwar jekk il-kunċett ta’ politika pubblika fil-Konvenzjoni huwiex biss kwistjoni ta’ politika pubblika sostantiva, jew jekk jinkludix ukoll l-hekk imsejħa politika pubblika proċedurali, jew jekk il-politika pubblika proċedurali hijiex rilevanti biss safejn taqa' taħt il-garanzija tad-dritt għal proċediment imparzjali fl-Artikolu 34(2). Il-kwistjoni ġiet diskussa bir-reqqa mill-grupp ta’ ħidma ad hoc, u kienet ukoll is-suġġett ta’ attenzjoni konsiderevoli fid-duttrina legali, fejn ittieħdu pożizzjonijiet differenti. Hawnhekk ukoll ta’ min jerġa' jfakkar fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja: wara li ġie osservat li d-dritt għad-difiża hu wieħed mid-drittijiet fundamentali li joħorġu mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, u li kien garantit mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti kkonkludiet li qorti nazzjonali kienet intitolata li tafferma li ċ-ċaħda li tinstema' d-difiża ta’ persuna akkużata tikkostitwixxi ksur manifest ta’ dritt fundamentali (169). Dik is-sentenza, madankollu, ingħatat fiċ-ċirkostanzi tal-każ inkwistjoni, li kienu jinvolvu sentenza ċivili li kienet teħtieġ il-ħlas ta’ danni, li kienet aċċessorju għal kundanna kriminali b'kontumaċja, u ma tistax tkun interpretata li tippermetti li xi parti tiddependi fuq l-Artikolu 34(1) għal kwalunkwe ksur, hu x'inhu, tad-drittijiet għad-difiża, anke ksur li mhuwiex manifestament kuntrarju għall-politika pubblika tal-Istat indirizzat f'konformità ma’ dak li ġie diskuss mill-Qorti fl-istess sentenza. |
2. Ksur tad-drittijiet ta’ konvenut b'kontumaċja (Artikolu 34(2))
|
134. |
Skont il-Konvenzjoni tal-1988, sentenza li ngħatat b'kontumaċja mhijiex rikonoxxuta jekk l-applikazzjoni jew id-dokument ekwivalenti li jistitwixxi l-proċedimenti quddiem il-qorti oriġinali ma jkunux ġew notifikati “bil-mod dovut” lill-konvenut “fi żmien biżżejjed biex dan ikun jista' jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu” (170). Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi żewġ kondizzjonijiet, l-ewwel waħda fosthom, li n-notifika għandha tiġi effettwata b'mod dovut, tinvolvi deċiżjoni bbażata fuq il-leġislazzjoni tal-Istat tal-oriġini u fuq il-konvenzjonijiet li jivvinkolaw lil dak l-Istat fir-rigward tan-notifika, filwaqt li t-tieni, dwar iż-żmien meħtieġ biex il-konvenut ikun jista' jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu, timplika valutazzjonijiet ta’ natura fattwali, minħabba li wieħed irid jaċċerta li l-perijodu kkalkolat mid-data li fiha ġiet effettwata n-notifika b'mod dovut kien jippermetti biżżejjed żmien lill-konvenut biex jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu (171). L-affermazzjoni li dawn it-testijiet ġew sodisfatti ta lok għal xi diffikultajiet fil-prattika, u b'mod ripetut ħtieġ l-intervent tal-Qorti tal-Ġustizzja, speċjalment fir-rigward tat-tieni test u l-effett kumulattiv tat-tnejn li huma. Il-Qorti ċċarat diversi aspetti tad-dispożizzjoni b'manjiera pożittiva, kif ser naraw, iżda wriet ukoll xi nuqqasijiet li jistgħu jippermettu li jsir abbuż minn debitur in malafede. B'mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk id-dokument ġiex notifikat bil-mod dovut, il-Qorti affermat li ż-żewġ kondizzjonijiet għandhom effett kumulattiv, bir-riżultat li sentenza li ngħatat b'kontumaċja ma tistax tkun rikonoxxuta fejn id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti ma ġiex notifikat lill-konvenut bil-mod dovut, anke jekk il-konvenut kellu biżżejjed żmien biex ikun jista' jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu (172), u implikat li għal dan il-għan il-qorti indirizzata tista' tikkunsidra kwalunkwe irregolarità ta’ notifika, li għandha tkun evalwata fid-dawl tal-liġi tal-qorti oriġinali, inkluża kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali li tista' tkun rilevanti. Fir-rigward tan-notifika f'waqtha, il-Qorti ddeċidiet li l-fatt li l-konvenut seta' kien sar jaf bil-proċedimenti mhuwiex rilevanti jekk dan ikun ġara wara li tkun ngħatat is-sentenza, anke jekk fl-Istat tal-oriġini kienu disponibbli rimedji legali u l-konvenut ma jkunx għamel użu minnhom (173). Dawn is-sentenzi tal-Qorti huma bbażati fuq interpretazzjoni litterali tar-regola, bl-intenzjoni evidenti li jiġi salvagwardjat id-debitur, u kienu s-suġġett ta’ xi ftit ta’ dibattitu fid-duttrina legali, li enfasizzat li l-kreditur ukoll jeħtieġ li jkun protett, u li debitur in malafede m'għandux jitħalla jieħu vantaġġ minn irregularitajiet ta’ notifika purament formali u insinifikanti, jew minn dewmien fin-notifika, biex ma jagħmel xejn, fiduċjuż li meta jintalab ir-rikonoxximent tas-sentenza hu jkun jista' jistrieħ fuq ir-raġunijiet għaċ-ċaħda stabbiliti fil-Konvenzjoni. Id-dibattitu tkompla mill-grupp ta’ ħidma ad hoc, li ta attenzjoni partikolari lil dan is-suġġett, filwaqt li fittex soluzzjoni li tibbilanċja l-interessi tal-kreditur u dawk tad-debitur, u li ma kinitx ser tippemetti li debitur li kien jaf bil-proċedimenti kontrih jibqa' inattiv biex imbagħad jinvoka dispożizzjoni li twassal għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent tas-sentenza għal raġunijiet formali. |
|
135. |
Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 34(2) m'għadux jirrikjedi espliċitament notifika fil-forma dovuta, iżda jittratta l-kwistjoni b'rabta mal-opportunità mogħtija lill-konvenut biex jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu, bl-istess mod bħaż-żmien li jista' jkun meħtieġ. Issa n-notifika għandha tkun effettwata lill-konvenut “b'tali mod li dan ikun jista' jħejji d-difiża tiegħu”. Din il-formulazzjoni m'għadhiex tirrikjedi biss li jiġi determinat jekk notifika ġietx effettwata f'konformità mal-liġi applikabbli, iżda minflok tirrikjedi valutazzjoni ta’ fatt, li fih il-konformità mar-regoli dwar in-notifika jkollha rwol li hu ċertament importanti, iżda mhux deċiżiv: il-qorti li tintalab ir-rikonoxximent ser ikollha tikkunsidra kwalunkwe fattur ieħor li jista' jgħinha tistabbilixxi jekk, minkejja irregolarità waħda jew oħra, in-notifika tkunx ġiet effettwata b'tali mod li l-konvenut ikun jista' jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu. Għaldaqstant, irregolarità fin-notifika hi raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 34(2) fil-każ biss li kienet ta’ dannu għall-konvenut billi ċaħħditu mid-difiża tiegħu nnifsu (174), u mhijiex rilevanti jekk il-konvenut seta' deher f'qorti u mexxa d-difiża tiegħu, anke jekk possibbilment ikun invoka l-irregolarità, fl-Istat tal-oriġini. Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, din il-valutazzjoni tal-fatt trid tkun akkumpanjata minn valutazzjoni oħra tal-fatt biex jiġi stabbilit jekk iż-żmien li ngħata lill-konvenut biex jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu kienx biżżejjed, għal liema raġuni l-qorti tista' tikkunsidra kwalunkwe ċirkostanza rilevanti, anke jekk tkun irriżultat wara li tkun ġiet effettwata n-notifika (175), u wkoll id-dispożizzjoni fl-Artikolu 26(2), li l-qorti tal-Istat tal-oriġini hi meħtieġa tikkonforma miegħu fi kwalunkwe każ (176). L-Artikolu 34(2) ma jirrikjedix prova li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti kien fil-fatt mgħarraf lill-konvenut, iżda biss li l-perijodu kkalkolat mid-data li fiha ġiet effettwata n-notifika kien biżżejjed biex il-konvenut jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu (177). |
|
136. |
Il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 34(2) lil debitur fil-każ li n-notifika kienet irregolari ġiet limitata b'mod ieħor ukoll: anke jekk in-notifika ma tkunx ġiet effettwata fi żmien biżżejjed u b'tali mod li l-konvenut ikun jista' jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu, is-sentenza għandha tkun rikonoxxuta jekk il-konvenut ma jkunx għamel rikuża għaliha fl-Istat tal-oriġni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan. Il-protezzjoni tal-konvenut kontumaċi fil-każ ta’ difetti fin-notifika m'għandhiex tkun estiża għal każijiet fejn il-konvenut jibqa' inattiv, u r-regola tfittex li tegħleb il-problema billi teħtieġ minnu, jekk ikun jista', li joġġezzjona fl-Istat tal-oriġini, u li jeżawrixxi r-rimedji kollha hemmhekk, aktar milli jżommhom bħala riżerva għall-istadju sussegwenti meta s-sentenza trid tkun rikonoxxuta fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni. Għalhekk l-eċċezzjoni li saret fl-Artikolu 34(2) teskludi b'mod ċar l-interpretazzjoni mogħtija preċedentement mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-1988 (178). |
|
137. |
L-Artikolu 34(2) għandu ambitu ta’ applikazzjoni ġenerali, u hu intenzjonat biex jiggarantixxi li s-sentenzi ammessi għall-moviment liberu fi Stati marbutin bil-Konvenzjoni jkunu ngħataw f'osservanza tad-drittijiet tad-difiża. Konsegwentement, l-Artikolu japplika irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut, li jista' jkun fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni, jew fi Stat barra l-Konvenzjoni, jew fl-istess Stat bħall-qorti tal-oriġini (179). Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li l-Artikolu III(1) tal-Protokoll 1, imdaħħal fuq it-talba tal-Isvizzera, jipprevedi li l-Isvizzera tirriżerva d-dritt li mar-ratifika tiddikjara li mhijiex ser tapplika l-parti tal-Artikolu 34(2) li tirreferi għan-nuqqas min-naħa tad-debitur li jagħmel rikuża dwar sentenza fl-Istat tal-oriġini meta kien possibbli li hu jagħmel dan. Id-delegazzjoni Svizzera affermat li din l-eċċezzjoni ma kinitx tirrispetta biżżejjed id-dritt tal-konvenut għal proċediment imparzjali. L-Artikolu III tal-Protokoll 1 jipprevedi wkoll, kif inhu naturali, li jekk l-Isvizzera tagħmel din id-dikjarazzjoni, il-partijiet kontraenti l-oħrajn japplikaw l-istess riżerva fir-rigward tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Isvizzera. Il-partijiet kontraenti jistgħu jagħmlu l-istess riżerva fir-rigward ta’ Stat li mhux marbut bil-Konvenzjoni li jaderixxi għall-Konvenzjoni skont l-Artikolu 70(1)(c). |
3. Irrikonċiljabbiltà bejn is-sentenzi (Artikolu 34(3) u (4))
|
138. |
Ma kienet meħtieġa l-ebda bidla fl-Artikolu 34(3), li jistabbilixxi l-prinċipju li sentenza mogħtija fi Stat marbut bil-Konvenzjoni m'għandhiex tkun rikonoxxuta jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija f'tilwima bejn l-istess partijiet fl-Istat indirizzat. Id-dispożizzjoni ser tapplika biss b'mod rari, minħabba r-regoli ta’ koordinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ lis pendens u rikorsi relatati; hi għandha ambitu wiesa' ta’ applikazzjoni, u hi intenzjonata biex tissalvagwardja l-istat tad-dritt fl-Istat indirizzat, li kien ikun imxekkel mill-eżistenza ta’ żewġ sentenzi f'konflitt ma’ xulxin (180). Is-sentenzi jistgħu għalhekk ikunu irrikonċiljabbli bejniethom anke jekk it-tilwim inkwistjoni għandu biss il-partijiet inkomun, u mhux l-istess materja jew l-istess kawża (181). Lanqas mhu meħtieġ, bil-għan tal-prevenzjoni tar-rikonoxximent, li s-sentenza fl-Istat indirizzat trid tkun ġiet mogħtija qabel is-sentenza barranija. Madankollu, il-kwistjoni dwar liema waħda miż-żewġ sentenzi tkun ġiet l-ewwel trid tkun ikkunsidrata sabiex tittieħed deċiżjoni dwar liema waħda miż-żewġ sentenzi barranin li ma jaqblux bejniethom għandha tkun rikonoxxuta fl-Istat indirizzat (182). Il-Konvenzjoni tal-1988 (l-Artikolu 27(5)) ittrattat biss ir-rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija fi Stat marbut bil-Konvenzjoni li kienet irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni preċedenti mogħtija fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni; l-Artikolu 34(4) tal-Konvenzjoni l-ġdida jżid il-każ ta’ sentenza mogħtija fi Stat marbut bil-Konvenzjoni li hija irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni preċedenti mogħtija fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni, u tpoġġihom fuq l-istess livell. F'każijiet ta’ dan it-tip il-fatt li s-sentenzi ma jaqblux jipprevjeni r-rikonoxximent ta’ dik li ngħatat l-aħħar, iżda biss jekk is-sentenzi ġew mogħtija f'tilwim bejn l-istess partijiet u għandhom l-istess materja u l-istess kawża, naturalment, dejjem dment li jissodisfaw it-testijiet għar-rikonoxximent fl-Istat indirizzat. Jekk il-materja jew il-kawża mhumiex l-istess, iż-żewġ sentenzi huma rikonoxxuti, anke jekk ma jaqblux bejniethom. In-nuqqas ta’ qbil irid imbagħad jiġi solvut mill-qorti nazzjonali fejn qed tintalab l-eżekuzzjoni, li tista' tapplika r-regoli tas-sistema tagħha stess għal dan il-għan, u tista' fil-fatt tagħti valur lil fatturi differenti mill-ordni tas-sentenzi fiż-żmien, bħall-ordni li fiha ġew istitwiti l-proċedimenti jew l-ordni li fiha saru res judicata, li mhijiex waħda mir-rekwiżiti għar-rikonoxximent skont il-Konvenzjoni. |
4. Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini (Artikolu 35)
|
139. |
Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, is-sentenzi mogħtija fi Stat marbut bil-Konvenzjoni huma ġeneralment rikonoxxuti fl-Istat indirizzat mingħajr ebda reviżjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini. L-Artikolu 35 itenni li m'għandu jkun hemm l-ebda reviżjoni bħal din, u l-ebda applikazzjoni tat-test tal-politika pubblika għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, iżda jirriproduċi wkoll l-eċċezzjonijiet li kienu jeżistu preċedentement għar-regola kontra r-reviżjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini. Ġie propost li l-eċċezzjonijiet għandhom jitneħħew għal kollox, sabiex tiġi eliminata kwalunkwe reviżjoni tal-ġurisdizzjoni hi x'inhi (183), iżda wara konsiderazzjoni bir-reqqa l-grupp ta’ ħidma ad hoc iddeċieda li dan kien ikun prematur. Hemm xi eċċezzjonijiet, għalhekk, għal ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u dawk konklużi minn konsumaturi jew ir-regoli tal-ġurisdizzjoni esklużiva (it-Taqsimiet 3, 4 u 6 tat-Titolu II), għall-każ previst fl-Artikolu 68, u għall-każijiet previsti fl-Artikolu 64(3) u l-Artikolu 67(4) (184). Ġie diskuss jekk il-ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni dwar is-suġġett tal-kuntratti ta’ impjieg individwali għandhomx jiżdiedu ma’ dawn l-eċċezzjonijiet. Ġie deċiż li dawn m'għandhomx jiżdiedu, għar-raġuni li f'tilwim dwar xogħol, normalment, ir-rikors isir mill-impjegat, bir-riżultat li r-reviżjoni, li hi impediment għar-rikonoxximent, fil-parti l-kbira tal-każijiet tkun ta’ vantaġġ għal min iħaddem fil-pożizzjoni tiegħu bħala konvenut. |
5. Abolizzjoni tar-reviżjoni tal-liġi applikata mill-qorti tal-oriġini
|
140. |
L-Artikolu 27(4) tal-Konvenzjoni tal-1988 ippermetta iċ-ċaħda tar-rikonoxximent jekk, bil-għan li tiddeċiedi dwar kwistjoni preliminarja dwar l-istatus jew il-kapaċità legali ta’ persuni fiżiċi, id-drittijiet fil-proprjetà li joħorġu minn relazzjoni ta’ żwieġ, testmenti jew suċċessjoni (li huma kollha kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni), il-qorti tal-oriġini kienet applikat regola differenti mir-regola tad-dritt internazzjonali privat tal-Istat li fih intalab ir-rikonoxximent; inħass li issa din ir-regola kienet superfluwa, jekk xejn minħabba l-progress li sar fl-armonizzazzjoni tad-dritt internazzjonali privat f'dawn l-oqsma fil-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-fatt li d-dispożizzjoni kienet assenti mir-Regolament Brussell II. Hija ma ġietx inkluża fil-Konvenzjoni l-ġdida, biex b'hekk mhux ser ikun possibbli fil-futur li wieħed jistrieħ fuq din ir-raġuni ta’ ċaħda, li kienet traċċa tar-reviżjoni tal-merti tas-sentenza barranija. Ir-reviżjoni fir-rigward tas-sustanza hi kompletament eskluża mill-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni, li jirriproduċi l-kliem tad-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni preċedenti (185). |
6. Appell kontra deċiżjoni barranija li tagħha qed jintalab ir-rikonoxximent (Artikolu 37)
|
141. |
Ma saret l-ebda bidla għar-regola li tippermetti lill-qorti fejn jintalab ir-rikonoxximent għal sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor marbut bil-Konvenzjoni biex tissospendi l-proċedimenti jekk ikun ġie preżentat appell kontra s-sentenza fl-Istat l-ieħor. L-Artikolu 37 jirriproduċi l-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni tal-1988, u ma jeħtieġx kumment speċjali (ara r-rapport Jenard, p. 46, u r-rapport Schlosser, il-paragrafi 195-204). |
3. Eżekuzzjoni
|
142. |
It-Taqsima 2 tat-Titolu III tal-Konvenzjoni, dwar l-eżekuzzjoni, tinkludi sett ta’ regoli li, kif diġà ssemma (186), ġew mibdula ħafna bir-reviżjoni, sabiex titkompla s-simplifikazzjoni tal-proċeduri li abbażi tagħhom is-sentenzi jiġu ddikjarati eżegwibbli fl-Istat indirizzat - u rikonoxxuti wkoll, jekk ir-rikonoxximent joħroġ bħala l-kwistjoni prinċipali skont l-Artikolu 33(2), li jirreferi għall-proċeduri previsti fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu III. Il-prinċipju li bih l-eżekuzzjoni hi suġġetta għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, madankollu, jibqa' mhux mibdul, u hu ddikjarat fl-Artikolu 38 fl-istess termini bħal fl-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni tal-1988. Għalhekk, id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tista' tingħata biss għal sentenza li hi diġà eżegwibbli fl-Istat li fih ingħatat, u dan biss mal-applikazzjoni minn parti interessata (187). Ladarba tiġi ddikjarata eżegwibbli, is-sentenza tista' tiġi eżegwita fl-Istat indirizzat; madankollu, fir-Renju Unit, is-sentenza trid tkun irreġistrata għall-eżekuzzjoni (188). L-Artikolu 1(3) jagħmilha ċara li t-taqsima dwar l-eżekuzzjoni tapplika wkoll għal sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej meta dawn iridu jkunu eżegwiti fil-pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Komunità. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom għalhekk jiġu eżegwiti f'dawk l-Istati bl-istess mod bħas-sentenzi nazzjonali mogħtija fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. |
1. Dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà: l-ewwel stadju (Artikoli 39-42 u 53-56)
(a) Qorti jew awtorità kompetenti (Artikolu 39)
|
143. |
Bħal qabel, il-Konvenzjoni tindika espliċitament il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni li jirċievu applikazzjonijiet għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ sentenzi barranin. Issa, dawn huma elenkati f'anness (l-Anness II), aktar milli fil-parti prinċipali tal-Konvenzjoni, bidla li tissimplifika l-preżentazzjoni tal-proċedura (rigward ir-raġunijiet għalfejn il-lista tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti tressqet għall-anness, ara wkoll id-diskussjoni tal-Artikolu 77 hawn taħt). ta’ min wieħed jindika li l-Artikolu 39(1) jirreferi għal “qorti jew awtorità kompetenti”. L-Istati marbutin bil-Konvenzjoni huma għalhekk ħielsa li jafdaw it-tmexxija tal-ewwel stadju tal-proċedimenti f'idejn awtorità li mhijiex qorti. Fil-fatt, b'mod ġenerali, kollha għandhom qrati nominati, iżda wieħed jista' jinnota li fil-każ ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ strument notarili awtentikat, Franza u l-Ġermanja nnominaw awtorità notarili (il-président de la chambre départementale des notaires) jew nutar, filwaqt li fil-każ ta’ sentenza dwar il-manteniment, Malta nnominat lir-Reġistratur tal-Qorti. Dawn l-eżempji jistgħu jiġu segwiti minn pajjiżi oħrajn, minħabba n-natura mhux kontenzjuża tal-proċediment u n-natura sempliċement formali tal-kontrolli li jridu jsiru. |
|
144. |
Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni lokali tal-qrati nnominati, il-Konvenzjoni tal-1988 għamlet referenza għall-post tad-domiċilju tal-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, u, jekk ma jkollhiex domiċilju fl-Istat li fih intalbet l-eżekuzzjoni, għall-post tal-eżekuzzjoni. Dan l-arranġament offra lill-kreditur il-vantaġġ li fejn kien hemm diversi postijiet ta’ eżekuzzjoni hu seta' japplika għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà waħda biss, għalkemm kellu mbagħad imur quddiem diversi qrati għall-eżekuzzjoni. Iżda kellu l-iżvantaġġ li jekk id-domiċilju tad-debitur u l-post tal-eżekuzzjoni ma kinux l-istess, kien jobbliga lill-kreditur li jmur quddiem żewġt iqrati, l-ewwel il-qorti tad-domiċilju u mbagħad il-qorti tal-post tal-eżekuzzjoni. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra din il-kwistjoni, u minkejja xi opinjonijiet kuntrarji afferma mill-ġdid ix-xewqa li l-ġurisdizzjoni interna tiġi definita b'mod dirett fil-Konvenzjoni, sabiex ikun aktar faċli għall-kreditur li jidentifika l-qorti adatta (189). Il-Grupp qies li l-aħjar mod biex tiġi determinata l-ġurisdizzjoni territorjali fir-rigward ta’ kull każ speċifiku kien li l-kreditur jingħata għażla bejn il-post tad-domiċilju tad-debitur u l-post tal-eżekuzzjoni, biex ikun jista' jmur dirett quddiem il-qorti tal-post tal-eżekuzzjoni. L-Artikolu 39(2) jirrifletti dan l-approċċ, u jgħid li l-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għall-post ta’ domiċilju tal-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, jew għall-post tal-eżekuzzjoni. Il-formulazzjoni tfisser li m'għadux meħtieġ li jkun previst espliċitament il-każ fejn id-debitur ikollu d-domiċilju fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni, għalkemm ċertament, f'dak il-każ il-kreditur ikollu disponibbli biss il-post tal-eżekuzzjoni. Ġie ssuġġerit ukoll li għal każijiet li fihom ntalbet eżekuzzjoni kontra aktar minn parti waħda, l-Artikolu 39 għandu jirriproduċi r-regola tal-ġurisdizzjoni fl-Artikolu 6(1), u jipprevedi l-ġurisdizzjoni lokali tal-qrati għall-post fejn kwalunkwe waħda minnhom tkun ddomiċiljata. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc kien tal-fehma, madankollu, li fejn hi involuta l-ġurisdizzjoni interna kien aħjar li ma jsirux regoli għal kull aspett speċifiku. Il-kwistjoni dwar dak li għandu jsir fejn tintalab l-eżekuzzjoni kontra aktar minn parti waħda għandha, konsegwentement, tiġi determinata abbażi tal-liġi nazzjonali ta’ kull Stat marbut bil-Konvenzjoni. |
(b) L-applikazzjoni (Artikoli 40 u 53-56)
|
145. |
Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, il-proċedura ta’ kif issir applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat indirizzat, b'kont meħud, madankollu, tar-regoli stabbiliti direttament fil-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni tkompli tipprevedi li l-applikant irid jagħti indirizz għan-notifika tal-proċess fi ħdan iż-żona ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti fejn issir l-applikazzjoni, u li jekk il-liġi tal-Istat li fih qed tintalab l-eżekuzzjoni ma tipprevedix l-għoti ta’ dan l-indirizz, hu għandu jinnomina rappreżentant ad litem (190). Il-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni, madankollu, inbidlet. L-Artikoli 46 u 47 tal-Konvenzjoni tal-1988 kienu jelenkaw numru ta’ dokumenti li kienu maħsuba biex juru li s-sentenza ssodisfat ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent; iżda l-Artikolu 40(3) il-ġdid jirreferi għad-dokumenti elenkati fl-Artikolu 53, li jillimita ruħu għat-talba għall-produzzjoni ta’ kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha, u ċertifikat irregolat fl-Artikolu 54 sussegwenti. L-Artikolu 54 jirrikjedi li l-awtorità kompetenti tal-Istat li fih tkun ingħatat is-sentenza għandha, fuq it-talba ta’ xi parti interessata, toħroġ ċertifikat bl-użu ta’ formola li tidher fl-Anness V għall-Konvenzjoni. |
|
146. |
Kien hemm ħafna diskussjoni dwar ir-rakkomandabbiltà li l-applikant jinħtieġ jipproduċi ċertifikat aktar milli d-dokumenti proprji. Dan l-arranġament hu motivat mill-approċċ ġenerali favur l-esklużjoni ta’ kwalunkwe reviżjoni tas-sentenza barranija f'dan l-ewwel stadju. Iċ-ċertifikat jissodisfa ż-żewġ objettivi tas-simplifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-kreditur, li jrid jipproduċi dokument uniku, u li b'mod rapidu, il-qorti indirizzata tkun tista' tagħżel l-informazzjoni rigward is-sentenza li hi teħtieġ sabiex tiddikjara l-eżegwibbiltà. Bħalma jiġri spiss hu diffiċli għall-qorti indirizzata biex toħroġ ċerta informazzjoni b'mod rapidu u b'mod affidabbli mis-sentenza tal-qorti tal-oriġini, minħabba l-lingwa tas-sentenza u l-modi diversi li bihom huma abbozzati d-dokumenti ġudizzjarji fis-sistemi ġudizzjarji diversi tal-Istati marbutin bil-Konvenzjoni. Iċ-ċertifikat, kif jidher mill-formola fl-Anness V, irid jindika l-Istat tal-oriġini tas-sentenza, il-qorti jew awtorità oħra li qed toħroġ iċ-ċertifikat, il-qorti li tat is-sentenza, id-dettalji essenzjali tas-sentenza (data, numru ta’ referenza, partijiet, u, fejn is-sentenza tkun ingħatat b'kontumaċja, id-data tan-notifika tad-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti), it-test tas-sentenza (fis-sens strett, jiġifieri, it-test sħiħ tal-parti operattiva tas-sentenza biss), l-ismijiet ta’ kwalunkwe parti li ngħatat għajnuna legali, u dikjarazzjoni li s-sentenza hi eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini. Normalment, iċ-ċertifikat jinħareġ mill-qorti li tat is-sentenza, iżda mhux neċessarjament. Iċ-ċertifikat jagħti biss fatti, mingħajr ma jagħti ebda informazzjoni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tal-Konvenzjoni, biex b'hekk iċ-ċertifat jista' jinħareġ minn persuna oħra fil-qorti, jew minn awtorità oħra awtorizzata li tagħmel dan fl-Istat tal-oriġini (191). |
|
147. |
L-għan taċ-ċertifikat hu li jissimplifika l-proċedimenti, u kreditur m'għandux ikun meħtieġ jipproduċi ċertifikat meta s-sentenza tista' tkun iddikjarata eżegwibbli b'mod rapidu anke mingħajru. Għalhekk fir-rigward taċ-ċertifikat, il-Konvenzjoni ttenni d-dispożizzjoni stabbilita preċedentement fl-Artikolu 48 tal-Konvenzjoni tal-1988 fir-rigward tal-prova b'dokumenti b'appoġġ għall-applikazzjoni prevista f'dak l-artikolu (192). Għaldaqstant, l-Artikolu 55(1) tal-Konvenzjoni l-ġdida jgħid li jekk iċ-ċertifikat ma jiġix ippreżentat, il-qorti indirizzata tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tiegħu jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni biżżejjed quddiemha, tgħaddi mingħajru. Minn din id-dispożizzjoni jidher ċar li l-qorti tista' taċċetta ċertifikat inkomplet, jew jekk meħtieġ tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni ta’ formola kompletata bis-sħiħ. Naturalment, jekk ma jkunx hemm ċertifikat, jew jekk iċ-ċertifikat ma jkunx komplet, il-qorti indirizzata tista' wkoll tiddeċiedi li tiċħad l-applikazzjoni. Ma saret l-ebda bidla għar-regola preċedenti dwar it-traduzzjoni taċ-ċertifikat, li hi meħtieġa biss jekk il-qorti teħtieġha (l-Artikolu 55(2)), u l-eżenzjoni minn kwalunkwe legalizzazzjoni tad-dokumenti kollha, inkluż dokument li jinnomina rappreżentant ad litem (l-Artikolu 56) (193). |
(c) Deċiżjoni li ttemm l-ewwel stadju u dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà (Artikoli 41-42)
|
148. |
Il-qorti jew l-awtorità kompetenti trid tiddeċiedi mingħajr dewmien dwar applikazzjoni ppreżentata skont il-Konvenzjoni, u jekk jiġu sodisfatti l-formalitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 53, jiġifieri jekk ikunu ġew preżentati ċ-ċertifikat u kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tal-awtentiċità tagħha, hi għandha tiddikjara li s-sentenza hi eżegwibbli. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 41 ma tħalli l-ebda dubju f'dan ir-rigward: hawn hawn jingħad li s-sentenza għandha tkun iddikjarata eżegwibbli “immedjatament” mat-twettiq ta’ dawn il-formalitajiet. Deher li kien preferibbli li jintuża l-avverbju “immedjatament” aktar milli tiġi stabbilita skadenza preċiża, minħabba li kien ikun diffiċli li tiġi imposta piena għal dewmien biex tintlaħaq l-iskadenza; għalhekk, il-formulazzjoni hi simili għal dik tal-Konvenzjoni tal-1988, li għall-ewwel stadju tal-proċedimenti pprevediet li l-qorti indirizzata kellha tagħti d-deċiżjoni tagħha “mingħajr dewmien”, iżda ma stabbilixxietx żmien definit (194). |
|
149. |
L-Artikolu 41 ma jippermettix lill-qorti indirizzata li tmexxi kwalunkwe reviżjoni biex tistabbilixxi jekk hemmx raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent skont l-Artikoli 34 u 35. L-informazzjoni li għandha tintwera fuq iċ-ċertifikat mhijiex imfassla għal reviżjoni bħal din, iżda hi maħsuba sempliċiment biex tiffaċilita l-ħidma tal-qorti indirizzata hi u tiddeċiedi jekk għandhiex tiddikjara l-eżegwibbiltà. Anke l-indikazzjoni tad-data li fiha ġie notifikat id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti, fil-każ ta’ sentenza b'kontumaċja, hi maħsuba biss biex tistabbilixxi li l-proċedimenti b'kontumaċja kienu preċeduti minn notifika tad-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti, li huwa l-minimu indispensabbli għall-konjizzjoni ta’ sentenza b'kontumaċja, u mhijiex imfassla biex il-qorti indirizzata tkun tista' tivverifika jekk hemmx konformità mal-kondizzjonijiet fl-Artikolu 34(2). ta’ min wieħed jindika li jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti ma kienx notifikat, ma jistax ikun hemm indikazzjoni tad-data tan-notifika fiċ-ċertifikat. Iżda wkoll li f'dak il-każ, tista' tinqala' biss il-kwistjoni fir-rigward tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ referenza għad-data tan-notifika fiċ-ċertifikat, mingħajr ebda konklużjoni li n-notifika ma tkunx ġiet effettwata. Hawnhekk ukoll, għalhekk, l-eżami mill-qorti hu purament formali. Il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe reviżjoni abbażi tal-Artikoli 34 u 35 tipprekludi wkoll iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal raġunijiet differenti minn dawk stabbiliti f'dawk l-artikoli, li huma l-uniċi raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ma tistax tinċaħad għar-raġuni li l-qorti indirizzata ssib li s-sentenza ma taqax fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Il-fatt li l-qorti tal-oriġini tkun ħarġet iċ-ċertifikat previst fl-Anness V jiċċertifika li s-sentenza ma taqax fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Il-verifika tal-korrettezza taċ-ċertifikat tmur kontra l-prinċipju li l-ewwel stadju tal-proċedura għandu jkun limitat għal eżami formali. Il-verifika tal-korrettezza taċ-ċertifikat tkun teħtieġ valutazzjoni legali tas-sentenza, u għandha tkun riżervata għat-tieni stadju tal-proċedimenti. Lanqas ma jista' jkun hemm oġġezzjoni, f'dan l-ewwel stadju, li s-sentenza tmur kontra l-politika pubblika, minkejja l-fatt li din ir-raġuni għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent hi fl-interess ġenerali. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc kellu diskussjonijiet fit-tul dwar jekk huwiex rakkomandabbli li tinżamm il-verifika tal-politika pubblika fl-ewwel stadju, u ma naqsux l-opinjonijiet favur dan, iżda fl-aħħar il-fehma prevalenti kienet li dan m'għandux ikun, parzjalment minħabba l-fatt li l-politika pubblika rarament kienet ġiet invokata fl-applikazzjoni fil-prattika tal-Konvenzjoni preċedenti, u parzjalment minħabba d-dewmien li dan seta' jikkawża fil-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. Bħalma hu l-każ fir-rigward tar-raġunijiet l-oħrajn għaċ-ċaħda, kwalunkwe sottomissjoni li s-sentenza tmur kontra l-politika pubblika għandha titqajjem fit-tieni stadju tal-proċedimenti. |
|
150. |
L-unika eċċezzjoni għal dawn ir-regoli hi prevista fl-Artikolu III(2)(b) tal-Protokoll 1, fejn, fir-rigward ta’ sentenzi mogħtija fi Stat li jaderixxi, li għalih issir referenza fl-Artikolu 70(1)(c), parti kontraenti tkun għamlet dikjarazzjoni li tirriżerva d-dritt li tippermetti lill-qorti b'ġurisdizzjoni għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà li, fuq mozzjoni tagħha stess, teżamina jekk hijiex preżenti kwalunkwe waħda mir-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza. Il-possibbiltà ta’ riżerva ta’ dan it-tip tmur kontra l-prinċipju li m'għandu jkun hemm l-ebda reviżjoni fl-ewwel stadju tal-proċedimenti, li hu fundamentali fis-sistema tal-Konvenzjoni, iżda din ġiet permessa b'mod kawt. Din ir-riżerva hi valida għal ħames snin, sakemm il-parti kontraenti ma ġġeddidhiex (l-Artikolu III(4)). Din il-klawsola tista' tinftiehem li tissuġġerixxi li r-riżerva għandha titqies mill-ġdid, u jekk ma tkunx indispensabbli għandha tintemm. |
|
151. |
Minħabba n-natura purament formali tal-verifika mwettqa f'dan l-istadju mill-qorti indirizzata, mhijiex meħtieġa l-parteċipazzjoni attiva tad-debitur. Għalhekk, l-Artikolu 41 itenni li l-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni ma tistax tagħmel sottomissjonijiet f'dan l-istadju. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant, f'konformità mal-proċedura stabbilita mil-liġi tal-Istat li fih tintalab l-eżekuzzjoni. Jekk id-deċiżjoni tiddikjara l-eżegwibbiltà, din għandha tkun innotifikata lill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni. Jista' jiġri li d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tinħareġ qabel ma tkun ġiet notifikata s-sentenza barranija lil dik il-parti. L-Artikolu 42(2) jipprevedi li f'dak il-każ id-deċiżjoni tas-sentenza barranija għandha tkun notifikata flimkien mad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. |
2. Dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà: it-tieni stadju (Artikoli 43-46)
(a) Appelli kontra d-deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà (Artikoli 43-44)
|
152. |
Jista' jsir appell minn kwalunkwe parti dwar id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, lill-qorti elenkata fl-Anness III għall-Konvenzjoni. Għalhekk, permezz ta’ dan ġew unifikati l-appelli kontra d-deċiżjoni tagħlaq l-ewwel stadju tal-proċedimenti. Bħall-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Konvenzjoni tal-1988 tipprevedi żewġ tipi differenti ta’ appell, wieħed kontra deċiżjoni favur l-eżekuzzjoni, li hu disponibbli lill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni (l-Artikoli 36-39), l-ieħor kontra deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni, li kien disponibbli għall-kreditur applikant (l-Artikoli 40-41). Minħabba li issa l-ewwel stadju ġie ridott għal sempliċi formalità, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra s-suġġeriment li l-appell kontra ċ-ċaħda għandu jkun eliminat, minħabba li mhux probabbli li l-applikazzjoni tinċaħad. Jekk ikun hemm kwalunkwe irregolarità fiċ-ċertifikat, b'mod ġenerali l-qorti indirizzata titlob li tiġi kkoreġuta, jew, jekk tkun tħalliet barra xi informazzjoni, li ċ-ċertifikat jiġi kkompletat. Għalkemm dan mhux probabbli li jseħħ, xorta għadu possibbli li l-applikazzjoni tkun rifjutata, u li bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-applikant ikun jeħtieġ li d-deċiżjoni tiġi riveduta, u għaldaqstant ġie deċiż li tinżamm il-possibbiltà ta’ appell, għalkemm mingħajr sett speċifiku ta’ regoli distinti minn dawk dwar appelli kontra dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. |
|
153. |
L-Artikolu 43 jipprevedi li “kwalunkwe parti” tista' tippreżenta appell, irrispettivament, għalhekk, minn jekk id-deċiżjoni tippermettix jew tirrifjutax l-applikazzjoni. Fil-prattika, madankollu, hi biss il-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni li jkollha interess li tagħmel rikuża rigward dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, u huwa biss l-applikant li jkollu interess li jagħmel rikuża dwar applikazzjoni rrifjutata. Barra minn hekk, f'dan l-aħħar każ, id-deċiżjoni li applikazzjoni tiġi rrifjutata għandha tiġi notifikata biss lill-applikant, kif previst fl-Artikolu 42(1), sabiex id-debitur ma jiġix notifikat dwarha b'mod formali u konsegwentement ma jkunx f'pożizzjoni li jappella. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jiġu unifikati f'termini ta’ abbozzar leġislattiv, iż-żewġ tipi ta’ appell jibqgħu distinti fis-sustanza, bħal fil-Konvenzjoni tal-1988. Huma wkoll distinti f'termini taż-żmien li fih għandhom isiru. Il-Konvenzjoni ma tistabbilixxi l-ebda terminu perentorju għal appell ta’ applikant kontra applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. Dan hu appell fl-interess tal-applikant kontra deċiżjoni li lanqas biss ġiet notifikata lid-debitur, u għalhekk jitħalla f'idejn l-applikant li jagħżel iż-żmien tal-appell, li fil-prattika jammonta għal preżentazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni, u din id-darba d-debitur irid jinstema'. Fil-każ ta’ appell kontra dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, min-naħa l-oħra, irid ikun hemm terminu perentorju li jekk jinqabeż, jekk il-parti li kontriha tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni ma tkunx appellat, is-sentenza tista' tkun eżegwita. Għalhekk, l-Artikolu 43(5) jistabbilixxi terminu perentorju ta’ xahar mid-data ta’ notifika tad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. Jekk il-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni jkollha d-domiċilju fi Stat marbut bil-Konvenzjoni differenti minn dak li fih tkun inħarġet id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, it-terminu perentorju jiżdied għal xahrejn mid-data li fiha ġie notifikat, in persona jew inkella fir-residenza tiegħu. Iż-żmien permess hu itwal minħabba d-diffikultà li jista' jkollu l-konvenut biex jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu fi Stat differenti minn dak li fih ikollu d-domiċilju, fejn jista' jkollu bżonn isib avukat u wisq probabbli jkollu bżonn traduzzjoni tad-dokumenti. L-Artikolu 43(5) jgħid li ma tista' tingħata l-ebda estensjoni taż-żmien indikat fil-Konvenzjoni minħabba d-distanza, u dik ir-regola tissostitwixxi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali kontra li jista' jkun hemm. Fil-Konvenzjoni mhu indikat l-ebda terminu perentorju fil-każ li l-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni jkollha d-domiċilju fi Stat mhux marbut bil-Konvenzjoni. Fin-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni, id-determinazzjoni taż-żmien permess jitħalla f'idejn il-liġi nazzjonali tal-Istat indirizzat. |
|
154. |
Iż-żewġ tipi ta’ appell għandhom ikunu trattati fi proċedimenti kontenzjużi. L-Artikolu 43(3) jispeċifika biss “ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontenzjużi”. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni ulterjuri, il-proċedura li għandha tiġi segwita hi dik ordinarja prevista mil-liġi nazzjonali tal-qorti indirizzata, dment li hi tali li tiżgura li ż-żewġ partijiet jinstemgħu. Jekk il-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher fil-proċedimenti tal-appell imressqa mill-applikant, il-qorti għandha tapplika l-Artikolu 26(2) sa (4), anke meta l-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni ma jkollhiex domiċilju f'xi wieħed mill-Istati marbutin bil-Konvenzjoni (195). L-għan ta’ din l-aħħar dispożizzjoni hu li jiġu salvagwardati d-drittijiet tad-difiża, li jeħtieġu protezzjoni speċjalment minħabba li l-proċedimenti dwar l-appell tal-applikant kontra ċ-ċaħda ta’ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà huma l-aħħar ċans tad-debitur biex jiddefendi lilu nnifsu u biex jipprova juri li ma ġewx sodisfatti r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ sentenza barranija (196). |
(b) L-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ reviżjoni dwar appell skont l-Artikolu 43 (Artikolu 45)
|
155. |
Il-qorti li tkun qed tittratta appell kontra deċiżjoni dwar dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà trid tikkunsidra s-sentenza fid-dawl tar-raġunijiet li jipprevjenu li tkun rikonoxxuta u konsegwentement iddikjarata eżegwibbli. F'dan l-istadju wkoll hemm preżunzjoni favur ir-rikonoxximent, jiġifieri li l-qorti ma tiddeċidix dwar jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent, iżda pjuttost dwar jekk hijiex preżenti xi waħda mir-raġunijiet għaċ-ċaħda stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35. Fil-każ ta’ appell minn kreditur li ppreżenta l-applikazzjoni fl-ewwel stadju tal-proċedimenti, minħabba li l-applikazzjoni trid tkun ġiet irrifjutata wara verifika purament formali taċ-ċertifikat, il-kreditur ikollu inevitabbilment jinvoka r-raġunijiet kollha għaċ-ċaħda fl-istadju tal-appell, filwaqt li jfittex li juri li mhumiex preżenti fil-każ, u l-qorti jkollha tiddeċiedi dwarhom kollha, minħabba li l-preżenza ta’ waħda biss minnhom ukoll twassal għar-rifjut tal-appell. Jekk l-appell jiġi ppreżentat mill-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni, min-naħa l-oħra, dik il-parti tista' tistrieħ fuq il-preżenza ta’ raġuni waħda jew aktar għaċ-ċaħda mingħajr il-ħtieġa li tinvokahom kollha. Dan iponi l-problema dwar il-punt safejn il-qorti li qed tittratta l-appell hi limitata għall-eċċezzjonijiet invokati mill-appellant. |
|
156. |
Meta fassal il-proċedura l-ġdida għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi, il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta f'ċertu tul il-kwistjoni dwar jekk il-qorti tal-appell tistax tikkunsidra xi waħda mir-raġunijiet jew ir-raġunijiet kollha għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent ta’ sentenza barranija, fuq mozzjoni tagħha stess, speċjalment fejn ir-rikonoxximent jista' jmur manifestament kontra l-politika pubblika. Bosta esperti kienu tal-fehma li fejn ir-rikonoxximent imur kontra l-politika pubblika, iċ-ċaħda tar-rikonoxximent kienet issegwi interess pubbliku li ma setax jitħalla kompletament għad-disponibbiltà tal-partijiet, u li t-tneħħija ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni tiegħu fl-ewwel stadju tal-proċedimenti għandha tkun kontrobilanċjata billi l-qorti titħalla tikkunsidraha fit-tieni stadju tal-mozzjoni tagħha stess, anke jekk id-debitur ikun naqas milli jagħmel l-eċċezzjoni. Bl-istess mod, bil-għan li tiġi kontrobilanċjata t-tneħħija tal-konsiderazzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda fl-ewwel stadju, numru ta’ esperti kienu tal-fehma li fit-tieni stadju l-verifika tal-hekk imsejħa politika pubblika proċedurali għandha tissaħħaħ lil hinn minn dak previst speċifikament fl-Artikolu 34(2), billi l-qorti tintalab tirrevediha fuq mozzjoni tagħha stess. Fl-aħħar nett dan id-dibattitu ma deher fl-ebda dispożizzjoni li tirregola s-setgħat tal-qrati li jiddeċiedu dwar l-appelli. L-Artikolu 45(1) jgħid biss li l-qorti “għandha tiċħad [jekk l-appell jitressaq mill-applikant] jew tirrevoka [jekk l-appell jitressaq mill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni] id-dikjarazzjoni tal-eżekutorjetà biss għal waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikoli 34 u 35”. L-artikolu jindika l-għan tar-reviżjoni mill-qorti, u r-raġunijiet li għalihom trid tieħu d-deċiżjoni tagħha, iżda ma jindikax kif għandha titwettaq ir-reviżjoni. In-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni fil-Konvenzjoni jfisser li l-kwistjoni dwar jekk il-qorti tistax tikkunsidra r-raġunijiet għaċ-ċaħda fuq mozzjoni tagħha stess, jew fuq l-inizjattiva ta’ xi parti, ikollha tissolva mill-qorti nnifisha, fid-dawl tal-interess pubbliku li, fis-sistema ġuridika fejn tappartjeni dik il-qorti, jista' jiġġustifika l-intervent sabiex jiġi prevenut ir-rikonoxximent tas-sentenza. Jekk m'hemm l-ebda interess pubbliku bħal dan, u r-raġuni għaċ-ċaħda hi essenzjalment kwistjoni tal-interessi tal-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, ser jitħalla għall-parti interessata l-oneru li tqajjem il-kwistjoni. Valutazzjoni ta’ dan it-tip tista' titwettaq biss abbażi tal-liġi nazzjonali. |
|
157. |
Tqajjem ukoll dubju dwar jekk, fit-tieni stadju, jistax ikun raġunat li s-sentenza barranija ma tkunx waqgħet fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Diġà ntqal li l-fatt li l-qorti tal-oriġini tkun ħarġet iċ-ċertifikat huwa stess jiċċertifika li s-sentenza fil-fatt taqa' fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Dment li ċ-ċertifikat hu l-eżitu ta’ valutazzjoni legali, tista' ssir rikuża dwaru fl-istadju tal-appell, u kwalunkwe problema ta’ interpretazzjoni tal-Konvenzjoni trid imbagħad tissolva fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, jekk id-dubju jippersisti u l-kondizzjonijiet ikunu ġew sodisfatti, billi l-kwistjoni tiġi referita lill-Qorti tal-Ġustizzja għal sentenza preliminarja skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni jipprevjeni espliċitament l-użu ta’ dan il-mezz għar-reviżjoni tas-sustanza tas-sentenza barranija. |
|
158. |
Fid-dawl tar-reviżjoni li jinvolvi, it-tieni stadju jista' jdum aktar mill-ewwel wieħed, iżda fit-tieni stadju wkoll il-qorti trid tikkonkludi mingħajr dewmien, fl-iqsar żmien permess mil-liġi nazzjonali, b'rispett għall-prinċipju li l-moviment liberu tas-sentenzi m'għandux jiġi mxekkel minn ostakoli bħal dewmien fil-proċedimenti għall-eżekuzzjoni. |
(c) Appelli ulterjuri (Artikolu 44)
|
159. |
Is-sentenza li tikkonkludi t-tieni stadju, mogħtija fuq appell mill-applikant jew mill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, tista' tkun ikkontestata biss mill-appell imsemmi fl-Anness IV għall-Konvenzjoni, li għal kull Stat marbut bil-Konvenzjoni jispeċifika forma ta’ appell lil qorti superjuri jew fil-fatt jipprekludi kompletament kwalunkwe appell bħal dan (197). L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ma jagħti l-ebda indikazzjoni ta’ kif għandu jipproċedi dan l-appell ulterjuri disponibbli għall-partijiet. Jista' jiġi intiż li l-appell hu regolat mil-liġi nazzjonali tal-Istat partikolari, u għandu jitmexxa bil-manjiera li tipprevdi l-liġi, li tirregola affarijiet bħaż-żmien li fih irid jitressaq l-appell, u li hu disponibbli fi ħdan il-limiti li tippermetti l-liġi, billi normalment, dawn l-appelli huma limitati għal punti ta’ liġi. Hawnhekk ukoll, f'konformità mal-Artikolu 45 tal-Konvenzjoni, ir-reviżjoni tal-qorti hi limitata għar-raġunijiet għaċ-ċaħda fl-Artikoli 34 u 35. Minħabba li normalment il-liġi nazzjonali tillimita l-appelli f'dan l-istadju għal punti ta’ liġi, ir-reviżjoni tas-sentenza tal-qorti ta’ hawn taħt, fir-rigward tar-raġunijiet għaċ-ċaħda fl-Artikoli 34 u 35 ser tkun limitata għall-korrezzjoni tal-konklużjonijiet tal-liġi, u mhijiex ser tinvolvi konklużjonijiet ta’ fatti. Għal darb'oħra, is-sentenzi barranin m'għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jiġu riveduti fir-rigward tas-sustanza, u l-qrati jridu jiddeċiedu mingħajr dewmien. |
(d) Appell kontra sentenza barranija li tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni (Artikolu 46)
|
160. |
Ma kienet meħtieġa l-ebda emenda għar-regola li tippermetti lil qorti li tkun qed tittratta appell skont l-Artikoli 43 jew 44 li tissospendi l-proċedimenti jekk, fl-Istat tal-oriġini, ikun pendenti appell kontra s-sentenza oriġinali. L-Artikolu 46 jirriproduċi l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni tal-1988, u ma jeħtieġ l-ebda kumment ulterjuri (198). |
4. Miżuri proviżorji u protettivi (Artikolu 47)
|
161. |
L-Artikolu 47 fih innovazzjoni importanti u sinifikanti fir-rigward tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-1988, li l-Artikolu 39 tagħha kien jgħid li matul iż-żmien speċifikat għal appell u sakemm appell bħal dan ikun ġie determinat, ma setgħu jittieħdu l-ebda miżuri ta’ eżekuzzjoni apparti miżuri protettivi kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni. Dik id-dispożizzjoni, li tippermetti li l-miżuri protettivi jittieħdu biss ladarba jkun ġie konkluż l-ewwel stadju tal-kwistjoni ta’ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, inżammet fl-Artikolu 47(3), iżda l-Artikolu 47(1) jiċċara li l-miżuri protettivi jistgħu jiġu ordnati qabel ma tiġi nnotifikata d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà u saż-żmien meta tittieħed deċiżjoni dwar kwalunkwe appell. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc qabel li kienet meħtieġa dispożizzjoni ta’ dan it-tip, iżda kien hemm diskussjoni f'xi tul dwar fejn għandha titpoġġa, jiġifieri jekk għandhiex tidher fit-taqsima dwar l-eżekuzzjoni jew inkella, kif kienet ipproponiet inizjalment il-Kummissjoni, immedjatament wara r-regola li s-sentenzi barranin għandhom ikunu rikonoxxuti mingħajr ma tinħtieġ ebda proċedura speċjali (l-Artikolu 33) (199). |
|
162. |
Il-kwistjoni dwar fejn għandha titpoġġa d-dispożizzjoni l-ġdida kienet parzjalment marbuta mal-kwistjoni dwar jekk, fejn sentenza tkun dehret li tissodisfa t-testijiet għall-eżegwibbiltà, l-eżekuzzjoni tistax tibda qabel ma tkun saret id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ eżekuzzjoni jekk dawn ma jkunux ta’ natura definittiva. Iżda ġie indikat li hemm differenza bejn miżuri protettivi u eżekuzzjoni proviżorja, u li jista' jkun hemm xi diffikultajiet kieku l-eżekuzzjoni kellha tibda fi Stat biex imbagħad tiġi interrotta minħabba li ma tkun inħarġet l-ebda dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. F'xi sistemi legali, il-miżuri protettivi jittieħdu bħala l-ewwel pass fil-proċess tal-eżekuzzjoni, iżda ġeneralizzazzjoni ta’ dan l-approċċ setgħet interferixxiet mal-liġi proċedurali nazzjonali, u dan jitbiegħed mill-prinċipju li jiġi segwit normalment, li hu li l-eżekuzzjoni titħalla għal-liġi tal-Istati individwali u li ma nbidilx mill-Konvenzjoni (200). Għal dawn ir-raġunijiet, u bil-għan li ma jitħalliex li d-dispożizzjoni l-ġdida tkun interpretata li timmodifika l-liġi nazzjonali, ġie deċiż li tiġi inkluża fl-artikolu rigward il-miżuri proviżorji u protettivi li jittieħdu b'rabta mad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tas-sentenza. L-Artikolu 47(1) jgħid li meta sentenza tkun trid tkun rikonoxxuta m'hemm xejn li jwaqqaf lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, mingħajr ma tinħtieġ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, u għaldaqstant qabel ma tinħareġ id-dikjarazzjoni, li jippermetti li jinftiehem li l-applikazzjoni għal dawn il-miżuri timplika li l-kreditur għandu l-intenzjoni li jitlob l-eżekuzzjoni tas-sentenza. Għalhekk, l-Artikolu 47(1) jitbiegħed mit-test preċedenti billi jippermetti li jittieħdu miżuri proviżorji jew protettivi ladarba s-sentenza barranija tkun tista' tiġi eżegwita fl-Istat tal-oriġini, dejjem bil-preżunzjoni li tissodisfa t-testijiet għar-rikonoxximent fl-Istat indirizzatt, irrispettivament minn jekk tkunx inħarġet dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jew le. Fir-rigward tal-miżuri li jistgħu jittieħdu, l-Artikolu 47 iħalli f'idejn il-liġi nazzjonali tal-Istat indirizzat biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tagħhom, it-tip u l-valur tal-merkanzija li għalihom jistgħu jiġu adottati, il-kondizzjonijiet li jridu jkunu sodisfatti biex dawn il-miżuri jkunu validi, u d-dispożizzjonijiet fid-dettall għall-implimentazzjoni tagħhom u biex jiġi żgurat li huma leġittimi (201). ta’ min wieħed jiftakar li l-liġi nazzjonali li tirreferi għaliha l-Konvenzjoni m'għandha fl-ebda ċirkostanza twassal għal frustrazzjoni tal-prinċipji stabbiliti f'dak ir-rigward, kemm espliċitament jew b'implikazzjoni, mill-Konvenzjoni nnifisha, u għandha għalhekk tiġi applikata b'manjiera kompatibbli mal-prinċipji fl-Artikolu 47 (202), li jagħtu d-dritt lill-applikant li jitlob il-miżuri proviżorji jew protettivi mill-mument li fih is-sentenza tkun tista' tiġi eżegwita fl-Istat tal-oriġini. |
|
163. |
Iż-żewġ paragrafi li jibqa' tal-Artikolu 47 jirriproduċu, b'ordni maqluba, it-tieni u l-ewwel paragrafi tal-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni preċedenti, u għalhekk iħallu intatta l-possibbiltà li jittieħdu miżuri protettivi kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni matul iż-żmien speċifikat għal appell kontra d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà skont l-Artikolu 43(5), u sakemm kwalunkwe appell bħal dan ikun ġie determinat, u għalhekk fi żmien sussegwenti għall-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, minħabba li dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ġġorr magħha s-setgħa li wieħed jgħaddi għal miżuri protettivi, il-kreditur jista' jgħaddi direttament għal dawn il-miżuri, mingħajr ma jikseb awtorizzazzjoni speċifika, anke jekk altrimenti, dak ikun meħtieġ mil-liġi proċedurali nazzjonali tal-qorti indirizzata (203). Hawnhekk ukoll l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali ma tistax tiffrustra l-prinċipji stabbiliti mill-Konvenzjoni li bihom id-dritt li wieħed jgħaddi għal miżuri proviżorji u protettivi joħroġ mid-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, biex b'hekk ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għal deċiżjoni nazzjonali oħra li tipprevedi awtorizzazzjoni speċifika u distinta. Il-liġi nazzjonali lanqas ma tista' tpoġġi kondizzjoni li tiġi preżentata garanzija biex il-kreditur ikollu d-dritt jgħaddi għal miżuri protettivi, minħabba li dan jimponi kondizzjoni addizzjonali għat-teħid tal-miżuri nnifishom, li jmur kontra l-formulazzjoni ċara tal-Konvenzjoni; il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra proposta biex l-Artikolu 47 jiġi emendat għal dan il-għan, iżda rrifjutaha. |
|
164. |
L-inserzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida tfisser li l-Konvenzjoni issa tkopri miżuri proviżorji jew protettivi li jittieħdu fi tliet sitwazzjonijiet distinti: l-ewwel, ta’ natura ġenerali, hi regolata mill-Artikolu 31, li essenzjalment, iżda mhux biss, tirrigwarda l-perijodu li fih ikunu qegħdin isiru l-proċedimenti prinċipali tal-qorti fl-Istat tal-oriġini; it-tieni tirriżulta fl-Istat indirizzat, meta tinħareġ id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tas-sentenza barranija, u sal-punt fejn tkun inħarġet (l-Artikolu 47(1)); it-tielet tirriżulta wara li tkun inħarġet id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, matul iż-żmien permess għal appell u sakemm il-qrati jkunu ddeterminaw l-appell (l-Artikolu 47(3)). Għall-klassijiet ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu f'dawn is-sitwazzjonijiet u għar-regoli dwarhom u dwar il-mekkaniżmi u l-ammissibbiltà tagħhom, il-Konvenzjoni tirreferi b'mod estensiv għal-liġi nazzjonali, iżda l-liġi nazzjonali tapplika biss bla ħsara għall-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni nnifisha, u kif rajna ma tistax twassal għal riżultati li mhumiex kompatibbli ma’ dawk il-prinċipji. Dan hu ta’ rilevanza speċjali għall-kondizzjonijiet li jiġġustifikaw it-teħid ta’ miżuri protettivi fil-każ partikolari. Il-kondizzjonijiet huma kwistjoni ta’ liġi nazzjonali, iżda meta bil-għan li tapplikahom il-qorti nazzjonali tikkunsidra jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet fundamentali ta’ kawża prima facie (fumus boni juris) u l-urġenza (periculum in mora), hi għandha tagħmel dan f'konformità mal-fini tar-regoli tal-Konvenzjoni fit-tliet sitwazzjonijiet indikati hawn fuq. Qorti li tordna miżura skont l-Artikolu 31 tista' tivvaluta liberament jekk hemmx kawża prima facie u jekk hemmx urġenza, filwaqt li skont l-Artikolu 47(1) l-eżistenza ta’ kawża prima facie ssegwi mis-sentenza li tagħha qed jintalab ir-rikonoxximent, u jekk il-qorti jkollha tagħmel valutazzjoni tagħha stess dan ma jkunx kompatibbli mal-prinċipju li l-applikant għandu d-dritt li jitlob miżuri protettivi abbażi tas-sentenza barranija; il-valutazzjoni proprja tal-qorti hi għalhekk limitata għall-kwistjoni tal-urġenza. U meta jittieħdu miżuri protettivi skont l-Artikolu 47(3), ma jista' jkun hemm l-ebda valutazzjoni tal-preżenza ta’ kawża prima facie jew tal-urġenza, minħabba li d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ġġorr magħha s-setgħa li wieħed jgħaddi għal kwalunkwe miżura protettiva, u l-Konvenzjoni ma tippermettix valutazzjoni dwar jekk din hijiex meħtieġa, li hi distinta mill-valutazzjoni tar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. |
5. Dispożizzjonijiet oħrajn dwar l-eżekuzzjoni
(a) Eżekuzzjoni fir-rigward ta’ ċerti kwistjonijiet biss; eżekuzzjoni parzjali (Artikolu 48)
|
165. |
L-Artikolu 48(1) jipprevedi li l-eżegwibbiltà tista' tiġi ddikjarata biss għal waħda jew aktar mill-kwistjonijiet li dwarhom tkun ingħatat s-sentenza barranija; dan hu identiku għall-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni tal-1988, ħlief għall-bidliet editorjali meħtieġa mill-proċedura l-ġdida, li fiha l-qorti m'għadhiex “tawtorizza” l-eżekuzzjoni, iżda sempliċiment “tagħti” d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà. L-aktar każijiet probabbli ta’ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ dan it-tip huma dawk fejn xi taqsima tas-sentenza tista' tkun kontra l-politika pubblika, jew fejn l-applikant jitlob dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà għal waħda jew aktar mit-taqsimiet tas-sentenza biss, minħabba li m'għandu l-ebda interess fl-oħrajn, jew aktar spiss fejn is-sentenza barranija tittratta xi kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni u oħrajn li ma jaqgħux. ta’ min wieħed jindika li għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-kwistjonijiet trattati fis-sentenza m'għandhomx għalfejn ikunu formalment distinti. Jekk is-sentenza timponi diversi obbligi li xi wħud minnhom biss huma fi ħdan l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni, din tista' tiġi eżegwita parzjalment, dment li turi b'mod ċar l-għanijiet li għalihom jikkorrispondu l-partijiet differenti tad-dispożizzjoni ġudizzjarja (204). |
|
166. |
Apparti adattament editorjali, ir-regola fil-paragrafu 2 tibqa' mhux mibdula, u dan jippermetti lill-applikant li jitlob dikjarazzjoni parzjali tal-eżegwibbiltà, anke fi ħdan kap wieħed ta’ sentenza fejn mhuwiex possibbli li ssir distinzjoni tal-partijiet differenti skont il-finijiet tagħhom. Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra jekk din id-dispożizzjoni għandhiex titneħħa, minħabba n-natura awtomatika tal-ewwel stadju tal-proċedimenti u l-effett tal-Artikolu 52, li jipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe imposta, dazju jew tariffa kkalkulata b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni (205). Iżda d-dispożizzjoni mhijiex motivata minn konsiderazzjonijiet ta’ tip finanzjarju, u t-tneħħija tagħha setgħet tissuġġerixxi li l-kreditur kien ikun dejjem obbligat li jitlob l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjoni kollha fis-sentenza. Bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu 2, li konsegwentement ma jinbidilx, applikant b'talba parzjalment dekaduta minħabba li tkun ingħatat is-sentenza barranija jista' għalhekk jitlob lill-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat biex tindika li l-eżekuzzjoni qed tintalab biss sa ċertu ammont, u din it-talba tista' ssir ukoll fit-tieni stadju tal-proċedura, meta jitressaq appell mill-applikant innifsu jew mill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni. |
(b) Sentenzi li jordnaw ħlasijiet perijodiċi ta’ kriminali (Artikolu 49)
|
167. |
Din id-dispożizzjoni tirriproduċi kelma b'kelma d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988, li tipprevedi li sentenza barranija li tordna ħlas perjodiku bħala kriminali (pereżempju għal dewmien) tkun eżegwibbli fl-Istat li fih tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni fil-każ biss li l-ammont tal-ħlas ikun ġie finalment determinat mill-qrati tal-Istat tal-oriġini (206). Ġie indikat li din id-dispożizzjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk tkoprix kriminali finanzjarji imposti meta l-ordni tal-qorti tiġi injorata, li mhumiex dovuti lill-kreditur imma lill-Istat (207). Matul il-ħidma ta’ reviżjoni, ġie ssuġġerit li l-formulazzjoni tista' tiġi kkjarifikata b'mod utli għal dan il-għan. Madankollu, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ipprefera li ma jibdilx il-formulazzjoni bil-għan li jinkludi ħlasijiet ta’ penali lill-Istat espressament, minħabba li sentenza favur l-Istat tista' tkun ta’ natura kriminali, biex b'hekk bidla hawnhekk tista' tintroduċi aspett kriminali f'Konvenzjoni ddedikata lil kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Id-dispożizzjoni tista' għaldaqstant tinftiehem li tipprevedi ħlasijiet ta’ kriminali lill-Istat fil-każ biss li hu ċar li huma ta’ natura ċivili, u dment li l-eżekuzzjoni tagħhom tintalab minn parti privata fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tas-sentenza irrispettivament mill-fatt li l-ħlasijiet iridu jsiru lill-Istat. |
(c) Għajnuna legali (Artikolu 50)
|
168. |
M'hemm l-ebda bidla għall-prinċipju li hu segwit f'din id-dispożizzjoni, li bih applikant li, fl-Istat tal-oriġini, ikun ibbenefika minn għajnuna legali sħiħa jew parzjali, jew minn eżenzjoni mill-infiq jew l-ispejjeż, hu intitolat għall-għajnuna legali l-aktar favorevoli, jew għall-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-infiq jew l-ispejjeż, previsti mil-liġi tal-Istat indirizzat (ara r-rapport Jenard, p. 54, u r-rapport Schlosser, il-paragrafi 223-224). Madankollu, l-applikazzjoni tiegħu għandha ambitu ta’ applikazzjoni usa', minħabba li tkopri l-proċedura kollha prevista fit-Taqsima 2 dwar l-eżekuzzjoni, inklużi l-proċedimenti ta’ appell (208). Ir-raġunijiet għall-għajnuna legali jew għal eżenzjoni mill-infiq jew l-ispejjeż m'humiex rilevanti: dawn huma determinati mil-liġi tal-Istat tal-oriġini, u mhumiex soġġetti għal reviżjoni. ta’ min wieħed jiftakar li ċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità li tkun tat is-sentenza li tagħha qed jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni jrid jindika jekk l-applikant ikunx ibbenefika jew le minn għajnuna legali, u dan hu biżżejjed biex l-applikant ikun jista' jikkwalifika fl-Istat indirizzat. L-Artikolu 50(2) hu motivat mill-ħtieġa li jittieħed kont tar-rwol tal-awtoritajiet amministrattivi ta’ xi Stati, li jaġixxu mingħajr ħlas, fi kwistjonijiet ta’ manteniment; l-istess ħtieġa ġiet indikata fil-każ tan-Norveġja, u konsegwentement in-Norveġja tingħaqad mad-Danimarka u l-Islanda, li kienu diġà ġew elenkati fid-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988. |
(d) Garanziji għall-infiq, it-taxxi, it-tariffi jew id-dazji (Artikoli 51-52)
|
169. |
L-Artikolu 51 jirriproduċi d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (209). Il-grupp ta’ ħidma ad hoc iddiskuta jekk, għal persuni b'residenza abitwali fi Stat marbut bil-Konvenzjoni, għandhiex tiġi estiża għall-proċedimenti oriġinali l-projbizzjoni tar-rekwiżit tal-cautio judicatum solvi. Iżda dan kien jintroduċi regola uniformi li ma kinitx tkun strettament meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-libertà tal-moviment ta’ sentenzi, u l-grupp ta’ ħidma pprefera li ma jintervjenix fis-sistemi nazzjonali. ta’ min wieħed iżomm f'moħħu li f'numru ta’ Stati marbutin bil-Konvenzjoni, ir-rekwiżit ta’ garanzija għar-raġuni ta’ nazzjonalità barranija jew in-nuqqas ta’ domiċilju jew residenza fil-pajjiż hi diġà pprojbita mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili (Artikolu 17) u l-Konvenzjoni tal-Aja sussegwenti tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja (l-Artikolu 14), u li fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, garanzija bbażata fuq in-nazzjonalità hi projbita fi kwalunkwe każ. L-Artikolu 52 jirriproduċi l-Artikolu III tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, u fi proċedimenti għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jipprojbixxi l-impożizzjoni fl-Istat li fih tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni, ta’ kwalunkwe imposta, dazju jew tariffa kkalkulata b'referenza għall-valur tal-kwistjoni li qed tiġi trattata. |
KAPITOLU V
STRUMENTI AWTENTIĊI U SOLUZZJONIJIET BIL-QORTI
1. Strumenti awtentiċi (Artikolu 57)
|
170. |
L-Artikolu 57 jirriproduċi sostanzjalment, b'xi modifiki biex tiġi adattata għall-Konvenzjoni l-ġdida, id-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (l-Artikolu 50; għall-kummentarju ara r-rapport Jenard, p. 56 u r-rapport Schlosser, il-paragrafu 226) (210). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat it-testijiet objettivi li għandhom jiġu applikati biex jiġi determinat meta jkun hemm strument li jista' jiġi ddikjarat eżegwibbli skont din id-dispożizzjoni. Il-Qorti affermat li n-natura awtentika tal-istrument għandha tkun stabbilita lil hinn mit-tilwim, u li minħabba li l-istrumenti mfasslin bejn il-partijiet privati mhumiex fihom infushom awtentiċi, l-involviment ta’ awtorità pubblika jew ta’ kwalunkwe awtorità mogħtija s-setgħa mill-Istat tal-oriġini għal dak il-għan, hu meħtieġ biex dawn jingħataw il-karattru ta’ strumenti awtentiċi (211). Hawnhekk, l-interpretazzjoni tal-Qorti hi appoġġata mir-rapport dwar il-Konvenzjoni tal-1988, li skont hu l-awtentiċità tal-istrument għandha tkun stabbilita minn awtorità pubblika, u għandha tirrigwarda l-kontenut tal-istrument u mhux biss il-firma (212). Naturalment, l-atti għandhom ikunu ddikjarati eżegwibbli biss jekk ikunu eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini. Skont l-Artikolu 57(2), l-arranġamenti dwar obbligi ta’ manteniment konklużi ma’ awtoritajiet amministrattivi jew awtentikati minnhom għandhom ukoll jitqiesu bħala strumenti awtentiċi. Din id-dispożizzjoni hi inkluża biex jittieħed kont tal-fatt li, f'ċerti Stati, il-kwistjonijiet ta’ manteniment mhumiex trattati mill-qrati iżda minn awtoritajiet amministrattivi awtorizzati biex jirċievu l-ftehimiet bejn partijiet, u biex jiċċertifikawhom, biex b'hekk isiru eżegwibbli. |
|
171. |
L-istrumenti awtentiċi huma suġġetti għall-proċedura l-ġdida għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà stabbilita fl-Artikoli 38 ff. tal-Konvenzjoni. Fit-tieni stadju, il-qorti tista' tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà fil-każ biss li l-eżekuzzjoni tal-strument tkun manifestament kontra l-politika pubblika fl-Istat indirizzat. Ir-restrizzjoni li biha l-politika pubblika hi l-unika raġuni għal ċaħda, tadotta d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988. Bħal fil-każ tas-sentenzi, il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tibda bil-ħruġ ta’ ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat marbut bil-Konvenzjoni li fih l-istrument innifsu jkun tfassal jew ġie rreġistrat, abbażi ta’ formola prevista fl-Anness VI għall-Konvenzjoni. Il-formola trid tindika l-awtorità li awtentikat l-istrument; l-awtorità setgħet kienet involuta fl-abbozzar tagħha jew setgħet sempliċiment irreġistratha. In-nomina tal-awtorità mogħtija s-setgħa biex toħroġ iċ-ċertifikat hi kwistjoni għall-Istat Membru kkonċernat, u fejn teżisti l-professjoni ta’ nutar, l-awtorità tista' tkun ukoll nutar. L-applikazzjoni tal-proċedura li twassal għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà tista' teħtieġ xi adattament għal strumenti awtentiċi, u għandha tieħu kont tan-natura differenti tad-dokument li jrid jiġi eżegwit. Għalhekk, pereżempju, ir-referenza fl-Artikolu 46 għal sospensjoni tal-proċedimenti fil-każ li jiġi ppreżentat appell ordinarju fl-Istat tal-oriġini tista', fil-każ ta’ strumenti awtentiċi, tinkludi proċedimenti fil-prim'istanza, jekk dawn ikunu proċedimenti segwiti fl-Istat tal-oriġini biex issir rikuża dwar il-validità ta’ strument awtentiku. |
2. Arranġamenti fil-qorti (Artikolu 58)
|
172. |
L-Artikolu 58 jikkonferma li l-arranġamenti fil-qorti approvati minn qorti matul il-proċedimenti u eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini huma trattati bl-istess mod bħall-istrumenti awtentiċi għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà, kif kienu fil-Konvenzjoni tal-1988 (ara r-rapport Jenard, p. 56). Iżda l-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà mhijiex ibbażat fuq iċ-ċertifikat għall-istrumenti awtentiċi iżda fuq iċ-ċertifikat għas-sentenzi tal-qorti fl-Anness V. |
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U TRANSITORJI
1. Dispożizzjonijiet ġenerali (Artikoli 59-62)
1. Domiċilju (Artikoli 59-60)
|
173. |
L-Artikoli 59 u 60 jirrigwardaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ domiċilju ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi. Is-suġġett ġie diskuss aktar kmieni b'rabta mar-regoli ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni (il-paragrafi 26-33 hawn fuq). |
2. Reati mhux intenzjonati fi qrati kriminali (Artikolu 61)
|
174. |
L-Artikolu 61 jadotta d-dispożizzjoni fl-Artikolu II tal-Protokoll 1 għall-Konvenzjoni tal-1988, u ġie kkunsidrat aktar kmieni b'rabta mal-Artikolu 5(4) (il-paragrafi 64-66 hawn fuq). |
3. Definizzjoni tat-terminu “qorti” (Artikolu 62)
|
175. |
Il-Konvenzjoni titkellem repetutament dwar “qorti”, filwaqt li tindika l-ġurisdizzjoni tal-qorti, is-setgħat tagħha rigward ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, u b'mod ġenerali r-rwol tagħha fis-sistema tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li l-Konvenzjoni tipprevedi u tirregola. F'xi sistemi, jekk it-terminu jkollu jinftiehem fis-sens l-aktar strett ta’ awtorità integrata formalment fl-istruttura ġudizzjarja tal-Istat, jista' ma jinkludix l-awtoritajiet kollha li jwettqu waħda jew oħra mill-funzjonijiet li l-Konvenzjoni tassenja lil “qorti”. Eżempji ta’ dan jistgħu jkunu s-setgħat li tikkonferixxi l-liġi tan-Norveġja u tal-Islanda fuq l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward tal-obbligi ta’ manteniment, filwaqt li l-Konvenzjoni tittratta l-obbligi ta’ manteniment bħala kwistjoni għall-qrati, jew is-setgħat li tagħti l-liġi Svediża lill-awtoritajiet amministrattivi reġjonali li xi drabi jwettqu funzjonijiet ġudizzjarji fi proċedimenti sommarji dwar l-eżekuzzjoni. Il-fatt li dawn l-awtoritajiet jitqiesu bħala “qrati” ġie ddikjarat fil-Konvenzjoni tal-1988 fl-Artikolu Va tal-Protokoll 1 (213). Il-Konvenzjoni issa tadotta regola aktar ġenerali, u tagħti tifsira usa' lit-terminu “qorti”, li għandu jinkludi kwalunkwe awtorità f'sistema nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni fil-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. F'din il-formulazzjoni l-“qrati” li għandhom japplikaw il-Konvenzjoni huma identifikati mill-funzjoni li jwettqu, aktar milli mill-klassifikazzjoni formali tagħhom fil-liġi nazzjonali. B'differenza mid-dispożizzjoni speċifika fl-Artikolu Va tal-Protokoll 1 - u d-dispożizzjoni parallela fl-Artikolu 62 tar-Regolament Brussell I (214) - l-Artikolu 62 il-ġdid għandu karattru ġenerali li ser ikopri wkoll awtoritajiet amministrattivi apparti dawk li jeżistu attwalment fl-Istati marbutin bil-Konvenzjoni, u li jevita l-ħtieġa li l-Konvenzjoni tiġi emendata fil-każ tal-adeżjoni ta’ Stati oħrajn. Hu jippermetti wkoll li l-kunċett ta’ “qorti” jkun jinkludi awtoritajiet jew uffiċċji stabbiliti fil-qafas Komunitarju Ewropew, bħall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji), ibbażat f'Alicante, li għandu ċerti funzjonijiet ġudizzjarji fir-rigward tal-proprjetà industrijali. |
2. Dispożizzjonijiet transitorji (Artikolu 63)
|
176. |
L-Artikolu 63 jirriproduċi d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (l-Artikolu 54): il-paragrafu 1 jiddikjara li l-Konvenzjoni tapplika biss għall-proċedimenti legali istitwiti u għad-dokumenti mfasslin formalment jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi wara d-dħul fis-seħħ tagħha fl-Istat tal-oriġini u, fejn jintalbu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew tal-istrumenti awtentiċi, fl-Istat indirizzat. Il-paragrafu 2 jafferma mill-ġdid li jekk il-proċedimenti jkunu ġew istitwiti qabel ma tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni u s-sentenza tingħata wara dik id-data, is-sentenza għandha tkun rikonoxxuta skont it-Titolu III jekk ikun hemm konformità mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fit-Titolu II jew jekk il-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq konvenzjoni fis-seħħ bejn l-Istat tal-oriġini u l-Istat indirizzat. Madankollu, il-paragrafu 2 jagħti preċedenza fuq din ir-regola lil dispożizzjoni li tgħid li m'hemmx il-ħtieġa li l-ġurisdizzjoni tiġi verifikata jekk il-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini kienu ġew istitwiti wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-1988 kemm fl-Istat tal-oriġini kif ukoll fl-Istat indirizzat. Is-sentenzi dwar l-applikazzjonijiet ippreżentati waqt li kienet fis-seħħ il-Konvenzjoni tal-1988 huma għalhekk trattati bl-istess mod bħal sentenzi mogħtija wara li tkun daħlet fis-seħħ il-Konvenzjoni l-ġdida. Dak li qabel kien it-tielet paragrafu tal-Artikolu 54, li kien jirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Irlanda u tar-Renju Unit f'każijiet fejn il-liġi applikabbli għal kuntratt tkun ġiet magħżula qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-1988, tħassar għax kien obsolet. It-test il-ġdid m'għadx fih id-dispożizzjoni f'dak li qabel kien l-Artikolu 54A, li kienet tgħid li għal perijodu ta’ tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-1988, il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet marittimi kellha tkun determinata f'konformità mal-paragrafi 1 sa 7 tal-Artikolu fil-każ tad-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Islanda, in-Norveġja, il-Finlandja u l-Isvezja, ħlief meta għall-Istat partikolari, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-arrest ta’ bastimenti marittimi, iffirmata fi Brussell fl-10 ta’ Mejju 1952, tkun daħlet fis-seħħ qabel it-tmiem ta’ dak iż-żmien. Din id-dispożizzjoni ġiet sorpassata, kemm minħabba li t-tliet snin skadew u minħabba li l-imsemmija Konvenzjoni tal-1952 hi fis-seħħ għall-parti l-kbira tal-Istati kkonċernati (215). |
KAPITOLU VII
RELAZZJONI MA’ ATTI LEGALI OĦRAJN
|
177. |
Ir-relazzjonijiet bejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano u r-Regolament Brussell I, il-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u d-Danimarka ġew ikkunsidrati aktar ‘il fuq (il-paragrafi 18-22 hawn fuq). Ir-relazzjonijiet ma’ konvenzjonijiet oħrajn huma ttrattati hawn isfel. |
1. Konvenzjonijiet li jkopru l-istess kwistjonijiet (l-Artikoli 65 u 66)
|
178. |
L-Artikolu 65 jirriproduċi, bit-tibdil editorjali meħtieġ mill-Konvenzjoni wara r-reviżjoni, id-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni 1988 (l-Artikolu 55), u għalhekk jirriafferma l-prinċipju li, bħal bejn Stati marbutin mill-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tissorpassa l-konvenzjonijiet konklużi bejn tnejn minnhom jew aktar li jkopru l-istess kwistjonijiet bħal dawk li għalihom tapplika l-Konvenzjoni l-ġdida. Dan ma jaffettwax ir-referenzi għal konvenzjonijiet oħrajn ta’ dan it-tip fl-Artikolu 63(2), l-Artikolu 66 u l-Artikolu 67; l-aħħar ta’ dawn ir-referenzi ġiet miżjuda, minħabba li ma kinitx fid-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (216). L-Artikolu 65 huwa wkoll differenti mit-test ta’ qabel minħabba li fih innifsu ma jelenkax il-konvenzjonijiet sorpassati iżda minflok jirreferi għall-Anness VII. L-Artikolu 66 jibqa' wkoll l-istess fir-rigward tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-1988 (l-Artikolu 56): huwa jiddikjara li l-konvenzjonijiet sorpassati jibqgħu jkollhom effett fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom il-Konvenzjoni ta’ Lugano ma tapplikax. |
2. Konvenzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari (l-Artikolu 67)
|
179. |
Id-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni tal-1988 li tittratta r-relazzjonijiet ma’ konvenzjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari (l-Artikolu 57) kienet meqjusa minn xi wħud bħala oskura u diffiċli biex tinterpretaha, u għalhekk fil-ħtieġa ta’ eżami mill-ġdid biex tiġi pprevenuta l-inċertezza fl-interpretazzjoni tagħha. Madankollu, il-grupp ta’ ħidma ad hoc ikkunsidra li m'għandux jagħmel tibdil maġġuri għall-formulazzjoni, għax kien tal-fehma li l-kjarifika mogħtija fir-rapporti dwar il-verżjoni tal-1978 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 kienu suffiċjenti biex jiġu pprevenuti l-maġġoranza tal-inċertezzi li jistgħu jqumu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjoni. (Għall-kummentarju ara r-rapport Schlosser, il-paragrafi 238-246, u r-rapport Jenard-Möller, il-paragrafi 79-84). Għalhekk m'hemm l-ebda tibdil għall-prinċipju li l-konvenzjonijiet eżistenti u futuri dwar kwistjonijiet partikolari jipprevalu fuq il-Konvenzjoni ta’ Lugano (il-paragrafu 1), jew għall-possibbiltà li l-kompetenza tiġi bbażata fuq il-konvenzjoni speċjali saħansitra jekk il-konvenut għandu d-domiċilju fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni ta’ Lugano li mhuwiex parti għall-konvenzjoni speċjali, għalkemm l-Artikolu 26 għandu jiġi rrispettat (il-paragrafu 2); iżda għandu jiġi nnotat li dak il-prinċipju japplika biss sal-punt previst fil-konvenzjoni speċjali. Ir-regola li tagħti l-prevalenza lill-konvenzjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali li hija l-Konvenzjoni ta’ Lugano li għandha prevalenza fuq konvenzjonijiet oħrajn bejn l-Istati dwar kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, u l-eċċezzjoni għandha tiġi interpretata strettament, sabiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Lugano fil-każ biss ta’ kwistjonijiet ittrattati espressament f'konvenzjoni speċjali (217). |
|
180. |
L-Artikolu 67 jimponi wkoll restrizzjoni fuq il-konklużjoni ta’ konvenzjonijiet futuri li ma kinitx fil-Konvenzjoni tal-1988: il-Konvenzjoni ta’ Lugano ma timpedixxix il-konklużjoni ta’ tali konvenzjonijiet, iżda dan issa ġie ddikjarat li huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet oħrajn bejn ċerti partijiet kontraenti. Għandu jkun preżenti li r-Regolament Brussell I (l-Artikolu 71) ma jipprevedix il-konklużjoni ta’ konvenzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari, u jirreferi biss għal konvenzjonijiet eżistenti li għandhom jibqgħu japplikaw. Din id-dispożizzjoni hija f'konformità mal-fatt li hija l-Komunità, aktar milli l-Istati Membri, li għandha s-setgħa li tikkonkludi konvenzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi li jistgħu jirkbu fuq ir-Regolament Brussell I, setgħa approvata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/03, fejn iddikjarat li fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament din is-setgħa kienet esklużiva (218). Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet oħrajn dwar kwistjonijiet partikolari, ħlief fil-każ mhux tant probabbli li jkunu barra l-kompetenza tal-Komunità, jew fejn il-Komunità tawtorizza lill-Istati Membri biex jikkonkluduhom. |
|
181. |
Saret tibdila rigward ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi li sa ċertu punt hija relatata ma’ dan il-punt. M'hemm l-ebda emenda għar-regola li s-sentenzi mogħtijin fi Stat marbut bil-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni prevista f'konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati f'konformità mat-Titolu III tal-Konvenzjoni ta’ Lugano (il-paragrafu 3), jew għar-raġuni għal rifjut miżjud għal dawk fit-Titolu III, li tippermetti r-rifjut jekk l-Istat indirizzat mhuwiex parti għall-konvenzjoni speċjali u l-parti li kontriha huwa mfittex ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għandha d-domiċilju f'dak l-Istat (il-paragrafu 4). Iżda raġuni ulterjuri għar-rifjut hija issa miżjuda fil-paragrafu 4, jiġifieri li l-parti għandha d-domiċilju fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea, jekk l-Istat indirizzat huwa Stat Membru tal-Komunità u l-konvenzjoni speċjali kellha tiġi konkluża mill-Komunità, jiġifieri li l-konklużjoni tal-konvenzjoni hija fil-kompetenza mhux tal-Istati Membri iżda tal-Komunità nnifisha. Din ir-regola għandha l-għan li timpedixxi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fil-Komunità Ewropea jekk dawn huma bbażati fuq regoli ta’ ġurisdizzjoni li s-sustanza tagħhom kellha tkun innegozjata mill-istituzzjonijiet Komunitarji. Din il-bidla tfisser, pereżempju, li jekk Qorti Svizzera tibbaża l-ġurisdizzjoni tagħha fuq konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari, is-sentenza tagħha ser tiġi rikonoxxuta mill-Istati l-oħra marbuta mill-Konvenzjoni ta’ Lugano abbażi tat-Titolu III. Jekk il-parti li kontriha qed jiġi mfittex ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għandha d-domiċilju fl-Istat indirizzat, ir-rikonoxximent jista' jiġi rifjutat. Dan japplika kemm jekk l-Istat indirizzat huwa barra l-Komunità Ewropea (bħan-Norveġja) kif ukoll jekk huwa Stat Membru (bħal Franza). Jekk l-Istat indirizzat huwa Stat Membru tal-Komunità, madankollu, huwa jista' wkoll jirrifjuta li jirrikonoxxi u jeżegwixxi sentenza kontra konvenut li għandu d-domiċilju fi Stat Membru Komunitarju ieħor (bħall-Italja), jekk il-konvenzjoni speċjali li fuqha l-qorti Svizzera bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha jikkonċerna kwistjoni li taqa' fil-kompetenza tal-Komunità. Is-sentenza tista' madankollu tiġi rikonoxxuta abbażi tal-liġijiet nazzjonali tal-Istat indirizzat. |
|
182. |
Fl-aħħar nett, m'hemm l-ebda tibdil għad-dispożizzjoni fil-paragrafu 5 li tiddikjara li meta l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi huma stabbiliti f'konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari li kemm l-Istat ta’ oriġini kif ukoll l-Istat indirizzat huma partijiet għaliha, dawk il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw, għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Lugano tista' tiġi applikata għall-proċeduri għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni. L-atti Komunitarji li jkopru l-ġurisdizzjoni jew ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod ta’ konvenzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari, kif previst fil-Protokoll 3 (li dwaru ara l-paragrafu 206 hawn taħt). |
3. Konvenzjonijiet rigward l-obbligi għan-non-rikonoxximent (l-Artikolu 68)
|
183. |
L-Artikolu 68 jirriproduċi fil-parti l-kbira, b'xi tibdil editorjali, id-dispożizzjoni korrispondenti fil-Konvenzjoni tal-1988 (l-Artikolu 59): huwa jirrikonoxxi l-applikabbiltà kontinwata tal-ftehimiet li permezz tagħhom l-Istati marbutin mill-Konvenzjoni ta’ Lugano ntrabtu li ma jirrikonoxxux sentenzi mogħtijin fi Stati oħrajn marbutin mill-Konvenzjoni kontra konvenuti bid-domiċilju jew residenti abitwali f'pajjiż terz, fejn f'każijiet previsti fl-Artikolu 4, is-sentenza tista' tkun ibbażata biss fuq raġuni ta’ ġurisdizzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 3(2). Din ir-regola ġiet stabbilita fil-Konvenzjoni ta’ Brussell sabiex jitnaqqsu l-effetti, fil-Komunità, tar-rikonoxximent ta’ sentenzi mogħtijin abbażi ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni eżorbitanti (219); sussegwentement hija ġiet riprodotta fil-Konvenzjoni ta’ Lugano, flimkien ma’ restrizzjoni tal-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet ta’ dan it-tip ma’ pajjiżi li mhumiex parti għall-Konvenzjoni, li huma preklużi mill-paragrafu 2 f'ċerti każijiet li fihom il-qorti tal-Istat ta’ oriġini tas-sentenza bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-preżenza f'dak l-Istat ta’ proprjetà li tappartjeni lill-konvenut jew il-qbid mill-attur ta’ proprjetà li tinsab hemmhekk (220). |
|
184. |
L-ambitu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni huwa limitat aktar fil-Konvenzjoni l-ġdida. Filwaqt li l-Konvenzjoni tal-1988 tirrikonoxxi l-applikabbiltà tal-ftehimiet attwali u futuri ta’ dan it-tip, u b'hekk tħalli lill-Istati liberi li jikkonkludu ftehimiet ġodda, l-Artikolu 68(1) tal-Konvenzjoni l-ġdida jagħmel referenza ġenerali biss għall-ftehimiet preċedenti għad-dħul fis-seħħ tagħha, u jippermetti l-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri dment biss li dawn ma jkunux f'konflitt mal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet l-oħrajn bejn ċerti partijiet kontraenti. Hawnhekk għandu jiġi miftakar li r-Regolament Brussell I (l-Artikolu 72) ma jsemmix il-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet futuri, u jitkellem biss dwar ftehimiet preċedenti għad-dħul fis-seħħ tiegħu, li b'mod impliċitu jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jikkonkludu ftehimiet ġodda ta’ dan it-tip. Kif diġà ntqal dwar l-Artikolu 67 (221), din id-dispożizzjoni hija f'konformità mal-fatt li hija l-Komunità, aktar milli l-Istati Membri, li għandha s-setgħa li tikkonkludi konvenzjonijiet dwar il-ġurisprudenza u r-rikonoxximent ta’ sentenzi li jistgħu jirkbu fuq ir-Regolament Brussell I, setgħa approvata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/03, fejn iddikjarat li fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament din is-setgħa kienet esklużiva (222). Għaldaqstant dawk l-Istat biss li huma marbuta mill-Konvenzjoni li mhumiex Stati Membri tal-Komunità Ewropea huma issa intitolati taħt l-Artikolu 68 li jikkonkludu ftehimiet ma’ Stati barra l-Konvenzjoni li fihom obbligi ta’ non-rikonoxximent. Il-fatt li l-Istati għadhom jistgħu jikkonkludu fil-futur ftehimiet ta’ non-rikonoxximent ma’ Stati mhux parti għall-Konvenzjoni pperswada lill-grupp ta’ ħidma ad hoc li ma jaċċettax proposta li kienet tneħħi t-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, sabiex l-Artikolu jkun allinjat għad-dispożizzjoni korrispondenti fir-Regolament Brussell I (li ovvjament ma fihx paragrafu simili, peress li l-paragrafu jopera biss jekk l-Istati huma liberi li jikkonkludu ftehimiet futuri ta’ dan it-tip), u minflok li tinżamm ir-restrizzjoni fuq il-libertà tal-Istati li l-paragrafu diġà impona. |
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
1. Firma, ratifika u dħul fis-seħħ (l-Artikolu 69)
|
185. |
Il-Konvenzjoni hija miftuħa għall-firma mill-Komunità Ewropea, id-Danimarka, u l-Istati li, fil-mument tal-firma, ikunu membri tal-EFTA. Kif diġà msemmi (il-paragrafu 8), il-Konvenzjoni ġiet iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007 mill-Komunità Ewropea, l-Isvizzera, in-Norveġja u l-Islanda, u fil-5 ta’ Diċembru 2007 mid-Danimarka. Il-Konvenzjoni hija suġġetta għar-ratifika u, bħall-Konvenzjoni tal-1988, id-depożitarju huwa l-Kunsill Federali Svizzeru, li għandu jikkonservaha fl-Arkivji Federali (l-Artikolu 79). Hija għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-Komunità u membru wieħed tal-EFTA jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom. Dan il-perijodu huwa twil id-doppju tal-perijodu permess għad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-1988, u ġie deċiż bil-ħsieb taż-żmien meħtieġ biex jiġu adattati l-liġijiet nazzjonali tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni. Għall-Istati li jirratifikaw jew jaċċedu minn hemm ‘il quddiem, madankollu, il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni. Mill-jum tad-dħul fis-seħħ tagħha, għall-partijiet kontraenti li bejniethom tidħol fis-seħħ, il-Konvenzjoni l-ġdida tissostitwixxi l-Konvenzjoni tal-1988. Saret eċċezzjoni għall-Artikolu 3(3) tal-Protokoll 2, li, kif ser jiġi muri (il-paragrafu 201 hawn taħt) iżomm is-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar sentenzi nazzjonali stabbilita mill-Protokoll 2 tal-Konvenzjoni tal-1988, sakemm din tiġi sostitwita minn sistema ġdida. Ladarba dak isir, is-sostituzzjoni tkun kompluta: l-Artikolu 69(6) jiddikjara li kwalunkwe referenza għall-Konvenzjoni tal-1988 fi strumenti oħrajn għandha tinftiehem bħala referenza għall-Konvenzjoni l-ġdida. |
|
186. |
It-territorji mhux Ewropej tal-Istati Membri, li għalihom kienet tapplika l-Konvenzjoni ta’ Brussell, kienu esklużi mill-ambitu ta’ applikazzjoni territorjali tar-Regolament Brussell I f'konformità mal-Artikolu 299 tat-Trattat tal-KE (l-Artikolu 68 tar-Regolament Brussell I); il-Konvenzjoni tat opportunità biex tissolva din il-problema. L-Artikolu 69(7) jipprevedi li fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Komunità u dawk it-territorji l-Konvenzjoni l-ġdida għandha tissostitwixxi l-Konvenzjoni tal-Brussell (u l-Protokoll tal-1971 dwar l-interpretazzjoni tagħha) sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha fir-rigward ta’ dawk it-territorji f'konformità mal-Artikolu 73(2). |
2. Adeżjoni (l-Artikoli 70-73)
|
187. |
Il-Konvenzjoni mmodifikat u ssimplifikat il-proċedura għall-adeżjoni għall-Konvenzjoni minn Stati oħrajn, li preċedentement kienet tipprevedi “sponsorship” minn Stat Kontraenti, u rwol attiv għad-Depożitarju sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita l-adegwatezza tal-Istat li jixtieq jaderixxi għall-Konvenzjoni (223). Din is-sistema ma nħassitx li kienet effettiva ħafna, fost oħrajn minħabba li setgħet twassal għaċ-ċaħda ta’ Stat applikant minkejja li dak l-Istat kien sponsorjat minn Stat Kontraenti, u minħabba li setgħet tħeġġeġ il-kompetizzjoni għall-isponsorjar ta’ Stat applikant. Kien argumentat ukoll li r-rwol tal-Istat depożitarju għandu jkun newtrali, u li l-proċedura ta’ adeżjoni m'għandhiex tkun ibbażata fuq stedina għall-adeżjoni maħruġa minn dak l-Istat. Għaldaqstant ġiet stabbilita proċedura differenti, fejn dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni pożittiva ta’ applikazzjoni tingħata wara verifika adatta tas-sistema ġudizzjarja u proċedurali tal-Istat applikant. Il-Konvenzjoni tiddistingwi bejn Stati li jsiru membri tal-EFTA wara li jiffirmaw il-Konvenzjoni (l-Artikolu 70(1)(a)); Stati Membri tal-Komunità Ewropea li jaġixxu f'isem ċerti territorji mhux Ewropej li huma parti mit-territorju tagħhom, jew li huma responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom (l-Artikolu 70(1)(b)) (224); u Stati oħrajn barra l-Konvenzjoni, inklużi Stati mhux Ewropej (l-Artikolu 70(1)(c)). F'kull każ, il-proċedura ta’ adeżjoni tibda b'talba magħmula lid-Depożitarju - akkumpanjata minn traduzzjoni bl-Ingliż u l-Franċiż, sabiex l-ispiża għat-traduzzjoni ma tiġix imposta lid-Depożitarju - iżda l-proċedura li ssegwi hija differenti: għall-Istati msemmijin fil-punti (a) u (b), hija rregolata mill-Artikolu 71; għall-Istati msemmijin fil-punt (c), hija rregolata mill-Artikolu 72. L-Artikolu 71 jipprevedi li l-Istat applikanti għandu sempliċiment jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, li hija stabbilita fl-Annessi I sa IV u VIII, u li jippreżenta kwalunkwe dikjarazzjoni li huwa jixtieq jagħmel f'konformità mal-Artikoli I u III tal-Protokoll 1. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lid-Depożitarju u lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn. Ladarba dan ikun sar l-Istat applikant jista' jiddepożita l-istrument ta’ adeżjoni tiegħu. L-Artikolu 72 jistabbilixxi proċedura differenti għall-Istati applikanti l-oħrajn imsemmijin fil-punt (c). Addizzjonalment għall-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni u kwalunkwe dikjarazzjoni taħt il-Protokoll I, l-Istati l-oħrajn li jixtiequ jaderixxu għall-Konvenzjoni għandhom jipprovdu lid-Depożitarju b'informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja tagħhom, il-liġi interna tagħhom rigward il-proċedura ċivili u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, u d-dritt internazzjonali privat tagħhom fir-rigward tal-proċedura ċivili. Id-Depożitarju jittrasmetti din l-informazzjoni lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn, li l-kunsens tagħhom għall-adeżjoni huwa meħtieġ; huma jintrabtu li ser jaħdmu biex jagħtuha fi żmien ta’ mhux aktar minn sena. Ladarba l-ftehim tal-Partijiet Kontraenti jkun inkiseb, id-Depożitarju għandu jistieden lill-Istat applikant biex jaderixxi billi jiddepożita l-istrument ta’ adeżjoni tiegħu. Madankollu l-Partijiet Kontraenti jibqgħu liberi li jqajmu oġġezzjonijiet għall-adeżjoni qabel mal-adeżjoni tidħol fis-seħħ, li huwa fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’ adeżjoni. Jekk huma jagħmlu dan, il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ biss bejn l-Istat aderenti u l-Partijiet Kontraenti li ma għamlu l-ebda oġġezzjoni. |
|
188. |
Il-proċedura deskritta tapplika mhux biss għal Stati oħrajn iżda wkoll għal organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika apparti l-Komunità Ewropea, li hija diġà parti għall-Konvenzjoni u li l-Konvenzjoni diġà tagħmel id-dispożizzjoni meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħha. Il-Konferenza Diplomatika ta’ Ottubru 2006 ddiskutiet jekk għandux ikun hemm referenza speċifika għal tali organizzazzjonijiet ħdejn il-kliem “kwalunkwe Stat ieħor” fl-Artikolu 70(1)(c). Ġie indikat li tali referenza speċifika tkun tippermetti lil tali organizzazzjonijiet li jaderixxu mingħajr il-ħtieġa tal-emendar tal-Konvenzjoni, u li l-prospett ta’ tali adeżjonijiet kien wieħed reali, minħabba li n-negozjati ma’ tali organizzazzjonijiet kienu diġà bdew fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Madankollu dawn il-vantaġġi kienu mdgħajfa bil-flessibbiltà tal-Konvenzjoni l-ġdida, li għandha tagħmilha aktar faċli li jsiru l-emendi meħtieġa għall-adeżjoni minn tali organizzazzjonijiet abbażi tal-karatteristiċi ta’ kull waħda minnhom. Fl-aħħar intlaħaq qbil li mhux ser ikun meħtieġ li ssir referenza speċifika għall-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fil-preżent jew fil-futur immedjat, għalkemm għandu jkun ċar li l-Konvenzjoni kienet tabilħaqq miftuħa għall-adeżjoni minn organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip. |
|
189. |
Rigward il-proċeduri ta’ adeżjoni stabbiliti mill-Artikolu 71 u l-Artikolu 72, ġie diskuss ukoll jekk ikunx rakkomandabbli li tiddaħħal “klawsola federali” fil-Konvenzjoni sabiex tkun permessa l-adeżjoni ta’ Stati li kellhom operattivi żewġ sistemi tal-liġi jew aktar f'unitajiet territorjali differenti, mingħajr il-ħtieġa li tiġi emendata l-Konvenzjoni sabiex jittieħed kont tar-rekwiżiti ta’ tali Stati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligi imposti minnha. Xi Stati federali m'għandhomx setgħa ċentrali biex jaċċettaw konvenzjoni f'isem l-unitajiet federati tagħhom, għaldaqstant xi regoli jkollhom jiġu adattati għal dan il-għan, u klawsola federali tkun tippermetti li dan isir mingħajr l-emendar tal-Konvenzjoni. Iżda min-naħa l-oħra kien hemm dubju dwar kemm tali klawsola kienet meħtieġa, minħabba li l-Konvenzjoni titlob li l-adeżjoni tkun suġġetta għal proċedura speċifika li tippermetti l-verifika ta’ kwalunkwe riżervi possibbli magħmulin neċessarji bi struttura tat-tip federali. L-idea ta’ klawsola federali kienet finalment abbandunata, u l-Konvenzjoni ma tagħmel l-ebda referenza għal Stati li japplikaw sistemi legali differenti f'unitajiet territorjali differenti. Naturalment il-possibbiltà li jiġu maqbulin proċeduri adatti għall-adeżjoni għall-Konvenzjoni minn Stati federali tibqa' miftuħa. |
3. Denunzja, reviżjoni tal-Konvenzjoni u l-emendar tal-Annessi (l-Artikoli 74-77)
|
190. |
L-Artikolu 74 jiddikjara li l-Konvenzjoni hija konkluża għal perijodu limitat, u tista' tiġi ddenunzjata fi kwalunkwe ħin, b'effett mill-aħħar tas-sena kalendarja wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ sitt xhur mid-data tan-notifika tad-denunzja lid-Depożitarju. |
|
191. |
L-Artikolu 76 jiddikjara li kwalunkwe parti kontraenti tista' titlob ir-reviżjoni tal-Konvenzjoni. Il-proċedura ta’ reviżjoni tipprevedi t-tlaqqigħ tal-Kumitat Permanenti msemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll 2 (li għalih ara l-paragrafu 202 hawn taħt), magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet kontraenti, li għandu jwettaq il-konsultazzjonijiet neċessarji dwar ir-reviżjoni, li għandhom ikunu segwiti jekk meħtieġ minn konferenza diplomatika biex jiġu adottati emendi għall-Konvenzjoni. Din il-proċedura tapplika għall-Konvenzjoni u t-tliet Protokolli annessi għaliha, li huma elenkati fl-Artikoku 75 u ddikjarati parti integrali tal-Konvenzjoni. Għandu jiġi nnotat li l-abbozz tal-konvenzjoni ppreżentat lill-konferenza diplomatika tal-2006 elenka żewġ Protokolli oħrajn, Protokoll 4 dwar id-drittijiet dwar il-proprjetà industrijali Komunitarji, li ġie diskuss hawnhekk f'konnessjoni mal-Artikolu 22(4) (225), u l-Protokoll 5 dwar ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-2005 dwar ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti (226). Dan l-abbozz tal-Protokoll 5 jipprevedi l-applikazzjoni mill-qrati fl-Istati marbutin mill-Konvenzjoni tar-regoli fl-Artikolu 26(2) u (3) tal-Konvenzjoni tal-Aja (227), li jispjegaw dwar meta l-Konvenzjoni tal-Aja ma taffettwax l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet oħrajn, u għalhekk ukoll tal-Konvenzjoni ta’ Lugano. Skont l-abbozz tal-Protokoll, qorti ta’ Stat marbut mill-Konvenzjoni ta’ Lugano jkollha tissospendi l-proċedimenti quddiemha taħt l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-Aja jekk il-konvenut jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħha minħabba l-eżistenza tal-klawsola dwar l-għażla tal-qorti favur qorti fi Stat ieħor marbut mill-Konvenzjoni, u jkollha tirrifjuta l-ġurisdizzjoni jekk il-qorti magħżula mill-partijiet taċċetta l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja. Fl-aħħar il-konferenza diplomatika ddeċidiet li ma tinkludix dan il-Protokoll, abbażi tal-fatt li l-Konvenzjoni tal-Aja kienet għadha mhux fis-seħħ, li l-arranġament propost fil-Protokoll ikun jaffettwa s-sistema tal-lis pendens fil-Konvenzjoni ta’ Lugano fejn ikun hemm klawsola dwar l-għażla tal-qorti, u li fil-parti l-kbira tal-każijiet ma jkunx mistenni li jinħoloq konflitt fl-applikazzjoni taż-żewġ strumenti internazzjonali, għalhekk regoli speċifiċi ta’ koordinazzjoni ma kinux strettament neċessarji. |
|
192. |
Il-proċeduri huma differenti għad-disa' Annessi għall-Konvenzjoni, li saret referenza għalihom ħafna drabi matul dan ir-rapport ta’ spjegazzjoni. Hawnhekk il-proċess ta’ reviżjoni huwa simplifikat: u sabiex ikun permess l-emendar mingħajr il-komplessità u l-formalità tal-proċedura ta’ reviżjoni regolari, diversi dettalji tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, u l-forom għaċ-ċertifikati mitluba f'ċerti dispożizzjonijiet, huma mogħtijin f'annessi aktar milli fil-korp tal-Konvenzjoni, bħal ma kienu fil-Konvenzjoni tal-1988. L-Artikolu 77 jistabbilixxi żewġ proċeduri differenti għar-reviżjoni tal-annessi, skont il-kontenut tagħhom, b'żewġ livelli ta’ simplifikazzjoni. L-ewwel proċedura tapplika għal annessi li jipprovdu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati marbutin biha: ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni msemmijin fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tal-Konvenzjoni (l-Anness I); il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li lilhom tista' tiġi ppreżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 tista' tiġi ppreżentata (l-Anness II); il-qrati li quddiemhom jistgħu jiġu ppreżentati l-appelli msemmijin fl-Artikolu 43(2) (l-Anness III); l-appelli li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 44 (l-Anness IV); u l-konvenzjonijiet sorpassati skont l-Artikolu 65 (l-Anness VII). Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lid-Depożitarju mill-Istati, fi żmien raġonevoli qabel id-dħul fis-seħħ, u minn hemm ‘il quddiem fil-każ ta’ emendar, żieda jew tħassir. L-annessi għandhom jiġu adattati mid-Depożitarju skont il-ħtieġa, wara li jkun ġie kkonsultat il-Kumitat Permanenti f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll 2. Hemm arranġamenti differenti għall-annessi l-oħrajn, li jistabbilixxu l-forom għaċ-ċertifikat dwar is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-qorti msemmi fl-Artikoli 54 u 58 (l-Anness V); iċ-ċertifikat dwar strumenti awtentiċi msemmi fl-Artikolu 57(4) (l-Anness VI); il-lingwi tal-Konvenzjoni msemmijin fl-Artikolu 79 (l-Anness VIII); u l-applikazzjoni tal-Artikolu II tal-Protokoll 1 (l-Anness IX). Hawnhekk kwalunkwe talba għall-emendar tiġi ppreżentata lill-Kumitat Permanenti, f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll 2, u tiġi adottata direttament minnu mingħajr il-ħtieġa ta’ konferenza diplomatika tal-partijiet kontraenti. |
4. Notifiki mid-Depożitarju, lingwi tal-Konvenzjoni (l-Artikoli 78 u 79)
|
193. |
Dawn huma klawsoli ta’ rutina fil-konvenzjonijiet u ma jeħtieġux kumment partikolari. |
KAPITOLU IX
PROTOKOLLI ANNESSI GĦALL-KONVENZJONI
1. Protokoll 1 dwar ċerti kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, proċedura u eżekuzzjoni
|
194. |
Dan il-protokoll ġie ssimplifikat konsiderevolment meta mqabbel mal-Protokoll 1 korrispondenti għall-Konvenzjoni tal-1988 u raġuni waħda hi minħabba r-reviżjoni relatata tal-Konvenzjoni ta’ Brussell li wasslet għar-Regolament Brussell I, fejn it-trattament differenzjat ta’ sitwazzjonijiet simili huwa mnaqqas għal minimu, li jirrifletti l-ħtieġa għall-uniformità li tikkaratterizza l-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea. Pereżempju, tneħħiet il-klawsola li kienet tipprevedi t-trattament speċjali għal konvenut li għandu d-domiċilju fil-Lussemburgu, li permezz tagħha tali konvenut ma kienx suġġett għall-Artikolu 5(1) dwar obbligi kuntrattwali, u ftehim li jagħti l-ġurisdizzjoni kellu jkun validu fir-rigward ta’ persuna b'domiċilju fil-Lussemburgu fil-każ biss li dik il-persuna kienet espressament u speċifikament qablet għal hekk (l-Artikolu I tal-protokoll ta’ qabel). Dan it-trattament speċjali fil-fatt kien inżamm fir-Regolament Brussell I (l-Artikolu 63), iżda biss għal perijodu ta’ sitt snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, u għalhekk m'għandux japplika. Il-Protokoll m'għadux isemmi tilwim bejn il-kaptan u membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment fuq il-baħar irreġistrat f'wieħed minn diversi Stati (l-Artikolu Vb tal-protokoll ta’ qabel), li r-Regolament Brussell I żamm fis-seħħ għal perijodu ta’ sitt snin, iżda biss fil-każ tal-Greċja (l-Artikolu 64 tar-Regolament Brussell I). Dispożizzjonijiet oħrajn ġew inkorporati b'tibdil jew mingħajr tibdil fil-korp tal-Konvenzjoni. Pereżempju, id-dispożizzjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fl-Artikolu Vd tal-protokoll ta’ qabel iddaħħlet, b'tibdil, fl-Artikolu 22(4) (ara l-paragrafu 99 hawn fuq). |
|
195. |
F'partijiet oħrajn ta’ dan ir-rapport ta’ spjegazzjoni diġà saru kummenti rigward id-dispożizzjonijiet li għad fadal fil-Protokoll: b'mod partikolari, l-Artikolu I, fuq in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji, ġie diskuss f'konnessjoni mal-Artikolu 26; l-Artikolu II, dwar rikorsi dwar garanzija jew xi proċedimenti oħrajn ta’ parti terza, ġie diskuss f'konnessjoni mal-Artikolu 6(2); u l-Artikolu III, dwar riżervi fir-rigward tal-Artikolu 34(2) jew fir-rigward ta’ pajjiżi li jaderixxu għall-Konvenzjoni, ġie diskuss f'konnessjoni mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 41 rispettivament. Għaldaqstant għandha ssir referenza għall-kummentarju f'dawk il-postijiet. Huwa meħtieġ biss li jinżdied li l-Artikolu IV tal-Protokoll jiddikjara espressament li d-dikjarazzjonijiet imsemmijin fil-Protokoll jistgħu jiġu rtirati fi kwalunkwe ħin permezz ta’ notifika lid-Depożitarju. L-irtirar jieħu effett fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara n-notifika. Din id-dispożizzjoni sempliċiment tiddeskrivi dritt li l-partijiet kontraenti kien ikollhom fi kwalunkwe każ, u hija intenzjonata li tiġbed l-attenzjoni għax-xewqa li tali dikjarazzjonijiet jiġu riveduti u rtirati meta ma jibqgħux strettament indispensabbli, u b'hekk titjieb l-uniformità tar-regoli stabbiliti mill-Konvenzjoni. |
2. Protokoll 2 dwar l-interpretazzjoni uniformi tal-Konvenzjoni u dwar il-Kumitat Permanenti
1. Ġenerali
|
196. |
Bħal fil-Konvenzjoni tal-1988, il-Protokoll 2 jikkonċerna l-interpretazzjoni uniformi tal-Konvenzjoni u wkoll, bħal ma jżid it-titolu tiegħu, jikkonċerna l-Kumitat Permanenti li kien stabbilit mill-protokoll ta’ qabel. Madankollu, ir-regoli dwar l-interpretazzjoni u r-rwol tal-Kumitat Permanenti ġew modifikati b'mod sostanzjali. Fil-parti l-kbira l-bidliet huma mfasslin biex jieħdu kont tal-parteċipazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Konvenzjoni minflok l-Istati Membri tagħha, li jagħmilha rakkomandabbli li jiġi previst rwol usa' għall-Qorti tal-Ġustizzja, u li jiġi stabbilit mekkaniżmu li huwa kemm jista' jkun flessibbli u rapidu għal kwalunkwe reviżjoni tal-Konvenzjoni bil-għan li tiġi adattata għall-iżvilupp tad-dritt Komunitarju. L-approċċ huwa diġà ċar mill-preambolu, li ma jillimitax ruħu biss li jinnota r-rabta sostanzjali bejn il-Konvenzjoni u l-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 64, u l-ġurisdizzjoni sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jagħtu sentenzi dwar l-interpretazzjoni ta’ dawk l-istrumenti, iżda jikkunsidra li l-Konvenzjoni nnifisha għandha ssir parti mid-dritt Komunitarju, u li għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tagħti sentenzi dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni nnifisha fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha mill-qrati tal-Istati Membri. Il-preambolu jgħid ukoll li r-reviżjoni parallela tal-Konvenzjonijiet ta’ Lugano u ta’ Brussell wasslet għal test rivedut komuni, abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qrati nazzjonali, u li dak it-test ġie inkorporat fir-Regolament Brussell I, li min-naħa tiegħu kien jikkostitwixxi l-bażi għall-Konvenzjoni ta’ Lugano l-ġdida, u jikkonkludi li huwa mixtieq li jiġu evitati l-interpretazzjonijiet diverġenti u li tinkiseb interpretazzjoni kemm jista' jkun uniformi tad-diversi strumenti leġislattivi; tabilħaqq din hija kondizzjoni meħtieġa għal żona ġudizzjarja li hija komuni għall-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati li huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Lugano. |
2. L-obbligu li jittieħed kont tal-preċedent (l-Artikoli 1 u 2)
|
197. |
Abbażi tal-prinċipji stabbiliti fil-preambolu, l-Artikolu 1 tal-Protokoll jirrikjedi li l-qrati jieħdu kont dovut mhux biss tas-sentenzi tal-qrati tal-Istati l-oħrajn marbutin mill-Konvenzjoni, bħad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Protokoll 2 tal-Konvenzjoni tal-1988, iżda wkoll tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-Konvenzjoni nnifisha, il-Konvenzjoni tal-1988 ta’ qabel, u l-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 64(1), l-ewwel u qabel kollox fosthom ir-Regolament Brussell I. Dan l-obbligu huwa motivat mill-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u r-Regolament huma l-istess, u japplika sal-punt li dawn huma totalment paralleli. Meta ż-żewġ testi jkunu differenti, il-qrati tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni jkollhom jieħdu kont biss tas-sentenzi li japplikaw il-Konvenzjoni li huma mogħtijin mill-qrati nazzjonali. Għall-qrati tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, dan l-obbligu huwa subordinat għall-obbligi tagħhom taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Ftehim tal-2005 bejn il-Komunità u d-Danimarka. Għalkemm il-Konvenzjoni hija strument formalment separat mir-Regolament Brussell I u indipendenti minnu, il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jirreferu dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, għal sentenzi preliminari dwar l-interpretazzjoni tagħhom taħt l-Artikoli 234 u 68 tat-Trattat KE, ladarba huma parti integrali mid-dritt Komunitarju. Madankollu, is-sentenzi preliminari jistgħu jintalbu wkoll dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Brussell I, u d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jistgħu jkunu identiċi għal dawk tal-Konvenzjoni; għalhekk anke f'dak il-każ l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja inevitabbilment ikollha implikazzjonijiet għall-kjarifika tat-tifsira u l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Meta l-Qorti tintalab tagħti interpretazzjoni, l-interpretazzjoni tagħha hija vinkolanti fil-każ partikolari, li jfisser li l-qorti li qed tagħmel it-talba hija obbligata mhux biss li tieħu kont tagħha iżda li tapplikaha meta tagħti s-sentenza dwar it-tilwima. L-obbligu li jaqa' fuq il-qrati tal-Istati Membri tal-Komunità huwa għalhekk obbligu aktar strett minn dak li jaqa' fuq il-qrati tal-Istati mhux Komunitarji li huma parti għall-Konvenzjoni ta’ Lugano, li huma marbutin mill-obbligu anqas speċifiku li 'jieħdu kont debitu' tal-prinċipji stabbiliti bi kwalunkwe deċiżjoni rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
198. |
Għandu jinżamm preżenti li l-Protokoll huwa intenzjonat biex jevita interpretazzjonijiet diverġenti u li jkun hemm interpretazzjoni kemm jista' jkun uniformi tal-Konvenzjoni, ir-Regolament Brussell I, u l-istrumenti l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64. Għaldaqstant meta l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tagħti l-interpretazzjoni tagħha, hija għandha tkun f'pożizzjoni li tieħu kont tal-fehmiet tal-Istati li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. Il-qrati tal-Istati mhux Komunitarji ma jistgħux jitolbu sentenzi preliminari għal dan il-għan, u għalhekk l-Artikolu 2 tal-Protokoll jippermetti lil dawk l-Istat li jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-każ jew osservazzjonijiet bil-miktub fejn referenza għal deċiżjoni preliminari ssir minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru tal-Komunità. Is-sottomissjonijiet ta’ dan it-tip huma rregolati mill-Artikolu 23 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (228), u jistgħu jsiru mhux biss fir-rigward tal-Konvenzjoni, iżda wkoll fir-rigward ta’ strumenti leġislattivi taħt l-Artikolu 64(1), fid-dawl tal-implikazzjonijiet li l-interpretazzjonijiet tagħhom jistgħu jkollhom għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, li normalment huma identiċi. |
3. Skambju ta’ informazzjoni dwar sentenzi nazzjonali u Komunitarji (l-Artikolu 3)
|
199. |
Jekk il-qrati tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni għandhom jieħdu kont tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-qrati nazzjonali, kif inhuma mitlubin li jagħmlu, għandu jkun hemm sistema effettiva ta’ informazzjoni dwar is-sentenzi mogħtijin b'applikazzjoni tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tal-1988 ta’ qabel, ir-Regolament Brussell I, u l-istrumenti l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64. Il-ħtieġa għal mekkaniżmu effettiv hija partikolarment evidenti fil-każ ta’ sentenzi mogħtijin mill-qrati nazzjonali, minħabba l-għadd kbir ta’ Stati marbutin bil-Konvenzjoni, li għandhom sistemi proċedurali differenti u jużaw lingwi differenti li mhux possibbli li l-qrati nazzjonali kollha jkunu mistennija li jkunu jafu. Il-Protokoll 2 tal-Konvenzjoni tal-1988 stabbilixxa sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata essenzjalment fuq it-trasmissjoni minn kull Stat Kontraenti lejn korp ċentrali, li kien ġie deċiż li għandu jkun ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ sentenzi mogħtijin taħt il-Konvenzjoni ta’ Lugano u l-Konvenzjoni ta’ Brussell; il-klassifikazzjoni ta’ dawk is-sentenzi mill-korp ċentrali; u l-komunikazzjoni tad-dokumenti rilevanti mill-korp ċentrali lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Kontraenti u lill-Kummissjoni Ewropea. Kumitat Permanenti magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Kontraenti (diskuss ulterjorment aktar 'l isfel) jista' jitlaqqa' sabiex jiskambja fehmiet dwar il-ġurisprudenza kkomunikata lill-Istati mill-korp ċentrali. Taħt dawn id-dispożizzjonijiet il-Kumitat Permanenti tlaqqa' mill-Gvern Federali tal-Isvizzera, id-Depożitarju tal-Konvenzjoni tal-1988, darba fis-sena. Fis-snin bikrija kien hemm skambju sempliċi ta’ informazzjoni, iżda mill-ħamest laqgħa li saret f'Interlaken fit-18 ta’ Settembru 1998, il-Kumitat ħadem abbażi ta’ rapport dwar is-sentenzi li ngħataw fis-sena preċedenti, imfassal minn rappreżentanti magħżulin b'rotazzjoni, li huwa ddiskuta bil-ħsieb li jenfasizza kwalunkwe differenza fl-interpretazzjoni mill-qrati nazzjonali li setgħet feġġet, u li jidentifika dawk li jistgħu jerġgħu jfeġġu fil-futur, bil-ħsieb li dawn jiġu solvuti bil-quddiem. |
|
200. |
Din is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ntbidlet ħafna bl-Artikolu 3 tal-Protokoll il-ġdid. Il-Kummissjoni Ewropea ngħatat il-kompitu li tistabbilixxi sistema ġdida, li għaliha ġew stabbiliti diversi kriterji: is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, u għandu jkun fiha sentenzi mogħtijin mill-qrati tal-aħħar istanza u mill-Qorti tal-Ġustizzja, u kwalunkwe sentenza oħra ta’ importanza partikolari li saret finali, mogħtija bis-saħħa tal-Konvenzjoni l-ġdida, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988, jew l-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 64(1) tal-Konvenzjoni l-ġdida, u għalhekk l-ewwel nett ir-Regolament Brussell I. Is-sentenzi għandhom jiġu kklassifikati u pprovduti b'sommarju. B'differenza mill-protokoll ta’ qabel, l-Artikolu 3 ma jsemmix it-traduzzjonijiet, iżda huwa ovvju li s-sentenzi klassifikati jkollhom jiġu tradotti, ta’ mill-inqas parzjalment, jekk mhux fil-lingwi kollha tal-Istati marbutin mill-Konvenzjoni, ta’ mill-inqas fi ftit lingwi li jagħmluhom aċċessibbli għall-qrati ordinarji li huma meħtieġa li jieħdu kont tagħhom fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni. L-obbligu li tiġi istitwita sistema ta’ informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku hija ta’ importanza partikolari, u hija tbegħid mis-sistema ta’ qabel, fejn l-informazzjoni kellha tingħata biss lill-Istati u r-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat permanenti, għalkemm fil-prattika r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja ppermetta l-aċċess għall-informazzjoni lil għadd wiesa' ta’ professjonisti legali pubbliċi (avukati, imħallfin, nutara, għalliema universitarji, eċċ). L-arranġament il-ġdid huwa intenzjonat li jipprovdi aċċess aktar strutturat għas-sentenzi għal kull persuna b'interess, sabiex ikun jista' jsir aktar użu u użu eħfef tal-ġurisprudenza li ġiet żviluppata fir-rigward tal-Konvenzjoni. L-Istati marbutin mill-Konvenzjoni jkomplu jkunu taħt obbligu li jikkomunikaw is-sentenzi lill-Kummissjoni. Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollu l-kompitu li jagħżel il-każijiet ta’ interess partikolari għall-ħidma tal-Konvenzjoni, u jippreżentahom għall-konsiderazzjoni minn laqgħa ta’ esperti skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (ara hawn taħt). |
|
201. |
Sakemm il-Kummissjoni tistabbilixxi s-sistema l-ġdida, is-sistema preċedenti fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja ser tkompli tiġi applikata. Madankollu, jista' jkun hemm applikazzjoni immedjata tal-arranġament fejn informazzjoni rigward is-sentenzi għandha tinġabar mir-Reġistratur u tiġi kkomunikata lill-Istati mil-laqgħa tal-esperti skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, aktar milli mill-Kumitat Permanenti tar-rappreżentanti tal-partijiet kontraenti msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ qabel, li jingħata kompiti oħrajn mill-Artikolu 4 tal-Protokoll il-ġdid. |
4. Il-Kumitat Permanenti tar-rappreżentanti tal-partijiet kontraenti (l-Artikolu 4)
|
202. |
Il-Protokoll 2 għall-Konvenzjoni tal-1988 kien jipprevedi li kellu jiġi stabbilit Kumitat Permanenti, kompost minn rappreżentanti tal-Istati Kontraenti, li għal-laqgħat tiegħu setgħu jattendu f'kapaċità ta’ osservaturi l-Komunitajiet Ewropej (il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Qorti tal-Ġustizzja) u l-EFTA, biex jeżaminaw l-iżvilupp tal-ġurisprudenza li kienet is-suġġett tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni appena deskritta u r-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u konvenzjonijiet oħrajn dwar kwistjonijiet partikolari, u abbażi ta’ dak l-eżami li jiġi kkunsidrat jekk huwiex aktar adatt li tinbeda reviżjoni tal-Konvenzjoni dwar suġġetti partikolari u biex isiru rakkomandazzjonijiet għal dak il-għan. L-Artikolu 4 tal-Protokoll il-ġdid iżomm l-istituzzjoni tal-Kumitat Permanenti, għalkemm minħabba li huwa limitat għall-partijiet kontraenti huwa korp iżgħar minn dak preċedenti, minħabba li l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea huma issa sostitwiti mill-Komunità nnifisha. Dan ifisser li l-kompożizzjoni tal-Kumitat il-ġdid mhijiex l-ideali għall-iskambju ta’ informazzjoni u d-diskussjoni tas-sentenzi nazzjonali li seħħew taħt il-Konvenzjoni tal-1988, u l-Kumitat ingħata aktar kompiti u kompiti aktar importanti f'konnessjoni mal-operat u r-reviżjoni tal-Konvenzjoni. |
|
203. |
Il-funzjonijiet assenjati lill-Kumitat huma funzjonijiet ta’ konsultazzjoni u reviżjoni. Il-Kumitat għandu jwettaq il-konsultazzjonijiet rigward ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u strumenti internazzjonali oħrajn, rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 67, inklużi adeżjonijiet intenzjonati għal strumenti dwar kwistjonijiet partikolari u leġislazzjoni proposta skont il-Protokoll 3, rigward reviżjoni possibbli tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 76, u rigward emendi għall-Annessi I sa IV u l-Anness VII skont l-Artikolu 77(1). Il-Kumitat għandu jikkunsidra wkoll l-adeżjoni ta’ Stati ġodda, u jista' jagħmel mistoqsijiet lil Stati aderenti msemmijin fl-Artikolu 70(1)(c) dwar is-sistemi ġudizzjarji tagħhom u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, u jikkunsidraw adattamenti possibbli għall-Konvenzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tagħha fl-Istati aderenti. F'dawn l-oqsma kollha l-kompitu tal-Kumitat hu li jiddiskuti l-aspetti tal-operat tal-Konvenzjoni, u jekk meħtieġ iħejji t-triq għal konferenza biex tirrevedi l-Konvenzjoni. |
|
204. |
F'konnessjoni mar-reviżjoni tal-Konvenzjoni, il-Kumitat Permanenti għandu funzjonijiet li huma usa' minn sempliċiment diskussjoni u t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet. Il-Kumitat innifsu għandu jiddeċiedi ċerti kwistjonijiet li jeħtieġu l-emendar tal-Konvenzjoni u l-Annessi tagħha. Huwa għandu jaċċetta verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ġodda skont l-Artikolu 73(3), u jagħmel l-emendi meħtieġa għall-Anness VIII. Huwa jista' wkoll jagħmel emendi għall-Annessi V u VI skont l-Artikolu 77(2). Fl-aħħar nett, huwa jista' jitlaqqa' biex jiddiskuti l-irtirar ta’ dikjarazzjonijiet u riżervi magħmulin mill-partijiet kontraenti skont il-Protokoll 1, u jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi ta’ tali rtirar, filwaqt li jagħmel l-emendi meħtieġa għall-Anness IX. Dawn huma funzjonijiet importanti li taħt il-Konvenzjoni tal-1988 kienu jkunu jeħtieġu t-tlaqqigħ ta’ konferenza diplomatika tal-Istati Kontraenti sabiex tiġi emendata l-Konvenzjoni, iżda li issa saru s-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni simplifikata, proċedura magħmula eħfef minħabba l-fatt li ammont sostanzjali ta’ informazzjoni ddaħħlet mhux fl-korp tal-Konvenzjoni iżda fl-annessi. Il-proċedura hija simplifikata aktar billi l-Kumitat ingħata s-setgħa li jistabbilixxi r-regoli proċedurali rigward l-operat tiegħu u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, li għandhom jipprovdu l-possibbiltà ta’ konsultazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub, mingħajr il-ħtieġa għal laqgħa tal-partijiet kontraenti. Irrispettivament minn dik id-dispożizzjoni fir-regoli ta’ proċedura, naturalment, kwalunwke parti kontraenti għandha tibqa' libera li titlob it-tlaqqigħ ta’ laqgħa tal-Kumitat. |
5. Laqgħat tal-esperti (l-Artikolu 5)
|
205. |
Il-ħtieġa ta’ forum li jikkomprendi l-Istati kollha marbutin mill-Konvenzjoni biex jiddiskuti l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Konvenzjoni, li kien previst preċedentement mill-Kumitat Permanenti, issa għandha tintlaħaq minn tip differenti ta’ konsultazzjoni, fejn kull meta jkun meħtieġ jew adatt tissejjaħ laqgħa tal-esperti. Id-Depożitarju jista' jlaqqa' laqgħa mingħajr il-ħtieġa li din tintalab formalment, kull meta huwa jqis rakkomandabbli, li kienet diġà l-prassi għat-tlaqqigħ tal-Kumitat stabbilit mill-Konvenzjoni tal-1988. L-għan ta’ laqgħa tal-esperti huwa l-iskambju ta’ fehmiet dwar l-operat tal-Konvenzjoni, b'mod partikolari dwar l-iżvilupp tal-ġurisprudenza u ta’ leġislazzjoni ġdida, normalment leġislazzjoni Komunitarja, li tista' tinfluwenza l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Skambji ta’ opinjoni ta’ dan it-tip huma ovvjament utli bil-ħsieb li tinkiseb interpretazzjoni parallela u uniformi tal-Konvenzjoni u tar-Regolament Brussell I. Il-kompożizzjoni ta’ dawn il-laqgħat hija usa' minn tal-Kumitat Permanenti, u sostanzjalment l-istess bħal dik tal-kumitat previst fil-Protokoll 2 ta’ qabel, u dan huwa naturali ladarba għandhom l-istess kompitu li jiskambjaw opinjonijiet dwar il-ġurisprudenza nazzjonali. Għaldaqstant il-parteċipanti huma esperti mill-partijiet kontraenti, l-Istati marbutin mill-Konvenzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-EFTA. Il-kompożizzjoni tal-laqgħat tista' anke titwessa' aktar, bil-parteċipazzjoni ta’ esperti oħrajn li l-preżenza tagħhom tista' titqies adatta. Għalkemm il-kompiti tal-laqgħat tal-esperti huma aktar limitati, hija stabbilita konnessjoni mal-Kumitat Permanenti. Jekk, matul il-laqgħat, iqumu mistoqsijiet dwar l-operat tal-Konvenzjoni li, fil-fehma tal-parteċipanti, jeħtieġu aktar konsultazzjoni bejn il-partijiet kontraenti jew eżami aktar fil-fond bil-ħsieb tar-reviżjoni tal-Konvenzjoni, dawn jistgħu jiġu riferuti lill-Kumitat Permanenti għal aktar azzjoni. |
3. Protokoll 3 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 67 tal-Konvenzjoni
|
206. |
Il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 67 tal-Konvenzjoni jirroproduċi fil-parti l-kbira l-Protokoll Nru 3 għall-Konvenzjoni tal-1988 preċedenti, li kien jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 57 ta’ dik il-Konvenzjoni. Il-Protokoll jiddikjara li d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-atti tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari, jirregolaw il-kompetenza jew ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-konvenzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 67(1). Ir-raġunijiet għal din l-ekwivalenza huma spjegati bis-sħiħ fir-rapport dwar il-Konvenzjoni tal-1988, li għandha ssir referenza għalih (ir-rapport Jenard Möller, il-paragrafi 120-125). Madankollu r-rapport josserva li r-referenza hija biss għal atti Komunitarji u mhux għal-leġislazzjoni tal-Istati Membri tal-Komunità fejn din ġiet armonizzata skont dawk l-atti, bħal Direttivi, għaliex “L-assimilazzjoni ta’ atti Komunitarji għal Konvenzjonijiet konklużi dwar kwistjonijiet partikolari jistgħu jirreferu biss għal att li huwa ekwivalenti għal tali konvenzjoni u għalhekk ma tistax tiġi estiża għal-leġislazzjoni nazzjonali” (il-paragrafu 125 - traduzzjoni mhux uffiċjali). Il-Protokoll il-ġdid iżid dispożizzjoni (il-paragrafu 3) li tiddikjara li meta parti kontraenti jew diversi partijiet flimkien jinkorporaw fil-liġi nazzjonali d-dispożizzjonijiet kollha jew uħud minnhom li hemm fl-atti tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod ta’ konvenzjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari. Din id-dispożizzjoni hija intenzjonata li tiffaċilita l-adattament għall-leġislazzjoni ppromulgata mill-Komunità tal-liġi nazzjonali tal-Istati mhux Komunitarji, u biex tagħti lil dawk l-Istati l-flessibbiltà li jeħtieġu biex jagħmlu l-adattamenti meħtieġa, speċjalment meta l-istrumenti Komunitarji inkwisjoni huma Direttivi. |
|
207. |
Il-paragrafu 2 tal-Protokoll jirriproduċi l-artikolu korrispondenti fil-protokoll ta’ qabel, u jipprevedi li jekk att Komunitarju huwa inkompatibbli mal-Konvenzjoni l-partijiet kontraenti għandhom jikkunsidraw minnufih li jemendaw il-Konvenzjoni skont l-Artikolu 76, mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita mill-Protokoll 2. Il-protokoll ta’ qabel kien japplika biss għal att Komunitarju li kien inkompatibbli mal-Konvenzjoni, iżda l-paragrafu 2 il-ġdid ikopri wkoll il-każ ta’ proposta għal att Komunitarju li hija inkompatibbli, u b'hekk il-Konvenzjoni tkun tista' tiġi emendata fl-istess waqt li l-att Komunitarju jiġi finalment adottat. |
(1) Id-Danimarka ffirmat il-Konvenzjoni fi Brussell fil-5 ta’ Diċembru 2007.
(3) Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, ir-referenzi huma għat-test tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ippubblikat fil-ĠU C 27, 26.1.1998, li jistabbilixxi l-Konvenzjoni kif emendata mill-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1978”), mill-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1982 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (“il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1982”), mill-Konvenzjoni tas-26 ta’ Mejju 1989 dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (“il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1989”) u mill-Konvenzjoni tad-29 ta’ Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja (“il-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1996”).
(4) Il-Finlandja, l-Isvezja u l-Awstrija, li saru Stati Membri tal-Komunità fl-1 ta’ Jannar 1995 iżda kienu partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Lugano mill-1 ta’ April 1993.
(5) It-Trattat ta’ Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati, ĠU C 340, 10.11.1997.
(6) B'mod partikolari, ta’ min isemmi lill-Grupp Ewropew tad-Dritt Internazzjonali Privat (EGPIL/GEDIP), li fis-7 ta’ April 1997 ippreżenta dokument lis-Segretarju tal-Kumitat Permanenti għall-Konvenzjoni ta’ Lugano u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li fih serje ta’ proposti għar-reviżjoni tal-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u ta’ Lugano; dan ġie mqassam lid-delegati bħala dokument ta’ ħidma tal-Kunsill fil-15 ta’ April 1997 (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “l-proposti tal-Grupp Ewropew tad-Dritt Internazzjonali Privat”).
(7) Il-Polonja pparteċipat fil-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma bħala osservatriċi, wara li l-partijiet kontraenti kollha għall-Konvenzjoni ta’ Lugano taw il-qbil tagħhom għall-adeżjoni tagħha għall-Konvenzjoni. Osservaturi oħra fil-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma kienu l-Qorti tal-Ġustizzja, l-EFTA, u l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
(8) Id-dokument tal-Kunsill 7700/99, 30.4.1999.
(9) COM (1999) 348 finali, 14.7.1999.
(12) SEC(2002) 298 finali, 22.3.2002
(13) Qorti tal-Ġustizzja, Opinjoni 1/03, parti operattiva.
(14) Rapport dwar il-Konvenzjoni ta’ Lugano tas-16 ta’ Settembru 1988, ĠU C 189, 28.7.1990.
(15) Ir-Rapport dwar il-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzji f'materji ċivili u kummerċjali, ĠU C 59, 5.3.1979.
(16) Ir-Rapport dwar il-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, ĠU C 59, 5.3.1979.
(17) Ir-Rapport dwar il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1982 dwar l-adeżjoni tal-Greċja, ĠU C 298, 24.11.1986.
(18) Ir-Rapport dwar il-Konvenzjoni tas-26 ta’ Mejju 1989 dwar l-adeżjoni tal-Portugall u ta’ Spanja, ĠU C 189, 28.7.1990.
(19) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-281/02 Owusu [2005] Ġabra I 1383, paragrafi 25-26.
(20) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-266/01 Préservatrice Foncière TIARD [2003] Ġabra I-4867, paragrafu 36.
(21) Għal ftit gwida dwar l-interpretazzjoni tal-esklużjoni ta’ proprjetà matrimonjali mill-Konvezjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 143/78 de Cavel [1979] Ġabra 1055, u Kawża C-220/95 Van den Boogaard v Laumen [1997] Ġabra I-1147.
(22) Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ĠU L 149, 5.7.1971.
(23) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-271/00 Gemeente Steenbergen [2002] Ġabra 10489
(24) Ir-rapport Jenard-Möller, pp. 14-17.
(25) Ta' min jiftakar li r-Regolament Brussell I ser ikun sostitwit, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi ta’ manteniment, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, ĠU L 7, 10.1.2009 (ara l-Artikolu 68 tar-Regolament).
(26) COM(97) 609 finali, 26.11.1997. Bl-istess mod, favur ir-residenza abitwali, il-proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, paragrafu 26.
(27) ĠU L 338, 23.12.2003. Ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament preċedenti Nru 1347/2000, li huwa wkoll ibbażat fuq ġurisdizzjoni dwar il-kriterju ta’ residenza abitwali.
(28) Ir-rapport Jenard, pp. 15-16.
(29) COM(97) 609 finali, Artikolu 2.
(30) Ara b'mod partikolari l-verżjoni Taljana tal-Konvenzjoni; l-istess japplika għall-verżjoni Taljana tar-Regolament Brussell I.
(31) Qorti tal-Ġustizzja, Opinjoni 1/03, paragrafi 144 u 148.
(32) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 21/76 Bier [1976] Ġabra 1735.
(33) Ir-rapport Jenard, p. 22.
(34) Il-Kawża 34/82 Martin Peters [1983] Ġabra 987; il-Kawża C-26/91 Jacob Handte [1992] Ġabra I-3697.
(35) Għallinqas meta tkun ippreżentata l-isfida bħala oġġezzjoni għal azzjoni għal ksur ta’ kuntratt (il-Kawża 38/81 Effer [1982] Ġabra 825).
(36) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 189/87 Kalfelis [1988] Ġabra 5565.
(37) Il-kawża 14/76 De Bloos [1976] Ġabra 1497, paragrafu 13: dwar talba għal ħsarat għal ksur ta’ kuntratt, il-Qorti sabet li l-obbligu li kellu jkun ikkunsidrat ma kienx il-pagament għall-ħsara iżda l-obbligu li l-ksur tiegħu l-attur invoka bħala appoġġ għat-talba għall-ħsara.
(38) Kawża 266/85 Shenavai [1987] Ġabra 239.
(39) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-440/97 Groupe Concorde [1999] Ġabra I-6307, paragrafu 26.
(40) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-420/97 Leathertex [1999] Ġabra I-6747.
(41) Kawża 56/79 Zelger v Salinitri [1980] Ġabra 89. Droz, “Delendum est forum contractus?”, Rec.
(42) Kawża 12/76 Tessili [1976] Ġabra 1473; Kawża C-288/92 Custom Made Commercial [1994] Ġabra I-2913, paragrafu 26 (fejn huwa speċifikat li l-liġi applikabbli tista' tinkludi konvenzjoni internazzjonali li tistabbilixxi liġi uniformi); Kawża C-440/97 Groupe Concorde [1999] Ġabra I-6307.
(43) Droz, “Delendum est forum contractus?”, Rec. Dalloz, 1977, paġna kronoloġika 351.
(44) COM(97) 609 finali, Artikolu 5.
(45) Bl-istess mod, favur l-istabbiliment ta’ kriterji oġġettivi li jindikaw il-post proprju tal-kunsinna jew il-post proprju tal-provvista ta’ servizzi, ara pereżempju l-proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, paragrafu 9; iżda dawk il-proposti ssuġġerew li jekk il-kriterji objettivi ma kinux applikabbli f'każ partikolari, ir-regola applikabbli tkun ir-regola ġenerali li tat il-ġurisdizzjoni lill-qrati tad-domiċilju tal-konvenut, aktar milli wieħed jirreferi għall-post tat-twettiq tal-obbligu fil-kwistjoni, bħal fl-Artikolu 5(1)(a) tat-test preżenti.
(46) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-386/05 Color Drack [2007] Ġabra I-3699.
(47) Ara l-punt 16 tas-sentenza.
(48) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-220/95 Van den Boogaard v Laumen [1997] Ġabra I-1147, paragrafu 22; preċedentement, Kawża 120/79 de Cavel [1979] Ġabra 731, paragrafu 11.
(49) Ara, b'mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 120/79 de Cavel [1979] Ġabra 731, paragrafu 7.
(50) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-295/95 Farrell v Long [1997] Ġabra I-1683.
(51) COM(97) 609 finali, Artikolu 5(2).
(52) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-433/01 Blijdenstein [2004] Ġabra I-981, paragrafi 31 u 34.
(53) Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-Artikolu 5(2) ser ikun sostitwit bir-Regolament Nru 4/2009 dwar obbligi ta’ manteniment: ara l-paragrafu 19 hawn fuq.
(54) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU L 338, 23.12.2003.
(55) Ir-rapport Jenard, p. 26.
(56) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 21/76 Bier [1976] Ġabra 1735.
(57) COM(97) 609 finali.
(58) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-220/88 Dumez [1990] Ġabra I-49.
(59) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-364/93 Marinari [1995] Ġabra I-2719, paragrafu 21; Kawża C-168/02 Kronhofer [2004] Ġabra I-6009, paragrafi 19-21.
(60) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-68/93 Shevill [1995] Ġabra I-415, paragrafu 33.
(61) Soluzzjoni parzjali biss hija pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), ĠU L 199, 31.7.2007.
(62) Bħala appoġġ għal din l-opinjoni, ara wkoll ir-rapport Schlosser, paragrafu 134.
(63) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, ĠU L 95, 21.4.1993.
(64) Id-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998, ĠU L 116, 11.6.1998.
(65) Bħal fir-Rapport Schlosser, paragrafu 134.
(66) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-167/00 Henkel [2002] Ġabra I-8111, paragrafi 49-50.
(67) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-334/00 Tacconi [2002] Ġabra I 7357, paragrafi 21-23, b'referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, f'kawża ta’ responsabbiltà prekuntrattwali.
(68) Ir-rapport Jenard, p. 63.
(69) Din in-nota f'qiegħ il-paġna tapplika biss għall-verżjoni Taljana tar-rapport ta’ spjegazzjoni. Hija tiddeskrivi bidla purament editorjali fil-verżjoni Taljana (il-kliem violazione involontaria ġew sostitwiti minn violazione non dolosa).
(70) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-7/98 Krombach [2000] Ġabra I-1935, paragrafi 44-45.
(71) B'kuntrast għas-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f'sentenza preċedenti, Kawża 157/80 Rinkau [1981] Ġabra 1391, paragrafu 12.
(72) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 33/78 Somafer v Saar-Ferngas [1978] ĠABRA 2183.
(73) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 218/86 Schotte v Parfums Rothschild [1987] ĠABRA 4905, il-paragrafu 17.
(74) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 33/78 Somafer v Saar-Ferngas [1978] ĠABRA 2183.
(75) Ir-rapport Jenard, p. 26.
(76) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 189/87 Kalfelis [1988] ĠABRA 5565, il-paragrafu 12; u Kawża C-98/06 Freeport [2007] Ġabra I-8319.
(77) COM(97) 609 finali, Artikolu 6.
(78) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-51/97 Réunion européenne [1998] ĠABRA I-6511.
(79) Din il-konsiderazzjoni mhijiex intenzjonata biex timplika li l-Artikolu 6(1) jista' jiġi interpretat b'tali mod li jippermetti li attur jagħmel rikors kontra għadd ta’ konvenuti fil-qorti kompetenti għal xi wieħed minnhom b'dan l-għan uniku li l-konvenuti l-oħrajn jitwarrbu mill-qorti proprja tagħhom: ara Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-103/05 Reisch Montage [2006] Ġabra I-6827, il-paragrafu 32. Ara wkoll Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-98/06 Freeport [2007] Ġabra I-8319, il-paragrafu 54.
(80) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-365/88 Hagen [1990] ĠABRA I-1845.
(81) Skont l-Abbozz ta’ Att ta’ Ratifika approvat mill-Kunsill Federali Svizzeru fit-18 ta’ Frar 2009 (BBI 20091777, FF 2009 1497; FF 2009 1435), l-Isvizzera ser tirtira d-dikjarazzjoni tagħha fir-rigward tal-Artikolu II tal-Protokoll I, b'effett mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni.
(82) L-Istati kkonċernati bid-dispożizzjoni huma l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Isvizzera.
(83) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill KE dwar il-konklużjoni ta’ Konvenzjoni ta’ Lugano ġdida, adottata fis-27 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 147, 10.6.2009), il-Kunsill iddeċieda li l-Komunità tagħmel dikjarazzjoni, f'konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu II tal-Protokoll I għall-Konvenzjoni, fejn il-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 6(2) u 11 ma jistgħux jintużaw fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovenja, minbarra l-Istati Membri msemmija diġà fl-Anness IX għall-Konvenzjoni.
(84) Ir-rapport Jenard, p. 31, li jżid li d-domiċilju tad-detentur tal-polza li hu rilevanti għall-fini li tiġi determinata l-ġurisdizzjoni hu d-domiċilju li jeżisti fiż-żmien meta jiġu istitwiti l-proċedimenti.
(85) Ara wkoll Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-463/06 FBTO Schadeverzekeringen [2007] ĠABRA I-11321, il-paragrafu 24.
(86) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xorta oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE, ĠU L 172, 4.7.1988.
(87) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, ĠU L 228, 16.8.1973.
(88) B'mod partikolari l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur fir-rigward ta’ kuntratti negozjati barra minn postijiet tan-negozju, ĠU L 372, 31.12.1985; u, għalkemm b'formulazzjonijiet xi ftit differenti, f'direttivi oħrajn dwar il-konsumaturi, pereżempju l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, ĠU L 144, 4.6.1997.
(89) Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), ĠU L 177, 4.7.2008. Ara wkoll l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980, ĠU C 334, 30.12.2005.
(90) Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, ĠU L 42, 12.2.1987, sussegwentement sostitwita bid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, ĠU L 133, 22.5.2008.
(91) Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x'jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, ĠU L 280, 29.10.1994.
(92) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-423/97 Travel Vac [1999] ĠABRA I-2195, il-paragrafu 22.
(93) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-73/04 Klein [2005] Ġabra I -8667, il-paragrafi 22 et seq.
(94) Kif definit fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), ĠU L 178, 17.7.2000, li l-Artikolu 1(4) tagħha jipprevedi b'mod ċar li ma tittrattax il-ġurisdizzjoni tal-Qrati, li konsegwentement titħalla għar-Regolament Brussell I u, b'mod parallel, għall-Konvenzjoni ta’ Lugano.
(95) Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni hi disponibbli fil-websajt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, b'mod partikolari fuq http://ec.europa.eu/civiljustice/docs/Reg_44-2000_joint_statement_14139_en.pdf.
(96) L-Artikolu 5(5) tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1980; ara wkoll l-Artikoli 6(3) u 6(4)(b) tar-Regolament Ruma I.
(97) L-Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni, ĠU C 27, 26.1.1998; ara wkoll l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Ruma I.
(98) Ara, b'referenza għall-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-37/00 Weber [2002] I-2013, il-paragrafi 49-58.
(99) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, ĠU L 18, 21.1.1997.
(100) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-280/00 Hacker [1992] ĠABRA I-1111, il-paragrafu 15 (b'referenza għall-Artikolu 16(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell).
(101) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-88/98 Dansommer [2000] ĠABRA I-393, il-paragrafu 38 (b'referenza għall-Artikolu 16(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell).
(102) Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 54.
(103) Li nġibdet l-attenzjoni għalihom fir-rapport Jenard, p. 35, u r-rapport Schlosser, il-paragrafi 166-172.
(104) Ara l-punt 153 tal-Opinjoni 1/03: Madankollu, filwaqt li l-fatt li l-fini u l-formulazzjoni tar-regoli Komunitarji u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim previst huma l-istess huwa fattur li għandu jitqies meta jiġi determinat jekk il-ftehim jaffettwax lil dawk ir-regoli, dak il-fattur waħdu ma jistax juri l-assenza ta’ effett bħal dan. Fir-rigward tal-konsistenza li toħroġ mill-applikazzjoni tal-istess regoli ta’ ġurisdizzjoni, din mhijiex l-istess bħall-assenza ta’ effett bħal dan, minħabba li l-applikazzjoni ta’ regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita mill-ftehim previst tista' tirriżulta fl-għażla ta’ qorti b'ġurisdizzjoni differenti minn dik magħżula skont ir-Regolament Nru 44/2001. Għaldaqstant, fejn il-Konvenzjoni ta’ Lugano fiha artikoli identiċi għall-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Nru 44/2001 u fuq dik il-bażi, twassal għall-għażla ta’ qorti ta’ pajjiż li mhuwiex membru li jaderixxi għal dik il-Konvenzjoni bħala l-forum adatt, fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju fi Stat Membru, fl-assenza tal-Konvenzjoni, dak l-aħħar Stat ikun il-forum adatt, filwaqt li skont il-Konvenzjoni huwa l-pajjiż li mhuwiex membru.
(105) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 173.
(106) COM (2000) 412 finali 1.8.2000.
(107) COM(2003) 827 finali u COM(2003) 828 finali, 23.12.2003. Skont il-proposti tal-2003, il-ġurisdizzjoni tiġi kkonferita fuq il-Qorti tal-Ġustizzja u tiġi stabbilita Qorti għall-Privattivi Komunitarji fi ħdan il-qafas tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'appell lill-Qorti tal-Prim'Istanza.
(108) Skont il-protokoll propost mill-Kummissjoni Ewropea (il-Protokoll 4), il-Qorti tal-Ġustizzja kien ikollha ġurisdizzjoni esklużiva rigward tilwim li jikkonċerna d-drittijiet dwar il-proprjetà industrijali Komunitarji sal-punt safejn tkun ġiet ikkonferita lilha din il-ġurisdizzjoni esklużiva skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. It-Titoli III u IV tal-Konvenzjoni ta’ Lugano kienu jkunu japplikaw għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi proċedimenti bħal dawn.
(109) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-4/03 GAT [2006] ĠABRA I-6509 (b'referenza għall-Artikolu 16(4) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell).
(110) Sentenza f'GAT, il-paragrafu 25.
(111) Il-Qorti qalet b'mod ċar li l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat apparti dik tal-Istat li jkun ħareġ il-privattiva li tirregola b'mod indirett il-validità ta’ privattiva barranija ma setgħetx tkun limitata biss għal dawk il-każijiet fejn, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-effetti tad-deċiżjoni li trid tingħata kienu limitati għall-partijiet fil-proċedimenti. F'diversi pajjiżi, sentenza li tannulla privattiva kellha effett erga omnes, u limitazzjoni ta’ dan it-tip kien iwassal għal distorsjonijiet, li b'hekk ixekklu l-uniformità tad-drittijiet u l-obbligi għall-Istati Membri marbutin bil-Konvenzjoni u għall-persuni kkonċernati (il-paragrafu 30 tas-sentenza GAT).
(112) Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ Lugano, adottata fis-27 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 147, 10.6.2009), fejn il-Komunità Ewropea tesprimi l-intenzjoni tagħha li tikkjarifika l-ambitu tal-Artikoli 22(4) tar-Regolament Brussell I fl-istess sens, biex b'hekk jiġi żgurat li hu parallel mal-Artikolu 22(4) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano filwaqt li jittieħed kont tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament Brussell I.
(113) L-Artikolu 1(3) tal-Konvenzjoni.
(114) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 179.
(115) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 174.
(116) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 177.
(117) Ara, b'referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, Kurz v Stella Musical [1993] 3 WLR 1046.
(118) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 179. Dwar l-evidenza rigward l-eżistenza ta’ konswetudini fin-negozju jew il-kummerċ internazzjonali, u l-valutazzjoni tar-relevanza tagħha, ara b'mod partikolari Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-159/97 Trasporti Castelletti [1999] ĠABRA I-1597.
(119) Dik ir-referenza ġiet adottata mill-Konvenzjoni ta’ Brussell, fil-verżjoni ta’ Donostia-San Sebastián tal-1989, u minn hemm ‘il quddiem mir-Regolament Brussell I. Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 58.
(120) Il-verżjoni bl-Ingliż tal-punt (a) titkellem dwar ftehim 'bil-kitba għall-finijiet ta’ prova', filwaqt li verżjonijiet oħrajn jużaw kliem li jfisser litteralment 'konkluż verbalment b'konferma bil-miktub'.
(121) L-Artikolu 7(3) u (4) tal-Liġi Mudell tal-UNCITRAL dwar l-Arbitraġġ Kummerċjali Internazzjonali, kif emendata mill-UNCITRAL fis-7 ta’ Lulju 2006, l-anness I tad-dokument A/61/17 tan-NU, skont liema '(3) Ftehim ta’ arbitraġġ hu bil-miktub jekk il-kontenut tiegħu jkun irreġistrat fi kwalunkwe forma, sew jekk il-ftehim jew il-kuntratt tal-arbitraġġ ikun ġie konkluż bil-fomm, bl-imġiba, jew b'mezzi oħrajn u sew jekk le. (4) Il-ħtieġa li ftehim ta’ arbitraġġ ikun bil-miktub hi sodisfatta minn komunikazzjoni elettronika jekk l-informazzjoni li tkun fiha tkun aċċessibbli sabiex tkun tista' tkun użata għal referenza sussegwenti; “komunikazzjoni elettronika” tfisser kwalunkwe komunikazzjoni li ssir mill-partijiet permezz ta’ messaġġi ta’ data; “messaġġi ta’ data” tfisser informazzjoni ġġenerata, mibgħuta, riċevuta jew maħżuna b'mezzi elettroniċi, manjetiċi, ottiċi jew simili, inkluż, iżda mhux limitat għal, skambju ta’ data elettronika (EDI - electronic data interchange), posta elettronika, telegramm, telex jew telekopja'.
(122) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 24/76 Estasis Salotti [1976] ĠABRA 1831; Kawża 25/76 Galeries Segoura [1976] Ġabra 1851.
(123) B'appoġġ għal dik l-opinjoni, ara wkoll ir-rapport Jenard, p. 38.
(124) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 150/80 Elefanten Schuh [1981] ĠABRA 1671, il-paragrafu 17;
(125) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 27/81 Rohr v Ossberger [1981] ĠABRA 2431, il-paragrafu 8;
(126) Ir-rapport Jenard, p. 38.
(127) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 150/80 Elefanten Schuh [1981] ĠABRA 1671, il-paragrafu 16;
(128) Ir-rapport Jenard, p. 38.
(129) Ir-rapport Jenard, p. 39.
(130) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 22.
(131) Għal opinjoni kuntrarja, ara r-rapport Jenard, p. 40.
(132) Ara hawn taħt b'rabta mal-Artikolu 34(2).
(133) Ara l-Artikolu 26(3) tal-Konvenzjoni.
(136) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, ĠU L 324, 10.12.2007.
(137) Issa bir-Regolament Nru 1393/2007, ara l-paragrafu 116 hawn fuq.
(138) L-Artikoli 4-11 tar-Regolament Nru 1348/2000.
(139) L-Artikoli 12-15 tar-Regolament Nru 1348/2000.
(140) Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 64.
(141) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 144/86 Gubisch v Palumbo [1987] ĠABRA 4861, b'referenza speċjali għall-kawża identika tal-każijiet pendenti.
(142) Ir-rapport Jenard, p. 41, jindika li 'Il-Kumitat [li abbozza l-Konvenzjoni ta’ Brussell] iddeċieda li ma kienx hemm il-ħtieġa li fit-test jiġi speċifikat il-punt fiż-żmien minn meta għandu jitqies li hemm proċedimenti pendenti, u ħalla li din il-kwistjoni tkun riżolta mil-liġi interna ta’ kull Stat Kontraenti.' [Traduzzjoni mhux uffiċjali]
(143) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 129/83 Zelger v Salinitri [1984] ĠABRA 2397.
(144) F'ċerti kantoni, iż-żmien rilevanti hu d-data meta jinbdew il-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni, qabel ma jinbdew il-proċedimenti ġudizzjarji.
(145) Ħlief li fil-Greċja ż-żmien deċiżiv għal-lis pendens hu retroattiv għad-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata l-qorti.
(146) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007, ĠU L 324, 10.12.2007, li ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill Nru 1348/2000: ara hawn fuq, il-paragrafu 116.
(147) Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar in-notifika fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, ĠU C 261, 27.8.1997, li ġiet ikkonsultata mill-grupp ta’ ħidma ad hoc matul ir-reviżjoni tal-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano.
(148) Ara, pereżempju, Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-406/92 Tatry v Maciej Rataj [1994] ĠABRA I-5439, li fiha l-Qorti affermat li r-rikors li jfittex li jżomm lill-konvenut responsabbli li kkawża telf u li jordnah biex iħallas id-danni kellu l-istess kawża u l-istess oġġett bħall-istanzi preċedenti li jkunu tressqu minn dak il-konvenut li jkun qiegħed ifittex dikjarazzjoni li ma kienx responsabbli għal dak it-telf.
(149) F'dan ir-rigward is-soluzzjoni maqbula hi preferuta minn dik issuġġerita mill-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, li bil-għan li jiġi determinat il-mument li fih ir-rikors ikun definittivament meqjus pendenti, irreferiet b'mod kumulattiv għaż-żmien meta l-qorti tkun ġiet notifikata dwar l-applikazzjoni u ż-żmien meta tkun saret in-notifika lill-konvenut: proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, il-paragrafi 10-12.
(150) Li jidher li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kompliet trendiha aktar rari. F'każ li jikkonċerna l-kiri ta’ proprjetà immobbli li tinsab parzjalment fil-Belġju u parzjalment fl-Olanda, il-Qorti affermat li kull wieħed miż-żewġ Stati kellu ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-parti tal-proprjetà li tinsab fit-territorju tiegħu u għaldaqstant ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-dispożizzjoni dwar il-konflitt ta’ ġurisdizzjoni esklużiva, għalkemm biss fiċ-ċirkostanzi tal-każ, u mhux b'mod ġenerali: Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 158/87 Scherrens [1988] ĠABRA 3791.
(151) Għal eżempju ara l-Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 23/78 Meeth v Glacetal [1978] ĠABRA 2133.
(152) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 150/80 Elefanten Schuh [1981] ĠABRA 1671.
(153) Ir-rapport Jenard, p. 41.
(154) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-261/90 Reichert [1992] ĠABRA I-2149, il-paragrafu 34;
(155) Ara wkoll il-proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, il-paragrafu 13.
(156) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-391/95 Van Uden [1998] ĠABRA I-7091.
(157) Van Uden, il-paragrafu 22.
(158) Van Uden, il-paragrafi 20 u 28.
(159) Van Uden, il-paragrafu 29, u, fir-rigward tal-possibbiltà li l-proċedimenti dwar is-sustanza tal-każ jitmexxew quddiem l-arbitri, il-paragrafu 34.
(160) Van Uden, il-paragrafu 40.
(161) Van Uden, il-paragrafi 43-48. Għal deċiżjoni simili ara wkoll Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-99/96 Mietz [1999] ĠABRA I-2277, il-paragrafu 47.
(162) Ir-rapport Jenard, p. 42.
(163) Wara li l-grupp ta’ ħidma ad hoc kien lesta l-ħidma tiegħu, il-proċedimenti exequatur ġew aboliti fil-Komunità għal ċerti tipi ta’ sentenzi: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 805/2004 tal-21 ta’ April 2005 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Eżekuzzjoni għal talbiet mhux kontestati, ĠU L 143, 30.4.2004 (kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1869/2005, ĠU L 300, 17.11.2005); ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, ĠU L 399, 30.12.2006; u r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ĠU L 199, 31.7.2007.
(164) Biex taqra dwarha ara r-rapport Jenard, p. 42, u r-rapport Schlosser, il-paragrafu 188.
(165) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 125/79 Denilauler v Couchet [1980] ĠABRA 1553.
(166) Ara, pereżempju, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM), li joħroġ, fil-Komunità Ewropea, deċiżjonijiet fir-rigward tar-revoka jew l-invalidità ta’ ċerti tipi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali Komunitarji bħat-trademarks u d-disinji rreġistrati Komunitarji, jew il-qrati nazzjonali magħżulin mill-Istati Membri tal-UE bħala Qrati Komunitarji fir-rigward tal-invalidità ta’ ċerti tipi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali Komunitarji bħat-trademarks, id-disinji rreġistrati u dawk mhux irreġisrati Komunitarji.
(167) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-7/98 Krombach [2000] ĠABRA I-1935, il-paragrafi 23 u 37, b'referenza għad-dritt għad-difiża.
(168) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-38/98 Renault v Maxicar [2000] ĠABRA I-2973, il-paragrafu 30, b'referenza għall-applikazzjoni adatta mill-qrati tal-Istat tal-oriġini tal-prinċipji Komunitarji tal-moviment liberu ta’ merkanzija u l-kompetizzjoni libera.
(169) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-7/98 Krombach [2000] ĠABRA I-1935, il-paragrafi 38-40.
(170) Ir-rapport Jenard, p. 44; Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 194.
(171) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 166/80 Klomps v Michel [1981] ĠABRA 1593, il-paragrafi 15-19.
(172) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-305/88 Lancray v Peters und Sickert [1990] ĠABRA I-2725, il-paragrafi 15, 18 u 23.
(173) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-123/91 Minalmet v Brandeis [1992] ĠABRA I-5661, il-paragrafu 22; Kawża C-78/95 Hendrikman [1996] ĠABRA I-4943, il-paragrafi 18-21.
(174) Għal approċċ simili ara l-proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, il-paragrafi 14-16.
(175) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 49/84 Debaecker v Bouwman [1985] ĠABRA 1779, il-parti operattiva.
(176) Il-grupp ta’ ħidma ad hoc ipprefera li ma jinkorporax il-kliem tal-Artikolu 26(2) espliċitament fl-Artikolu 34(2), kif kienet issuġġeriet inizjalment il-Kummissjoni, sabiex ma jimponix verifika obbligatorja ulterjuri tal-azzjonijiet tal-qorti li qatgħet is-sentenza.
(177) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 166/80 Klomps v Michel [1981] ĠABRA 1593, il-paragrafu 19.
(178) Fis-sentenzi Minalmet u Hendrikman, ara l-paragrafu 134 hawn fuq. B'referenza għad-dispożizzjoni korrispondenti fir-Regolament Brussell I, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet tikkjarifika li l-possibbiltà li l-konvenut jagħmel rikuża dwar is-sentenza b'kontumaċja fl-Istat tal-oriġini timplika li huwa ġie infurmat b'dik is-sentenza u kellu biżżejjed żmien biex iħejji d-difiża tiegħu u jagħti bidu għal proċedimenti kontriha: ara l-Kawża C-283/05 ASML [2006] Ġabra I-12041.
(179) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 49/84 Debaecker v Bouwman [1985] ĠABRA 1779, il-paragrafi 10-13.
(180) Ir-rapport Jenard, p. 45.
(181) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 145/86 Hoffmann v Krieg [1988] ĠABRA 645, il-paragrafu 25, b'referenza għal sentenza barranija bejn il-miżżewġin dwar is-suġġett tal-manteniment kienet irrikonċiljabbli ma’ digriet ta’ divorzju fl-Istat indirizzat.
(182) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 205.
(183) Il-proposti tal-Grupp Ewropew għad-Dritt Internazzjonali Privat, il-paragrafu 28.
(184) Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafi 67, 14-17, 79-84.
(185) Ir-rapport Jenard, p. 46.
(186) Il-paragrafu 128 ta’ hawn fuq.
(187) Ir-rapport Jenard, p. 47.
(188) Ir-Rapport Schlosser, il-paragrafi 208-213, u r-rapport Jenard-Möller, il-paragrafi 68-69.
(189) Ġie nnotat ukoll li hu mixtieq li jkun hemm manwal li jipprovdi informazzjoni prattika meħtieġa sabiex tiġi identifikata l-qorti jew l-awtorità kompetenti, informazzjoni li ovvjament ma setgħetx tkun fornita fil-parti prinċipali tal-Konvenzjoni nnifisha jew f'anness.
(190) Ara r-rapport Jenard, pp. 49-50.
(191) L-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat trid tiġbor l-informazzjoni meħtieġa mis-sentenza li għaliha ssir referenza fiċ-ċertifikat, iżda jista' jkollha bżonn l-assistenza tal-parti interessata. Għalhekk, pereżempju, jekk skont il-liġi tal-Istat tal-oriġini, id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jrid ikun notifikat mhux mill-qorti iżda mill-attur, l-attur irid jagħti prova lill-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat li n-notifika ġiet effettwata, sabiex tkun tista' tiddaħħal id-data fiċ-ċertifikat.
(192) Ir-rapport Jenard, pp. 55-56.
(193) Ir-rapport Jenard, p. 56.
(194) Għalhekk, l-unika konsegwenza ta’ kwalunkwe dewmien hi li l-awtorità indirizzata tista' tiġi attribwita responsabbiltà, jekk dak hu previst skont il-liġi nazzjonali jew il-liġi Komunitarja, minħabba li l-Konvenzjoni ser issir parti mill-acquis communautaire. Dewmien ripetut jista' jiġi kkunsidrat mill-Kumitat Permanenti previst fil-Protokoll 2.
(195) Għalhekk, l-Artikolu 43(4) jadotta d-dispożizzjoni fl-Artikolu 40(2) tal-Konvenzjoni tal-1988.
(196) Ara wkoll ir-rapport Jenard, p. 53.
(197) Bħal fil-każ ta’ Malta, fejn m'hemm l-ebda appell ulterjuri lil xi qorti oħra, bl-eċċezzjoni ta’ proċedimenti rigward manteniment.
(198) Ara r-rapport Jenard, p. 52.
(199) COM(97) 609 finali ppropona li jiddaħħal artikolu ġdid wara l-Artikolu 33 preżenti, li jaqra kif ġej: “Is-sentenzi mogħtija fi Stat Kontraenti għandhom, fejn tkun inħarġet ordni finali, jiġġeneraw dritt għar-raġunijiet li għalihom jistgħu jiġu ordnati miżuri protettivi proviżorji f'konformità mal-liġi tal-Istat fejn tkun saret l-applikazzjoni, anke fejn ma jkunux eżegwibbli jew ma jkunux ġew iddikjarati eżegwibbli fl-Istat fejn tkun saret l-applikazzjoni”. [Traduzzjoni mhux uffiċjali]
(200) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 148/84 Deutsche Genossenschaftsbank v Brasserie du Pêcheur [1985] ĠABRA 1981, il-paragrafu 18.
(201) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża 119/84 Capelloni and Aquilini v Pelkmans [1985] ĠABRA 3147, il-paragrafu 11.
(202) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża Capelloni and Aquilini v Pelkmans, il-paragrafu 21.
(203) Qorti tal-Ġustizzja, Capelloni and Aquilini v Pelkmans, il-paragrafi 25-26.
(204) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-220/95 Van den Boogaard v Laumen [1997] Ġabra I-1147, il-paragrafi 21-22, b'referenza għal sentenza Ingliża li rregolat kemm ir-relazzjonijiet taż-żwieġ tal-partijiet kif ukoll kwistjonijiet ta’ manteniment fl-istess deċiżjoni dwar rikors għal divorzju.
(205) Ara l-paragrafu 169 hawn taħt.
(206) Ir-rapport Jenard, pp. 53-54.
(207) Ir-rapport Schlosser, il-paragrafu 213.
(208) L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 illimita l-applikazzjoni tiegħu għall-“proċeduri previsti fl-Artikoli 32 sa 35”.
(209) Ir-rapport Jenard, p. 54.
(210) Ta' min wieħed jinnota li fil-verżjoni bit-Taljan tal-Konvenzjoni, it-terminu preċedenti “atti autentici” (“strumenti awtentiċi”) ġie sostitwit bit-terminu “atti pubblici” (“strumenti pubbliċi”). Din il-bidla hi maħsuba biex tirrifletti l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif inhu spjegat fit-test.
(211) Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-260/97 Unibank v Christensen [1999] ĠABRA I-3715, il-paragrafu 15, b'referenza għall-Artikolu 50 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell.
(212) Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 72.
(213) Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 106-107.
(214) li tiddikjara espliċitament li fi proċeduri sommarji dwar ordnijiet ta’ ħlas, l-espressjoni “qorti” tinkludi s-servizz Svediż tal-eżekuzzjoni (kronofogdemyndighet).
(215) Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mid-Danimarka (2 ta’ Mejju 1989), in-Norveġja (1 ta’ Novembru 1994) u l-Finlandja (21 ta’ Diċembru 1995), u l-Irlanda (17 ta’ Ottubru 1989) u l-Isvezja (30 ta’ April 1993) aderixxew magħha. F'konformità mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ sitt xhur wara li ġie depożitat l-istrument tar-ratifika jew li tkun waslet in-notifika tal-adeżjoni. Il-Greċja kienet diġà rratifikat fis-27 ta’ Frar 1967, qabel il-Konvenzjoni tal-1988. Jidher li l-Islanda biss għada mhijiex aderenti mal-Konvenzjoni.
(216) Ir-rapport Jenard, p. 59; Ir-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 77.
(217) Il-Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-406/92 Tatry v Maciej Rataj [1994] Ġabra I-5439, il-paragrafi 24-25 u 27, b'referenza għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għal lis pendens u l-azzjonijiet relatati fejn dawk l-aspetti ma kinux regolati mill-konvenzjoni speċjali, li kienet tillimita ruħha għal ċerti regoli ta’ ġurisdizzjoni (il-konvenzjoni speċjali involuta kienet il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1952 rigward l-arrest ta’ bastimenti marittimi).
(218) Il-paragrafu 7 t'hawn fuq.
(219) Ir-rapport Jenard, p. 61.
(220) Din il-limitazzjoni ddaħħlet fil-Konvenzjoni ta’ Brussell mill-Konvenzjoni tal-Adeżjoni tal-1978: ir-rapport Schlosser, il-paragrafi 249-250.
(221) Il-paragrafu 180 ta’ hawn fuq.
(222) Il-paragrafu 7 t'hawn fuq.
(223) L-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tal-1988; ara r-Rapport Jenard-Möller, il-paragrafi 89-90.
(224) Fuq talba tad-Danimarka ġie ċċarat matul in-negozjati li l-pożizzjoni attwali tal-Gżejjer Faeroe u l-Groenlandja fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-1988 ser tkompli taħt il-Konvenzjoni l-ġdida. Ara r-rapport Jenard-Möller, il-paragrafu 95.
(225) Ara aktar ‘il fuq il-paragrafu 101.
(226) Il-Konvenzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Qorti, adottata mill-Għoxrin Sessjoni tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
(227) Ara r-Rapport ta’ Spjegazzjoni minn T. Hartley u M. Dogaouchi dwar il-Konvenzjoni tal-Aja, il-paragrafi 271-282.
(228) Protokoll (Nru 6) anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika