ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.304.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
15 ta' Diċembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2009/C 304/01

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

1

2009/C 304/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

6

2009/C 304/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

10

2009/C 304/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

16

2009/C 304/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

21

2009/C 304/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

27

2009/C 304/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Kimika għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

33

2009/C 304/08

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

38

2009/C 304/09

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

43

2009/C 304/10

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

49

2009/C 304/11

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

55

2009/C 304/12

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

60

2009/C 304/13

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

65

2009/C 304/14

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk ta’ Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

71

2009/C 304/15

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

77

2009/C 304/16

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

83

2009/C 304/17

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finananzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

89

2009/C 304/18

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

95

2009/C 304/19

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

100

2009/C 304/20

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

107

2009/C 304/21

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

112

2009/C 304/22

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

118

2009/C 304/23

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Kulleġġ

124

2009/C 304/24

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Eurojust

131

2009/C 304/25

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

136

2009/C 304/26

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

142

2009/C 304/27

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

148

2009/C 304/28

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

154

2009/C 304/29

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

159

 

Rettifika

2009/C 304/30

Rettifika għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri fuq l-implimentazzjoni tal-baġit dwar is-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (ĠU C 269, 10.11.2009)

164

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/01

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

2

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

2

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

3

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

15-17

3

Tabella…

4

Ir-risposti tal-Aġenzija

5

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Vigo, twaqqfet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (1) tas-26 ta’ April 2005. Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet tal-kontroll tas-sajd u l-attivitajiet ta’ spezzjoni mill-Istati Membri sabiex tiżgura applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-Aġenzija kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fil-11 ta’ Novembru 2007 (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 9,5 miljun euro meta mqabbel ma’ 5 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd tal-persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 48 meta mqabbel ma’ 25 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-proċeduri għall-preparazzjoni tal-baġit ma kinux rigorużi biżżejjed u wasslu għal għadd sinifikanti ta’ trasferimenti tal-baġit (12). Xi wħud minn dawn it-trasferimenti wasslu għal żidiet u tnaqqis suċċessivi fl-istess linji tal-baġit. Din is-sitwazzjoni turi nuqqasijiet fl-ipprogrammar tal-attivitajiet tal-Aġenzija u ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni. Kuntrarju għar-regoli fis-seħħ, il-Bord Amministrattiv ma kienx mitlub jawtorizza t-trasferimenti meta kien meħtieġ (13) jew ma kienx infurmat dwarhom.

14.

F’erba’ każijiet, l-impenji legali twettqu qabel l-impenji tal-baġit korrispondenti (14) u fi tmiem is-sena 0,2 miljun euro fir-rigward ta’ operazzjonijiet li kienu skadew inġiebu ’l quddiem mingħajr ġustifikazzjoni. F’seba’ każijiet, impenji legali ma kinux koperti minn impenji tal-baġit (15).

KWISTJONIJIET OĦRAJN

15.

L-Aġenzija ma tippreparax programm multiannwali ta’ ħidma. Abbozz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni huwa ffissat b’mod ġenerali u fuq bażi annwali, minkejja li l-Aġenzija ddiskutiet dwar objettivi fuq medda ta’ żmien twil li jeħtieġu ppjanar sinifikanti tar-riżorsi kemm fuq bażi baġitarja u kif ukoll fuq bażi umana tul bosta snin. Għad hemm bżonn ta’ dokument ta’ programmar multiannwali sabiex jorganizza l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija u l-għanijiet tagħha.

16.

L-objettivi tal-Aġenzija tal-2008 ma ġewx iffissati b’mod preċiż u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha jibqa’ informali. Bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ baġitjar ibbażata fuq l-attività kieku jkun aktar faċli li tiġi stabbilita rabta ċara bejn il-programm ta’ ħidma u l-previżjonijiet finanzjarji.

17.

Fl-2008, ir-reklutaġġ tal-persunal sar b’pass aktar mgħaġġel minn dak mistenni fil-bidu. Peress li din is-sitwazzjoni ma ġietx ikkunsidrata fil-previżjonijiet għall-baġit tal-2009 (16), dan tal-aħħar għamel sottostima ta’ aktar minn 35 % (madwar 1,3 miljun euro) tal-approprijazzjonijiet meħtieġa għan-nefqa fuq is-salarji. Is-sorveljanza tat-twettiq tal-baġit tiġi mtejba.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (Vigo)

Oqsma ta’ kompetenzi Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2008

L-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

L-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-politika komuni tas-sajd, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw kontroll, spezzjoni u infurzar effettiv tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd u li jikkoperaw bejniethom u ma’ pajjiżi terzi għal fini ta’ dan l-għan.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd.

Objettivi

Ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, li l-għan tagħha huwa li torganizza koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha.

Missjoni u Kompiti

Missjoni

(i)

Tikkoordina l-obbligi ta’ kontroll u spezzjoni tal-Komunità;

(ii)

Tikkoordina l-użu tal-mezzi nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni miġbura mill-Istati Membri kkonċernati;

(iii)

Tassisti lill-Istati Membri fl-għoti ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni;

(iv)

Tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti u l-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd;

(v)

Tassisti lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd madwar il-Komunità;

(vi)

Tikkontribwixxi fix-xogħol tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-riċerka dwar u fl-iżvilupp ta’ tekniki ta’ kontroll u spezzjoni;

(vii)

Tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tat-taħriġ għal spetturi u l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri;

(viii)

Tikkoordina l-operazzjonijiet biex jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat skont ir-regoli tal-Komunità.

1 –   Bord Amministrattiv

Jikkonsisti f’rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2 –   Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv minn lista ta’ mill-anqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

3 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

Titolu I— 4,5 miljun euro

Titolu II— 1,6 miljun euro

Titolu III— 2,4 miljun euro

(Inkluż 1,2 miljun euro ta’ dħul assenjat)

Riżorsi Umani

Fil-31.12.2007 l-Aġenzija impjegat 25 membru tal-persunal li żdiedu b’rata regolari għal 48 membru tal-persunal sa tmiem l-2008 – 40 aġent temporanju u 8 aġenti kuntrattwali.

Pjanijiet ta’ Eżerċizzju Konġunti (JDP), sabiex tiġi organizzata l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet għall-kontroll tas-sajd tal-Istati Membri, twettqu fl-industriji tas-sajd tal-Komunità li ġejjin:

Is-sajd tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana;

Is-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku;

Is-sajd tat-tonn fil-Baħar Mediterran u l-Atlantiku tal-Lvant;

Sajd ta’ riżorsi regolati fl-ilmijiet Internazzjonali tal-Majjistral tal-Atlantiku (NAFO).

Ingħata taħriġ lill-ispetturi tal-Istati Membri marbut mal-attivitajiet operazzjonali, sabiex tittejjeb l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-politika Komuni tas-Sajd fl-oqsma kollha koperti mill-JDP.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija ser tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb il-preparazzjoni u l-monitoraġġ tal-baġit u konsegwentement sabiex tnaqqas in-numru ta’ modifiki tal-baġit. L-Aġenzija tista’ temfasizza li minħabba l-bdil tas-sede l-post finali tas-CFCA, l-2008 kienet sena diffiċli b’mod partikolari għall-preparazzjoni tal-baġit. F’Jannar 2009 l-Aġenzija implimentat metodu ta’ rappurtar strutturat li jippermetti monitoraġġ aħjar tal-baġit. Barra minn hekk, rappurtar ta’ trasferimenti ser isir b’mod regolari lill-Bord Amministrattiv.

14.

L-Aġenzija ser tieħu miżuri addizzjonali sabiex issaħħaħ il-kontroll fuq l-impenji tal-baġit. Barra minn dan, l-Aġenzija ser tiddeċentralizza l-fluss finanzjarju, tipprovdi taħriġ addizzjonali għall-maniġers tal-proġett u persunal rilevanti ieħor u ser torganizza laqgħat dwar l-ippjanar u monitoraġġ tal-baġit b’mod regolari.

15.

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali u l-ipprogrammar multiannwali ser jiġi żviluppat ulterjorament skont l-istrateġija fuq Żmien Medju tal-Bord Amministrattiv u meta wieħed jikkunsidra l-eżitu tad-dibattitu dwar ir-regolament ta’ Kontroll fuq livell tal-Kunsill. Is-CFCA qed tiżviluppa wkoll sistema ta’ evalwazzjoni għall-attivitajiet tagħha bbażata fuq l-“Indikaturi Prinċipali ta’ Prestazzjoni” li ġew introdotti għall-ewwel darba fil-Programm ta’ Ħidma tal-2009.

16.

L-Aġenzija bdiet tiżviluppa u timplimenta sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-attività filwaqt li fl-istess ħin l-Aġenzija tisħaq fl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħha.

17.

L-Aġenzija saħħat b’mod ulterjuri l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit tagħha. F’dan ir-rigward fl-2009 ġew introdotti rapporti ġodda dwar il-ġestjoni li jippermettu monitoraġġ kontinwu tal-eżekuzzjoni tal-baġit.


(1)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://cfca.europa.eu/

(12)  28 deċiżjoni ta’ trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fl-2008.

(13)  Trasferiment wieħed li jaqbeż l-10 % tal-approprijazzjonijiet għas-sena ma kienx awtorizzat mill-Bord Amministrattiv.

(14)  Valur totali: 1,4 miljun euro.

(15)  Valur totali: 76 000 euro.

(16)  Il-baġit tal-2009 li kien adottat fl-2008 kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet tal-2007 li qatt ma kienu rreveduti.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/6


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/02

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1 – 2

7

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3 – 12

7

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

8

Ir-risposti tal-Aġenzija

9

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 (2) issostitwiet l-Istatuti ta’ qabel tal-Aġenzija. Il-kompiti prinċipali tal-Aġenzija huma li tipprovdi lill-Komunità b’għarfien espert dwar is-suq tal-materjali u servizzi nukleari u tissorveljah.

2.

Fl-2008, l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni kopriet l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-2008. L-impenji miġjuba ’l quddiem mis-sena 2007 tħallsu mill-parti tas-sussidju tal-2007 li ma kinitx intużat.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (2008/114/KE, Euratom) tat-12 ta’ Frar 2008 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur Ġenerali (7) jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati. Id-Direttur Ġenerali huwa responsabbli mit-twaqqif tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (8). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (9) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Fin-nuqqas ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija fil-fatt hija integrata ġol-Kummissjoni. Din is-sitwazzjoni tqajjem il-kwistjoni dwar il-bżonn li l-Aġenzija tinżamm fil-għamla u fl-organizzazzjoni attwali tagħha.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Is-sitwazzjoni attwali tixhed il-bilanċ meħtieġ skont it-Trattat tal-Euratom bejn:

minn naħa waħda, ir-relazzjoni ċara mal-Kummissjoni Ewropea (eż., il-Kummissjoni tista' toħroġ direttivi u taħtar id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija); u

minn naħa l-oħra, livell għoli ta' awtonomija legali u finanzjarja (eż., l-Aġenzija hija kofirmatarja tal-kuntratti kummerċjali kollha li huma relatati mal-akkwist ta' materjali nukleari, li jiffaċilita l-politika ta' diversifikazzjoni tas-sorsi ta' forniment).

B'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, dan jista' jwassal għal inizjattivi li jsaħħu l-operattività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija.


(1)  ĠU L 27, 6.12.1958, p. 534.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(7)  Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur Ġenerali huma deskritti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (2008/114/KE, Euratom) tat-12 ta’ Frar 2008.

(8)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(9)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Mejju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-19 ta’ Ġunju 2009. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/euratom/accounts_en.html


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/10


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/03

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

11

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

11

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

13

12

Tabella…

13

Ir-risposti tal-Aġenzija

15

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Vjenna, kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità u lill-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi Komuntarja li għandha x’taqsam mad-drittijiet fundamentali (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 15-il miljun euro, meta mqabbel mal-14,2 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 72 meta mqabbel mal-57 tas-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Aġenzija (3), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) ta’ struttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u kontroll interni rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoniji żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

13.

Għal kull attività prinċipali tagħha, il-programm ta’ xogħol għall-2008 tal-Aġenzija jelenka proġetti ppjanati, prodotti u indikaturi li, madankollu mhumiex marbuta b’mod ċar mal-objettivi stabbiliti fil-livell tal-attività. L-objettivi u l-indikaturi mhumiex speċifiċi u ma jistgħux jitkejlu, u b’hekk huwa diffiċli li jiġu identifikati n-nuqqasijiet u evalwati l-kisbiet kif previst fl-Artikolu 25.3 tar-Regolament finanzjarju qafas għall-Aġenziji. Sabiex jiġi stabbilit baġit ġenwinament ibbażat fuq l-attivitajiet, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi objettivi preċiżi u tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni relevanti u li jistgħu jitkejlu.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Vjenna)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija hekk kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

(Data għall-2007)

Il-ġbir tal-informazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, tiġbor kwalunkwe informazzjoni u twettaq kwalunkwe kontroll meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti li ġew fdati lilha.

(l-Artikolu 284)

Objettivi

Tagħti assistenza u kompetenza li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet fundamentali, lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji tal-Komunità relevanti u lill-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, sabiex tagħtihom sostenn meta jieħdu miżuri jew jifformulaw azzjonijiet fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali b’mod sħiħ.

Kompiti prinċipali

Tiġbor, tirreġistra, tanalizza u xxerred informazzjoni u data relevanti, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli

Tiżviluppa metodi u standards biex ittejjeb il-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad-data fil-livell Ewropew

Twettaq, tikkopera ma’ jew tinkoraġġixxi r-riċerka xjentifika u stħarriġ, studji preparatorji u studji ta’ vijabbiltà

Tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja

Tippubblika rapport annwali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma tal-attività tal-Aġenzija

Tippubblika rapporti tematiċi bbażati fuq l-analiżi, ir-riċerka u l-istħarriġ tagħha

Tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha

Tiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni u tippromwovi djalogu mas-soċjetà ċivili.

1.   Il-Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Persuna waħda indipendenti maħtura minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Dmirijiet

Jadotta l-baġit, il-programm ta’ ħidma u r-rapporti annwali. Jadotta l-baġit finali u l-pjan ta’ twaqqif. Jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali.

2.   Il-Bord Eżekuttiv

Kompożizzjoni

President tal-Bord tat-Tmexxija;

Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija

Rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni

Żewġ membri oħra mill-Bord tat-Tmexxija

Il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa fil-Bord tat-Tmexxija tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv;

3.   Il-Kumitat Xjentifiku

Kompożizzjoni

Ħdax-il persuna indipendenti, bi kwalifiki tajbin ħafna fil-qasam tad-drittijiet fundamentali

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaħtar il-membri wara sejħa u proċedura tal-għażla trasparenti għall-applikazzjonijiet

4.   Id-Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni u wara l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li għandhom jiddikjaraw il-preferenza tagħhom).

5.   Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri

6.   Il-kontroll intern

Is-servizz ta’ verifika interna tal-Kummissjoni

7.   L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

15-il miljun euro

(14,2 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

49 (46) kariga prevista fil-pjan ta’ twaqqif,

li minnhom okkupati: 35 (34)

+ 23 (11) persunal ieħor (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati, persunal interim)

Total tal-Persunal: 72 (57)

responsabbli għall-kompiti li ġejjin

 

operazzjonali: 42 (31)

 

amministrattivi: 24 (21)

 

mħallta: 6 (5)

Raxen

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mis-27 punt fokali nazzjonali: 219 (245)

Għadd ta’ laqgħat: 1 (1)

Fralex

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mill-esperti legali: 201 (0)

Għadd ta’ laqgħat: 2 (0)

Rapporti dwar ir-Riċerka

 

Għadd ta’ rapporti: 6 (4)

 

Għadd ta’ laqgħat: 21 (6)

 

Rapporti annwali: 2 (2)

Affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ riċerka

Diversi pubblikazzjonijiet: 13 (15)

Koperazzjoni mal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet l-oħrajn

 

L-Istati Membri: 9 (7)

 

Il-Kummissjoni Ewropea: 17 (8)

 

Il-Parlament Ewropew: 6 (6)

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni 2 (1)

 

Il-Kunsill tal-Ewropa: 25 (4)

 

L-OSCE: 7 (5)

 

In-Nazzjonijiet Uniti: 6 (2)

 

Laqgħat oħra u Round Tables: 18 (23)

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2009 tal-Aġenzija jiddefenixxi l-objettivi ta’ S.M.A.R.T. skont l-attività, u għaldaqstant l-approċċ tal-Maniġment li jimxi Skont l-Attività tjieb.

Barra minn hekk, f’nofs l-2009, l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tas-softwer tal-Baġit Skont l-Attività li ser jipprovdi indikaturi ċari fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati.


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-24 ta’ April 2009 u rċevuti mill-Qorti fil- 5 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.fra.europa.eu/fraWebsite/home/home_en.htm


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/16


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/04

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

17

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

17

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

18

Tabella…

19

Ir-risposti tal-Aġenzija

20

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Heraklion, ġiet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Komunità li tevita u tirrispondi għall-problemi ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Komunità (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 8,4 miljun euro, meta mqabbel ma’ 8,3 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 58 meta mqabbel ma’ 56 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għall-perijodu 2005-1007, il-VAT imħallsa mill-Aġenzija u li għad trid tiġi rkuprata mill-Istat Membru li jospitaha ammontat għal madwar 45 000 euro. Minkejja l-isforzi konsiderevoli li saru mill-Aġenzija sa mill-2005, s’issa għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni għar-rimborż ta’ dan l-ammont mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa.

14.

Fi proċedura ta’ akkwist minnhom (12), għal kuntratt qafas ta’ servizz ta’ tliet snin, il-bżonnijiet kienu sottovalutati u l-baġit disponibbli għan-nefqa tas-sena kollha ntefaq fi żmien sitt xhur. Sottovalutazzjoni tal-baġits tal-akkwisti tikkostitwixxi ostakli għall-kompetizzjoni ġusta minħabba li d-ditti għandhom anqas tendenza li jippreżentaw offerti għal ammonti limitati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (Heraklion)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja

Kompetenzi tal-Aġenzija -Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija l-2008

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, bi ftehim komuni, adottaw dikjarazzjoni dwar it-twaqqif ta’ Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni. L-Aġenzija għandha topera bħala punt ta’ referenza u toħloq kunfidenza permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-parir li hija tagħti u l-informazzjoni li tqassam, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u tal-metodi li bihom topera, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Frar 2004, meħuda fuq bażi tal-Artikolu 251 tat-Trattat).

Objettivi

L-Aġenzija ssaħħaħ il-kapaċità tal-Komunità, tal-Istati Membri u tal-komunità tan-negozju sabiex jevitaw, jindirizzaw u jirrispondu għall-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

L-Aġenzija tipprovdi assistenza u tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tan-netwerks u mal-informazzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħha.

L-Aġenzija tiżviluppa livell għoli ta’ kompetenza u tuża din il-kompetenza biex tistimula koperazzjoni wiesgħa bejn l-atturi mis-setturi pubbliċi u privati.

L-Aġenzija tassisti l-Kummissjoni, meta tkun mitluba, biex tiżviluppa l-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Kompiti

L-Aġenzija:

(a)

tiġbor l-informazzjoni fuq riskji kurrenti u emerġenti li jistgħu jipproduċu impatt fuq in-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b)

tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-korpi Ewropej jew korpi nazzjonali kompetenti b’pariri u assistenza;

(c)

issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-atturi f’dan il-qasam;

(d)

tiffaċilita l-koperazzjoni fuq metodoloġiji komuni sabiex jindirizzaw kwistjonjiet relatati mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(e)

tikkontribwixxi sabiex tqajjem kuxjenza fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni għall-utenti kollha;

(f)

tassisti l-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet mal-industrija;

(g)

timmonitorja l-istandards;

(h)

tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar ir-riċerka fil-qasam tan-netwerk u l-informazzjoni;

(i)

tippromwovi l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju, dwar soluzzjonijiet ta’ prevenzjoni;

(j)

tikkontribwixxi għall-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

1 –   Il-Bord ta’ Tmexxija

1.

Huwa kompost minn rappreżentant minn kull Stat Membru, tliet rappreżentanti maħturin mill-Kummissjoni u tliet rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, kull wieħed minnhom jirrappreżenta lill-gruppi li ġejjin:

(a)

l-industrija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(b)

gruppi tal-konsumaturi;

(c)

esperti akkademiċi.

2.

Il-membri tal-Bord jistgħu jkunu sostitwiti b’alterni.

2 –   Id-Direttur Eżekuttiv

1.

L-Aġenzija hija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li huwa indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

2.

Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur għal mandat ta’ mhux aktar minn ħames snin.

3 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 –   Verifika interna

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni.

5 –   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

8,4 (8,3) miljun euro

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

44 (44) kariga skont il-pjan ta’ stabbiliment. Karigi okkupati 39 (42);

Karigi oħra: 12 (11) Persunal Kuntrattwali, 5 (2) Esperti Nazzjonali Ssekondati, 2 (2) Apprentisti.

Total tal-Persunal: 58 (56)

 

operazzjonali: 38 (31)

 

amministrattivi u politika: 20 (25)

Titjib tal-flessibbiltà fin-netwerks Ewropej tal-e-Komunikazzjoni

Inventarju tal-politika tal-Istati Membri u analiżi tas-sejbiet; linji gwida dwar il-prattika t-tajba; inventarju tal-miżuri, teknoloġiji u standards tal-fornituri li jtejbu l-flessibbiltà tal-komunikazzjoni pubblika; Analiżi tal-karatteristiċi tal-flessibbiltà tal-komunikazzjoni pubblika u Xenarji ta’ Kostruzzjoni

Żvilupp u żamma tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri

Mudelli ta’ koperazzjoni permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità komunitarja, konferenzi eċċ; pjattaforma ta’ koperazzjoni għall-komunità li tqajjem kuxjenza; qsim tal-prattika t-tajba għall-komunitajiet CERT; sostenn għall-adozzjoni ta’ eIDs interoperabbli; senserija ta’ NIS.

Identifikazzjoni ta’ riskji emerġenti għall-ħolqien ta’ fiduċja u kunfidenza

Qafas biex dawk li jieħdu d-deċizjonijiet ikunu jistgħu jevalwaw aħjar ir-riskji emerġenti li ġejjin minn teknoloġiji ġodda; kapaċità Ewropea għall-evalwazzjoni ta’ riskji emerġenti; djalogu bejn id-diversi partijiet interessati b’persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet kemm mis-settur pubbliku u kif ukoll minn dak privat; dokumenti li jadottaw pożizzjoni (position papers) dwar riskji emerġenti li ġejjin minn teknoloġiji ġodda.

Il-bini ta’ kunfidenza fl-informazzjoni minn intrapriżi żgħar:

Analiżi tal-bżonnijiet tal-intrapriżi ż-żgħar; Il-pilotaġġ tal-evalwazzjoni tar-riskju ta’ ENISA fuq l-intrapriżi żgħar.

Talbiet għal assistenza:

Reazzjonijiet għal ħames talbiet għal assistenza (l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Parlament Ewropew).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija ser tkompli tieħu l-miżuri kollha possibbli sabiex issolvi din il-kwistjoni.

14.

L-istima tal-baġit għal dan il-proġett partikolari saret fi żmien meta t-ternover tal-Aġenzija kien pjuttost baxx. L-istima saret bl-assunzjoni li meta l-Aġenzija tkun lesta mir-reklutaġġ, numru limitat ta’ aġenti interim ikunu jinħtieġu, jekk ikun hemm bżonn. Dan il-ħsieb ma kienx korrett sal-aħħar minħabba t-ternover qawwi kontinwu tal-persunal. L-Aġenzija ilha tissorvelja l-konsum attwali f’dan il-kuntratt u b’riżultat ta’ dan ħarġet sejħa ġdida għall-offerti fit-tielet kwart tal-2009.


(1)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 80).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-17 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.enisa.europa.eu/about-enisa/accounting-finance.

(12)  Kuntratt qafas ta’ servizz għal proviżjoni ta’ persunal temporanju interim (175 000 euro fuq tliet snin) filwaqt li abbażi tan-nefqa effettiva matul l-ewwel sitt xhur, il-valur totali tal-kuntratt fuq tliet snin jista’ jiġi stmat għal 1 050 000 euro.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/21


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/05

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

22

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI…

3-12

22

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

23

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

15-16

23

Tabella…

24

Ir-risposti tal-Aġenzija

26

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Köln, kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li żżomm livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tiżgura l-iżvilupp xieraq ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u li tipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti aeronawtiċi (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 102 miljun euro meta mqabbel mat-72 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd tal-persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 442 meta mqabbel mat-362 tas-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Livell għoli ta’ approprijazzjonijiet kienu miġjuba ’l quddiem għall-2009. Dawn huma prinċipalment nefqa operattiva (’il fuq minn 53 miljun euro) u minħabba r-raġunijiet li ġejjin: id-dħul assenjat akkumulat (provvediment) għan-nefqa ffinanzjata minn drittijiet u ħlasijiet (29,5 miljun euro), dewmien fl-iffatturar mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni mogħtija ’l barra u dewmien ieħor fl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-intrapriża. Din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità.

14.

Fl-ewwel baġit ta’ emenda tagħha, l-Aġenzija ttrasferiet madwar 6,6 miljun euro (15 %) tan-nefqa relatata mal-persunal għan-nefqa operazzjonali sabiex tiffinanzja spejjeż addizzjonali għas-sistema ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-intrapriża (4,3 miljun euro) u n-nefqa ogħla ta' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni mibgħuta 'l barra. Il-livell sinifikanti ta’ trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet tal-persunal għal nefqa operazzjonali jindika ppjanar mhux realistiku tar-reklutaġġ kif ukoll nuqqasijiet fl-ibbaġitjar u s-sorveljanza tas-sistema ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-intrapriża.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

15.

Ir-regolament dwar id-drittijiet u l-ħlasijiet il-ġodda (12) kien applikat b’mod sħiħ fl-2008. Skont il-kontijiet analitiċi tal-Aġenzija, ir-riżultat ekonomiku tal-2008 għal kompiti ta’ ċertifikazzjoni ammonta għal kważi 10 miljun euro. Dan jindika li s-sistema tad-drittijiet annwali b’rata fissa ġġenerat dħul li huwa ’l fuq min-nefqa reali b’mod sinifikanti. L-Aġenzija għandha tanalizza dan l-iżvilupp u tistabbilixxi sistema ta’ sorveljanza fil-livell tal-proġetti ta’ ċertifikazzjoni biex tiżgura li, matul iż-żmien kollu li jieħu l-proġett, id-drittijiet imposti ma jvarjawx min-nefqa reali b’mod sinifikanti.

16.

Il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija tal-2008 għal kull attività prinċipali jelenka l-azzjonijiet ippjanati, l-objettivi ta' prijorità u l-indikaturi. Ħafna drabi l-azzjonijiet la huma deskritti b’tali mod biex ikunu jistgħu jitkejlu u lanqas mhuma marbuta b’mod ċar mal-objettivi. L-objettivi u l-indikaturi huma prinċipalment orjentati lejn il-prodotti u ħafna drabi ma jistgħux jitkejlu. Din is-sitwazzjoni toħloq diffikultajiet biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u biex jiġi sorveljat il-progress f’kull livell ta’ attività. Sabiex ikollha tmexxija kompletament ibbażata fuq l-attività li tippermettilha titjib kontinwu fl-allokazzjoni tar-riżorsi u fis-sorveljanza tal-prestazzjoni, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi objettivi preċiżi u li jistgħu jitkejlu flimkien ma’ indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u għandha tippromwovi l-kisba tar-riżultati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (Köln)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u Servizzi

Politika komuni tat-trasport:

Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi jekk, safejn u b'liema proċedura, dispożizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu adottati għat-traffiku fil-baħar u bl-ajru.

(L-Artikolu 80 tat-Trattat)

Objettivi

Iżżomm livell uniformi għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u tiżgura l-funzjoni u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

Miżuri li jridu jiġu adottati mill-Aġenzija:

Toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni;

Toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, inklużi kodiċi ta' sigurtà tal-avjazzjoni u mezzi aċċettabbli ta' konformità, u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;

Tieħu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tan-navigabbiltà u ambjentali, iċ-ċertifikazzjoni tal-piloti, iċ-ċertifikazzjoni ta' operazzjoni fl-ajru, operaturi tal-pajjiżi terzi, l-ispezzjonijiet tal-Istati Membri u l-investigazzjoni tal-intrapriżi;

Twettaq spezzjonijiet standardizzati tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

1 -   Il-Bord ta’ Tmexxija

jikkonsisti f'rappreżentant minn kull Stat Membru u rappreżentant mill-Kummissjoni, iwaqqaf korp ta' konsulenza tal- partijiet interessati.

2 -   Id-Direttur Eżekuttiv

imexxi l-Aġenżija u huwa maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3 -   Il-Bord tal-Appell

jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija rigward xi aspetti bħal ċertifikazzjoni, drittijiet, ħlasijiet u kontrolli fl-intrapriżi.

4 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

5 -   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

Baġit totali: 100,9 (85,3) miljun euro, inkluż:

 

Dħul minn drittijiet u ħlasijiet: 67,2 (55,8) miljun euro (67 %)

 

Sussidju Komunitarju: 30 (26,5) miljun euro (30 %)

 

Kontribuzzjoni minn Pajjiżi Terzi (inkluża kontribuzzjoni mill-EFTA u l-Iżvizzera): 1,4 (1,4) miljun euro

Persunal fil-31.12.2008:

 

452 persunal temporanju fil-pjan ta’ stabbiliment.

 

karigi okkupati: 403 (333)

 

persunal ieħor: 39, persunal kuntrattwali 37, esperti nazzjonali ssekondati 1, konsulent speċjali 1

Total tal-persunal temporanju: 403

iffinanzjati mis-sussidju: 158

iffinanzjati bid-drittijiet: 245

Opinjonijiet

6 Opinjonijiet dwar emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 216/2008, (KE) Nru 1702/2003 u (KE) Nru 2042/2003

Deċiżjonijiet dwar it-twaqqif tar-regoli

11-il Deċiżjoni relatata maċ-ċertifikazzjoni: Speċifikazzjonijiet (7) u Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida (4)

Koperazzjoni internazzjonali

18-il Arranġament ta’ ħidma maċ-CAAC-iċ-Ċina (15), il-GACA/l-Arabja Sawdita (1), il-CAAS/Singapor (1) u il-CASA/l-Awstralja (1).

Modifikazzjoni waħda għal-Arranġament ta’ Ħidma bejn il-JCAB/il-Ġapan u l-EASA.

2 Proċeduri ta’ Implimentazzjoni lill-Arranġament ta' Ħidma bejn l-IAC-AR u l-EASA.

Proċedura ta’ Implimentazzjoni waħda lill-Arranġament ta’ Ħidma bejn il-GCAA/UAE u l-EASA.

Memorandum ta’ Ftehim wieħed maċ-CAA l-Pakistan.

Deċiżjonijiet ta’ Ċertifikazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2008

 

Ċertifikati tat-Tip (TCs): 8

 

Ċertifikati ta' tip supplimentari (STCs): 764

 

Direttivi dwar in-navigabbiltà fl-ajru (Ads): 216

 

Metodu Alternattiv ta’ Konformità (AMOC): 84

 

European Technical Standard Order Authorisation (L-Awtorizzazzjoni Ewropea dwar l-Ordni tal-Istandards Tekniċi) (ETSOA): 281

 

Tibdil kbir: 932

 

Tibdil żgħir: 2 241

 

Tiswijiet kbar: 82

Deċiżjonijiet ta’ Ċertifikazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2008 (ikomplu)

 

Tiswijiet żgħar: 148

 

Il-Manwal tat-Titjir tal-Ajruplan (AFM): 468

 

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir (PTF): 296

 

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-Iddisinjar: 509

 

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (bilaterali) (13): 1 372

 

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (barranin) (13): 233

 

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-Manutenzjoni (13): 28

 

Approvazzjoni tal-Manifattura (13): 20

Ispezzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni (numru ta' pajjiżi skont it-tip) fil-31 ta’ Diċembru 2008

 

Fil-qasam tal-Manutenzjoni (CAW): 27

 

Fil-qasam tal-Produzzjoni (IAW): 12

Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

Partita 13

Kif ġie osservat mill-Qorti, il-biċċa l-kbira tal-impennji u l-approprjazzjonijiet li kienu miġjuba ‘l quddiem, li huma inerenti maċ-ċiklu kummerċjali tal-Aġenzija, jikkorrispondu għall-ħlasijiet bil-quddiem li waslu mill-applikanti u dewmien fl-iffatturar mill-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni. L-impenji li kienu miġjuba ‘l quddiem li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-intrapriża (ERP) jirriżultaw minn dewmien fl-iffirmar tal-kuntratt għas-servizz.

Partita 14

It-trasferiment irriżulta minħabba diffikultà ikbar minn dik mistennija fir-reklutaġġ ta’ persunal b’għarfien espert speċifiku li dewwem il-proċess tal-internalizzazzjoni ta’ kompiti ta’ ċertifikazzjoni, għadd ta’ riżenji u numru kbir ta’ applikanti interni li rnexxew fi proċessi esterni ta’ reklutaġġ (madwar 25) li nbdew fl-2008. Min-naħa l-oħra, kien hemm il-ħtieġa għal fondi addizzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ppjanar tar-riżorsi tal-intrapriża (ERP).

Partita 15

Din hi l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni bir-regolament dwar id-drittijiet u l-ħlasijiet il-ġodda. L-Aġenzija tkompli twettaq analiżi fid-dettall dwar ir-raġunijiet oġġettivi li jispjegaw l-eċċess sinifikanti, bħal ammont kbir ta’ sahra għax-xogħol ta’ Ċertifikazzjoni li ma tqiesx bħala nefqa fis-sistema tal-kontijiet. Din l-analiżi se tkun il-bażi ta’ reviżjoni eventwali tas-sistema ta’ spejjeż mal-Kummissjoni u l-Industrija.

Partita 16

L-Aġenzija qiegħda fil-proċess li tikseb ċertifikazzjoni mis-sistema ISO9001:2008 u li parti minnha hija l-iżvilupp ta’ objettivi u indikaturi ewlenin ta’ rendiment (KPIs), li l-kwalità tagħhom tjiebet fil-programm ta’ ħidma tal-2010. Il-valutazzjoni ta’ dawn l-objettivi u l-użu ta’ indikaturi ewlenin ta’ rendiment (KPIs) ser ikunu appoġġati mill-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni iktar robusta, jiġifieri s-sistema ta’ ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriża.


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-affarijiet oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 80).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma integrati fil-fatt fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-18 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.easa.europa.eu

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31.5.2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni.

(13)  L-organizzazzjoni tal-attività ta’ approvazzjoni hija suddiviża f’attività ta’ sorveljanza prinċipali ta’ organizzazzjonijiet diġà approvati (b’tiġdid kull 2/3 snin) u f’attività marbuta mal-approvazzjonijiet il-ġodda. Id-data mogħtija tikkonċerna l-għadd totali ta’ approvazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2008.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/27


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/06

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

28

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

28

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-15

29

Tabella…

30

Ir-risposti tal-Aġenzija

32

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Londra, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta’ Lulju 1993, li ġie sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 (1). L-Aġenzija topera permezz ta’ netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-evalwazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 182,9 miljun euro meta mqabbel ma’ 163,1 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 587 meta mqabbel ma’ 518 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Mill-approprijazzjonijiet tal-baġit, 36 miljun euro kienu miġjuba ’l quddiem u 9,7 miljun euro ġew annullati. Bħal fis-snin ta’ qabel, il-livell għoli ta’ ammonti miġjuba ’l quddiem għan-nefqa amministrattiva – 21,4 miljun euro – kien prinċipalment minħabba nefqa tal-IT għal programm għar-regolazzjoni tal-prodotti mediċinali (12). Din Is-sitwazzjoni kienet hekk għal numru ta’ snin u ma tikkonformax mal-prinċipju tal-annwalità. L-Aġenzija għandha tieħu l-passi xierqa biex tindirizza dan in-nuqqas.

14.

L-Aġenzija għandha fis-seħħ, u ilha tuża għal żmien twil, politika li tidħol f’kuntratt ta’ kambju barrani futur għas-sena finanzjarja ta’ wara sabiex tipproteġi parti (50 %) mill-baġit amministrattiv tagħha minn tibdil mhux favorevoli fir-rata tal-kambju għall-isterlina (13). Peress li r-rata ta’ għeluq tal-2008 tal-isterlina li ntużat biex jiġu ppreparati r-rendikonti finanzjarji kienet ħafna għola milli mistenni meta sar il-kuntratt (f’Awwissu 2008), l-Aġenzija rreġistrat ċaqliq negattiv fil-valur ġust ta’ 8,7 miljun euro fil-kont tal-kapital tagħha. L-Aġenzija għandha tikkunsidra li tevalwa il-politika tagħha mill-ġdid fid-dawl tar-riskji mġarrba.

15.

Bħas-sena l-oħra (14), il-verifika tal-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti wriet nuqqasijiet: metodi ta’ evalwazzjoni mhux xierqa għall-kriterji tal-prezz (15), ġustifikazzjoni insuffiċjenti tal-proċeduri magħżula (16) u nuqqasijiet ta’ proċedura oħrajn (17). L-Aġenzija għandha timmira li ttejjeb il-kwalità tal-proċeduri tagħha ta’ akkwist pubbliku sabiex tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u Servizzi fl-2008

(Data għall-2007)

Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.

L-azzjoni tal-Komunità, li għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li tevita l-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. (...)

(L-Artikolu 152 tat-Trattat)

Objettivi

Tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jagħmlu disponibbli lill-Aġenzija għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-użu veterinarju;

Tipprovdi lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’parir xjentifiku dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew l-użu veterinarju.

Kompiti

Tikkoordina l-evalwazzjoni xjentifika ta’ prodotti mediċinali li huma soġġetti għal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal promozzjoni tal-Komunità.

Tikkoordina s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali li ġew awtorizzati ġol-Komunità (farmakoviġilanza).

Tagħti pariri dwar il-limiti massimi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jkunu aċċettati f’oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali.

Tikkoordina verifika tal-osservanza tal-prinċipji tajba ta’ manifattura, prattika tal-laboratorju tajba u prattika tal-klinika tajba.

Tirreġistra l-istat ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-promozzjoni ta’ prodotti mediċinali.

1 -

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu tal-Bniedem magħmul minn membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri fuq kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

2 -

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju magħmul minn membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri fuq kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji.

3 -

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni jikkonsisti f’membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri dwar kull mistoqsija li għandha x’taqsam mal-evalwazzjoni ta’ prodotti mediċinali orfni.

4 -

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali li ġejjin mill-Ħwawar huwa magħmul minn membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri dwar kull mistoqsija li għandha x’taqsam mal-evalwazzjoni ta’ prodotti mediċinali li ġejjin mill-ħwawar.

5 -

Il-Kumitat tal-Pedjatrija huwa magħmul minn membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, sitt membri u alterni li jirrappreżentaw professjonisti fil-kura tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, responsabbli mill-evalwazzjoni xjentifika u ftehim dwar pjanijiet investigattivi tal-pedjatrija u għas-sistema ta’ rinunzji u diferimenti ta’ dawn.

6 -

Il-Bord Amministrattiv huwa magħmul minn membru wieħed u altern wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, żewġ rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew, żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, rappreżentant mill-organizzazzjonijiet tat-tobba u rappreżentant mill-organizzazzjonijiet veterinarji. Il-Bord jadotta l-programm ta’ xogħol u r-rapport annwali.

7 -

Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

8 -

Verifika esterna il-Qorti tal-Awdituri, Is-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni.

9 -

Awtorità ta’ kwittanza il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

182,9 miljun euro (163,1 miljun euro)

Kontribuzzjoni Komunitarja (bl-esklużjoni tas-sussidju mill-mediċini orfni): 21,9 % (24,3 %)

Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

 

Karigi li hemm dispożizzjoni għalihom fil-pjan ta’ stabbiliment: 481 (441)

 

Karigi okkupati: 469 (422)

+118 (77) persunal ieħor (aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati, persunal tal-aġenzija tal-impjiegi)

Total tal-persunal:

587 (518)

Assenjati fil-kompiti li ġejjin:

 

Operazzjonali: 483 (444)

 

Amministrattivi: 104 (18) (74)

Prodotti Mediċinali għall-Użu tal-Bniedem

Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-promozzjoni: 103 (91)

Opinjonijiet favorevoli: 68 (58)

Żmien medju ta’ evalwazzjoni: 184 ġurnata (171 ġurnata)

Opinjonijiet wara l-awtorizzazzjoni: 2 122 (1 899)

Farmakoviġilanza (Rapporti CAP EEA u mhux EEA ADR): 193 587 rapport (150 188 rapport)

Rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sigurtà: 391 (313)

Parir xjentifiku finalizzat: 263 (215)

Proċeduri għar-rikonoxximent reċiproku: bdew 14 522(12 109); spiċċaw b’mod pożittiv 12 681(10 932)

Applikazzjonijiet għal pjanijiet ta’ investigazzjoni pedjatrika: 271 (85) fir-rigward ta’ 395 (202) indikazzjoni

Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju

Applikazzjonijiet ġodda: 13 (14)

Applikazzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam ma’ varjanti: 100 (100)

Spezzjonijiet: 253 (185)

Prodotti Mediċinali Orfni

Applikazzjonijiet: 119 (125)

Opinjonijiet favorevoli: 86 (97)

SMEs

Rikjesti għal status ta’ SME 242 (212)

Applikazzjonijiet għat-tnaqqis tal-miżata jew diferimenti 84 (81)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti. Huwa kkonfermat li r-raġuni ewlenija li għaliha ġew miġjuba l’ quddiem l-ammonti fil-qasam tal-IT hija għadd ta’ proġetti pan-Ewropej. L-Aġenzija se tagħmel kull sforz possibbli biex iżżomm iktar mal-prinċipju tal-annwalità.

14.

L-Aġenzija temmen li fit-tul, ikun prudenti li jiġi ġestit ir-riskju ta’ esponiment tal-munita. Aħna ħadna nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u grupp ta’ ġestjoni interna se jeżamina l-istrateġija tax-xiri kontra t-telf (hedging) li għandha ssegwi fl-2010 flimkien mal-bank tal-Aġenzija.

15.

L-Aġenzija tieħu nota ta’ dgħjufijiet osservati u ħadet passi biex ittejjeb l-implimentazzjoni u l-kontrolli li jiġu max-xiri pubbliku u l-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti.


(1)  ĠU L 214, 24.8.1993, p. 18 u ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, L-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, ġie mibdul għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.emea.europa.eu/htms/general/manager/ar.htm

(12)  Fil-każ ta’ kuntratt minnhom għas-servizzi tal-IT, 6,8 miljun euro ġew impenjati fi tmiem l-2008 u kważi l-ammont sħiħ inġieb ’il quddiem sabiex jintuża s-sena ta’ wara.

(13)  Ara n-nota 17 għar-Rendikonti Finanzjarji għas-sena finanzjarja 2008.

(14)  Ara l-paragrafu 8 tar-Rapport Annwali 2007 (ĠU C 311, 5.12.2008, p. 28).

(15)  Erba’ każijiet, b’valuri ta’ 2 miljun euro, 1,8 miljun euro, 0,6 miljun euro, 0,3 miljun euro.

(16)  Każ wieħed, b’valur ta’ 6,8 miljun euro.

(17)  Ħames każijiet, b’valuri ta’ 2 miljun euro, 6,8 miljun euro, 1,3 miljun euro, 2,4 miljun euro, 0,3 miljun euro.

(18)  Għall-2008, il-persunal amministrattiv ġie definit mill-ġdid u jinkludi s-setturi tal-verifika interna u dawk legali.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/33


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Kimika għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/07

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

34

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

34

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13-14

35

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

15

35

Tabella …

36

Ir-risposti tal-Aġenzija

37

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Helsinki, kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 (1). Il-kompiti priċinpali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kif ukoll il-moviment ħieles ta’ sustanzi, waħidhom, f’taħlitiet u f’oġġetti, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni ta’ perikli ta’ sustanzi (2). L-Aġenzija saret finanzjarjament indipendenti mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Jannar 2008.

2.

Il-Baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 66,4 miljun euro. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 244.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba fi frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawn l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-pagamenti baġitarji ammontaw għal 36,4 miljun euro, 54 % tal-ammont impenjat. L-attivitajiet operazzjonali b’mod partikolari kellhom dewmien minħabba diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT u n-nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat. Kienu mbassra approprijazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal 20 miljun euro għall-attivitajiet operazzjonali iżda 8,2 miljun euro minnhom kienu miġjuba ’l quddiem u 7,5 miljun euro kkanċellati. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità u tindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-attivitajiet tal-Aġenzija.

14.

Għal għadd sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet, li jammontaw għal aktar minn 0,4 miljun euro, in-nefqa ma kinitx koperta minn impenn baġitarju u fil-verità kienet irregolari. L-approprijazzjonijiet għall-pagamenti kienu miġjuba ’l quddiem bla bżonn fl-2009; fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet li għandhom ikunu implimentati fl-2009 (12) u f’każ minnhom, ma’ żball fl-evalwazzjoni ta’ impenn (13). Din is-sitwazzjoni tindika ħtieġa biex l-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri tagħha għas-segwitu tal-użu tal-approprijazzjonijet tagħha.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

15.

Id-Direttur tal-Aġenzija ħatar lilu nnifsu Chairman tal-bord ta’ għażla f’14-il proċedura tar-reklutaġġ. Minħabba l-prerogattivi tiegħu bħala Awtorità li Taħtar, ma kinitx garantita l-independenza (14) tal-membri l-oħra, ta’ dawn il-bordijiet ta’ għażla li huma aġenti temporanji subordinati lid-Direttur. Il-verifika ta’ tliet proċeduri wriet dgħufijiet fid-dokumentazzjoni li tagħti sommarju tax-xogħol tal-bordijiet ta’ għażla: partikolarment, nuqqas ta’ ġustifikazzjoni għad-deċiżjonijiet meħuda fil-bosta stadji tal-proċess ta’ għażla.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika (Helsinki)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati mit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolamenti (KE) 1907/2006 (ir-Regolament REACH) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008

(Il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija 2008

Prodotti u Servizzi mogħtija matul is-Sena Finanzjarja 2008

Il-bażi legali tar-regolament fondatur tal-ECHA, ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, hija

L-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

Objettivi

L-għan tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kif ukoll il-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni tal-perikli ta’ sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi fis-suq intern, filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni.

L-Aġenzija għandha rwol ċentrali fl-assigurazzjoni li l-leġiżlazzjoni fuq is-sustanzi kimiċi u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-bażijiet xjentifiċi tagħha għandhom kredibbiltà mal-partijiet interessati u l-pubbliku kollu. L-Aġenzija għandu jkollha wkoll irwol ċentrali fil-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni madwar dan ir-Regolament u fl-implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk il-kunfidenza li l-istituzzjonijiet Komunitarji, l-Istati Membri, il-pubbliku inġenerali u l-partijiet interessati għandhom fl-Aġenzija hija essenzjali. Għal din ir-raġuni, hija ta’ importanza kbira li jkunu żgurati l-indipendenza tagħha u l-kapaċitajiet għoljin ta’ natura xjentifika, teknika u regolatorja kif ukoll it-trasparenza u l-effiċjenza tagħha.

Kompiti

L-ECHA twaqqfet għall-għan tal-ġestjoni u, f’xi każijiet, it-twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament REACH u sabiex tiżgura l-konsistenza fil-livell Komunitarju b’relazzjoni ma’ dawn l-aspetti.

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità bl-aqwa pariri xjentifiċi u tekniċi possibbli dwar kwistjonijiet relatati ma’ sustanzi kimiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha u li huma riferuti lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH.

L-ECHA għandha wkoll kompiti dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ sustanzi kimiċi. Partikolarment, l-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità bl-aqwa pariri xjentifiċi u tipprovdi lill-industrija u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri bi gwida teknika u xjentifika.

1 -   Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni

Rappreżentant minn kull Stat Membru maħtur mill-Kunsill u mhux aktar minn sitt rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni, flimkien ma’ tliet individwi minn partijiet interessati mingħajr dritt tal-vot u, barra dawn, żewġ persuni indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew.

Kompitu

Prinċipalment l-adozzjoni tal-programm ta’ xogħol annwali u multiannwali, il-baġit finali, rapport ġenerali, regoli ta’ proċeduri interni u l-ħatra ta’ awtorità tad-dixxiplina fuq id-Direttur Eżekuttiv. Ukoll, il-ħatra ta’ Bord ta’ Appell u membri tal-Kumitat.

2 -   Direttur

L-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija.

3 -   Organi oħrajn: bosta Kumitati, il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar, is-Segretarjat u l-Bord ta’ Appell

4 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

5 -   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Baġit

66,4 miljun euro

Kontribuzzjoni komunitarja 62,6 miljun euro.

Dħul mit-tariffi 3,8 miljun euro.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

220 kariga fil-pjan ta’ stabbiliment

Għadd ta’ karigi okkupati: 210

Persunal ieħor: 34

Aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal interim

Għadd totali tal-persunal: 244

Assenjati l-kompiti li ġejjin:

164 kompitu operazzjonali:

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 80

Xogħol ta’ preparazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet bħala Aġenzija ġdida fl-oqsma tar-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet u r-restrizzjonijiet, il-klassifikazzjoni u t-tikkettar u l-kumitati

Żvilupp tas-sistema REACH-IT u sistemi oħra tal-IT

Bini tas-sistemi amministrattivi u tal-ġestjoni

Għadd ta’ sustanzi reġistrati minn qabel: 150 000; 65 000 kumpanija ffirmaw

Għadd ta’ dossiers reġistrati: 1 460

Għadd ta’ mistoqsijiet imwieġba mill-helpdesk: 12 325

Għadd ta’ dokumenti tal-gwida ġodda maħruġa: 6

Għadd ta’ aġġornamenti tal-gwida maħruġa: 10

Lista ta’ kandidati: 15-il sustanza inkluża.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

Ref.: punt 13:

Bħall-infiq f’Aġenziji oħra tal-ECHA li kienu għadhom fil-bidu, l-ippjanar tal-ispejjeż kien diffiċli u l-implimentazzjoni tal-baġit li rriżultat għall-2008 mill-ECHA kienet suboptimali. Għall-ewwel sena ta’ indipendenza finanzjarja, il-Bord Amministrattiv qabel li jieħu f’idejh l-estimi tal-Kummissjoni għall-baġit tal-2008. Dawn l-estimi ġew żviluppati taħt livelli għolja ta’ nuqqas ta’ ċertezza u kienu meqjusa bħala siguri. Id-dħul fis-seħħ tal-operazzjoni mgħaġġel (1/6/2008) u n-numru estrem ta’ pre-reġistrazzjoni (2.7 miljun minflok il-132 000 mistennija) ħtieġu konċentrazzjoni ta’ riżorsi fuq din l-attività waħdiha, u dan affettwa l-infiq banda oħra. L-emfasi fl-2009 hija fuq it-titjib tal-ippjanar u l-monitoraġġ tar-riżorsi.

Ref.: punt 14:

L-Aġenzija taqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri. L-operazzjonijiet tal-aħħar tas-sena tal-2008 offrew sfida mhux ħażin minħabba n-nuqqas ta’ offerti finanzjarji fl-unitajiet operattivi u tekniċi, li f’ċerti każijiet irriżultaw f’dokumentazzjoni nieqsa jew in-nuqqas ta’ għeluq totali tal-operazzjonijiet sal-aħħar tas-sena. Attwalment, hemm personal adegwat lest u l-proċeduri finanzjarji kif ukoll il-kontrolli interni ġew riveduti u kkonsolidati. L-operazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fl-2009 ser jingħataw iktar attenzjoni.

Ref. punt 15:

Id-direttur ippresieda fuq 14-il bord ta’ għażla għal- maniġment u pożizzjonijiet oħra importanti fl-ewwel 3 kwarti tal-2008 minħabba li l-maniġment fis-seħħ f’dak il-punt kien qiegħed jaħdem fuq bażi ta’ interim. Il-parteċipazzjoni tad-Direttur fil-bord tal-għażla kienet ibbilanċjata minn valutazzjoni esterna tal-kandidati minn kumpanija ta’ konsultazzjoni indipendenti, l-inklużjoni ta’ osservatur mill-Bord Amministrattiv u l-fatt li diversi membri tal-bord tal-għażla kienu ssekondati mill-Kummissjoni. Għall-futur, l-Aġenzija ddeċidiet li d-Direttur ma jiħux sehem iktar fix-xogħol tal-bordijiet tal-għażla. Barra dan, hemm fis-seħħ gwida biex tgħin lil- bord tal-għażla fix-xogħol, partikolarment fuq il-bżonn li jiġġustifikaw d-deċiżjonijiet meħuda.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti deskrizzjoni tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://echa.europa.eu/publications/annual_accounts_en.asp

(12)  Erba’ każijiet ta’ valur approssimattiv totali ta’ madwar 576 000 euro.

(13)  Valur 100 000 euro.

(14)  L-Artikolu 11 bis tar-Regolamenti tal-Persunal.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/38


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/08

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

39

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

39

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13-17

40

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

18

40

Tabella …

41

Ir-risposti tal-Aġenzija

42

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Varsavja, inħolqot mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (sostenn għall-koperazzjoni operazzjonali, assistenza teknika u operazzjonali, analiżi tar-riskju) (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 71,2 miljun euro meta mqabbel ma’ 42,2 miljun euro tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta' persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 185 meta mqabbel ma’ 132 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Fl-2008, il-baġit żdied b’29 miljun euro, kważi 69 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Meta wieħed jikkunsidra l-fatt li ammont ekwivalenti ta’ approprijazzjonijiet (30,3 miljun euro) kellu jkun miġjub ’il quddiem u li approprijazzjonijiet ta’ 13-il miljun euro kellhom ikunu kkanċellati, l-Aġenzija ma kellhiex il-kapaċità li tlaħħaq ma’ żieda daqstant sinifikanti fil-baġit tagħha.

14.

Fost is-26,8 miljun euro ta’ impenji għan-nefqa operazzjonali (it-titolu III) miġjuba ’l quddiem, 0,85 miljun euro kellhom x’jaqsmu ma’ operazzjonijiet skaduti li kien imisshom ġew magħluqa.

15.

Tħallsu aktar minn 17-il miljun euro fl-2008 abbażi ta’ deċiżjonijiet dwar għotjiet unilaterali ffirmati mill-Aġenzija biss. Dan it-tip ta’ strument ma kienx previst, fir-regoli fis-seħħ għall-Aġenziji. L-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (12) jitlob li l-għotjiet għandhom ikunu koperti bi ftehimiet bil-miktub bejn l-Aġenzija u l-benefiċjarju. Barra minn hekk, dawn id-deċiżjonijiet kienu ta’ sikwit iffirmati mill-Aġenzija wara li l-attivitajiet ikunu bdew jew saħansitra tlestew.

16.

Ittieħdu impenji legali qabel l-impenji baġitarji korrispondenti. Sa tmiem is-sena 49 impenn ex-post  (13) kienu rreġistrati fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet. Dan l-għadd kbir ta’ eċċezzjonijiet juri problema rikorrenti fis-sistema tal-impenji tal-Aġenzija.

17.

Ir-regoli implementattivi tar-Regoli tal-Persunal għadhom ma ġewx adottati. Għall-proċeduri tar-reklutaġġ ivverifikati, il-kriterji tal-għażla u l-limiti tal-punteġġ biex wieħed jgħaddi għall-istadju li jmiss tal-proċess tal-għażla ma kinux ġew deċiżi qabel il-bidu tal-proċess ta’ evalwazzjoni u l-fajls tar-reklutaġġ ma kinux dejjem kompleti. Din is-sitwazzjoni ma żguratx proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

18.

L-Aġenzija ma ħejjitx programm tax-xogħol multiannwali u l-programm tax-xogħol annwali tagħha ma kienx jikkorrispondi mal-baġit tagħha. Modifikazzjonijiet fil-baġit twettqu mingħajr ma saret reviżjoni simultanja tal-programm ta’ xogħol anke meta l-impatt kien sinifikanti. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ bbaġitjar ibbażata fuq l-attività kieku tagħmilha aktar faċli li tiġi stabbilita rabta ċara bejn il-programm ta’ xogħol u l-previżjonijiet finanzjarji.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (Varsavja)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004

Tmexxija

Riżorsi disponsibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

Il-politika Komunitarja f’dan il-qasam timmira li tiżviluppa standards u proċeduri komuni fit-twettiq ta’ kontrolli fuq persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; barra dan, għandhom jittieħdu miżuri biex tkun żgurata l-koperazzjoni bejn id-dipartimenti rilevanti tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b’dan it-Titolu, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(L-Artikoli 62(2)(a) u 66 tat-Trattat)

Objettivi

Il-Frontex ġiet stabbilita bl-intenzjoni li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE.

Il-Frontex għandha:

(a)

Tiffaċilita u tagħmel aktar effettiva l-applikazzjoni ta’ miżuri Komunitarji eżistenti u futuri relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(b)

Tiżgura l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, għalhekk tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll fuq persuni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

(c)

Tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għajnuna teknika u l-abbiltà neċessarja fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Kompiti prinċipali

(1)

tikkoordina l-koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(2)

tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardjani tal-fruntieri nazzjonali u tistabbilixxi standards ta’ taħriġ komuni;

(3)

twettaq analiżi tar-riskju;

(4)

ssegwi l-iżvilupp tar-riċerka fil-kontroll u s-sorveljanza;

(5)

tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali;

(6)

tipprovdi lill-Istati Membri bis-sostenn neċessarju fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti.

1 –   Bord ta’ Ġestjoni

Kompożizzjoni:

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru;

żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant wieħed għal kull pajjiż assoċjat fix-Schengen (in-Norveġja, l-Islanda) bi dritt limitat għal vot.

2 –   Direttur Eżekuttiv

Maħtur, fuq proposta tal-Kummissjoni, mill-Bord ta’ Ġestjoni.

3 –   Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

4 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

71,2 miljun euro (42,2 miljun euro);

Kontribuzzjoni Komunitarja: 68,0 miljun euro - (41 miljun euro)

Għadd tal-Persunal fil-31 ta' Diċembru 2008

Pjan ta’ Stabbiliment 94 (49)

Okkupati: 75 (48)

Karigi oħra:

Persunal kuntrattwali ppjanat 50 (20)

Persunal kuntrattwali okkupat 44 (18)

Esperti nazzjonali ssekondati ppjanati: 70 (67)

Esperti nazzjonali ssekondati okkupati: 66 (61)

Għadd totali tal-persunal: 185 (132)

Assenjati fid-dmirijiet li ġejjin:

operazzjonali: 112 (103)

amministrattivi: 73 (29)

L-Analiżi tar-Riskju pproduċiet evalwazzjonijiet, rapporti ta’ kull tliet xhur, evalwazzjonijiet ta’ kull ġimgħa, sommarji, noti u dokumenti oħrajn ta’ informazzjoni.

Mil-lat tal-Koperazzjoni Operazzjonali, 30 operazzjoni konġunta u 10 operazzjonijiet ta’ ritorn kienu organizzati. Tnedew seba’ proġetti pilota.

It-Taħriġ issokta b’192 attività fejn kienu involuti 3 200 gwardjan tal-fruntiera.

L-attivitajiet għar-Riċerka u l-Iżvilupp ipproduċew rapporti, bulletini, studji, 48 konferenza u nbdew 6 proġetti.

Il-Koperazzjoni ma’ pajjiżi mhux fl-UE kienet tinkludi l-konklużjoni ta’ arranġamenti ta’ xogħol mal-Albanija, is-Serbja, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Brażil, il-Kroazja, il-Moldova, Ġeorġja u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Kien iffirmat Pjan ta’ koperazzjoni mal-Federazzjoni tar-Russja.

Issuktat u ssaħħet il-koperazzjoni mal-EUROPOL u ma’ organizzazzjonijiet relevanti oħra u mal-Kummissjoni Ewropea.

Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Iż-żjieda ta’ 29 miljun euro ħalliet żmien limitat sabiex jiġu implimentati attivitajiet addizzjonali. Huwa mistenni progress sostanzjali fil-livell tal-użu ta’ approprijazzjonijiet fl-2009 u fis-snin li ġejjin.

14.

L-Aġenzija tieħu nota tal-kumment tal-Qorti. Saru korrezzjonijiet fir-rendikontijiet annwali tas-sena finanzjarja. L-Aġenzija ser tieħu wkoll miżuri addizzjonali sabiex issaħħaħ kontrolli fuq impenji li għandhom jinġiebu 'l quddiem.

15.

Ġie abbozzat ftehim ta' qafas ta' sħubija (FPA) b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet transkonfinali tal-Istati Membri. FPAs ġodda qed jiġu ffirmati mal-awtoritajiet transkonfinali kollha li ser jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti u koordinati tal-Frontex. Is-sistema l-ġdida hija mistennija li tidħol fis-seħħ sa nofs l-2009 ‘il quddiem. Jekk f’ċirkostanzi eċċezzjonali tiġi ffirmata għotja wara li jkunu bdew l-attivitajiet, din tiġi mniżżla fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet (ara punt 16).

16.

L-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tan-numru ta’ eċċezzjonijiet fl-2008 wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-eċċezzjonijiet reġistrati. Fil-perjodu minn Jannar sal-aħħar ta’ Mejju 2009, imqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, kien hemm tnaqqis ta’ 50 % fin-numru ta’ eċċezzjonijiet.

17.

L-adozzjoni ta’ Regoli ta’ Implimentazzjoni nieqsa tar-Regolament tal-Persunal ġiet stabbilita bħala għan prijoritarju għall-2009. Fl-aħħar tal-2009 Frontex għandu jkollha l-aktar regoli ta’ implimentazzjoni importanti għar-regolament tal-persunal adottat. Fl-2009 ġew meħuda azzjonijiet korrettivi rigward ir-reklutaġġ.

18.

Ir-Regolament tal-Frontex ma jipprevedix progamm multiannwali. Minkejja dan, f’Ġunju 2009, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Frontex ftiehem dwar Pjan Multiannwali għall-perjodu 2010-2013.

Barra minn dan, Frontex u l-Bord ta’ Tmexxija abbozzaw proposta għall-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi introdotta dispożizzjoni fir-regolament bażi rigward l-implimentazzjoni tal-Istrateġija/Pjan Multiannwali.

Saru sforzi addizzjonali sabiex tiġi assigurata konsistenza fost il-programm ta’ ħidma annwali, il-baġit u l-pjan ta’ twaqqif.


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-25 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.frontex.europa.eu/finance/

(12)  ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23.

(13)  B’valur totali ta’ aktar minn miljun euro.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/43


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/09

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1 - 2

44

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3 - 12

44

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

45

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

14

45

Tabella…

46

Ir-Risposti tal-Aġenzija

48

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Tessaloniki, ġiet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/96 (1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 (2). Meta twaqqfet fl-2000, l-Aġenzija kienet responsabbli mit-tmexxija tal-programmi ta’ għajnuna tal-UE fil-Kosovo. Aktar tard, il-mandat tagħha ġie estiż għas-Serbja u l-Montenegro u l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija kienu f’Tessaloniki u kellha ċentri ta’ ħidma f’Belgrad, Podgorika, Pristina u Skopje. Hija implimentat programmi biex tinkoraġġixxi l-bini tal-istituzzjonijiet u t-tmexxija tajba, biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq u l-infrastruttura essenzjali u biex tikkonsolida s-soċjetà ċivili (3). Il-mandat tagħha spiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008. Il-programmi li kienu għadhom għaddejjin ġew trasferiti lill-Kummissjoni matul is-sena (4). Wara l-31 ta’ Diċembru 2008 l-attiv li kien għad fadal tal-Aġenzija sar il-proprjetà tal-Kummissjoni (5).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 235 miljun euro meta mqabbel ma’ 250,2 miljun euro s-sena ta’ qabel. Għall-2008, l-Aġenzija ma kellhiex approprijazzjonijiet għal attivitajiet operazzjonali (it-titolu III); l-attivitajiet prinċipali tagħha kienu jikkonsistu fit-tlestija ta’ programmi ta’ implimentazzjoni mnedija fis-snin preċedenti. L-attivitajiet operazzjonali kollha ddelegati mill-Kummissjoni lill-Aġenzija ttieħdu lura mill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ Settembru u l-attivitajiet amministrattivi tal-Aġenzija waqfu kompletament fi tmiem is-sena.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (6) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (7) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (8) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (9).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (10). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (11) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (12) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (13). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha fil-verifika tar-riskji u inkluża l-evalwazzjoni ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali tal-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (14) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għotja ta’ 1 399 132 euro ngħatat direttament lil organizzazzjoni internazzjonali. L-ebda waħda mill-kundizzjonijiet formali meħtieġa għall-għoti ta’ għotja diretta ma kienet ssodisfata f’dan il-każ u għalhekk din hija irregolari. Il-pagament bil-quddiem marbut ma’ din l-għotja kien ta’ 532 594 euro.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Ħames proġetti vverifikati (15) kellhom x’jaqsmu mal-koperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn il-proġetti kienu l-ewwel evalwati minn evalwaturi lokali mbagħad ippreżentati lil Kumitat ta’ Evalwazzjoni li jieħu d-deċiżjoni jekk jagħżilhomx jew le. Għall-proġetti vverifikati, ma kienx hemm dokumentazzjoni jew evidenza dwar ir-raġunijiet għaliex il-kwistjonijiet imqajma mill-evalwaturi (16) dwar il-ġustifikazzjoni tal-baġit mitlub, l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji, is-sostenibilità tal-proġetti nfushom u l-konformità tal-objettivi tal-proġett ma ġewx ikkunsidrati mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. Minħabba f’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-rilevanza ta’ dawn il-proġetti kienet dubjuża fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (Tessaloniki)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija hekk kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2008

Il-Komunità għandha twettaq, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ koperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi. Tali miżuri għandhom ikunu kumplimentari ma’ dawk imwettqa mill-Istati Membri u konsistenti mal-politika tal-iżvilupp tal-Komunità.

(L-Artikolu 181a)

Objettivi

Tipprovdi assistenza tal-UE:

(i)

għar-rikostruzzjoni u r-ritorn tar-refuġjati u l-persuni mitlufa;

(ii)

biex tippromwovi amministrazzjoni tajba, istituzzjonijiet aktar b’saħħithom u r-regola tal-liġi;

(iii)

biex issostni l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq u investiment fl-infrastrutturi fiżiċi essenzjali u fil-miżuri ambjentali;

(iv)

biex issostni l-iżvilupp soċjali u tikkonsolida s-soċjetà ċivili.

Applikazzjoni

L-Aġenzija tmexxi l-programmi ta’ għajnuna prinċipali fil-Kosovo, fil-Montenegro, u fis-Serbja u fl-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-benefiċjarji jistgħu jinkludu Stati, korpi taħt l-amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, korpi federati reġjonali u lokali, korpi pubbliċi u kważi pubbliċi, iż-żewġ naħat tal-industrija, organizzazzjonijiet ta’ sostenn għan-negozju, koperattivi, kumpaniji reċiproċi, assoċjazzjonijiet tal-karità, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs).

Kompiti

Tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar bżonnijiet bi prijorità;

Tfassal programmi għar-rikostruzzjoni u r-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni mitlufa;

Tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex timplimenta l-assistenza Komunitarja.

1 -   Il-Bord Amministrattiv

Jinkludi rappreżentant minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u osservatur mill-Bank Ewropew għall-Investiment.

2 -   Id-Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni. Ċentri ta’ ħidma f’Belgrad, fi Pristina, f’Podgorika u fi Skopje bi grad għoli ta’ awtonomija fit-tmexxija.

3 -   Kontroll estern

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

236,5 miljun euro

(250,2 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

93 (108) Kariga ta’ Persunal Temporanju elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment

Karigi ta’ persunal temporanju okkupati: 61 (83)

Karigi oħra:

 

Persunal lokali: 158 (165) kariga li minnhom 32 (154) kienu okkupati.

 

Persunal kuntrattwali: 28 (29) kariga li minnhom 19 (27) kienu okkupati.

 

Total tal-persunal: 112 (264)

Responsabbli għal

Kompiti operazzjonali: 59 (163)

Kompiti amministrattivi: 53 (101)

 

IL-KOSOVO: a) It-treġġigħ lura tas-setgħa multisettorali lill-komunitajiet tar-Roma u assistenza ta’ żvilupp soċjo ekonomiku lill-komunitajiet minuri. b) Sostenn lis-Soċjetà Ċivili u lill-midja c) Sostenn istituzzjonali u politiku lill-ministeri tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni d) It-tisħiħ tal-korpi li jmexxu l-fruntieri u bini ta’ faċilitajiet għall-qsim tal-fruntieri e) Bini ta’ kapaċità tal-Aġenzija għall-Adeżjoni Ewropea f) Sostenn tad-deċentralizzazzjoni g) Abbozzar ta’ liġijiet dwar l-akkwist pubbliku, strateġiji tal-verifiki interni h) Assistenza lill-Ministeru tan-Negozju u lill-Industrija fuq l-iżvilupp tal-SMEs, promozzjoni tal-investiment, metroloġija u assistenza diretta lil negozji fuq skala żgħira għall-gruppi emarġinati i) Sostenn għall-Uffiċċju tal-istatistika tal-Kosovo, j) Sostenn lill-Ministeru tal-Agrikoltura k) Immaniġġjar sostenibbli tal-foresti l) Tnissil tal-bhejjem m) Żvilupp ta’ sistemi ta’ kontroll għas-sigurtà tal-ikel n) Sostenn għas-settur tal-enerġija inkluż netwerk ta’ trasmissjoni, sostenn lill-ministeru tal-enerġija, sostenn għall-Kumpanija tal-Elettriku tal-Kosovo, sostenn għall-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija, sostenn għall-forniment tal-faħam, ġbir tad-dħul, azzjonijiet ambjentali għall-mini tal-faħam o) Titjib ambjentali inklużi sostenn għall-faċilitajiet tal-ilma u tal-iskart u bini ta’ impjant għat-trattament tal-ilma p) Programm ta’ Taħriġ fuq l-Edukazzjoni Professjonali q) Sostenn għas-settur tat-trasport bi pjan u strateġija għal trasport b’diversi mezzi tat-trasport.

 

IS-SERBJA: a) Abbozzi ta’ liġijiet ta’ riforma fl-amministrazzjoni pubblika; b) Proviżjoni ta’ tagħmir lill-pulizija tal-fruntieri; c) Sostenn għaċ-Ċentri ta’ Detenzjoni tal-Minuri;d) Introduzzjoni ta’ pagament fuq kull ras fil-faċilitajiet statali tal-ċentri tal-kura prinċipali tas-saħħa; e) Sostenn għall-privatizzazzjoni; f) Sostenn għat-taħriġ tal-intrapriżi; g) Sostenn għall-implimentazzjoni tas-settur tas-self għall-edukazzjoni tal-BEI; h) Programmi ta’ żvilupp ekonomiku għall-ifqar muniċipalitajiet; i) Titjib tal-infrastruttura eżistenti bejn il-fruntieri u l-faċilitajiet fi Presevo; j) Rinnovazzjoni tal-infrastruttura muniċipali; k) Riforma tal-uffiċċju tal-istatistika; l) Sostenn għall-iffaċilitar tal-FDIs; m) Sostenn għall-gruppi vulnerabbli inklużi r-refuġjati u l-persuni mitlufa; n) Rinnovazzjoni u modernizzazzjoni tas-sistemi tas-Sħana Distrettwali; o) Installazzjoni ta’ skema ġdida tat-trasport u r-rimi tal-irmied għall-impjant tal-enerġija termali B Nikola Tesla.

 

IL-MONTENEGRO: a) Sostenn għall-integrazzjoni tar-refuġjat u l-IDP; b) Tisħiħ tal-maniġment ambjentali permezz ta’ riforma leġiżlattiva u xogħol ta’ titjib fuq l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi f’Podgorica u fl-ibliet kostali; c.) Titjib tal-infrastruttura tat-toroq fiż-żoni kostali; d) Assistenza għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika e) Tqassim/ristrutturar tal-faċilitajiet tal-elettriku, strateġija għal enerġija effiċjenti; f) Proviżjoni ta’ kompetenza maniġerjali lill-kumpaniji; g) Riforma fil-pulizija; h) Riforma fil-ħabsijiet; i) Holqien ta’ sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali; j) Immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd; k.) Assistenza fir-riformi ta’ inklużjoni soċjali permezz ta’ sostenn għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

 

L-EX-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA: a) Sostenn permezz ta’ ġemellaġġ fuq il-Ħasil tal-Flus, il-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata, l-Istatistika, il-Kwalità tal-Arja, il-Kontroll Finanzjarju; b) It-tlestija tat-twaqqif tas-Sistema Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni tal-Annimali; c) Inkoraġġiment tal-prestazzjoni tal-SMEs u l-Iżvilupp ta’ Fond għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani; d) Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-muniċipalitajiet biex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku bejn il-fruntieri u mal-istati membri tal-UE; e) Sostenn għall-eliminazzjoni ta’ żoni problematiċi industrijali, maniġġjar tal-ilma mormi muniċipali u maniġġjar ta’ skart li huwa riskjuż għas-saħħa; f) Bini ta’ kwartieri ġenerali amministrattivi għall-assoċjazzjoni tal-muniċipalitajiet; g) Sostenn għall-ipprogrammar tal-Istrument tal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u s-sejħa għall-offerti tiegħu; h) Sostenn għall-implimentazzjoni ta’ standards professjonali fl-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet; i) Elaborazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali għat-Trasport.

L-Aġenzija waqqfet l-attivitajiet kollha tagħha fil-31.12.2008 wara li ttrasferiet il-programmi tal-CARDS kollha lill-Kummissjoni.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Minħabba tħassir ta’ proġett mill-awtoritajiet Serbi, l-Aġenzija ġiet imġiegħla li talloka mill-ġdid b’mod rapidu l-fondi li kienu saru disponibbli. Sabiex jiġi evitat li dawn il-fondi jibqgħu mhux użati, bi ftehim mal-awtoritajiet Serbi, ġie deċiż li jiġi ffinanzjat proġett mal-Unicef skont l-għanijiet tal-Programm tal-KE għas-Serbja. Barraminhekk, fost l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa tat-tfal UNICEF kienet l-aktar preparata peress li kienet għada kemm ikkonkludiet valutazzjoni tal-proċess tat-tneħħija tal-istituzzjonalizzazzjoni f’dan il-qasam u għalhekk kienet l-aktar kapaċi li torganizza b’mod rapidu proġett ta’ kwalità.

14.

Skont ir-regoli fis-seħħ, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni li kien jinkludi l-Aġenzija u d-Delegazzjoni tal-KE, ma kienx marbut bl-opinjoni tal-assessuri u f’xi każijiet saħansitra ma qablitx mal-opinjoni tagħhom. F’dawn il-ħames każijiet, l-EAR u d-Delegazzjoni tal-KE kkunsidraw li l-opinjoni tal-assessuri ma kinitx ġustifikata.


(1)  ĠU L 204, 14.8.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 332, 30.11.2006, p. 18.

(3)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni PH/2008/657 tal-24.4.2008.

(5)  Il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni tas-17.12.2008.

(6)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(7)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(8)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(9)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(10)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(11)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(12)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(13)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(14)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fi Frar 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-9 ta’ Marzu 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu

(15)  Valur totali: 528 000 euro.

(16)  L-evalwaturi huma nominati mill-istrutturi ta’ ġestjoni konġunta stabbiliti biex imexxu l-programmi ta’ bejn il-fruntieri.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/49


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/10

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

50

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

50

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

51

Tabella…

52

Ir-risposti tal-Aġenzija

54

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Bilbao, kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u tqassam informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u Komunitarji involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 14,9 miljun euro, bejn wieħed u ieħor l-istess ammont tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 64 meta mqabbel mat-63 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għan-nefqa operazzjonali (it-Titolu III), l-Aġenzija ġabet ’il quddiem 3,4 miljun euro li minnhom madwar miljun euro kienu dwar impenji relatati kompletament mal-2009. Dawn l-ammonti miġjuba ’l quddiem artifiċjalment naqqsu r-riżultat tal-baġit bl-istess ammont u b’hekk naqqsu l-livell tal-pagamenti lura lill-Kummissjoni. Din is-sitwazzjoni ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-annwalità.

14.

Għal kuntratt ta’ qafas minnhom (12) li ta’ spiss intuża mill-Aġenzija, in-nefqa totali għall-2008 qabżet il-limitu ddikjarat fl-avviż tal-kuntratt b’200 000 euro. Il-kuntratt ta’ qafas kien mistenni li jkun validu bejn Marzu 2006 u Marzu 2010. L-użu ta’ kuntratt ta’ qafas ogħla mill-valur massimu tiegħu huwa irregolari. L-Aġenzija kien imissha nediet proċedura tal-akkwist pubbliku ġdida għal kuntratt ta’ qafas ġdid mill-aktar fis possibbli. Jekk l-ambitu ta’ kuntratt jinbidel b’mod sinifikanti matul it-twettiq tiegħu, kif kien il-każ hawnhekk, il-forniment jew is-servizzi involuti għandha terġa’ tinħareġ sejħa għall-offerti għalihom (l-aqwa prattika).

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill

(ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 tal-24 ta’ Ġunju 2005)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija matul l-2008

Dispożizzjonijiet Soċjali

ll-Komunità u l-Istati Membri(…) għandhom ikollhom bħala mira (…) titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib (…).

Bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 136, il-Komunità għandha ssostni u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma li gejjin:

(a)

titjib partikolarment fl-ambjent tax-xogħol biex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

(b)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol; (…)

(Siltiet mill-Artikoli 136 u 137 tat-Trattat)

Objettivi

Sabiex ikun imtejjeb l-ambjent tax-xogħol, f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema skont it-Trattat u strategiji Komunitarji suċċessivi u programmi ta’ azzjoni li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-korpi tal-Komunità, lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lil dawk involuti f’dan il-qasam bl-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika fil-qasam tas-sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Kompiti

Tiġbor, tanalizza u tqassam informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u Komunitarji u dwar ir-riċerka.

Tippromwovi l-koperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-programmi ta’ taħriġ.

Tforni lill-korpi Komunitarji u l-Istati Membri bl-informazzjoni li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw politika, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Tagħmel disponibbli informazzjoni dwar attivitajiet ta’ prevenzjoni.

Tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġiji u programmi ta’ azzjoni tal-Komunità

Twaqqaf netwerk li jkun fih punti fokali nazzjonali u ċentri tematiċi.

1 –   Kunsill Amministrattiv

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed tal-Gvern ta’ kull Stat Membru.

rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem ta’ kull Stat Membru.

rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ta’ kull Stat Membru.

3 rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Membri u membri alterni mill-ewwel tliet kategoriji għandhom jiġu maħtura mill-membri u mill-membri alterni tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Kompitu

Jadotta l-programm ta’ xogħol tal-Aġenzija, il-baġit u r-rapport ġenerali annwali tagħha.

2 –   Bureau

Kompożizzjoni

President u 3 viċi-Presidenti tal-Bord

Koordinaturi minn kull wieħed mit-tliet gruppi interessati

membru wieħed addizzjonali minn kull wieħed minn dawn il-gruppi u mill-Kummissjoni

Kompitu

Sorveljanza tat-tħejjija u s-segwitu tad-deċiżjonijiet tal-Bord

3 –   Id-Direttur

Maħtur mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni

4 –   Kumitati

Konsultazzjoni obbligatorja mal-Kummissjoni u tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-programm ta’ xogħol u l-bagit.

5 –   Verifika Interna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

6 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Bagit

14,9 miljun euro (14,9 miljun euro)

Inklużi:

sussidju Komunitarju, id-DĠ għall-Impjiegi: 96,5 % (93,8 %)

sussidju Komunitarju, id-DĠ għat-Tkabbir: 2,4 % (2,9 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

44 (42) kariga mniżżla fil-pjan ta’ twaqqif,

li minnhom imtlew il-karigi: 41 (38)

Karigi battala: 3 (4)

23 (25) kariga oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati u persunal lokali).

Persunal Totali: 64 (63)

assenjati għal

 

kompiti operazzjonali: 45 (47)

 

kompiti amministrattivi: 10 (9)

 

kompiti mħallta: 9 (7)

Osservatorju Ewropew tar-Riskji (ERO)

Tlestija tal-Fażijiet I u II tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intraprizi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER).

Pubblikazzjoni ta’ rapporti (mard tal-ġilda relatat max-xogħol u kxif tal-ġilda fuq l-impjieg, esponiment għall-vibrazzjoni).

Ġbir ta’ data fuq l-immaniġġar tal-iskart u fuq mard tan-nifs.

Informazzjoni dwar l-Ambjent tax-Xogħol

Ġbir ta’ data dwar studji ta’ każijiet ta’ prattika tajba u rabtiet ma’ fornituri ta’ informazzjoni dwar il-prattika tajba rigward it-trasport fit-toroq

Twaqqif ta’ netwerk ta’ organizzazzjonijiet Ewropej li jistgħu jagħtu inċentivi ekonomiċi tal-OSH

Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-prevenzjoni ta’ MSD

Pubblikazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-Kampanja għal Post tax-Xogħol b’Saħħtu 2008/09 (HWC)

Twaqqif ta’ database ta’ riżorsi għall-evalwazzjoni tar-riskji fuq il-websajt tal-Aġenzija għall-HWC 2008/09

Pubblikazzjonijiet ta’ materjali ta’ informazzjoni dwar il-prattika tajba għas-settur HORECA;

Sitt E-fatti fuq Ħaddiema li Jnaddfu

Estensjoni tat-taqsima tal-websajt tal-Aġenzija dwar il-prattika tajba, partikolarment fl-oqsma tal-Kostruzzjoni, il-Kura tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Aċċidenti

Sehem f’seminars, konferenzi u avvenimenti oħrajn.

Komunikazzjoni, twettiq ta’ Kampanji u Promozzjoni

Is-Summit “Ħaffef it-Tagħbija” – kampanja dwar il-problemi muskoluskeletali.

“Kampanja għal Post tax-Xogħol b’Saħħtu. Tajjeb għalik. Tajjeb għan-negozju” – kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskji.

Prodotti ta’ informazzjoni f’ilsna differenti fuq l-internet u stampata dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Monitoraġġ u evalwazzjoni: rapport ta’ evalwazzjoni ta’ kampanji Ewropej fuq ħaddiema żgħażagħ, problemi muskoluskeletali u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Ħidma bin-Netwerk u Koordinazzjoni

Aktar żvilupp tan-netwerk li jkun fih punti fokali

Kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali

Bini tal-kapaċità istituzzjonali fil-pajjiżi Kandidati u dawk Potenzjalment Kandidati

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tinnota l-kummenti tal-Qorti u ser ittejjeb il-monitoraġġ tagħha u l-ippjanar tan-nefqa operattiva biex jiġi evitat li jiġu impenjati fondi sinifikanti fl-aħħar tas-sena.

Għalkemm l-impenji u l-kuntratti speċifiċi msemmija kienu ffirmati lejn tmiem is-sena, il-proċess biex jispeċifika l-kuntratti li kienu ġew mibdija f'Lulju iżda l-kumplessitajiet tal-proġetti wasslu sabiex ħa ħafna aktar minn kemm oriġinarjament kien antiċipat biex jiffinalizzawhom. Dan irriżulta fil-carry-over sinifikanti li ġie enfasizzat mill-Qorti.

14.

Akkwist pubbliku għall-kuntratt ta’ qafas ġdid għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta' kampanji pubbliċi ġie mħejji u mniedi f'Lulju 2009.

Il-fatt li l-infiq annwali fuq il-kuntratt kurrenti żdied b'rati ogħla milli inizjalment kien previst huwa prinċipalment spjegat mill-ħtieġa li titwaqqaf skema ta’ sussidju permanenti (b′baġit annwali ta’ madwar 1 miljun ewro) għan-netwerk tal-Aġenzija ta' punti fokali fuq ir-rakkomandazzjoni tal-evalwaturi esterni u s-Servizz tal-Verifika Interna. L-użu ulterjuri ta’ dan il-kuntratt qafas kien element ewlieni fl-iskema ta' appoġġ alternattiv fis-seħħ fl-2008 sabiex tiġi sostiwita l-iskema ta’ sussidju mingħajr impatt ħażin fuq il-kapaċità tal-Aġenzija biex tmexxi kampanji pan-Ewropej.


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 tal-24 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-19 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-30 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://osha.europa.eu/en/about/finance

(12)  Il-kuntratt ta’ servizz qafas għall-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-kampanji pubbliċi (Valur previst totali: 6 miljun euro).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/55


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/11

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

56

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

56

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13-14

57

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

15

57

Tabella …

58

Ir-risposti tal-Aġenzija

59

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Liżbona, twaqqfet mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u tevalwa l-effettività tagħha (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 50,2 miljun euro meta mqabbel ma’ 48,2 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 211 meta mqabbel ma’ 179 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-proċeduri għall-preparazzjoni tal-baġit ma kinux rigorużi biżżejjed u wasslu għal għadd sinifikanti ta’ trasferimenti tal-baġit (12). Aktar minn 2 miljun euro f’approprijazzjonijiet għall-infiq fuq il-persunal ġew trasferiti fil-linji tal-baġit tan-nefqa amministrattiva bejn Ġunju u Novembru 2008. Dan ippermetta li l-ammont tal-approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem fl-2009 jiżdied u naqqas l-ammont li kellu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Barra dan, il-livell għoli ta’ annullamenti ta’ approprijazzjonijiet tal-pagament għal attivitajiet operattivi, 7,5 miljun euro, jindika nuqqasijiet fl-ippjanar u s-sorveljanza tagħhom.

14.

Bħal fl-2007 (13) twettqu impenji legali qabel ma twettqu l-impenji baġitarji korrispondenti (14).

KWISTJONIJIET OĦRAJN

15.

L-Aġenzija ma ppreparatx programm ta’ xogħol multiannwali li jiffissa indikaturi tal-prestazzjoni kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta’ xogħol annwali tagħha mhux relatat mal-baġit tal-impenji tagħha u fil-biċċa l-kbira jibbaża fuq previżjonijiet ta’ pagamenti. Modifikazzjonijiet tal-baġit jitwettqu mingħajr ma jsiru reviżjonijiet simultanji tal-programm ta’ xogħol anke meta dawn ikollhom impatt sinifikanti. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ baġitjar ibbażata fuq l-attività kieku tagħmilha aktar faċli li tiġi stabbilita rabta ċara bejn il-programm ta’ xogħol u l-previżjonijiet finanzjarji.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (Liżbona)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja stipulati mit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolamenti (KE) Nru 1644/2003 u (KE) Nru 724/2004

Tmexxija

Riżorsi magħmula disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u Servizzi mogħtija fl-2008

Il-politika tat-trasport komuni

“Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi jekk, safejn u b’liema proċedura dispożizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu adottati għat-traffiku fil-baħar u bl-ajru.”

(L-Artikolu 80 tat-Trattat)

Objettivi

Tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sigurtà marittima u prevenzjoni ta’ tniġġis mill-vapuri.

Tipprovdi assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam u tevalwa l-effettività tal-miżuri fis-seħħ.

Tintroduċi metodi operattivi biex tiġġieled it-tniġġis fl-ilmijiet Ewropej.

Kompiti

Tassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja u fl-implimentazzjoni tagħha.

Tissorvelja l-ħidma ġenerali tar-reġim Komunitarju ta' kontroll tal-port tal-Istat, li jista' jinkludi żjarat lill-Istati Membri.

Tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni għall-kontroll tal-port tal-Istat tal-vapuri.

Taħdem mal-Istati Membri fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi assistenza teknika relatata mal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja.

Tippromwovi koperazzjoni bejn Stati max-xatt tax-xmara fiż-żoni marittimi kkonċernati.

Tiżviluppa u topera kwalunkwe sistema neċessarja.

Tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' inċidenti marittimi.

Tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'informazzjoni affidabbli dwar is-sigurtà marittima u dwar it-tniġġis mill-vapuri.

Tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-insegwiment ta’ vapuri li jagħmlu skariki illegali.

Tissorvelja s-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-UE u toħroġ rapporti korrispondenti lill-Kummissjoni.

Tassisti lill-Kummissjoni bil-kontribut għall-kompiti relatati mad-Direttiva dwar it-tagħmir marittimu u fl-implimentazzjoni tagħhom.

Tipprovdi lill-Kummissjoni b’data dwar l-introduzzjoni tad-Direttiva dwar faċilitajiet għall-ilqugħ tal-iskart tal-vapuri fil-portijiet Ewropej.

1.   Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, mingħajr id-dritt li jivvutaw, mis-setturi professjonali kkonċernati.

Kompiti

Jadotta l-baġit u l-programm ta’ xogħol.

Jeżamina t-talbiet mill-Istati Membri għall-assistenza.

2.   Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

3.   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4.   Awtorità ta’ Kwittanza:

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

50,2 miljun euro

(48,2 miljun euro)

Persunal

 

Persunal uffiċjali u temporanju

181 (153)

 

Persunal ieħor:

 

Persunal kuntrattwali:

17 (13)

 

Esperti nazzjonali ssekondati:

13 (13)

33 Workshop/avveniment ieħor

24 kors ta’ taħriġ (inklużi 4 għall-uffiċjali tal-Kontroll tal-Port tal-Istat (PSC)

431 espert nazzjonali mħarreġ

75 spezzjoni u żjara

2 335 immaġni satellitari ordnati u analizzati permezz ta’ CleanSeaNet

11-il kuntratt ta’ bastimenti kontra t-tniġġis

31 eżerċizzju ta’ taħriġ u 6 eżerċizzji mal-bastimenti kontra t-tniġġis

Is-sistema SafeSeaNet kompletament operattiva

Sistemi prinċipali oħrajn li qegħdin jiġu żviluppati:

THETIS (Sistema ta’ informazzjoni għall-Uffiċjali tal-Kontroll tal-Port tal-Istat (PSC) Ċentru tal-UE għall-Identifikazzjoni u t-Traċċar tad-Data fuq Distanza Twila

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tieħu konjizzjoni tal-osservazzjoni tal-Qorti u ser tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb l-ippjanar u s-superviżjoni tagħha u konsegwentement tnaqqas numru ta’ modifiki tal-baġit. Trasferimenti għal spejjeż amministrattivi – meħtieġa minn rekwiżiti ad hoc relatati mal-bdil tal-bini lejn il-bini finali tal-uffiċċji – huma limitati għall-perjodu 2008/2009. It-total tat-trasferimenti tal-baġit fl-2008 ma jeċċedix il-limitu ta’ 10 % li jeħtieġ deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv.

14.

Wara verifika interna tal-impenn tal-Aġenzija u l-proċeduri tal-ħlas, ġew menuda miżuri addizzjonali sabiex jissaħħaħ il-kontroll fuq dawn il-proċeduri. Barra minn dan, l-Aġenzija tat bidu għall-implimentazzjoni tal-Kuntratti ABAC.

15.

L-Aġenzija taqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Il-programm ta’ ħidma tal-2009 jinkludi referenza speċifika kemm għall-impenn u l-approprijazzjonijiet ta’ ħlas maħsuba għall-attivitajiet differenti. Barra minn dan, l-Aġenzija bħalissa qed tiżviluppa Indikaturi ta’ Prestazzjoni Ewlenin għall-attivitajiet tagħha. Dawn l-IPE ‘il quddiem ser jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali. Fl-istess waqt, l-Aġenzija qed tiffinalizza l-istrateġija ta’ ħames snin li ser tirrappreżenta l-programm ta’ ħidma multiannwu tal-Aġenzija.


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-11 ta' Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta' Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.emsa.europa.eu

(12)  52 trasferiment tal-approprijazzjonijiet fl-2008.

(13)  Il-paragrafu 8 tar-Rapport Annwali għall-2007 (ĠU C 311, 5.12.2008, p. 58).

(14)  Erba’ każijiet b’valur totali ta’ 5,2 miljun euro minn total ta’ 46,4 miljun euro impenjati fl-2008.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/60


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/12

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

61

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

61

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13

62

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

14

62

Tabella…

63

Ir-risposti tal-Aġenzija

64

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Copenhagen, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 (1). Hija responsabbli mit-twaqqif ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni affidabbli dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jevalwaw l-effettività ta’ tali azzjoni (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 37,1 miljun euro meta mqabbel ma’ 35,1 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 123 meta mqabbel mal-116 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Fl-2008, l-Aġenzija ddeċidiet li terġa’ tirranġa l-bini mikri tagħha mill-ġdid. L-estimu tal-ispiża totali kien ta’ 147 elf euro. Kien imissha tnediet proċedura tas-sejħiet għall-offerti imma minflok, l-Aġenzija kopriet l-ispejjeż tax-xogħol li sar minn kumpanija magħżula minn sidien il-bini.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Għall-ftehimiet tal-għotja, hemm bżonn li jiġi ċċarat aħjar il-ħin fatturat mill-imsieħba. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ pagamenti mhux ġustifikati, għandhom jingħataw istruzzjonijiet aktar ċari lill-benefiċjarji għall-kalkoli tar-rati u għandha tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-ispejjeż fatturati u l-estimi tal-ispejjeż fil-pjanijiet ta’ implimentazzjoni.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Copenhagen)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi prinċipali mogħtija fl-2008

Politika dwar l-ambjent

Il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. (…) Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika (…), il-Komunità għandha tieħu inkonsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti (…).

(L-Artikolu 174 tat-Trattat)

Objettivi

Twaqqaf netwerk Ewropew ta’ informazzjoni u ta’ osservazzjoni tal-ambjent biex jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b’informazzjoni fuq livell Ewropew, li tkun oġġettiva, affidabbli u kumparabbli sabiex huma jkunu jistgħu:

(a)

jieħdu l-azzjoni meħtieġa sabiex jipproteġu l-ambjent;

(b)

jistmaw ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri;

(c)

jiżguraw li l-pubbliku għandu tagħrif tajjeb fuq l-istat tal-ambjent.

Kompiti

Tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri bl-informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implementazzjoni soda u effettiva tal-politika ambjentali.

Tirreġistra, tiġbor u tistma d-data dwar il-qagħda tal-ambjent u tirrapporta dwar il-kwalità tal-ambjent u l-piżijiet fuqu fi ħdan it-territorju tal-Komunità.

Tgħin biex tiżgura li d-data dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, biex tinkoraġġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejba ta’ metodi ta’ kejl.

Tippromwovi l-inkorporazzjoni tad-data ambjentali Ewropea fi programmi internazzjonali.

Tippubblika rapport kull ħames snin fuq il-qagħda tal-ambjent, il-bidliet fih u l-prospetti għalih.

Tistimula l-iżvilupp ta’ tekniki ta’ tbassir ambjentali, l-iskambji tal-informazzjoni dwar teknoloġiji biex jevitaw jew inaqqsu l-ħsara lill-ambjent, metodi biex ikunu evalwati l-ispejjeż tal-ħsara lill-ambjent u l-ispejjeż ta' politika ambjentali għall-prevenzjoni, għall-protezzjoni u għar-riabilitazzjoni.

1 -   Il-Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni:

Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru;

żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni;

żewġ xjentisti maħtura mill-Parlament Ewropew.

Kompiti

Jadotta l-programm ta’ ħidma u jassigura l-implimentazzjoni tiegħu.

2 -   Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3 -   Il-Kumitat Xjentifiku

Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam tal-ambjent.

4 -   Il-Verifika esterna

Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam tal-ambjent.

5 -   L-Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

37, 1 miljun euro

(35, 1 miljun euro)

Sussidju Komunitarju

85 % (82 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Għadd ta’ karigi fil-Pjan ta’ stabbiliment:

123 (116)

Karigi okkupati: 116 (111) u 51 (55) kariga oħra (persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati).

Għadd totali tal-persunal: 123 (116) assenjati għall-kompiti li ġejjin:

operazzjonali 80 (73)

amministrattivi 42 (42)

mħallta 1 (1).

Climate for a transport change. TERM 2007: indicators tracking transport and environment in the European Union (Klima għal tibdil fit-trasport. TERM 2007: indikaturi li jittraċċaw it-trasport u l-ambjent fl-Unjoni Ewropea)

Appliation of the Emissions Trading Directive by EU Member States - reporting year 2007 (Applikazzjoni tad-Direttiva tan-Negozju tal-Emissjonijiet mill-Istati Membri tal-UE - rappurtar tas-sena 2007)

Air pollution by ozone across Europe during sumer 2007 (Tniġġis tal-arja mill-ożonu madwar l-Ewropa matul is-sajf tal-2007)

Annual European Community greenhouse gas inventory 1990 - 2006 and inventory report 2008 (Inventarju annwali tal-gass serra tal-Komunità Ewropea 1990 - 2006 u rapport dwar l-inventarju 2008)

Annual European Community LRTAP Convention emission inventory report 1990-2006 (Rapport dwar l-inventarju tal-Konvenzjoni Annwali LRTAP tal-Komunità Ewropea dwar l-emissjonijiet 1990-2006)

Greenhouse gas emission trends and projections in Europe 2008 (Tendenzi tal-emissjonijiet tal-gass serra u l-istimi fl-Ewropa fl-2008)

Maximising the environmental benefits of Europe's bioenergy potential (Użu massimu tal-benefiċċji ambjentali tal-potenzjal tal-bioenerġija Ewropea)

Energy and environment report 2008 (Rapport dwar l-enerġija u l-ambjent fl-2008)

NEC Directive status report 2007 (Rapport dwar l-istatus tad- Direttiva tan-NEC fl-2007)

L-EEA kompliet tikkollabora mill-qrib ukoll mad-DĠ Ambjent, ESTAT u l-JRC fil-“Grupp ta’ Erbgħa” biex tissemplifika r-rappurtar ambjentali. L-EEA għandha rwol prinċipali fil-ħames oqsma li ġejjin: tibdil fil-klima, kwalità tal-arja, ambjent marittimu, biodiversità u użu tal-art.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Peress li huwa rekwiżit ta’ ftehim tal-kera tagħna li tinkiseb l-approvazzjoni ta' sid il-kera għal kull xogħol ta’ bini maġġuri, proċedura miftuħa mnedija mill-Aġenzija ma kinitx xierqa. Fil-futur, dawn l-avvenimenti se jiġu ddokumentati fir-reġistru tal-Eċċezzjonijiet.

14.

L-EEA regolarment tat istruzzjonijiet lill-konsorzji kollha dwar kif jiġu kkalkulati l-ispejjeż. Dawn se jiġu riveduti u mtejba kif xieraq. L-EEA ser tieħu wkoll miżuri addizzjonali biex tiżgura li l-bidliet bejn l-ispejjeż mitluba u l-ispejjeż stmati fil-pjanijiet ta’ implimentazzjoni jkunu spjegati b'mod aktar ċar.


(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-18 ta’ Mejju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eea.europa.eu/about-us/documents/administrativedocuments/eea-accounts-for-the-year-2008/


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/65


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/13

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1 - 2

66

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3 - 12

66

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

67

Tabella…

68

Ir-risposti tal-Aġenzija

70

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta’ Jannar 2005 (1). L-Aġenzija tmexxi programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwali u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 38,2 miljun euro, meta mqabbel mas-36 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fl-aħħar tas-sena kien 362 meta mqabbel mat-301 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Aġenzija (3), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/2003 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li għalqet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

L-approprijazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem għall-2009 ammontaw għal 6,2 miljun euro (16 % tal-baġit). Analiżi tal-impenn miġjub ‘il quddiem wriet li madwar miljun euro minn dawn l-approprijazzjonijiet għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet mhux direttament relatati mal-2008. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura (Brussell)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta’ Jannar 2005

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

Attivitajiet u prodotti fl-2008

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità.

(l-Artikolu 149(1) tat-Trattat)

Il-Komunità għandha timplimenta politika ta’ taħriġ vokazzjonali.

(l-Artikolu 150(1) tat-Trattat)

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri.

(l-Artikolu 151(1) tat-Trattat)

Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Komunità.

(l-Artikolu 157 (1) tat-Trattat)

Objettivi

Fil-qafas tal-politika edukattiva, kulturali u industrijali, ittieħdu diversi miżuri sabiex jippromwovu l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-awdjoviżwali, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea. L-objettivi prinċipali ta’ dawn il-miżuri huma sabiex jirrinforzaw il-koeżjoni soċjali u sabiex jikkontribwixxu lejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u unjoni akbar bejn il-popli tal-Ewropa.

Dawn il-miżuri jinkludu varjetà ta’ programmi Komunitarji.

L-Aġenzija hija responsabbli sabiex tmexxi ċerti linji ta’ dawn il-programmi (pereżempju “Tagħlim tul il-ħajja”, “Kultura”, “Żgħażagħ fl-Azzjoni”, “L-Ewropa għaċ-Ċittadin”, “il-MEDIA”, “Erasmus Mundus” u “External Cooperation Windows”). F’ dan ir-rigward, hija timplimenta l-għajnuna komunitarja, minbarra l-evalwazzjoni tal-programm, studji strateġiċi u kompiti oħrajn li jeħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jispjegaw l-għażliet politiċi.

Kompiti

Sabiex tmexxi, matul iż-żmien tagħhom, il-proġetti speċifiċi fdati lilha fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji.

Sabiex tadotta l-istrumenti tal-implimentazzjoni tal-baġit għad-dħul u għan-nefqa u sabiex twettaq, fejn il-Kummissjoni tkun tatha l-poter li tagħmel hekk, l-operazzjonijiet neċessarji għat-tmexxija tal-programmi Komunitarji u, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-assenjazzjoni ta’ għotjiet u kuntratti;

Sabiex tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji.

Sabiex timplimenta, fil-livell Komunitarju, in-netwerk ta’ informazzjoni dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) għall-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-produzzjoni ta’ studji u pubblikazzjonijiet.

1 -   Kumitat Direttiv

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea.

Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha.

2 -   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

3 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Baġit

1)   Baġit operazzjonali

488 miljun euro għall-ġestjoni tal-programmi Komunitarji u tal-proġetti delegati lill-Aġenzija Eżekuttiva u implimentati mill-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

2)   Baġit amministrattiv

38 miljun euro sabiex l-Aġenzija Eżekuttiva topera bħala korp indipendenti (sussidju ta’ 99,8 % imdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej).

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

1)   Persunal temporanju

92 kariga għal persunal temporanju fil-pjan ta’ stabbiliment

Karigi okkupati: 85

2)   Persunal kuntrattwali

303 membri tal-persunal kuntrattwali

Karigi okkupati: 277

3)   Total tal-persunal: 362

4)   Allokazzjoni ta’ impjiegi:

 

Operazzjonali: 295

 

Amministrattivi: 65

 

Imħallta: 2

a)   Attivitajiet u prodotti fl-2008

Skont l-estensjoni tal-mandat tagħha u b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-Aġenzija Eżekuttiva rnexxielha tamministra ċerti partijiet tal-programmi tal-ġenerazzjoni l-ġdida (2007-2013) fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżwali u tal-kultura, inklużi studji, entitajiet nazzjonali u sejħiet addizzjonali għall-proposti. L-Aġenzija Eżekuttiva implimentat ukoll l-azzjonijiet iddelegati mill-2007 fil-qasam tal-koperazzjoni esterna fl-edukazzjoni għolja u taħriġ.

B’mod parallel, l-Aġenzija segwiet il-ġestjoni tal-programm Erasmus Mundus li kien għaddej (2004-2008) u l-kompiti mmirati sabiex ilestu l-ġenerazzjoni preċedenti ta’ programmi li kienu jiskadu fi tmiem l-2006.

L-Aġenzija Eżekuttiva tejbet il-koperazzjoni mad-DGs prinċipali: EAC, INFSO u AIDCO.

b)   Riżultati miksuba fl-2008 (indikaturi)

34 sejħa għall-proposti u 3 gwidi tal-programm kienu ppubblikati għall-programmi kollha tal-2007-2013; il-proċessi ta’ għażla rilevanti kienu organizzati fil-ħin. Madwar 3 900 proġett intgħażlu għall-konċessjoni tal-għotjiet, u 5 000 kuntratt kienu ffirmati (li minnhom 1 100 jirrigwardaw tiġdid ta’ proġetti u benefiċjarji maħtura).

Fl-2008 twettqu madwar 7 800 pagament u ngħalqu 5 250 proġett.

Ir-rati tal-implementazzjoni tal-baġit operazzjonali laħqu 99 % għall-approprijazzjonijiet tal-impenji u 97 % għall-approprijazzjonijiet tal-pagamenti.

9 sejħiet għall-offerti / proċeduri tal-akkwist tnedew għat-twettiq ta’ studji u servizzi.

Firxa ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni ġew implimentati biex jitjiebu l-proċessi tat-tmexxija u l-proċeduri favur il-benefiċjarji u biex il-proċeduri interni ta’ ħidma jiġu armonizzati u aċċellerati. Dawn jinkludu partikolarment l-għemil ta’ kuntratti b’deċiżjoni, l-introduzzjoni ta’ pagamenti ta’ somma f’daqqa u b’rata fissa u l-bgħit elettroniku ta’ proposti.

Inbdew miżuri ta’ reklutaġġ fl-2008 biex it-tmexxija tal-Unità Ewropea Eurydice tittieħed f’idejha mill-01.09.2008.

Attivitajiet ta’ komunikazzjoni kienu implimentati b’konsistenza ma’ dawk imnedija mid-DĠs prinċipali; firxa ta’ laqgħat kick-off ta’ proġetti u 4 InfoDays twettqu fl-2008.

200 verifika ngħalqu filwaqt li 93 verifika ġdida kienu ppjanati u mnedija fl-2008.

Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Il-krediti trasferiti 'l quddiem mill-2009 ammontaw għal 6,2 miljun euro (16 % tal-baġit), li jirrappreżenta tnaqqis ta' 4 % meta mqabbel mal-2008.

Dawn il-krediti jinkludu attivitajiet li jseħħu fl-2009 iżda l-attivitajiet preparatorji tagħhom bdew fl-2008.

L-Aġenzija madankollu tkompli dawn l-isforzi biex jitnaqqas il-volum tat-trasferimenti tal-kreditu.


(1)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 5.

(7)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.09.2004, p. 6).

(8)  L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.09.2004, p. 11).

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tat-21 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 19) kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-7 ta’ Mejju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-16 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.europa.eu/agencies/executive_agencies/eacea/index_en.htm


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/71


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk ta’ Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/14

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

72

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

72

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

73

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

14

73

Tabella…

74

Ir-risposti tal-Aġenzija

76

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk ta’ Trasport Trans-Ewropew (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006 (1) u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/593/KE (2). L-Aġenzija twaqqfet għal perijodu li beda fl-1 ta’ Novembru 2006 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015 biex tmexxi l-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew. L-Aġenzija kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fil-15 ta’ April 2008 (3).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 5,2 miljun euro. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 67.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għall-perijodu tal-15 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (12) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għall-perijodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-perijodu tal-15 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Fil-każ ta’ bosta impenji tal-baġit l-approprijazzjonjiet miġjuba ’l quddiem fl-2008 ma kinux kompletament iġġustifikati. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-impenji provviżorji kollha mingħajr l-impenji legali korrispondenti jiġu diżimpenjati fi tmiem is-sena.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Il-pjan ta’ reklutaġġ għall-2008 kien jinkludi 99 persuna, li minnhom 32 kienu persunal temporanju u 67 persunal kuntrattwali. Minkejja dan, sa tmiem l-2008 l-Aġenzija kienet kisbet biss 68 % tal-pjan ta’ reklutaġġ tagħha, u kienet timpjega 67 persuna (23 persunal temporanju u 44 persunal kuntrattwali). L-Aġenzija għandha ttejjeb il-programmar u tnaqqas ir-reklutaġġ b’lura (32 kariga battala) fl-2009. Il-kisba parzjali tal-pjan ta’ reklutaġġ għall-2008 tista’ tpoġġi f’periklu t-twettiq f’waqtu u b’mod regolari tal-kompiti u l-objettivi tal-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (Brussell)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

Prodotti u Servizzi

Il-Komunità għandha tagħti l-kontribut tagħha sabiex jiġu stabbiliti u jiġu żviluppati netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-trasport.

L-azzjoni tal-Komunità għandha tfittex li tiffaċilita l-interkonnessjoni u l-interoperabilità ta’ netwerks nazzjonali kif ukoll l-aċċess għal dawk in-netwerks.

Il-Komunità għandha tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida dwar il-miri, prijoritajiet u linji ġenerali tal-miżuri kontemplati fl-isfera tan-netwerks trans-Ewropej; dawn il-linji gwida għandhom jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni.

Il-Komunità għandha timplimenta kull miżura li titqies neċessarja sabiex tiżgura l-interoperabilità tan-netwerks.

L-azzjoni tal-Komunità tista’ tappoġġa proġetti ta’ interess komuni li jkunu mogħtija sostenn mill-Istati Membri, partikolarment permezz ta’ studji ta’ possibbiltà, garanziji għal self jew sussidji fuq ir-rati tal-interessi; il-Komunità tista’ wkoll tikkontribwixxi permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni, sabiex jiġu finanzjati proġetti speċifiċi fl-Istati Membri fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport.

L-attivitajiet tal-Komunità għandhom jagħtu konsiderazzjoni meħtieġa lill-validità ekonomika potenzjali tal-proġetti.

Il-Komunità tista’ tiddeċiedi li tikkopera ma’ pajjiżi terzi biex tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku u biex tiżgura l-interoperabilità ta’ netwerks.

(L-Artikoli 154 – 155 tat-Trattat)

Objettivi

L-Aġenzija tan-Netwerk ta’ Trasport Trans-Ewropew (TEN-TEA) hija responsabbli mit-tmexxija tal-implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-Programm TEN-T tal-Kummissjoni. L-irwol tagħha huwa li ttejjeb l-effettività tal-implimentazzjoni tat-TEN-T b’inqas spejjeż; ittejjeb ir-rabtiet bejn it-TEN-T u l-komunitajiet ta’ esperti; timmobilizza livell għoli ta’ kapaċità u tagħmel ir-reklutaġġ tal-persunal aktar faċli; tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-fondi ma’ strumenti Komunitarji oħrajn; tippermetti s-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà tat-TEN-T; iżżid l-importanza tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tat-TEN-T; u b’mod ġenerali żżid il-valur fit-tmexxija tal-Programm TEN-T.

Kompiti

(a)

tiżgura t-tmexxija teknika u finanzjarja ta’ proġetti u ġrajjiet li huma kofinanzjati mill-baġit tat-TEN-T;

(b)

tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-programmar tat-TEN-T;

(c)

tagħti sostenn tekniku lill-promoturi tal-proġetti u lill-istituzzjoni finanzjarja responsabbli għall-ġestjoni tal-istrument ta’ garanzija tas-self għall-proġetti tat-TEN-T;

(d)

tagħti kwalunkwe sostenn tekniku u amministrattiv mitlub mill-Kummissjoni.

Id-DĠ TREN, li hija taqa’ taħtu, ikompli jindirizza l-kompiti kollha ta’ tfassil tal-politika u istituzzjonali marbuta mat-TEN-T.

1 –   Kumitat ta’ Tmexxija

L-attivitajiet tal-Aġenzija huma ssorveljati minn Kumitat ta’ Tmexxija li bħalissa huwa magħmul minn ħames membri u osservatur wieħed. Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija huma maħtura għal sentejn. Inġenerali l-Kumitat ta’ Tmexxija jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena. Ċerti miżuri jew deċiżjonijiet jeħtieġu l-approvazzjoni tiegħu qabel ma jistgħu jiġu implimentati. Dan japplika pereżempju għall-baġit amministrattiv, il-pjan ta’ stabbiliment, il-Programm ta’ Xogħol, ir-Rapport ta’ Attività Annwali, il-kontijiet provviżorji tad-dħul u l-infiq kollu, ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna u l-adozzjoni ta’ bosta regoli u miżuri speċjali eċċ. Il-Kumitat jinżamm infurmat, fuq għadd ta’ azzjonijiet oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali u urġenti, id-deċiżjonijiet jittieħdu permezz ta’ proċedura bil-miktub.

2 –   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal ħames snin.

3 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

A)

8,0 biljun euro (100 % baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea) għall-baġit tat-TEN-T marbut mal-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013.

780,0 miljun euro f’impenji pendenti marbuta mal-Perspettiva Finanzjarja 2000 – 2006.

L-Aġenzija timplimenta l-baġit operattiv taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

B)

5,2 miljun euro (100 % sussidju Komunitarju) għall-baġit amministrattiv li għalih l-Aġenzija hija awtonoma.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Karigi ta’ persunal temporanju:

 

32 kariga elenkati fil-pjan ta’ twaqqif li minnhom 23 (72 %) huma okkupati.

 

Persunal kuntrattwali: 67 kariga ppjanati li minnhom 44 (66 %) kienu okkupati.

Persunal totali: 99 (67 okkupati)

Responsabbli minn

(a)

Kompiti operazzjonali: 61 (44 okkupati)

(b)

Kompiti amministrattivi: 38 (23 okkupati)

Fl-ewwel tliet xhur tal-2008, sar it-trasferiment tal-fajls mid-DĠ TREN u l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltà ta’ 390 fajl, li jirrappreżentaw 780 miljun euro ta’ impenji miftuħa u 138 talba għall-pagament għal ammont ta’ 238 miljun euro. Barra dan, saru madwar 100 emenda lid-Deċiżjonijiet miftuħa.

Minħabba raġunijiet ta’ insuffiċjenza tar-riżorsi fid-DĠ TREN, l-Aġenzija tat l-għajnuna tagħha wkoll f’kompiti addizzjonali, anke jekk dak iż-żmien ma kinux jaqgħu uffiċjalment taħt ir-responsabbiltà tagħha u dawn ma kinux ippjanati. Dawn kienu jinkludu għajnuna u sostenn loġistiku fl-evalwazzjoni tas-sejħa għall-proposti tal-2008 għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tat-TEN-T, preparazzjoni tal-proċess ta’ għażla fid-DĠ TREN u parteċipazzjoni fil-proċess ta’ negozjati mal-benefiċjarji għall-139 Deċiżjoni ta’ Finanzjament skont is-sejħa għall-proposti tal-2007.

Wara l-bidla fil-mandat tal-Aġenzija hija saret responsabbli mill-baġit tat-TEN-T marbut mal-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013 (finanzjament globali ta’ 8 biljun euro). B’kollaborazzjoni mad-DĠ TREN, ġie miftiehem li l-Aġenzija tkun responsabbli mill-preparazzjoni tad-Deċiżjonijiet Annwali tal-2007 u tikkontribwixxi għad-Deċiżjonijiet Multi-Annwali. Fil-prattika, l-Aġenzija kellha wkoll irwol prinċipali fil-preparazzjoni ta’ ħafna mid-Deċiżjonijiet Multi-Annwali. Barra dan l-Aġenzija daħlet ukoll għall-preparazzjoni tal-impenji ta’ finanzjament korrispondenti kollha. Il-139 Deċiżjoni kollha kienu adottati sa tmiem il-perijodu ta’ rappurtar u kważi 80 % tal-pagamenti ta’ finanzjament bil-quddiem fir-rigward tal-partijiet tal-ħlasijiet tal-2007 u tal-2008 twettqu billi ntuża 100 % tal-ammont disponibbli.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija taqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti li wħud mill-approprjazzjonijiet li nġiebu ’l quddiem ma kinux ġustifikati b’mod xieraq. Dan seħħ minħabba l-volum kbir ta’ xogħol fl-ewwel sena ta’ awtonomija. Sabiex dan ma jerġax iseħħ fit-tmiem tal-2009, ser jidħlu fis-seħħ il-proċeduri meħtieġa.

14.

Ir-rata ta’ reklutaġġ iktar baxxa milli mistenni fl-aħħar tal-2008 kienet l-aktar minħabba dewmien fl-approvazzjoni tal-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija. L-Aġenzija hija tal-fehma li dan id-dewmien ma kellux impatt sostanzjali fuq it-twettieq tad-dmirijiet u l-għanijiet tagħha, minħabba li ċerti dmirijiet u responsabbiltajiet kienu relatati mal-mandat estern, u kienu wkoll trasferiti iżjed tard minn meta kien ippjanat li jaslu. L-għan tal-Aġenzija hija li timla’ l-impjiegi vakanti sal-aħħar tal-2009.


(1)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.

(2)  ĠU L 190,18.7.2008, p. 35.

(3)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(5)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(9)  L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004.

(10)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(11)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(12)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-25 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://tentea.ec.europa.eu/en/about_us/mission_intoduction/key_documents.htm


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/77


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/15

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

78

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

78

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

79

Tabella…

80

Ir-risposti tal-Aġenzija

82

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, hija dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA). Il-mandat tagħha u t-tul ta’ żmien tagħha ġew mibdula wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda (1) d-Deċiżjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perijodu ta’ żmien limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2004 u li issa se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li tmexxi azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-enerġija, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni, u t-trasport sostenibbli tal-merkanzija (3).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 11,5 miljun euro meta mqabbel ma’ 6,9 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 131 meta mqabbel ma’ 69 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (12) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-baġit inizjali ta’ 14,8 miljun euro tnaqqas bi 3,3 miljun euro f’Ottubru 2008 (13). Ir-raġunijiet prinċipali għat-tibdil li sar fil-baġit inizjali kienu minħabba dewmien fir-reklutaġġ ta’ persunal u, fi grad inqas, minħabba reviżjoni tal-previżjonijiet tal-għadd ta’ missjonijiet ippjanati u minħabba li l-ispejjeż tal-kera tal-bini kienu inqas milli mistennija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Brussell)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2008

1.

Il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni, għall-ħarsien u għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent; għall-ħarsien ta’ saħħet il-bniedem; għall-utilizzazzjoni ta’ riżorsi naturali; u għall-promozzjoni ta’ miżuri fuq livell internazzjonali biex problemi reġjonali jew dinjija jkunu ttrattati.

(L-Artikolu 174 tat-Trattat)

2.

Il-politika tal-Komunità dwar l-industrija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Komunità jeżistu billi tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali, tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp ta’ u koperazzjoni bejn l-intrapriżi, tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politika ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin, b’konnessjoni mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kull inizjattiva utli sabiex tippromwovi din il-koordinazzjoni.

(L-Artikolu 157 tat-Trattat)

3.

Il-politika komuni tat-trasport għandha tistabbilixxi r-regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. Hija għandha tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru, u tistabbilixxi miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport.

(L-Artikoli 71(1) u 80(2))

Objettivi

Fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri biex tippromwovi u tiżviluppa l-kompetittività u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment tal-Programm Kwadru tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) 2007-2013 (Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE), notevolment mal-programmi tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE) u tal-Intraprenditorjat u Innovazzjoni (EIP). Dawn jinkludu wkoll il-Programm Marco Polo (ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006).

L-objettivi ewlenin huma t-trawwim tal-kompetittività tal-intrapriżi, b’mod partikolari l-Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs); il-promozzjoni tal-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni; il-promozzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija u sorsi tal-enerġija ġodda u rinnovabbli fis-setturi kollha inkluż dak tat-trasport.

Taħt dawn il-programmi Komunitarji, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-kompiti li jikkonċernaw l-għajnuna Komunitarja, ħlief għall-evalwazzjoni tal-programmi, is-sorveljanza tal-leġiżlazzjoni u l-istudji strateġiċi, jew kwalunkwe azzjoni oħra li taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Kompiti

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji li għalihom id-delegazzjoni tal-kompiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija kienet effettiva fl-2008:

Tmexxi l-istadji kollha tul iż-żmien tal-proġetti speċifiċi;

Tadotta l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit u li twettaq, fejn il-Kummissjoni tkun tatha l-poter li tagħmel dan, l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex timmaniġġja l-programm tal-Komunità u, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-għoti ta’ kuntratti u għotjiet ta’ flus.

Tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programm u kif ukoll tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija fost il-programmi.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-EIP, hija responsabbli mill-ġestjoni tal-proġett u l-animazzjoni tan-Netwerk Enterprise Europe (Ewropa Intraprenditorjali), il-proġetti pilota ta’ ekoinnovazzjoni u l-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, u azzjonijiet ta’ innovazzjoni bi grad għoli ta’ standardizzazzjoni (Proġett bażi tal-IP).

1 -   Kumitat ta’ Tmexxija

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha.

2 -   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

3 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

A)

204,8 (137,3) miljun euro (100 % baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li minnhom 55,8 (63,8) miljun euro għall-IEE; 27,9 (0,0) miljun euro għall-ekoinnovazzjoni; 38,3 (0,0) miljun euro għal MP; 82,8 (73,5) miljun euro għall-EIP. L-EACI timplimenta l-baġit operattiv taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.)

B)

11,5 (6,9) miljun euro (100 % sussidju Komunitarju) għall-baġit amministrattiv li għalih l-Aġenzija hija awtonoma.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Karigi ta’ aġenti temporanji: 36 (35) elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 27 (22) huma okkupati.

Persunal fuq kuntratt: 108 (77) karigi ppjanati, li minnhom 104 (47) kienu okkupati.

Persunal totali: 131 (69)

Responsabbli għal

(a)

Kompiti operazzjonali:

110 (54)

(b)

Kompiti amministrattivi:

21 (15).

Għall-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE), l-Aġenzija ssorveljat 409 proġetti li kienu għadhom għaddejjin tal-IEE u ffirmat 73 ftehim ta’ għotja ġdid relatat mas-sejħa għall proposti tal-2007. Għas-sejħa tal-2008, l-Aġenzija għażlet 54 proġett minn 342 proposta ppreżentata. Is-sejħa kienet promossa permezz tal-websajt tal-IEE, avviżi elettroniċi tal-aħbarijiet u 37 Jum ta’ Informazzjoni (460 parteċipant fil-Jum Ewropew tal-Informazzjoni u 1 500 parteċipant fil-15-il Jum Nazzjonali tal-Informazzjoni li l-Aġenzija attendiet għalihom).

L-Aġenzija xerrdet informazzjoni dwar il-programm u r-riżultati tiegħu permezz tal-websajt tal-IEE (1,2 miljun żjara fil-paġna, 400 000 download), database ġdida tal-proġetti li tippermetti li jiġu mfittxa proġetti, 4 rapporti bil-vidjow ġodda (> 18-il miljun spettatur, > 150 xandira fuq it-TV), 5 opuskoli ġodda tal-proġetti (87 000 kopja mqassma), the Intelligent Energy News Review (Il-Ġurnal dwar l-Aħbarijiet tal-Enerġija Intelliġenti) (80 000 kopja mqassma) u 6 avviżi elettroniċi tal-aħbarijiet (10 000 abbonat). Permezz ta’ workshops l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni dwar proġetti tal-IEE, pereżempju dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tad-Direttiva dwar il-Bini.

Għall-programm EIP:

Imnedi fil-bidu tal-2008, in-Network Enterprise Europe (Netwerk tal-Ewropa Intraprenditorjali) joffri punt ċentrali biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tan-negozju u l-innovazzjoni tal-SMEs u kumpaniji fl-UE. Fl-2008, l-Aġenzija saret “kompletament awtonoma” fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-proġett delegat u l-kompiti tal-animazzjoni tan-netwerk.

Sa tmiem l-2008, kienu ffirmati ftehimiet tal-għotja mat-83 konsorzju kollha.

Wara li l-programm għadda minn idejn il-Kummissjoni f’April 2008, l-Aġenzija organizzat aktar minn 8 gruppi ta’ xogħol, 2 sessjonijiet ta’ taħriġ għall-imsieħba fin-netwerks b’aktar minn 90 parteċipant u – flimkien mal-Presidenza Franċiża tal-UE-il-Konferenza Annwali tan-Netwerk b’aktar minn 800 parteċipant. L-Aġenzija żviluppat ukoll l-istatut grafiku tan-netwerk.

Għall-proġetti ta’ ekoinnovazzjoni tar-replikazzjoni tas-suq, l-Aġenzija ppreparat u ppubblikat is-sejħa għall-2008. L-evalwazzjoni tal-134 proposta ppreżentati kważi tlestiet sa tmiem l-2008. Is-sejħa tal-2008 kienet promossa permezz ta’ jum Ewropew u għaxart’Ijiem Nazzjonali ta’ Informazzjoni (1 260 parteċipant) u websajt ġdid dedikat (> 300 000 żjara fil-paġna). L-isforzi biex tiġi promossa l-iskema kienu jinkludu wkoll statut grafiku ġdid, sistema ta’ avviż elettroniku tal-aħbarijiet (3 000 abbonat) u kartelluni u volantini ġodda (12 000 kopji mqassma).

Għall-programm Marco Polo:

F’Marzu 2008, l-Aġenzija saret responsabbli mis-sorveljanza ta’ 43 proġett li kienu għadhom għaddejjin; matul l-2008, 20 ftehim ġdid ta’ għotja ġew ffirmati li kienu relatati mas-sejħiet għall-proposti tal-2007. L-Aġenzija ġestiet l-evalwazzjoni tas-sejħa tal-2008, b’46 proposta rċevuta u 30 magħżula. Sforzi biex jiġi promoss il-programm kienu jinkludu websajt ġdid (madwar 250 000 żjara fil-paġna), statut grafiku ġdid, 7 avviżi elettroniċi tal-aħbarijiet (800 abbonat), kartelluni ġodda (2 000 kopja mqassma), żewġ konferenzi reġjonali f’Valencia u f’Venezja (400 parteċipant), xogħol aħjar tal-midja (40 artikolu tal-istampa, aktar minn 1,5 miljun qarrej) u l-iżvilupp tal-ewwel vidjow (jinħareġ fl-2009).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Il-baġit inizjali tal-2008 kien ibbażat fuq l-istima tan-numru tal-persunal indikat fil-“fiche financière” tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-kompiti tal-Aġenzija. Fil-każ li ġie reklutat persunal matul is-sena skond il-handover suċċessivi ta’ kompiti mid-Direttorati Ġenerali ta’ referenza.


(1)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(3)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(5)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 5.

(8)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(9)  L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004.

(10)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(11)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(12)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Mejju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-30 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.europa.eu/agencies/executive_agencies/eaci/index_en.htm

(13)  Baġit ta’ Emenda 1/2008 (ĠU L 342, 19.12.2008, p. 31).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/83


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/16

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1 - 2

84

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3 - 12

84

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

85

Tabella…

86

Ir-risposti tal-Aġenzija

88

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (1) u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (2). L-Aġenzija twaqqfet għal perijodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2005 u li jispiċċa fl-2013 għat-tmexxija tal-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-politika tal-konsumatur (3).

2.

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 4,4 miljun euro meta mqabbel ma’ 4,1 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 42 meta mqabbel mat-28 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (12) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

L-Aġenzija daħlet f’żewġ ftehimiet fl-aħħar ta’ Diċembru 2008 (13) ibbażati fuq proċeduri negozjati u, skont ir-regoli, ikkuntattjat ħames u tliet kandidati rispettivament. Madankollu, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali ma ġewx applikati b’mod sħiħ f’dawn il-każijiet, minħabba li l-istediniet għat-tfigħ tal-offerti ntbagħtu f’dati differenti, f’każ minnhom fil-ġurnata meta ngħata l-kuntratt. Din is-sitwazzjoni turi li l-Aġenzija għandha bżonn ittejjeb it-trasparenza u l-ippjanar tal-proċeduri tal-akkwist tagħha matul is-sena u għandha tapplika l-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-parteċipanti kollha fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti, b’mod aktar strett.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (il-Lussemburgu)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004/858/KE) tal-15 ta’ Diċembru 2004 emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2008/544/KE) tal-20 ta’ Ġunju 2008

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

Livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji. L-azzjoni tal-Komunità, li għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa. Il-Komunità tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

(L-Artikolu 152 tat-Trattat)

Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għal informazzjoni, edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tagħhom.

(L-Artikolu 153 tat-Trattat)

Objettivi

L-Aġenzija hija responsabbli mit-twettiq tal-implimentazzjoni tal-kompiti għat-tmexxija tat-tieni Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif inhu adottat bid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, il-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif inhu adottat bid-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE u l-miżuri tat-taħriġ dwar is-sigurtà fl-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE.

L-Aġenzija tmexxi wkoll il-fażijiet kollha matul iċ-ċiklu tal-miżuri implimentattivi ddelegati lilha fil-qafas tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika 2003-2008, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002.

Kompiti

Taħt il-programmi Komunitarji msemmija hawn taħt, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-kompiti li ġejjin kif definiti fl-att ta’ delegazzjoni adottat fid-9 ta’ Settembru 2008 (14):

 

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008 – Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE

 

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 – Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE

 

Il-Programm tal-Konsumaturi 2007-2013 – Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE

 

Il-Miżuri ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà fl-Ikel – Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE:

(a)

Tmexxi l-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġetti (għal skopijiet ta’ sorveljanza u tixrid, l-Aġenzija għandha tieħu l-passi neċessarji biex toħloq database tal-proġetti jew biex tkompli dak li diġà jeżisti, billi tinkorpora deskrizzjoni tal-proġett u r-riżultati finali);

(b)

Tissorvelja l-proġetti implimentati taħt dawn il-programmi u l-miżuri inklużi l-kontrolli neċessarji;

(c)

Tiġbor, tipproċessa u tqassam id-data u b’mod partikolari tiġbor, tanalizza u tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi u l-miżuri Komunitarji, tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija ma’ programmi oħrajn tal-Komunitajiet, l-Istati Membri jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

Torganizza laqgħat, seminars, taħdidiet, u miżuri ta’ taħriġ;

(e)

Tgħin fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-programm, b’mod partikolari fl-evalwazzjoni annwali u/jew ta’ nofs is-sena tal-implimentazzjoni tal-programmi, u fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ segwitu fl-evalwazzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni;

(f)

Ixxerred ir-riżultati tal-operazzjonijiet ta’ informazzjoni ppjanati u implimentati mill-Kummissjoni;

(g)

Tipproduċi kontroll ġenerali u data dwar is-sorveljanza;

(h)

Tipparteċipa fix-xogħol preparatorju jew fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

1 –   Kumitat Direttiv

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Il-membri tal-Kumitat Direttiv huma maħtura għal sentejn.

Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha.

2 –   Id-Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin.

3 –   Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

4 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 4,4 miljun euro.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Fil-31 ta’ Diċembru 2008, l-Aġenzija impjegat 42 membru tal-persunal statutorju, inklużi 8 impjegati temporanji u 34 persunal kuntrattwali.

1.

Sorveljanza tal-ftehimiet tal-għotja mogħtija skont is-sejħiet tal-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-2005, l-2006 u l-2007.

2.

Eżekuzzjoni tas-Sejħa għall-Proposti tal-2008 skont “Il-Programm tas-Saħħa Pubblika” – 2008. L-Aġenzija organizzat 14-il ġurnata ta’ informazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti rċevuti. Sal-aħħar tas-sena, 27 mill-65 ftehim tal-għotja ġew iffirmati.

3.

Ġenerazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni dwar il-programm tas-Saħħa Pubblika u l-attivitajiet tal-Aġenzija Eżekuttiva. L-Aġenzija ddisinjat il-websajt tagħha mill-ġdid fl-2008.

4.

Organizzazzjoni ta’ Laqgħat tal-Esperti. Ġew organizzati 24 laqgħa fejn ġew mistiedna madwar 1 200 espert.

5.

Fi tmiem l-2008, l-aġenzija kienet qed tamministra portafoll ta’ 256 proġett fejn l-ispejjeż inqasmu, u li rrappreżentaw total ta’ kontribuzzjoni tal-KE ta’ 119-il miljun euro.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Iż-żewġ każijiet huma dwar l-akkwist ta’ liċenzji jew pakketti ta’ softwer standard għal-liema ġew mitluba biss il-prezzijiet bl-imnut ta’ dawk li jitfgħu l-offerti. Għaż-żewġ każijiet, id-deċiżjoni ta’ għoti ġiet meħuda biss wara li ġew riċevuti l-kwotazzjonijiet tal-prezz kollha minngħand dawk li jitfgħu l-offerti.

Fl-2009 il-proċeduri ta’ akkwist ġew imtejba u l-EAHC waqqfet ippjanar rivedut għall-eżekuzzjoni tal-infieq tal-IT tagħha.


(1)  ĠU L 369, 15.12.2004, p. 73.

(2)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.

(3)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(5)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(9)  L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004.

(10)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(11)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(12)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-2 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-26 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/eahc/about/about.html.

(13)  Valur totali: 66 000 euro.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9/09/2008 - li tiddelega l-poteri lill-Aġenzija.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/89


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finananzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2009/C 304/17

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

90

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

90

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

91

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

14-17

91

Tabella…

92

Ir-risposti tal-Aġenzija

94

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Lille-Valenciennes, kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (1). L-għan tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi tal-ferroviji u li tiżviluppa approċċ komuni dwar is-sigurtà sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ settur Ewropew tal-ferroviji aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2008 ammonta għal 18-il miljun euro meta mqabbel ma’ 16,6 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 113 meta mqabbel mas-56 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Aġenzija (3), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) ta’ struttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Aktar minn 4,1 miljun euro approprijazzjonijiet ġew trasferiti ’l quddiem għall-2009 (12). Il-verifika ta’ kampjun tal-akbar impenji li l-approprijazzjonijiet korrispondenti tagħhom ġew miġjuba ’l quddiem għall-2009 wriet li dawn kellhom x’jaqsmu ma’ servizzi u xogħolijiet (13) li kienu ordnati tard ħafna fl-2008 u kienu mistennija li jsiru fl-2009. Dan il-livell għoli ta’ approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem jindika diffikultajiet fl-ipprogrammar u fl-ibbaġitjar tal-attivitajiet tal-Aġenzija.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Ir-reviżjoni tal-programm Annwali ta’ Ħidma tal-Aġenzija wriet diversi nuqqasijiet. L-objettivi mhux dejjem huma fformulati b’mod “SMART” (Speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti, f’waqthom) imma pjuttost b’mod fejn mhux possibli li wieħed jidentifika n-nuqqasijiet meta mqabbla mal-objettivi u li wieħed jevalwa l-kisbiet. L-inkonsistenzi fil-preżentazzjoni tal-figuri li għandhom x’jaqsmu mar-riżorsi tal-persunal u tal-baġit allokati għall-attivitajiet ukoll ġew innutati. Din is-sitwazzjoni, flimkien man-nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, tfixkel l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni annwali tal-Aġenzija.

15.

Verifika ta’ kampjun tal-proċeduri tal-akkwist li twettqet matul is-sena wriet dgħufijiet. Ir-rekwiżiti formali stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma kinux osservati u evalwati b’mod konsistenti mill-kumitati tal-evalwazzjoni; fil-livell tal-kriterji tal-għażla (żewġ każijiet) (14) u fil-livell tal-kriterji tal-għotja (każ wieħed) (15). Dan fixkel it-trasparenza tal-proċeduri.

16.

L-Aġenzija għadha twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’żewġ postijiet: Lille u Valenciennes. Kif qalet il-Qorti fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2006 (16), din is-sitwazzjoni tesponi lill-Aġenzija għal spejjeż żejda sinifikanti (17) li jistgħu jiġu evitati jekk l-operat kollu jkun ikkonċentrat f’post wieħed. Minn dak in-nhar ’l hawn l-Aġenzija ħadet passi biex tifformalizza ftehim dwar is-sede fejn l-ispejjeż żejda minħabba ż-żewġ postijiet jkunu kumpensati mill-Awtoritajiet Franċiżi. Dawn l-isforzi s’issa għad ma kellhomx suċċess.

17.

Fl-2009, l-Aġenzija se tiċċaqlaq għal ġo bini li huwa l-proprjetà tal-muniċipalità ta’ Valenciennes. It-tul tal-kuntratt huwa ta’ 25 sena, sakemm ma jiġix iffirmat ftehim dwar is-sede mal-Ġvern Franċiż. Minħabba li s’issa għadu ma ġie fformalizzat l-ebda ftehim dwar is-sede, l-awtorità tal-baġit (18) illimitat it-tul tal-kuntratt il-ġdid tal-kera għal sena, li jiġġedded awtomatikament għall-massimu ta’ sena oħra. In-nuqqas ta’ ċertezza dwar it-tul tal-kuntratt tfixkel l-ippjanar tal-installazzjoni fil-bini l-ġdid u l-proċeduri ta’ akkwist relatati u, konsegwentement l-ipprogrammar tal-baġit.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif ġie definit fir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2007)

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2008

Politika Komuni tat-Trasport

Bl-iskop li jwettaq l-Artikolu 70, u filwaqt illi jqis il-fatturi partikolari tat-trasport, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jistabbilixxi:

(a)

regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru;

(c)

miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport;

(d)

kull dispożizzjoni xierqa oħra.

(L-Artikolu 71 tat-Trattat)

Objettivi

Tikkontribwixxi, fi kwistjonijiet tekniċi, lejn l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja mmirata lejn:

It-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tas-settur tal-ferroviji.

L-iżvilupp ta’ approċċ komuni dwar is-sigurtà fis-sistema Ewropea tal-ferroviji.

Tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà.

Kompiti:

1 -   Tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar

il-metodi ta’ sigurtà komuni (CMS) u l-miri ta’ sigurtà komuni (CSTs) stipulati fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrovjarja (2004/49/KE);

iċ-ċertifikati ta’ sigurtà u miżuri fil-qasam tas-sigurtà;

l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet Tekniċi dwar l-Interoperabilità;

il-monitoraġġ tal-interoperabilità;

iċ-ċertifikazzjoni tal-postijiet fejn issir il-manutenzjoni;

il-kompetenzi professjonali;

ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji.

2 -   Tagħti opinjonijiet dwar

ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà;

il-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol ta’ korpi innotifikati;

l-interoperabilità tan-netwerk trans-Ewropew.

3 -   Il-Koordinazzjoni tal-korpi nazzjonali

il-koordinazzjoni ta’ awtoritajiet ta’ sigurtà nazzjonali u l-korpi investigattivi nazzjonali (kif deskritti fid-Direttiva 2004/49/KE, l-Artikoli 17 u 21).

4 -   Il-pubblikazzjonijiet u d-databases

rapport dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà (kull sentejn);

rapport dwar il-progress fir-rigward tal-interoperabilità (kull sentejn);

database pubblika ta’ dokumenti ta’ sigurtà;

reġistru pubbliku ta’ dokumenti dwar l-interoperabilità.

1 -   Il-Bord tat-Tmexxija

Jikkonsisti f’rappreżentant minn kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati.

2 -   Id-Direttur

Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3 -   Il-Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

18-il miljun euro

(16,6 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Karigi elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment: 116 (116)

Karigi okkupati fil-31.12.2008: 106 (95)

Persunal ieħor: 7 (4)

Total tal-Persunal: 113 (99)

assenjati:

kompiti operazzjonali: 69 (66)

kompiti amministrattivi: 44 (33)

Rakkomandazzjoni dwar il-Metodi ta’ Sigurtà Komuni li jridu jintużaw fil-qafas ta’ miri komuni tas-sigurtà;

Rakkomandazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE;

L-ewwel rapport ta’ kull sentejn dwar il-Prestazzjoni tas-Sigurtà tal-ferroviji fl-Unjoni Ewropea;

Rakkomandazzjoni dwar format komuni għal-liċenzji u r-reġistri tas-sewwieqa tal-ferroviji;

Rakkomandazzjoni dwar ir-rekwiżiti armonizzati tal-Parti B taċ-Ċertifikati tas-Sigurtà;

Rakkomandazzjoni dwar l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi ta’ Interoperabilità (TSI) tal-Ferroviji Konvenzjonali - l-Infrastruttura;

Rakkomandazzjoni dwar l-enerġija TSI tal-ferroviji konvenzjonali;

Rakkomandazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-postijiet fejn issir il-Manutenzjoni;

Rakkomandazzjoni dwar l-Ispeċifikazzjoni tar-Rekwiżiti tas-Sistema għal-linja bażi 3 għall-ispeċifikazzjoni tas-Sistema Ewropea tat-Tmexxija tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS);

Abbozz tat-TSI tal-Lokomotivi u l-Vetturi Ferrovjarji tal-Passiġġieri;

L-ewwel abbozz tar-rakkomandazzjoni tat-Taqsima 1 tal-Anness VII tad-Direttiva 2008/57/KE (lista ta’ kontroll ta’ aċċettazzjoni reċiproka);

Rapport intermedju dwar l-Applikazzjonijiet Telematiċi tat-TSI għall-Passiġġieri;

Studju ta’ vijabilità dwar l-interoperabilità tas-sistema tal-linji tal-ferroviji ta’ 1 520 mm;

Evalwazzjoni tan-notifika tal-listi tar-regoli tekniċi nazzjonali;

Abbozz ta’ rapport dwar il-mod kif jiġu ppubblikati u magħmula disponibbli r-regoli nazzjonali ta’ sigurtà;

Abbozz ta’ rapport dwar l-evalwazzjoni tal-impatt u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa tal-identifikazzjoni ta’ każijiet fejn il-ferrovija taqbeż ’l barra mil-linji propost mill-kumitat dwar l-oġġetti perikolużi;

Stabbiliment ta’ reġistru ta’ dokumenti fuq l-interoperabilità;

Konferenza kull sentejn dwar is-sigurtà.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Mill-4,1 miljun Euro f’approprjazzjonijiet li ġew trasferiti mill-2008 għall-2009, aktar minn 1,5 miljuni jirrigwardaw kuntratti ffirmati fl-aħħar xahrejn tal-2008. L-iffirmar tard huwa konsegwenza ta’ dewmien fil-proċeduri tal-akkwisti u tat-trasferimenti li saru fl-aħħar ta’ Ottubru 2008 wara analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit. It-2,6 miljuni l-oħra jirrigwardaw kuntratti li jkunu għaddejjin li l-fatturi tagħhom kienu għadhom ma waslux u impenni provviżorji li jkopru l-ispejjeż relatati mal-missjonijiet tal-persunal u ma’ esperti. L-Aġenzija sejra tkompli tagħmel sforzi sabiex ittejjeb l-ippjanar tal-proċeduri ta’ akkwist u l-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit matul is-sena.

14.

Mill-proċedura tal-baġit tal-2010, l-AFE introduċiet proċess li permezz tiegħu, kemm it-tħejjija tal-baġit annwali kif ukoll il-programm ta’ ħidma huma integrati b’mod sħiħ sabiex tkun assigurata konsistenza massima. Barra minn hekk l-AFE sejra tistinka sabiex tkun dejjem aktar eżatta fid-definizzjoni tal-objettivi, l-attivitajiet u l-iskeda ta’ żmien tagħhom.

Mill-2009 ’il quddiem, kwalunkwe bidla sinjifikanti fil-prijoritajiet tiġi rrappurtata lill-Bord Amministrattiv u tiġi riflessa fi proposta biex il-programm ta’ ħidma jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, mill-2009, DĠ TREN talab lill- AFE u lill-aġenziji l-oħra li jaqgħu fil-kamp tiegħu sabiex jiddefinixxu indikaturi ta’ prestazzjoni u jirrappurtaw dwarhom b’mod regolari.

15.

Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ diffikultajiet li nqalgħu fil-passat fil-qasam tal-akkwisti, ġie stabbilit pjan ta’ azzjoni. L-azzjonijiet jinkludu inter alia taħriġ u għajnuna lill-membri tal-kumitati għall-valutazzjoni u armonizzazzjoni tal-mod kif l-offerti jiġu vvalutati bl-użu ta’ listi ta’ kontroll.

16.

L-Aġenzija tagħmel l-isforzi kollha possibbli sabiex tikkonkludi Ftehim dwar is-Sede mal-Istat Ospitu. Madankollu, s’issa ma waslet l-ebda reazzjoni formali għall-proposta tal-AFE għal ftehim.

17.

Ara t-tweġiba għal paragrafu 16. Sakemm il-ftehim dwar is-sede ma jiġix iffirmat, l-Aġenzija taqbel li sejra tiffaċċja problemi kbar rigward il-proċeduri ta’ akkwist tagħha, b’mod partikolari rigward dawk relatati mal-bini f’Valenciennes.


(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal-skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-26 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.era.europa.eu

(12)  Madwar 3,9 miljun euro approprijazzjonijiet trasferiti ’l quddiem għall-2009 għandhom x’jaqsmu ma’ nefqa amministrattiva u operazzjonali. Dan jirrappreżenta 57 % tal-baġit annwali ta’ 6,9 miljun euro għall-Approprijazzjonijiet tat-Titolu II u t-Titolu III.

(13)  Dawn għandhom x’jaqsmu fost oħrajn ma’ studji fuq kuntratt, nefqa relatata mal-IT u mal-għammar tal-bini.

(14)  Valur totali : 334 000 euro.

(15)  Valur: 800 000 euro fuq 4 snin.

(16)  Il-paragrafu 8 (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 68).

(17)  Fl-2006, dawn l-ispejjeż żejda kienu meqjusa għal aktar minn 400 000 euro.

(18)  Ittra mill-President tal-Kumitat tal-Parlament dwar il-Baġits lill-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija ddatata is-26 ta’ Novembru 2008, ref D(2008) 67307.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/95


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

2009/C 304/18

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

96

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

96

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-15

97

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

16

97

Tabella…

98

Ir-risposti tal-Awtorità

99

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), li tinsab f’Parma, kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja sabiex tiġi ppreparata leġiżlazzjoni tal-Komunità, li tiġbor u tanalizza data sabiex ir-riskji jiġu identifikati u ssorveljati u li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq dawn ir-riskji (2).

2.

Il-baġit tal-Awtorità tal-2008 ammonta għal 66,4 miljun euro, meta mqabbel ma’ 52,2 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Awtorità fi tmiem is-sena kien 395 meta mqabbel ma’ 310 s-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Aktar minn 15,5 miljun euro ta’ impenji tal-2008 (23 % tal-baġit tal-2008) kienu miġjuba ’l quddiem għall-2009, meta mqabbla mat-8,5 miljun euro s-sena ta’ qabel (16 % tal-baġit tal-2007). Il-livell għoli ta’ impenji miġjuba ’l quddiem kien dovut l-aktar għal dewmien jew fl-implimentazzjoni jew inkella fil-bidu ta’ azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin: żvilupp ta’ softwer, koperazzjoni xjentifika ma’ esperti esterni, għotjiet għal studji u ġbir ta’ data u proġetti ta’ kxif. Din is-sitwazzjoni ma taqbilx mal-prinċipju tal-annwalità.

14.

Fi tmiem is-sena madwar 2,1 miljun euro (37 %) tal-impenji għal attivitajiet operazzjonali miġjuba ’l quddiem mill-2007 kellhom ikunu kkanċellati. Ir-rata ta’ kanċellazzjoni għolja kienet ikkawżata prinċipalment minn dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja tal-2007 matul l-2008. Din is-sitwazzjoni tindika ħtieġa għal aktar kontroll fuq l-iskadenzi kuntrattwali tal-ftehimiet tal-għotja. L-Awtorità għandha tiffissa u tissorvelja indikaturi tal-prestazzjoni xierqa għall-ftehimiet tal-għotja tagħha.

15.

Għall-għoti ta’ softwer kumpless ħafna, l-Awtorità nediet proċedura miftuħa f’Lulju 2008 (12) bi skadenza pjuttost qasira għall-preżentazzjoni tal-offerti (67 jum). L-Awtorità rċeviet offerta waħda biss mill-kumpanija li qabel kienet ingħatat kuntratt għall-għoti tal-istess servizzi.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

16.

Għal kull attività prinċipali ppjanata, il-programm tax-xogħol tal-Awtorità għall-2008 jelenka azzjonijiet, objettivi ta’ prijorità u indikaturi tal-prestazzjoni. Madankollu, mhi mwaqqfa l-ebda rabta ċara bejn l-objettivi u l-indikaturi. L-objettivi u l-indikaturi la huma orjentati lejn ir-riżultati u lanqas jistgħu jitkejlu u għalhekk huwa diffiċli li jiġu identifikati nuqqasijiet u li jiġu evalwati l-kisbiet. Ġestjoni tassew ibbażata fuq l-attività, kieku, tippermetti titjib kontinwu tal-allokazzjoni tar-riżorsi u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni. B’hekk, l-Awtorità għandha tiddefinixxi objettivi preċiżi u li jistgħu jitkejlu flimkien ma’ indikaturi tal-prestazzjoni relevanti u tippromwovi l-ilħuq tar-riżultati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u Servizzi fl-2008

(Data għall-2007)

Moviment ħieles tal-merkanizija

(L-Artikolu 37 tat-Trattat)

Kontribut għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, sigurtà, u l-protezzjoni tal-ambjent u tal-konsumatur, b’kunsiderazzjoni għal żviluppi ġodda bbażati fuq fatti xjentifiċi

(L-Artikolu 95 tat-Trattat)

Politika kummerċjali komuni

(L-Artikolu 133 tat-Trattat)

Objettivi

Tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-politika li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u l-għalf.

Tipprovdi tagħrif indipendenti fuq ir-riskji li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà fl-ikel.

Tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja umana u tas-saħħa.

Tiġbor u tanalizza d-data meħtieġa biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji.

Kompiti

Toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi.

Tippromwovi metodoloġiji uniformi ta’ evalwazzjoni tar-riskji.

Tgħin lill-Kummissjoni.

Tfittex, tanalizza, u tqassar id-data xjentifika u teknika meħtieġa.

Tidentifika u tikkaratterizzai riskji emerġenti.

Tistabbilixxi netwerk ta’ organizzazzjonijiet li joperaw f’oqsma simili.

Tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika fil-ġestjoni tal-kriżi.

Ittejjeb il-koperazzjoni internazzjonali.

Tipprovdi lill-partijiet pubbliċi u lill-partijiet interessati b’informazzjoni affidabbli, oġġettiva u li tinftiehem b’mod faċli.

Tieħu sehem fis-sistema ta’ twissija rapida tal-Kummissjoni.

1 —   Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

14-il membru maħtur mill-Kunsill (b’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

Dmirijiet

Jadotta l-programm tax-xogħol u l-baġit u jiżgura li huma implimentati.

2 —   Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni u wara seduta quddiem il-Parlament Ewropew.

3 —   Forum Konsultattiv

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

Dmirijiet

Jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv.

4 —   Il-Kumitat Xjentifiku u l-bordijiet xjentifiċi:

Jippreparaw l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.

5 —   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 —   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

66,4 (52,2) miljun euro li minnhom is-sussidju Komunitarju huwa 100 % (100 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008:

335 (300) kariga mniżżla fil-pjan ta’ twaqqif, li minnhom okkupati: 318 (273)

+ 77 (37) persunal ieħor (awżiljarji, kuntrattwali, Esperti Nazzonali Ssekondati)

Persunal totali: 395 (310) li minnhom huma responsabbli għal:

Dmirijiet operazzjonali 298 (218)

Dmirijiet amministrattivi: 97 (92)

Evalwazzjoni tar-riskji u konsulenza xjentifika

Opinjonijiet: 311

Dikjarazzjonijiet: 12

Rapporti tekniċi u xjentifiċi oħrajn: 37

Opinjonijiet u dikjarazzjonijiet xjentifiċi totali: 360 (229)

Titjib tal-metodoloġiji tal-evalwazzjoni tar-riskji u koordinazzjoni ta’ netwerks xjentifiċi

Dokumenti ta’ gwida: 29 (1)

Rapporti dwar il-ġbir tad-data: 21 (1)

Rapporti tekniċi u xjentifiċi oħrajn: 79 (55)

Komunikazzjoni ta’ pariri xjentifiċi u faċilitazzjoni tad-djalogu mal-partijiet interessati

Opinjonijiet xjentifiċi sostnuti mill-attivitajiet ta’ komunikazzjoni: 20 %

Konsultazzjoni pubblika: 38 (63)

Żjarat tas-sit tal-internet: 2,1 miljun (1,5)

Abbonati mal-bulletin “EFSA Highlights”: 21 140(17 500)

Kopertura tal-midja f’artikli u fl-aħbarijiet awdjoviżwali: 11 652(7 194)

Mistoqsijiet mill-midja: 676 (425)

Stqarrijiet għall-istampa: 30 (24)

Artikli tal-Aħbarijiet fuq l-Internet: 39 (39)

Intervisti: 123 (44)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Minkejja li l-Awtorità rrispettat l-aspett legali u regolari tal-prinċipju tal-annwalità, hija impenjata li ttejjeb iktar il-ġestjoni baġitarja b’mod partikolari billi tnaqqas il-posponiment ta’ impenji u timplimenta approprjazzjonijiet differenzjati għal għotjiet fil-baġit tagħha tal-2009.

14.

Sa minn Jannar 2009, l-Awtorità integrat indikaturi ta’ progress speċifiċi għal għotjiet fir-rappurtaġġ tagħha ta’ kull xahar sabiex ittejjeb il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ approprjazzjonijiet differenzjati għal għotjiet fil-baġit tal-2009 ser tirrifletti iktar il-multiannwalità tal-ftehimiet tal-għotjiet u tevita l-kanċellazzjonijiet.

15.

Minkejja li l-Awtorità imxiet strettament mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli tagħha ta’ implimentazzjoni finanzjarja, din ser, għall-proċeduri tal-futur, tagħti iktar importanza lill-kumplessità tas-servizz meta tiddefinixxi l-perjodu għall-preparazzjoni tas-sejħa għall-offerta.

16.

Il-maniġment li jimxi skont l-attività kien ġie introdott għall-ewwel darba fil-pjan ta’ ġestjoni fl-2008. Sa minn Jannar 2009, l-introduzzjoni tal-Flussi ta’ Ħidma skont il-Valutazzjoni tar-Riskju (Risk Assessment Workflow (RAW)) saħħet u ppermettiet il-monitoraġġ mill-qrib tax-xjenza tal-Awtorità u l-attivitajiet amministrattivi.


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Awtorità. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-18 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.efsa.europa.eu/EFSA/AboutEfsa/HowWeWork/Funding/efsa_locale-1178620753812_Accounts.htm

(12)  Valur meqjus: 4,4 miljun euro.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/100


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

2009/C 304/19

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

101

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-16

101

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

17-18

102

Tabella…

103

Ir-risposti tal-Awtorità

106

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS (Sistema ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita) (minn hawn ’l quddiem “l-Awtorità”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bħala Aġenzija Komunitarja mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 (1) sabiex tmexxi l-interessi pubbliċi fir-rigward tal-programmi Ewropej tal-GNSS u biex taġixxi bħala l-awtorità regolatorja għall-programm matul il-fażijiet ta’ preparazzjoni u ta’ operazzjoni tal-Programm Galileo. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 (2) naqqas ir-responsabbiltà tal-Awtorità għall-kontroll tas-sigurtà tas-sistemi Galileo u għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Eventwalment il-Kummissjoni għandha mnejn tafda kompiti speċifiċi lill-Awtorità (3).

2.

Il-baġit adottat mill-Awtorità fl-2008 kien jammonta għal 22,7 miljun euro meta mqabbel ma’ 436,5 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Awtorità fi tmiem is-sena kien 52 meta mqabbel ma’ 49 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

Enfasi dwar kwistjoni

11.

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafu 12. L-opinjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet mhix kwalifikata fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

12.

Minkejja li fil-25 ta’ Lulju 2008 daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ebda attività jew attiv ma ġie trasferit lill-Kummissjoni sa tmiem l-2008. L-Awtorità ddeċidiet li tippreżenta (12) ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha mingħajr ma tieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li l-Awtorità mhix se tkompli ġġesti l-programmi Galileo u EGNOS wara li jitlesta t-trasferiment tal-attivi u l-fondi lill-Kummissjoni li huwa previst fi tmiem l-ewwel tliet xhur tal-2009.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

Enfasi dwar kwistjoni

14.

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafu 15. L-opinjoni tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità mhix kwalifikata fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

15.

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2008 li implika li l-Awtorità ma kinitx għadha responsabbli mill-ġestjoni tal-programmi Galileo u EGNOS. Minkejja dan, il-Kummissjoni trasferiet 95 miljun euro fil-kont bankarju tal-Awtorità fl-24 ta’ Diċembru 2008 (13). Ma ġiex stabbilit baġit ta’ emenda xieraq.

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

17.

It-tnaqqis tassew kbir fil-baġit adottat mill-Awtorità fl-2008, minn 436,5 miljun euro fl-2007 għall-baġit ta’ 22,7 miljun euro kien marbut mad-dħul fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2008 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont dan ir-regolament il-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi u l-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni satellitari (EGNOS u Galileo). L-ebda attività jew attiv ma ġie trasferit lill-Kummissjoni sa tmiem l-2008 u l-qasma l-ġdida tar-responsabbiltajiet bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità ma kinitx riflessa fil-kontijiet annwali rispettivi tagħhom.

18.

B'konsegwenza ta’ dan, il-kontijiet tal-Awtorità juru ammont ta’ 58,4 miljun euro bħala finanzjament bil-quddiem irċevut mill-Kummissjoni. Dan l-ammont imissu ġie kkunsidrat bħala debitu lejn il-Kummissjoni. Barra dan, il-kontijiet m’għandhomx jinkludu pagabbli ta’ 55,6 miljun euro lill-Aġenzija Spazjali Ewropea li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej lil programmi Galileo IOV u EGNOS li huma r-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS (Brussell)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Il-poteri tal-Awtorità kif stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/04 u kif emendat mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 683/08

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi 1.1.2008 - 8.7.2008

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi.

Objettivi

Tmexxi l-interessi pubbliċi dwar il-programmi Ewropej tal-GNSS.

Tkun l-awtorità regolatorja għall-programmi Ewropej tal-GNSS.

Kompiti

L-Awtorità għandha:

(a)

tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà u l-operazzjoni taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo;

(b)

tikkontribwixxi għall-preparazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi, inkluża l-analiżi tas-suq meħtieġa;

(c)

twettaq kompiti oħrajn li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni.

1 –   Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

Kompiti

Jaħtar id-Direttur;

Jadotta l-programm tax-xogħol annwali;

Jadotta l-baġit;

Jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Awtorità.

2 –   Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv.

3 –   Kumitat għas-Sigurtà u l-Protezzjoni tas-Sistema

Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

4 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

5 –   Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

22,7 miljun euro (436,5 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

50 (46) kariga fil-pjan ta’ twaqqif li minnhom okkupati: 49 (39) + 10 (3) uffiċjali oħrajn (aġenti kuntrattwali u aġenti nazzjonali ssekondati u persunal interim)

Għadd tal-persunal

52 (49) li minnhom iwettqu:

kompiti operattivi: 31 (30)

kompiti amministrattivi: 13 (11)

kompiti mħallta: 8 (8)

Sistema Galileo

Ġestjoni tal-Bord tal-Kontroll tal-Konfigurazzjoni, kontroll tal-koerenza tad-Dokument tal-Ħtiġijiet tal-Missjoni (MRD) u d-Dokument tal-Ħtiġijiet tas-Sistema (SRD), koordinazzjoni mal-ESA u mal-Kummissjoni Ewropea;

Definizzjoni u akkwist ta’ għodod għall-immudellar u l-analiżi tas-sinjali RNSS;

Analiżi tal-interface ġewwa u barra s-sistema u baġits ta’ rabta;

Segwitu tal-ġestjoni tal-proġetti mill-ESA għall-IOV;

Għajnuna lill-Kummissjoni fis-sorveljanza waqt il-fażi ta’ preparazzjoni u fil-koordinazzjoni tal-frekwenza;

Ċertifikazzjoni tas-sistema – Għażla, nomina u sorveljanza tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni ta’ Galileo;

Tfassil tal-każ ta’ protezzjoni ta’ Galileo;

Preparazjoni tal-Istandards u l-Prattiċi Rrakkomandati tal-ICAO (SARPS) għal Galileo.

Sistema EGNOS

Kontroll tad-Dokumenti ta’ Ħtiġijiet tal-Missjoni, evalwazzjoni u approvazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda, koordinazzjoni mal-ESA u l-Fornitur tas-Servizz ta’ EGNOS;

Segwitu tar-Reviżjoni tal-Kwalifikazzjoni Operazzjonali;

Preparazzjoni għall-monitoraġġ tas-sistema ta’ prestazzjoni tal-EGNOS;

Implimentazzjoni tal-estensjoni fir-reġjun tal-Mediterran;

Sorveljanza tat-tlestija tat-tfassil tal-Każ ta’ Protezzjoni ta’ EGNOS u l-Każ ta’ Protezzjoni tal-Operazzjonijiet ta’ EGNOS;

Sorveljanza tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-Fornitur tas-Servizz;

Estenzjoni taċ-ċertifikazzjoni tas-sistema għal oqsma ta’ użu oħrajn milli l-avjazzjoni ċivili.

Programmi

Sostenn lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-EGNOS u Galileo;

Twaqqif tal-kuntratt ta’ Għoti ta’ Servizz tal-EGNOS u sorveljanza tal-implimentazzjoni tiegħu;

Definizzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tal-EGNOS u ta’ varji elementi tas-servizzi tal-EGNOS;

Obbligi tal-EGNOS lejn persuni terzi – Protezzjoni kontra l-espożizzjoni għall-obbligi li joħorġu mill-provvista ta’ sinjali tal-EGNOS fl-ispazju, skont il-politika Ewropea tal-obbligi tal-GNSS.

Sigurtà

Akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi;

Għajnuna lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-operat taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà tal-GNSS (GSMC);

Riċerka u żvilupp biex jassiguraw osservanza tas-servizz tal-GNSS mal-ħtiġijiet ta’ sigurtà ta’ applikazzjonijiet kritiċi tal-protezzjoni;

Definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet u l-istruzzjonijiet għall-manifattura tar-riċevituri PRS u ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-ġestjoni PRS fl-Istati Membri;

Żvilupp tas-suq

Rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet dwar l-iżvilupp tas-swieq għall-EGNOS u GALILEO;

Evalwazzjoni tal-ambjent li fihom l-applikazzjonijiet ta’ navigazzjoni satellitari jistgħu jiżviluppaw, jipproponu strateġiji u jħeġġu l-użu mis-suq; definizzjoni ta’ għodod biex jiżviluppaw is-suq.

Riċerka u żvilupp

Ġestjoni ta’ proġetti taħt is-6 Programm Qafas u s-7 Programm Qafas għar-riċerka;

Implimentazzjoni/aġġornament ta’ għodda ta’ ġestjoni u t-tixrid tat-tagħrif ibbażata fuq l-internet.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.

IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

17 u 18.

L-attivitajiet ġew trasferiti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, kif kien mitlub mill-Kummissjoni. L-ambitu ta’ tal-attivi li jridu jiġu trasferiti ġie approvat mill-Bord Amministrattiv tal-Awtorità fid-19 ta’ Marzu 2009, iżda ma setgħax jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni dwar il-modalitajiet tat-trasferiment qabel it-tmiem ta’ Ġunju. Fit-3 ta’ Lulju 2009, il-GSA talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma formalment l-aċċettazzjoni tat-trasferiment tal-attivi b’effett fil-31 ta’ Lulju 2009.

Għalhekk, il-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-2008 ġiet affettwata minn dan ta’ hawn fuq u ma setgħetx tirrifletti l-bidliet li kellhom isiru wara d-data tad-dikjarazzjoni tad-dħul.


(1)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(3)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(5)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(9)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta' Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fid-19 ta' Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.gsa.europa.eu

(12)  “Principal Events and key Points” (Ġrajjiet prinċipali u Punti ċentrali), il-paġna 3 tal-Kontijiet Annwali tal-Awtorità.

(13)  Ara wkoll in-Nota 8 tal-Kontijiet Annwali tal-Awtorità, il-paġna 17.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/107


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

2009/C 304/20

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

108

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

108

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

109

Tabella…

110

Ir-risposti taċ-Ċentru

111

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ iċ-“Ċentru”), li jinsab fil-Lussemburgu, kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). L-irwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lill-korpi tal-UE, u kwalunkwe istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE li jitolbu s-servizzi tiegħu, bis-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom (2).

2.

Il-baġit taċ-Ċentru għall-2008 ammonta għal 59,9 miljun euro, meta mqabbel ma’ 46,1 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 189 meta mqabbel mal-176 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet (7) awtorizzati. Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għas-sena 2008, il-bilanċ favur tal-baġit kien ta’ 11,5 miljun euro, li żied il-bilanċ favur tal-baġit akkumulat għal 26,7 miljun euro, li minnu 15,3 miljun euro huma neċessarji biex ikopru l-kwistjoni (12) li għadha għaddejja s’issa mal-Kummissjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet minn min jimpjega għall-persunal. Iċ-Ċentru għandu jieħu l-passi neċessarji biex jindirizza ż-żieda kontinwa fil-bilanċ favur tiegħu (13).

14.

Il-pjan ta’ twaqqif għall-2008 ippreveda 233 kariga, 33 aktar mill-pjan ta’ twaqqif għall-2007. Iżda, f’Diċembru tal-2008, 189 kariga biss (81 %) kienu mtlew minn uffiċjali u persunal temporanju. Din is-sitwazzjoni tindika nuqqasijiet fl-ippjanar tal-proċeduri tar-reklutaġġ.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja

Kompetenzi taċ-Ċentru Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

(Data għall-2007)

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, fuq il-ħolqien ta’ Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni, biex jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-ħidma tal-korpi u tas-servizzi li l-lok tagħhom kien stabbilit bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993.

Objettivi

Jipprovdi s-servizzi neċessarji tat-traduzzjoni għall-operazzjoni tal-korpi segwenti:

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent,

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ,

iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga,

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,

l-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Marki u Disinji),

l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Unità tad-Drogi tal-Europol.

Korpi mwaqqfa mill-Kunsill, barra dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea li diġà għandhom is-Servizzi tat-Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, jitolbu s-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

Iċ-Ċentru jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni.

Kompiti

Jagħmel arranġamenti għall-koperazzjoni mal-korpi u l-istituzzjonijiet.

Jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni.

1 -   Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru,

żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant minn kull korp jew istituzzjoni li ssaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru.

Kompitu

Jadotta l-programm annwali ta’ xogħol taċ-Ċentru u r-rapport annwali.

2 -   Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

3 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   Verifika interna

L-awditur intern tal-Kummissjoni.

5 -   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

59,94 (46,12) miljun euro

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

233 (200) previsti fil-pjan ta’ twaqqif, li minnhom 189 (176) kienu okkupati.

Allokati

kompiti operattivi: 97 (88)

kompiti amministrattivi: 92 (88)

Għadd ta’ paġni tradotti

747 416(732 673)

Għadd ta’ paġni tradotti għal kull lingwa

lingwi uffiċjali: 742 256(729 286)

lingwi oħrajn: 5 160(3 963)

Għadd ta’ paġni tradotti għal kull klijent

Korpi 731 944: (496 665)

Istituzzjonijiet: 15 472(8 773)

Għadd ta’ paġni tradotti mill-freelancers: 441 223(226 822)

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

13.

Iċ-Ċentru qiegħed jagħmel kull sforz biex isolvi din il-problema li prinċipalment hija marbuta man-nuqqas ta’ preċiżjoni fit-tbassir għat-talbiet ta’ traduzzjoni rċevuti mill-klijenti tiegħu. F’nofs is-sena 2009, iċ-Ċentru talab lill-klijenti tiegħu biex jirrevedu t-tbassir tagħhom għall-2009 bil-għan li jiġi ppreċiżat il-baġit attwali. Ta’ importanza akbar huwa l-fatt li ċ-Ċentru attwalment qiegħed iwettaq analiżi tal-ispejjeż bil-għan li jtejjeb l-istruttura tariffarja tiegħu. Fl-2009, wara l-adozzjoni tal-baġit ta’ emenda, iċ-Ċentru sejjer jirrimborsa lill-klijenti tiegħu l-eċċess ta’ baġit li jammonta għal EUR 11,45 miljun.

14.

Tul is-snin, u partikolarment fl-2008, in-nuqqas ta’ spazju fl-uffiċini ma ppermettiex ir-reklutaġġ skont it-tabella tal-impjegati. Fl-2009 ċ-Ċentru kera uffiċini supplementari biex jilqa’ aktar persunal. Barra minn hekk, sistema ta’ reklutaġġ ġdida ġiet introdotta biex il-proċedura ta’ reklutaġġ issir aktar effiċjenti.


(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it- tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fl-10 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Finali Annwali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cdt.europa.eu

(12)  Il-paragrafu 10 tar-Rapport tal-2005 (ĠU C 312, 19.12.2006, p. 50).

(13)  Il-paragrafu 7 tar-Rapport tal-2006 (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 95).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/112


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

2009/C 304/21

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

113

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

113

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

114

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

14-15

114

Tabella…

115

Ir-risposti taċ-Ċentru

117

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, kien imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (1). Il-kompiti prinċipali tiegħu huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u biex jagħti opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew tal-korpi li joperaw f’dan il-qasam (2).

2.

Il-baġit taċ-Ċentru għall-2008 ammonta għal 40,6 miljun euro meta mqabbel mat-28,9 miljun euro għas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 154 meta mqabbel ma’ 122 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) taċ-Ċentru jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Iċ-Ċentru mexxa ’l quddiem 16,2 miljun euro li minnhom madwar 2,9 miljun euro kellhom x’jaqsmu ma’ servizzi u xogħlijiet li, għalkemm legalment ikkuntrattati fl-2008, kellhom jiġu esegwiti kompletament fl-2009. Din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Il-pjan ta’ stabbiliment tal-2008 kien fih 130 kariga. Fl-aħħar tas-sena 2008, 101 biss mill-130 kariga awtorizzata kienu mtlew. Din is-sitwazzjoni toħloq riskju ta’ tnaqqis fin-numru tal-attivitajiet taċ-Ċentru minħabba fin-nuqqas tal-persunal u tindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-proċeduri tar-reklutaġġ.

15.

Fil-31 ta’ Diċembru 2008 kien għad m’hemmx ftehim bejn iċ-Ċentru u l-gvern Svediż dwar is-sede minħabba li kien għad fadal ħafna kwistjonijiet pendenti li kellhom bżonn aktar negozjati. Waħda minn dawn il-kwistjonijiet kienet li l-persunal taċ-Ċentru ma nħarġilhomx numru ta’ identifikazzjoni personali Svediż (“personnummer”). Din is-sitwazzjoni xekklet l-aċċess tagħhom għal diversi servizzi pubbliċi u privati. Is-sitwazzjoni preżenti tista’ taffettwa l-kapaċità taċ-Ċentru biex jirrekluta u jżomm il-persunal.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Stokkolma)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi taċ-Ċentru kif speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2004

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u Servizzi mogħtija fl-2008

Livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun żgurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji. L-azzjoni tal-Komunità, li għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa.

(L-Artikolu 152 tat-Trattat)

Objettivi

Isaħħaħ id-difiżi Ewropej kontra l-mard infettiv; speċifikament, biex jidentifika, jevalwa u jikkomunika theddid kurrenti u emerġenti għas-saħħa umana minn mard li jittieħed.

Għalhekk, iċ-Ċentru għandu jħaddem netwerks ta’ sorveljanza dedikati, jagħti opinjonijiet xjentifiċi, jħaddem sistema ta’ twissija bikrija u rispons (EWRS) u jagħti għajnuna xjentifika u teknika u taħriġ.

Kompiti

Iħaddem netwerks ta’ sorveljanza tal-mard dedikati u jtejjeb l-attivitajiet ta’ networking. Iċ-Ċentru għandu l-irwol speċifiku li jiġbor, jivvalida, janalizza u jikkomunika d-data.

Jagħti pariri awtorevoli u esperti u opinjonijiet xjentifiċi u studji dwar il-mard li jittieħed.

Iħaddem is-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Rispons. Jiżviluppa proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ theddid emerġenti għas-saħħa.

Isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri fl-ippjanar għat-tħejjija u fit-taħriġ.

Jinforma l-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati bix-xogħol tiegħu.

1 -   Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Membru wieħed nominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nominati mill-Parlament Ewropew u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Kompiti

Il-Bord jadotta l-programm annwali u l-baġit taċ-Ċentru u jsegwi l-implimentazzjoni tagħhom.

2 -   Id-Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni.

3 -   Forum Konsultattiv

Kompożizzjoni

Rappreżentant minn kull Stat Membru u tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni mingħajr dritt tal-vot.

Kompiti

Il-Forum għandu jiżgura li x-xogħol huwa xjentifikament eċċellenti u l-indipendenza tal-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru.

4 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

5 -   Awtorità ta’ Kwittanza:

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

40,7 miljun euro (28 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Awtorizzati: 130 (90)

Okkupati: 101 (80)

Karigi oħra: 53 (42)

TOTAL: 154 (122)

assenjati fid-doveri li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 91 (75)

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 63 (47)

251 theddida sorveljata permezz tal-Għodda tat-Traċċar tat-Tħeddid (Threat Tracking Tool) (TTT);

rapport kull ġimgħa dwar il-mard li jittieħed u pubblikazzjoni ta’ bullettin dwar l-epidemjoloġija;

Sostenn għall-għarfien dwar l-epidemiji għal żewġ avvenimenti kbar tal-massa fl-Ewropa;

Preparazzjoni ta’ 31 evalwazzjoni ta’ theddid oriġinali;

Organizzazzjoni ta’ żewġ eżerċizzji ta’ simulazzjoni;

41 imsieħeb imħarreġ skont il-Programm Ewropew dwar it-Taħriġ fuq Interventi Epidemjoloġiċi (EPIET) (European Programme for Intervention Epidemiology Training);

250 espert dwar is-saħħa pubblika minn 30 pajjiż tal-UE-ŻEE (iż-Żona Ekonomika Ewropea) ipparteċipaw f’moduli qosra ta’ taħriġ tal-ECDC;

Organizzazzjoni tat-tieni Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija tal-Mard Infettuż Applikat (European Scientific Conference on Applied Infectious Disease Epidemiology) (ESCAIDE) f’Novembru 2008 f’Berlin;

Sostenn lil 4 Stati Membri fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet dwar il-bżonnijiet ta’ taħriġ u r-riżorsi tagħhom;

21 dokument xjentifiku ppubblikat fl-2008;

Organizzazzjoni tal-ewwel Ġurnata Ewropea dwar l-Għarfien fuq l-Antibijotiċi b’parteċipazzjoni ta’ 32 pajjiż;

Produzzjoni ta’ gwida xjentifika: Guidance for the introduction of HPV vaccines in EU countries, (Gwida għall-introduzzjoni ta' tilqim kontra l-HPV fil-pajjiżi tal-UE) Guidance on priority risk groups for influenza vaccination (Gwida dwar gruppi f’riskju li għandhom prijorità għat-tilqim kontra l-influwenza);

Twettiq ta’ stħarriġ u bini ta’ database dwar il-laboratorji ta’ referenza mikrobijoloġika tas-saħħa pubblika fl-UE;

Pubblikazzjoni tat-tieni Rapport Annwali dwar l-epidemjoloġija.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

13.

Iċ-Ċentru jaqbel mal-Qorti li l-livell miġjub il-quddiem huwa għoli. Madanakollu jixtieq jirrimarka li aktar minn 80 % huma dwar attivitajiet operazzjonali diġa mibdija fl-2008 u li l-implimentazzjoni tagħhom titkompla fl-2009. Il-maniġment qed jiffoka fuq il-konklużjoni tal-biċċa l-kbira tal-akkwist u attivitajiet dwar kuntratti kmieni matul is-sena sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-baġit u jitnaqqas il-livell ta’ dak li jiġi miġjub il-quddiem.

14.

Iċ-Ċentru jaqbel li kien hemm dewmien fir-reklutaġġ ta’ aġenti temporanji u dan kien parzalment dovut għall-fatt li r-reklutaġġ f’ċerti oqsma kien itwal u aktar diffiċli milli mistenni u kien ifisser reklamar mill-ġdid ta’ xi postijiet (fl-2008 kien hemm 16 –il reklamar mill-ġdid).

Iċ-Ċentru ħa miżuri biex itejjeb is-sitwazzjoni permezz ta’ tqassim usa ta’ notifiki ta’ postijiet battala u implimentazzjoni aktar mħaffa ta’ pjan ta’ reklutaġġ bil-biċċa l-kbira tal-postijiet tal-2009 ippubblikati sa April.

15.

Diskussjoni dwar il-ftehim tas-sede u b’mod partikulari l-kwistjoni tal-“personnummer” ilha partita attwali fl-aġenda tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru. Finalment f’Marzu 2009 ġiet adotta leġiżlazzjoni mill-Parlament Żvediż li tidħol fis-seħħ f’Lulju 2009 u tipprovdi għall-allokazzjoni ta’ person nummer għall-persunal tal-ECDC. Iċ-Ċentru ser jagħmel superviżjoni mill-qrib tal-eżitu tal-implimentazzjoni tiegħu u huwa mistenni li jtejjeb u jiffaċilita l-aċċess tal-persunal għas-servizzi.


(1)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-affarijiet oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-27 ta’ April 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ecdc.europa.eu/en/aboutus/Pages/AboutUs_KeyDocuments.aspx


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/118


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

2009/C 304/22

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

119

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

119

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13

120

KWISTJONIJIET OĦRAJN…

14

120

Tabella…

121

Ir-risposti taċ-Ċentru

123

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab f’Thessaloniki, kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ professjonali fil-livell Komunitarju. Sabiex jikseb dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni fuq is-sistemi ta’ taħriġ professjonali (2).

2.

Il-baġit taċ-Ċentru għall-2008 ammonta għal 18,3 miljun euro meta mqabbel mas-17,4 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 128, l-istess bħas-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità abbażi tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l- kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern relevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Aktar minn 3,5 miljun euro kienu miġjuba ’l quddiem. Għalkemm l-attivitajiet operazzjonali (it-titolu III) kienu ġestiti permezz ta’ approprijazzjonijiet differenzjati, 1,4 miljun euro (jew 25 %) tal-approprijazzjonijiet tal-pagamenti kienu miġjuba ’l quddiem. Dan indika dgħufijiet fil-programmar u fil-monitoraġġ tal-approprijazzjonijiet differenzjati għall-attivitajiet operazzjonali.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

14.

Għal kull attività prinċipali, il-programm ta’ xogħol taċ-Ċentru tal-2008 jelenka objettivi u azzjonijiet operazzjonali u jorbothom mal-indikaturi tal-prestazzjoni. Ta’ spiss, l-objettivi u l-indikaturi la kienu orjentati fuq ir-riżultati u lanqas ma setgħu jitkejlu. Sabiex ikollu ġestjoni vera bbażata fuq l-attività li tippermetti titjib kontinwu tal-allokazzjoni tar-riżorsi u tal-analiżi tal-prestazzjoni, iċ-Ċentru għandu jimplimenta sistema ta’ reġistrazzjoni taż-żmien tal-proġett għall-aġenti tiegħu u jrawwem l-orjentazzjoni tiegħu lejn l-ilħuq tar-riżultati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Professjonali (Thessaloniki)

Qasam ta’ kompetenza Komunitarja skont it-Trattat

Kompetenza taċ-Ċentru hekk kif speċifikata fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

Il-Komunità timplimenta politika ta’ taħriġ professjonali biex tagħti sostenn u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ professjonali.

L-azzjoni timmira li:

tiffaċilita l-adattament għal bidliet industrijali, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ professjonali u taħriġ mill-ġdid;

ittejjeb it-taħriġ professjonali iniżjali u dak li għadu għaddej sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni professjonali u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

tiffaċilita l-aċċess għat-taħriġ professjonali u tinkoraġġixxi l-mobilità tal-għalliema u t-trainees u b’mod partikolari ż-żgħażagħ;

tistimula l-koperazzjoni fuq it-taħriġ bejn stabbilimenti edukattivi jew professjonali u ditti;

tiżviluppa skambji ta’ informazzjoni u esperjenza fuq kwistjonijiet komuni għas-sistemi ta’ taħriġ tal-Istati Membri.

(Mill-Artikolu 150 tat-Trattat)

Il-mandat taċ-Ċentru

Fil-kapaċità tiegħu bħala ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ professjonali u l-edukazzjoni, iċ-Ċentru jipprovdi lill-persuni politiċi li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi u professjonisti b’informazzjoni mmirata li tiżviluppa ftehim aktar ċar tat-tendenzi kurrenti u b’hekk tippermettilhom li jilħqu deċiżjonijiet ibbażati aktar fis-sod bil-ħsieb ta’ azzjoni futura.

Iċ-Ċentru jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni u fl-iżvilupp tat-taħriġ professjonali u l-edukazzjoni fil-livell tal-Komunità.

Kompiti

Li jiġbor dokumentazzjoni magħżula u jipproduċi analiżi tad-data;

Li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riċerka u l-koordinazzjoni;

Li jutilizza u jxerred informazzjoni relevanti;

Li jinkoraġġixxi u jagħti sostenn lil approċċ miftehem għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ taħriġ professjonali;

Li jipprovdi forum għal pubbliku wiesa’ u differenti.

1 –   Bord Amministrattiv (BA)

Kompożizzjoni:

Għal kull Stat Membru:

membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern;

membru wieħed li jirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu;

membru wieħed li jirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati, u tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea.

2 –   Bureau

Magħmul:

Miċ-Chaiman u tliet viċi-chairmen tal-BA (wieħed minn kull grupp), koordinatur wieħed għal kull grupp u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

3 –   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati ppreżentati mill-Bord Amministrattiv; huwa responsabbli għall-amministrazzjoni taċ-Ċentru u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv u tal-Bureau.

4 –   Kontroll intern

Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni.

5 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 –   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

18,38 miljun euro

(17.40 miljun euro)

Kontribuzzjoni Komunitarja: 93 % (96 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008:

Għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 99 (97)

 

Karigi okkupati: 97 (89)

 

Persunal ieħor: persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati.

Persunal totali: 128 (128)

 

operazzjonali 87

 

amministrattivi: 41

(fl-2007:

 

operazzjonali: 89

 

amministrattivi: 39)

L-impatt taċ-Ċentru fl-għoti ta’ riżultati tal-analiżi u tar-riċerka għat-twettiq ta’ politika bbażata fuq l-evidenza huwa muri l-aħjar mill-fatt li 21 dokument kbir tal-politika (pereżempju l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet futuri għal koperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) jew il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda) mhux biss irriflettew xogħol iċ-Ċentru iżda wkoll talbu ċ-Ċentru biex dan jikkontribwixxi aktar jew jissorvelja aktar, eċċ. Dan juri wkoll apprezzament għax-xogħol li sar.

L-abbozz tar-rapport tal-politika kkontribwixxa bil-kbir għat-tħejjija tal-konferenza ministerjali tal-presidenza Franċiża u l-communiqué ta’ Bordeaux f’Novembru. Iċ-Ċentru ħadem mill-qrib maż-żewġ presidenzi tal-2008 u ta kontribut qawwi (pubblikazzjonijiet, materjal ta’ sfond, diskorsi prinċipali, eċċ.) għall-avvenimenti kbar kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ETV (pereżempju konferenza ta’ gwida f’Lyon).

Xogħol iċ-Ċentru fuq il-ħiliet għandu jkun żviluppat aktar. Fuq talbet il-President tal-KE, it-tbassir kien estiż għall-2020. Il-pubblikazzjoni “Skill needs in Europe: focus on 2020” (Ħtiġijiet għall-ħiliet fl-Ewropa: fok fuq l-2020) tniżżlet aktar minn 140 000 darba. F’Novembru 2008, il-proposta taċ-Ċentru għall-introduzzjoni ta’ ħtiġijiet għall-ħiliet tal-ġejjieni bħala indikatur li jħares ’il quddiem biex l-impjiegi jiġu analizzati, kienet adottata mill-grupp tal-indikaturi tal-Kumitat tal-Impjiegi.

Wara l-adozzjoni tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki (EQF), tħaffet l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-għodod Ewropej għall-ETV. Iċ-Ċentru kkontribwixxa b’mod sostanzjali għall-iżvilupp ta’ dawn l-għodod (l-EQF, is-sistema Ewropea għat-trasferiment ta’ Krediti, l-Assigurazzjoni tal-kwalità, il-Gwida, l-Europass) u kompla jsostni l-gruppi ta’ ħidma u gruppi żgħar tal-KE u jilqa’ l-websajt tal-Europass. L-użu tagħha miċ-ċittadini Ewropej kompla jiżdied; fl-2008, kienu rreġistrati aktar minn 6 miljun żjara lill-websajt u tlestew aktar minn 2 miljun CV Ewropea online. Evalwazzjoni esterna kkonfermat l-iżvilupp pożittiv.

Ġie implimentat b’suċċess programm irrevedut ta’ żjarat għall-istudju.

B’aktar minn 65 workshop u konferenza, 24 pubblikazzjoni ġdida, servizz tal-istampa mwaqqfa dan l-aħħar (19-il stqarrija għall-istampa fl-2008), 8 istruzzjonijiet fil-qosor dwar il-politika, iċ-Ċentru kompla jagħti pjattaforma għall-partijiet interessati tal-ETV u ta informazzjoni aġġornata dwar l-ETV fl-Unjoni Ewropea.

Informazzjoni aktar kompleta hija disponibbli fir-Rapport Annwali tal-2008.

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

13.

It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kien parzjalment meħtieġ minħabba l-proċeduri ta’ akkwist li ma rnexxewx u li għandhom jerġgħu jitniedu fi tmiem l-2008. Id-dewmien mhux previst u t-tlestija b’suċċess tal-proċeduri mnedija mill-ġdid irrappreżentaw ir-raġunijiet ewlenin għala l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet previsti għall-baġit tal-2009 ma kinux biżżejjed biex jaqblu mal-ħtiġijiet ta’ likwidità għall-2009 għaż-żieda fl-obbligi ta’ ħlas. Sadattant iċ-Ċentru kompla jiżviluppa s-sistema ta’ monitoraġġ tiegħu għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet u s-sistema ta’ ppjanar tiegħu, partikolarment għall-akkwisti.

14.

Twettqu bosta inizjattivi biex jittejbu d-definizzjoni tal-għanijiet u d-direzzjoni lejn sistema ta’ kejl tal-prestazzjonijiet orjentata lejn ir-riżultat, diġà mill-2008. Fl-2009 se tkun implimentata sistema ta’ kejl tal-prestazzjonijiet komprensiva li tkun konsistenti mal-għanijiet SMART stabbiliti, fosthom il-prodott, ir-riżultat u l-indikaturi tal-impatt. Dan huwa diġà rifless fil-programm ta’ ħidma tal-2009. Attwalment huma allokati riżorsi umani għad-diversi attivitajiet fi ħdan il-qafas tal-baġit skont l-attività (ABB), abbażi tar-riżultati ta’ proċess intern ta’ ppjanar u monitoraġġ għall-eżiġenzi tal-proġetti. L-introduzzjoni ta’ sistema pilota ta’ reġistrazzjoni tal-ħin hija ppjanata għall-2010.


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkompanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-30 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cedefop.europa.eu/about/budget_discharge.asp


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/124


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Kulleġġ

2009/C 304/23

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1–2

125

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3–15

125

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

16–21

126

Tabella…

127

Ir-risposti tal-Kulleġġ

130

INTRODUZZJONI

1.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kulleġġ”), li jinsab fi Bramshill, twaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/ĠAI, kif imħassra fl-2005 u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (1). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala netwerk u jgħaqqad flimkien l-istituti nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri sabiex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għal uffiċjali għolja tal-pulizija (2).

2.

Il-baġit tal-Kulleġġ għall-2008 ammonta għal 8,7 miljun euro meta mqabbel mas-6,5 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Kulleġġ fi tmiem is-sena kien 27 meta mqabbel mal-21 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Kulleġġ, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Kulleġġ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-Kontijiet Annwali tal-Kulleġġ u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha fil-verifika u inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Kulleġġ (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

Enfasi fuq kwistjoni importanti

11.

Mingħajr ma tiddubita l-opinjoni espressa fil-paragrafu 10, il-Qorti tinnota li d-diffikultajiet esperjenzati fl-2008 meta s-sistema l-antika tal-kontabilità ġiet trasferita għal ABAC u fl-implimentazzjoni tard ta’ sistema xierqa ta’ kontabilità, xorta waħda jpoġġu fir-riskju l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja dwar l-ammonti li jinġiebu ’l quddiem mis-sena ta’ qabel, l-użu ta’ dħul assenjat u r-rabta ma’ xi figuri fil-Karta tal-Bilanċ għall-2007.

Opinjoni kkwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, ħlief għall-kwistjonijiet ippreżentati fil-paragrafi 13 sa 15, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-Kontijiet Annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari.

Bażi għal opinjoni kkwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Il-Kulleġġ ikkuntratta direttament (12) servizzi ta’ konsulenza ma’ fornitur abbażi ta’ kuntratt qafas tal-Kummissjoni li kien esklużivament intenzjonat għal servizzi ta’ taħriġ. Din il-proċedura ta’ akkwist hija irregolari. Barra dan, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jippermettu lill-Kulleġġ li jġedded jew jestendi l-kuntratt mingħajr ebda limiti.

14.

In-nefqa għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars jirrappreżentaw parti sinifikanti (13) mill-baġit tal-Kulleġġ. Il-verifika ta’ nefqa bħal din żvelat għadd kbir ta’ ksur tar-regoli amministrattivi u finanzjarji applikabbli bħan-nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet tal-ispejjeż imġarrba, in-nuqqas ta’ konferma ta’ attendenza, fatturi oriġinali u dokumenti neċessarji għar-rimborż tal-akkomodazzjoni, nuqqas ta’ mistoqsijiet dwar spejjeż tal-ivjaġġar għal esperti eċċ.

15.

Għal kampjun ta’ 15-il impenn, il-verifika wriet in-nuqqas ta’

impenn legali fi tliet każijiet (14)

impenn baġitarju qabel l-impenn legali f’disa’ każijiet (15).

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

16.

Aktar minn 2,7 miljun euro tal-approprijazzjonijiet għall-pagamenti tal-2008 kellhom jinġiebu ‘l quddiem. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità u tindika dgħufijiet fl-ipprogrammar u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit.

17.

Matul l-2008 sar impenn ta’ 175 000 euro li kellu x’jaqsam ma’ ordni ta’ rkupru magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ pagament bil-quddiem li sar qabel l-2006 lil-predeċessur tal-Kulleġġ. Dan l-impenn inġieb ‘il quddiem fl-2009.

18.

Il-verifika ta’ kampjun ta’ impenji (ara wkoll il-paragrafu 15) wriet li, fi tliet każijiet, ma kienx hemm traċċa tal-verifika biex terġa’ titraċċa l-eżekuzzjoni finanzjarja u fil-fatt ma kienx possibbli li jitqabblu l-bilanċi tal-għeluq tagħhom fil-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2008.

19.

Fit-23 ta’ Mejju 2008, il-Kulleġġ għalaq is-sistema ta’ kontabilità antika tiegħu u trasferixxa kollox għal ABAC. It-trasferiment lejn is-sistema l-ġdida effettivament beda biss fl-14 ta’ Lulju 2008. Sadattant, twaqqfet sistema manwali. Mhux l-aġġustamenti kollha li kellhom x’jaqsmu mal-perijodu kopert mis-sistema manwali saru fil-ħin. Pereżempju, impenji (li jammontaw għal 20 000 euro) huma mniżżla inqas fl-ABAC għalkemm issa huma inklużi fis-sistema tal-kontabilità finanzjarja tas-SAP.

20.

Hemm żewġ sistemi tal-attivi fissi fis-seħħ, li xi kultant kienu jiddupplikaw ir-reġistrazzjoni tal-attivi. Ma jintużaw ebda tikketti u numri tal-inventarju uniċi.

21.

Fir-rapport tagħha (16) dwar is-sena finanzjarja 2007, il-Qorti kienet innutat każijiet fejn approprijazzjonijiet intużaw biex jiffinanzjaw nefqa privata. Il-Kulleġġ irrisponda li kontroll ex post kien se jitwettaq minn kumpanija esterna. Kontroll bħal dan ma kienx tnieda sa nofs is-sena 2009.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Bramshill)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati mit-Trattat

Kompetenzi tal-Kulleġġ kif definiti fid-Deċiżjoni ta-Kunsill 2005/681/ĠAI

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għas-CEPOL fl-2008

(data għall-2007)

Prodotti u servizzi prinċipali mogħtija fl-2008

Approssimazzjoni tal-liġijiet

It-Trattat tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 34(2) tiegħu.

Objettivi

L-għan tal-Kulleġġ għandu jkun li jgħin iħarreġ l-uffiċjali għolja tal-pulizija fl-Istati Membri billi jtejjeb kemm jista’ jkun il-koperazzjoni bejn il-komponenti varji tal-Kulleġġ. Huwa għandu jappoġġa u jiżviluppa approċċ Ewropew għall-problemi prinċipali li jiffaċċjaw l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà pubblika, b’mod partikolari d-dimensjonijiet trans-konfinali ta’ dawk il-problemi.

Kompiti

Iżid l-għarfien tas-sistemi nazzjonali tal-pulizija u l-istrutturi ta’ Stati Membri oħrajn u tal-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea.

Itejjeb l-għarfien tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari fis-setturi li ġejjin.

(a)

l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-operat u l-irwol tagħhom, kif ukoll il-mekkaniżmi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-istrumenti legali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-implikazzjonijiet tagħhom għall-koperazzjoni tal-infurzar tal-liġi;

(b)

l-objettivi, l-istruttura u l-operat tal-Europol, u kif ukoll modi biex ikabbar kemm jista’ jkun il-koperazzjoni bejn il-Europol u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi rilevanti fl-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

(c)

l-objettivi, l-istruttura u l-operat tal-Eurojust;

Jipprovdi taħriġ adattat fir-rigward tar-rispett għas-salvagwardji demokratiċi, b’mod partikolari b’referenza għad-drittijiet ta’ difiża.

1 -   Il-Bord Amministrattiv

Magħmul minn:

Delegazzjoni waħda minn kull Stat Membru.

Kull delegazzjoni għandu jkollha vot wieħed. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Europol għandhom ikunu mistiedna biex jattendu l-laqgħat bħala osservaturi mingħajr vot.

2 -   Id-Direttur

Imexxi l-Kulleġġ, huwa maħtur u mneħħi mill-Bord Governattiv.

3 -   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 -   L-Awditur intern

Is-Servizz Intern tal-Verifika tal-Kummissjoni.

5 -   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi Umani

Fil-bidu tal-2008 l-Kulleġġ kellu 22 membru tal-persunal u 2 Esperti Nazzjonali Ssekondati:

Baġit

Il-Baġit disponibbli għall-attivitajiet tal-Kulleġġ kien kif ġej:

Baġit Totali 8 700 000 euro

Bl-allokazzjonijiet li ġejjin bejn it-titoli tal-baġit

TITOLU 1 Nefqa li għandha x’taqsam ma persuni li jaħdmu ġewwa l-Kulleġġ

3 237 500 euro

TITOLU 2 Bini, Tagħmir u Nefqiet Oħrajn Imħallta

493 500 euro

TITOLU 3 Nefqa Operazzjonali

4 969 000 euro

Korsijiet u Seminars

Il-Kulleġġ organizza 87 kors u seminar. L-attivitajiet żdiedu fl-2007 bi 2 078 parteċipant. Is-Segretarjat tal-Kulleġġ organizza disa’ attivitajiet b’sostenn għan-netwerk.

Ġew organizzati żewġ konferenzi kbar f’Pariġi taħt il-patronaġġ tal-Kulleġġ. Il-Konferenza Annwali tal-Kulleġġ: “Il-Kriminalità, il-Pulizija u l-Ġustizzja fis-seklu 21”. Il-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali tal-Pulizija, tad-Dwana u tas-Servizzi tas-Sigurtà mir-reġjunijiet tal-MEDA u tal-Istati Membri tal-UE, organizzata skont il-proġett tal-Pulizija tal-Euromed II żviluppat mill-Kulleġġ.

Koperazzjoni

Il-Kulleġġ kompla jifformalizza l-koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet prinċipali. F’Diċembru 2008 ġie ffirmat ftehim ta’ Koperazzjoni ma’ Interpol. Il-Kulleġġ kompla jaħdem fuq it-tmexxija ‘l quddiem tal-ftehimiet ma’ Frontex u ma’ Eurojust. Il-ftehimiet se jiġu ffirmati fl-2009.

Id-Dimensjoni Ewropea

Il-konferenza tal-Kulleġġ “European Dimension — Enhancing Europe in Police Training” (Id-Dimensjoni Ewropea – Intejbu l-Ewropa fl-Istħarriġ tal-Pulizija) saret f’Ottubru 2008 fi Franza.

In-Netwerk Elettroniku (e-Net)

L-implimentazzjoni tal-e-Net tal-Kulleġġ ġiet konkluża.

Kurrikula Komuni

Ġew żviluppati tliet Kurrikula Komuni “ġodda” (Il-Ġestjoni ta’ Kriżijiet Ċivili, It-Traffikar tad-Drogi u l-Ġestjoni tad-Diversità). Ir-reviżjoni tal-Kurrikulum Komuni dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu kienet iffinalizzata.

Evalwazzjoni

Ġiet żviluppata sistema ġdida għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Kulleġġ u ġiet introdotta sistema ta’ Evalwazzjoni Wara l-Korsijiet.

Programm ta’ Skambju

Il-Programm ta’ Skambju tal-Kulleġġ/Agis kien konkluż b’suċċess bil-pubblikazzjoni ta’ “Exchanging Places: Sharing Police Knowledge and Practice in the European Union” (Niskambjaw il-Postijiet: Naqsmu l-Għarfien u l-Prattika Polizjeska fl-Unjoni Ewropea).

Riċerka u Xjenza

Il-Kulleġġ żviluppa l-kunċett għal “European Police Science and Research Bulletin” (Bullettin Ewropew dwar ix-Xjenza u r-Riċerka Polizjeska). Il-Konferenza Ewropea tas-CEPOL tal-2008 dwar ir-Riċerka u x-Xjenza Polizjeska Ewropea ffukat fuq “Comparative Policing Research from a European Perspective” (Riċerka Kumparattiva Polizjeska minn Perspettiva Ewropea) b’ fokus fuq il-Kriminalità Organizzata.

Il-Proġett tal-Pulizija tal-Euromed II

Saru disa’ laqgħat preparatorji, tmien seminars u ħames żjarat ta’ studju għall-uffiċjali għolja tal-pulizija fil-pajjiżi tal-MEDA. Ġiet organizzata wkoll laqgħa tad-Diretturi Ġenerali tas-Servizzi tal-Pulizija, tad-Dwana u tas-Sigurtà mir-reġjuni tal-MEDA u tal-Istati Membri. Ġiet żviluppata sezzjoni speċifika tal-websajt ristretta tal-Kulleġġ fuq e-Net u din bdiet topera f’Novembru 2008.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Kulleġġ.

IR-RISPOSTI TAL-KULLEĠĠ

11.

Il-Kulleġġ jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti. Il-Kulleġġ ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas ir-riskji marbuta mal-migrazzjoni għas-sistema ABAC. Is-sistema ta’ impenn li ġiet implimentata fl-2008 hija mmonitorjata mill-qrib u ġiet imtejba biex jiġu evitati l-iżbalji. Il-Kulleġġ sejjer jieħu miżuri biex itejjeb il-kwalità tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji tiegħu. Iċ-ċifri tal-2007 ittieħdu mill-pakkett tar-rappurtaġġ ta’ konsolidazzjoni tal-Kummissjoni. Id-differenzi identifikati mill-Qorti ma jaffettwawx ir-riżultati ekonomiċi tas-sena.

13.

Il-Kulleġġ jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u sejjer jevita proċeduri bħal dawn fil-ġejjieni. Mhijiex l-intenzjoni tiegħu li jġedded jew jestendi l-kuntratt imsemmi mill-Qorti.

14.

Il-Kulleġġ jaċċetta l-kummenti tal-Qorti. Is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll huma diġà fis-seħħ u sejrin jibqgħu jiġu mtejba u implimentati bil-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn fil-ġejjieni.

15.

Il-Kulleġġ jieħu nota tal-osservazzjoni dwar is-sistema ta’ impenn. Il-kontrolli ex ante fuq it-tranżazzjonijiet ġew rinforzati fl-2009 bil-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn fil-ġejjieni.

16.

Il-Kulleġġ jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. Ittieħdu miżuri sabiex jittejjeb il-monitoraġġ tal-infiq operattiv bil-għan li jiġi evitat li jiġu impenjati fondi sinifikanti fl-aħħar tas-sena u biex jiġi evitat il-ġarr ta’ ammont eċċessiv għas-sena ta’ wara.

17.

Minkejja l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kulleġġ (17), il-Kummissjoni bagħtet nota ta’ debitu ta’ 175 000 euro lill-Kulleġġ u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tnaqqas dan l-ammont mis-sussidju tal-2009. Dan l-impenn u l-ammont li jinġarr għas-sena ta’ wara tagħha kienu meħtieġa sabiex jiġi kkumpensat l-ammont ibbilanċjat mill-Kummissjoni.

18.

Il-Kulleġġ jirrikonoxxi li kien hemm inkonsistenzi f’dak li għandu x’jaqsam mat-tliet impenji msemmija mill-Qorti. L-iżball totali jammonta għal 1 169 euro, li jrid jitqabbel ma’ valur totali ta’ 318 210 euro mill-kampjun ta’ 15-il impenn.

19.

L-impenji f’ABAC huma ddikjarati b’20 044,10 euro inqas minħabba li kien impossibbli li l-uplowd inizjali magħmul f’ABAC f’Lulju jiġi mmodifikat, li madankollu ġie mmodifikat fis-sistema tal-kontabilità SAP.

20.

Il-Kulleġġ jieħu nota tal-osservazzjoni. Sabiex jagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni, fl-2009 l-Kulleġġ implimenta l-assi ta’ ABAC u abbozza Politika ta’ Inventarju li bħalissa qiegħda tiġi analizzata biex tiġi approvata fid-dawl ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontabilità xierqa tal-inventarju.

21.

Il-parti finali tal-proċess tal-irkupru fir-rigward tal-ispiża personali fl-2007 tlestiet f’Ġunju 2009, għajr għall-esperti nazzjonali ssekondati li telqu mill-Kulleġġ fis-snin ta’ qabel. Meta l-irkupru jitlesta għal kollox, jitwettaq kontroll ex-post wara proċess ta’ tfigħ ta’ offerti.


(1)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ. Tiġi pprezentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikonti tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-1 ta’ Lulju 2009 u rċevuti mill-Qorti fil-15 ta’ Ottubru 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew https://www.cepol.europa.eu/index.php?id=final-accounts

(12)  Valur tal-kuntratt : 96 000 euro.

(13)  3,2 miljun euro fl-2008.

(14)  Valur totali 39 500 euro.

(15)  Valur totali 244 200 euro.

(16)  Il-paragrafu 15 (ĠU C 311, 5.12.2008, p.136).

(17)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681 JHC 20 ta’ Settembru 2005.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/131


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Eurojust

2009/C 304/24

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

132

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

132

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-16

133

Tabella…

134

Ir-risposti tal-Eurojust

135

INTRODUZZJONI

1.

Il-Eurojust, li tinsab fl-Aja, ġiet imwaqqfa permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/187/JHA (1) bi ħsieb li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jkopru t-territorji ta’ bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk ta’ Stati li mhumiex membri (2).

2.

Il-baġit tal-Eurojust għall-2008 ammonta għal 24,8 miljun euro meta mqabbel mat-18,9 miljun euro tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Eurojust fi tmiem is-sena kien 222 meta mqabbel ma’ 179 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Eurojust, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Eurojust li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Eurojust u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Eurojust jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-livell tal-approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem għas-sena ta’ wara, 3,5 miljun euro, kien ħafna aktar baxx milli fl-2007 (minn 25 % għal 13 % tal-approprijazzjonijiet tal-baġit finali), iżda l-livell ta’ kanċellazzjonijiet tal-approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja ta’ qabel, miljun euro (25 % tal-approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem) kien għoli. Din is-sitwazzjoni ma kinitx tikkonforma mal-prinċipju tal-annwalità.

14.

Kif il-Qorti diġà semmiet (12), ir-rata għolja ta’ karigi battala (26 %) għalkemm inqas sinifikanti milli fl-2007 (33 %), għadha tindika nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Barra minn hekk, dan kellu implikazzjonijiet fuq l-użu tal-approprijazzjonijiet tat-Titolu I, fejn ammont ta’ 1,8 miljun euro kien trasferit mill-approprijazzjonijiet għas-salarji tal-persunal temporanju u kuntrattwali, l-aktar sabiex jiżdiedu (b’238 %) l-approprijazzjonijiet għall-persunal interim. Din is-sitwazzjoni ma kinitx tikkonforma mal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

15.

Fir-rigward tal-akkwist, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma sar l-ebda estimu min qabel tal-valur tas-suq qabel ma tnediet il-proċedura. Barra dan, analiżi tar-reġistru tal-eċċezzjonijiet (jiġifieri devjazzjonijiet minn politika, proċeduri jew kontrolli stabbiliti) wriet dgħufijiet rikorrenti u gravi fil-livell tal-monitoraġġ tal-kuntratti u fl-ipprogrammar tal-akkwisti. B’mod partikolari, 14-il eċċezzjoni ġew awtorizzati fl-2008 mid-Direttur, fejn 11 minnhom ippermettew estensjoni irregolari tal-kuntratti (lil hinn mit-tul ta’ żmien permess jew il-limitu massimu tal-baġit iffissat). Din is-sitwazzjoni (13), li diġà saru kummenti dwarha fir-Rapporti Annwali għall-2005, l-2006 u l-2007 (14), b’mod serju tpoġġi f’diskjussjoni l-kapaċità tas-servizzi varji involuti li jikkollaboraw b’mod xieraq u tindika nuqqas ta’ gwida u kontroll mill-uffiċjal li jawtorizza.

16.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri ta’ għażla tal-persunal, ġeneralment xogħol il-bordijiet ta’ għażla ma kienx iddokumentat b’mod ċar, peress li ta’ sikwit il-minuti jew it-tabelli finali għall-klassifikazzjoni tal-kandidati kienu neqsin. F’każ minnhom, kandidat intern inħatar f’kariga ta’ Kap tal-Unità għalkemm ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-esperjenza professjonali ma kinux issodisfati. Dawn is-sitwazzjonijiet ma kinux jiżguraw li l-kandidati esterni u interni jiġu ttrattati b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Eurojust (L-Aja)

Oqsma tal-kompetenza li joħorġu mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Kompetenzi tal-Eurojust kif definiti fid-Deċiżjoni ta-Kunsill 2002/187/JHA

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Eurojust fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

(Data għall-2007)

Korp tat-tielet pilastru mwaqqaf permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-mira tal-Unjoni hija li tipprovdi liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fl-ambitu ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-Kunsill jinkoraġġixxi l-koperazzjoni permezz tal-Eurojust billi jagħmilha possibbli għall-Eurojust li tiffaċilita l-koordinazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri.

(Estratti mill-Artikoli 29 u 31)

L-oqsma prinċipali ta’ responsabbiltà tal-Eurojust huma l-istess bħal dawk tal-Europol, jiġifieri l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar illeċitu ta’ karozzi, it-traffikar ta’ bnedmin, il-falsifikazzjoni tal-flus, it-traffikar ta’ sustanzi radjo-attivi, il-kriminalità tal-informatika, atti għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ħasil tal-flus.

Objettivi

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust

Tistimola u ttejjeb il-koordinazzjoni, bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;

Ittejjeb il-koperazzjoni billi tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni, assistenza ġudizzjarja u l-implimentazzjoni ta’ ordnijiet ta’ estradizzjoni.

Ssostni l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom ikunu aktar effettivi.

Tagħti għajnuna fi proċeduri li jinvolvu Stat Membru u Stat li mhux membru.

Tagħti għajnuna fi proċeduri li jinvolvu Stat Membru u l-Komunità.

Kompiti

L-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust

Torganizza l-koperazzjoni bejn il-varji sistemi legali nazzjonali, l-Eurojust taħdem:

permezz tal-membri nazzjonali tagħha; jew

bħala Kulleġġ.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ikkonċernat jiddeċiedu li ma jsegwux ir-rikjesti maħruġa mill-Eurojust bħala Kulleġġ huma għandhom jinfurmaw lill-Eurojust bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

1 –   Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operat tal-Eurojust.

2 –   Il-Kulleġġ huwa magħmul minn membri nazzjonali ssekondati minn kull Stat Membru skont is-sistema legali, li huma prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-puliżija b’kompetenza ekwivalenti.

3 –   Il-Kulleġġ jeleġi lill-President tiegħu minn fost il-membri nazzjonali.

4 –   Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jiċċekkja l-ipproċessar tad-data personali.

5 –   Id-Direttur Amministrattiv huwa maħtur unanimament mill-Kulleġġ.

6 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

7 –   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Baġit

24,8 Miljun euro (18,9).

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

175 (147) ppjanati fil-Pjan tal-Istabbiliment

Li minnhom okkupati: 130 (98)

+

43 (32) Kariga oħra:

aġenti kuntrattwali, 12-il espert nazzjonali ssekondat, 19-il interim)

49 oħra (Membri nazzjonali, prosekuturi ta’ kollaborazzjoni, deputati u assistenti)

Persunal totali: 222 (179)

Kompiti operazzjonali: 117 (95)

Kompiti amministrattivi: 80 (65)

Kompiti mħallta: 25 (19)

Għadd ta’ laqgħat: 131 (91)

Laqgħat standard: 168 (236)

Każijiet kumplessi: 1 025(849)

Għadd totali ta’ każijiet: 1 193(1 085)

Frodi: 810

% Frodi: 68 % (69 %)

Traffikar tad-droga: 223 (207)

% Traffikar tad-droga: 19 % (19 %)

Terroriżmu: 23 (23)

% Terroriżmu: 2 % (2 %)

Qtil: 86 (80)

% Qtil: 7 % (7 %)

Traffikar ta’ bnedmin: 83 (71)

Traffikar ta’ bnedmin: 7 % (7 %)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Eurojust.

IR-RISPOSTI TAL-EUROJUST

13.

Nofs il-miljun euro kkanċellat kien dovut għal fatturi esterni relatati ma’ obbligi u koordinazzjoni tax-xogħol tal-każ tal-Istati ospiti. L-Eurojust sejjer jagħmel ħiltu kollha sabiex ikollu stampa iktar ċara minn partijiet esterni fl-2009, b’hekk inaqqas il-kanċellazzjonijiet tal-approprijazzjonijiet.

14.

L-Eurojust ikompli jindirizza n-nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ. In-numru ta’ personal interim tnaqqas drastikament u għaldaqstant, b’riżultat ta’ dan, il-ħtieġa għal trasferiment tal-approprijazzjonijiet naqqset bi kbir. Għaldaqstant, fl-2009, trasferiment għoli bħal dan mhux sejjer ikun neċessarju.

15.

Il-proċeduri mnedija minn dak iż-żmien jipprovdu stima tal-valur. It-twaqqif ta’ sistema ta’ ppjanar fl-2009 irriżulta f’ipprogrammar aħjar tal-proċess tal-akkwisti. Barra minn hekk, qiegħed jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni dwar l-akkwisti li jindirizza d-dgħjufijiet identifikati mill-Qorti.

16.

Eurojust qiegħed jindirizza d-dgħjufijiet li għandhom x’jaqsmu mal-minuti u mat-tabelli finali ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, minn dak iż-żmien, is-sitwazzjoni indirizzata mill-Qorti ġiet regolarizzata u fl-2009, tnediet proċedura ta’ reklutaġġ.


(1)  Id-Deċiżjoni tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Eurojust.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eurojust.europa.eu/adm_budg_finance.htm

(12)  Ara l-paragrafu 9 tar-Rapport Annwali għall-2007 (ĠU C 311, 5.12.2008, p. 143).

(13)  Valur totali: 390 000 euro.

(14)  Pereżempju ara l-paragrafu 8 tar-rapport annwali tal-2007 (ĠU C 311, 5.12.2008, p. 143), il-paragrafu 8 tar-rapport annwali tal-2006 (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 112) u l-paragrafu 11 tar-rapport annwali tal-2005 (ĠU C 312, 19.12.2006, p. 69).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/136


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

2009/C 304/25

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

137

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

137

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13-14

138

It-Tabella…

139

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

141

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Turin, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1). L-iskop tal-Fondazzjoni huwa li ssostni r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba mal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ varji programmi (PHARE, TACIS, CARDS u MEDA) (2).

2.

Il-baġit tal-Fondazzjoni għall-2008 ammonta għal 22,4 miljun euro meta mqabbel ma’ 21,1 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fi tmiem is-sena kien 124 meta mqabbel ma’ 131 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttriċi

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttriċi timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttriċi hija responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Fondazzjoni jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ ivverifikati wrew bosta nuqqasijiet. Ir-rapporti inġenerali ppreparati mill-Bordijiet ta’ Evalwazzjoni tar-Reklutaġġ ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni dwar il-proċeduri segwiti. Ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjonijiet u d-dati ta’ dawn tħallew barra, u b’hekk kien diffiċli li tiġi evalwata r-regolarità tal-proċeduri u dan fixkel it-trasparenza tal-proċeduri.

14.

F’mill-inqas żewġ każijiet, aġenti intitolati li jirċievu l-konċessjoni tal-espatrijazzjoni (12) ġew irrifjutati din il-konċessjoni abbażi ta’ interpretazzjoni ħażina tar-regoli fis-seħħ. Il-Fondazzjoni għandha tikkoreġi dawn il-każijiet u twettaq il-verifikazzjonijiet neċessarji sabiex tkun kompletament żgura li aġenti oħrajn mhumiex f’sitwazzjoni simili.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Fondazzjoni Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2008

(data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

Il-Komunità għandha twettaq, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ koperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi. Tali miżuri għandhom ikunu kumplimentari ma’ dawk imwettqa mill-Istati Membri u konsistenti mal-politika tal-iżvilupp tal-Komunità.

(L-Artikolu 181 A tat-Trattat)

Objettivi

Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Istati indipendenti tal-Ex-Unjoni Sovjetika li jibbenifikaw mill-programm ta’ għajnuna għar-riforma ekonomika u ta’ rpiljar, u t-territorji u l-pajjiżi terzi Mediterranji li jibbenefikaw minn miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħhom.

Tippromwovi l-koordinazzjoni tal-assistenza mogħtija lill-pajjiżi eliġibbli.

Kompiti

Skont il-linji gwida ġenerali stabbiliti mill-Komunità, l-ETF topera fil-qasam tat-taħriġ, li jkopri taħriġ professjonali, inizjali u tul il-ħajja u taħriġ mill-ġdid taż-żgħażagħ u adulti permezz tal-kompiti li ġejjin:

Assistenza biex jiġu identifikati l-bżonnijiet ta’ taħriġ permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ assistenza teknika fil-qasam tat-taħriġ u koperazzjoni mal-korpi xierqa maħtura fil-pajjiżi eliġibbli;

Taġixxi bħala clearing house biex tipprovdi lill-Komunità, lill-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi interessati b’informazzjoni dwar inizjattivi kurrenti u bżonnijiet futuri fil-qasam tat-taħriġ u tipprovdi qafas biex iwassal offerti ta’ assistenza.

Bord ta’ Tmexxija

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Presedut mill-Kummissjoni.

Direttur

Maħtur mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

Forum Konsultattiv

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija.

Żewġ esperti minn kull Stat Membru.

Żewġ esperti minn kull pajjiż eliġibbli.

Żewġ esperti mill-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew.

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Verifika interna

Id-dipartiment tal-verifika interna tal-Kummissjoni.

Awtorità ta’ Kwittanza:

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

19,2 (21,1) miljun euro li minnhom 18-il (19,7) miljun euro ffinanzjati minn sussidju tal-Kummissjoni u 1,2 (1,4) miljun euro ffinanzjati minn korpi oħra bħala dħul assenjat.

Għadd tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

96 (100) kariga temporanja fil-pjan ta’ twaqqif li minnhom 86 (91) kariga okkupata.

38 (40) persunal ieħor (awżiljarji, aġenti lokali, aġenti kuntrattwali...)

Persunal totali: 124 (131) assenjati għad-doveri segwenti:

kompiti operattivi: 64 (72)

kompiti amministrattivi: 38,5 (40)

kompiti mħallta: 21,5 (19).

Attivitajiet

L-assistenza pprovduta mill-ETF tkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma tekniċi li tinkludi: taħriġ vokazzjonali inizjali, tagħlim tul il-ħajja, edukazzjoni (tal-adulti) li tkompli, żvilupp tar-riżorsi umani fil-kumpaniji, politika tal-impjiegi, taħriġ ta’ persuni qiegħda, taffija tal-faqar u inklużjoni soċjali, u taħriġ biex iħeġġeġ l-iżvilupp lokali.

Sostenn lill-Kummissjoni

Fl-2008, 111-il talba ġdida diretta għas-sostenn kienu rċevuti mill-Kummissjoni. Il-parti l-kbira ġew minn delegazzjonijiet (49 %). Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-Kummissjoni bir-reazzjoni tal-ETF kienet ta’ 97 %.

L-applikazzjonijiet l-aktar frekwenti kienu dawk fil-qasam tal-politika u l-kontribuzzjonijiet fil-preparazzjoni tal-Istrumenti Ewropej ta’ Viċinat (32 %), segwiti mill-formulazzjoni (21 %), l-ipprogrammar (11 %), l-identifikazzjoni ta’ proġetti (10 %) u segwitu.

L-attivitajiet operattivi huma klassifikati fi prodotti (figuri tal-2008) skont dawn il-kategoriji:

 

Reviżjonijiet u analiżi tal-politika: 73 prodott

37 (IPA), 20 (ENPI), 8 (DCI), 8 (ILP)

 

Azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità: 83 prodott

35 (IPA), 32(ENPI), 16 (DCI)

 

Sostenn liċ-ċiklu ta’ programmar: 25 prodott

11 (IPA), 9(ENPI), 5 (DCI)

 

Tqassim u ħidma bin-netwerk: 32 prodott

13 (IPA), 9(ENPI), 7 (DCI), 3 (ILP)

 

Analiżi tal-effettività: 10 prodotti

6 (IPA), 1(ENPI), 2 (DCI), 1 (ILP)

 

Total 102 (IPA), 71(ENPI), 38 (DCI), 12 (ILP)

223 prodott

Strumenti użati

IPA:

:

Strument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni

ENPI:

:

Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija

DCI:

:

Strument għall-Koperazzjoni fl-Iżvilupp

ILP:

:

Programmi ta’ Innovazzjoni u Tagħlim

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.

IR-RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

13.

L-ETF impenjat ruħha b’reviżjoni fid-dettall tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha bħala tweġiba għas-sejbiet ta’ verifika interna li twettqet mill-IAS fl-2008 u implimentat għadd ta’ azzjonijiet, inkluż it-titjib ta’ dokumentazzjoni u trasparenza fil-proċessi ta’ selezzjoni.

14.

L-ETF tirrikonoxxi l-opinjoni tal-Qorti dwar il-konċessjoni ta’ espatrijazzjoni u rrevediet il-każijiet individwali kkonċernati u wettqet l-addamenti xierqa.


(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-30 ta’ Ġunju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.etf.europa.eu/Archive

(12)  Dawn huma persuni ta’ nazzjonalità mhux Taljana u waslu l-Italja matul il-perijodu ta’ referenza definit biex jiġi ddeterminat id-dritt għall-konċessjoni tal-espatrijazzjoni.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/142


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

2009/C 304/26

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1-2

143

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3-12

143

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13-16

144

Tabella…

145

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

147

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Dublin, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni Ewropea billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2).

2.

Il-baġit tal-Fondazzjoni tal-2008 ammonta għal 21 miljun euro meta mqabbel mal-20 miljun euro tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fl-aħħar tas-sena kien 87 meta mqabbel mal-95 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għan-nefqa operazzjonali, l-ammont miġjub ’il quddiem, 4,9 miljun euro, kien aktar minn 55 % tal-approprijazzjonijiet. Din is-sitwazzjoni ma kinitx tikkonforma mal-prinċipju tal-annwalità. Hija tindika dgħufijiet fil-programmar tal-attivitajiet operazzjonali tal-Fondazzjoni.

14.

Il-ġustifikazzjoni tat-trasferimenti baġitarji ma kinitx biżżejjed: ma ngħata l-ebda estimu tal-ħtiġijiet. Barra minn hekk, il-Bord Amministrattiv ma kienx infurmat dwarhom.

15.

Għeluq il-kontijiet tal-2008 sar minn impjegat li kien irreklutat fuq terminu ta’ żmien qasir permezz ta’ aġenzija tal-impjiegi. Ir-rapport tat-trasferiment ta’ responsabbiltajiet mibgħut mill-Uffiċjal tal-Kontabilità ta’ qabel kien insodisfaċenti u inkomplet u ma ġietx żgurata tranżizzjoni xierqa bejn l-Uffiċjal tal-Kontabilità ta’ qabel u l-ġdid. B’riżultat ta’ dan, il-kwalità tar-rendikonti finanzjarji f’bosta oqsma (eż. attiv fiss, spejjeż akkumulati, dħul assenjat, VAT, eċċ.) kienet insodisfaċenti, kien hemm inkonsistenzi mal-kontijiet tal-2007 u għalhekk kienu jinħtiġulhom aġġustamenti importanti matul il-verifika.

16.

Fir-rigward ta’ proċeduri tal-akkwist, f’każ minnhom (12) l-użu ta’ proċedura negozjata ma kienx iġġustifikat. F’żewġ każijiet oħra (13), il-Fondazzjoni b’mod irregolari estendiet il-kuntratti lil hinn mit-tul ta’ żmien massimu permess. Il-Fondazzjoni għandha timmira li ttejjeb il-monitoraġġ tal-kuntratti tagħha u l-programmar tal-proċeduri tal-akkwist tagħha, u tniedi sejħiet għall-offerti ġodda ferm qabel ma l-kuntratti korrispondenti jaslu għal tmiem.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Fondazzjoni kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005

Tmexxija

Riżorsi disponibbli lill-Fondazzjoni fl-2008

(data għall-2007)

Attivitajiet u servizzi mogħtija

“Il-Komunità u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali, …għandu jkollhom bħala mira…it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol… il-Komunità għandha ssostni u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma li ġejjin;… b) kundizzjonijiet tax-xogħol; c) is-sigurtà soċjali u l-ħarsien soċjali tal-ħaddiem; d) il-protezzjoni tal-ħaddiema meta l-kuntratt tal-impjieg tagħhom jintemm; e) informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema; f) ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiem u ta’ min iħaddem, inkluża l-kodeterminazzjoni; g) il-kundizzjonijiet tal-impjieg għal persuni ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju tal-Komunità; h) l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tal-impieg; i) l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa…”

(L-Artikoli 136 u 137 tat-Trattat)

Objettivi:

L-għan tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment it-tip ta’ impjieg,

problemi li jirrigwardaw ċertu kategoriji ta’ ħaddiema,

aspetti fit-tul dwar it-titjib tal-ambjent,

it-tqassim ta’ attivitajiet umani f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spazju u żmien.

Kompiti:

issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza f’dawn l-oqsma,

tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi,

twettaq studji jew biex tikkonkludi kuntratti ta’ studji u biex tipprovdi assistenza għall-proġetti pilota,

tikkoopera mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ istituzzjonijiet speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali.

1.   Il-Bord Amministrattiv (BA)

minn kull Stat Membru: rappreżentant wieħed mill-gvern, rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u rappreżentant wieħed tal-ħaddiema,

tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2.   Il-Bureau tal-BA

magħmul minn 11-il membru; 3 membri minn kull wieħed mill-imsieħba soċjali u l-gvernijiet, tnejn mill-Kummissjoni,

jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-BA u jieħu miżuri sabiex jiżgura t-tmexxija tajba bejn il-laqgħat tal-BA.

3.   Id-Direttur huwa maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati ppreżentata mill-BA, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tal-BA u jmexxi l-Fondazzjoni.

4.   Il-Kumitati Konsultattivi huma magħmula minn mhux aktar minn tliet membri mill-Kummissjoni, gvernijiet u msieħba soċjali, bil-għan li jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti kbar u dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati.

5.   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6.   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

21,0 miljun euro

(20,2 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

101 kariga mogħtija fil-pjan ta' twaqqif, li minnhom 78 (84) kienu okkupati

Persunal ieħor:

Esperti Nazzjonali Ssekondati u persunal ta' Agenziji tal-impjiegi: 0(1)

Aġenti Kuntrattwali: 9 (10)

Persunal Totali impjegat: 87 (95)

Attivitajiet operazzjonali: 56 (55)

Kompiti amministrattivi: 27 (36)

Mħallta: 4 (4)

Monitoraġġ u stħarriġ

L-Osservatorju Ewropew tar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO) 572 aġġornament tal-informazzjoni miżjud, l-Osservatorju Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO) 159 aġġornament tal-informazzjoni miżjud u l-Monitor Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) 1 532 skeda informattiva miżjuda dwar ir-ristrutturar

ir-4 Stħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol: analiżi sekondarja (ippubblikata: poplu ħaddiem li qiegħed jixjieħ, organizzazzjoni tax-xogħol, użu tat-teknoloġija)

It-tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja (EQLS); tlestija ta’ xogħol fuq il-post (31 pajjiż; 35 000 intervistati), analiżi tad-data; l-ewwel riżultati ppubblikati (Resume)

Stħarriġ Ewropew tal-Kumpaniji; tħejjija ta’ xogħol fuq il-post.

Impjiegi u ristrutturar

Studji tal-każijiet mill-Monitur Ewropew tar-Ristrutturar;

Impatt tal-globalizzazzjoni fuq setturi magħżula (Trasport; Tessuti; Enerġija)

Xogħol mhux iddikjarat (miżuri minn ħames pajjiżi)

Bidliet fl-istruttura tal-impjiegi (Rapport ‘More and better jobs’ (Aktar impjiegi u impjiegi aħjar))

Rabtiet bejn l-innovazzjoni, il-produttività u l-impjieg

Il-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol

Kundizzjonijiet tax-xogħol u djalogu soċjali

Flessibbiltà u sigurtà tul il-ħajja

Tqabbil globali tal-kundizzjonijet tax-xogħol

Ħaddiema nisa aktar anzjani fl-Ewropa

Relazzjonijiet industrijali u sħubija

Kodiċijiet ta’ kondotta u ftehimiet internazzjonali ta’ qafas;

Dinamiċi ta’ djalogu soċjali settorali Ewropew Ħinijiet tax-xogħol u relazzjonijiet industrijali;

Remunerazzjoni u relazzjonijiet industrijali

Servizz fejn il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet;

Responsabbiltà tal-proċessi ta’ sottokuntrattar fis-settur tal-kostruzzjoni Ewropew

Impjegabbiltà u flessigurtà

It-tkomplija tat-taħriġ professjonali u r-relazzjonijiet industrijali

Il-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja

L-irwol tal-awtoritajiet lokali fl-integrazzjoni tal-immigranti

Il-bidla demografika u l-impjieg fis-servizzi soċjali

Komunikazzjoni u qsim ta' ideat u esperjenzi

437 pubblikazzjoni, 1,59 miljun sessjoni għall-utenti medja ta’ 4,370 kuljum); 35 attività tal-istampa; 2 149 qtugħ minn ġurnali b’valur tar-reklamar ekwivalenti (AVE) ta’ 4,08 miljun euro, li laħqu 112 156 300 persuna, ’il fuq minn 58 765 900 fl-2006; 242 inkjesta ġurnalistika

Kampanji ta’ promozzjoni: erba’ pakketti tar-riżorsi (Ix-Xjuħija, il-Globalizzazzjoni, il-Flessigurtà, il-Migrazzjoni)

4 Roadshows (F, NL, CZ, GR)

Seminar tan-Netwerk tal-Kumpaniji: “Flexibility policies at the company level: a common interest?” (Politika tal-flessibbiltà fil-livell tal-kumpanija: interess komuni?) Serje ta' Seminars tal-Fondazzjoni: - Ċentri Nazzjonali ta’ Kuntatt li jkopru AU, BE, ES, FI, FR, HU, IT, LUX, SP, UK

57 wirja u 52 żjara lill-Fondazzjoni

Sors: informazzjoni moghtija mill-Fondazzjoni.

IR-RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

13.

Ammont ta’ 45 % ta’ Titolu 3 kien diġà fil-programm annwali tagħna bil-pjan li jinġieb ’il quddiem minħabba d-dewmien fl-istudju tal-kuntratti u l-iskema ta’ pagamenti tagħna. Id-dgħjufija li trid titjieb teżisti iżda hija ferm iżgħar minn dak indikat (madwar 10 %).

14.

It-trasferimenti baġitarji kollha huma issa appoġġati bid-dokumentazzjoni ta’ sostenn u l-Burò tal-Bord Governattiv ser jiġi informat regolarment.

15.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità l-antik ta notifika ta’ tliet xhur u dan mhux biżżejjed biex jiġi rreklutat Uffiċjal?Aġent temporanju ġdid. Għaldaqstant ġie rreklutat kantabilistà ċċertifikat fuq bażi temporanja sabiex jiġi assikurat għeluq xieraq tal-kontijiet annwali. Il-problemi kollha li kien hemm minħabba l-bidla tal-kontabilistà antik mal-ġdid issa ssolvew.

16.

Għas-servizzi tal-ivvjaġġar u l-assikurazzjoni l-Eurofound varat proċeduri għal kuntratti multiannwali li sadanittant ġew konklużi. Għas-servizzi legali l-kuntrattur inżamm minħabba raġunijiet ta’ kontinwità fin-negozju (l-Eurofound kellha każijiet legali pendenti). Bħalissa hemm sejħa għal proposti ġdida li qiegħda ssir sabiex jitfassal kuntratt ta’ qafas multiannwali għas-servizzi legali. Is-sistema tal-ġestjoni tal-proġett tagħna tinkludi mudell separat għall-ippjanar tal-akkwist u l-ġestjoni ta’ kuntratti sabiex jgħinu l-ipprogrammar isir f’waqtu u l-proċeduri ta’ akkwist ta’ kuntratt.


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1,

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eurofound.europa.eu

(12)  Tiġdid tal-kuntratt ta’ servizz għall-għoti ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni (37 000 euro).

(13)  Kuntratti ta’ servizz għall-għoti ta’ servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar (157 000 euro) u għall-għoti ta’ servizzi legali (25 000 euro).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/148


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

2009/C 304/27

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

149

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

149

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

13

150

Tabella …

151

Ir-risposti taċ-Ċentru

153

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab f’Liżbona, twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jiġbor data dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-drogi sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija oġġettiva, affidabbli u komparabbli fuq livell Ewropew. Din l-informazzjoni hija intenzjonata biex tipprovdi bażi sabiex tkun analizzata d-domanda għad-drogi u l-modi biex titnaqqas, u kif ukoll b’mod ġenerali, il-fenomeni assoċjati mas-suq tad-drogi (2).

2.

Il-baġit taċ-Ċentru għall-2008 ammonta għal 15,1 miljun euro meta mqabbel ma’ 14,4 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 104 meta mqabbel ma’ 98 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti l-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

13.

Il-programm ta’ xogħol taċ-Ċentru għall-2008 jelenka, għal kull prijorità strateġika, bosta objettivi, azzjonijiet u prodotti operazzjonali. Ta’ sikwit l-objettivi la jkunu marbuta b’mod ċar mal-prodotti u lanqas ikunu jistgħu jitkejlu u l-indikaturi tal-eżiti huma nieqsa, u b’hekk huwa diffiċli li l-progress jiġi ssorveljat fil-livell tal-attività. Il-programm ta’ xogħol ma jagħtix dettalji tar-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ippjanati. Sabiex jiżgura ġestjoni kompletament ibbażata fuq l-attività, li tippermetti titjib kontinwu tal-allokazzjoni tar-riżorsi u l-analiżi tal-prestazzjoni, iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi objettivi li jistgħu jitkejlu u b’indikaturi rilevanti, jalloka r-riżorsi tiegħu abbażi tal-bżonnijiet meqjusa tal-proġett u jippromwovi l-kisba tar-riżultati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (Liżbona)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Il-poteri taċ-Ċentru kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

(Data għall-2007)

Il-Komunità tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

(L-Artikolu 152 tat-Trattat)

Objettivi

Li jipprovdi lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha b’informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli fil-livell Komunitarju rigward droga u l-vizzju tad-droga u l-konsegwenzi tagħhom.

Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ għandu jiffoka fuq l-oqsma ta’ prijorità li ġejjin:

1)

monitoraġġ tal-istat tal-problema tad-droga, u tendenzi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk li jinvolvu użu ta’ diversi drogi;

2)

monitoraġġ tas-soluzzjonijiet u għoti ta’ informazzjoni fuq l-aħjar prattiċi;

3)

evalwazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u l-manteniment ta’ sistema ta’ informazzjoni rapida;

4)

żvilupp ta’ għodda u strumenti sabiex jgħinu lill-Istati Membri jissorveljaw u jevalwaw il-politika nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u tevalwa l-politika tal-UE.

Kompiti

Jiġbor u janalizza d-data

Itejjeb metodi ta’ tqabbil tad-data

Ixerred id-data

Jikkoopera ma’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi.

Jidentifika żviluppi ġodda u tendenzi li qegħdin jinbidlu.

1 –   Il-Bord ta’ Tmexxija

Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ esperti indipendenti, maħtura mill-Parlament Ewropew.

Huwa jadotta l-programm tax-xogħol, ir-rapport tal-attivitajiet ġenerali u l-baġit.

2 –   Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni.

3 –   Kumitat Xjentifiku

Jagħti opinjonijiet. Huwa magħmul minn ħmistax-il xjentist magħruf ħafna, maħtura minħabba l-eċċellenza tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija wara sejħa għal espressjoni ta’ interess. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jaħtar ukoll grupp ta’ esperti għall-Kumitat Xjentifiku estiż għall-evalwazzjoni tar-riskju tas-sustanzi psikoattivi ġodda.

4 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

5 –   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

15,1 miljun euro (14,4 miljun euro). Sussidju Komunitarju 93 % (93 %).

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2008

Għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 82 (82)

Karigi okkupati: 78 (73)

+ 26 (25) membru tal-persunal ieħor (kuntratti ta’ awżiljarji, persunal kuntrattwali u temporanju)

Total tal-Persunal: 104 (98)

Assenjati fil-kompiti li ġejjin:

 

operazzjonali: 62 (60)

 

sostenn amministrattiv u tal-IT: 32 (29)

 

mħallta: 10 (9)

Netwerk

Iċ-Ċentru jmexxi netwerk kompjuterizzat għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni msejjaħ in-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Drogi u Tossiku Dipendenza (Reitox); dan in-netwerk jgħaqqad netwerks nazzjonali ta’ informazzjoni fuq id-drogi, ċentri speċjalizzati fl-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru.

Pubblikazzjonijiet

Rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa; 23 (23) verżjoni lingwistika, pubblikazzjoni u websajt interattiva

Kwistjonijiet magħżula 3 (3) ħarġiet, pubblikazzjoni, sommarji multilingwistiċi bl-Ingliż);

Bulettin statistiku u websajt interattiva li fiha ’l fuq minn 350 (350) tabella, 100 (100) grafika;

Rapport ġenerali tal-attivitajiet - annwali, bl-Ingliż;

Newsletter Drugnet Europe - 4 (4) ħarġiet, bl-Ingliż;

Drugs in Focus (Fok fuq id-Drogi) (informazzjoni dwar il-politika) - 1 (3) ħarġa, 25 verżjoni lingwistika;

EMCDDA Scientific Monograph (Monografija Xjentifika tal-EMCDDA) - 1 (0), żewġ volumi, bl-Ingliż;

EMCDDA Insights - 3 (0), bl-Ingliż;

Datasheets tekniċi tal-EMCDDA - 3 (0);

Profili tad-Droga - 5 ġodda u 6 aġġornati (6), Bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż;

Studji tekniċi u xjentifiċi, inklużi Artikli u sommarji xjentifiċi 53 (57);

Sistema ta’ ġbir, validazzjoni, ħażna u rkupru tad-data (Fonte)

Websajts oħrajn

It-twaqqif/l-aġġornament/l-iżvilupp tal-kontenut tal-websajt pubblika EMCDDA inklużi:

Ħarsa ġenerali lejn pajjiżi,

Ħarsa ġenerali lejn it-trattament tad-drogi,

Database legali Ewropea dwar id-drogi,

Bank tal-istrumenti ta’ evalwazzjoni,

Punt ta’ aċċess għall-aqwa prattika (skambju dwar l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi).

Opuskoli promozzjonali: 6 (3) prodotti

Prodotti tal-midja: 177 (174) prodott mixxellanju

Parteċipazzjoni f’konferenzi internazzjonali/laqgħat: 203 (230)

Organizzazzjoni ta’ laqgħat xjentifiċi u tekniċi: 35 (41).

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

13.

B’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, il-programm ta’ ħidma tal-EMCDDA tal-2009 jassigura rabta aħjar bejn il-prijoritajiet, l-objettivi u l-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati. Jalloka wkoll riżorsi finanzjarji u umani għad-diversi prijoritajiet u attivitajiet abbażi tal-ispejjeż maħsuba għall-implimentazzjoni. Rappurtaġġ intermedju ta’ progress twettaq biex jiġi monitorjat l-istat tal-implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-approċċ tal-Maniġment li jimxi Skont l-Attività (ABM) għaċ-ċiklu ta’ ppjanar 2010-2012 ittejjeb permezz tal-promozzjoni ta’ proċessi orjentati lejn ir-riżultat, l-istabbiliment ta’ objettivi li jistgħu jitkejlu iktar u l-iżvilupp ta’ indikatur tal-eżitu xierqa.


(1)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu kienu mħassra mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-17 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.emcdda.europa.eu/html.cfm/index81990EN.html


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/154


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

2009/C 304/28

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI…

1 - 2

155

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI…

3 - 12

155

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA…

13 - 16

156

Tabella…

157

Ir-risposti tal-Uffiċċju

158

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-Uffiċċju), li jinsab f’Angers, kien stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 (1). L-iskop prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għotja ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Komunità għal varjetajiet ta’ pjanti u biex jiżgura li l-eżamijiet tekniċi neċessarji huma mwettqa mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri (2).

2.

Il-baġit tal-2008 tal-Uffiċċju kien jammonta għal 12,5 miljun euro, meta mqabbel ma’ 13,4 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Uffiċċju fl-aħħar tas-sena kien 44 meta mqabbel ma’ 44,5 s-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u r-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 111 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli mit-twaqqif (7) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (8) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (9). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Approprijazzjonijiet amministrattivi kienu impenjati fl-2007, miġjuba ’l quddiem fl-2008, rilaxxati u kkanċellati, u mbagħd impenjati mill-ġdid u fl-aħħar nett miġjuba ’l quddiem fl-2009 (11). B’kunsiderazzjoni għall-prinċipju tal-annwalità u n-natura mhux differenzjata tal-approprijazzjonijiet amministrattivi, l-ammonti korrispondenti suppost kellhom ikunu integrati mill-ġdid permezz ta’ baġit ta’ emenda.

14.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Uffiċċju ma vvalidax il-modulu tas-sistema tal-IT l-ġdida tal-kontabilità. Waqt il-proċess tal-għeluq tal-kontijiet fl-2008 nstabu dgħufijiet fis-sistema li kienu jinħtieġu aġġustamenti tal-kontabilità. Dawn id-dgħufijiet għandhom jiġu indirizzati sabiex jippermettu l-validazzjoni ta’ dan il-modulu.

15.

F’żewġ ftehimiet tal-għotja għal nefqa totali (12), spejjeż indiretti li ġġarrbu mill-kuntratturi li qabżu l-limitu b’rata fissa ta’ 7% ġew ikkunsidrati eliġibbli. Skont il-kuntratti (13), l-Uffiċċju kien imissu staqsa għall-ġustifikazzjoni tal-ammonti konsiderevoli involuti (14).

16.

Għall-proviżjoni ta’ għamara (15), l-Uffiċċju ta kuntratt direttament lil fornitur speċifiku, mingħajr ma seta’ jagħti d-dokumentazzjoni rilevanti jew evidenza dwar il-kriterji tal-għotja, jew l-evalwazzjoni li saret fost l-alternattivi differenti proposti minn konsulent tekniku magħżul mill-Uffiċċju għal dan l-iskop. Din il-prattika xekklet it-trasparenza tal-proċedura.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Angers)

Oqsma ta’ kompetenza Komunitarja stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Uffiċċju kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2008

(Data għall-2007)

Moviment ħieles tal-merkanizija

Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet iġġustifikati fuq il-bażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn l-Istati Membri

(Estratt mill-Artikolu 30 tat-Trattat)

Objettivi

Li japplika s-sistema ta’ drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti bħala l-forma unika u esklussiva ta’ protezzjoni tal-Komunità għall-varjetajiet ta’ pjanti.

Kompiti

Jiddeċiedi jekk jagħtix jew jirrifjutax applikazzjonijiet għal drittijiet tal-Komunità fuq il-varjetajiet ta’ pjanti.

Jiddeċiedi fuq oġġezzjonijiet.

Jiddeċiedi fuq appelli.

Jiddeċiedi fuq ir-revoka jew il-kanċellament ta’ dritt tal-varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità.

1 —   Il-President

Imexxi l-Uffiċċju. Huwa jiġi nominat mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv.

2 —   Il-Kunsill Amministrattiv

Jissorvelja l-programm ta’ xogħol tal-Uffiċċju u jiffissa r-regoli dwar il-metodi ta’ xogħol tal-Uffiċċju. Huwa kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u l-alternati tagħhom.

3 —   Deċiżjonijiet rigward l-għotja ta’ drittijiet tal-Komunità dwar varjetajiet ta’ pjanti jiġu adottati minn Kumitati magħmula minn tliet membri tal-persunal tal-Uffiċċju u mill-Bord tal-Appell fi proċeduri tal-appell.

4 —   Kontroll tal-legalità tal-atti tal-Uffiċċju

Reviżjoni mill-Kummissjoni dwar il-legalità tal-Atti tal-President tal-Uffiċċju li dwarhom il-liġi tal-Komunità ma tipprovdix għall-kontroll fuq il-legalità minn xi korp ieħor, u ta’ dawk l-atti tal-Kunsill Amministrattiv li għandhom x’jaqsmu mal-baġit tal-Uffiċċju.

5 —   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 —   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Kunsill Amministrattiv.

Baġit

12,5 (13,4) miljun euro

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

Għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 43 (42)

Karigi okkupati: 43 (42)

+ 1 (2,5) karigi oħra (esperti nazzjonali issekondati, persunal lokali, persunal mill-aġenzija tal-impjieg)

Total tal-persunal: 44 (44,5)

Assenjati l-kompiti li ġejjin:

Operazzjonali

:

17

Amministrattivi

:

21

Imħallta

:

6

Applikazzjonijiet irċevuti: 3 012(2 977)

Drittijiet mogħtija: 2 162(2 616)

Drittijiet Komunitarji fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008: 15 599(14 598)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.

IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

13.

Minħabba dewmien mhux mistenni, ix-xogħlijiet ma setgħux jitlestew fil-ħin stipulat kif imsemmi fil-baġit. Sabiex l-Uffiċċju jonora l-obbligi legali mingħajr ma’ jgħawweġ artifiċjalment il-kontijiet baġitarji, l-ammonti pendenti ġew għaldaqstant impenjati mill-ġdid fuq il-baġit tal-2008 milli fuq dak tal-2009. Permezz ta’ hekk, fil-fehma tal-Uffiċċju, ir-regoli baġitarji ma nkisrux.

14.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità assigura li d-dgħjufijiet li nstabu waqt l-għeluq tranġaw mill-fornitur tas-softwer u, abbażi tal-ittestjar estensiv, ivvalida bi sħiħ il-modulu baġitarju tas-softwer il-ġdid tal-kontabilità bl-IT. Il-validazzjoni ntbagħtet lill-Qorti fil-25 ta’ Ġunju 2009.

15.

Il-ftehimiet tal-għotja jipprovdu li l-verifiki jistgħu jseħħu sa 5 snin wara li jkun tħallas il-bilanċ u li jekk verifika tistabbilixxi ammonti żejda mħallsa, dawn jistgħu jiġu mitluba lura. Fid-dawl tar-rimarki mill-Qorti tal-Ġustizzja l-Uffiċċju ser jorganizza tali verfika fix-xhur li ġejjin.

16.

L-Uffiċċju, ovvjament, kieku segwa proċedura kompetittiva kieku dan ma kienx impossibbli mis-sistema ta’ distribuzzjoni esklussiva għat-tip ta’ għamara magħżula. Għal din ir-raġuni u b’konformità ma’ artiklu 126.1b tar-regoli ta’ implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju l-Uffiċċju kkonsidra l-proċedura negozjata bħala ġustifikata bis-sħiħ. Il-ġustifikazzjoni ġiet iddokumentata kif mistenni.


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 27.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(9)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(10)  Dawn il-kontijiet kienu ppreparati fis-26 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cpvo.europa.eu/main/en/home/about-the-cpvo/financing

(11)  Prinċipalment ikopru xogħol ta’ rinnovament fuq bini u fuq sistema tal-IT ġdida tal-kontabilità (valur totali 248 000 euro).

(12)  Ammont totali ta’ 670 000 euro (50 % ffinanzjati mill-Uffiċċju).

(13)  L-Artikolu 1.9 tal-kundizzjonijiet speċjali jistipola li l-ispejjeż ġenerali huma eliġibbli sakemm jistgħu jiġu sostnuti b’evidenza tal-kontabilità.

(14)  F’każ minnhom l-ammont globali għall-ispejjeż indiretti mħallas ’il fuq mil-limitu kien ta’ aktar minn 40 000 euro).

(15)  Proċedura negozjata għall-proviżjoni ta’ għamara għall-uffiċċju għall-bini tal-Uffiċċju l-ġdid (80 000 euro).


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/159


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

2009/C 304/29

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

160

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

3-12

160

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

13

161

Tabella …

162

Ir-risposti tal-Uffiċċju

163

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Uffiċċju”), li jinsab f’Alicante, kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 (1). Il-mandat tiegħu hu li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq trade marks u disinni, li jagħti lill-intrapriżi protezzjoni uniformi fiż-żona sħiħa tal-Unjoni Ewropea (2).

2.

Il-baġit tal-Uffiċċju għall-2008 ammonta għal 318,4 miljun euro meta mqabbel ma’ 275,6 miljun euro s-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Uffiċċju fi tmiem is-sena kien 643 meta mqabbel ma’ 647 fis-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni hija indirizzata lill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

Ir-responsabbiltà tal-President

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprijazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli mit-twaqqif (7) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (8) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (9). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijiet jew ta’ tranżazzjonijiet illegali jew irregolari, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta tagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (10) tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jpoġġux f’diskussjoni l-opinjonijiet tal-Qorti.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

13.

Għal dawn l-aħħar sentejn (11) il-Qorti osservat il-bżonn li l-Uffiċċju jipproponi lill-Kummissjoni li tistabbilixxi livell ta’ onorarji li jirrifletti b’mod aktar preċiż l-ispejjeż reali tiegħu (12). Il-bilanċ favur akkumulat tal-baġit (13) żdied minn 201 miljun euro fl-2006 għal 273 miljun euro fl-2007 u 350 miljun euro fl-2008. L-impatt tal-miżuri previsti mill-Uffiċċju biex jevita aktar żieda fil-bilanċ favur tiegħu u, fuq medda ta’ żmien itwal, biex iġib l-ispejjeż tal-Uffiċċju eqreb tar-riżorsi tiegħu għadu ma jistax jiġi evalwat.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Alicante)

Qasam ta’ kompetenza Komunitarja skont it-Trattat

Kompetenzi tal-Uffiċċju kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2008

(Data għall-2007)

Prodotti u servizzi mogħtija fis-sena finanzjarja 2008

(Data għall-2007)

Moviment ħieles tal-merkanzija

Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati abbażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(Mill-Artikolu 30 tat-Trattat)

Ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jingħataw is-servizzi fil-Komunità għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.

(Mill-Artikolu 49 tat-Trattat)

Objettivi

Jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq it-trade marks u d-disinni, li tagħti lill-intrapriżi d-dritt għal protezzjoni uniformi tul ż-żona kollha tal-Unjoni Ewropea.

Kompiti

Jirċievi u jdaħħal applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

Jeżamina l-kundizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistru u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Ifittex fl-uffiċċji ta’ proprjetà industrijali tal-Istati Membri għal kwalunkwe trade mark nazzjonali.

Jippubblika applikazzjonijiet.

Jeżamina kwalunkwe oppożizzjoni minn partijiet terzi.

Jirreġistra jew jirrifjuta applikazzjonijiet.

Jeżamina applikazzjonijiet għar-revoka jew invalidità.

Jittratta appelli kontra deċiżjonijiet.

1 –   Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru.

Rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alterni tagħhom.

Kompiti

Jagħti pariri lill-President dwar kwistjonijiet li l-Uffiċċju huwa responsabbli għalihom.

Jipprepara listi ta’ kandidati (l-Artikolu 120) għall-President, il-Viċi-Presidenti u ċ-Chairmen u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell.

2 –   President tal-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista b’massimu ta’ tliet kandidati li ġiet ippreparata mill-Bord tat-Tmexxija.

3 –   Kumitat tal-Baġit

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alterni tagħhom.

Kompiti

Jadotta l-baġit u r-regolament finanzjarju; jagħti kwittanza lill-President u jiddetermina l-ispejjeż tar-rapporti tat-tfittxija.

4 –   Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet

Id-deċiżjonijiet huma meħuda:

a)

mill-Eżaminaturi;

b)

mid-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni;

c)

mill-Amministrazzjoni ta’ Trade Marks u d-Diviżjoni Legali;

d)

mid-Diviżjoni tal-Kanċellamenti;

e)

mill-Bordijiet tal-Appell.

5 –   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 –   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju.

Baġit

318-il miljun euro

(276 miljun euro)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2008

643 (647) kariga fil-pjan ta’ stabbiliment, karigi okkupati: 606 (619) + 118 (89) persunal ieħor (kuntratti tal-awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali u tal-aġenzija tal-impjiegi, konsulenti speċjali)

Persunal totali: 724 (708)

Trade marks

Għadd ta’ applikazzjonijiet: 87 400(88 200)

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet: 81 400(68 000)

Għadd ta’ każijiet ta’ oppożizzjoni:: 18 700(16 400)

li minnhom każijiet li ntlaħaq qbil dwarhom: 13 600(12 200)

Appelli lill-Bordijiet tal-Appell: 1 815(1 970)

Appelli pendenti: 1 618(1 670)

Żmien medju għar-reġistrazzjoni (esklużi l-oppożizzjoni jew l-appell)

qabel il-pubblikazzjoni: 6 (7,5) xhur

bejn il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni: 5,5 (6,5) xhur

Disinni

Disinni rċevuti: 72 700(78 000)

Disinni rreġistrati: 78 400(77 000)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.

IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

13.

L-emendi fir-Regolament tal-Miżati daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2009. Il-previżjonijiet tal-baġit li saru mill-Uffiċċju wrew li l-miżati l-ġodda għandhom iwasslu biex il-baġit ikun ibbilanċjat aktar fil-futur qarib, skont il-volum tal-applikazzjonijiet. Ġie maqbul ukoll li l-Kummissjoni kull sentejn ser tirrevedi jekk hemmx il-ħtieġa għal iktar aġġustament tal-miżati sabiex jinżamm baġit ibbilanċjat


(1)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(9)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-19 ta’ Ġunju 2009 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2009. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.oami.europa.eu

(11)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 179 u ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141.

(12)  L-Artikolu 134(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993.

(13)  Riżultati tal-baġit miġjuba ′l quddiem flimkien mal-fond ta’ riżerva skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.


Rettifika

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/164


Rettifika għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri fuq l-implimentazzjoni tal-baġit dwar is-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 269, tal-10 ta’ Novembru 2009 )

2009/C 304/30

Fuq il-paġna 222, il-paragrafu 11.25:

minflok:

“L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

11.25.

l-Qorti ma sabet l-ebda żbalji materjali li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet li hija vverifikat (l-iskejjel ta’ Karlsruhe u Mol u l-Uffiċċju Ċentrali), li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-24 ta’ Ottubru 2006 applikabbli għall-baġit tal-Iskejjel Ewropej, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom dawn il-kontijiet. Iżda, abbażi tar-reviżjoni tal-Qorti, il-kontijiet konsolidati mhumiex ippreżentati b’mod ġust u trasparenti, fl-aspetti materjali kollha, skont l-istandards tal-kontabilità relevanti, fir-rigward ta’ (a) l-applikazzjoni mhux sodisfaċenti tal-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti u (b) l-inklużjoni tal-bilanċ favur tas-sena ta’ qabel bħala dħul tas-sena preżenti.”

 

aqra:

“L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

11.25.

l-Qorti ma sabet l-ebda żbalji materjali li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet li hija vverifikat (l-iskejjel ta’ Karlsruhe u Mol u l-Uffiċċju Ċentrali), li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-24 ta’ Ottubru 2006 applikabbli għall-baġit tal-Iskejjel Ewropej, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom dawn il-kontijiet. Iżda, abbażi tar-reviżjoni tal-Qorti, il-kontijiet konsolidati mhumiex ippreżentati b’mod ġust u trasparenti, fl-aspetti materjali kollha, skont l-istandards tal-kontabilità relevanti, fir-rigward ta’ (a) l-applikazzjoni mhux sodisfaċenti tal-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti u (b) l-inklużjoni tal-bilanċ favur tas-sena ta’ qabel bħala dħul tas-sena preżenti.

11.25.   IR-RISPOSTA TAL-ISKEJJEL EWROPEJ

Il-punti mqajma mill-Qorti se jiġu eżaminati bħala partijiet mir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Iskejjel Ewropej li se ssir ’il quddiem.”