ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2009.285.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 285E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
26 ta' Novembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 5 Ġunju 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 189 E, 26.7.2008.

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008

2009/C 285E/01

Regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ (2007/2256(INI))

1

2009/C 285E/02

Id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Ġeorġja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja

7

2009/C 285E/03

Rapport Annwali 2006 dwar il-PESK
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-orjentazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), preżentata lill-Parlament Ewropew skond tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (2007/2219(INI))

11

2009/C 285E/04

Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' sigurtà u tal-ESDP
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' sigurtà u tal-ESDP (2008/2003(INI))

23

2009/C 285E/05

Laqgħa għolja UE-Stati Uniti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-Laqgħa għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li se jsir fl-10 ta' Ġunju 2008

32

2009/C 285E/06

Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

39

2009/C 285E/07

X'futur għal bdiewa żgħażagħ skond ir-riforma attwali tal-PAK
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-futur tal-bdiewa żgħażagħ fil-kuntest tar-riforma attwali tal-PAK (2007/2194(INI))

43

2009/C 285E/08

Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2007 (2007/2180(INI))

51

2009/C 285E/09

Kompetizzjoni: Inkjesta settorjali dwar servizzi bankarji ġenerali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-Kompetizzjoni: Indaġni tas-Settur rigward l-operazzjonijiet bankarji ġenerali (2007/2201(INI))

55

2009/C 285E/10

Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni (2007/2287(INI))

61

2009/C 285E/11

Il-mard rewmatiku
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mard rewmatiku

67

 

 

Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008

2009/C 285E/12

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer Eġej minuri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer Eġej minuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (COM(2008)0168 — C6-0175/2008 — 2008/0065(CNS))

69

2009/C 285E/13

L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni u Taqsima VI — Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (9903/2008 — C6-0206/2008 — 2008/2095(BUD))

70

2009/C 285E/14

Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 4/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (9904/2008 — C6-0207/2008 — 2008/2094(BUD))

71

2009/C 285E/15

Netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni (11231/2007 — C6-0240/2007 — 2007/0809(CNS))

72

2009/C 285E/16

Sistema Komunitarja kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) (COM(2007)0602 — C6-0454/2007 — 2007/0223(CNS))

74

2009/C 285E/17

Il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (COM(2007)0605 — C6-0453/2007 — 2007/0224(CNS))

90

2009/C 285E/18

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0200 — C6-0164/2008 — 2008/2091(ACI))

96

2009/C 285E/19

It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))

98

P6_TC1-COD(2007)0097Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)

99

2009/C 285E/20

L-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (COM(2007)0090 — C6-0211/2007 — 2007/0037B(COD))

122

P6_TC1-COD(2007)0037BPożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

123

2009/C 285E/21

Proposta dwar l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists (COM(2007)0292 — C6-0154/2007 — 2007/0102(COD))

125

P6_TC1-COD(2007)0102Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists

125

2009/C 285E/22

Skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011*
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006 (COM(2007)0857 — C6-0051/2008 — 2007/0289(CNS))

126

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 5 Ġunju 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 189 E, 26.7.2008.

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008

26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/1


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ

P6_TA(2008)0247

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ (2007/2256(INI))

2009/C 285 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 23 sa 31, 95, 133 u 135,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona tat-13 ta' Diċembru 2007 li qiegħed jiġi ratifikat bħalissa mill-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li twaqqaf il-Kunsill għall-Koperazzjoni Doganali, iffirmata fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950 u li daħlet fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 1952,

wara li kkunsidra l-ftehima ġenerali dwar tariffi doganali u l-kummerċ (GATT) ta' 1-1994 u b'mod partikulari l-Artikoli V, VIII u X,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li ġiet adottata f'Singapore fit-13 ta' Diċembru 1996, u b'mod partikulari l-punt numru 21 tagħha,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ministerjali tad-WTO adottata f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001 u b'mod partikulari l-punt numru 27 tagħha,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-1 ta' Awissu 2004 u b'mod partikulari l-Anness D tagħha dwar il-Modalitajiet għan-Neguzjati għall-Faċilizzazzjoni tal-Kummerċ,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tad-WTO adottata f'Hong Kong fit-18 ta' Diċembru 2005 u b'mod partikulari tal-punt 33, kif ukoll l-Anness E tagħha;

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Grupp Speċjali u tal-Korp għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim fl-WTO fil-każ “Komunitajiet Ewropej — Ċerti Kwistjonijiet Doganali” (WT/DS315),,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' regolament dwar it-twaqqif tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Kodiċi Doganali Aġġornat) (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr l-użu ta' karti għad-dwana u l-kummerċ (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013) (COM(2006)0201),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2005 dwar ir-regoli dwar l-oriġini fl-iskemi kummerċjali preferenzjali — Linjigwida għall-Ġejjieni (COM(2005)0100),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' April 2008 bl-isem “Strateġija għall-futur tal-unjoni doganali” (COM(2008)0169),

wara li kkunsidra l-abbozz għar-regolament (TAXUD 2046/2007) tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta' oriġini tas-sistema ta' preferenzi ġenerali li qed jiġi eżaminat mill-Kumitat għall-Kodiċi Doganali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali (Konvenzjoni ta' Kyoto) hekk kif ġiet emendata,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunitajiet Ewropej mal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) u l-eżeċizzju b'mod tranżitorju ta' drittijiet u obbligi identiċi għal dawk tal-membri ta' din l-organizzazzjoni (COM(2007)0252),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2007 tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali dwar “L-Irwol Ġejjieni tad-Dwani”,

wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ li saru fid-19 ta' Diċembru 2007 fil-Parlament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar “Regoli u proċeduri effikaċi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fil-politika kummerċjali”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0184/2008),

A.

billi l-unjoni doganali hija wieħed mill-istrumenti storiċi li fuqu nbniet l-integrazzjoni ekonomika u politika tal-Kontinent Ewropew;

B.

billi l-kunċetti ta' unjoni doganali u ta' politika kummerċjali komuni huma koeżistenti b'mod reċiproku,

C.

billi l-r-regoli u l-proċeduri tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-Unjoni Ewropea għad għandhom irwol essenzjali għall-operat tajjeb tas-suq intern;

D.

billi l-politika kummerċjali komuni matul is-snin għaddiet minn żviluppi importanti li kienu, u għadhom, jeħtieġu l-adattazzjoni permanenti tar-regoli u tal-proċeduri għall-importazzjoni u l-esportazzjoni;

E.

billi l-politika komuni kummerċjali ma tistax taħdem mingħajr l-appoġġ ta' regoli u proċeduri effikaċi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkanzija;

F.

billi s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u fil-livell internazzjonali jikkostitwixxu sfidi strateġiċi għall-kompetettività internazzjonali;

G.

billi qies il-problemi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) sabiex jifhmu u jużaw ir-regoli u l-proċeduri doganali, li bosta drabi jimpedixxu l-aċċess faċli ta' dawn intrapriżi għall-kummerċ internazzjonali u ma jħalluhomx jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet li toffri l-globalizzazzjoni;

H.

billi evalwazzjoni korretta tal-klassifikazzjoni tariffarja, tal-oriġini u tal-valur tal-merkanzija importata hija indispensabbli għall-applikazzjoni tat-tariffa doganali komuni, tal-preferenzi tariffarji, tal-miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji u ta' serje sħiħa ta' strumenti oħrajn tal-politika kummerċjali;

I.

billi r-regoli u l-proċeduri doganali li jkunu restrittivi wisq jew li jimxu bil-mod jfixklu l-iskambji internazzjonali ta' merkanzija u huma meqjusa mill-operaturi ekonomiċi, b'mod partikulari mill-SMEs, bħala fost l-ostakoli prinċipali mhux tariffarji għall-kummerċ;

J.

billi l-irwol tad-dwani llum il-ġurnata jmur lilhinn mis-sempliċi ġbir ta' ħlasijiet doganali, li hija funzjoni importanti imma li tul il-ħamsa u għoxrin sena li għaddew rat tnaqqis konsiderevoli, u jorjenta ruħu aktar lejn applikazzjoni ta' miżuri mhux tariffarji, b'mod partikulari rigward is-sikurezza u s-sigurtà, il-ġlieda kontra l-iffalsifikar, il-moneylaundering u d-drogi, kif ukoll lejn l-applikazzjoni ta' miżuri li jirrigwardaw is-saħħa, l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, biex ma nsemmux ukoll il-ġbir tal-VAT u tas-sisa fuq l-importazzjoni kif ukoll l-eżentar minn dawn it-taxxi fl-esportazzjoni, u naturalment, ir-rispett tal-politiki kummerċjali tal-Unjoni.

K.

billi qies l-isforzi li saru wara Awissu 2004 fil-qafas tad-WTO u taċ-ċiklu ta' Doha biex tiġi neguzjata ftehima multilaterali mandatorja rigward il-faċilizzazzjoni tal-kummerċ, kif ukoll id-diffikulatajiet iffaċċjati minn bosta pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jiffinanzjaw il-miżuri għall-fruntieri li ġew proposti f'dawn in-neguzjati;

L.

billi qies id-diffikultajiet partikulari li sabu l-pajjjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni tas-sistemi doganali effikaċi, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-infrastrutturi, it-tagħmir, kif ukoll it-taħriġ u l-integrità tal-persunal,

M.

billi l-iskop essenzjali tal-faċilizzazzjoni tal-kummerċ għandu jkun jaqbel mal-iskop xejn anqas fundamentali tal-effikaċità tal-kontrolli,

N.

billi t-tħassib rigward is-sigurtà tal-persuni u tal-beni għandhom irwol kbir ħafna fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli u proċeduri doganali, b'mod partikulari f'ċerti pajjiżi li huma msieħba kummerċjali kbar tal-Unjoni,

O.

billi l-istandards Ewropej tal-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikulari fir-rigward tas-saħħa u tas-sigurtà, għandhom jiġu applikati għall-prodotti kollha li jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ġewwa s-suq komuni Ewropew, ikun xi jkun l-oriġini tagħhom,

P.

billi rikors akbar għall-informatika u għal teknoloġiji moderni oħrajn għat-trattament ta' tranżazzjonijiet doganali u għall-kontroll tal-merkanzija jirriżultaw f'kisbiet konsiderevoli f'termini ta' effikaċità u ta' rapidità,

Q.

billi qies il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-interoperabilità assoċjata mal-użu ta' tagħmir bħal dan, kif ukoll l-ispejjeż involuti għal dan l-użu għall-amministrazzjonijiet konċernati u għall-operaturi ekonomiċi,

R.

billi t-Trattat tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li fost l-objettivi fundamentali mistqarra fl-Artikolu 3, paragrafu 5 (li jikkorrispondi għall-Artikolu 2 (5) attwali hekk kif modifikat mill-Artikolu 1, punt 4, tat-Trattat ta' Liżbona), l-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha; billi t-Trattat imsemmi jiddisponi wkoll, fl-Artikolu 3, paragrafu 2 (li jikkorrispondi għall-Artikolu 2 (2) attwali, kif modifikat wkoll mill-Artikolu 1, punt 4, tat-Trattat ta' Liżbona) li l-Unjoni toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, ta' siġurtà u ta' ġustizzja mingħajr fruntieri interni li fih huwa żgurat il-moviment liberu tal-persuni, flimkien ma' miżuri xierqa relevanti, b'mod partikulari rigward il-kontroll tal-fruntieri esterni,

S.

billi għalkemm ir-regoli u l-proċeduri doganali tal-Unjoni huma definiti u adottati fil-livell Komunitarju, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom tiddependi mill-azzjoni tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri,

T.

billi qies l-importanza tal-irwol li għandha d-WCO fil-promozzjoni tal-kummerċ permezz tal-koperazzjoni doganali internazzjonali;

L-importanza tar-regoli u l-proċeduri għall-importazzjoni u l-esportazzjoni

1.

Jenfasizza l-importanza tal-effikaċità tar-regoli u tal-proċeduri doganali li jirrigwardaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni fl-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali;

2.

Ifakkar li l-effikaċità ta' kwalunkwe miżura tal-politika kummerċjali tiddependi ħafna mill-kapaċità tal-Unjoni li tiżgura li jkunu applikati tajjeb; li l-istess jgħodd b'mod partikulari għall-miżuri ta' difiża kummerċjali u ta' preferenzi tariffarji ta' kull tip li l-Unjoni tagħti lid-diversi msieħba tagħha; li miżura li mhix applikabbli, jew li hi diffiċli biex tiġi applikata fil-livell doganali, hija miżura li ma taħdimx fil-livell kummerċjali u li tista' ġġib magħha distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u ħsara ekonomika, soċjali u/jew ambjentali kollaterali bla qies;

3.

Jiddeplora li “l-prattikabilità doganali” ta' ċerti inizjattivi tal-politika kummerċjali m'hijiex dejjem evalwata u meqjusa tajjeb; ifakkar, bħala eżempju, fil-problemi li nstabu fl-implimentazzjoni tal-memorandum ta' ftehima maċ-Ċina tal-10 ta' Ġunju 2005 dwar l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti u ħwejjeġ;

4.

Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' koperazzjoni aħjar bejn is-servizzi tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-politika kummerċjali u dawk inkarigati mill-politika doganali, b'mod partikulari permezz ta' integrazzjoni aktar sistematika ta' dawn fit-timijiet li jinnegozjaw ftehimiet kummerċjali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikulari għall-problemi li jiffaċċjaw l-SMEs, b'mod partikulari billi tgħin fl-adozzjoni tas-sistemi kompjuterizzati tagħhom għal dawk użati fl-amministrazzjoni doganali bl-inqas spejjeż possibbli u billi tissimplifikalhom l-modalitajiet biex jinkiseb l-istejtus ta' operatur ekonomiku akkreditat;

6.

Jilqa' d-dħul tal-Komunità Ewropea bħala membru sħiħ tad-WCO mill-1 ta' Lulju 2007, dħul li jikkonferma l-kompetenza internazzjonali tagħha fil-qasam tal-politika doganali u dan ma jistax għajr isaħħaħ il-koeżjoni interna tagħha; jitlob li l-Kummissjoni tagħti l-appoġġ tagħha lil din l-organizzazzjoni;

Klassifikazzjoni tat-tariffi, valur, oriġini u skemi ekonomiċi

7.

Ifakkar fl-importanza partikulari li għandhom ċerti regoli rigward il-klassifikazzjoni tat-tariffi, il-valur u l-oriġini — kemm dawk preferenzjali u dawk li m'humiex — tal-merkanzija;

8.

Jistiedem lill-Kummissjoni sabiex taħdem bla heda għal titjib ta' dawn ir-regoli, kemm fil-livell Komunitarju, kif ukoll f'dak multilaterali tad-WTO u tad-WCO, f'dak li jirrigwarda trasparenza, previżjoni, simplifikazzjoni u effikaċità;

9.

Jiddeplora l-imblukkar persistenti tal-eżerċizzju ta' armonizzazzjoni tar-regoli ta' oriġini mhux preferenzjali fil-livell multilaterali, eżerċizzju li nbeda fl-1995 fuq il-bażi tal-ftehima dwar ir-regoli ta' oriġini (ARO) milħuqa fi ħdan iċ-Ċiklu tal-Urugwaj; iqis li armonizzazzjoni bħal din tkun tista' tippermetti, b'mod partikulari, l-applikazzjoni aktar effikaċi u aktar ġusta ta' miżuri ta' protezzjoni kummerċjali madwar id-dinja u qafas aħjar għall-prattiki li jirrigwardaw l-immarkar tal-oriġini; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattivi kollha possibbli sabiex jerġgħu jitniedu u jiġu konklużi dawn in-negozjati fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fl-ARO;

10.

Jieħu nota tal-isforzi li għamlet il-Kummissjoni sabiex timmodernizza u tissimplifika r-regoli ta' oriġini preferenzjali;

11.

Jiddispjaċih li l-Parlament m'hux involut b'mod aktar mill-qrib, sabiex ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu ta' skrutinju minn qabel fi ħdan il-proċedura ta' komitoloġija, għal proposta għal regolament tal-Kunsill għal applikazzjoni tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP) li bħalissa qiegħda tiġi eżaminata mill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għall-Kodiċi Doganali, minkejja l-importanza u l-karattru politiku sensittiv ħafna ta' din ir-riforma; jinnota madankollu li hemm maħsub li jkun hemm preżentazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament;

12.

Jinnota l-ilmenti kbar li ġejjin minn ċerti setturi tal-industriji tal-Komunità, bħas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ u s-settur agrikolu alimentari, rigward l-applikazzjoni uniformi tal-kriterju tal-valur miżjud; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu kemm jista' jkun konsiderazzjoni lil din il-kritika ġustifikata;

13.

Ifakkar li huwa importanti li b'mod ġenerali tingħata attenzjoni li l-preferenzi mogħtija lill-pajjiżi benefiċarji tal-iskemi preferenzjali f'ċerti setturi sensittivi jkunu protetti mill-użu ħażin minn pajjiżi terzi li huma kompetittivi ħafna permezz ta' regoli ta' oriġini li jistgħu jkunu flessibbli wisq;

14.

Jiddispjaċih li l-iskemi komunitarji għall-ħażna fid-dwana “customs warehousing” u l-proċeduri ta' proċessar għad-dħul u l-ħruġ għadhom sa llum ftit li xejn użati mill-impriżi Ewropej minħabba l-kumplessità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħseb għas-simplifikazzjoni tal-iskemi ekonomiċi, l-introduzzjoni ta' proċeduri aktar flessibbli u l-eliminazzjoni ta' dokumentazzjoni bil-miktub;

Faċilizzazzjoni tal-kummerċ

15.

Jagħti l-akbar importanza għan-negozjati li ilhom sejrin sa minn Awissu 2004 fi ħdan id-WTO dwar il-faċilizzazzjoni tal-kummerċ; ifakkar fil-benefiċji kbar mistennija minn ftehima ambizzjuża f'dan ir-rigward f'dak li hu tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, titjib fil-kompetittività u fl-attrazzjoni internazzjonali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u fil-promozzjoni tal-iskambji;

16.

Huwa konxju tal-fatt li r-riżultati tan-negozjati dwar il-faċilizzazzjoni tal-kummerċ jirriskjaw li jġiegħlu lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jimplimentaw programmi li jiswew ħafna flus li eventwalment ikun diffiċli biex jiffinanzjawhom; iqis għalhekk li bħala parti indispensabbli tar-riżultat finali tan-neguzjati l-pajjiżi żviluppati jimpenjaw ruħhom b'mod ċar li jagħtu għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex dawn ikunu jistgħu jiffinanzjaw l-ispiża tal-applikazzjoni futura multilaterali u sabiex jikkonformaw u jadattaw ruħhom għaliha;

17.

Jenfasizza l-karattru ta' koperazzjoni kbira ta' dawn in-negozjati li ma jrendux ruħhom tajjeb għal xi neguzjati transettorjali eventwali rigward kwistjonijiet oħrajn taċ-ċiklu ta' Doha; iqis li s-suġġett tal-faċilizzazzjoni tal-kummerċ jista' jiġi konkluż u implimentat b'mod separat mingħajr riskju li jiżbilanċja ċ-ċiklu u jitlob għalhekk li dan jinħareġ mill-impenn uniku;

18.

Jappoġġja wkoll il-pjanijiet ambizzjużi tal-Kummissjoni li tinkludi kapitlu dwar il-faċilizzazzjoni tal-kummerċ u l-koperazzjoni doganali fil-ftehimiet ġodda kollha li hija tinnegozja għal kummerċ ħieles, bi qbil mal-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta' Ottubru 2006 bit-titlu “Ewropa kompetittiva f'ekonomija globalizzata — Kontribuzzjoni għall-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” (COM(2006)0567);

Ħidma ġdida għad-dwana

19.

Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi implimentat fil-livell Ewropew pjan għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija; jisħaq fuq il-ħtieġa li f'din il-kwistjoni tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-Kummissjoni bejn is-servizzi inkarigati mill-proprjetà intellettwali, mill-politika kummerċjali u mill-politika doganali, kif ukoll mal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri u bejn dawn l-awtoritajiet;

20.

Jilqa' l-kompromess li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar mandat sabiex ikun inneguzjat ftehim ġdid internazzjonali għal kontra l-iffalsifikar (Anti-Counterfeiting Trade Agreement (ACTA)), għaliex dan il-ftehim huwa ta' importanza kbira ħafna għall-istrateġija kummerċjali globali tal-Unjoni u se jippermetti d-dispożizzjoni ta' qafas internazzjonali ta' livell għoli sabiex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprejtà intellettwali u sabiex jipproteġi kontra serq industrijali lil min jipproduċi u lill-konsumaturi mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà assoċjati ma' prodotti falsifikati;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-merkanzija importata sabiex tiġi kummerċjalizzata fl-Unjoni Ewropea tilħaq l-istandard Ewropew għall-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikulari f'dik li hi saħħa u sigurtà, sabiex ma jitħallewx jidħlu prodotti jew sustanzi li jistgħu jkunu perikolużi għall-konsumaturi;

Tnaqqis tal-libertà bl-iskuża tas-sigurtà

22.

Jagħraf li t-tħassib rigward is-sigurtà tal-persuni u tal-beni huwa leġittimu, iżda jinsisti fuq il-ħtieġa li jinsab bilanċ tajjeb bejn il-kontroll u l-faċilizzazzjoni sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn jew eċċessiv fil-kummerċ internazzjonali; iqis madankollu li d-dwani għandhom irwol primarju fl-implimentazzjoni sħiħa u kompleta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji, kemm fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-konsumatur, u dan l-irwol m'għandux jiġi kompromess minn dispożizzjonijiet għall-faċilizzazzjoni tal-kummerċ;

23.

Jappoġġja l-Qafas tal-Istandards tas-SAFE (faċilizzazzjoni u sikurezza tal-iskambji kummerċjali) adottat mill-Kunsill tad-WCO fl-2005; jaqbel perfettament mal-opinjoni tad-WCO li “la hu aċċettabbli u lanqas utli li jiġu spezzjonati l-kunsinni kollha”;

24.

Jiddeplora bil-qawwa l-adozzjoni f'Lulju tal-2007 mill-Kungress Amerikan tal-leġiżlazzjoni msejħa “HRI” introdotta b'mod unilaterali mill-Istati Uniti li teżiġi li jkun hemm scanning tal-kontejners kollha destinati għaliha mill-2012; jiddubita kemm se tkun effikaċi miżura bħal din u kemm hija kompatibbli mar-regoli tad-WTO; jibża' li meta tiġi implimentata se twaqqaf l-iżvilupp tal-kummerċ tranżatlantiku;

25.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skambji siguri huma ta' importanza partikulari għal ekonomija dinjija li hija dejjem aktar integrali; iħeġġeġ lid-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw l-isforzi tagħhom sabiex il-leġiżlazzjoni Amerikana li tipprevedi scanning tal-kontejners kollha destinati għall-Istati Uniti tiġi modifikata u tintegra approċċ bbażat fuq ir-riskji; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq din il-kwistjoni quddiem il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (TEC); jappella sabiex jiġi promoss għarfien reċiproku ta' “operaturi ekonomiċi awtorizzati” u tal-istandards tas-sigurtà adottati mid-WCO (C-TPAT, qafas ta' standards ta' SAFE);

In-nuqqas persistenti ta' armonizzazzjoni

26.

Ifakkar li l-kompatibilità tas-sistema doganali tal-Unjoni mar-regoli tad-WTO ġiet essenzjalment konfermata fl-appell tal-każ WT/DS315 mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO u jilqa' dan ir-riżultat;

27.

Madankollu jinnota li kemm l-imsieħba kummerċjali tagħna, kif ukoll l-operaturi ekonomiċi Ewropej infushom, għadhom qed jitolbu armonizzazzjoni akbar bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja;

28.

Jinnota li kultant jinstabu ċerti diskrepanzi li jagħmlu ħsara bejn l-Istati Membri, pereżempju dwar l-impożizzjoni tal-VAT u l-importazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għal ċerti proċeduri simplifikati, il-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' merkanzija u dwar sanzjonijiet;

29.

Iqis li għandu jsir kull sforz sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità għaliex huwa prerekwiżit essenzjali għaż-żamma tal-integrità tas-suq intern, għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, iż-żamma tal-kompetenzi esterni tagħha — b'mod partikulari fil-politika kummerċjali — u sabiex tiżgura r-rispett tal-impenji internazzjonali tagħha;

30.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha li għandhom l-iskop li jkabbru l-koeżjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali sabiex jgħinu s-sinerġiji, jimplimentaw sistemi ġodda ta' komunikazzjoni u ta' użu komuni ta' informazzjoni, jiżviluppaw prattiċi aħjar u sabiex jiskambjaw persunal u esperjenzi hekk li jippermettu li dawn l-amministrazzjonijiet diversi jiffunzjonaw fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja daqs li kieku huma amministrazzjoni waħda;

31.

Jenfasizza l-importanza kruċjali f'dan ir-rigward ta' strumenti bħal ma huma t-tariffa integrata tal-Komunità (TARIC), l-informazzjoni doganali li torbot (EBTI) u l-qafas komuni għall-immaniġġjar tar-riskji; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ikomplu jipperfezzjonaw dawn l-istrumenti u sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tagħhom;

32.

Jinsisti fuq il-ħtieġa tal-istandardizzazzjoni tal-liġi rigward provi jew l-iffissar tar-regoli minimi komuni, u sabiex tingħata attenzjoni għall-implimentazzjoni uniformi mis-27 Stat Membru tar-regolamenti komunitarji li jirrigwardaw id-dwana, b'mod partikulari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (4);

33.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinkludi fil-proposti tagħha dispożizzjonijiet preċiżi rigward sanzjonijiet amministrattivi u kastigi penali għal ksur tad-dispożizzjonijiet doganali previsti fl-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif modifikati mill-Artikoli 2, punt 45, u l-Artikolu 2, punt 276 tat-Trattat ta' Liżbona;

34.

Jiddispjaċih dwar ir-retiċenza tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li f'dan l-istadju jikkunsidraw strutturi ġodda biex jiggarantixxu l-applikazzjoni unformi tal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistudjaw bis-serjetà l-idea li jingħaqdu flimkien is-servizzi doganali tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm tqarrib lejn amministrazzjoni tal-Komunità inkarigata mill-unjoni doganali biex ikun hemm implimentazzjoni aktar effikaċi tar-regoli u tal-proċeduri doganali fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni Ewropea;

*

* *

35.

Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif ukoll lill-pajjiżi kandidati u lil pajjiżi kandidati għaż-żewġ organizzazzjonijiet.


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0049.

(3)  ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.

(4)  ĠU L 196, 2.8.2003, p.7.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/7


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Ġeorġja

P6_TA(2008)0253

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja

2009/C 285 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Ġeorġja, b'mod partikulari dawk tas-26 ta' Ottubru 2006 (1) u tad-29 ta' Novembru 2007 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonij tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-Tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) (3), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 t' Jannar 2008 dwar ‘Politika tal-UE aktar effettiva għall-Kawkasu tan-Nofsinhar’ (4) u dwar‘Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed’ (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (6), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat approvat mill-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja fl-14 ta' Novembru 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1808 (2008) tal-15 ta' April 2008 li tappoġġja l-integrità territorjali tal-Ġeorġja u li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tan-NU fil-Ġeorġja (UNOMIG) sal-15 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat għall-Koperazzjoni Parlamentari UE-Ġeorġja fit-28-30 ta' April 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Presidenza Slovena tal-Kunsill f'isem l-UE tat-18 ta' April u tat-2 ta' Mejju 2008 dwar iż-żieda fit-tensjoni bejn il-Ġeorġja u r-Russja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Riżultati Preliminari u l-Konklużjonijiet tat-22 ta' Mejju 2008 tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni għall-elezzjonijiet parlamentari tal-Ġeorġja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-26 ta' Mejju 2008 tal-investigazzjoni tal-UNOMIG dwar it-twaqqigħ ta' ajruplan Ġeorġjan bla ekwipaġġ,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar il-Ġeorġja tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-26 ta' Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata li tkompli tiżviluppa u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-Ġeorġja u tappoġġja r-riformi politiċi u ekonomiċi meħtieġa, miżuri li jistabbilixxu istituzzjonijiet demokratiċi solidi u effiċjenti u ġudikatura effettiva u indipendenti u iktar sforzi kontra l-korruzzjoni, biex b'hekk tinħoloq Ġeorġja paċifika u prospera li tista' tikkontribwixxi għall-istabilità fir-reġjun u fil-bqija tal-Ewropa,

B.

billi wara digriet Presidenzjali, ministeri Russi u aġenziji statali oħra ngħataw istruzzjonijiet biex jistabbilixxu rabtiet uffiċjali mal-aġenziji statali fir-reġjuni seċessjonisti Ġeorġjani tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar,

C.

billi l-Federazzjoni Russa rtirat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kapijiet ta' Stat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-19 ta' Jannar 1996 li tipprojbixxi l-Istati firmatarji milli jkollhom koperazzjoni militari mal-awtoritajiet separatisti tal-Abkażja,

D.

billi f'Mejju 2008 r-Russja unilateralment firxet aktar truppi u poġġiet artillerija qawwija fl-Abkażja taħt il-patroċinju ta' missjoni ta' paċi tas-CIS u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi 15-il punt ta' kontroll ieħor tul il-linja amministrattiva tal-fruntiera; billi r-rappreżentanti Russi ħabbru li l-għadd ta' truppi tal-battaljun Russu fl-Ossezja tan-Nofsinhar jista' jiżdied,

E.

billi fl-20 ta' April 2008 twaqqa' fuq l-Abkażja ajruplan Ġeorġjan bla pilota u ta' sorveljanza; billi r-rapport reċenti tal-UNOMIG dwar l-inċident jindika li l-ajruplan bla pilota u ta' sorveljanza twaqqa' minn ajruplan Russu; billi dan ir-rapport jistqarr ukoll li l-Ġeorġja m'għandhiex tkompli tibghat dawn l-ajruplani bla pilota u ta' sorveljanza fuq l-Abkażja,

F.

billi minn Ottubru tal-2007 ma sarux laqgħat uffiċjali ta' livell għoli bejn rappreżentanti Ġeorġjani u tal-Abkażja taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU); billi l-President Ġeorġjan Mikheil Saakashvili ressaq proposti ġodda dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fl-Abkażja, li jinkludu rappreżentanza politika wiesgħa fl-ogħla livelli tal-gvern Ġeorġjan, l-għoti ta' drittijiet ta' veto fuq il-leġiżlazzjoni kollha ewlenija marbuta mal-Abkażja, u l-istabbiliment ta' garanziji internazzjonali li jiżguraw federaliżmu wiesa', awtorità bla limitu u sigurtà,

G.

billi l-Ġeorġja ħadet passi uffiċjali li jitolbu r-reviżjoni tal-format attwali għaż-żamma tal-paċi jew is-sostituzzjoni tal-kontinġent Russu għaż-żamma tal-paċi li bħalissa qiegħed fl-Abkażja,

H.

billi fil-15 ta' Mejju 2008 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-riżoluzzjoni A/RES/62/249 li tirrikonoxxi d-dritt‘tar-refuġjati u tal-persuni spustati internament u tad-dixxendenti tagħhom, tkun xi tkun l-etniċita’ sabiex jirritornaw fl-Abkażja u tenfasizza l-importanza li jinżammu d-drittijiet tal-proprjetà ta' refuġjati u ta' persuni spustati internament, inklużi l-vittmi‘tat-tindif etniku’ li ġie rappurtat,

I.

billi l-awtoritajiet ta' Tbilisi ssospendew taħditiet bilaterali ma' Moska dwar l-adeżjoni tar-Russja ma'l-Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) bħala protesta għad-deċiżjoni tar-Russja li żżid il-koperazzjoni mar-repubbliki tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar li pproklamaw lilhom infushom bħala tali; billi l-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' nbid u prodotti agrikoli Ġeorġjani għadha fis-seħħ,

J.

billi fil-5 ta' Jannar 2008 sar plebixxit fil-Ġeorġja kollha; billi fis-laqgħa għolja tan-NATO tat-2-4 ta' April 2008 f'Bukarest, ma kien offrut ebda pjan ta' azzjoni ta' sħubija lill-Ġeorġja, iżda sar impenn politiku rigward sħubija fil-futur,

K.

billi l-għoti ta' ċittadinanza mir-Russja lil persuni mill-Abkażja u mill-Ossezja tan-Nofsinhar, sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-ftehim bejn l-UE u r-Russja għat-tħaffif tal-ħruġ tal-viżi, qed ikompli jqiegħed liċ-ċittadini Ġeorġjani fi żvantaġġ minħabba li għad m'hemmx ftehim simili bejn il-Ġeorġja u l-UE,

L.

billi, minkejja l-isforzi biex l-elezzjonijiet Ġeorġjani jsiru skond standards internazzjonali, il-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni għall-elezzjonijiet parlamentari Ġeorġjani tal-21 ta' Mejju 2008 identifikat xi problemi li għandhom jiġu ndirizzati fi żmien xieraq,

1.

Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu minħabba li s-sitwazzjoni fl-Abkażja marret għall-agħar u jistieden lil-partijiet kollha biex ma jiħdux azzjonijiet li jistgħu jkomplu jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni; jitlob sforzi internazzjonali mġedda biex il-partijiet jerġgħu jibdew jiddjalogaw u biex jinbeda mill-ġdid il-proċess ta' paċi bil-għan li tinstab soluzzjoni dewwiema u komprensiva;

2.

Jesprimi d-diżapprovazzjoni kbira tiegħu għat-tħabbira tar-Russja li se tistabbilixxi relazzjonijiet uffiċjali ma' istituzzjonijiet fi ħdan l-awtoritajiet separatisti tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja; Jiddeplora, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni meħuda mill-Ministeru tad-Difiża Russu fil-31 ta' Mejju 2008 li jibgħat il-qawwiet tiegħu fl-Abkhazja sabiex, skond id-digriet presidenzjali, jerġa' jġib għalli kienet l-infrastruttura tal-ferroviji u tat-toroq fir-reġjun li nfired mir-Russja.

3.

Jirrijafferma l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ġeorġja fil-fruntieri tagħha li huma rikonoxxuti internazzjonalment u jistieden lir-Russja biex tirrevoka din id-deċiżjoni, li ddgħajjef l-isforzi internazzjonali ta' paċi li l-Federazzjoni Russa qed tieħu sehem fihom ukoll;

4.

Jappoġġja l-isforzi li saru sabiex jikkalmaw is-sitwazzjoni permezz ta' taħditiet bejn ir-Rappreżentant Għoli tas-Politika Estera u ta' Sigurta' Komuni (PESK), il-President Saakashvili u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergey Viktorovich Lavrov; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Kawkasu t'Isfel sabiex isib mezz biex jiffaċilita d-djalogu bejn il-partijiet kollha konċernati u biex jipprova jerġa' jdaħħal ċertu ammont ta' fiduċja reċiproka;

5.

Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa biex tirtira minnufih it-truppi addizzjonali tagħha fl-Abkażja; huwa tal-fehma li l-format attwali għaż-żamma tal-paċi jrid jiġi rivedut, peress li t-truppi Russi m'għadx għandhom l-irwol ta' forza newtrali u imparzjali għaż-żamma tal-paċi, u jitlob involviment akbar Ewropew fil-kunflitti kontinwi sabiex isir progress fil-proċessi ta' paċi;

6.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkunsidra li jsaħħaħ il-preżenza internazzjonali fiż-żona ta' kunflitt billi jibgħat missjoni ta' Politika ta'Sigurta' u Difiza Ewropea (ESDP) fil-fruntiera, wara l-esperjenza pożittiva tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Fruntieri tal-Unjoni Ewropea (EUBAM) fis-settur tal-fruntiera tat-Tranżnistrija bejn il-Moldova u l-Ukraina, filwaqt li jissuġġerixxi li l-Istati Membri jkollhom irwol aktar attiv fl-UNOMIG; jistieden lin-NU sabiex tagħti spinta lill-mandat u lir-riżorsi tal-UNOMIG;

7.

Jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-Organiżżazzjoni għas-Sigurta' u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u lil organizzazzjonijiet internazzjonali oħra biex jappoġġjaw il-proposti tal-Gvern Ġeorġjan għal negozjati alternattivi u formati għaż-żamma tal-paċi ġodda, li jinkludu t-twaqqif progressiv ta' forzi internazzjonali għaż-żamma tal-paċi li jkunu indipendenti verament;

8.

Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu l-kwistjonijiet tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar b'insistenza mal-awtoritajiet Russi fis-laqgħa għolja li se jsir bejn l-UE u r-Russja u waqt in-negozjati dwar ftehim ta' sħubija ġdida u msaħħa, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex ma jopponux missjoni eventwali tal-ESDP fir-reġjun, inkluża preżenza tal-UE f'operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi kemm ċivili kif ukoll militari;

9.

Jitlob li jsiru investigazzjoni u spezzjonijiet min-NU dwar jekk ir-riżoluzzjonijiet relevanti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU humiex qed jiġu osservati b'reqqa mill-parteċipanti kollha fiż-żona ta' kunflitt, kif ukoll dwar jekk hemmx armamenti ta' kalibru kbir;

10.

Jinnota r-riżultat tal-elezzjonijiet parlamentari tal-21 ta' Mejju 2008 u l-konklużjonijiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali, li juru li l-ġurnata tal-elezzjoni kienet il-biċċa l-kbira kalma u ġeneralment evalwata b'mod pożittiv, u li sar progress sostanzjali mill-elezzjonijiet presidenzjali ta' Jannar 'l hawn;

11.

Jenfasizza, madankollu, li jridu jsiru aktar sforzi b'aktar koperazzjoni mal-komunità internazzjonali sabiex wieħed jaffronta u jsib tarf tal-problemi kollha misjuba fil-proċess elettorali minħabba l-implimentazzjoni inkonsistenti u inkompleta tal-istandards tal-OSCE u tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll biex jittejbu u jissaħħu l-kisbiet demokratiċi tal-Ġeorġja; jistieden lill-awtoritajiet Ġeorġjani sabiex jittrattaw l-ilmenti kollha dwar il-proċess elettorali b'mod trasparenti u biex jaħdmu għal aktar titjib sabiex ikunu jistgħu jiżdiedu aktar il-fiduċja u l-kunfidenza fil-proċess elettorali;

12.

Jistieden lill-forzi politiki kollha fil-Ġeorġja sabiex jirrispettaw l-istat tad-dritt, sabiex jimpenjaw ruħhom għad-djalogu kostruttiv u jsibu kompromess, u sabiex jibqgħu lura minn aktar polarizzazzjoni tas-soċjetà Ġeorġjana; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' fiduċja bejn l-gvern u l-partiti tal-oppożizzjoni huwa ostaklu għal aktar żvilupp demokratiku u jistenna li l-forzi politiki kollha jagħmlu ħilithom biex jiksbu kultura politika demokratika fejn id-dibattiti politiċi jsiru fil-parlament u l-avversarji politiċi jiġu rispettati, u sabiex id-djalogu kostruttiv ikun immirat sabiex jappoġġja u jikkonsolida l-istituzzjonijiet demokratiċi fraġli tal-Ġeorġja;

13.

Jappoġġja l-aspirazzjonijiet tal-Ġeorġja li tħaffef il-proċess ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea fil-qafas ta' Politka Ewropea tal-Viċinat imsaħħa;

14.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-bidu tan-negozjati dwar l-iskema għall-viżi UE-Ġeorġja sabiex jiġu konklużi fil-futur qarib il-ftehim dwar it-tħaffif tal-ħruġ tal-viżi u dwar ir-rijammissjoni sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini tal-Ġeorġja ma jkunux żvantaġġjati meta mqabbla mal-persuni li għandhom passaporti Russi fir-reġjuni separatisti;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat rigward il-ħtieġa li jingħata bidu għal negozjati dwar Ftehim ta' Kummerċ Ħieles wisgħin u komprensivi (DFTAs) fejn dan ikun possibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprova tilħaq ftehim malajr mal-Ġeorġja dwar l-ambizzjonijiet tagħha u biex tikseb mandat ta' negozjar mill-Istati Membri; jittama li jkun hemm iktar progress dwar din il-kwistjoni matul il-Presidenza Franċiża;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' Sottokumitat għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà bejn l-UE u l-Ġeorġja bil-għan li jiżdied id-djalogu bilaterali u li jkun implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

17.

Jittama li l-Ġeorġja tagħmel użu sħiħ mill-possibilitajiet finanzjarji addizzjonali pprovduti mill-Faċilità ta' Investiment għall-Viċinat (FIV), b'mod partikulari fi proġetti marbuta mal-infrastruttura, l-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent, iżda jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni lill-edukazzjoni, lit-tisħiħ tad-demokrazija u lill-oqsma soċjali;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, lill-President u lill-parlament tal-Ġeorġja, lill-OSCE, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.


(1)  ĠU C 313, 20.12.2006, p. 429.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0572.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0538.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0016.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0017.

(6)  ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/11


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Rapport Annwali 2006 dwar il-PESK

P6_TA(2008)0254

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-orjentazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), preżentata lill-Parlament Ewropew skond tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (2007/2219(INI))

2009/C 285 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (PESK), ippreżentat lill-Parlament Ewropew bl-applikazzjoni tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra t-Trattat li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat ta' Liżbona), iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 f'Liżbona, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ESS) adottata mill-Kunsill Ewropew 12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda 17 ta' Mejju 2006 (1),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 ta' Diċembru 2007 u s-sejħa tiegħu sabiex jitlestew malajr il-proċessi ta' ratifika nazzjonali bil-għan li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15 - 16 ta' Diċembru 2005 dwar il-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta' Liżbona (2), u l-opinjoni dwar dan tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Barranin tat-22 ta' Jannar 2008;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-PESK, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea– 2005 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar strumenti finanzjarji ġodda għall-iżvilupp fir-rigward tal-Għanijiet tal-Millenju (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju u tal-14 ta' Novembru 2007 dwar il-Laqgħat Għolja (6) bejn l-UE u r-Russja u tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mar-Russja (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet UE-Stati Uniti fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija Tranżatlantika u r-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi UE-Stati Uniti (8), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2007 dwar relazzjonijiet tranżatlantiċi (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Lvant Nofsani (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar is-Laqgħa Għolja bejn l-UE u ċ-Ċina u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem UE/Ċina (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (12) u tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-Qarn tal-Afrika: sħubija politika reġjonali tal-UE għall-paċi, siġurta' u zvilupp (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar ir-riformi fid-dinja għarbija: xi strateġija għandha taddotta l-UE (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2006 dwar sħubija aktar b'saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2006 (16) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-10 ta' Marzu 2008 dwar l-Afganistan,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2005 dwar il-Konferenza ta'-reviżjoni rigward it-Trattat ta' Non-proliferazzjoni — Armi nukleari fil-Korea tat-Tramuntana u fl-Iran (17), jagħmilha ċara li ‘No Say, No Pay’ huwa prinċipju li l-UE se tadotta fin-negozjati tagħha mal-peniżola Koreana,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-Iran (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz għall-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjaligħall-2007 għall-Iraq (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar politika barranija komuni tal-Ewropa dwar l-enerġija (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-illimitar tal-bidla fil-klima għall-2 gradi celcius — it-triq għall-Konferenza ta' Bali rigward il-Bidla fil-Klima u lil hinn(COP 13 u COP/MOP 3) (21) u tad-29 ta' Novembru 2007 rigward il-kummerċ u l-bidla fil-klima, kif ukoll dwar il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-13 - 14 ta' Marzu 2008 dwar il-Bidla fil-Klima u l-Enerġija u d-dokument ippreżentat lilu mir-Rappreżentant Għoli tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea, dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u dwar il-politika tal-UE dwar din il-kwistjoni (24) u tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffunzjonar tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi (25),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tintegra l-Istati Membri l-ġodda (26),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006-2007 (27) u tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea għall-Viċinat (28),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed (29),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja (30),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0189/2008),

A.

billi definizzjoni ċara tal-interessi tal-Unjoni hija essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u b'mod partikulari l-politika għall-affarijiet barranin tagħha,

B.

billi hija meħtieġa unità akbar fl-Unjoni Ewropea biex il-PESK, li hi bbażata fuq il-valuri, tissaħħaħ u ssir aktar effettiva, peress li altrimenti l-kredibilità tal-Unjoni Ewropea bħala protagonist globali tirriskja li tiddgħajjef, kif ġara bil-mod kif l-Unjoni Ewropea mxiet fil-każ taċ-Ċina, r-Russja, l-Iraq, l-Afganistan, Kuba u fis-sigurtá fl-enerġija; billi wieħed jittama li t-Trattat ta' Liżbona u l-irwol imsaħħaħ tar-Rappreżentant Għoli jiffaċilitaw strateġija ta' politika barranija li tħares aktar 'il quddiem u fuq perjodu fit-tul kif ukoll it-twaqqif ta' approċċ komprensiv li jikseb l-appoġġ tal-Istati Membri kollha,

C.

billi t-Trattat ta' Liżbona jtejjeb b'mod ċar l-arranġamenti tal-PESK attwalment fis-seħħ, b'hekk isaħħaħ il-profil internazzjonali tal-Unjoni u l-effettività tagħha; billi madankollu jeħtieġ li jsiru iktar sforzi biex jittejjeb il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-politika barranija, bil-għan li jingħeleb il-poter tal-veto u tiġi introdotta votazzjoni bil-maġġoranza kkwalifikata,

D.

billi l-pressjoni ta' kriżijiet u kunflitti lil hinn mill-fruntieri tal-UE, u l-bżonn li jingħelbu sfidi kbar ġodda li jinħolqu bil-bidla ta' malajr fil-klima jissuġġerixxu perspettiva usa' għall-PESK,

E.

billi, biex ikunu kredibbli, il-PESK u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (CSDP) futura jeħtieġu riżorsi allokati għalihom bi qbil mal-ambizzjonijiet u l-miri speċifiċi tagħhom, u billi f'dan ir-rigward żieda sinifikattiva qed titqies bħala meħtieġa kemm waqt ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Perspettivi Finanzjarji fl-2009 kif ukoll minn sorsi finanzjarji oħrajn,

Prinċipji

1.

Hu tal-opinjoni li, mill-bidunett tagħha, il-PESK, kif ukoll il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea (ESDP), għenu sabiex tissaħħaħ l-identità Ewropea u l-irwol tal-UE bħala parteċipant globali;

2.

Hu tal-opinjoni, madankollu, li l-irwol tal-UE fid-dinja ma jilħaqx il-livell tal-potenzjal tiegħu u tal-aspettattivi tal-opinjoni pubblika Ewropea, minħabba n-nuqqas ta' ħeġġa tal-Istati Membri li jadottaw ir-riformi meħtieġa u indispensabbli li għandhom l-għan li jsaħħu l-effikaċja, il-koerenza u r-responsabilitá tal-politika barranija tagħha;

3.

Jemmen li, minħabba li l-Unjoni Ewropea hi komunità bbażata fuq il-valuri, sabiex tkun parteċipant globali kredibbli, trid iżżomm l-istandards għolja tagħha fir-relazzjonijiet esterni, u li l-PESK għandha għalhekk timxi fuq il-valuri li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jgħożżu, l-aktar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, bħala objettivi ewlenin tas-PESK;

4.

Jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, li l-fatt li l-Unjoni Ewropea tiddependi ħafna għall-enerġija fuq pajjiżi mhux demokratiċi jista' jnaqqas ħafna l-koerenza, il-mod li bih tasserixxi ruħha u s-sostenibilità tal-politika barranija komuni tagħha;

5.

Jemmen bis-sħiħ li l-Unjoni Ewropea tista' tħalli impatt u tmexxi PESK ġenwina, effettiva u kredibbli biss jekk tidentifika b'mod ċar l-għanijiet komuni tagħha, tara li jkollha l-istrumenti adegwati, b'tali mod li tiżgura konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi, titkellem b'vuċi waħda u tgawdi minn leġittimità demokratika qawwija li jista' jagħtiha l-iskrutinju tal-Parlament; fl-istess ħin, jikkunsidra li l-għanijiet ewlenin tal-PESK jistgħu jinkisbu biss jekk il-Parlament innifsu jitkellem b'vuċi komuni u, f'dan ir-rigward, jinkuraġġixxi delimitazzjoni iktar ċara tal-kompetenzi, minn perspettiva tematika u ġeografika, bejn il-korpi speċjalizzati tiegħu relatati mal-PESK;

6.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jintrabtu li jikkonsultaw lis-sieħba tagħhom fl-UE u lir-Rappreżentant Għoli qabel jadottaw deċiżjonijiet strateġiċi fil-qasam tal-politika barranija, partikolarment f'organizzazzjonijiet multilaterali, sabiex il-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tad-deċiżjonijiet strateġiċi jkunu talanqas koerenti, konverġenti u kompatibbli u ma jaffettwawx il-koerenza u l-koeżjoni tal-azzjoni esterna tal-UE jew idgħajfu l-kredibilità tal-UE bħala parteċipant globali vis-à-vis pajjiżi terzi;

Ir-Rapport Annwali 2006 dwar il-PESK u r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE

7.

Jieħu nota tar–Rapport Annwali tal-2006 dwar il-PESK mill-Kunsill;

8.

Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress fl-istruttura tar-rapport, speċjalment l-inklużjoni ta' ppjanar li jħares 'il quddiem flimkien ma' deskrizzjoni ta' azzjonijiet li saru s-sena ta' qabel, jistenna li l-Kunsill fir-rapport annwali li jmiss, jikkunsidra ir-riżoluzzjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati mill-Parlament;

9.

Hu tal-opinjoni li l-Parlament għandu b'mod aktar sistematiku jadotta pożizzjonijiet dwar kull stadju suċċessiv tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PESK u tal-ESDP; jirrakkomanda li, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tagħhom, il-pożizzjonijiet komuni u l-azzjonijiet konġunti għandhom, fejn hu xieraq, jikkunsidraw u jkollhom referenzi għal dawk il-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament;

10.

Jirrikonoxxi li sar progress konsiderevoli fir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill u l-Parlament, speċjalment permezz tat-twaqqif ta' mezzi ġodda u aktar flessibbli ta' komunikazzjoni; jikkunsidra, madankollu, li l-Parlament għandu jadotta pożizzjoni iktar deċiża fir-rigward tal-kwistjonijiet diskussi, u din għandha tkun trattata b'mod sistematiku fil-Kunsill; jirrimarka li sar ukoll progress permezz tal-kuntatti li żdiedu bejn l-istituzzjonijiet, inklużi skambji regolari ta' opinjonijiet mar-Rappreżentant Għoli u preżenzi aktar frekwenti mir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE kif ukoll ta' uffiċjali għolja oħra fil-Parlament; madankollu, jikkunsidra li jista jsir aktar progress, partikolarment fir-rigward taż-żmien meta dawn il-persuni jkunu preżenti, biex il-preżenza tagħhom tikkoinċidi aktar mal-aġenda tal-Parlament u tal-entitajiet kompetenti tiegħu;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li qed jiġi rikonoxxut li l-leġittimità u l-koerenza tal-PESK/ESDP jiddependu b'mod sostanzjali mir-rieda akbar tar-Rappreżentant Għoli u tas-servizzi tiegħu li jikkoperaw mal-Parlament, kif ukoll mid-disponibilità tal-Presidenza tal-Kunsill li taħdem mal-Parlament;

Il-prijoritajiet tal-Parlament dwar ċerti aspetti orizzontali għall-2008

12.

Jipproponi li fl-2008 tingħata prijorità lil numru limitat ta' suġġetti li l-aktar jikkonċernaw it-tħassib taċ-ċittadini Ewropej kif ukoll l-aspettattivi tagħhom dwar l-irwol li għandu jkollha l-UEi fl-affarijiet interni;

13.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jindirizzaw b'mod konġunt, u b'sens akbar ta' urġenza, kwistjonijiet ta' tħassib attwali għall-Ewropa bħat-terroriżmu, il-kriminalitá organizzata, it-titjib tas-sigurtá permezz ta' koperazzjoni u żvilupp, is-sigurtá fl-enerġija, il-bidla fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, it-titjib fl-istabilitá ta' reġjuni ġirien, l-immaniġġjar tal-kriżi, il-prevenzjoni tal-konflitti u s-soluzzjoni tal-konflitti, in-nuqqas tal-firxa ta' armi tal-qerda tal-massa (WMD), il-ġestjoni tal-migrazzjoni, u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport dwar il-bidla fil-klima u s-sigurtà internazzjonali mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli lill-Kunsill Ewropew; jistieden lill-Kunsill sabiex jeżamina r-rapport u jressaq rakkomandazzjonijiet dwar segwitu xieraq; jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna bħala l-bażi tat-twaqqif ta' zona Ewropea ta' Libertá, Sigurtá u Ġustizzja;

14.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex jevalwa l-progress li sar, u kwalunkwe nuqqasijiet, fl-implimentazzjoni tal-ESS mis-sena 2003, u jinkludi proposti għal titjib u li jissostanzjaw l-ESS; jemmen li r-rispett għal-liġi internazzjonali, il-multilateraliżmu effettiv, is-sigurtà umana u d-dritt taċ-ċittadini tad-dinja kollha li jkunu protetti, il-prevenzjoni tal-kunflitt, id-diżarmament u l-irwol tal-istituzzjonijiet internazzjonali għandhom isiru l-prinċipji gwida tal-azzjoni esterna tal-UE; huwa tal-opinjoni li evalwazzjoni bħal din għandha tkun il-bażi għal dibattitu politiku pubbliku usa'; jenfasizza li kwalunkwe evalwazzjoni futura tal-ESS għandha ssir b'konsultazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inklużi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; hu tal-opinjoni li l-ESS għandha tkun riveduta b'tali mod li tinkludi kritika rigoruża tal-missjoni preżenti u direzzjoni futura tan-NATO u tar-relazzjonijiet tan-NATO mal-Unjoni Ewropea fil-livell ta' strateġija u fil-livell tal-operat, kif ukoll analiżi tar-ramifikazzjonijiet tas-sigurtà ta' tkabbir ulterjuri tan-NATO; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jifformula, għall-ewwel darba, pożizzjoni koerenti dwar il-politika tal-UE-NATO li se sservi mhux biss biex tagħti l-ħajja mill-ġdid lir-relazzjonijiet tranżatlantiċi iżda wkoll biex tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp minn kmieni tal-politika ta' sigurtà u difiża tal-UE kif prevista fit-Trattat ta' Liżbona;

15.

Jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra t-twaqqif ta' strutturi u proċeduri adegwati kif wkoll titjib fl-iffunzjonar ta' dawk eżistenti sabiex l-UE tiżviluppa l-kapaċità li tirreaġixxi b'mod rapidu f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; jitlob ukoll li jkun żviluppat qafas legali li jiddefinixxi d-dritt ta' intervent u l-obbligu ta' protezzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, inklużi l-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet u tar-responsabilitajiet f'sitwazzjonijiet bħal dawn;

16.

Huwa tal-opinjoni li l-importanza tad-dimensjoni tal-politika barranija tas-sigurtà fl-enerġija, kif ukoll id-dipendenza tal-Unjoni fuq provvisti tal-enerġija u provvisti strateġiċi oħrajn minn pajjiżi jew reġjuni mhux stabbli jew mhux demokratiċi, se tkompli tiżdied; jirrakkomanda d-diversifikazzjoni wiesgħa ta' sorsi ta' enerġija u ta' rotot ta' trasport għall-enerġija u żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll solidarjetà fil-politika tal-enerġija fost l-Istati Membri; jiddeplora l-iffirmar mingħajr koordinament ta' ftehim bilaterali tal-enerġija mill-Istati Membri, li jdgħajfu l-interessi u joħolqu dubji dwar il-proġetti strateġiċi tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri l-oħra; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza strateġika tan-Nabucco pipeline għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jimmobilizzaw l-isforzi kollha sabiex ikun implimentat b'suċċess dan il-proġett malajr kemm jista' jkun; itenni s-sejħa tiegħu għall-ħolqien tal-kariga ta' Uffiċjal Għoli għall-Politika Barranija tal-Enerġija taħt l-awtorità ta' kariga doppja futura tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, bir-responsabilità tal-koordinament tal-attivitajiet tal-Unjoni f'dan il-qasam; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' reazzjoni mill-Kunsill u l-Kummissjoni għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Settembru 2007 imsemmija iktar 'il fuq;

17.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress favur politika barranija Ewropea komuni dwar l-enerġija u jiddeplora l-bilateraliżmu tal-azzjoni adottata minn ċerti Stati Membri tal-UE, li jdgħajfu konsiderevolment is-setgħa ta' negozjar tal-Unjoni Ewropea in ġenerali u l-isforzi tagħha favur politika barranija komuni dwar l-enerġija; itenni l-fehma tiegħu li politika bħal din għandha tkun ibbażata fuq solidarjetà u għandha tkun appoġġjata minn suq intern b'interkonnessjonijiet tajbin, bl-għodda kollha meħtieġa biex tittieħed azzjoni kontra l-imġiba mhux kummerċjali b'sens ta' monopolju u motivata politikament, għax dan jista' jikkostitwixxi theddida għas-sigurtà tal-enerġija tal-Komunità; għalhekk jilqa' u jappoġġja bis-sħiħ il-klawsola tal-pajjiż terz inkluża fit-tielet pakkett tal-enerġija;

18.

Itenni li t-terroriżmu, bħala mezz użat minn organizzazzjonijet mhux demokratiċi u terroristiċi, jikkostitwixxi waħda mit-theddidiet prinċipali għas-sigurtà tal-UE u f'dan ir-rigward jilqa' l-isforzi tal-Koordinatur tal-UE ta' Kontra t-Terroriżmu biex jikkonsolida l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Kontra t-Terroriżmu tal-UE; jinnota li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq b'rispett xieraq għall-valuri universali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll tal-ħarsien tagħhom, b'koperazzjoni mill-qrib ma' msieħba internazzjonali u bi qbil mal-istrateġija stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti; hu tal-opinjoni li ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu għandha tkun prijoritá ewlenija fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

19.

Itenni l-importanza ta' ġestjoni tajba tal-migrazzjoni; jikkunsidra bħala essenzjali, għaldaqstant, li tkun assigurata l-koperazzjoni kemm tal-pajjiżi ta' oriġini kif ukoll ta' dawk ta' tranżitu, u li din tkun inċentivata bl-applikazzjoni ta' politika ta' kundizzjonalitá pożittiva; jirrimarka l-ħtieġa li tkun evitata l-immigrazzjoni illegali u li jkunu miġġielda l-gruppi li jittraffikawha;

20.

Itenni li t-tisħiħ tat-tmexxija globali, tal-istituzzjonijiet internazzjonali u tal-valur tal-liġi internazzjonali jibqgħu ta' interess vitali għall-azzjoni esterna tal-Unjoni; jenfasizza f'dan ir-rigward l-irwol kruċjali tan-NU fl-appoġġ ta' multilateraliżmu effettiv u jenfasizza li l-Unjoni trid tibqa' magħquda flimkien waqt li tħeġġeġ lill-imsieħba tagħha biex ifittxu l-iżvilupp u l-konsolidament tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, bħala bażi komuni għal dinja prospera u sikura; jafferma mill-ġdid l-impenji tiegħu għall-Għanijiet tal-Millenju tan-NU għall-Iżvilupp, partikularment il-ġlieda dinjija kontra l-faqar;

21.

Huwa tal-opinjoni li, sabiex tintlaħaq tmexxija globali, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-irwol li għandhom il-fondi ta' ġid sovrani (sovereign wealth funds) kif ukoll il-parteċipanti ekonomiċi tal-Istat li jixbħuhom, li għandhom ikunu inkoraġġiti joperaw bi trasparenza u responsabilità massimi;

22.

Jikkunsidra li huwa importanti li l-UE tagħmel sforz ikbar biex issaħħaħ u tikkonsolida l-politiki tagħha għall-appoġġ dinji tad-demokrazija; għalhekk jikkunsidra li huwa essenzjali li appoġġ bħal dan jitpoġġa fil-qalba tal-PESK u li tkun żgurata koerenza bejn l-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri;

23.

Jinsisti dwar il-ħtieġa ta' implimentazzjoni effettiva tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dispożizzjonijiet dwar in-nuqqas ta' proliferazzjoni u ta' kontra t-terroriżmu kif ukoll l-inklużjoni ta' klawsola dwar is-sigurtà fl-enerġija fi ftehim ma' pajjiżi terzi, sabiex jiġu assigurati l-koerenza u l-effettività tal-politiki esterni tal-UE;

24.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li tkompli ssir pressjoni biex, fuq livell internazzjonali, tkun implimentata l-istrateġija tal-UE kontra l-firxa ta' armi għall-qerda tal-massa (WMD), li ssir ħidma attiva sabiex tinżamm is-sistema ta' kontroll tal-armi u ta' diżarm eżistenti, b'mod partikulari għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBT), l-implimentazzjoni konsistenti u l-monitoraġġ komprensiv tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-projbizzjoni internazzjonali fuq munizzjoni ta' tip ‘cluster’ u l-applikazzjoni universali tal-Konvenzjoni ta' Ottawa li tipprojbixxi l-mini splużivi tal-art, li titpoġġa enfasi akbar fuq inizjattivi għall-kontroll tal-kummerċ tal-armi ż-żgħar u inizjattivi u kwistjonijiet oħrajn ta' diżarm u non-proliferazzjoni, li jissaħħu trattati multilaterali ta' non-proliferazzjoni u jkunu pprovduti l-mezzi finanzjarji sabiex tkun implimentata l-istrateġija tal-WMD tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex ikollhom rwol pożittiv u effettiv sabiex jintemm l-istaġnar tal-ftehim fil-Konferenza dwar id-Diżarm ta' Geneva u jittieħdu passi biex jiġi żgurat li n-negozjati jirriżultaw fi trattat nondiskriminatorju, multilaterali, internazzjonali u li jista'tkun ivverifikata b'mod effettiv il-projbizzjoni tal-produzzjoni ta' materjali fissili għall-armi nukleari;

Prijoritajiet tal-Parlament fiz-zoni ġeografiċi għall-2008

25.

Huwa tal-opinjoni li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni, ibbażat fuq l-Artikolu 49 tat-Trattat tal-UE, jibqa' prijoritá ewlenija tal-politika barranija u li dan għandu jkun ibbażat fuq il-kapaċità tal-Unjoni li tintegra l-Istati Membri l-ġodda (waqt li jitqiesu l-impatt tat-tkabbir fuq l-istituzzjonijiet tagħha, ir-riżorsi finanzjarji tagħha u l-kapaċità tagħha li tilħaq l-objettivi politiċi tagħha);

26.

Jikkunsidra li l-istabilità fil-Balkani tal-Punent għandha tkun il-prijorità ewlenija tal-UE għall-2008, f'konformità mal-opinjoni tal-Kunsill kif stabbilita fir-Rapport Annwali għall-2006; għalhekk iħoss li hu ferm importanti li jiġu rduppjati l-isforzi ħalli l-Balkani tal-Punent jitqarrbu lejn l-UE, flimkien mad-dħul ta' reġim mingħajr viża, it-tkabbir ta' koperazzjoni reġjunali fl-oqsma tal-kummerċ, it-trasport, l-enerġija u l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-programmi Komunitarji; jemmen li enfasi iktar qawwija fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali li dan jinvolvi, tiffaċilita u ssaħħaħ il-preparazzjoni ta' dawk il-pajjiżi għas-sħubija fl-UE, f'konformità mal-Aġenda ta' Thessaloniki; jenfasizza l-importanza li tkun involuta s-soċjetà ċivili fil-proċess tal-adeżjoni;

27.

Hu tal-opinjoni li d-djalogu mas-Serbja għandu jkun intensifikat u li għandhom jittieħdu passi konkreti sabiex tkun affermata mill-ġdid il-perspettiva Ewropea ta' dak il-pajjiż; jikkunsidra l-iffirmar tal-Ftehim ta' Stabilità u Assoċjazzjoni bħala pass konkret lejn l-adeżjoni futura tas-Serbja fl-UE; jinkuraġġixxi għajnuna sostanzjali, implimentazzjoni ta' impenji u ta' miżuri ta' koperazzjoni reċiproċi, kif ukoll il-liberalizzazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-viża; jisħaq li għandu jingħata enfasi partikulari dwar it-tisħiħ tar-rabtiet mal-forzi demokratiċi kollha u mas-soċjetá ċivili fl-oqsma ta' interess komuni; jikkunsidra li l-UE għandha tiżviluppa politiki adegwati u tibda proċessi xierqa sabiex is-Serbja ma tibqax iżolata;

28.

Jirreferi għall-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni li sar fit-18 ta' Frar 2008, li fih il-Kunsill innota l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni, mill-Assemblea tal-Kosovo fis-17 ta' Frar 2008, li tiddikkjara lill-Kosovo bħala indipendenti u li fiha l-Kunsill ukoll stqarr li l-Istati Membri se jieħdu deċiżjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom mal-Kosovo skond il-prattika nazzjonali u l-liġi internazzjonali;

29.

Hu tal-fehma li l-missjoni tal-Istat tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea (EULEX) fil-Kosovo trid tissalvagwardja l-interessi tal-minoritajiet nazzjonali kif stipulat fil-pjan Ahtisaari sabiex tippreserva l-karattru multi-etniku tat-territorju, tibni fiduċja fost il-komunitajiet etniċi, tipproteġi l-wirt kulturali, reliġjuż u storiku, tikkonsolida l-istat tad-dritt u tippromovi l-iżvilupp ekonomiku; jinnota li t-tħaddin lokali ta' dawn l-isforzi se jiżgura tranżizzjoni b'suċċess u żvilupp soċjali, politiku u ekonomiku sostenibbli tal-Kosovo; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impass fin-negozjati dwar it-trasferiment tar-responsabilitajiet mill-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja fil-Kosovo tan-Nazzjonijiet Uniti (UNMIK) għall-EULEX; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni konċertata fin-NU bil-għan li jiġi żgurat rikonoxximent tal-missjoni EULEX bħala parti mill-preżenza ċivili internazzjonali fil-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 Nru (1999);

30.

Jenfasizza li l-qagħda tal-minoritajiet fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent għandha tkun suġġetta għal aktar monitoraġġ bir-reqqa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien effettiv tal-gruppi tal-minoritajiet kollha u tad-drittijiet tagħhom, u li għandu jsir aktar progress konsistenti f'dan il-qasam b'konformità mal-istandards Ewropej; jemmen li għandu jittieħed vantaġġ mis-Sena ta' Djalogu Interkulturali 2008 għall-promozzjoni tal-ftehim reċiproku u tal-edukazzjoni mfassla biex iddaħħal fl-imħuħ ideat ta' tolleranza;

31.

Jenfasizza wkoll li t-tisħiħ tal-Politika Ewropea għall-Viċinanzi (l-ENP) għandha titqies bħala objettiv ewlieni għall-2008, u li dan għandu jwassal għal approċċ varjat għall-ġirien tagħna li jikkunsidra kemm l-aspettattivi tagħhom u kif ukoll l-interessi strateġiċi tal-Unjoni; jemmen li din il-politika mġedda għandha tagħmel użu akbar u aktar estensiv tal-istrumenti disponibbli tal-Komunità;

32.

Itenni li l-persistenza ta' kunflitti li ma ġewx solvuti fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinanzi (ENP) tirrappreżenta sfida serja għas-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE u għall-implimentazzjoni effettiva tal-ENP; jenfasizza li, bit-tkabbir tal-2007, il-fruntieri tal-UE jinsabu saħansitra aktar qrib għal dawn iż-żoni ta' kunflitt; għalhekk, jappella għall-involviment aktar attiv u komprensiv tal-UE fl-isforzi li għaddejjin biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-kunflitti, b'mod partikulari għal dak fiż-żona Transnistrijana tar-Repubblika tal-Moldova, f'konformità mal-liġi internazzjonali u mal-prinċipji ta' integrità territorjali, u jappella wkoll għal impenn akbar min-naħa tal-UE fil-ġestjoni tal-kunflitti;

33.

Jemmen li l-Unjoni għandha tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni ekonomika, stabilità politika u demokrazija fit-tliet oqsma ta' koperazzjoni ewlenin, jiġifieri l-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed, billi jsir użu minn strutturi ta' koperazzjoni f'dawk l-oqsma, billi tiġi kkonsolidata s-sinerġija bejn il-politiki istituzzjonali u reġjonali u billi l-pajjiżi f' dawk ir-reġjuni jiġu megħjuna fil-proċessi ta' integrazzjoni tagħhom; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni espressa mill-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2007 biex jissaħħaħ il-Proċess ta' Barċellona; itenni l-importanza li jinkisbu riżultati tanġibbli fir-reġjun Ewro-Mediterran fejn ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi tax-xtajta ta' nofsinhar tal-Mediterran għandhom jiġu promossi u fejn għandu jkun hemm attenzjoni ffokata aktar fuq l-tintuża attenzjoni akbar fil-kuntest tal-enerġija u tal-isfidi ambjentali u tal-enerġija;

34.

Itenni li r-reġjuni tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar Baltiku għandhom importanza strateġika għall-Unjoni u li għalhek jixraqilhom approċċ aktar koerenti, simili għal dak għar-reġjun tal-Baħar Mediterran; Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex irawmu koperazzjoni reġjonali mal-Baħar l-Iswed u mal-Baħar Baltiku; huwa tal-fehma li attenzjoni ugwali u bbilanċjata bejn dawn it-tliet reġjuni kruċjali tkun żgurata bl-aħjar mod permezz tat-tfassil ta' strutturi organizzattivi ġodda għall-koperazzjoni reġjonali fir-reġjuni tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar Baltiku, u kif ukoll permezz tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-assembleji multilaterali eżistenti bħall-Assemblea Parlamentari tal-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed;

35.

Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ l-alleanza transatlantika u li jiġu intensifikati l-kuntatti mal-Istati Uniti, inter alia permezz ta' Ftehim ta' Sħubija Transatlantika iktar avvanzat u iktar komprensiv, li l-potenzjal tiegħu għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ u li għandu jinkludi konsultazzjoni u koperazzjoni kemm fuq interessi reċiproċi, u kif ukoll fuq il-prevenzjoni ta' kunflitti ċivili, l-ordni legali internazzjonali, il-paċi u d-diżarm, l-iżvilupp sistenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar; jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' Kunsill Ekonomiku Transatlantiku; jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni parlamentari fi ħdan il-qafas tad-Djalogu tal-'Leġiżlaturi Transatlantiċi', u kif ukoll il-bżonn li jkun hemm djalogu iktar profond mal-Kungress tal-Istati Uniti dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, il-futur tan-NATO u r-riforma tan-NU;

36.

Jikkunsidra ir-reviżjoni fl-2008 mill-Unjoni tar-relazzjonijiet tagħha mar-Russja bħala importanti ħafna; huwa tal-fehma li dawn ir-relazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq sħubija bbilanċjata, li tindirizza sfidi globali bħan-nonproliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa (WMD), is-sigurtà ġenerali u s-sigurtà tal-enerġija, u li tippromwovi l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ ħieles u, fuq kollox, ir-rispett tal-istat tad-dritt; ifakkar li sħubija ġenwina għandha tkun ibbażata kemm fuq trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u kif ukoll fuq relazzjonijiet tajbin mal-istati ġirien, trasparenza u responsabilità; jitlob lill-Istati Membri biex jikkoordinaw ir-relazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa fuq il-bażi tal-interessi komuni tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-mandat għal kwalunkwe Ftehim futur mhux biss jenfasizza dawn l-interessi komuni iżda jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu;

37.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu, kemm fi ħdan il-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani u kif ukoll fost il-poplu, biex jitrawmu n-negozjati bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani għal soluzzjoni ta' paċi komprensiva, dewwiema u ġusta fuq il-bażi ta' żewġ Stati sikuri u vijabbli, bi qbil mal-impenji stipulati fl-Aġenda ta' Annapolis; huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha timmassimizza l-influwenza finanzjarja, kummerċjali u politika tagħha fuq iż-żewġ naħat sabiex tinkiseb din is-soluzzjoni paċifika u li l-Unjoni għandu jkollha rwol, fi ħdan il-fora relevanti, li jkun proporzjonat għall-kontribuzzjoni finanzjarja u politika tagħha;

38.

Jemmen li l-iskema tan-nonproliferazzjoni nukleari skond it-Trattat ta' Nuqqas ta' Proliferazzjoni (NPT) qiegħda f'periklu serju u jistieden lill-Kunsill u b'mod partikulari liż-żewġ Stati Membri li għandhom l-armi nukleari biex iressqu inizjattiva Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi tad-diżarmament li jinsabu fl-Artikolu VI tal-NPT fir-rigward, b'mod partikulari, tal-konferenza tal-2010 dwar ir-reviżjoni tal-NPT; jopponi b'mod qawwi l-produzzjoni u t-tifrix tal-armi għall-qerda tal-massa, li qiegħda thedded li ssir realtà f'għadd dejjem akbar ta' pajjiżi minħabba li huwa impossibbli li wieħed jifred b'mod ċar l-użu tat-teknoloġija nukleari għal skopijiet ta' enerġija u l-użu tagħha għall-produzzjoni ta' armi; f'dan il-kuntest jikkwota, b'mod partikulari, l-inċertezzi dwar l-iskopijiet tal-programm nukleari tal-Iran; jistieden lill-Iran sabiex ikun trasparenti fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (l-IAEA) u li jfittex li jibni mill-ġdid il-fiduċja tal-komunità internazzjonali; jistieden lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jerġgħu jirreferu lura l-kwistjoni tal-Iran lill-IAEA u biex jibdew negozjati mingħajr prekondizzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri biex jipprojbixxu esportazzjoniet kollha ta' teknoloġija nukleari lejn kwalunkwe pajjiż li ma rratifikax il-protokolli addizzjonali tal-NPT;

39.

Jemmen li l-UE tista' tikkontribwixxi għall-bini ta' fiduċja vis-à-vis l-pajjiżi li magħhom m'għandhiex rabtiet kuntrattwali, jew rabtiet kuntrattwali limitati, permezz tat-tisħiħ tal-kuntatti bejn il-popli, bħal ma jsir permezz tal-ġemellaġġi bejn il-bliet jew permezz tal-programmi Erasmus Mundus;

40.

Jistenna implimentazzjoni mgħaġġla u komprensiva tal-istrateġija tal-Ażja Ċentrali;

41.

Itenni li l-promozzjoni tas-solidarjetà internazzjonali, l-istabilità, il-paċi u l-iżvilupp demokratiku, uman u ekonomiku, l-istat ta' dritt u l-ġlieda kontra d-drogi għandha tkompli tkunu fost il-prijoritajiet tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Afghanistan fl-2008; jenfasizza l-ħtieġa li l-Afganistan jerġa' jakkwista s-sigurtà, liema sigurtà ma tistax tintlaħaq b'mezzi militari biss; jenfasizza li, għal dan il-għan, huwa wkoll vitali li jissaħħu l-forzi tal-pulizija sabiex jiġi stabbilit l-istat tad-dritt u jiżdiedu l-isforzi għall-iżvilupp; jinnota b'ansjetà li l-produzzjoni tad-droga żdiedet bil-mod il-mod, bir-riżultat li l-Afganistan sar, għal darba oħra, l-akbar produttur tad-dinja; jilqa' l-istabbiliment tal-missjoni tal-pulizzija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jipprovdulha persunal b'esperjenza u mħejji tajjeb u sabiex, eventwalment, ikabbruha; huwa mħasseb minħabba li koordinazzjoni insuffiċjenti, kemm fost il-komunità internazzjonali (speċjalment bejn l-UE u n-NATO) u kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet Afgani, tfixkel serjament l-effettività tal-attivitajiet fost il-poplu; jistieden lill-parteċipanti kollha sabiex jagħmlu sforzi ħalli jtejbu din is-sitwazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ħatra ta' Kai Eide bħala r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Afganistan;

42.

Jirrakkomanda li jissaħħu r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi maċ-Ċina fl-2008, dment li jsir progress sostanzjali fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u li ċ-Ċina tagħti każ tat-tħassib serju tal-UE dwar l-imġiba tagħha fit-Tibet, filwaqt li jinżamm djalogu kostruttiv mal-awtoritajiet dwar dawn il-kwistjonijiet, a fortiori fiż-żmien ta' preparazzjoni għall-Olimpjadi ta' Beijing; jitlob liċ-Ċina biex tiżviluppa approċċ komprensiv li jħares 'il quddiem għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż b'rispett akbar għall-popli differenti tagħha u għat-tradizzjonijiet kulturali tagħha; f'dan ir-rigward, jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' riżultati sostanzjali fil-kuntest tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem;

43.

Jirrakkomanda sabiex fl-2008, jiġu intensifikati r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Ażja tax-Xlokk)ASEAN fuq il-bażi ta' progress sostanzjali fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxi l-irwol dejjem akbar tal-ASEAN bħala forza għall-istabilità u l-prosperità reġjonali; u jemmen li l-UE u l-ASEAN għandhom potenzjal kbir biex tiżdied il-koperazzjoni bbażata parzjalment fuq il-progress tal-ASEAN fir-rigward tal-integrazzjoni reġjonali u fl-oqsma tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; jibqa' mħasseb b'mod partikulari bis-sitwazzjoni f'Burma;

44.

Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata segwitu sostanzjali fl-2008 għad-deċiżjonijiet milħuqa fis-Sammit bejn l-UE u l-Afrika li sar f'Diċembru 2007 f'Liżbona; f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra b'żewġ karigi ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE/Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana, bis-sit uffiċjali f'Addis Ababa; f'dan ir-rigward jemmen li l-UE, f'koperazzjoni man-NU, għandha tagħmel kull sforz sabiex issaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni Afrikana li tibni u żżomm il-paċi; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-missjonijiet ta' Riforma tat-Taqsima tas-Sigurtà tal-UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tar-Repubblika Gwinea-Bissau, u jappella sabiex ikun hemm użu kkoordinat tal-istrumenti tas-CSFP u tal-Komunità bħalma hu l-Istrument għall-Istabilità;

45.

Jistenna li l-V Laqgħa Għoljabejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karribew, li saret f'Lima f'Mejju 2008, twassal għat-tisħiħ tal-kontenut tal-Assoċjazzjoni Bireġjonali ddikjarata, flimkien mat-twaqqif ta' Fond ta' Solidarjetà Bireġjonali propost mill-Parlament, u kif ukoll il-finalizzazzjoni fil-waqt sa tmiem l-2008 tan-negozjati dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Mercosur, il-Komunità Andina u l-Amerika Ċentrali;

46.

Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet u r-rapporti estensivi tiegħu rigward iż-żoni ġeografiċi differenti ta' interess, peress li dawn fihom kontribuzzjonijiet ta' valur għad-dibattitu dwar il-mod li bih għandha tevolvi l-politika tal-UE fir-rigward taż-żoni ġeografiċi;

47.

Jirrakkomanda li l-Unjoni ssaħħaħ id-djalogu politiku tagħha mar-reġjuni u l-pajjiżi terzi, b'mod partikulari mal-imsieħba ewlenin; itenni f'dan ir-rigward l-irwol importanti li d-diplomazija parlamentari għandha bħala għodda komplementari fir-relazzjonijiet tal-Unjoni mar-reġjuni u l-pajjiżi terzi, prinċipalment permezz tat-tliet assembleji interparlamentari multilaterali maġġuri (l-Assemblea Parlamentari Konġunta Afrika, Karibew u Paċifiku P-UE (ACP-UE JPA), l-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja (EuroMed) u l-Assemblea Parlamentari Amerikana Ewrolatina (Eurolat)); jimpenja ruħu biex titwaqqaf Assemblea Parlamentari għall-Viċinanza tal-Lvant tal-UE (Euro-Nest) mill-2009, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tas-sħubija politika bejn il-Parlament u l-pajjiżi involuti fil-parti tal-lvant tal-ENP;

48.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri li huma wkoll membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex itejbu l-koordinazzjoni tagħhom fi ħdan dan il-qafas sabiex isaħħu l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni fil-livell dinji, u fir-rigward ta' terminu fit-tul, sabiex jirsistu biex jassiguraw siġġu għall-UE fil-Kunsill tas-Sigurtà fil-kuntest ta' riforma ewlenija tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob lil dawk il-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li huma Stati Membri, biex jikkoperaw iktar mill-qrib mal-Istati Membri li m'humiex membri permanenti;

Effiċjenza, koerenza u viżibilità fil-PESK

49.

Jilqa' t-titjib stabbilit bit-Trattat ta' Liżbona rigward l-azzjoni esterna, il-PESK u l-ESDP, li se ssir is-CSDP; huwa tal-opinjoni li t-Trattat il-ġdid isaħħaħ b'mod sinifikanti l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-irwol tagħha fir-relazzjonijiet internazzjonali, u li jsaħħaħ il-viżibilità u l-profil tal-Unjoni waqt li jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li twettaq azzjoni fuq livell dinji;

50.

Jittama li t-Trattat ta' Liżbona jiġi rratifikat mill-aktar fis fl-Istati Membri kollha, sabiex ikun jista' jidħol fis-seħħ fil-ħin; jifraħ lil dawk l-Istati Membri li diġà rratifikaw it-Trattat ta' Liżbona;

51.

Jilqa' t-titjib tal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK, prinċipalment billi:

a)

tinħoloq il-kariga ta' Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà, li jkun il-Viċi President tal-Kummissjoni, li jagħti rendikont lill-Parlament, kif ukoll jippresjedi l-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin, li se jmexxu l-PESK u s-CSDP, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika u li tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

b)

jitwaqqaf, bil-kunsens tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsultat il-Parlament, s-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropea (-EEAS), li se jassisti r-Rappreżentant Għoli u li l-persunal tiegħu jinġieb mill-Kummissjoni, mis-segretarjat tal-Kunsill u mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali;

52.

Jilqa' t-twessiegħ tal-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluża d-dispożizzjoni ta' bażi legali ġdida u ta' strumenti li jaffettwaw oqsma relatati mal-PESK, bħal bażi legali espliċita għall-ENP, it-twaqqif ta' personalità legali unika għall-Unjoni, appoġġ finanzjarju urġenti għal pajjiżi terzi, għajnuna umanitarja, sanzjonijiet kontra entitajiet mhux tal-istat, politika tal-ispazju, sigurtà tal-enerġija, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, il-prevenzjoni tat-terroriżmu internazzjonali u l-ħarsien tad-data personali;

53.

Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza politika fil-qasam ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari bejn il-PESK, is-CSDP u l-politiki tal-iżvilupp u tal-kummerċ; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-irwol importanti li għandu jkollhom ir-Rappreżentant Għoli u l-EEAS fit-twettiq tal-politika ta' koerenza;

54.

Ifakkar li t-twaqqif ta' personalità legali tal-Unjoni tqajjem id-diffikultà dwar l-istatus tagħha fi ħdan organizzazzjonjiet internazzjonali bħan-NU; hu tal-opinjoni li l-istatus futur tal-Unjoni fi ħdan in-NU għandu jkun proporzjonat mal-kontribuzzjoni finanzjarja u politika tiegħu;

It-Trattat ta' Liżbona u l-impatt tiegħu fuq ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni fi kwistjonijiet ta' PESK/CSDP u dwar l-iskrutinju parlamentari tal-PESK/CSDP

55.

Jikkunsidra it-twaqqif ta' kollaborazzjoni l-aktar mill-qrib bejn il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u l-Presidenza li tgħaddi minn pajjiż għall-ieħor bħala kruċjali biex ikun żgurat li l-funzjonijiet differenti jikkontribwixxu għall-koerenza u l-effiċjenza tal-PESK;

56.

Jistieden lill-Kunsill biex jirrispondi b'mod sostantiv għax-xewqat u t-tħassib li l-Parlament jesprimi f'komunikazzjonijiet formali, b'mod partikolari rigward riżoluzzjonijiet dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt;

57.

Jistieden lill-Kunsill biex jeżamina l-effettività tal-politiki tiegħu ta' sanzjonijiet kontra ċerti reġimi ta' stmerrija bħalma huma r-regim ta' Mugabe fiz-Zimbabwe u l-ġunta militari f'Burma, u li jiġu introdotti miżuri għat-titjib tagħhom inklużi l-mekkaniżmi meħtieġa għall-osservazzjoni sħiħa u l-infurzar tagħhom;

58.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni futur sabiex jibni fuq l-esperjenza tal-preżenza perjodika tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni fil-Parlament waqt is-sessjoni plenarja u fil-Kumitat għall-Affarijiet Esterni u fuq il-prattika ta' laqgħat informali, sabiex jiġu żviluppati konsultazzjonijiet regolari, sistematiċi u sostantivi mal-Parlament u mal-entitajiet kompetenti tiegħu, u li l-Parlament jiġi involut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni biex titjieb it-trasparenza u r-responsabiltà tal-għażliet ewlenin tal-PESK; jinnota li l-kariga futura ta' Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni tnissel il-leġittimità tagħha direttament mill-Parlament;

59.

Jenfasizza wkoll li r-relazzjonijiet bejn il-Kunsill u l-Parlament jeħtieġ ukoll li jkunu meqjusa mill-ġdid biex jiġu kkunsidrati r-riformi maġġuri tas-CSDP futura u tas-setgħat ta' skrutinju msaħħa tal-Parlament, wara t-trasferiment tal-kompetenzi li fadal tal-Unjoni Ewropea tal-Punent lill-UE; jilqa' dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward għal koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

60.

Għalhekk, jitlob għat-twaqqif ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiddefinixxi r-relazzjonijiet ta' ħidma tagħhom fil-qasam tal-azzjoni esterna, flimkien ma' qsim ta' informazzjoni konfidenzjali, fiż-żmien meta jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona; jitlob li l-Ftehim ta' Qafas bejn il-Kummissjoni u l-Parlament ikun aġġornata biex jikkunsidra id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona;

61.

Jitlob li r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni jieħu l-kariga flimkien mal-Kummissjoni l-ġdida fl-1 ta' Novembru 2009, li tinstab soluzzjoni temporanja għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona u l-1 ta' Novembru 2009 u li l-Parlament ikun ikkonsultat b'mod sħiħ dwar il-ħatra mill-Kunsill Ewropew, bil-kunsens tal-President tal-Kummissjoni, tal-ewwel Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, kif ukoll dwar kull ħatra interim oħra; f'dan il-kuntest, jikkunsidra meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta' seduta ta' smigħ ad hoc għan-nomina ta' Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, bil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-kariga ta' Kumitat ta' tmexxija;

62.

Jenfasizza l-effett sinifikanti li t-twaqqif tal-EEAS se jkollu fuq ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa tat-trasparenza u tal-kontribuzzjoni demokratika f'dan il-proċess; ifakkar fid-dritt tiegħu li jkun ikkonsultat dwar it-twaqqif tal-EEAS bi qbil mal-Artikolu 27(3) tat-Trattat tal-UE kif emendat bit-Trattat ta' Liżbona; jitlob assoċjazzjoni sħiħa mal-ħidma preparatorja li trid titwettaq f'dan ir-rigward; jirreferi għar-rapport tiegħu li għadu għaddej dwar din il-kwistjoni; jittama li t-twaqqif tal-EEAS jipprovdi ċarezza akbar rigward il-kriterji għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, u l-ħatra u l-evalwazzjoni tagħhom, inklużi d-definizzjoni u l-iskop ta' xogħolhom, it-tul tal-mandat tagħhom, u l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea;

63.

Jistieden lir-Rapprezentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni futur, kif ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, biex isaħħu l-kollaborazzjoni mal-assembleji parlamentari multilaterali attwali (l-ACP-EU il-JPA, il-EuroMed, il-EuroLat u, ladarba tkun stabbilita, il-Euro-Nest) fejn il-parlamentari tal-Unjoni jiltaqgħu ma' wħud mill-kontropartijiet tagħhom l-aktar importanti, għaliex dan jipprovdi b'mod ċar valur miżjud li jsaħħaħ il-konsistenza u l-effiċjenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

64.

Huwa tal-opinjoni li l-iskrutinju parlamentari huwa ta' valur fundamentali għall-ESDP; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex iwaqqaf, flimkien mal-Parlament, mekkaniżmu li jikkonċerna informazzjoni konfidenzjali dwar kriżijiet emerġenti jew avvenimenti ta' sigurtà internazzjonali komparabbli mal-mekkaniżmi eżistenti f'bosta parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE li — skond il-grad ta' kunfidenzjalità — ivarjaw minn laqgħat fil-magħluq tal-kumitati għal laqgħat bejn il-PSC u membri nominati tal-Kumitati u tas-Sottokumitati rilevanti;

65.

Jikkunsidra bħala meħtieġ li ċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jattendi għal-laqgħat informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri (laqgħat Gymnich), fuq il-prattika diġà stabbilita dwar laqgħat informali tal-Kunsill f'oqsma ta' politika oħra;

66.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li jkun hemm responsabilità u t-trasparenza demokratika tal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

Il-finanzjament tal-PESK/CSDP fid-dawl tat-Trattat ta' Liżbona

67.

Jinnota b'sodisfazzjon it-tisħiħ, permezz tat-Trattat ta' Liżbona, tas-setgħat baġitarji tal-Parlament għall-infiq kollu tal-UE, inkluż l-EEAS, li ta lill-Parlament parità mal-Kunsill, waqt li elimina d-distinzjoni bejn nefqa obbligatorja u dik mhux obbligatorja, u stabbilixxa qafas finanzjarju plurijennali li jorbot legalment;

68.

Jiddispjaċih dwar il-kumplessità bla bżonn tal-arranġamenti għall-iffinanzjar ta' malajr tal-attivitajiet tas-CSDP barra mill-baġit tal-UE; jinsisti li l-azzjonijiet esterni kollha tal-Unjoni (inklużi dawk tas-CSDP futura iżda eskluża kull nefqa militari) għandhom fil-ġejjieni jiġu finanzjati mill-baġit komuni tal-UE;

69.

Jenfasizza f'dan ir-rigward l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata biex tiġi sorveljata l-ġestjoni ta' kriżi ċivili fejn ir-riżorsi u r-responsabilitajiet differenti huma miġbura mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, biex ikun żgurat li jkun hemm l-aqwa effiċjenza u koordinazzjoni;

70.

Jirrikonoxxi l-utilità tal-laqgħat ta' konsultazzjoni konġunta bejn il-bureaux tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits u ċ-Chairperson tal-PSC, kif stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 msemmi hawn fuq; fl-istess jappoġġja l-idea li l-presidenti u/jew ir-rapporteurs tal-kumitati tal-Parlament responsabbli mill-azzjoni esterna jkunu involuti fl-attivitajiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni l-ġdid maħsub għall-proċedura l-ġdida tal-baġit jekk dan ikun meqjus meħtieġ fil-kuntest tal-proċedura annwali;

71.

Jitlob li, fl-ispirtu tal-Ftehim Interistituzzjonali msemmi tas-17 ta' Mejju 2006, li tipprovdi għal djalogu strutturat bejn il-Kunsill u l-Parlament, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament qabel l-adozzjoni ta' kull deċiżjoni li tinkludi infiq fil-PESK;

72.

Jikkunsidra l-ammont totali ta' EUR 1 740 miljun allokat għall-PESK għall-perjodu 2007-2013 bħala mhux suffiċjenti biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi u speċifiċi tal-UE bħala protagonist globali, waqt li jirrikonoxxi li l-iffinanzjar tal-PESK, li seħħ qbil dwaru għall-2008 u li jammonta għal EUR 285 miljun, jirrappreżenta pass 'il quddiem importanti f'kuntrast mal-allokazzjonijiet ta' fondi preċedenti (u żieda ta' EUR 125 miljun fuq l-2007); jenfasizza li din iż-żieda għandha tkun akkumpanjata minn miżuri aktar b'saħħithom għall-kontroll parlamentari u għall-koperazzjoni mtejba mill-Kunsill;

73.

Sejjer jagħmel proposti speċifiċi dwar l-iffinanzjar u l-kontroll baġitarju tal-EEAS fil-kuntest tar-rapport tiegħu li ġej dwar il-kwistjoni;

*

* *

74.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p.8).

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0055.

(3)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 309.

(4)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.

(5)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 396.

(6)  ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 95, u Testi Adottati, P6_TA(2007)0528.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0262.

(8)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, pp. 226 u 235.

(9)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 670.

(10)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0350.

(11)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0622.

(12)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0483.

(13)  ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 106.

(14)  ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 100.

(15)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.

(16)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 176.

(17)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 253.

(18)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0488.

(19)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0481.

(20)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0413.

(21)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0537 u Testi Adottati, P6_TA(2007)0576.

(22)  S113/08, 14 ta' Marzu 2008.

(23)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0612.

(24)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 753.

(25)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0381.

(26)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 485.

(27)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 480.

(28)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0538.

(29)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0017.

(30)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0482.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/23


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ sigurtà u tal-ESDP

P6_TA(2008)0255

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ sigurtà u tal-ESDP (2008/2003(INI))

2009/C 285 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà (ESS) adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona, iffirmat f’Liżbona fit-13 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-Rapporti dwar is-Sigurtà Ewropea u l-Politika ta’ Difiża (ESDP) tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tat-18 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-laqgħa konġunta tal-Ministri tal-UE għad-Difiża u l-Iżvilupp fi ħdan il-Kunsill, li sar fid-19 u l-20 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp, kif ukoll il-Konklużjonijiet dwar l-ESDP tal-laqgħa tal-Kunsill tal-UE fid-19 u fl-20 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsisdra r-Rapport ta’ Madrid maħruġ mill-Grupp ta’ Studju dwar is-Sigurtà tal-Bniedem fit-8 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ April 2005 dwar l-ESS (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-ESS fil-kuntest tal-ESDP (2),

wara li kkunsidra l-istrateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika adottata f’Liżbona fid-9 ta’ Diċembru 2007 u l-ħatra tal-Ġeneral Pierre-Michel Joana bħala Konsulent Speċjali għar-Rappreżentant Għoli tal-UE rigward il-kapaċitajiet Afrikani fiż-żamma ta’ paċi mill-1 ta’ Marzu 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar l-operazzjoni tal-ESDP fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0186/2008),

A.

billi fl-2007 u fil-bidu tal-2008 il-Kunsill ħa deċiżjonijiet importanti rigward il-ħidma fil-qasam tal-ESDP u fl-implimentazzjoni tal-ESS, inkluż:

a.

it-tnedija ta’ missjoni tal-pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL Afganistan);

b.

id-deċiżjoni biex tinbeda operazzjoni militari tal-UE fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana;

c.

il-konfigurazzjoni mill-ġdid u t-tnaqqis tat-truppi Althea tal-EUROR fil-Bożnja;

d.

il-preparazzjoni għal missjoni ċivili tal-UE fil-Kosovo (EULEX Kosovo);

e.

il-preparazzjoni ta’ missjoni ta’ riforma tal-UE tas-settur ta’ sigurtà fil-Guinea-Bissau (EUSEC Guinea-Bissau),

B.

billi fl-2007 u fil-bidu tal-2008 saru aktar żviluppi fil-qasam tal-kapaċitajiet ESDP u l-implimentazzjoni tal-ESS inkisbet, inklużi;

a.

l-adozzjoni ta’ Għanijiet Prinċipali Ċivili tal-2010 ġodda;

b.

it-twaqqif ta’ Kapaċità Ċivili ta’ Ppjanar u Twettiq (CPCC) fi ħdan is-Segretarjat tal-Kunsill;

c.

l-ilħuq ta’ kapaċità operattiva miċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-UE;

d.

l-ilħuq ta’ kapaċità operattiva sħiħa billi jitwettqu, b’mod simultanju, żewġ operazzjonijiet militari ESDP bl-użu tal-Gruppi tal-Battalja,

C.

billi l-2007 u l-bidu tal-2008 raw nuqqasijiet kontinwi fl-oqsma tal-ESDP u l-implimentazzjoni tal-ESS, inkluż:

a.

in-nuqqas ta’ Korpi tal-UE għall-Paċi Ċivili, mitluba mill-Parlament Ewropew sa mis-sena 2000, u ta’ protezzjoni ċivili u kapaċitajiet ta’ għajnuna umanitarja, msemmija f’numru ta’ dokumenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni sa mill-katastrofi taz-tsunami fis-sena 2004;

b.

l-ittardjar fil-konsenji u l-ispejjeż li dejjem jikbru relatati mal-kapaċitajiet ta’ trasport strateġiku bl-ajru fil-forma tal-Airbus A400M, ajruplan għat-trasport militari;

c.

żbilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-istaff tal-missjonijiet ESDP, b’hekk ikunu limitati l-kapaċitajiet tal-UE ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet;

d.

problemi ta’ reklutaġġ ta’ biżżejjed uffiċjali tal-pulizija għall-missjonijiet fl-Afganistan minħabba li hemm tħassib dwar is-sigurtà u nuqqas ta’ prospetti ta’ karriera għall-individwi meta jirritornaw;

e.

dewmien fit-tnedija tal-Missjoni EUFOR Ċad/RCA minħabba konferenzi bla suċċess dwar il-ġenerazzjoni ta’ forza, partikularment f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ ħelikopters;

f.

in-nuqqas, s’issa, li jiġi ffirmat l-ftehim tekniku mħejjij bejn l-UE u n-NATO bil-għan li tkun żgurata l-koordinazzjoni fil-Kosovo bejn il-Forza Internazzjonal ta’ Sigurta’ (KFOR) u l-missjoni futura possibbli tal-ESDP, u fl-Afganistan bejn il-EUPOL u l-Forza Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurta’ (ISAF), minħabba l-oppożizzjoni mit-Turkija,

D.

billi t-Trattat ta’ Liżbona se jintroduċi innovazzjonijiet kbar fil-qasam tal-ESDP,

E.

billi jeħtieġ li jsiru sforzi kontinwi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiżdied l-interoperabilità fl-UE, u billi l-metodu l-aktar effettiv f’termini ta’ spejjeż biex dan isir huwa li jinqasmu u jinġemgħu l-assi tad-difiża sabiex il-kapaċità ta’ difiża tal-Ewropa tiġi massimizzata;

1.

Itenni l-konklużjonijiet tar-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament fir-rigward tal-ESS u l-ESDP;

It-Trattat ta’ Liżbona

2.

Jilqa’ l-iffirmar tat-Trattat ta’ Liżbona, li se jintroduċi innovazzjonijiet kbar fil-qasam tal-ESDP, partikularment billi jsaħħaħ il-kariga tar-Rappreżentant Għoli, jistabilixxi Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u jintroduċi artikolu dwar l-assistenza fid-difiża reċiproka, klawsola ta’ solidarjetà, koperazzjoni strutturata permanenti fil-qasam tad-difiża u estensjoni tal-“Petersberg tasks”; jittama li l-proċess ta’ ratifikazzjoni jitlesta b’suċċess u fil-ħin fl-Istati Membri kollha; jifraħ lil dawk l-Istati Membri li diġà rratifikaw it-Trattat ta’ Liżbona; jenfasizza li l-Parlament se jwettaq ir-responsabilitajiet tiegħu taħt it-Trattat attwali u se jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe innovazzjonijiet ġodda;

3.

Jistieden lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jinvestigaw il-possibilitajiet u l-impatt li jista’ jkun hemm jekk il-forzi eżistenti multinazzjonali bħall-Eurocorps, Eurofor, Euromarfor, il-Forza Ġendarmerija Ewropea, l-armata amfibja Taljana-Spanjola, il-Grupp tal-Ajru Ewropew, iċ-ċellula tal-Koordinazzjoni Ewropea tal-Ajru f’Eindhoven, Iċ-Ċentru Multinazzjonali tat-Trasport bil-Baħar ta’ Ateni kif ukoll il-forzi u l-istrutturi kollha relevanti għall-operazzjonijiet ESDP, jitpoġġew taħt koperazzjoni strutturata permanenti, kif maħsub fit-Trattat ta’ Liżbona;

L-evalwazzjoni u t-tisħiħ tal-ESS

4.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex permezz ta’ White Paper, jevalwa l-progress li sar, u kwalunkwe nuqqasijiet, fl-implimentazzjoni tal-ESS sa mill-2003, inklużi l-lezzjonijiet meħuda mill-operazzjonijiet ESDP; ir-rabta bejn l-aspetti esterni u interni tas-sigurtà (il-ġlieda kontra t-terroriżmu); il-protezzjoni tal-fruntieri u ta’ infrastruttura kritika, inkluża l-protezzjoni kontra l-attakki informatiċi; is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija hija sfida għall-isforzi ċivili, ekonomiċi, tekniċi u diplomatiċi; il-kwistjonijiet reġjonali mhux solvuti fil-viċinanzi tal-UE, eżempju fit-Transnistria, fl-Abkhazia, fl-Ossetia tan-Nofsinhar u fin-Nagorno-Karabakh; l-isfidi umanitarji u ta’ sigurtà fil-kontinent Afrikan; u l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u ta’ diżastri naturali fuq il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà tal-bniedem kif ukoll il-proliferazzjoni tal-armi tal-qirda tal-massa; barra minn hekk jistiednu sabiex jevalwa jekk dawn it-theddidiet, riskji u sfidi humiex direttament rilevanti fit-tifsira wiesgħa tas-sigurtà Ewropea jew jekk għandhomx sempliċiment dimensjoni ta’ sigurtà;

5.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex jinkludi fil-White Paper, proposti għat-titjib u t-tisħiħ tal-ESS, bħad-definizzjoni ta’ interessi u kriterji ta’ sigurtà komuni Ewropej għat-tnedija ta’ missjonijiet ESDP; jistiednu wkoll biex jiddefinixxi għanijiet ġodda għall-kapaċitajiet ċivili u militari (inklużi strutturi għall-kmand u l-kontroll, u t-trasportazzjoni għall-atturi Ewropej kollha fl-immaniġġjar ta’ kriżi kemm għall-ESDP u għall-għajnuna f’każ ta’ diżastru) u jirrifletti fuq l-implikazzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona fir-rigward tal-ESDP u proposti għal sħubija ġdida bejn l-UE u n-NATO;

6.

Iħeġġeġ ukoll lir-Rappreżentant Għoli sabiex jindirizza l-kwistjoni tal-“caveats” fil-White Paper; għalkemm din hija kwistjoni għas-sovranità nazzjonali ta’ kull Stat Membru, huwa jikkunsidra li dawn għanhom ikunu armonizzati sabiex titħares is-sikurezza tal-forzi preżenti mid-diversi Stati Membri;

7.

Huwa tal-opinjoni li din il-White Paper għandha tkun il-bażi għal dibattitu politiku uwsa’ li jitwettaq fil-pubbliku, l-aktar għaliex l-ESS tiddefinixxi l-valuri u l-objettivi fundamentali tal-Unjoni u turi liema prinċipji hija tiddefendi; jenfasizza li evalwazzjoni futura tal-ESS għandha titwettaq b’responsabilità demokratika akbar u għaldaqstant issir b’konsultazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inklużi il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

Djalogu dirett dwar is-sigurtà mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u mal-Kanada

8.

Jenfasizza li n-NATO hija l-forum transatlantiku fejn kwistjonijiet dwar is-sigurtà għandhom ikunu indirizzati mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, mill-Istati Uniti u mill-Kanada; madankollu jinkoraġixxi lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli sabiex jieħdu inizjattivi għal djalogu dirett dwar is-sigurtà mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u mal-gvern Kanadiż f’oqsma li huma fil-kompetenza tal-UE; jipproponi li dan it-tip ta’ djalogu għandu jikkonċentra fuq kwistjonijiet konkreti bħal pereżempju li tiżdied il-kredibilità tal-valuri tal-Punent fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-istabbilizzazzjoni u fir-rikostruzzjoni;

L-immaniġġjar tal-kriżi ċivili u l-protezzjoni ċivili

9.

Jilqa’ l-Għanijiet Prinċipali Ċivili ġodda tal-2010 introdotti fl-1 ta’ Jannar 2008, li jikkunsidraw it-tagħlimiet meħuda mill-missjonijiet ċivili ESDP preċedenti;

10.

Jilqa’ t-twaqqif tas-CPCC fis-segretarjat tal-Kunsill, li se jservi wkoll bħala ekwivalenti ċivili għal Kwartieri Ġenerali ta’ Operazzjonijiet tal-UE u joffri assistenza u appoġġ fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta’ missjonijiet ESPD ċivili, biex b’hekk ikun żgurat li jkun hemm kmand ċivili; jistieden sabiex ikun hemm bilanċ rifless fl-irwol u fl-istruttura taċ-Ċellula Ċivili-Militari;

11.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilitajiet għal qafas organizzattiv aktar adegwat, bħal taqsima speċjalizzata fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, sabiex ikun żgurat li jkun hemm strateġija aktar koerenti u komprensiva għall-immaniġġjar tal-kriżijiet ċivili, li jneħħu d-differenzi istituzzjonali u li b’hekk jippermettu koordinazzjoni aħjar tal-istrumenti interni tal-UE kif ukoll koperazzjoni bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet barranin u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

12.

Jitlob lill-Kunsill, fl-isfond ta’ ppjanar u installazzjoni mhux sodisfaċenti tal-EUPOL Afganistan, biex iwettaq reviżjoni immedjata tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-iffinanzjar u l-installazzjoni ta’ aspetti ta’ missjonijiet ESDP ċivili u jressaq proposti konkreti mfassla biex jevitaw kwalunkwe ripetizzjoni ta’ din is-sitwazzjoni fil-futur;

13.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Istati Membri biex jipprovdu persunal għall-missjonijiet ċivili ESDP fl-oqsma tal-protezzjoni ċivili, l-immaniġġjar, l-appoġġ lir-rappreżentanti speċjali tal-UE u l-appoġġ lill-missjonijiet; madankollu jinnota li hemm nuqqasijiet kontinwi fil-qasam tal-pulizija, l-istat tad-dritt u l-amminstrazzjoni ċivili; jenfasizza l-importanza li għall-missjonijiet tal-ESDP jingħata staff kompetenti u speċjalizzat;

14.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iżidu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-missjonijiet ċivili tal-ESDP u l-missjonijiet tal-fruntieri tal-UE fejn il-qasma tal-kompetenzi taż-żewġ istituzzjonijiet mhix ċara; huwa tal-opinjoni li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna maħsub fit-Trattat ta’ Liżbona għandu jiffaċilita din il-ħidma; madankollu jemmen li kunflitti li jikkonċernaw il-kompetenzi jistgħu jinqalgħu anki bit-Trattat ta’ Liżbona, u tkun tinħtieġ deċiżjoni mir-Rappreżentant Għoli;

15.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex b’mod regolari jirrevedu d-disponibilità ta’ persuni għall-missjonijiet ċivili ESDP u sabiex ilaqqgħu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom biex iwaqqfu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali rigward il-possibilità ta’ kontribuzzjonijiet, bħal fil-każ tal-Finlandja, inkluż il-ħolqien ta’ proċeduri li jiżguraw prospetti ta’ karriera lill-parteċipanti f’dawn il-missjonijiet u kunsiderazzjoni adegwata tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tikkonċerna r-rappreżentanza tan-nisa fil-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni, immaniġġjar u soluzzjoni ta’ kunflitti; barra min hekk iħeġġeġ sabiex jitfassal taħriġ speċifiku f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tat-tfal, skond il-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti bl-Armi;

16.

Jikkunsidra li huwa importanti li tissaħħaħ il-kapaċità ċivili fis-soluzzjoni tal-kontroversji; għaldaqstant jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iwaqqfu Korp Ta’ l-UE għall-Paċi Ċivili għall-immaniġġjar tal-kriżijiet u għall-prevenzjoni tal-kunflitti, kif mitlub mill-Parlament Ewropew;

17.

Jinnota n-nuqqas ta’ użu tal-istrument ta’ valur, it-Tim ta’ Rispons Ċivili (CRT), u jiddispjaċih li l-esperti tas-CRT ingħataw il-kariga kważi kollha fuq bażi individwali minflok f’tim, kif kien maħsub, li hu l-mod eżatt kif ġew imħarrġa;

18.

Jilqa’ id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxu Mekkaniżmu Komunitarju għall-Protezzjoni Ċivili (4) u 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju ġdid għall-Protezzjoni Ċivili (5), li huwa mfassal biex itejjeb il-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili fil-każ ta’ emerġenzi kbar fi jew barra l-UE;

Is-sigurtà tal-bniedem u d-dimensjoni tas-sigurtà tal-politika ta’ żvilupp

19.

Ifakkar lill-Kunsill fir-responsabilità tiegħu, skond il-liġi internazzjonali, li jiżgura li kull membru tal-istaff ċivili u militari jkun imħarreġ skond l-istandards umanitarji internazzjonali u li jiġu riveduti u żviluppati linji gwida xierqa li jiżguraw ir-rispett lejn il-popolazzjonijiet lokali, il-kulturi u l-ġens;

20.

Ifakkar fl-importanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tal-ġens, u jistieden sabiex ikun hemm aktar nomini ta’ kandidati nisa għal karigi għolja fl-immaniġġjar tal-Politika Estera u ta’ Sigurta’ Komuni CFSP/ESDP, inklużi r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE kif ukoll għall-operazzjonijiet ġenerali tal-ESDP;

21.

Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu lejn l-għan li jkun hemm projbizzjoni internazzjonali fuq il-munizzjoni tat-tip cluster, sabiex jiġu żviluppati aktar metodi biex jiġi identifikat u meqrud munizzjoni li ma jkunx sploda, biex titwassal għajnuna finanzjarja u teknika lill-pajjiżi kkonċernati u biex tissokta l-ħidma lejn il-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin dwar it-tisħiħ tal-projbizzjoni globali fuq il-mini tal-art, il-projbizzjoni globali fuq l-armi tal-uranju u l-kontroll globali fuq it-trasferiment ta’ armi konvenzjonali; fid-dawl ta’ dan kollu, jikkunsidra pjuttost imbarazzanti li minkejja l-fatt li l-2008 hija l-għaxar sena tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi, dan il-Kodiċi għad m’għandux saħħa legali u l-esportazzjonijiet bla kontrolli ta’ armi mill-Istati Membri tal-UE jidhru li għadhom sejrin mingħajr wisq xkiel, ukoll lejn gvernijiet f’pajjiżi fejn l-UE se tniedi, jew qed tikkunsidra li tniedi, operazzjoni tal-ESDP; barra minn hekk jinnota l-periklu li l-armi jiġu trasferiti fl-UE permezz ta’ dawk l-Istati Membri li għandhom il-kontrolli l-anqas stretti fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u/jew bl-użu flessibbli u irresponsabbli taċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Importazzjoni; għalhekk, jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri kollha japplikaw l-ogħla standards f’termini ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-armi, sabiex l-armi mill-UE ma’ jintużawx fil-kunflitti;

22.

Jafferma mill-ġdid it-tħassib tiegħu dwar il-proliferazzjoni attwali tal-armi u armamenti żgħar (SALW), li jikkawżaw tbatija bla bżonn lill-bniedem, jaggravaw il-kunflitti armati u l-instabilità, jiffaċilitaw it-terroriżmu, jdgħajfu l-iżvilupp sostenibbli, it-tmexxija tajba u l-istat tad-dritt, u jiffavorixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali; huwa tal-opinjoni li l-integrazzjoni xierqa tal-istrateġiji ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tas-SALW għandha ssir parti integrali tal-programmi internazzjonali maħsuba għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-bini ta’ paċi wara l-kunflitti; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jinsistu mal-gvernijiet sabiex jaqblu dwar dispożizzjonijiet li jorbtu għall-kontroll tas-SALW (inklużi dawk ta’ medjazzjoni u tat-trasferimenti) permezz ta’ leġiżlazzjoni internazzjonali, reġjonali u nazzjonali;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tieħu f’idejha l-inizjattiva li jissaħħaħ ir-reġim internazzjonali tal-kontroll tal-armi, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-multilateraliżmu effikaċi fl-ambitu internazzjonali; jinnota wkoll il-konkordanza tal-isforzi biex jintegraw l-aspetti tan-non-proliferazzjoni fil-Politika tal-Viċinanzi Ewropea mal-objettiv strateġiku ġenerali li tinbena sigurtà fil-pajjiżi ġirien tal-Unjoni;

24.

Huwa tal-opinjoni li d-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-ripatrijazzjoni għandhom ikunu parti integrali mill-operazzjonijiet ESDP, u jistieden lill-Kunsill biex meta jkun xieraq jinkludi fil-mandat tal-operazzjonijiet ESDP l-qerda jew il-ħażna sikura ta’ armamenti diżattivati u jevita li jkunu trasferiti b’mod illegali wara tagħlima mill-esperjenza Althea tal-Forza Multinazzjonali ta’ Stabiliżżazzjoni tan-NATO (SFOR)/EUFOR fil-Bosnja;

25.

Jilqa’ l-ewwel laqgħa konġunta tal-UE tal-Ministri tad-Difiża u l-Iżvilupp fid-19 ta’ Novembru 2007, li kienet pass importanti fir-reviżjoni tal-problemi affrontati mid-dinja li qed tiżviluppa, b’hekk tittejjeb il-koerenza u l-konsistenza fl-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà fil-ġejjieni qarib u fil-qasam taż-żvilupp fit-tul taż-żmien mal-pajjiżi kkonċernati; jilqa’ wkoll il-Konklużjonijiet tad-19 ta’ Novembru 2007 tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp, l-aktar l-enfasi li saret fihom dwar l-analiżi u s-sensittività tal-kunflitti, u jinkuraġġixxi bi ħġaru lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jimplimentaw dawn il-konklużjonijiet;

26.

Huwa tal-fehma li l-40 anniversarju tat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari (NPT) fl-1 ta’ Lulju 2008 għandu jitqies bħala opportunità għall-UE biex tippromwovi l-ħtieġa għad-diżarm nukleari fl-Istrateġija tagħha kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi għall-Qirda tal-Massa, bil-ħsieb tal-Kumitati Preparatorji għall-konferenza NPT ta’ reviżjoni li ġejja; itenni l-fehma tiegħu li dan jinkludi l-ħtieġa li l-forzi “rikonoxxuti” ta’ armi nukleari jieħdu inizjattivi favur id-diżarm, sabiex l-Ewropa ssir żona ħielsa mill-armi nukleari u tiġi konkluża konvenzjoni globali li tipprojbixxi l-armi nukleari;

L-irwol diplomatiku tal-UE fil-programm nukleari tal-Iran

27.

Jenfasizza l-irwol diplomatiku ewlieni li għandha l-UE f’dak li jirrigwarda l-programm nukleari tal-Iran, li mhux biss jinvolvi r-Rappreżentant Għoli li jirrappreżenta l-UE u l-UE3 (Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit), imma wkoll l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina billi jgħaqqad interessi u metodi differenti għall-kisba tal-istess għan; itenni li r-riskji ta’ proliferazzjoni marbuta mal-programmi nukleari tal-Iran għadu għajn ta’ tħassib serju għall-UE u għall-komunità internazzjonali; f’dan ir-rigward jenfasizza r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar l-Iran (6) u jappoġġja r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1803 (2008) tat-3 ta’ Marzu 2008 kif ukoll l-offerta li saret lill-Iran mill-EU3 u mill-Istati Uniti, mir-Russja u miċ-Ċina dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, il-koperazzjoni politika u ekonomika, is-sħubija tal-enerġija, l-agrikoltura, l-ambjent u l-infrastruttura, l-avjazzjoni ċivili, u l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp fl-oqsma tal-għajnuna ekonomika, soċjali u umanitarja;

It-Trasport, il-komunikazzjoni u l-servizzi ta’ spjunaġġ

28.

Jiddeplora d-dewmien fit-twassil u l-ispejjeż li qed jiżdiedu tal-ajruplan A400M użat għat-trasport fit-tul u n-nuqqas ta’ ħelikopters disponibbli u operazzjonali għal trasport fuq distanzi qosra;

29.

Jappoġġja l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fit-trasport strateġiku, u jappella lill-Istati Membri sabiex jagħmlu aktar biex jikkumpensaw in-nuqqasijiet; jilqa’ miżuri temporanji bħas-SALIS (Soluzzjonijiet Strateġiċi Temporanji għat-Trasport bl-Ajru) u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kunċett operattiv għall-pooling ta’kapaċitajiet;

30.

Jilqa’ l-proposta tar-Renju Unit li l-informazzjoni dwar id-disponibilità ta’ ħelikopters li jistgħu jintużaw għall-missjonjiet tal-UE, bil-għan li l-flotot ikunu koordinati aħjar;

31.

Jilqa’ l-proġett Franko-Ġermaniż ta’ ħelikopter għat-trasport tqil, imma huwa konxju wkoll tar-raġunijiet kumplessi għan-nuqqas ta’ ħelikopers disponibbli u operazzjonali, l-aktar marbuta mal-ispejjeż għolja tas-sigħat ta’ titjir u tal-manutenzjoni; jistieden lill-Kunsill sabiex jesplora l-possibilitajiet imfassal biex jingħalaq id-distakk għall-futur qrib, jew permezz ta’ azzjoni konġunta jew permezz ta’ appoġġ lill-Istati Membri fir-ristrutturazzjoni u fit-titjib ta’ ħelikopters mibnija fir-Russja kif ukoll bit-twaqqif ta’ ċentru għat-taħriġ fis-sewqan ta’ ħelikopter; itenni li, ġeneralment, wieħed mill-ostakli prinċipali għall-immodernizzar u l-bdil tal-forzi Ewropej sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw b’mod effettiv l-isfidi tas-sigurtà tas-seklu 21, mhux il-livell ta’ spiża fuq id-difiza imma n-nuqqas ta’ koperazzjoni, in-nuqqas ta’ viżjoni ċara tax-xogħol u tal-ispeċjalizzazzjonijiet, u d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni fil-produzzjoni u l-ksib tal-armi, li jżid ir-riskju ta’ nuqqas ta’ interoperabilità bejn l-armati; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw żieda fl-ispiża tad-difiża bl-iskop reali li jkun possibbli li jsir użu effiċjenti tal-ħelikopters mixtrija;

32.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżżommu lill-Parlament infurmat dwar inizjattivi attwali biex tindirizza nuqqasijiet li għad fadal fil-kapaċitajiet f’oqsma prinċipali bħall-ħelikopters u l-unitajiet mediċi ta’ appoġġ, u biex iressqu proposti finanzjarji konġunti biex ikun garantit l-aċċess għal tali kapaċitajiet, kemm għal raġunijiet umanitarji u ESDP;

33.

Jilqa’ l-proġett EDA ta’ radju definit mis-software, li għandu l-potenzjal li jtejjeb il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ċivili u militari fil-każ ta’ emerġenza;

34.

Jappella lill-Istati Membri sabiex iżidu l-iskambju tagħhom ta’ intelliġenza permezz taċ-Ċentru tal-UE għas-Sitwazzjoni Konġunta; jemmen li jeħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali rigward theddidiet ġodda li mhumiex inklużi fl-ESS, bħas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima marbuta mas-sigurta;

Kapaċitajiet Militari

35.

Huwa tal-opinjoni li l-Gruppi ta’ Battalja huma strumenti li qed jgħinu lill-Istati Membri biex jibdlu l-forzi armati tagħhom, isaħħu l-interoperabilità tagħhom u jistabbilixxu kultura strateġika komuni dwar id-difiża; jinnota li l-Gruppi ta’ Battalja għadhom ma ntużawx, minħabba inter alia d-definizzjoni dejqa tat-termini ta’ tqassim, u jiddeplora l-fatt li l-kunċett tal-Grupp ta’ Battalja preżenti għandu ma solviex il-problema ta’ ħolqien ta’ truppi għal operazzjonijiet konkreti; huwa tal-fehema li sabiex ikun evitata l-ħela taħt forma ta’ bini ta’ strutturi militari duplikati, jeħtieġ li jkun hemm kjarifika urġenti;

36.

Huwa konxju mill-fatt li l-ġenerazzjoni ta’ forza hija prinċipalment kwistjoni ta’ rieda politika u evalwazzjoni konġunta; jistieden lill-Kunsill biex jeżamina l-opzjonijiet biex itejjeb il-ħolqien ta’ truppi, eżempju peremzz ta’ aktar żvilupp tal-kunċett ta’ Gruppi ta’ Battalja, li jwassal għal forza ta’ ħidma (task force) konġunta tal-UE akbar u permanenti, jew permezz ta’ katalogu aktar estensiv tal-kapaċitajiet disponibbli fi ħdan il-qafas tal-Għanijiet Prinċipali, sabiex ikun possibbli li tinġabar truppa xierqa għaċ-ċirkostanzi tal-missjoni;

37.

Jistieden sabiex ikun hemm il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ pjanar permanenti u operattiv fi ħdan iċ-Ċentru tal-UE għall-Operazzjonijiet, biex imexxu l-operazzjonijiet militari ESDP;

38.

Jipproponi li jpoġġi l-Eurocorps bħala forza permanenti taħt il-kmand tal-UE u jistieden lill-Istati Membri kollha biex jikkontribwixxu fiha;

39.

Jistieden sabiex ikun hemm titjib kontinwu fl-interoperabilità bejn il-forzi armati nazzjonali tal-UE; jiddeplora l-eterogeneità fit-taħriġ u t-tagħmir attwali fost forzi armati differenti tal-Istati Membri u jistieden sabiex ikun hemm programm militari “Erasmus” li jinkludi taħriġ komuni għall-istaff li jista’ jiġi mibgħut f’operazzjonijiet;

40.

Ifakkar li s-suċċess tal-operazzjonijiet ESDP jiddependi fuq it-twassil ta’ tagħmir xieraq għall-istaff militari; jistieden lill-Kunsill sabiex jiżvilupp standards komuni fil-kura medika u fil-ġid operattiv; huwa tal-opinjoni li standards komuni bħal dawn u skambju regolari tal-aħjar prattiċi, koordinati, bħala eżempju, minn Staff Militari tal-UE, għandhom jappoġġjaw lill-Istati Membri individwali fil-ħidma tagħhom biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet u b’hekk jgħinuhom sabiex, biż-żmien, jipprovdu forzi kapaċi;

41.

Jiddispjaċih li l-istabbiliment tal-EDA sar tard wisq biexjipprevjeni l-ħolqien ta’ tliet programmi nazzjonali differenti dwar vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ minflok wieħed Ewropew, b’hekk ċertu kumpaniji setgħu jaħdmu fuq aktar minn proġett wieħed u b’hekk setgħu jutiliżżaw il-flus ta’ min iħallas it-taxxa għal ħafna drabi, b’ mod li l-EDA ma kelliex għażla oħra ħlief li taħdem fuq id-dħul ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ fl-ispazju tal-ajru regolat; juri l-preferenza tiegħu għal proġett satellitari Ewropej uniku, kemm kemm jekk fil-qasam tal-ispjunaġġ u kemm jekk fil-qasam tal-komunikazzjoni;

42.

Jilqa’ l-pakkett ta’ difiża tal-Kummissjoni, partikularment il-propost tagħha għal Direttiva fil-qasam tal-ksib ta’ difiża u għal Direttiva fil-qasam tat-trasport intra-Komunitarju tat-tagħmir għad-difiża; huwa tal-opinjoni li dawn huma passi meħtieġa sabiex l-istaff militari nazzjonali u tal-UE ikun mgħammar bl-aħjar apparat interoperabbli;

43.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni tal -kumitat tat-tmexxija tal-EDA tal-14 ta’ Mejju 2007, speċjalment r-rikjesta ta’ tnaqqis ta’ dipendenza fuq għejun mhux Ewropej fit-teknoloġiji prinċipali ta’ difiża u jenfasizzaw il-ħtieġa li l-UE tgawdi minn awtonomija u sovranità operazzjonali;

L-iffinanzjar tal-missjonijiet tal-ESDP

44.

Jenfasizza l-irwol li dejjem qed jikber tal-UE, partikularment permezz ta’ missjonijiet ESDP ċivili, qed joħloq domanda għal baġit tas-CFSP li dejjem qed jikber, u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm tixrid ta’ informazzjoni aktar fil-ħin min-naħa tal-Kunsill sabiex il-Parlament ikun jista’ jipprepara d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-baġit annwali;

45.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw proposti li jippermettu li jkun hemm proċeduri ta’ appalt aktar flessibbli u xierqa għall-missjonijiet ċivili ESDP - li ħafna drabi jeħtieġu deċiżjonijiet malajr — biex ikunu eżaminati u mifthiema bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; jilqa’ l-fatt li reċentement il-Kummissjoni fetħet it-taħriġ tagħha fl-appalt u fil-proċeduri finanzjarji għal impjegati mill-missjonijiet ESDP;

46.

Jiddispjaċih tal-kumplessità bla bżonn tal-arrangamenti stipulati fl-Artikolu 28 tat-Trattat UE fir-rigward ta’ finanzjament rapidu tal-attivitjiet ta’ ESDP barra mill-baġit tal-UE; jinsisti sabiex l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissioni dwar id-dixxipplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarja soda (7), u sabiex id-djalogu strutturat bejn il-Kunsill u l-Parlament maħsub fih, jiġu implimentati bi sħiħ; fuq tul ta’ żmien itwal, jappella sabiex il-mekkaniżmu Athena jiġi trasferit fil-baġit tas-CFSP filwaqt li jżomm il-flessibilità tiegħu;

47.

Jistieden sabiex ikun hemm reviżjoni f’nofs perjodu taħt il-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013 rigward il-koerenza u l-kumplimentarjetà tal-użu ta’ strumenti esterni tal-UE (il-baġit tas-CFSP, l-Istrument għall-Istabilità, l-Istrument tal-Koperezzjoni fl-Iżvilupp u l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat) fost il-medda ta’ azzjonijiet tal-UE għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet (militari u ċivili);

L-ESDP u l-iskrutinju parlamentari

48.

Jenfasizza li l-Parlament Ewropew, permezz tal-kuntatti tiegħu mal-parlamenti nazzjonali (Il-Konferenza taċ-Chairpersons tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin, Il-Konferenza taċ-Chairpersons tal-Kumitat tad-Difiża, l-Assemblea Parlamentari tan-NATO) u permezz tal-implimentazzjoni futura tal-Protokoll tat-Trattat ta’ Liżbona dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali, huwa l-entità leġittima fuq il-livell Ewropew fejn għandhom isiru l-iskrutinju parlamentari, is-sorveljanza u l-kontroll tal-ESDP;

49.

Fid-dawl tal-potenzjal il-ġdid fis-CFSP u l-ESDP, li għandu jsir il-Politika ta’ Sigurta’ u ta’ Difiża Komuni, li huwa possibbli permezz tat-Trattat ta’ Liżbona, jixtieq irawwem kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati kkonċernati tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u l-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

50.

Jistieden lill-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) sabiex flimkien mal-Parlament Ewropew jistabbilixxi mekkaniżmu għall-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kriżijiet li qed jinħolqu jew l-avvenimenti internazzjonali marbuta mas-sigurtà li jistgħu jitqabblu ma’ mekkaniżmi eżistenti f’bosta parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE li — skond il-grad ta’ kunfidenzjalità — għandu jkollu firxa minn laqgħat ta’ kumitat magħluqa sa laqgħat bejn il-PSC u l-membri maħtura mill-kumitati u sottokumitati kkonċernati;

51.

Jenfasizza li l-Parlament għandu jkompli jadotta rakkomandazzjoni jew riżoluzzjoni qabel it-tnedija ta’ kwalunkwe operazzjoni ESDP (inkluża t-tnedija ta’ Grupp ta’ Battallja), b’konsultazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali, sabiex ikun hemm pożizzjoni tal-Parlament Ewropew qabel operazzjoni ESDP; huwa tal-opinjoni li, sabiex tkun żgurata l-flessibilità meta l-Parlament ma jkunx waqt is-sessjoni plenarja, jew ikun jeħtieġ li jkun hemm skejrament ta’ malajr, ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu għandhom jiġu adattati bil-għan li l-kumitat responsabbli tiegħu jkun awtorizzat li jadotta f’ismu dik ir-rakkomandazzjoni jew riżoluzzjoni;

52.

Jistieden lill-Kunsill biex jinkludi referenza fir-rakkomandazzjoni jew riżoluzzjoni adottati mill-Parlament fl-Azzjoni Konġunta li tawtorizza l-operazzjoni ESDP, b’hekk juri li l-Kunsill qed ifittex aktar leġittimità demokratika għall-azzjonijiet esterni tiegħupermezz ta’ deċiżjonijiet parlamentari;

Relazzjonijiet UE-NATO

53.

Jiddispjaċih dwar l-objezzjoni li baqgħet għaddejja tat-Turkija għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni strateġika bejn l-UE u n-NATO bbażata fuq il-Ftehim “Berlin Plus” u li tmur lil hinn minnha; jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi negattivi għall-protezzjoni tal-istaff imħaddem tal-UE, b’mod partikolari l-EUPOL Afganistan (EUPOL) u l-Missjoni EULEX Kosovo, u jitlob biex dawk l-objezzjonijiet jiġu rtirati mit-Turkija kemm jista’ jkun malajr;

54.

Huwa tal-opinjoni li l-pjan tal-Istati Uniti li fl-Ewropa tiġi stabbilita sistema ta’ kontra l-missili, bħalissa tista’ xxekkel l-isforzi internazzjonali għad-diżarm; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sospensjoni tar-Russja tal-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skond it-Trattat dwar il-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa, li qajmet ħafna inkwiet dwar il-bilanċ strateġiku fl-Ewropa; jisħaq li ż-żewġ kwistjonijiet jaffettwaw is-sigurtà tal-pajjiżi Ewropej kollha u m’għandhomx għalhekk ikunu s-suġġett ta’ diskussjonijiet purament bilaterali bejn l-Istati Uniti u pajjiżi Ewropej individwali; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex jistabilixxu, flimkien man-NATO, qafas imfassal biex fid-dibattitu jinkludi kemm jista’ jkun pajjiżi Ewropej; jistieden lill-Kunsill u lin-NATO biex jevalwaw it-tehdidiet futuri previsti minn ċerti pajjiżi u l-periklu ta’ ġirja ġdida għall-armamenti fl-Ewropa u biex jipproponu reazzjoni multilaterali xierqa għalihom;

55.

Jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea u n-NATO jagħtu s-saħħa lil xulxin, u jħeġġeġ sabiex ikun hemm koperazzjoni mill-qrib bejniethom;

*

* *

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO, lill-Unjoni Afrikana, lill-OSCE, lill-OECD u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0419.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(5)  ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0031.

(7)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/32


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Laqgħa għolja UE-Stati Uniti

P6_TA(2008)0256

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-Laqgħa għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li se jsir fl-10 ta’ Ġunju 2008

2009/C 285 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi, b’mod partikolari ż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar it-titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija Tranżatlantika (1) u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi Tranżatlantiċi (2) bejn l-UE u l-Istati Uniti, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2007 dwar relazzjonijiet tranżatlantiċi (3),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tranżatlantika tal-1990 dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-Aġenda Tranżatlantika l-Ġdida (NTA) tal-1995,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-UE -Stati Uniti tas-26 ta’ Ġunju 2004 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u dwar t-tisħiħ tal-koperazzjoni reċiproka fir-rigward tan-nonproliferazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-20 ta’ Ġunju 2005,

wara li kkunsidra l-Laqgħa għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li se jsir fl-10 ta’ Ġunju 2008 f’Brdo u l-eżitu tal-Laqgħa għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar fit-30 ta’ April 2007 f’Washington D.C.,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti li ħarġu mit-63 Djalogu tal-Leġiżlaturi Transatlantiċi ta’ Ottubru 2007 u mill-64 Djalogu tal-Leġiżlaturi Transatlantiċi ta’ Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana li saret f’Bukarest fit-3 ta’ April 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (4),

wara li kkunsidra r-Rapport bit-titlu “Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali” mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kunsill Ewropew (14 ta’ Marzu 2008),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU (UNSC)1803 (2008), 1696 (2006), 1737/ (2006) u 1747/ (2007) dwar il-programm nukleari Iranjan,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2004, u b’mod partikulari t-taqsimiet bit-titolu “Ordni internazzjonali bbażat fuq il-multilateraliżmu effettiv” u ’Il-Ħidma ma’ Imsieħba’,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-bidla fil-klima, b’mod partikulari dawk tas-16 ta’ Novembru 2005 (5), tas-26 ta’ Ottubru 2006 (6), u tal-14 ta’ Frar 2007 (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-isħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti hija l-ġebla tax-xewka tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u hija stabbilita fuq valuri komuni bħal-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, hija bażi għall-ekonomiji u żvilupp sostenibbli,

B.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom irwoli ta’ qofol fl-ekonomiji u fil-politiki dinjin u jaqsmu r-responsabilità fil-promozzjoni tal-paċi, tad-demokrazija u tal-istabilità fid-dinja u fl-indirizzar ta’ sfidi ekonomiċi dinjin, b’mod partikulari l-kriżijiet fis-swieq finanzjarji, fl-iżbilanċi ta’ kummerċ u ta’ kambju u l-kriżijiet ta’ dejn f’uħud mill-ifqar pajjiżi,

C.

billi l-effetti tal-bidla fil-klima, bħall-kunflitti territorjali dwar ir-riżorsi, il-prezzijiet ogħla tal-ikel u l-migrazzjoni, huma kwistjonijiet ta’ tħassib kbir għall-popli u għall-mexxejja tal-UE; billi skond l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija, id-domanda dinjija għall-enerġija se tiżdied b’bejn 50 % u 60 % sa l-2030,

D.

billi kemm l-UE kif ukoll l-Istati Uniti jistgħu u għandu jkollhom irwol internazzjonali ta’ lider biex jindirizzaw il-bidla fil-klima,

E.

billi d-domanda dinjija għall-ikel qiegħda tikber aktar mill-provvista, l-aktar minħabba ż-żieda fid-domanda fl-ekonomiji emerġenti bħall-Indja u ċ-Ċina, b’ mod partikolari għall-prodotti tal-laħam u tal-ħalib, u għalhekk għall-għalf ukoll; billi, skond l-Organiżżazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD), is-sussidji attwali tal-Istati Uniti sabiex jikkonvertu l-qamħirrun f’ethanol ikkontribwew għal żieda globali fil-prezzijiet tal-ikel, li jolqot l-aktar lill-ifqar pajjiżi tad-dinja,

F.

billi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ħafna mill-miri tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) mhumiex se jintlaħqu qabel l-iskadenza tal-2015,

G.

billi hemm kunsens fl-UE dwar it-tnedija mill-ġdid u t-tisħiħ tat-Trattat ta’ Non-Proliferazzjoni (NPT) fil-perjodu li jwassal għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT li jmiss fl-2010,

H.

billi f’Annapolis, il-mexxejja tal-Iżrael u tal-Palestina qablu li jimpenjaw ruħhom sabiex iġeddu n-negozzjati bil-għan li jiġi konkluż ftehim qabel tmiem l-2008; billi l-isforzi sabiex ikun hemm l-istabilità fil-Lvant Nofsani permezz tal-promozzjoni tal-paċi, tad-demokrazija u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem għandhom bżonn koperazzjoni qawwija bejn l-UE u l-Istati Uniti, inkluż fil-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, u mal-Lega tal-Istati Għarab,

I.

billi koperazzjoni mil-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-Kosovo hija kruċjali għall-istabbilità u għall-iżvilupp tal-Balkani tal-Punent; billi l-Istati Uniti fil-prinċipju impenjat ruħha li tipparteċipa f’din il-missjoni importanti tal-ESPD/Stat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX) b’madwar 80 pulizija, żewġ imħallfin u bejn 4 u 6 prosekuturi,

J.

billi, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, jinħtieġ li tkun enfasizzata l-importanza li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-liġi u t-trattati internazzjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

K.

billi f’votazzjoni storika fit-18 ta’ Diċembru 2007, il-Plenarja tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat riżoluzzjoni sponsorjata minn alleanza transregjonali, inkluża l-UE, dwar moratorju fuq il-piena tal-mewt; billi huwa mħasseb ħafna dwar l-eżistenza kontinwa tal-piena tal-mewt f’ħafna stati tal-Amerika,

L.

billi huwa fl-interess tal-UE u tal-Istati Uniti li jkun hemm relazzjoni ekonomika transatlantika koperattiva, u billi hija meħtieġa tmexxija politika konsistenti biex jissaħħaħ is-suq transatlantiku; billi jappoġġja l-ħidma kontinwa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u jittama li jsir wieħed mill-pedamenti tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti,

M.

billi huwa neċessarju li l-libertà u d-demokrazija jiġu promossi fid-dinja u li jiġu indirizzati l-isfidi li dawn jinvolvu, bħas-sigurtà internazzjonali, l-eliminazzjoni tal-faqar, il-promozzjoni tal-iżvilupp, il-bżonn ta’ sforzi ta’ diżarmament madwar id-dinja kollha, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, l-azzjoni kontra r-riskji globali għas-saħħa, il-kwistjonijiet ambjentali, is-sigurtà tal-enerġija, il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità organizzata, u n-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa; billi, bħal ma tagħmilha ċara l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà, is-Sħubija Transatlantika u n-NATO huma importanti ħafna għas-sigurtà kollettiva,

N.

billi huwa fl-interess taż-żewġ imsieħba li jindirizzaw flimkien it-theddid u l-isfidi komuni, fuq il-bażi tat-trattati internazzjonali eżistenti u tal-ħidma effettiva tal-istituzzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari abbażi tas-sistema tan-NU skond il-Karta tan-NU,

O.

billi f’dawn l-aħħar snin ftehim imqanqal mill-ħtiġijiet tal-Istati Uniti u adottati mingħajr l-involviment tal-Parlament, b’mod partikulari l-ftehim PNR (rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri), il-memorandum SWIFT u l-eżistenza tas-Sistema ta’ Mira Awtomatizzata tal-Istati Uniti wasslu għal sitwazzjoni ta’ inċertezza legali rigward il-garanziji transatlantiċi meħtieġa għall-protezzjoni tad-data fl-iskambju u t-trasferiment tad-data bejn l-UE u l-Istati Uniti għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu,

Relazzjonijiet Transatlantiċi Ġenerali

1.

Jistenna bil-ħerqa, fid-dawl tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti li ġejja, li jaħdem mal-President Amerikan il-ġdid u jittama li jkun hemm impenn Amerikan imsaħħaħ favur il-multilateraliżmu, u favur il-paċi u d-demokrazija madwar id-dinja; jemmen li s-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet sensittivi bħall-isfidi globali tal-faqar u tal-bidla fil-klima hemm bżonn li jkunu infurzati; huwa konxju li fir-rigward ta’ ċerti suġġetti, bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), il-metodi applikati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, għad hemm differenzi ta’ approċċ; jittama li l-President il-ġdid tal-Istati Uniti jimpenja l-Amministrazzjoni tiegħu għas-soluzzjoni ta’ dawn il-problemi;

2.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex jaħdmu aktar mill-qrib fuq sensiela wiesgħa ta’ sfidi politiċi komuni, l-aktar fil-Lvant Nofsani, fl-Iran, fl-Iraq, fil-Kosovo u fil-Punent tal-Balkani, fl-Afganistan u fl-Afrika, u sabiex jaħdmu flimkien sabiex jistabilixxu ambjent internazzjonali li jwassal għal titjib fil-qagħda ta’ sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi bħall-Burma, u ż-Țimbabwe, billi tinżamm l-attenzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet fil-fora relevanti kollha, inkluż il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; u jappella għal approċċ komuni għar-relazzjonijiet ma’ atturi ġeopolitiċi ewlenin oħra;

Il-Bidla fil-Klima

3.

Jinkoraġġixxi ħafna liż-żewġ imsieħba biex jaqblu dwar approċċ komuni biex il-bidla fil-klima tkun limitata għal żieda fit-temperatura ta’ mhux aktar minn 2°C fuq il-livelli preindustrijali permezz ta’ kontribuzzjonijiet ġusti għall-isforzi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-pajjiżi żviluppati u li qed jiżviluppaw, skond ir-responsabiltajiet differenti tagħhom u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom, jagħraf ir-responsabilità tal-pajjiżi żviluppati li jkunu ta’ eżempju; jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenji mill-kandidati presidenzjali ewlenin tal-Istati Uniti li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u biex jintlaħaq ftehim internazzjonali sa l-2009 sabiex tkun evitata bidla fil-klima perikoluża;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Uniti sabiex tagħmel li tista’ biex titlesta l-ħidma fuq l-leġiżlazzjoni domestika tagħha dwar il-klima sal-konferenza tan-NU ta’ Diċembru 2009 f’Kopenħagen; jistiden ukoll lill-Istati Uniti sabiex tippersisti fl-isforzi tagħha li tistabbilixxi sistema ta’ kummerċ tal-karbonju li fil-futur tkun tista’ tiġi marbuta mal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet tal-UE (UE ETS), peress li kemm l-ambjent kif ukoll l-industrija jaqblilhom b’mod ġenerali li dawn il-mekkaniżmi emerġenti tas-swieq tal-karbonju fid-dinja jkunu kompatibbli u interoperabbli; jilqa’, għaldaqstant, id-dispożizzjoni fl-abbozzi ta’ proposta l-aktar reċenti tal-UE ETS li jippermettu r-rabta ma’ sistemi oħra ta’ cap-and-trade, fosthom sistemi subnazzjonali; f’dan il-kuntest, huwa mħeġġeġ mill-emerġenza ta’ sistemi reġjonali tal-kummerċ fil-karbonju fl-Istati Uniti;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tal-bidla fil-klima; jappella sabiex il-Laqgħa Għolja ta’ bejn l-UE u l-Istati Uniti jindirizza din il-kwistjoni bħala kwistjoni prijoritarja, u tibni fuq il-bażi tas-suċċess tal-konferenza ta’ Bali f’Dicembru 2007; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex jaħdmu flimkien biex, fl-2009, jilħqu ftehim ambizzjuż għal wara l-2012, inklużi azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament fuq livell internazzjonali; jinnota wkoll b’interess il-proposti li qed jiġu diskussi fil-Kungress Amerikan dwar il-ħolqien ta’ Fond Internazzjonali għat-Teknoloġiji Nodfa u jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tniedi djalogu dwar din il-kwistjoni mal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti;

It-terroriżmu u d-drittijiet tal-bniedem

6.

Huwa mħasseb li l-eżistenza fiha nnifisha taċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-Bajja ta’ Guantánamo u l-prattika tal-arresti u l-konsenji straordinarji jkomplu jibagħtu messaġġi negattivi dwar kif qiegħda ssir il-ġlieda kontra t-terroriżmu; iħeġġeġ lill-Kunsill biex joħroġ dikjarazzjoni ċara u b’saħħitha li tistieden lill-Istati Uniti biex twaqqaf il-prattika tal-arresti arbitrarji u l-konsenji straordinarji u biex jitlob lill-Gvern tal-Istati Uniti biex jipproċedi jew inkella jeħles lid-detenuti li għad fadal u biex jgħinhom isibu sistemazzjoni ġdida u jagħtihom kumpens b’konformità sħiħa mal-liġi u l-istandards internazzjonali u biex jagħti kjarifika dwar l-eżistenza ta’ ħabsijiet sigrieti barra t-territorju tal-Istati Uniti;

7.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tibni kumpless ta’ detenzjoni ġdid fl-Afganistan, li turi biċ-ċar li l-intenzjoni tal-Istati Uniti hi li x’aktarx tibqa’ żżomm priġunieri barra mill-pajjiż għas-snin li ġejjin;

8.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex fl-aħħar jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom mill-Kumitat Temporanju tiegħu dwar l-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u għad-detenzjoni illegali ta’ priġunieri (TDIP);

9.

Jistieden lill-Istati Uniti biex tneħħi minnufih ir-reġim tal-viżi u biex tittratta liċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri tal-UE bl-istess mod, fuq il-bażi ta’ reċiproċità sħiħa; f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon il-bidu tat-taħditiet bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar sett ġdid ta’ talbiet relatati mas-sigurtà li qiegħda tagħmel l-Istati Uniti biex tistabbilixxi reġim mingħajr il-viżi; huwa tal-opinjoni li n-negozjati għandhom ikunu trasparenti, ibbażati fuq il-prinċipju tar-reċiproċità u jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent mill-Istati Uniti tal-kompetenza tal-Komunità Ewropea sabiex tinnegozja ftehim bħal dan u jinnota li kwistjonijiet li huma ta’ kompetenza tal-UE, bħal dawk relatati mas-sigurtà (inkluż l-iskambju tad-data dwar il-PNR, l-estradizzjoni u l-assistenza legali reċiproka) għandhom jiġu negozjati mal-Kunsill u mal-Istati Membri biss sakemm dawn ikunu relatati maċ-ċittadini tagħhom stess;

11.

Jenfasizza li l-iskambju tad-data u l-informazzjoni jista’ jkun għodda imprezzabbli fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu u r-reati marbuta miegħu, imma jenfasizza li l-iskambju tad-data personali għandu jsir f’qafas legali xieraq li jkollu regoli u kundizzjonijiet ċari, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni tal-privatezza u l-libertajiet ċivili taċ-ċittadini individwali, u jkun jipprevedi mekkaniżmi għall-għoti ta’ kumpens fejn ikun il-każ, u li skambju tad-data bħal dan għandu jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali li jorbot, bl-involviment sħiħ tal-Parlament u tal-Kungress; jenfasizza li l-iskambju tad-data neċessarju għandu jkun konformi mal-ftehim eżistenti bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-assistenza legali reċiproka kif ukoll mal-leġiżlazzjoni tal-KE u l-UE dwar il-protezzjoni tad-data u għandu jkun akkumpanjat bil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji tal-informazzjoni u tal-infurzar tal-liġi, fejn ikun il-każ fil-livell operattiv ukoll, u bil-koperazzjoni ġudizzjarja permezz tal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-assistenza legali reċiproka;

12.

Jenfasizza l-importanza tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-istat tad-dritt fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament bil-progress li jkun sar fin-negozjati dwar qafas ta’ koperazzjoni Ewroatlantiku, b’mod partikulari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali u tal-ħajja privata; jitlob għalhekk għall-iżvilupp urġenti tal-istandards globali tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, sabiex ikun iggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali kif ukoll ta’ ċertezza legali għall-kumpaniji;

13.

Jistieden lill-gvernijiet tal-UE u tal-Istati Uniti biex iniedu inizjattiva fi ħdan in-NU bil-għan li tiġi rriformata l-prattika attwali ta’ listi ta’ sanzjonijiet, inkluż it-twaqqif ta’ proċeduri xierqa għal proċess ġust, għad-dikjarazzjoni tal-motivazzjonijiet u għal protezzjoni u rimedji ġudizzjarji effettivi;jisħaq fl-istess ħin dwar il-ħtieġa li jittejjbu l-proċeduri tal-“lista s-sewda” tal-UE;

Il-proliferazzjoni nukleari, id-difiża missilistika, il-kontroll tal-armamenti u n-NATO

14.

Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Iran adottati skond l-Artikolu 41, Kapitolu VII tal-Karta tan-NU u jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex jaqblu dwar strateġija komuni li tikkonvinċi lil Teheran sabiex tosserva r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

15.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana, li fit-3 ta’ Marzu 2008 wasslet għall-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 1803 (2008) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU msemmija hawn fuq, li timponi sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran; jistieden lill-Istati Uniti, wara s-suċċess diplomatiku tagħha fin-negozjati mal-Korea ta’ Fuq, sabiex tipparteċipa b’mod dirett fin-negozjati mal-Iran flimkien mal-UE, peress li l-Istati Uniti tinsab f’pożizzjoni li toffri garanziji addizzjonali ta’ sigurtà waqt li tieħu kont tat-tħassib tal-Iran dwar is-sigurtà; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni mal-Istati Uniti, mar-Russja, maċ-Ċina u ma’ pajjiżi mhux allineati sabiex jikkonsidraw idejat komplementari bil-għan li jintlaħaq ftehim komprensiv mal-Iran dwar il-faċilitajiet nukleari tiegħu u l-użu tagħhom;

16.

Jilqa’ b’sodisafazzjon l-inizjattiva reċenti tal-pajjiżi membri fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-Ġermanja (il-P5+1) sabiex ikun ippreżentat pakkett ġdid ta’ inċentivi lill-Iran fi sforz li dan jiġi konvint li jwaqqaf il-programm tiegħu ta’ arrikkiment tal-uranju; jistieden lill-Istati Uniti, fl-interess li tinstab soluzzjoni, biex tapprova bis-sħiħ in-negozjati mal-Iran fil-limiti tar-regoli u tal-obbligi tat-Trattat dwar l-NPT

17.

Jitlob għat-tisħiħ tas-sistema internazzjonali tat-trattati u r-reġimi kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-proliferazjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, b’konformità mal-liġi internazzjonali, u l-ħtieġa li ż-żewġ naħat jagħtu l-appoġġ tagħhom lis-sehem tan-NU f’dawn l-oqsma; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jiddiskuti mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar kif tinħoloq strateġija pożittiva għall-Kumitati Preparatorji futuri tat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni (NPT PrepComs) bħala l-ewwel opportunità biex jissaħħaħ ir-reġim dinji tan-non-proliferazzjoni nukleari qabel tibda l-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT fl-2010; jisħaq fuq il-ħtieġa li fil-laqgħa għolja jiġu diskussi għadd ta’ inizjattivi għad-diżarm nukleari bbażati fuq it-“13-il pass prattiku” li kien hemm qbil unanimu dwarhom fil-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT tal-2000; jittama li f’dan il-laqgħa għolja l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tkun trid li tadotta strateġija komuni mal-UE bil-għan li jsir progress dwar id-diżarm kemm għall-armi tal-qerda tal-massa kif ukoll għall-armi konvenzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex jevitaw il-vojt potenzjali fil-perjodu 2009-2010, meta l-ftehim il-prinċipali dwar id-diżarm jaslu għat-tiġdid; jittama li l-ftehim importanti ħafna li ntlaħaq fl-1999, fl-2000 u fl-2001 mar-Russja jinżammu; u jistieden lill-Istati Uniti sabiex tirratifika t-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari (CTBT) bħala pass siewi lejn it-tnaqqis tar-rilevanza operattiva tal-armi nukleari;

18.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Istati Uniti sabiex jaħdmu flimkien fuq ideat ġodda għat-tnedija ta’ sħubija bejn l-UE u n-NATO definita mill-ġdid u aktar b’saħħitha, li tmur lilhinn mill-Berlin-Plus, minħabba l-ħtieġa ta’ aktar koperazzjoni fl-Afganistan; huwa tal-opinjoni li l-isforzi sabiex tiġi aġġustata u rfinata l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea għandhom ikunu marbuta mal-fażi bikrija tad-diskussjonijiet dwar Kunċett Strateġiku ġdid tan-NATO; jenfasizza l-importanza tan-NATO, li tibqa’ l-forum essenzjali għall-konsultazzjonijiet dwar is-sigurtà bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti, kif ukoll l-importanza tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni tal-UE fit-tisħiħ tal-abilità tal-UE li ntikkonfronta it-theddidiet eżistenti u emerġenti għas-sigurtà fis-seklu 21; jilqa’ b’sodisfazzjon l-għarfien tal-Istati Uniti tal-Laqgħa għolja ta’ Bucharest li biex tinbena alleanza tan-NATO b’saħħitha tinħtieġ l-effikaċja soda tad-difiża Ewropea; u jirrakkomanda l-iżvilupp tar-relazzjoni eżistenti bejn in-NATO u l-UE dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, filwaqt li tkun irrispettata n-natura indipendenti taż-żewġ organizzazzjonijiet;

19.

Huwa tal-opinjoni li l-pjan tal-Istati Uniti li tistabbilixxi sistema ta’ kontra l-missili fl-Ewropa f’dan iż-żmien jista’ jfixkel l-isforzi internazzjonali fir-rigward tad-diżarmament; juri tħassib dwar id-deċiżjoni tar-Russja li tissospendi l-osservanza tal-obbligi tagħha skond it-Trattat tal-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa; jenfasizza li ż-żewġ kwistjonijiet jaffettwaw is-sigurtà tal-popli tal-Ewropa u għalhekk m’għandhomx ikunu suġġetti għal diskussjonijiet purament bilaterali bejn l-Istati Uniti u pajjiżi individwali Ewropej; jinnota, f’dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni tas-Samit ta’ Bukarest maħruġa fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana fit-3 ta’ April 2008, li tappella għal qafas komprensiv tad-difiża bil-missili li tkun testendi l-kopertura tagħha għat-territorju kollu alleat; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu qafas maħsub sabiex jinkludi l-Istati Membri kollha tal-UE u lin-NATO f’dibattitu dwar il-kwistjoni;

20.

Jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjoni mill-ġdid tad-dimensjoni tas-sigurtà tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fid-dawl tar-riżultati tar-Reviżjoni Strateġika tan-NATO, l-aġġornament tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea u d-dħul ta’ amministrazzjoni ġdida fl-Istati Uniti;

Il-koperazzjoni dwar l-iżvilupp u l-prezzijiet tal-ikel

21.

Jappella għaż-żieda fl-għajnuna ta’ emerġenza sabiex tkun indirizzata t-theddida immedjata għall-ifqar nies tad-dinja minħabba l-prezzijiet aktar għoljin tal-ikel; madankollu, jirrikonoxxi li l-flus m’humiex biżżejjed u għalhekk jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kungress u lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti sabiex jindirizzaw il-problemi strutturali bħall-investiment baxx fl-agrikoltura; jappella għal strateġija globali kkoordinata bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-organizzazzjonijiet multilaterali, li għandha tinkludi regoli tal-kummerċ aktar ġusti u aktar investiment fl-agrikoltura fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jkun iffukat fuq il-produtturi ż-żgħar u n-nisa; jistieden lid-donaturi sabiex jipprovdu appoġġ u jgħinu fl-iffinanzjar ta’ miżuri ta’ sikurezza għall-aktar nies vulnerabbli; jistieden lill-mexxejja tal-UE u tal-Istati Uniti sabiex jappoġġjaw u jipparteċipaw b’mod attiv fit-Task Force ta’ Livell Għoli dwar il-Kriżi Globali tal-Ikel, imwaqqfa bit-tmexxija tas-Seġretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon;

22.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tagħti għajnuna alimentari bla rbit, u tara din l-inizjattiva bħala l-ewwel pass importanti fir-riforma tal-programm kollu tal-għajnuna alimentari sabiex titqies bis-sħiħ il-ħtieġa ta’ appoġġ proattiv għas-sigurtà msaħħa tal-ikel reġjonali u lokali, li fl-imgħoddi sikwit kienet dgħajfa billi l-għajnuna alimentari tal-Istati Uniti kienet tingħata bi rbit;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqajjem il-kwistjoni tal-ħtieġa li parti kbira mill-baġit tal-UE u l-Istati Uniti għall-għajnuna għall-iżvilupp tiġi allokata għar-riċerka agrikola, għat-taħriġ tal-bdiewa u għall-iskambju tal-aħjar prattika, sabiex ikunu żviluppati sistemi effiċjenti u sostenibbli għall-uċuħ tar-raba’, bħar-rotazzjoni u l-kultivazzjoni mħallta tal-uċuħ tar-raba’, u tekniki parteċipattivi ta’ tgħammir ta’ annimali u ta’ tlaqqim ta’ pjanti, adattati lokalment u mhux modifikati ġenetikament, sabiex jinħolqu l-istabilità fil-provvista tal-ikel lokali kif ukoll sistemi tal-biedja tajbin b’input baxx ta’ enerġija għall-ġejjieni;

24.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-gvern tal-Istati Uniti li jnaqqas l-appoġġ finanzjarju tiegħu għall-Fond tal-Popolazzjoni tan-NU (UNFPA); jiġbed l-attenzjoni għall-irwol importanti tal-UNFPA sabiex tilħaq tnaqqis volontarju fir-rati tal-fertilità fil-pajjiżi anqas żviluppati; jemmen li l-aċċess għall-kontraċettivi u għas-servizzi ta’ riproduzzjoni, l-iżvilupp tal-kapaċità tal-bniet u tan-nisa, u l-promozzjoni tas-saħħa materna u dik tat-tfal huma strateġiji kruċjali sabiex it-tkabbir tal-popolazzjonijiet iseħħ aktar bil-mod u sabiex tinżamm is-sostenibilità tar-riżorsi; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-gvern tal-Istati Uniti sabiex iżid l-iffinanzjar tiegħu għall-UNFPA;

25.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex ipoġġu l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju fiċ-ċentru tal-politika internazzjonali tal-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Istati Uniti biex iżidu l-għajnuna tagħhom lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex iżommu l-kredibilità tal-impenji tagħhom biex iżidu l-għajnuna; jirrikonoxxi ż-żieda fl-impenn tal-Istati Uniti għall-għajnuna għall-iżvilupp b’mod ġenerali u għall-Afrika b’mod partikulari; iħeġġeġ lill-President tal-Istati Uniti biex juża l-aħħar sena tiegħu fil-kariga sabiex jimmira għal riżultati ambizzjużi fil-laqgħa tal-G8 fil-Ġappun fl-Lulju 2008 u fil-Laqgħa għolja tan-NU dwar l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju li se jsir fi New York f’Settembru 2008; jistieden lill-UE sabiex iżżomm l-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju u l-iskedi annwali li jwasslu għal 0.7 % fl-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) bħala punt importanti fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew li se jsir bejn id-19 u l-20 ta’ Ġunju 2008;

Relazzjonijiet internazzjonali

26.

Jenfasizza li s-soluzzjoni tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina hija kruċjali biex ikun hemm il-paċi u l-istabilità fil-Lvant Nofsani; ifakkar lill-partijiet konċernati fl-impenji li daħlu għalihom f’Annapolis biex isiru negozjati b’rieda tajba bil-ħsieb li jkun konkluż trattat ta’ paċi sa tmiem l-2008, b’soluzzjoni għall-kwistjonijiet kollha li għadhom pendenti; jisħaq mill-ġdid fuq l-importanza tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Uniti biex jiżguraw li jkun hemm l-involviment kostruttiv tas-sieħba Għarab; itenni l-appell lill-Iżrael biex iwaqqaf kull attività fil-villaġġi fl-artijiet okkupati, inkluż it-tkabbir naturali, u biex iżarma l-postijiet ta’ osservazzjoni li twaqqfu minn Marzu tal-2001 ’l hawn; itenni t-tħassib kbir tiegħu għall-kriżi umanitarja u politika fil-Medda ta’ Gaża u għall-konsegwenzi gravi li din jista’ jkollha; jappella biex jintemm minnufih l-isparar ta’ rokits mill-milizzji Palestinjani mill-Medda ta’ Gaża għal fuq it-territorju Iżraeljan; jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-isforzi tal-Eġittu biex ikun hemm waqfien tal-vjolenza u biex tinstab soluzzjoni li tippermetti l-ftuħ mill-ġdid tal-postijiet kollha ta’ dħul u ħruġ;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li s-Sirja u l-Iżrael daħlu għal negozjati ta’ paċi b’mod indirett taħt il-patroċinju tat-Turkija;

28.

Jilqa’ b’sodisafzzjon l-elezzjoni ta’ Michel Suleiman bħala President tal-Libanu; jisħaq fuq l-importanza tal-istabilità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Libanu; iħeġġeġ lill-partijiet konċernati biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim ta’ Doha u jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-isforzi kollha li jsiru f’dan ir-rigward;

29.

Jenfasizza li s-sigurtà Ewroatlantika u internazzjonali f’sens aktar wiesa’ hija marbuta mill-qrib mal-ġejjieni tal-Afganistan bħala stat paċifiku u demokratiku li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u li hu ħieles mit-theddida tat-terroriżmu; jilqa’ b’sodisfazzjon, għaldaqstant, l-impenn sod u fit-tul tan-NATO fir-rigward tal-Afganistan, kif enfasizzat fil-’Viżjoni Strateġika Ġdida’ tal-ISAF (Forza tal-Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali) kif ukoll l-istrateġija komprensiva tal-komunità internazzjonali, li tiġbor flimkien l-isforzi ċivili u militari, fosthom il-Missjoni tal-Pulizija tal-UE (EUPOL) li hija parti mill-impenn ġenerali tal-UE fl-Afganistan, u l-istrateġija koordinata tal-UE li tinkludi gwida politika lokali pprovduta mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE u sforz ta’ rikostruzzjoni mmexxi fost l-oħrajn mill-Kummissjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti sabiex jieħdu passi urġenti biex iżidu, itejbu u jikkoordinaw aħjar l-assistenza tagħhom għall-iżvilupp tal-Afganistan, fost l-oħrajn billi jgħaddu fondi kemm jista’ jkun lill-istituzzjonijiet Afgani u lill-organiżżazzjonijiet mhux governattivi li għandhom l-esperjenza;

30.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinvolvi ruħu fi djalogu mal-Istati Uniti dwar l-Iraq, jaqsam l-opinjonijiet tal-UE dwar is-sehem strateġiku tagħha fil-pajjiż, u jkompli jappoġġja l-multilateralizzazzjoni mtejba tas-sehem li għandha l-komunità internazzjonali fl-Iraq billi jsir użu sħiħ mis-sehem mifrux tan-NU skond ir-Riżoluzzjoni 1770 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2007);

31.

Jenfasizza l-impenn komuni li għadu għaddej fir-rigward tas-sigurtà u l-istabilità reġjonali fil-Balkani kollha; ifaħħar l-azzjoni immedjata, imparzjali u effettiva tal-Forza Internazzjonali ta’ Sigurta’ tan-NATO għall-Kosovo (KFOR) biex tieqaf il-vjolenza li faqqgħet dan l-aħħar fil-Kosovo, u jenfasizza l-ħtieġa li l-KFOR tibqa’ fil-Kosovo fuq il-bażi tar-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (1999) biex jiġi żgurat ambjent sikur li jippermetti l-libertà tal-moviment għall-persuni u għall-preżenzi internazzjonali kollha fil-Kosovo; jenfasizza f’dan il-kuntest li l-UE għandha rwol importanti fil-Kosovo, jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-Missjoni EULEX fil-Kosovo u jinsisti li l-EULEX tkun preżenti fit-territorju kollu tal-Kosovo;

32.

Jemmen li l-UE u l-Istati Uniti jridu jsibu tarf b’mod urġenti kemm tal-isfidi immedjati għas-sigurtà kif ukoll ta’ dawk fit-tul għall-iżvilupp tal-Kosovo, bil-għan li jintlaħaq objettiv komuni: stat li jiffunzjona, soċjetà multietnika b’istituzzjonijiet b’saħħithom u li jiffunzjonaw kif ukoll ir-rispett għall-istat tad-dritt; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għall-ewwel darba l-Missjoni għall-Istat tad-Dritt u l-Pulizija tal-Politika għas-Sigurtà u d-Difiża Ewropea għall-Kosovo se tinkludi uffiċjali tal-pulizija mill-Istati Uniti; jinnota li l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti se tissekonda xi staff u kuntratturi mid-Dipartiment tal-Istat għall-operazzjoni fil-Kosovo u se tkopri 25 fil-mija tal-ispejjeż operattivi tal-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali (ICO), u l-bqija tiġi mill-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u minn stati oħra;

33.

Jitlob li jkun hemm azzjoni miftiehma vis-à-vis ċ-Ċina fir-rigward, b’mod partikulari, tal-ħtieġa li jinstabu b’mod urġenti modi kif tiġi promossa d-demokrazija f’dak il-pajjiż, kif titnaqqas it-tensjoni fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-istrett, u kif jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn l-awtoritajiet ta’ Beijing u d-Dalai Lama sabiex ikun hemm progress konkret dwar il-kwistjoni tat-Tibet;

34.

Jistieden lill-Kunsill biex għal darb’oħra jqajjem il-kwistjoni tal-ICC mal-Istati Uniti bħala pilastru fundamentali tal-liġi internazzjonali; jistenna li l-Gvern li jmiss tal-Istati Uniti jkollu attitudni aktar kostruttiva biex jirratifika l-Istatuti tal-ICC u biex jimpenja ruħu b’mod attiv biex tintlaħaq ftehim dwar id-definizzjoni ta’ reat ta’ aggressjoni, li għadha pendenti, kif previst fl-Artikolu 5.2 tal-Istatuti ta’ Ruma, bi tħejjija għall-konferenza ta’ reviżjoni tal-ICC fl-2009;

35.

Jikkundanna mill-ġdid il-piena tal-mewt; jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti u lill-istati Amerikani kollha sabiex ineħħuha; jiddispjaċih għas-sentenza reċenti tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti li tat l-appoġġ tagħha għall-injezzjoni letali, u b’hekk fetħet it-triq biex ikomplu l-eżekuzzjonijiet;

36.

Jirrakkomanda li għandhom jittieħdu passi biex jissaħħu r-relazzjonijiet transatlantiċi mal-Istati Uniti permezz ta’ Ftehim ta’ Sħubija Transatlantika ġdida li tieħu post l-Aġenda Transatlantika Ġdida li hemm bħalissa; jissuġġerixxi f’dan ir-rigward it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ reviżjoni regolari għal Ftehim ta’ Sħubija Transatlantika bħal din, li bih esperti mill-UE u mill-Istati Uniti jistinkaw kontinwament biex itejbu s-Sħubija Transatlantika sabiex ikun sfruttat il-potenzjal kollu tagħha; jenfasizza li xejn ħlief l-involviment aktar wiesa’ fil-livelli kollha tal-Kungress tal-Istati Uniti, tal-Parlament u tal-parlamenti nazzjonali ma jista’ tassew itejjeb il-proċess kollu u li l-iskambju interparlamentari eżistenti għandu bil-mod il-mod jinbidel f’Assemblea Transatlantika de facto;

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-President u lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p.226.

(2)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p.235.

(3)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 670.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0192.

(5)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 120.

(6)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 439.

(7)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 344.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/39


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

P6_TA(2008)0257

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

2009/C 285 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li saret f'Barċellona fis-27 u t-28 ta' Novembru 1995, li twaqqaf Sħubija Ewro-Mediterranja,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (COM(2008)0319),

wara li kkunsidra l-konferma mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-13-14 ta' Marzu 2008 dwar il-prinċipju li jwaqqaf il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-Presidenza tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA), u r-rakkomandazzjonijiet tal-EMPA adottati fir-raba' sessjoni plenarja tagħha f'Ateni fis-27 u t-28 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li saret f'Napli fit-2 u t-3 ta' Diċembru 2003 u tal-5-6 ta' Novembru 2007 f'Liżbona,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) (COM(2006)0726),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Samit Ewro-Mediterranju, li sar f'Barċellona fis-27-28 ta' Novembru 2005 biex ifakkar l-għaxar anniversarju tas-Sħubija Ewro-Mediterranja,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titlu “Spinta ġdida għall-inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni mal-imsieħba Mediterranji — Linji ta' gwida strateġiċi” (COM(2003)0294),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-politika Mediterranja tal-Unjoni Ewropea, partikolarment ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-reġjun tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani huma ta' importanza strateġika għall-UE u billi hemm il-ħtieġa ta' politika Mediterranja bbażata fuq is-solidarjetá, id-djalogu, il-koperazzjoni u l-iskambju, bil-għan li jintlaqgħu l-isfidi komuni u jintlaħqu l-għanijiet li jwasslu għal zona ta' paċi, stabilitá u prosperitá kondiviża,

B.

billi, fis-samit ta' inawgurazzjoni tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran li għandu jsir fit-13 ta' Lulju 2008 f'Pariġi, linji gwida ċari għandhom jiġu stabbiliti biex jissaħħu r-relazzjonijiet multilaterali tal-UE mal-imsieħba Mediterranji, kif ukoll li jkunu msaħħa l-metodi tax-xogħol u jiżdied il-qsim tar-responsabilitajiet,

C.

billi l-analiżi tal-kisbiet u tal-fallimenti tal-proċess ta' Barċellona għandhom jitqiesu kif xieraq sabiex wieħed ikun jista' jagħti ħarsa mill-ġdid b'mod effiċjenti lejn ir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji u impuls ġdid lill-proċess ta' Barċellona; billi f'dan ir-rigward, hu importanti li jiġu indirizzati d-diffikultajiet affaċċati fil-koperazzjoni għall-iżvilupp u fit-twessigħ tas-Sħubija Ewro-Mediterranja, bħall-persistenza tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani, it-tensjonijiet politiċi serji fir-reġjun, pereżempju fis-Sahara tal-Punent, in-nuqqas ta' progress sostanzjali li sar fl-oqsma tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-proċess;

D.

billi l-evalwazzjoni ġenerali tal-Proċess ta' Barċellona turi li, minkejja l-kisbiet insuffiċjenti meta mqabbla mal-għanijiet oriġinali, huwa għandu potenzjal li għandu jintuża bl-aħjar mod,

1.

Jilqa' l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni imsemmija hawn fuq bit-titlu: “Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” u jikkondividi l-għan ta' din l-inizjattiva ġdida li se tagħti impetu politiku u prattiku ġdid għar-relazzjonijiet multilaterali tal-UE mal-imsieħba Mediterranji, billi ttejjeb il-livell politiku ta' dawn ir-relazzjonijiet, permezz ta' qsim tal-pussess akbar u ta' tisħiħ tal-qsim tar-responsabilitajiet, kif ukoll billi tiżviluppa proġetti reġjonali li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini fir-reġjun;

2.

Iqis li l-Proċess ta' Barċellona għandu jingħata impuls ġdid sabiex jikseb aktar importanza u jiġu enfasizzati l-benefiċċji tanġibbli tiegħu għaċ-ċittadini u, b'mod partikulari, għaċ-ċittadini fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran;

3.

Jaqbel dwar il-ħtieġa li l-Proċess ta' Barċellona jingħata l-ħajja mill-ġdid, u jemmen li din il-ħtieġa għandha tibqa' l-element ċentrali fil-koperazzjoni tal-UE mar-reġjun tal-Mediterran, bħala l-uniku forum li fih l-imsieħba Mediterranji kollha jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jidħlu fi djalogu kostruttiv; iqis id-Dikjarazzjoni ta' Barċellona, l-objettivi u l-oqsma ta' koperazzjoni tagħha bħala punti importanti ferm għal dawn ir-relazzjonijiet; jittama li l-inizjattiva l-ġdida tibni fuq il-kisbiet tas-Sħubija Ewro-Mediterranja, waqt li ġġib valur miżjud lill-proċess;

4.

Jitlob għalhekk lill-pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-proċess ta' Barċellona biex jieħdu sehem fl-acquis ta' Barċellona sabiex jimxu 'l quddiem lejn l-istess għanijiet;

5.

Jappoġġja bis-sħiħ l-iżvilupp propost tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran bħala konsolidament taz-zona Ewro-Mediterranja bbażata fuq prinċipji demokratiċi u r-rispett tal-istat tad-dritt, li għandu jwassal għal sħubija b'saħħitha fil-politika tas-sigurtà u tal-affarijiet barranin;

6.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu evalwazzjoni tal-istituzzjoni l-ġdida u tal-implikazzjonijiet legali ta' din l-inizjattiva ġdida importanti, b'mod partikulari rigward id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona;

7.

Jassigura d-disponibilitá tiegħu biex jikkopera fit-twaqqif ta' qafas istituzzjonali għall-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li, bħala driegħ tal-awtoritá baġitarja tal-UE, se jkun involut sabiex jassigura li l-qafas il-ġdid u l-proġetti tiegħu jkollhom suċċess;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li twaqqaf ko-presidenza tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran f'livell ta' kapijiet ta' Stat u gvern u ta' ministri tal-affarijiet barranin, waqt li japprezza li dan ser isaħħaħ il-pussess konġunt tal-koperazzjoni Ewro-Mediteranja; jilqa' il-proposta tal-Kummissjoni li l-ko-presidenza tal-UE għandha tkun f'idejn l-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE, jenfasizza li fergħa tal-Mediterran tal-presidenza għandha tkun nominata b'konsensus mill-imsieħba Mediterranji u li l-pajjiż li jkollu l-presidenza għandu jistieden lill-istati li qed jipparteċipaw fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għal sumits u laqgħat ministerjali;

9.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni li twaqqaf Kumitat Permaneti Konġunt, ibbażat fi Brussell, ta' rappreżentanti nominati mill-parteċipanti kollha fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, li jista' jkollu rwol importanti biex titjieb it-tmexxija istituzzjonali;

10.

Iqis li s-segretarjat ġdid propost għandu jkun integrat fis-servizzi tal-Kummissjoni u jista' jkun jinkludi uffiċjali ssekondati mill-parteċipanti kollha tal-proċess u għandu jġib valur miżjud lill-istrutturi eżistenti biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva li tappoġġja l-proċess ġenerali;

11.

Iqis li s-segretarjat ġdid propost għandu jagħmel il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran aktar viżibbli fir-reġjun u għandu jikkonċentra sew fuq proġetti reġjonali u għandu wkoll ikun kapaċi jieħu r-responsabilità għal sensiela sħiħa ta' ħidmiet, biex jitmexxew tajjeb il-proġetti;

12.

Jitlob, madankollu, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jeżiġu li l-pajjiż li jospita s-segretarjat ikun impenjat favur il-valuri tal-Proċess ta' Barċellona rigward id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet mal-imsieħba Mediterranji tal-UE fuq livell politiku bl-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' livell għoli kull sentejn fil-kuntest tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, li għandha l-għan li tadotta d-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet politiċi dwar il-programmi u l-proġetti ewlenin li se jkunu żviluppati f'livell reġjonali;

14.

Huwa tal-fehma li l-EMPA għandu jkun involut b'mod sħiħ fit-tħejjija u l-proċediment ta' dawn is-samits;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-irwol tal-EMPA li għandha ssir parti integrali mill-qafas istituzzjonali tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, bħala d-dimensjoni parlamentari tiegħu; jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ tal-leġittimitá demokratika hi meħtieġa, kif ukoll it-tisħiħ tal-irwol tal-EMPA, li hi l-unika assemblea parlamentari li tgħaqqad is-27 Stat Membru tal-UE flimkien mal-partijiet involuti fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani; iqis li l-EMPA bħala entitá konsultattiva għandu jkollha d-dritt li tagħmel proposti u evalwazzjonijiet; jappoġġja l-parteċipazzjoni fl-EMPA tar-rappreżentanti parlamentari tal-pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-Proċess ta' Barċellona;

16.

Itenni li l-iżvilupp tad-demokrazija għandu jintlaħaq billi jkunu appoġġjati r-riformi politiċi u jisħaq li l-kredibilità tal-politika Ewropea ta' demokratizzazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiddependu minn appoġġ b'saħħtu u viżibbli għas-soċjetajiet ċivili u għall-organizzazzjonijiet politiċi demokratiċi fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran; jitlob li jkun hemm involviment qawwi mis-soċjetà ċivili u mir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-qafas istituzzjonali tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

17.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika Ewro-Mediterranja huwa l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku u jqis, f'dan ir-rigward, li s-Sħubija Ewro-Mediterranja għadha ma pproduċietx ir-riżultati mistennija fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iħaddnu b'mod ċar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-għanijiet ta' din l-inizjattiva ġdida u biex ikomplu jsaħħu l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti, bħall-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem inkluża fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-ħolqien ta' mekkaniżmu li jimplimenta din il-klawżola fil-ġenerazzjoni l-ġdida ta' ftehimiet, il-Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali tal-ENP u t-twaqqif ta' sottokumitati ġodda dwar id-drittijiet tal-bniedem;

18.

Jirrimarka li l-firxa ta' koperazzjoni UE-Mediterran għandha tiġi estiża wkoll għall-istati l-oħra tal-kosta tal-Mediterran u jenfasizza li l-identitá sħiħa Mediterranja ta' pajjiżi oħra teħtieġ li tkun rikonoxxuta b'mod sħiħ;

19.

Ifakkar fl-eżempji ta' inizjattivi proposti mill-Kummissjoni, bħat-toroq ewlenin tal-baħar, il-konnessjoni tat-triq tal-Maghreb Għarbi (AMA), it-tneħħija tat-tniġġis mill-Mediterran, il-protezzjoni ċivli u l-Pjan Solari għall-Mediterran; jesprimi l-interess tiegħu fl-opportunitajiet għall-ġenerazzjoni ta' elettriku termali mix-xemx ta' qawwa kbira fid-deżert tal-Afrika ta' Fuq u jirrakkomanda li tingħtata prijorità sabiex dan jiġi diskuss fil-laqgħat inizjali tal-Unjoni għall-Mediterran; jappoġġja wkoll proġetti oħra bħad-desalinizzazzjoni tal-ilma biex jiġi faċilitat l-aċċess għall-ilma tax-xorb, fattur ta' tħassib ewlieni f'bosta pajjiżi tal-Mediterran;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE u għall-imsieħba tal-Mediterran li jixtiequ jipparteċipaw, speċjalment jekk għandhom interess dwar proġetti jew oqsma speċifiċi;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament u lill-EMPA dwar l-iżvilupp ta' dawn il-proġetti reġjonali u biex tqis il-proposti u l-evalwazzjonijiet li tressqu f'livell parlamentari bil-għan li jikber il-profil tal-proċess u tiżdied il-kapaċitá ta' assorbiment u l-valur miżjud għaċ-ċittadini fir-reġjun;

22.

Jenfasizza li s-sħubija UE-Mediterran ma tistax tiffoka biss fuq kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali; ifakkar li t-tliet pilastri ta' Barċellona għandhom rabta mill-qrib ma' xulxin; ifakkar li l-ewwel pilastru kien maħsub biex jikkontribwixxi għall-“paċi, stabilitá u prosperitá” u li l-Karta għall-Paċi u Stabilitá ppjanata ma' għamlitx progress sinifikattiv; jenfasizza li l-objettiv għall-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ m'humiex għanijiet fihom infushom imma għandhom ikunu akkumpanjati mit-tisħiħ ta' koperazzjoni reġjonali kif ukoll minn integrazzjoni soċjali u ambjentali;

23.

Ifakkar li l-politiki ekonomiċi għandhom ikunu evalwati mhux biss f'termini tal-kontribuzzjoni tagħhom għat-tkabbir, imma wkoll f'termini tan-numru ta' impjiegi li joħolqu, fil-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar; f'dan il-kuntest jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ akbar mill-UE għall-programmi tal-Istati Mediterranji msieħba bil-għan li jkun faċilitat it-twaqqif ta' klima favorevoli għal aktar investiment u biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jibdew impriżi żgħar, kif ukoll li jkun faċilitat l-aċċess għall-mikro-kreditu; iqis, f'dan ir-rigward, li l-appoġġ tal-Faċilità għall-Investiment u Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMIP) għandu jissaħħaħ, inklużi l-kampanji ta' informazzjoni;

24.

Ifakkar fil-proposti tiegħu dwar il-ħolqien ta' Bank ta' Investiment u ta' Żvilupp Ewro-Mediterranju li jkun kapaċi jattira investiment barrani dirett, li hu nieqes fir-reġjun tal-UE-Mediterran u jfakkar li l-parteċipazzjoni mill-Istati tal-Golf, bħala l-ewwel investituri fir-reġjun, tista' tikkontribwixxi għat-twettiq ta' dan l-objettiv;

25.

Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jissaħħaħ l-istejtus tan-nisa fir-reġjun tal-Mediterran permezz ta' politiki li jagħtu rwol importanti lin-nisa fis-soċjetajiet tagħhom u billi tkun promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza li r-rispett għat-tradizzjonijiet u d-drawwiet m'għandux ikun għad-detriment tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tkun proposta firxa interessanti ta' programmi ta' koperazzjoni kulturali lill-imsieħba tal-UE fil-Mediterran permezz ta' użu aħjar tal-ERASMUS MUNDUS u tal-Euromed Audiovisual II (2006-2008) li għandhom ikunu msaħħa u estiżi u, b'mod ġenerali, ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (2);

27.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati tal-Proċess ta' Barċellona.


(1)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.206.

(2)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p.1).


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/43


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
X’futur għal bdiewa żgħażagħ skond ir-riforma attwali tal-PAK

P6_TA(2008)0258

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-futur tal-bdiewa żgħażagħ fil-kuntest tar-riforma attwali tal-PAK (2007/2194(INI))

2009/C 285 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2001 dwar is-sitwazzjoni u l-perspettivi tal-bdiewa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEASR) (2),

wara li kkunsidra l-Istrateġija ta’ Liżbona, li hija maħsuba biex tagħmel lill-UE l-iżjed ekonomika kompettittiva u l-iżjed waħda dinamika u bbażata fuq l-għarfien fid-dinja sa l-2010,

wara li kkunsidra r-riżultati tas-sessjoni pubblika ta’ smigħ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Frar 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0182/2008),

A.

billi l-Istrateġija ta’ Gothenburg tistabbilixxi prijoritajiet rigward il-kompetittività u s-sostenibilità tal-ekonomija tal-UE, u l-bdiewa żgħażagħ jistgħu jkollhom irwol essenzjali fil-kisba ta’ dawk l-objettivi,

B.

billi l-mudell multifunzjonali tal-agrikoltura tal-UE jista’ jkun mezz li jwassal għall-iżvilupp sostenibbli f’zoni rurali, bis-saħħa tal-preżenza wiesgħa ta’ intrapriżi agrikoli,

C.

billi l-progress fir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) fetaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ fir-rigward ta’ bosta aspetti tal-proċess li jwassalhom biex jwaqqfu u jiżviluppaw l-intrapriżi, iżda dawk l-opportunitajiet m’humiex mifruxa b’mod indaqs fl-UE kollha, u billi dan qed jagħmilha diffiċli biex ikun approċċ strateġiku Komunitarju,

D.

billi n-nuqqas ta’ statistika sħiħa u riċenti dwar in-numru ta’ bdiewa żgħażagħ u dwar il-pożizzjoni tagħhom fl-agrikoltura tal-UE hija lamentabbli, id-data tal-Eurostat mill-2003 tindika li l-persentaġġ ta’ bdiewa fl-UE li huma taħt il-35 huwa biss ta’ 7 % u qiegħed ukoll jinżel, għalkemm fil-ġejjieni l-produzzjoni tal-ikel se tkompli togħla,

E.

billi r-reviżjoni li ġejja tal-PAK (“health check” tal-PAK) hija opportunità li m’għandhiex tintilef biex isir titjib fl-ikkanalizzar tal-bdiewa żgħażagħ,

F.

billi, bil-ħsieb li jintlaħqu l-isfidi tas-sigurtà tal-enerġija u s-sigurta’ tal-provvista tal-ikel fl-UE, it-tkabbir u l-impjiegi fiz-zoni rurali kollha fl-UE u l-immaniġġjar sostenibbli għal tul ta’ żmien ta’ zoni rurali, il-bdiewa żgħażagħ jeħtieġu li jkollhom intrapriżi vijabbli f’ambjent li tista’ tgħix fih,

G.

billi ġiet ikkunsidrata l-ħtieġa ta’ approċċ multifunzjonali, u tal-opportunità li tiġi garantita, b’mod partikulari, politika ta’ appoġġ favur il-bdiewa żgħażagħ,

H.

billi l-inklużjoni taż-żgħażagħ fis-sjieda tal-irziezat hija ta’ importanza vitali għaz-zoni rurali, ladarba f’bosta zoni rurali l-attività ekonomika u t-tessut soċjali għadhom ibbażati fuq l-agrikoltura,

I.

billi strateġija Ewropea li tippromwovi t-taħriġ kummerċjali għall-bdiewa żgħażagħ tidher imperattiva,

J.

billi l-imprendituri żgħażagħ għandhom dinamika qawwija fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, huma lesti li jieħdu riskji, għandhom il-ħila jfittxu s-sinerġiji u l-komplimentarjetà, u li jimplimentaw għażliet ta’ ppjanar ta’ livell għoli li jmorru lil hinn mill-prattika agrikola normali,

K.

billi, minkejja l-politiki differenti favur l-imprendituri żgħażagħ qed jgħinu lill-agrikultura tal-UE, l-iskambju bejn il-ġenerazzjonijiet fis-settur tal-biedja għadu sfida għall-UE,

L.

billi l-bdiewa żgħażagħ jiffaċċjaw problemi addizzjonali fis-settur tal-agrikoltura, bħal spejjeż kbar ta’ stallazzjoni, piż kbir ta’ dejn, nuqqas ta’ intrapriżi disponibbli u nuqqas ta’ taħriġ speċifiku; billi, barra minn dan, il-politika agrikola qiegħda toħloq iżjed u iżjed responsabilitajiet għall-imprendituri fir-rigward tar-rekwiżiti tal-konformità reċiproka konnessi ma’ kwistjonijiet bħall-ambjent, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-ġestjoni tal-pajsaġġi,

M.

billi industrija agrikola żgħażugħa u dinamika hija meħtieġa bħala element essenzjali għall-kisba tal-objettivi stipulati mill-Istrateġija ta’ Liżbona,

N.

billi, permezz tar-regolament il-ġdid dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rural, se jkun possibbli li tiġi effettwata programmazzjoni li tkopri perjodu ta’ żmien sal-31 ta’ Diċembru 2013,

O.

billi z-zoni rurali jgħoddu mat-92 % tat-territorju tal-UE, filwaqt li 50 % tal-popolazzjoni llum jgħixu f’zoni urbani u 50 % f’zoni rurali,

P.

billi l-iskambju bejn il-ġenerazzjonijiet huwa meħtieġ biex fil-ġejjieni jinżammu livell għoli ta’ kwalità tal-ikel u tal-provvista tal-ikel fl-UE kif ukoll l-awto-suffiċjenza tal-UE fil-ġejjieni,

1.

Iqis li wieħed mill-objettivi tal-PAK riformata għandu jkun li jiġi żgurat skambju aħjar bejn il-ġenerazzjonijiet fil-biedja u li, bil-ħsieb li dan jinkiseb, l-ewwel strument u t-tieni strument tal-pilastri li jappoġġjaw il-biedja sostenibbli u l-komunitajiet rurali żviluppati rispettivament huma kumplimentari b’mod partikolari;

2.

Isostni li t-teħid ta’ azzjoni biex jitrawwem l-iskambju bejn il-ġenerazzjonijiet huwa essenzjali sabiex jiġu ttrattati l-isfidi alimentari, enerġetiċi u territorjali li qed tiffaċċja l-biedja tal-UE llum u fil-ġejjieni; iqis li jekk iridu jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tas-soċjetà, tali sfidi ma jistgħux jiġu ttrattati bla ma jkun hemm settur tal-biedja sod u numru kbir ta’ bdiewa fl-Unjoni;

3.

Jirrimarka li t-tkabbir tal-UE biex iddaħħal magħha Stati Membri ġodda żied id-diversità kulturali u ppermetta li jkun hemm iżjed diversità fil-prodotti, u li dan jipprovdi opportunità ideali biex l-agrikoltura tal-UE ssir iżjed kompetittiva billi jiffoka fuq l-innovazzjoni kontinwa u l-kwalità ta’ prodotti Komunitarji u billi juri l-kisbiet tal-produtturi fil-qasam importanti tas-sikurezza fl-ikel;

4.

Iqis li, fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn għall-bdiewa żgħażagħ, għandha titqies b’mod speċifiku s-sitwazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ fl-Istati l-Membri l-ġodda;

5.

Għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għall-introduzzjoni ta’ tikketta ta’ kwalità tal-UE, li għandha tippermetti lill-konsumaturi li jidentifikaw b’mod faċli l-prodotti li jkunu nħadmu skond l-istandards stretti tal-UE fir-rigward tas-saħħa, il-benessri tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel;

6.

Jinnota li, fil-kuntest tal-kwalità, id-diversità fil-produzzjoni u fil-prodotti għandha tkun objettiv;

7.

Jinnota li l-fattur ewlieni fit-tiġdid tal-profil tal-età tal-industrija agrikola huwa l-aċċess għall-art, minħabba l-prezz għoli tagħha;

8.

Huwa tal-fehma li, fil-ġejjieni, il-PAK għandha tipprova tneħħi l-barrieri li qed jiffaċċjaw bħalissa dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jaħdmu fil-biedja, billi l-iskambju ta’ bejn il-ġenerazzjonijiet isir wieħed mill-prijoritajiet tagħha;

9.

Barra minn dan, jitlob biex isiru iżjed sforzi fit-tifsir lill-pubbliku tal-mudell agrikolu Ewropew, bl-istandards għoljin tiegħu fil-qasam tal-ambjent, tal-benessri tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel;

10.

Iqis li t-twaqqif jew it-teħid ta’ intrapriżi agrikoli minn żgħażagħ huwa rikkezza ewlenija għall-UE mkabbra;

11.

Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet kontinwi li jirriżultaw mill-ispejjeż tat-twaqqif ta’ attività agrikola, inklużi l-prezzijiet tal-bejgħ jew il-kiri tal-proprjetà, u dwar il-ħtieġa li jsir investiment kontinwu fil-kapital tanġibbli u fil-potenzjal uman sabiex isiru progressi teknoloġiċi u loġistiċi, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-titjib teknoloġiku u loġistiku jinvolvi iżjed mix-xiri ta’ apparat u ta’ magni u li, sabiex isir progress, ir-riċerka u l-aċċess għas-sejbiet tar-riċerka huma essenzjali;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri billi toħloq bank tal-artijiet abbażi ta’ art li tkun saret battala minħabba rtirar kmieni mix-xogħol; huwa tal-fehma li għandu jiġi provdut sostenn għall-kisba konġunta ta’ makkinarju u apparat għoli li ma jkunx jintuża spiss minn kull bidwi individwali;

13.

Jitlob għal riviżjoni tal-appoġġ għat-twaqqif ta’ intrapriżi, li minn mindu ddaħħal baqa’ fuq l-istess livell u li ma jidhirx li għadu jissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa;

14.

Jenfasizza l-kontribut li taw il-prezzijiet tal-art għall-problemi taż-żgħażagħ li jridu jaħdmu fil-biedja, u jitlob lill-Kummissjoni biex tistħarreġ iż-żieda kunsiderevoli fil-prezzijiet tal-art, li fost affarijiet oħra, hi kaġun ta’ pressjonijiet u spekulazzjonijiet urbani;

15.

Jirrakomanda l-introduzzjoni ta’ strumenti li fir-rigward tat-trasferimenti tal-art agrikola jippermettu l-għoti ta’ prijorità lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu jixtiequ jinvolvu ruħhom fin-negozji iżjed milli lil dawk il-bdiewa diġà attivi li jkunu jridu jkabbru d-daqs tal-intrapriżi tagħhom, inklużi mekkaniżmu ta’ rtirar kmieni, għajnuna deferita għax-xiri, arranġamenti gradwali tat-twaqqif tal-attività u l-kiri ta’ parti mill-art;

16.

Jinnota l-ħtieġa li l-politiki ta’ sostenn għat-twaqqif ta’ intrapriżi miż-żgħażagħ isiru iżjed effettivi kif ukoll l-importanza li jiġu stipulati iżjed kriterji għall-ikklassifikar tal-benefiċjarji skond il-prijorità, billi jitqiesu fatturi objettivi;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex fil-proposta leġiżlattiva tagħha dwar il-“health check”, tipproponi li s-sostenn għall-bdiewa ż-żgħar previst fil-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp rurali għandu jidher fost il-miżuri obligatorji inklużi fil-pjanijiet mfassla mill-Istati Membri, li għandhom ikunu akkumpanjati wkoll b’żieda fl-ammont ta’ sostenn għat-twaqqif ta’ attività agrikola;

18.

Iqis li l-miżuri ta’ sostenn għall-bdiewa żgħażagħ għandhom jgħinu wkoll lill-bdiewa l-ġodda, għax dawn jistgħu jġeddu u joffru xi ħaġa ġdida ta’ valur għall-biedja Ewropea; għalhekk jinnota li l-appoġġ għandu jkun ikkanaliżżat l-iżjed lejn l-imprendituri l-ġodda iżjed milli fuq dawk li jkunu qed iħallu l-biedja; jenfasizza li l-miżuri ta’ sostenn għat-teħid ta’ rziezet m’għandux ixekkel il-kompetizzjoni bejn il-bdiewa l-ġodda fuq naħa u l-ulied tal-bdiewa fuq l-oħra;

19.

Jinnota li huwa partikularment importanti li tiġi evitata d-deforestazzoni ta’ zoni ta’ biedja żvantaġġjati b’konformità mal-objettiv ta’ koeżjoni territorjali tal-Unjoni, biex għall-bdiewa żgħażagħ tkun iżjed faċli li jwaqqfu negozju f’zoni b’xi nuqqas naturali permanenti, bħall-gżejjer u z-zoni muntanjużi, fejn l-ispejjeż għall-iżvilupp, il-bini u l-aċess huma ogħla u fejn spiss ikun meħtieġ li wieħed jiddiversifika sabiex jikseb livell suffiċjenti ta’ vijabilità;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-effettività u l-valur miżjud tad-diversi miżuri nazzjonali u Ewropej li jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ, u biex tagħmel rapport dwar dan is-suġġett sal-1 ta’ Lulju 2009;

21.

Jinnota li bosta bdiewa żgħażagħ iqisu s-sostenn għall-investiment u s-sussidji għall-imgħax bħala l-iżjed mezz effettiv biex jingħata kuraġġ għall-intrapriża tagħhom u biex titjieb il-qagħda kompettittiva tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni xierqa lis-sostenn u lis-sussidji;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar l-effett li għandhom id-drittijiet tal-produzzjoni, id-drittijiet ta’ pagament waħdieni u d-drittijiet tal-premjum fuq t-twaqqif ta’ intrapriżi minn bdiewa żgħażagħ, minħabba li dawn l-istrumenti kollha huma kawża frekwenti tal-kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet, u jagħmluha iżjed diffiċli għaż-żgħażagħ li jixtiequ jaħdmu fil-biedja biex jiksbu aċċess għal dawk id-drittijiet stess; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiġbed il-konklużjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni tal-PAK, biex iż-żgħażagħ jitpoġġew f’pożizzjoni aħjar biex iwaqqfu xi attività fis-settur tal-biedja;

23.

Jinnota li biex titqies aħjar iż-żieda fl-ispejjeż tat-teħid ta’ rziezet u d-diffikultajiet involuti fl-isettiljar f’zoni agrikoli problematiċi, il-limitu ta’ għajnuna Komunitarja għandu jitla’ minn EUR 55 000, u l-iskadenza biex ikun hemm konformità mar-regoli għandha titwal minn tliet snin sa ħames snin wara l-issetiljar;

24.

Jinnota li fiz-zoni rurali l-biedja spiss hija l-aħħar attività li tibqa’ ħajja, u li għalhekk għandhom jiddaħħlu inċentivi għaż-żgħażagħ biex jaħdmu f’dan il-qasam; jirrimarka, madankollu, apparti l-ħtieġa li l-intrapriżi jkunu vijabbli, li jeħtieġ li jsiru sforzi biex l-ambjent rurali jsir post fejn in-nies jixtiequ jgħixu, billi jitrawwem aċċess ugwali għas-servizzi pubbliċi (uffiċji tal-posta, l-iskejjel, it-trasport pubbliku, is-servizzi tas-saħħa, eċċ) u billi jinżamm provediment tas-servizz normali (ħwienet u snajja’, faċilitajiet għall-kura tat-tfal u tal-anzjani, akkomodazzjoni soċjali, akkomodazzjoni bil-kera, eċċ) u kumditajiet soċjali oħrajn biex in-nies ma jħossuhomx iżolati (ħwienet tal-kafè, ċentri komunitarji, ċentri sportivi, eċċ);

25.

Jenfasizza li jeħtieġ jiddaħħlu l-arranġamenti li jippermettu lill-bdiewa żgħażagħ li jħallu l-intrapriżi tagħhom minħabba taħriġ, twelid, btajjel u l-bqija;

26.

Jilqa’ d-dispożizzjoni magħmula għall-għoti ta’ sostenn lill-bdiewa żgħażagħ għat-twaqqif sħiħ jew parzjali ta’ impriżi, li tgħid li s-sostenn għandu jkun ikkundizzjonat, fuq bażi volontarja, fuq it-tressiq ta’ pjan kummerċjali dwar l-irziezet il-ġodda tagħhom, bħala strument li maż-żmien għandu jippermetti l-iżvilupp tal-attivitajiet agrikoli u mhux agrikoli tagħhom;

27.

Jirrakomanda li, bħala parti mill-iskema ta’ inċentivi għat-twaqqif inizjali, għandha ssir dispożizzjoni dwar inċentivi għal sidien li jikru l-irziezet lill-bdiewa żgħażagħ u/jew għas-sostenn fil-kera sa l-għaxar sena minn wara t-twaqqif;

28.

Jiġbed l-attenzjoni dwar id-diffikultajiet li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ li jixtiequ jwaqqfu intrapriża agrikola meta jfittxu l-aċċess għall-finanzjament, u dwar l-irwol utli tal-arranġamenti għal self issusidjat biex il-bdiewa żgħażagħ iwaqqfu l-impriżi tagħhom u jibqgħu jaħdmu fil-biedja mingħajr ma jidħlu għal ammont eċċessiv ta’ dejn;

29.

Jinnota li l-livell għoli ta’ dejn u l-ispejjeż għolja ta’ stallazzjoni jagħmluha diffiċli ħafna biex il-bdiewa żgħażagħ jistabbilixxu pożizzjoni kompetittiva tajba; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu soluzzjonijiet speċjali għal dawn il-problemi speċifiċi;

30.

Huwa tal-fehma li l-interprenditorija tal-bdiewa żgħażagħ għandha tiġi appoġġjata permezz ta’ regoli trasparenti, eħfef u inqas ingombranti, u permezz tal-ispejjeż orħos li dan kollu jkun jinvolvi;

31.

Għalhekk, jemmen li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom jeżaminaw l-possibilitajiet li jdaħħlu jew itejbu skemi li jipprovdu kapital b’rati preferenzjali għall-bdiewa żgħażagħ biex ikunu jistgħu jibdew l-attività tagħhom;

32.

Jikkundanna l-influwenza, fl-istess waqt, ta’ fatturi spekulattivi u strutturali li jfixklu l-qligħ ta’ profitt xieraq mill-art, mix-xogħol u mill-kapital, bħas-sigurtà meħtieġa fuq is-self, rati ta’ mgħax għoljin, l-ostakoli ta’ natura legali u fiskali, l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali u l-ispejjeż amministrattivi, u jqis li hemm bżonn ta’ miżuri politiċi adegwati biex jitnaqqsu l-eċċessi u t-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw miżuri (fiskali) ġodda biex jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ ikampaw mal-ispejjeż għoljin tal-interessi li jifaċċjaw wara li jiksbu l-irziezet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti speċifiċi dwar dan fil-qafas tal-health check tal-PAK;

34.

Jitlob biex tali miżuri favur il-bdiewa żgħażagħ jsiru obbligatorji bħala parti mill-azzjoni maħsuba mill-Assi 1 fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 bil-ħsieb li jsir titjib fil-kompetittività tas-settur agrikolu;

35.

Jerġa’ jafferma l-għażla tiegħu li l-miżuri għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu maħsuba b’mod dirett għall-bdiewa;

36.

Iqis li l-Kummissjoni għandha teżamina finanzjament speċifiku għall-bdiewa żgħażagħ fl-Assi 2 u 3 tal-politika għall-iżvilupp rurali, pereżempju fir-rigward tal-infrastruttura soċjali u fit-titjib tar-rata tal-impjiegi fost il-bdiewa żgħażagħ f’zoni rurali;

37.

Jitlob biex jitwaqqaf sostenn għall-bdiewa li jagħmlu attivitajiet multifunzjonali (ta’ biedja jew oħrajn) u biex dan jiġi estiż ħalli jippermetti l-aċċess għal sostenn bikri għat-twaqqif tal-intrapriżi mill-bdiewa żgħażagħ li jkunu involuti f’attivitajiet agrikoli biss, jew li jikkumplimentawhom b’attivitajiet oħrajn li jiġġeneraw id-dħul f’zoni rurali;

38.

Jitlob lill-Istati Membri biex iħallu aċċess għas-sostenn bikri għaż-żgħażagħ għat-twaqqif ta’ impriżi, kemm irġiel u kemm nisa, li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni prekarja fir-rigward tas-sjieda ta’ proprjetà u li jkunu jeħtieġu sostenn bħal dan biex jirranġaw l-irziezet tagħhom, jew billi jagħmlu attivitajiet agrikoli jew billi jikkumplimentawhom b’attivitajiet oħrajn li jiġġeneraw id-dħul, ħalli jipprovdulhom għixien li jitkejjel f’termini ta’ dħul u xogħol disponibbli;

39.

Jemmen li l-bdiewa żgħażagħ tal-UE għandhom ikunu kapaċi jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet fi ħdan l-UE; jitlob, għalhekk, għal riviżjoni kawta u għall-implimentazzjoni sussegwenti, tal-Artikolu 69 kurrenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3), sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ fil-kompetizzjoni tas-suq intern tal-UE;

40.

Jitlob biex il-politiki għall-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali jsiru koerenti bis-sħiħ mal-objettivi li ffissat l-UE bħala parti mill-Istrateġija ta’ Liżbona, sabiex il-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jaħdmu f’ambjent ekonomiku dinamiku;

41.

Huwa tal-fehma li, bħala parti mill-“health check” tal-PAK, għandha tittieħed azzjoni biex jitrawwem iżjed dħul sikur mill-irziezet — kundizzjoni fundamentali essenzjali għall-iskambju ta’ bejn il-ġenerazzjonijiet fil-biedja — permezz tal-introduzzjoni fuq livell tal-UE ta’ għodod tal-ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet biex jiġu ttrattati ossilazzjonijiet tas-suq u żidiet fil-volatilità tal-prezzijiet;

42.

Jemmen li għandha tingħata prijorità biex jiġu żgurati s-simplifikazzjoni ġenwina u iżjed trasparenza fl-implimentazzjoni ta’ strumenti u miżuri għal bdiewa żgħażagħ li jkunu involuti f’attivitajiet agrikoli, anke meta dawn ikunu kkumplimentati b’attivitajiet mhux agrikoli oħrajn konnessi maz-zoni rurali li jkunu meħtieġa għall-vijabilità tar-razzett;

43.

Jirrimarka li l-bdiewa li ma jkunux ikklassifikati iżjed bħala bdiewa żgħażagħ iżjed li se jibqgħu fil-biedja għal medda ta’ żmien medju u li jkunu qed jiffaċċjaw sfidi ġodda, m’għandhomx ikunu żvantaġġjati;

44.

Jirrimarka li, minħabba d-domandi kbar fuq “il-maniġers t’għada”, it-taħriġ kurrikulari għandu jiżdied b’mod gradwali sabiex ikun żgurat li trasferiment ġenwin t’għerf mir-riċerka agrarja sal-biedja;

45.

Huwa tal-fehma li ta’ min wieħed jikkunsidra, b’riferiment għal wirt ereditarju, leġiżlazzjoni aħjar maħsuba biex tiġi preservata l-għaqda tal-ażjenda, bil-għan li jinkisbu kemm ekonomiji ta’ skala kif ukoll ekonomiji ta’ skop; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-arranġamenti ta’ suċċessjoni li jinvolvu partijiet li ma jkunux membri tal-familja għandhom ikunu ffaċilitati sabiex jiġu ppriservati l-irziezet u biex l-imprendituri żgħażagħ b’edukazzjoni fil-biedja jkunu jistgħu jsiru bdiewa;

46.

Huwa tal-fehma li l-arranġamenti nazzjonali tal-irtirar kmieni għandhom japplikaw biss fejn l-intrapriża tal-bidwi li jkun se jirtira tittieħed minn bidwi żgħażagħ, jew, minflok dan, li meta jiġri dan il-bidwi li jkun se jirtira għandu jkun intitolat għal pensjoni aħjar;

47.

Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ġenerali tat-twaqqif tal-impriża u tal-iżvilupp tagħha għandhom jinkludu miżuri speċjali konnessi mar-rikonoxximent statutorju tal-bdiewa żgħażagħ, biex b’hekk jiġi żgurat li jkun hemm drittijiet soċjali ugwali għan-nisa u l-irġiel; f’dan ir-rigward, iqis li huwa vitali li jinżammu ċerti servizzi essenzjali fiz-zoni rurali, bħall-iskejjel materni, kindergartens u l-għajnuniet għall-ommijiet; partikolarment jiġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, dwar l-importanza li tkun provduta informazzjoni rigward l-istejtus ta’ dawk is-sieħba li jgħinu lill-bdiewa;;

48.

Jirrimarka li l-ispeċifiċità soċjali u kulturali u d-diversità huma fatturi ewlenin fil-politika tal-promozzjoni tal-prodotti, bħalma huma l-identifikazzjoni ta’ zona ġeografika speċifika u l-eċċellenza fil-metodi ta’ produzzjoni, kif muri mir-reputazzjoni u s-suċċess ta’ prodotti agrikoli li għandhom marki protetti tal-oriġini jew huma ttikkettati;

49.

Jirrimarka li l-edukazzjoni alimentari, li tista’ titwassal mill-bdiewa, trawwem drawwiet alimentari tajbin għall-benefiċċju tas-saħħa tan-nies u tas-soċjetà inġenerali, u jilqa’ b’sodisfazzjon attivitajiet bħall-programm “Tellus” tal-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ (CEJA) u l-proġetti tal-mudell transnazzjonali bħas-“Schüler auf dem Bauernhof” (“Pupils on farms”);

50.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ informazzjoni minn esperti għall-istudji tax-xjenza alimentari u tad-dieta fil-forom kollha tal-edukazzjoni;

51.

Jemmen li għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi promossa l-professjoni tal-biedja u tas-servizzi tagħha fis-soċjetà, flimkien mal-attivitajiet produttivi tagħha, bil-ħsieb li iżjed żgħażagħ jinġibdu lejn din il-professjoni, b’mod speċjali dawk li ġejjin minn ambjent mhux agrikolu;

52.

Jemmen li l-promozzjoni tal-professjoni agrikola għandha tinvolvi wkoll komunikazzjoni mtejba mal-pubbliku inġenerali (il-konsumaturi) dwar il-kontenut tal-PAK, fir-rigward tas-saħħa, ir-rekwiżiti tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali, il-kundizzjonijiet tal-għajnuna, il-multifunzjonalità, il-kwalità tal-prodott tal-UE, il-kontribut fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, l-awto-suffiċjenza alimentari u l-isfidi alimentari għall-popolazzjoni dinjija li hija stmata li sa l-2050 għandha tilħaq id-disa’ biljun;

53.

Jitlob biex tiżdied il-preferenza Komunitarja sabiex il-konsumaturi Ewropej ikollhom garanziji fir-rigward tal-istandards sanitarji u ambjentali tal-prodotti li jixtru, u biex tipprovdi kumpens għall-bdiewa tal-UE li jiffaċċjaw kompetizzjoni minn pajjiżi terzi li ma jkollhomx l-istess standards sanitarji, ambjentali u soċjali;

54.

Huwa tal-fehma li l-bdiewa żgħażagħ għandhom jitqiegħdu fl-aħjar kundizzjonijiet biex jieħdu l-vantaġġi li ġejjin minn flessibbilità akbar fid-domanda għal prodotti u servizzi tal-attivita agrikola, kif ukoll għal ftuħ akbar ta’ swieq emerġenti fuq livell internazzjonali, minħabba l-konklużjoni ta’ negozjati multi-laterali; għalhekk iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tinnegozja ftehima mad-WTO li tagħti lill-bdiewa skop suffiċjenti biex ikunu jistgħu jkomplu jikkompetu ma’ pajjiżi terzi u li tiggarantixxi futur għall-bdiewa żgħażagħ; iqis li f’dan is-sens l-inklużjoni ta’ bżonnijiet li m’humiex relatati mal-kummerċ hija kruċjali;

55.

Jemmen li l-bdiewa żgħażagħ għandhom ikunu kapaċi jikkompetu ma’ kompetituri barranin bl-istess kundizzjonijiet; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tingħata prijorità lir-rikonoxximent tal-bżonnijiet li m’humiex relatati mal-kummerċ (NTC) bħall-kriterji tal-importazzjoni fin-negozjati kummerċjali, kemm multilaterali u kemm bilaterali;

56.

Jinnota li, bħala parti mill-arranġamenti tal-iġġjanar għal żmien qasir jew żmien medju, il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ bdiewa qiegħda ġġorr ir-responsabilità fir-rigward tal-ġlieda fil-klima, qiegħda taħdem fi sħubija mal-ambjent u, billi tipprovdi sorsi ta’ enerġija li jkunu favur l-ambjent, partikularment billi tipproduċi l-bijomassa u tħaddem l-impjanti tal-bijogass, qiegħda tagħi kontribut b’mod attiv għall-ħarsien tal-ambjent u għat-tnaqqis tas-CO2;

57.

Jinnota li l-bdiewa jiffaċċjaw l-isfida doppja li jimplimentaw miżuri biex itejbu l-prattiki tal-biedja u biex jagħmluwhom kemm sostenibbli u kemm vijabbli, filwaqt li fl-istess ħin iġibu lura l-irwol kruċjali tal-agrikoltura fil-ġestjoni tal-aspetti ambjentali u b’hekk qed isiru parteċipanti ewlenin fl-ittrattar tal-bidla fil-klima; jenfasizza li, għal dan il-għan, il-politiki u l-miżuri għandhom joffru lill-bdiewa żgħażagħ prospetti sostenibbli u għat-tul, u li għandu jingħatalhom appoġġ finanzjarju għall-isforzi tagħhom fil-ħarsien tal-ambjent;

58.

Jinnota li l-biedja u l-forestrija huma l-uniċi attivitajiet ekonomiċi li jiksbu d-dijossidu tal-karbonju permezz tal-fotosinteżi, u dan jagħmilha iżjed neċessarja li tinżamm l-attività tal-biedja;

59.

Jenfasizza l-importanza li l-attenzjoni tiddawwar fuq ir-riċerka agrikola b’mod konformi mar-riforma fil-PAK, billi ssir promozzjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija u billi jsir titjib fl-aċess tal-bdiewa għas-sejbiet tar-riċerka u fl-iżjed innovazzjonijiet riċenti konnessi mal-għodod u l-metodi tal-produzzjoni; iqis li jeħtieġ li l-bdiewa tal-UE jkollhom aċċess aħjar għar-riżultati tar-riċerka permezz tal-ħolqien ta’ netwerks għall-iskambju tad-data li tkun inkisbet mir-riċerka, u li r-riċerka tkun ikkoordinata fuq il-livell nazzjonali u l-livell tal-UE;

60.

Jinnota li l-iskambju bejn ix-xjenza u dawk li japplikawha huwa essenzjali sabiex is-sejbiet tar-riċerka jitpoġġew fil-prattika u biex ir-riċerka tkun tista’ tilħaq il-bżonnijiet tas-settur agrikolu;

61.

Jenfasizza li huwa fl-interess tal-UE, kemm f’sens ekonomiku u kemm f’sens ambjentali (l-aġġornament tal-prattiki “ħodor”), li jkun hemm iżjed sostenn għat-taħriġ tul il-ħajja kollha għall-bdiewa; jinkuraġġixxi, b’mod partikulari, programmi li jippromwovu l-mobilità fost il-bdiewa żgħażagħ fl-UEi (inkluż il-programm Leonardo); jenfasizza, b’mod iżjed speċjali, il-ħtieġa li jitfasslu strumenti li jippermettu lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu assenti mill-irziezat tagħhom sakemm idum it-taħriġ;

62.

Jipproponi li jitwaqqaf programm ta’ skambju fl-aqwa prattiki agrikoli għall-bdiewa żgħażagħ;

63.

Iqis li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit programm ta’ skambju għall-bdiewa żgħażagħ biex titħaffef il-ġabra tal-aqwa prattiki, kif ukoll netwerk ta’ taħriġ li fih l-informazzjoni dwar kwistjonijiet bħas-sostenibilitá, il-bijoenereġija, il-bidla fil-klima u l-kompetittivitá hi ċentrali; iqis li dan għandu jipprepara bdiewa żgħażagħ biex ikunu lesti li jiffaċċjaw l-isfidi ġodda fl-oqsma tal-agrikoltura u l-ikel;

64.

Jitlob biex ikun elaborat proġett pilota li jiffaċilita programm ta’ skambju bejn il-bdiewa żgħażagħ f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u bdiewa żgħażagħ fl-UE sabiex dan jippermettilhom jieħdu tagħrif minn ras il-għajn dwar it-tħaddim tas-swieq rispettivi tagħhom, tal-użu rispettiv tat-teknoloġija tagħhom u tal-mod kif jadattaw irwieħhom għall-kundizzjonijiet klimatiċi dominanti;

65.

Jissuġġerixxi l-konservazzjoni, it-titjib u t-tixrid tal-prattiki ta’ produzzjoni marbuta mal-ispeċifiċità tat-territorju u tal-eredità kulturali tal-bdiewa tal-UE;

66.

Jemmen li s-suġġett taż-żamma tal-proprjetà agrikola hija marbuta mill-qrib ma’ dik tal-arranġamenti ta’ twaqqif ta’ intrapriżi minn bdiewa żgħażagħ, u li għandha tiddaħħal ukoll politika li tiżgura li l-prijorità fl-allokazzjoni tal-art tingħata lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom jibdew; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tagħmel rapport dwar il-kwistjoni tal-proprjetà agrikola fir-rigward taż-żgħażagħ li jieħdu f’idejhom l-irziezet;

67.

Huwa tal-fehma li għandu jingħata sostenn iżjed effettiv għat-twaqqif ta’ strutturi bbażati fuq il-kumpaniji billi jiddaħħlu miżuri speċifiċi għal dan it-tip ta’ arranġament ta’ twaqqif ta’ intrapriżi li mhux biss inaqqsu l-isp’jjeż għaż-żgħażagħ involuti iżda wkoll jippermettulhom li jorganizzaw xogħlhom b’tali mod li jkabbru l-vijabilità tal-irziezet;

68.

Jirrakomanda li tiddaħħal iżjed flessibilità fit-twaqqif tal-irziezet u fil-proċeduri ta’ trasferiment permezz ta’ li ġej: twaqqif gradwali, kunsiderazzjoni tal-ivvalidar tal-esperjenza professjonali preċedenti meta l-persuna li tkun trid twaqqaf razzett ma jkollhiex il-kwalifiki meħtieġa, tneħħija tar-rekwiżit tal-età meta l-applikant iressaq proġett vijabbli ta’ twaqqif, b’mod partikulari fiz-zoni agrikoli żvantaġġjati, eċċ;

69.

Iqis li għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex jappoġġjaw, jakkumpanjaw u jagħtu pariri lil bdiewa żgħażagħ taħt l-iskema inizjali ta’ twaqqif bil-għan li tiżdied ir-rata ta’ suċċess u fl-istess ħin li tnaqqas kemm jista’ jkun jew itemm għal kollox sitwazzjonijiet fejn jaqtgħu qalbhom jew saħansitra jfallu;

70.

Jipproponi l-għażla ta’ sena Ewropea għad-djalogu urban-rurali;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ wiesa’ għal żgħażagħ li jkunu jridu jidħlu fil-qasam tal-biedja billi ssegwi politika affidabbli, billi tagħmel arranġamenti amministrattivi li jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali u billi żżid kemm tistal-appoġġ għall-immaniġġjar;

72.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq rapport intermedju dwar is-sitwazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ, u biex fil-frattemp tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa żgħażagħ;

73.

Jenfasizza li l-bdiewa żgħażagħ għandhom jingħataw appoġġ fis-snin ta’ wara t-twaqqif tal-attività tagħhom, u li għandu jiġi stabbilit fond ta’ riżerva biex jgħinhom jittrattaw ċirkustanzi imprevedibbli waqt li jkunu għadhom qed jibdew, bħall-ħsarat fl-uċuħ tar-raba’ kaġun ta’ temp ħażin jew ta’ xi żieda kbira fl-ispejjeż;

74.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tistudja metodi ta’ skambju tal-aqwa prattiki fit-tekniki tal-biedja innovattiva u fil-ġestjoni tal-irziezet fost il-bdiewa l-ġodda mal-UE kollha;

75.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 262, 18.9.2001, p. 153.

(2)  GU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/51


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2007

P6_TA(2008)0259

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2007 (2007/2180(INI))

2009/C 285 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija ffirmata f’Cotonou fit-23 Ġunju 2000 (1) bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-Ftehima ta’ Kotonou),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (JPA), adottata fit-3 ta’ April 2003 (2), kif emendata l-aħħar f’Wiesbaden (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Ġunju 2007 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (4),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Kigali għal Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPA) li jkunu favorevoli għall-iżvilupp (5), li ġiet adottata mill-JPA fit-22 ta’ Novembru 2007 f’Kigali (id-Dikjarazzjoni ta’ Kigali),

wara li kkunsidra r-risoluzzjonijiet adottati mill-JPA fl-2007:

dwar l-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi tal-ACP (6),

dwar it-tnaqqis tal-faqar fost bdiewa żgħar fil-pajjiżi tal-ACP, b’mod partikulari fis-setturi tal-frott, il-ħxejjex u l-fjuri (7),

dwar il-migrazzjoni ta’ ħaddiema kwalifikati u l-effett ta’ dan fuq l-iżvilupp nazzjonali (8),

dwar is-sitwazzjoni fid-Darfour (9),

dwar l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiżi tal-ACP u tal-Unjoni Ewropea (10),

dwar l-impatt tal-Investimenti Barranin Diretti (FDI) fl-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (11),

dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-prodotti mediċinali, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mard traskurat (12),

dwar il-katastrofi naturali fil-pajjiżi tal-ACP: finanzjament tal-Unjoni Ewropea għall-ippjanar minn qabel (Fondi tal-EDF) u għall-għajnuna (fondi tal-ECHO) (13),

dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u b’mod partikulari fil-Lvant tal-pajjiż, u l-impatt ta’ din fuq ir-reġjun (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0175/2008),

A.

billi d-dibattiti li saru f’Ġunju f’Wiesbaden u f’Novembru 2007 f’Kigali dwar l-istat avvanzat tan-negozjati dwar l-EPAs li wasslu għall-adozzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ Kigali,

B.

billi l-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill tar-Regolament (KE) nru 1905/2006, li jistabbilixxi strument li jipprovdi programmi tematiċi applikabbli wkoll għall-pajjiűżi tal-ACP, flimkien ma’ programm ta’ miűżuri ta’ akkumpanjament għall-pajjiűżi tal-Protokoll dwar iz-Zokkor tal-ACP,

C.

billi jinnota l-impenn li ħa l-Kummissarju għall-Iűżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja, fis-sessjoni msemmija tal-JPA li saret f’Wiesbaden, sabiex jissottometti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-Pajjiűżi tal-ACP (għall-perjodu 2008-2013) għall-iskrutinju demokratiku tal-Parlamenti, u billi jilqa’ l-fatt li l-implimentazzjoni ta’ dan l-impenn bdiet isseħħ,

D.

billi r-reviűżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou bdiet tistabbilixxi l-baűżi għal koperazzjoni msaħħa u aktar effikaċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiűżi tal-ACP, waqt li madankollu l-proċedura ta’ ratifika ta’ din il-Ftehima għadha ma ġietx finalizzata,

E.

billi qed tikber l-importanza fil-JPA ta’ kwistjonijiet ta’ importanza ta’ interess komuni li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, is-sitwazzjonijiet delikati, il-konsistenza politika u l-effikaċità tal-għajnuna,

F.

billi s-sitwazzjoni fiz-Zimbabwe reġgħet marret għall-agħar fl-2007 u billi b’xorti ħaűżina ma kienx possibbli li tiġi adottata riűżoluzzjonui rigward dan matul is-sessjoni tal-JPA f’Wiesbaden, fuq imsemmija, bħala għeluq għal dibatittu kostruttiv ħafna; billi n-nuqqas tad-delegazzjoni taűż-Țimbabwe milli tieħu sehem f’din is-sessjoni hija ħaġa ta’ min wieħed jisgħobbih ħafna minnha,

G.

billi l-kunflitt fid-Darfur (Sudan) għadu sejjer, bi vjolazzjonijiet serji u ripetuti tad-drittijiet tal-bniedem li jirriűżultaw minnu, b’mod partikulari r-riskji persistenti involuti għan-nisa u t-tfajliet ta’ aggressjoni sesswali u ta’ stupru, u billi jfakkar fil-ħtieġa li jkun hemm għajnuna umanitarja effettiva u appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali,

H.

billi kkunsidra x-xogħol tal-Parlament Pan-Afrikan u l-formalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Pan-Afrikan; billi kkunsidra b’mod partikulari, id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Pan-Afrikan u tal-Parlament Ewropew rigward il-Laqgħa Għolja UE-Afrika li sar f’Liűżbona f’Diċembru 2007,

I.

billi kkunsidra l-parteċipazzjoni li dejjem qed tikber ta’ parteċipanti mhux governamentali għas-sessjonijiet ta’ JPA u d-diffikultajiet finanzjarji li jilaqtgħu magħhom is-soċjetajiet ċivili tal-pajjiűżi tal-ACP biex jattendu għal dawn il-laqgħat,

J.

billi kkunsidra l-kontribuzzjoni eċċellenti tal-Presidenza Ġermaniűża tal-Unjoni u tal-Gvern ta’ Rwanda fis-sessjonijiet tal-JPA f’Wiesbaden u f’Kigali, fuq imsemmija,

K.

billi kkunsidra l-missjonijiet għall-stħarriġ tal-fatti u l-missjonijiet ta’ studju tal-Bureau tal-JPA fl-2007:

fis-Senegal, fil-Kosta tal-Avorju u fil-Gana

fil-Madagaskar;

1.

Jilqa’ l-fatt li fl-2007 l-JPA pprovdiet qafas għal djalogu miftuħ, demokratiku u fil-fond rigward negozjati tal-EPAs bejn l-UE u pajjiűżi tal-ACP, kif turi l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni diġà msemmija ta’ Kigali rigward EPAs;

2.

Jenfasizza t-tħassib li wriet il-JPA dwar bosta punti tan-neguzjati, kemm rigward il-forma, kif ukoll is-sustanza tagħhom; ifakkar li d-dibatittu tkompla wkoll wara l-adozzjoni tal-EPAs mal-Karajbi u wara ftehimiet intermedjarji ma’ ċerti pajjiűżi jew reġjuni;

3.

Jinsab imħasseb dwar l-istabbiliment ta’ korp ġdid fil-kuntest tal-EPAs, jiġifieri l-kumitat parlamentari, mingħajr ma jkun hemm relazzjoni ċara bejn dan il-korp u l-JPA; jitlob li jiġu evitati l-konflitti ta’ kompetenzi jew tensjonijiet bla bűżonn f’dan is-settur; fl-istess waqt, jilqa’ d-dimensjoni parlamentari mogħtija lill-EPA u jinsab konvint bis-sħiħ li l-JPA se jibda immedjatament biex jimplimenta dan id-djalogu fil-livell parlamentari fil-laqgħat reġjunali tiegħu;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn li ħa l-Kummissarju risponsabbli għall-Iűżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja fis-sessjoni ta’ Kiġali, fuq imsemmija, li jissottometti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjunali tal-pajjiűżi tal-ACP (għall-perjodu 2008-2013) għall-iskrutinju demokratiku tal-parlamenti u jilqa’ x-xogħol ta’ eűżami ta’ dawn id-dokumenti li diġà sar minn ċerti parlamenti tal-ACP;

5.

Rigward dan, jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġu involuti mill-qrib il-parlamenti mal-proċess demokratiku u mal-istrateġiji nazzjonali għall-iűżvilupp; jenfasizza l-irwol fundamentali li għandhom fl-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-politiki għall-iűżvilupp;

6.

Jistieden lill-pajjiűżi tal-ACP sabiex jeűżiġu li l-gvern tagħhom u l-Kummissjoni jassoċjaw ruħhom mal-proċess ta’ preparazzjoni u ta’ implimentazzjoni tad-dokumenti strateġiċi nazzjonali fejn dawn jolqtu l-koperazzjoni bejn l-UE u pajjiűżhom (għall-perjodu 2008-2003);

7.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha li hemm disponibbli lill-pajjiűżi tal-ACP u sabiex tagħtihom l-għajnuna tagħha f’dan il-proċess ta’ skrutinju demokratiku, b’mod partikulari permezz ta’ appoġġ għall-kapaċitajiet tagħhom;

8.

Jistieden lill-parlamenti tal-ACP sabiex jeűżerċitaw skrutinju parlamentari strett rigward dak li jolqot il-Fond Ewropew għall-Iűżvilupp (EDF); jenfasizza l-poűżizzjoni priveleġġjata tal-JPA f’dan id-dibattitu u jistiednu sabiex ikompli jinsisti mal-parlamenti li għadhom ma rratifikawx il-Ftehima ta’ Cotonou, kif riveduta, biex jagħmlu dan għall-benefiċċju tal-EDF 10;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi miűżuri biex ipattu għad-defiċit finanzjarju bejn l-implimentazzjoni tal-EDF 9 u l-EDF 10;

10.

Jerġa’ jisħaq li hu jappoġġja t-talba tal-JPA, magħmula fid-9 sessjoni miűżmuma f’April 2005, li persentaġġ xieraq tal-approprjazzjonijiet tal-EDF jingħataw għall-edukazzjoni u għat-taħriġ politiku ta’ parlamentari u ta’ diriġenti politiċi, ekonomiċi u soċjali fl-interess tat-tisħiħ sostenibbli ta’ governanza tajba, tal-istat tad-dritt, tal-istrutturi demokratiċi u tal-interazzjoni bejn il-gvern u l-oppoűżizzjoni f’demokraziji pluralisti bbaűżati fuq elezzjonijiet ħielsa;

11.

Jinnota b’sodisfazzjon in-natura aktar ma tmur aktar politika u għalhekk, aktar demokratika, tal-JPA, kif ukoll l-intensifikazzjoni tal-impenn tal-Membri tagħha u tal-kwalità tad-dibattiti tagħha li jikkontribwixxi b’mod deċiűżiv għas-sħubija ACP-UE;

12.

Iqis li r-riűżoluzzjonijiet fuq imsemmija tal-JPA dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur u dwar is-sitwazzjoni fid-DRC, huma eűżempji sinifikattivi ta’ dan id-djalogu msaħħaħ;

13.

Iqis li l-JPA, li huwa forum għal dibattiti bejn Parlamentari tal-UE u dawk tal-ACP, għandha rwol poűżittiv fid-djalogu politiku u fit-tfittxija ta’ ftehim globali u inkluűżiv għall-paċi u għall-iűżvilupp tal-poplu tad-Darfur;

14.

Jistieden lill-JPA sabiex tikkontribwixxi għall-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni tal-komunità internazzjonali dwar il-konflitti li qed jolqtu lill-Kivu tat-Tramuntana u lil bosta reġjunijiet tal-Lvant tad-DRC sabiex tiġi promossa soluzzjoni politika negozjata għall-kriűżi u sabiex tappoġġja kull attività li tista’ tiġi ssuġġerita minn soluzzjoni negozjata bħal din;

15.

Jistieden lill-JPA sabiex tkompli u twessa’ d-djalogu mal-Parlament Pan-Afrikan u mal-parlamenti ta’ organizzazzjonijiet reġjunali minħabba l-importanza li għandha l-integrazzjoni tar-reġjun għall-paċi u għall-iűżvilupp tal-pajjiűżi tal-ACP;

16.

Jilqa’ d-dibattitu li sar dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja waqt is-sessjoni fuq imsemmija tal-JPA f’Kigali, li juri li l-JPA tista’ sservi ta’ forum biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet kumplessi; jiddeplora madankollu li ma kien hemm ebda titjib fis-sitwazzjoni fis-Somalja u din għadha “kriűżi minsija”;

17.

Jiddeplora li l-JPA ma ġietx ikkonsultata biűżűżejjed waqt il-preparazzjoni tal-istrateġija konġunta UE-Afrika u jittama li l-JPA tkun involuta attivament fl-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija;

18.

Jilqa’ l-fatt li l-laqgħat reġjunali li jipprevedu l-Ftehima ta’ Cotonou u r-Regoli ta’ Proċedura tal-JPA jistgħu sa fl-aħħar jibdew isiru mis-sena 2008; jittama li dawn il-laqgħat jippermettu tabilħaqq li jkun hemm diskussjonijiet fuq l-isfidi reġjunali, inkluűżi l-prevenzjoni u r-riűżoluzzjoni tal-konflitti, u li l-politika tal-EU tikkontribwixxi għall-intensifikazzjoni tal-koeűżjoni reġjunali; jenfasizza li dawn il-laqgħat ġew f’mument tabilħaqq opportun għan-neguzjati, il-konkluűżjoni u l-implimentazzjoni tal-EPAs u għandhom jingħataw prijorità; jappoġġja l-organizzazzjoni tal-ewwel laqgħa reġjonali f’April 2008 f’Windhoek fin-Namibja;

19.

Iħeġġeġ lill-JPA sabiex isaħħaħ l-irwol tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi biex dan isir tabilħaqq forum għall-prevenzjoni tal-kunflitti fi ħdan is-sħubija ACP-UE u biex għal dan il-għan testendi d-dibattiti ġenerali fuq sitwazzjonijiet serji f’pajjiűżi indikati; jilqa’ x-xogħol li twettaq fil-qasam tal-governanza tajba, kif ukoll rigward l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiűżi tal-ACP u tal-Unjoni u jħeġġeġ li jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tal-parlamentari tal-ACP u dawk tal-Unjoni bħala osservaturi elettorali fi ħdan missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Unjoni;

20.

Jinnota b’sodisfazzjon ix-xewqa murija mill-Kumitat għall-Iűżvilupp Ekonomiku, Finanzi u Kummerċ tal-JPA li jinkariga ruħu minn kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà tal-ikel, l-aktar fi űżmien meta l-Programm Dinji għall-Ikel (WFP) qed iwissi dwar l-għoli tal-prezzijiet, il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u n-nuqqas tal-ħaűżna ta’ ikel dinjija;

21.

Jisħaq fuq l-importanza tar-rapport deċiűż matul is-sessjoni fuq imsemmija ta’ Kigali dwar l-effikaċità tal-għajnuna u jħeġġeġ lill-JPA sabiex torganizza dibattitu fil-fond dwar il-kunċett ta’ għajnuna uffiċjali għall-iűżvilupp, dwar kwistjonijiet ta’ bbaġitjar u dwar forom alternattivi ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni u l-iűżvilupp;

22.

Jenfasizza l-irwol li għandu l-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u għall-Ambjent tal-JPA rigward il-migrazzjoni ta’ ħaddiema kwalifikati u mard traskurat u jappoġġja d-deċiűżjoni tiegħu li jagħmel studju tal-impatt tal-programmi ta’ aġġustament strutturali;

23.

Jinnota b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni li dejjem qiegħda tikber ta’ parteċipanti mhux governamentali fis-sessjonijiet tal-JPA, kif ukoll il-fatt li avvenimenti li jseħħu fil-marġni ta’ dawn is-sessjonijiet issa qegħdin jagħtu l-appoġġ poűżittiv tagħhom; jitlob lill-JPA, lill-UE kif ukoll lill-pajjiűżi tal-ACP sabiex jinkuraġġixxu finanzjarjament u teknikament il-parteċipazzjoni tas-soċjetajiet ċivili tal-pajjiűżi tal-ACP f’dawn ix-xogħlijiet; iqis bħala űżvilupp kostruttiv it-talbiet u l-proposti immirati biex dan jintlaħaq li se jsiru lill-Bureau u lill-JPA f’Settembru 2008;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riűżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-ACP, lill-JPA, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-tal-pajjiűżi tal-ACP u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika tal-Irwanda.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehima kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22).

(2)  ĠU C 231, 26.9.2003, p. 68.

(3)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 42.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 163, 23.6.2007, p. 24.

(5)  ĠU C 58, 1.03.2008, p. 44.

(6)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 17;.

(7)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 25;.

(8)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 31.

(9)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 39.

(10)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 18.

(11)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 26.

(12)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 29.

(13)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 35.

(14)  ĠU C 58, 1.3.2008, p. 40.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/55


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Kompetizzjoni: Inkjesta settorjali dwar servizzi bankarji ġenerali

P6_TA(2008)0260

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-Kompetizzjoni: Indaġni tas-Settur rigward l-operazzjonijiet bankarji ġenerali (2007/2201(INI))

2009/C 285 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Indaġni Settorjali skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar l-operazzjonijiet bankarji ġenerali (Rapport Finali) (COM(2007)0033),

wara li kkunsidra r-rapport proviżorju I tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2006 dwar il-karti ta' pagament u r-rapport proviżorju II tas-17 ta' Lulju 2006 dwar il-kontijiet kurrenti u servizzi relatati,

wara li kkunsidra l-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji ġenerali fis-Suq Waħdieni (COM(2007)0226),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu Suq Waħdieni għall-Ewropa tas-Seklu 21 (COM(2007)0724),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/ 345.79 tad-19 ta' Diċembru 2007 dwar id-drittijiet ta' interskambju multilaterali intra-EEA tal-Mastercard,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ u l-eżeċitar tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (1) (Id-Direttiva dwar ir-Requiżiti tal-Kapital) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar is-suffiċjenza tal-kapital tad-ditti ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (2) (Direttiva dwar is-Suffiċjenza tal-Kapital),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern (3) (Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari tas-16 ta' Jannar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ftehim ta' kreditu għall-konsumaturi u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (4) (Abbozz ta' Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-White Paper dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji 2005 — 2010 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2006 dwar iżjed klonsolidazzjoni fl-industrija Ewropea tas-servizzi finanzjarji (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0185/2008),

A.

billi suq finanzjarju integrat li jiffunzjona tajjeb huwa prekundizzjoni meħtieġa biex tiġi rrealizzata l-aġenda ta' Liżbona sabiex l-Unjoni Ewropea tkun ipprovduta bl-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien li hawn fid-dinja, li jkollha l-kapaċità ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli b'impjiegi aktar u aħjar,

B.

billi l-banek ġenerali għandhom l-irwol essenzjali li jgħaddu, skond kif xieraq, il-kundizzjonijiet tal-politika monetarja lis-suq, partikolarment lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u lill-konsumaturi,

C.

billi sabiex twettaq sa l-aħħar il-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji u twassal il-benefiċċji kollha tiegħu lill-konsumaturi u lill-bejjiegħa bl-imnut, jeħtieġ li s-servizzi finanzjarji ġenerali jittejbu,

D.

billi l-aċċess għas-servizzi bankarji bażiċi, bħal m'hu l-ftuħ ta' kont bankarju, huwa dritt ta' kull ċittadin,

E.

billi s-settur tal-operazzjonijiet bankarji ġenerali huwa importanti għall-ekonomija tal-UE f'dak li jirrigwarda t-tkabbir u l-impjiegi u l-importanza tiegħu għall-konsumaturi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs),

F.

billi jippersistu d-diffikultajiet marbuta mal-armonizzazzjoni tal-politika tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u l-kumplessità inerenti tal-prodotti finanzjarji,

G.

billi l-politika tal-UE tal-kompetizzjoni hija -importanti biex jitlesta għal kollox is-suq intern u l-funzjonament tajjeb ta' kundizzjonijiet ġenwinament ugwali għall-atturi kollha,

H.

billi d-diversità tal-mudelli legali u tal-objettivi tan-negozji tal-entitajiet finanzjarji fil-qasam tal-operazzjonijiet bankarji ġenerali (banek, banek tat-tifdil, koperattivi, eċċ.) hija kwalità fundamentali għall-ekonomija tal-UE li tarrikkixxi l-qasam, tikkorrispondi għall-istruttura pluralista tas-suq u tgħin biex tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq intern,

I.

billi hemm il-ħtieġa li jiġi bbilanċjat grad għoli ta' ħarsien tal-konsumatur mal-funzjonament xieraq tas-suq intern,

Ġenerali

1.

Jappoġġja l-approċċ integrat tal-Kummissjoni li jinkludi l-appoġġ ta' politiki tas-suq intern b'indaġnijiet settorjali mmirati tajjeb; jiddispjaċih, madanakollu, minħabba ż-żmien li ntgħażel biex fih issir din l-indaġni settorjali u minħabba l-fatt li ma sar l-ebda studju dwar kif il-kundizzjonijiet tal-politika monetarja jiġu mgħoddija lis-suq bl-imnut; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tibqa' ssegwi x-xogħol tagħha ladarba d-Direttiva dwar is-Suffiċjenza tal-Kapital, id-Direttiva dwar iz-Zona Waħdanija Euro ta' Pagament (Single European Payment Area (SEPA)), id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament u d-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur ikunu wrew l-effetti tagħhom fil-prattika;

2.

Jiddispjaċih li l-indaġni settorjali dwar l-operazzjonijiet bankarji ġenerali ma tikkunsidrax biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju li hu strettament irregolat u l-importanza tal-kultura, id-drawwiet u l-lingwi fl-għażliet tal-konsumatur u l-protezzjoni disponibbli fir-rigward tal-prodotti finanzjarji; jikkunsidra li n-nuqqas ta' mobilità tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea ħafna drabi hija ddettata mir-relazzjoni ta' fiduċja fuq medda twila ta' żmien li spiss tkun stabbilita bejn il-bank u l-konsumatur; jinsab imħasseb li l-evalwazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq li għamlet il-Kummissjoni hija msejsa fuq għadd żgħir wisq ta' indikaturi ekonomiċi u konsegwentement tista' tonqos milli tirrifletti b'mod xieraq il-karatteristiċi ta s-settur ta' operazzjonijiet bankarji ġenerali;

3.

Ifakkar li l-politika tal-kompetizzjoni hija għodda qawwija biex jitlesta għal kollox is-suq intern imma li l-fatt li wieħed jimmira għal aktar kompetizzjoni la għandu jwassal biex fis-settur bankarju l-mod li bih wieħed jilqa' għar-riskju jiġi mdgħajjef u l-anqas ma għandu jqiegħed fil-periklu l-istabilità ta' settur partikularment kruċjali u strateġiku tal-ekonomija dinjija; jenfasizza li l-fiduċja tas-suq u tal-konsumatur it-tnejn huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi finanzjarji, u li l-promozzjoni tal-informazzjoni għall-konsumaturi rigward is-servizzi finanzjarji hija meħtieġa biex jissaħħaħ l-irwol tal-konsumaturi bħala parteċipanti tas-suq;

4.

Jirrimarka li qafas regolatorju li jkun frammentat ħafna huwa impediment għall-iżvilupp tal-forniment transkonfinali ta' servizzi bankarji; għalhekk, jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex terġa' tibda tiġi evalwata d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna l-promozzjoni minn distanza ta' servizzi finanzjarji għall-konsumaturi (7), li għandha tinvolvi wkoll l-eżami mill-ġdid tad-direttivi dwar il-kummerċ elettroniku (8) u l-firem elettroniċi (9) sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet iddikjarati tagħhom b'mod effettiv;

5.

Huwa tal-fehma li anke l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus tista' tikkostitwixxi ostaklu għall-mobilità tal-konsumatur f'dak li jirrigwarda, pereżempju, il-ftuħ ta' kontijiet kurrenti transkonfinali, minħabba rekwiżiti differenti marbuta mal-identifikazzjoni u l-ivverifikar li l-banek iridu jissodisfaw; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt li għandhom fuq il-mobilità tal-konsumatur ir-regoli stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus;

Mobilità tal-konsumatur

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem ħalli tiffaċilita l-mobilità tal-konsumatur u biex timmoniterja l-progress li jagħmlu l-Istati Membri fil-prattika li biha jippermettu lill-konsumatur li jibdel il-fornitur, u b'hekk ikunu qed isaħħu kompetizzjoni ħajja u b'saħħitha bejn il-fornituri; jixtieq jara, kemm jista' jkun possibbli, li ma jsir l-ebda tħarbit tas-servizz anke meta jkun qed jingħalaq kont kurrenti jew meta jkun qed jiġi mibdul il-fornitur u li jiġi evitat kull irduppjar ta' servizzi li jkun jiswa ħafna;

7.

Iħeġġeġ li s-simplifikazzjoni tar-regoli tas-servizzi finanzjarji u t-tneħħija tal-ostakli għall-mobilità tal-konsumatur m'għandhomx iwasslu biex jitbaxxew l-istandards għall-ħarsien tal-konsumatur fl-Istati Membri;

8.

Jirrakkomanda li jkunu permessi biss tariffi li jkunu ġġustifikati għal kollox biex jingħalqu l-kontijiet, jekk ikun hemm, sabiex jiġu inkuraġġiti l-mobilità u l-kompetizzjoni; jinkuraġġixxi lill-industrija bankarja biex tiżviluppa l-aħjar prattiki dwar proċeduri ħfief u effiċjenti biex kont jinqaleb f'kont ieħor, filwaqt li jittieħed kont kemm tad-dewma tal-proċedura kif ukoll tal-ispejjeż li hemm marbuta magħha; huwa tal-fehma li meta wieħed jaqleb minn kont kurrenti għal ieħor m'għandha jkun ikkawżat l-ebda dannu lill-konsumatur; jopponi kull kundizzjoni kuntrattwali bla ħtieġa li timpedixxi l-mobilità tal-konsumatur;

9.

Jenfasizza li, fir-rigward tal-prodotti assoċjati flimkien, trid issir distinzjoni ċara bejn, minn naħa, il-kombinazzjonijiet ta' prodotti liema kombinazzjonijiet ikunu favorevoli kemm għall-klijent kif ukoll għall-bank u li jkunu komuni għall-fergħat kollha tal-ekonomija, u min-naħa l-oħra, l-prattiki li jwasslu għal kompetizzjoni inġusta;

10.

Jidhirlu li l-aċċess għas-servizzi finanzjarji bażiċi, bħal m'huwa l-ftuħ ta' kont bankarju, huwa dritt u jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ostakoli li hemm għall-eżerċitar ta' dak id-dritt u l-aħjar prattiki ta' operaturi segwiti fis-settur finanzjarju ġenerali f'dak ir-rigward;

Tagħrif u trasparenza

11.

Hu tal-fehma li t-tagħrif għall-konsumaturi huwa element fundamentali biex tkun żgurata l-kompetizzjoni fost il-banek; jitlob tagħrif li jkun ta' kwalità aħjar, li jkun jista' jinqara aħjar u għaldaqstant ikun aċċessibbli għall-konsumaturi; huwa tal-fehma li, għal issa, hija ħaġa li wisq drabi taħli ħafna ħin u li hija tqila wisq biex il-konsumaturi jakkwistaw tagħrif bħal dan;

12.

Jirrikonoxxi li hemm tensjoni bejn li ma jkunx hemm burbardamenti ta' tagħrif u li tipprovdi tagħrif suffiċjenti lill-konsumatur; jiffavorixxi l-kwalità tal-informazzjoni fuq il-kwantità; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni sabiex tistieden lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jiddefinixxu liema tagħrif essenzjali jikkunsidraw li huwa meħtieġ sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet xierqa;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem biex tiżgura li l-industrija, bħala suppliment għal dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti, tipprovdi lill-konsumaturi, qabel ma jiftħu xi kont, ġabra fil-qosor u ċara fejn jingħataw id-dettalji dwar l-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż biex jingħalaq kont, jekk ikun hemm, b'manjiera li tkun koparabbli madwar l-Unjoni Ewropea kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni xierqa fil-każ li l-industrija tonqos milli tirrispetta l-impenn tagħha;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-istudju tal-Kummissjoni tax-xenarju regulatorju għall-prodotti ta' investiment ġenerali u jittama li dan se jwassal għal żvelar aħjar tal-ispejjeż, ir-riskji u l-kundizzjonijiet, u b'hekk jipprovdi paraguni transkonfinali siewja;

15.

Jirrakkomanda li jinħoloq standard waħdieni tal-UE għall-forniment ta' tagħrif lill-klijenti mill-fornituri dwar il-prodotti bażiċi tagħhom, l-ispejjeż u l-kundizzjonijiet relatati sabiex jippermetti li jsir paragun faċli u trasparenti fejn fil-preżent il-prodotti marbuta ma jippermettux; jitlob li meta ssir talba jiġu żvelati l-ispejjeż tal-katina tal-valur ta' prodotti finanzjarji ġenerali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni; jissuġġerixxi lill-industrija li taħdem fuq il-fattibilità tal-ħolqien ta' mutur tat-tiftix (search engine) li jkun mifrux mal-UE kollha biex jippermetti li jsir paragun transkonfinali faċli u mingħajr ħlas;

L-edukazzjoni tal-konsumatur rigward l-operazzjonijiet bankarji ġenerali

16.

Jitlob li jiġu żviluppati programmi ta' edukazzjoni finanzjarja bil-għan li tikber il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar l-għażliet tagħhom ta' mmaniġġar ta' flus;

17.

Jappoġġa l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u mill-industrija tas-servizzi finanzjarji sabiex jiżdied il-livell ta' għarfien tal-konsumaturi dwar il-prodotti tas-servizzi finanzjarji u sabiex isiru programmi edukattivi f'dak il-qasam, minħabba li t-tagħrif li jipprovdu l-fornituri ta' prodotti tas-servizzi finanzjarji jrid jiġi mifhum u użat mill-konsumatur;

18.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata edukazzjoni finanzjarja li tkun tikkumplementa l-ħarsien adegwat tal-konsumatur, b'mod speċjali fil-qasam tal-operazzjonijiet bankarji ġenerali (pereżempju f'dak li jirrigwarda s-self, l-ipoteki, it-tfaddil u l-investimenti diversifikati u sikuri); jistieden lill-Istati Membri u lis-settur bankarju sabiex jieħdu u jikkoordinaw miżuri biex iżidu l-għarfien finanzjarju fost iċ-ċittadini, inklużi t-tfal, iż-żgħażagħ, l-impjegati u l-persuni rtirati, bil-għan li jedukaw u jkabbru l-ħiliet tal-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jfittxu prodotti u servizzi aqwa, orħos u aktar xierqa u sabiex irawmu l-kompetizzjoni, il-kwalità u l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija bankarja; ifakkar li investituri kunfidenti jistgħu jipprovdu likwidità addizzjonali għas-swieq tal-kapital;

19.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw il-possibilità li jistabbilixxu istituzzjoni ta' ombudsmen nazzjonali indipendenti li jkunu responsabbli għas-servizzi finanzjarji;

Krediti — reġistri u intermedjarji

20.

Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm data ta' min jorbot fuqha dwar il-kreditu u l-frodi għall-banek u fornituri oħra ta' kreditu, liema data tkun aċċessibbli fuq bażi ġusta u trasparenti; jinsisti, madanakollu, fuq il-ħtieġa li tiġi mħarsa d-data personali tal-konsumaturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ostakoli li jkun hemm fil-kondiviżjoni tad-data u biex tagħmel proposti għall-interoperabilità tar-reġistri tad-data filwaqt li tiġi rrispettata l-ħajja privata tal-konsumaturi u d-drittijiet tagħhom ta' aċċess u ta' rettifika; jidhirlu li l-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa fil-każ li jsir xi stħarriġ transkonfinali rigward data fuq kreditu li jkun jikkonċernahom; jilqa' bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi grupp ta' esperti dwar l-istorja tal-krediti sabiex jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-miżurif' dak ir-igward;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika x-xogħol tagħha fuq l-intermedjarji tal-kreditu (aġenti jew sensara) sabiex ikun żgurat il-ħarsien tal-konsumatur u jkunu evitati l-prattiki ta' bejgħ li ma jkunux trasparenti biżżejjed u li huma partikularment ta' ħsara għall-gruppi ta' konsumaturi li huma aktar vulnerabbli; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, li tippubblika studju li janalizza s-suq tal-intermedjazzjoni tal-kreditu tal-UE, li jeżamina mill-ġdid il-qafas regolatorju tiegħu u li jeżamina jekk hemmx xi dispożizzjonijiet li huma ta' detriment għall-konsumaturi;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkjarifika u tarmonizza d-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-intermedjarji tal-kreditu skond il-prinċipju ta' ‘l-istess negozju, l-istess riskji, l-istess regoli’, peress li sikwit jitfaċċaw il-problemi fil-bejgħ, l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-ftehim tas-servizzi finanzjarji; jirrimarka li approċċ li ma jkunx iddivrenzjat fejn ‘daqs wieħed jiġi lil kulħadd’ ikun jaffettwa d-diversità tal-prodotti b'mod avvers; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn id-differenza li hemm bejn tagħrif li jrid ikun ċar, konċiż, li jista' jinqara u mingħajr spejjeż fuq n-naħa 'l waħda, u servizzi konsultattivi mfassla apposta għall-klijent fqu l-oħra;

Kooperazzjon bejn il-banek

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżami ulterjuri li wettqet lil-Kummissjoni tal-kooperazzjoni bejn il-banek sabiex tevalwa jekk kooperazzjoni bħal din tistax tirriżulta f'benefiċċji ekonomiċi u f'benefiċċji għall-konsumatur u jekk tistax twassal għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni; jissottolinja, madankollu, li l-koperazzjoni ta' bejn il-banek, pereżempju l-istituzzjonijiet tal-kreditu li joperaw f'networks deċentralizzati, tista' tirriżulta f'benefiċċji għall-ekonomija u f'benefiċċji għall-konsumatur u li, għalhekk, huma meħtieġa analiżi bir-reqqa u approċċ li ma jkun ixaqleb lejn l-ebda naħa;

24.

Huwa tal-fehma li l-banek tat-tfaddil u l-banek kooperattivi, kif ukoll istituzzjonijiet tal-kreditu oħra, jagħtu kontribut sostanzjali għall-finanzjament tal-ekonomija lokali u għall-iżvilupp tal-potenzjal indiġenu tar-reġjuni u jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi kollha; jisħaq li l-pluraliżmu tas-swieq bankarji u d-diversità tal-fornituri huma prekundizzjonijiet għall-kompetizzjoni fis-suq bankarju kollu tal-UE kemm-il darba ma jkunx hemm tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jkunu ggarantiti l-istess kundizzjonijiet għall-parteċipanti tas-suq kollha skond il-prinċipju, ‘l-istess negozju, l-istess riskji, l-istess regoli’;

25.

Isostni li l-kooperazzjoni non-diskriminatorja ta' bejn entitajiet ta' kreditu indipendenti, li, peress li għadhom jikkompetu bejniethom, hija aktar effiċjenti u tiżgura interoperabilità akbar u varjetà ta' servizzi għall-konsumatur aħħari, tista' tgħin lis-settur jiffunzjoni u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivimsemmija hawn fuq;

Sistemi ta' pagament

26.

Jinsab fiduċjuż li s-SEPA u d-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament għandhom jipprovdu soluzzjonijiet għall-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' kompetizzjoni identifikati mill-indaġni settorjali rigward l-infrastrutturi ta' pagament; ifakkar li l-ewwel fażi tas-SEPA daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Jannar 2008 u tirrikjedi pjattaformi integrati ta' approvazzjoni u ta' saldu, filwaqt li topera fuq il-bażi tal-istess regoli u standards tekniċi; jenfasizza li l-kriterji tal-aċċess għas-SEPA għandhom ikunu ġusti u miftuħa, u li l-governanza għandha tikkunsidra lill-partijiet kollha li għandhom interess fis-sistema, mhux sempliċement l-istituzzjonijiet finanzjarji; ifakkar ukoll li d-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament tipprovdi li m'għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni dwar l-aċċess għas-sistemi ta' pagament ħlief dik li hi meħtieġa biex issir salvagwardja kontra r-riskju u biex tkun imħarsa l-istabilità finanzjarja u operazzjonali; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li skond il-prinċipju tan-newtralità tal-politiki Komunitarji, m'għandu jiġi ffavorit l-ebda metodu waħdieni ta' pagament fuq metodu ieħor, u l-ispejjeż marbuta mal-użu tas-sistemi ta' pagament differenti għandhom ikunu trasparenti sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jagħżlu l-metodu ta' ħlas tagħhom bl-għarfien sħiħ tal-fatti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament hijiex qiegħda tnaqqas il-għadd ta' fornituri tas-servizzi ta' pagamenti ta' saldu u biex minnufih tieħu l-passi jekk fornituri ewlenin jiżviluppaw pożizzjoni ta' monopolju li tkun tista' tnaqqas il-kompetizzjoni;

28.

Jinnota li l-Kummissjoni u bosta awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni f'għadd kbir ta' okkażjonijiet iddikjaraw li d-drittijiet ta' interskambju multilaterali (multilateral interchange fees — MIFs) m'humiex ipprojbiti per se skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE; madankollu jinnota li l-Kummissjoni dan l-aħħar kienet iffokat fuq il-kompatibilità ta' sistema ta' MIFs mal-liġi Komunitarja tal-kompetizzjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipproponi linji gwida u indikazzjonijiet ċari biex jiġu msewwija l-imperfezzjonijiet tas-suq; ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza taċ-ċertezza legali biex il-parteċipanti tas-swieq kif ukoll dawk li għadhom deħlin ġodda fis-swieq jiżviluppaw is-servizzi tagħhom u jagħmluhom innovattivi;

29.

Jemmen fi ħtieġa qawwija li ssir kjarifika aħjar rigward il-metodoloġija u r-regoli għall-ġestjoni tal-MIFs għall-pagamenti li jsiru bil-karta u għall-mekkaniżmu biex jiġu kkalkulati t-tariffi interbankarji għall-magni awtomatizzati tal-ġbid tal-flus (ATMs) u għall-pagamenti li ma jsirux bil-karta; ifakkar li l-iskemi ta' trasferiment dirett ta' debitu u ta' kreditu, bħal m'huma dawk skond is-SEPA, jagħtu appoġġ lil servizzi li huma offruti b'mod konġunt minn żewġ fornituri ta' servizzi ta' pagament u li jkunu mitluba b'mod konġunt minn żewġ konsumaturi, u b'hekk ikunu qed joħolqu benefiċċji ekonomiċi grazzi għall-hekk imsejħa effetti tan-networks; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tikkomunika lill-partijiet interessati kollha l-kriterji għad-definizzjoni min-naħa tal-operaturi tal-metodoloġija li għandha tintuża biex jiġu kkalkulatil-MIFs kollha, li tagħhom, għalhekk, il-Kummissjonigħandha tieħu kont, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ġenwinament indaqs għal kulħadd u biex jiġi żgurat ukoll l-infurzar tar-regoli kollha tal-kompetizzjoni;

30.

Ifakkar lill-Kummissjoni li huwa importanti li wieħed jiffoka fuq it-tariffi u il-prezzijiet, daqs kemm huwa importanti li wieħed jasal għal trasparenza akbar tal-industrija meta wieħed ikun qed jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi ta' pagament u dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala utenti, u b'hekk tiġi mqanqla aktar kompetizzjoni fis-suq;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji Ewropej.


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(3)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0011.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0338.

(6)  ĠU C303E, 13.12.2006, p.110.

(7)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(8)  Id-Direttiva Nru 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(9)  Id-Direttiva Nru 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/61


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni

P6_TA(2008)0261

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni (2007/2287(INI))

2009/C 285 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fis-suq waħdieni (COM(2007)0226)

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istħarriġ tas-settur tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (rapport finali) (COM(2007)0033),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar inkjesta settorjali skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar assigurazzjoni lill-impriżi (rapport finali) (COM(2007)0556),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724), u b’mod partikolari d-dokument ta’ ħidma marbut miegħu mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar inizjattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur (SEC(2007)1520),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat KE għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu stabbilita fit-tieni qari tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-għan li tkun adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li titħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti (3),

wara li kkunsidra riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) — White Paper (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2006 dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tas-servizzi finanzjarji (5),

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0187/2008),

A.

billi l-approvazzjoni taċ-ċittadini favur l-integrazzjoni Ewropea tiddependi mill-vantaġġi konkreti li jieħdu minnha; billi ċ-ċittadini kollha, għalhekk, għandu jkollhom sehem xieraq fit-tgawdija mill-vantaġġi tas-suq intern,

B.

billi l-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur għandhom irwol deċiżiv fir-trażmissjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tal-politika monetarja għas-suq, partikularment għall-konsumaturi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs),

C.

billi skond it-Trattat ta’ Liżbona, il-mudell ekonomiku Ewropew huwa l-ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli;

D.

billi reċentement l-integrazzjoni tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji għamlet progress mgħaġġel fir-rigward ta’ negozji kbar, iżda s-suq internwieħed ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u l-SMEs għadu jista’ jitjieb,

Ġenerali

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Green Paper li tkopri l-banek, l-assigurazzjoni u l-prodotti tal-pensjoni, kif ukoll dwar l-għanijiet tagħha, li huma li toffri vantaġġi konkreti għall-konsumaturi permezz ta’ għażla akbar u prezzijiet aktar baxxi, titjib fil-fiduċja tal-konsumaturi u aktar poteri lilhom;

2.

Jinnota li mhux biss klijenti privati iżda wkoll negozji żgħar u medji jaċċettaw anqas is-servizzi finanzjarji transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa li l-vantaġġi tas-suq finanzjarju intern jibbenefika wkoll in-negozji ż-żgħar; jiġbed l-attenzjoni madanakollu li dan ma jimplikax estensjoni tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur għall-SMEs; Jenfasizza, barra minn hekk, li strateġija komprensiva għall-konsumatur tinkludi numru kbir ta’ miżuri, li waħda minnhom hija l-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur;

3.

Iqis li, min-naħa tad-domanda, il-forniment ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u SMEs se tibqa’ l-biċċa l-kbira kwistjoni lokali, minħabba fatturi lingwistiċi u kulturali u l-preferenza tan-nies għall-kuntatt personali; jirrikonoxxi, fl-istess waqt, l-opportunitajiet ippreżentati bl-iffaċilitar tal-aċċess tas-swieq għall-konsumatur fuq in-naħa tal-offerta; għalhekk lill-konsumaturi u lill-SMEs biex jieħdu vantaġġ tal-benefiċċji li l-kompetizzjoni u l-provvista ta’ servizzi finanzjarji transkonfinali jistgħu joffru;

4.

Jenfasizza li suq intern ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumaturi jista’ jinħoloq biss permezz ta’ miżuri li b’mod bilanċjat jipprovdu ambjent mingħajr riskji kemm għad-domanda u kemm għall-provvistainkluż fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-kumpens; iqis li hu kruċjali li miżuri bħal dawn għandhom jiftħu l-possibilitajiet għal prodotti, servizzi u parteċipanti tas-suq ġodda;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eżaminati u ddefiniti oqsma u mandati nazzjonali favur koperazzjoni fost awtoritajiet ta’ superviżjoni biex jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi għas-superviżjoni ta’ gruppi ta’ operazzjonijiet finanzjarji transkonfinali f’perjodu ta’ żmien qasir; jiffavorixxi kulleġġi ta’ superviżuri li jittrattaw konglomerati finanzjarji multi-ġurisprudenzjali;

Regolamentazzjoni aħjar

6.

Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-għan tagħha biex issegwi biss inizjattivi li b’mod ċar joffru liċ-ċittadini benefiċċji tanġibbli, li huma ġustifikati sewwa permezz ta’ analiżi ddettaljati tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-qligħ u li kienu suġġetti għal studji mmexxija sew dwar l-impatt tagħhom; jaqbel li attività transkonfinali hija kruċjali biex tiżdied il-kompetizzjoni, fatt li ġeneralment joħloq iktar għażla, inqas spejjeż u żvilupp iktar dinamiku;

7.

Jiġbed l-attenzjoni li studju mmexxi sew dwar l-impatt dejjem għandu jinkludi rendikont korrett li jiżgura l-kundizzjonijiet oriġinali tas-suq; jenfasizza li l-evalwazzjoni tal-integrazzjoni u l-kompetitività ta’ suq u l-impatt ta’ inizjattiva għandhom jiġu evalwati mhux biss permezz ta’ indikatur wieħed waħdu iżda abbażi tal-akbar numru possibbli ta’ valuri ta’ kejl; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis mhux biss il-prezz u l-varjetà ta’ offerta tas-suq iżda wkoll il-kwalità tas-servizzi u l-kuntest soċjali u kulturali;

8.

Jiġbed l-attenzjoni li l-approċċi leġiżlattivi li bħalissa huma disponibbli mmiraw li jkun hemm armonizzazzjoni sħiħa, li jfisser armonizzazzjoni sħiħa ta’ dawk l-elementi ewlenin li huma meqjusa meħtieġa, huma l-approċċi xierqa għall-iżvilupp ta’ negozju transkonfinali u għall-protezzjoni tal-konsumatur u għalhekk l-integrazzjoni tas-suq tal-konsumaturi; iqis li fil-każ ta’ aspetti li l-armonizzazzjoni tagħhom ma tkunx fattibbli, għandu japplika r-rikonoxximent reċiproku rigward regoli nazzjonali differenti;

9.

Jinsab konxju li l-alternattiva tat-28 reġim, bħall-Qafas Komuni ta’ Referenza, ġie identifikat bħala approċċ possibbli ġdid għar-regolamentazzjoni Ewropea, li jippermetti lill-utenti transkonfinali aċċess għall-prodotti finanzjarji pan-Ewropej bi standard għoli b’mod ugwali għall-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq limitu ta’ żmien sabiex issir investigazzjoni ddettaljata dwar jekk it-28 reġim jistax ikun fattibbli, fil-każ ta’ talba min-naħa tal-industrija tas-servizzi finanzjarji jew mill-konsumaturi u jekk f’dak il-każ tistax tipproduċi riżultati pożittivi; jenfasizza li t-28 reġim bl-ebda mod ma għandu jostakola s-servizzi u l-prodotti l-ġodda;

10.

Mhux konvint dwar l-idea ta’ standardizzazzjoni tal-prodotti permezz tal-leġiżlazzjoni, minħabba li dan jimmina l-għan ta’ diversità akbar tal-prodotti; iqis li biex titjieb il-kompatibilità ta’ prodotti finanzjarji li jikkompetu ma’ xulxin, l-uniku pass ’il quddiem huwa l-armonizzazzjoni legali pereżempju ta’ informazzjoni jew ta’ ħtiġijiet prudenzjali;

11.

Iqis li f’ċertu każijiet, l-awtoregolazzjoni tal-industrija tas-servizzi finanzjarji tista’ tkun effettiva; jenfasizza li b’mod partikolari f’dawn il-każijiet speċifiċi, l-awtoregolazzjoni għandha tkun inkoraġġita u l-implimentazzjoni tagħha għandha tkun immoniterjata sew; jitlob lill-industrija tas-servizzi finanzjarji biex taħdem kostantement favur l-għanijiet tal-Green Paper permezz ta’ awtoregolazzjoni u b’hekk tonqos il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni;

12.

Jirrimarka li fil-kummerċjalizzazzjoni tat-tfaddil u tal-pensjonijiet tax-xjuħija trid tiġi applikata responsabilità ta’ attenzjoni partikulari, minħabba li d-deċiżjonijiet li jieħdu l-konsumaturi f’dan il-qasam normalment ikunu deċiżjonijiet ta’ importanza kbira għalihom;

Għażla akbar u prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi u l-SMEs

13.

Jenfasizza li, għall-ħolqien ta’ suq intern tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u l-SMEs, il-ħolqien ta’ kompetizzjoni madwar il-Komunità u l-forniment ta’ servizzi finanzjarji transkonfinali huma fost ir-rekwiżit fundamentali; jiġbed l-attenzjoni li prezzijiet aktar baxxi, iżjed għażla u kwalità aħjar prinċipalment jirriżultaw minn kompetizzjoni b’saħħitha bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji; jenfasizza li d-direttivi dwar is-servizzi finanzjarji favur l-SMEs se jkollhom benefiċċji biss jekk ikun hemm kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi;

14.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-industrija biex tinħoloq Zona Euro Unika ta’ Pagamenti, iżda jenfasizza li sistema bħal din għandha twassal għal iżjed trasparenza, speċjalment fir-rigward tal-miżati tal-iskambju (interchange fees);

15.

Ifakkar lill-Kummissjoni li kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji hija garantita billi jkun hemm numru kbir ta’ parteċipanti fis-suq li jikkompetu b’kundizzjonijiet ugwali u informazzjoni kostanti relatata mal-konsumatur; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tas-servizzi finanzjarji, li fiha jistqarr li l-istruttura pluralistika tas-suq bankarju tal-UE, fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jista’ jkollhom forom legali differenti skond l-għanijiet differenti tagħhom tan-negozju, hija vantaġġ kbir għall-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew; għall-konsumatur u għall-istabbilità tas-swieq finanzjarji;

16.

Jinnota l-irwol importanti li għandhom l-assiguraturi reċiproċi fis-suq tal-assigurazzjoni tal-UE, b’68 % ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni u 25 % tas-sehem fis-suq, li jaqdu iżjed minn 230 miljun ċittadin Ewropew; jenfasizza li l-għodod attwali tal-iżvilupp tan-negozju fis-suq intern m’humiex kompatibbli mal-istruttura korporattiva reċiproka;

17.

Jirrimarka li statut għal soċjetà reċiproka Ewropea għandha tippermetti lill-assiguraturi reċiproċi li jaħdmu bl-istess kundizzjonijiet bħall-intrapriżi tal-assigurazzjoni l-oħrajn, b’mod partikulari f’sitwazzjoni transkonfinali, u b’hekk tiżdied l-offerta tal-prodotti tal-assigurazzjoni; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet reċiproċi, minħabba t-tmexxija tagħhom li tinvolvi b’mod dirett lill-konsumaturi, jikkontribbwixxu għal żieda fil-kunfidenza ġenerali tal-konsumatur fis-swieq finanzjarji tal-UE; jemmen bil-qawwa li l-fasla parteċipattiva tat-tmexxija f’organizzazzjonijiet reċiproċi għandha l-ħila żżid l-għarfien tal-konsumaturi tas-swieq finanzjarji u l-parteċipazzjoni tagħhom fihom;

18.

Jinnota li kompetizzjoni vera u ġusta tista’ tinħoloq biss meta jkun hemm kundizzjonijiet ġusti u l-istess; jikkonkludi li kull leġiżlazzjoni għandha ssegwi l-prinċipju ta’ “i-istess negozji, l-istess riskji, l-istess regoli”; ifakkar, madankollu, li fis-settur tas-servizzi finanzjarj, id-disinn tal-prodotti huwa partikolarment influwenzat mill-ambjent regolatorju u approċċ fejn “qies wieħed jiġi lil kulħadd” jaffettwa d-diversità tal-prodott b’mod negattiv; jenfasizza għalhekk l-importanza li jsir divrenzjar skond it-tip ta’ prodott; Jinsab konvint madanakollu li hemm bżonn ta’ trasparenza komparabbli u rekwiżiti ta’ żvelar għall-prodotti ta’ investiment li qed jikkompetu ma’ xulxin, b’mod partikolari fil-punt tal-bejgħ; jiddispjaċih li s’issa l-kwistjoni ta’ prodotti finanzjari komplessi ma ġietx indirizzata kif suppost; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza inkonsistenzi mhux ġustifikati u nuqqasijiet oħra tal-qafas regolatorju kkonċernat;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti regolatorji fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-organizzazzjoni ta’ prodotti għall-konsumatur komparabbli u t-tagħrif dwarhom; barra minn hekk huwa tal-fehma li proposti bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji, bħal m’huma dawk ta’ “l-aħjar parir” u “kun af il-klijent tiegħek”;

20.

Jiddispjaċih li fornituri transkonfinali tas-servizzi finanzjarji ikollhom spejjeż kbar u jbatu minn inċertezza legali bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet legali differenti u prattika differenti tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll; jitlob lill-Kumitati Lamfalussy biex isaħħu l-ħidma tagħhom għall-istabbiliment ta’ standards uniformi tal-UE; jiffavorixxi, b’mod partikolari, qbil fuq formoli sempliċi u prattiċi standardizzati għall-proċeduri ta’ rappurtar u ta’ awtorizzazzjoni;

21.

Iqis, li l-iżvilupp ta’ servizzi tal-Internet jibdel il-prospetti għas-swieq finanzjarji tal-UE u jippreżenta opportunità biex inkunu minn ta’ quddiem fl-iżvilupp tas-servizzi għall-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu aktar l-e-commerce u l-firma elettronika; jitlob ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevalwaw jekk id-direttiva dwar il-ħasil tal-flus (7) hiex qiegħda tostakola l-forniment tas-servizzi minn distanza u kif din is-sitwazzjoni tista’ tiġi rranġata;

22.

Jirrikonoxxi l-importanza kbira ta’ intermedjarji tas-servizzi finanzjarji (aġenti u brokers), fil-forniment tas-servizzi finanzjarji minn Stati Membri oħra lill-konsumaturi u lill-SMEs; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura qafas li jsaħħaħ dan is-settur industrijali; Jerġa’ jtenni li kwalunkwe qafas għal dan is-settur għandu jimxi mal-prinċipju “l-istess negozju, l-istess riskji, l-istess regoli”, filwaqt li jkun evitat l-aproċċ mhux adattat sew ta’ “qies wieħed jiġi lil kulħadd”; jenfasizzali kwalunkwe dispożizzjoni għal intermedjarji għandha tiżgura ċertezza legali għall-aġenti u brokers, kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi, pereżempju minn prattiki ta’ bejgħ dubbjużi; jenfasizza barra minn hekk li għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli dwar it-taħriġ ta’ intermedjarji tas-servizzi finanzjarji u tar-reklamar u tal-konsulenza tal-bejgħ;

23.

Ifakkar fl-importanza tal-edukazzjoni finanzjarja li qed tiżviluppa bħala kumpliment għall-protezzjoni adegwata tal-konsumatur; jitlob lill-Istati Membri u lill-partijiet kollha interessati sabiex jieħdu u jikkoordinaw miżuri sabiex iżidu l-litteriżmu finanzjarju fost iċ-ċittadini — inkluż fost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-impjegati u l-irtirati — bi l-għan li l-konsumatur ikollu aktar poter u jkun aktar edukat sabiex ikun jista’ jfittex prodotti u servizzi aħjar, orħos u li jkunu tajbin għalih, tittejjeb il-kompetizzjoni, il-kwalità u l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija u jinbnew organizzazzjonijiet ta’ konsumaturi litterati fil-qasam finanzjarju li jservu ta’ kontrapiż għall-irwol tan-negozju fil-proċess ta’ preparazzjoni tar-regolament; ifakkar li ċittadini li huma konfidenti fl-investiment jistgħu jipprovdu likwidità addizzjonali għas-swieq kapitali;

24.

Ifakkar li differenzi fil-liġi dwar it-taxxi huma waħda mill-ostakli għas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; ifakkar lill-Istati Membri fir-responsabilità kbira tagħhom f’dan is-settur;

25.

Jitgħallem minn ċertu eżempji ta’ taqlib bankarju li ġara dan l-aħħar, bħall-każijiet li involvew Northern Rock, IKB, Sachsen LB u Societe Generali, u jirrikonoxxi li s-sistemi ta’ remunerazzjoni fil-banek għandhom jingħataw forma ġdida fuq il-bażi ta’ linji gwida minn awtoritajiet superviżorji sabiex jiġu miġġielda b’aktar effiċjenza fenomini ta’ periklu morali u jiġi msaħħaħ l-irwol tas-sistemi prudenti ta’ ġestjoni ta’ riskju;

Banek

26.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li isitituzzjonijiet ta’ kreditu u intermedjarji ta’ dejta dwar kreditu jkollhom aċċess transkonfinali mingħajr diskriminazzjoni għar-reġistri ta’ dejta dwar kreditu u dwar frodi; iħeġġeġ lill-banek biex jużaw l-informazzjoni dwar dejta ta’ kreditu disponibbli, speċjalment sabiex tkun iffaċilitata l-mobilità tal-klijenti, li tħeġġeġ kompetizzjoni tajba; madankollu, jenfasizza li fl-istess ħin għandha tiġi garantita protezzjoni tajba ħafna tad-dejta tal-konsumatur kif ukoll ikun garantit id-dritt tal-konsumatur li jispezzjona u, jekk ikun neċessarju, jikkoreġi d-dejta personali tiegħu;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiċċara l-istejtus legali u l-qafas superviżorju tal-fornituri tal-kreditu lill-konsumaturi mhux bankarji bħal dawk li huma aċċessibbli biss permezz tal-Internet u/jew permezz ta’ messaġġ testwali;

28.

Jenfasizza l-importanza ta’ dejta affidabbli għall-għoti ta’ self bankarju, li għandu jkun disponibbli fuq il-bażi ta’ kriterji ġusti u trasparenti;

Assigurazzjoni

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-koperazzjoni fl-industrija tal-assigurazzjoni fil-promozzjoni tal-aċċess għas-suq; jitlob lill-Kummissjoni biex testendi r-Regolament (KE) Nru 358/2003 għal wara l-2010;

30.

Iqis t-tneħħija tar-rekwiżit li għabdi jinħatar rappreżentant fiskali meta jibdew attivitajiet fi Stat Membru ieħor għandu jkun possibbli biss jekk ikun hemm il-qafas legali li jiddefinixxi l-kompetenzi superviżorji u r-responsabilitajiet ta’ operazzjonijiet transkonfinali;

31.

Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li teżamina d-dispożizzjonijiet kollha nazzjonali obbligatorji ta’ interess ġenerali għall-konformità tagħhom mal-liġi Komunitarja;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli il-ħidma tagħha fuq Statut għas-soċjeta reċiproka Ewropea billi tagħti bidu għal studju ta’ fattibilità għal dak il-proġett leġiżlattiv;

Titjib fil-fiduċja tal-konsumatur u aktar poteri f’idejn il-konsumatur

33.

Jenfasizza li, filwaqt li jitlob li l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur timmira dejjem għal standards ta’ ħarsien għall-konsumatur għolja ħafna, l-operaturi tas-suq kollha — inklużi l-konsumaturi/investituri — jeħtieġ li jkunu kompletament konxji tal-prinċipju bażiku tas-suq finanzjarju li kwalunkwe opportunità ta’ profitti ogħla hija riflessa minn riskju ogħla, u dak ir-riskju huwa element indispensabbli ta’ kwalunkwe suq finanzjarju funzjonali; jisħaq ukoll fuq il-punt li għandu jsir sforz li jintlaħaq kompromess tajjeb bejn l-ogħla livell ta’ ħarsien għall-konsumatur u l-iffunzjonar perfett tal-mekkaniżmi tas-suq intern; hu tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi inizjattivi nazzjonali li jwasslu fehim finanzjarju ħalli tassigura komprensjoni eżatta tal-prinċipju ta’ riskju-redditu kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-istrumenti finanzjarji;

34.

Jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm id-domanda għall-finanzi atl-konsumatur illum primarjament hija waħda domestika, l-operazzjonijiet bankarji permezz tal-Internet u b’mezzi elettroniċi (e-banking) saru strumenti ewlenin għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu f’attivitajiet finanzjarji ta’ natura transkonfinali għall-konsumatur; għalhekk, jistieden lil dawk kollha interessati biex jippromwovu l-iżvilupp ta’ servizzi bħal dawn, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw is-sigurtà tal-korrispondenza elettronika, b’mod partikulari fir-rigward tal-konsumaturi;

35.

Jisħaq, madankollu, li l-konsumaturi li m’għandhomx aċċess għal dawn it-teknoloġiji jew li għandhom diffikultà biex jużawhom, per eżempju minħabba l-età tagħhom, m’għandhomx jintesew;

36.

Huwa tal-fehma li s-simplifikazzjoni tar-regoli tas-servizzi finanzjarji u t-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità tal-konsumatur m’għandhomx iwasslu biex fl-Istati Membri jitbaxxew l-istandards għall-ħarsien tal-konsumatur;

37.

Jieħu nota tar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 b’mod partikulari r-rakkomandazzjoni li fiha għall-ħolqien ta’ “linja baġitarja Ewropea li tiffinanzja kompetenza fis-suq finanzjarju fl-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-SMEs”;

38.

Jaqbel li konsumaturi li jixtiequ jibdlu l-fornitur tas-servizzi finanzjarji għandhom ikunu fil-libertà li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin, suġġett biss għall-inqas xkiel legali u spejjeż, u li klawsoli kuntrattwali li jirregolaw dan it-tip ta’ bidla tal-fornitur għandhom jiġu mfassla f’lingwaġġ trasparenti u li jinftiehem malajr u għandu jitpoġġa għall-attenzjoni tal-konsumaturi b’mod espliċitu;

39.

Jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni li tgħolli l-livell tal-fehim finanzjarju u jirrealizza li hem mil-ħtieġa ta’ tagħrif biex tagħmel dan, iżda fl-istess ħin jagħraf it-tensjoni bejn il-prevenzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ tagħrif żejjed u sitwazzjoni fejn il-konsumaturi jingħataw tagħrif suffiċjenti; jiffavorixxi l-kwalità fuq il-kwantità; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistieden lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex jiddeterminaw liema informazzjoni huma jqisu bħala essenzjali biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel l-għażla t-tajba; jenfasizza li għandha ssir distinzjoni ċara bejn informazzjoni u parir;

40.

Jenfasizza li l-konsumaturi jeħtieġu l-kunfidenza u għarfien xieraq biex jagħmlu l-għażla ta’ prodott finanzjarju tajjeb; ikompli jenfasizza li għalhekk hemm bżonn ta’ sforzi koordinati fil-livell nazzjonali u fil-livell Ewropew sabiex jittejbu l-livelli tal-fehim finanzjarju fl-Istati Membri kollha;

41.

Jitlob li l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) barra mill-qorti biex jiġu solvuti tilwimiet fuq kwistjonijiet ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi “l-aħjar prattiki” fl-ADR;

42.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu fil-konsumaturi l-għarfien u l-konoxxenza tan-network ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim finanzjarju ta’ skemi nazzjonali ta’ ilmenti barra mill-qrati fil-pajjiżi taż-Țona Ekonomika Ewropea (FIN-NET); jenfasizzaa li l-FIN-NET għandu jkollu rwol ewlieni fl-Istati Membri kollha fil-koordinazzjoni tal-informazzjoni għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-mekkaniżmi ta’ rimedju u ta’ ADR, b’mod partikulari fir-rigward tas-servizzi finanzjarji transkonfinali;

43.

Ifakkar fil-fatt li litigazzjoni konvenzjonali fil-qorti se tibqa’ mekkaniżmu importanti għas-soluzzjoni tat-tilwim; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-effett li għandu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fuq servizzi finanzjarji transkonfinali għall-konsumatur (8);

44.

Jappoġġja l-fatt li għandha tinstab soluzzjoni koerenti fuq livell Ewropew li tkun tipprovdi lill-konsumaturi aċċess għal forom ġodda bilanċjati ta’ rimedju kollettiv għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti transkonfinali li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti finanzjarji għall-konsumatur; jissuġġerixxi li jiġi evalwat l-impatt ta’ sistemi stabbiliti reċentement fil-livell nazzjonali;

45.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għas-servizzi finanzjarji għall-partijiet interessati kollha; għalhekk iħeġġeġ lill-fornituri tas-servizz finanzjarji sabiex lill-konsumaturi li jesprimu interess joffrulhom għall-inqas kont b’sistema giro ibbażat fuq il-kreditu.

*

* *

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat ta’ Superviżuri Bankarji Ewropej, lill-Kumitat ta’ Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet Ewropej u l-Kumitat ta’ Regolaturi tat-Titoli Ewropej.


(1)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0011.

(3)  Test adottati, P6_TA(2007)0615.

(4)  Testi Adottati P6_TA(2007)0338.

(5)  ĠU C 303E, 13.12.2006, p. 110.

(6)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(7)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p.15).

(8)  (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.).


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/67


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Il-mard rewmatiku

P6_TA(2008)0262

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mard rewmatiku

2009/C 285 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

peress li l-mard rewmatiku huwa lment kroniku li joħloq uġigħ, tbatija u disabilità,

B.

billi 30 % sa 40 % tan-nies isofru minn sintomi tal-iskeletru u l-muskoli, u billi tali sintomi jaffettwaw aktar minn 100 miljun persuna fl-Ewropa,

C.

billi l-mard rewmatiku huwa l-kawűża prinċipali tad-disabilità u tal-irtirar qabel iűż-űżmien fost il-ħaddiema,

D.

billi huwa stmat li persuni 'l fuq minn 65 sena se jakkontaw għal kwart tal-popolazzjoni Ewropea sas-sena 2030, u billi l-maġġoranza tal-persuni fuq is-70 sena għandhom sintomi rewmatiċi kroniċi jew rikorrenti,

E.

billi l-adozzjoni ta' politiki soċjali u tas-saħħa bbażati fuq analiżi tal-bżonnijiet ta' dawk li jsofru minn mard rewmatiku għandhom inaqqsu l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali assoċjati ma' dan il-mard (1 sa 5 % tal-Prodott Gross Domestiku f'pajjiżi żviluppati),

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex:

jagħtu aktar importanza lill-mard rewmatiku fl-istrateġija Komunitarja ġdida dwar is-saħħa, peress li jġibu magħhom spejjeż soċjali u ekonomiċi għolja;

jinkoraġġixxu lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jippromwovu l-implimentazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-mard rewmatiku;

jiżviluppaw strateġija Komunitarja dwar il-mard rewmatiku u jħejju rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar id-djanjożi minn kmieni u t-trattament tal-mard rewmatiku;

jiżviluppaw strateġija biex itejbu l-aċċess għal informazzjoni u trattament mediku;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

List ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Maria Badia i Cutchet, Enrique Barón Crespo, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Slavi Binev, Šarūnas Birutis, Jana Bobošíková, Herbert Bösch, Vito Bonsignore, Josep Borrell Fontelles, Victor Boștinaru, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, John Bowis, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Danutė Budreikaitė, Udo Bullmann, Nicodim Bulzesc, Ieke van den Burg, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Milan Cabrnoch, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Carlos Carnero González, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Françoise Castex, Pilar del Castillo Vera, Giusto Catania, Alejandro Cercas, Giulietto Chiesa, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Thierry Cornillet, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Corina Crețu, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoș Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Nirj Deva, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Koenraad Dillen, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Brigitte Douay, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Göran Färm, Carlo Fatuzzo, Claudio Fava, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Fernando Fernández Martín, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Ingo Friedrich, Sorin Frunzăverde, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Jean-Paul Gauzès, Evelyne Gebhardt, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Roland Gewalt, Claire Gibault, Neena Gill, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Vasco Graça Moura, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Cristina Gutiérrez-Cortines, Catherine Guy-Quint, David Hammerstein, Małgorzata Handzlik, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Gyula Hegyi, Jeanine Hennis-Plasschaert, Edit Herczog, Mary Honeyball, Richard Howitt, Alain Hutchinson, Iliana Malinova Iotova, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Rumiana Jeleva, Karin Jöns, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Ioannis Kasoulides, Piia-Noora Kauppi, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Dieter-Lebrecht Koch, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Helmut Kuhne, Sepp Kusstatscher, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Johannes Lebech, Roselyne Lefrançois, Lasse Lehtinen, Bogusław Liberadzki, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Erika Mann, Diamanto Manolakou, Marian-Jean Marinescu, Sérgio Marques, David Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Ángel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Marios Matsakis, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Juan Andrés Naranjo Escobar, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, James Nicholson, Angelika Niebler, Raimon Obiols i Germà, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Athanasios Pafilis, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Ioan Mircea Pașcu, Aldo Patriciello, Béatrice Patrie, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, Willi Piecyk, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Bernard Poignant, Adriana Poli Bortone, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Miguel Portas, Bernd Posselt, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Luís Queiró, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Vladimír Remek, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Giovanni Rivera, Michel Rocard, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Dagmar Roth-Behrendt, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Pál Schmitt, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Peter Skinner, Nina Škottová, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Ulrich Stockmann, Theodor Dumitru Stolojan, Daniel Strož, Margie Sudre, László Surján, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Georgios Toussas, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Evangelia Tzampazi, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ioannis Varvitsiotis, Yannick Vaugrenard, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Sahra Wagenknecht, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Luis Yáñez-Barnuevo García, Anna Záborská, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Gabriele Zimmer, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


Parlament Ewropew

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008

26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/69


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer Eġej minuri *

P6_TA(2008)0241

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolamenttal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċigħall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer Eġej minuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (COM(2008)0168 — C6-0175/2008 — 2008/0065(CNS))

2009/C 285 E/12

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0168),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0175/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0170/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikun biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjonib’mod sostanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/70


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008

P6_TA(2008)0242

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni u Taqsima VI — Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (9903/2008 — C6-0206/2008 — 2008/2095(BUD))

2009/C 285 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod definittiv fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-14 ta' April 2008 (COM(2008)0201),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2008, imħejji mill-Kunsill fis-26 ta' Mejju 2008 (9903/2008 — C6-0206/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0204/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

l-ibbaġitjar tad-dħul dovut mill-każ tal-Microsoft (il-multa u l-interessi, total ta' EUR 849 200 000),

l-ibbaġitjar tat-tifdil li ġie miż-żieda anqas mill-estimi għas-salarji u l-pensjonijiet tal-uffiċjali fl-2007,

it-tisħiħ tal-fond tal-emerġenza għal miżuri veterinarji minħabba l-kriżi tal-marda tal-ilsien ikħal (bluetongue) b'EUR 130 000 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn, u b'EUR 63 950 000 f'approprijazzjonijiet ta' ħlas,

il-ħolqien ta' punti baġitarji biex ikunu akkomodati s-sussidji għal erba' Intrapriżi Konġunti: l-Inizjattiva għal Mediċini Innovattivi (IMI), is-Sema Nadif (Clean Sky), l-ARTEMIS (l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta għal Sistemi tal-Kompjuters Inkorporati) u l-ENIAC (il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tan-Nanoelettronika),

il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE b'total ta' EUR 98 000 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas marbuta man-nirien tal-foresti fil-Greċja f'Awissu 2007 u l-għargħar fis-Slovenja f'Settembru 2007,

il-modifika għall-pjan ta' stabiliment tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi, jiġifieri l-grad ta' AD 13 jogħla għal grad ta' AD 14,

il-modifiki għall-pjan ta' stabiliment tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

B.

billi l-iskop tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2008,

C.

billi l-Kunsill fl-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008 inkluda t-tifdil li sar mis-salarji u l-pensjonijiet u l-iffinanzjar ta' dak li hu magħruf bħala l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-Microsoft,

1.

Ifakkar li l-approprijazzjonijiet għall-Intrapriżi Konġunti jitħallsu mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

2.

Jiġbed l-attenzjoni li l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-Microsoft huwa ffinanzjat mit-tifdil li sar mis-salarji u l-pensjonijiet fl-Intestatura 5;

3.

Jiddispjaċh li l-Kunsill bla mistenni naqqas il-linja baġitarja 26 02 01, u b'hekk daħħal element ġdid, bla ebda diskussjoni mal-Parlament; jistenna li dan it-tifdil jintuża biex jiġu iffinanzjati l-prijoritajiet tal-Parlament fl-Intestatutra 1a;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-ġejjieni tevita li tinkludi l-finanzjament marbut ma' strumenti bħall-Fond ta' Solidarjetà tal-EU jew il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-abbozzi tal-baġits ta' emenda, flimkien ma' kwistjonijiet oħra, biex ikun evitat kull dewmien fid-deċiżjonijiet u fit-twettiq;

5.

Jadotta bla emendi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2008;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehima kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p.8).


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/71


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda Nru 4/2008

P6_TA(2008)0243

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (9904/2008 — C6-0207/2008 — 2008/2094(BUD))

2009/C 285 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b’mod definittiv fit-13 ta’ Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ April 2008 (COM(2008)0203),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008 mħejji mill-Kunsill fis-26 ta’ Mejju 2008 (9904/2008 — C6-0207/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0203/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4 għall-baġit ġenerali 2008 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit ta’ l-2008 l-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2007, li jammonta għal EUR 1 528 833 290,

B.

billi l-elementi prinċipali ta’ dan il-bilanċ favorevoli huma sopra-reġistrazzjoni fid-dħul ta’ EUR 72 957 868,80 u sotto-eżekuzzjoni fin-nefqa ta’ EUR 1 579 386 212,59 u bilanċ negattiv ta’ l-iskambjumonetarju ta’ -EUR 123 510 791,35,

C.

billi s-sotto-eżekuzzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, meta mqabbla mas-snin ta’ qabel, kompliet tonqos,

D.

billi għall-Intestatura 1, is-sotto-eżekuzzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fl-2007 (4) kienet tammonta għal EUR 648 miljun, għall-Intestatura 2 kienet tammonta għal EUR 361 miljun, għall-Intestatura 3 kienet ta’ EUR 241 miljun, għall-Intestatura 4 kienet ta’ EUR 362 miljun u għall-Intestatura 5 kienet ta’ EUR 903 miljun,

1.

Jieħu nota ta’ l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008 li hu ddedikat unikament għall-preżentazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jadotta mingħajr emendi l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).

(4)  Imsejjes fuq id-differenza bejn l-approprijazzjonijiet ta’ ħlas u l-infiq għas-sena finanzjarja 2007, mingħajr ma jiġu inklużi l-ammonti ta’ implimentazzjoni ta’ dħul u infiq u ta’ trasferiment minn sena għall-oħra ta’ dħul assenjat.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/72


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni *

P6_TA(2008)0244

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni (11231/2007 — C6-0240/2007 — 2007/0809(CNS))

2009/C 285 E/15

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (11231/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1)(a) tat-Trattat tal-UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0240/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0174/2008),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jemenda t-test kif xieraq;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

TEST PROPOST MIR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 1

Artikolu 1

Sabiex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa tittejjeb, għandu jiġi stabbilit netwerk ta’ punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ in-‘netwerk’). Il-Kummissjoni Ewropea, l-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu assoċjati b’mod sħiħ mal-attivitajiet tan-Netwerk.

Sabiex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa tittejjeb, għandu jiġi stabbilit netwerk ta’ punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ in-‘netwerk’). Il-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-OLAF , l-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu assoċjati b’mod sħiħ mal-attivitajiet tan-Netwerk.

Emenda 2

Artikolu 2

In-netwerk għandu jikkonsisti f’awtoritajiet u aġenziji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bil-kompitu tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-membri għandhom jinħatru mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas organizzazzjoni waħda, iżda mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Europol u l-Eurojust jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-Netwerk.

In-netwerk għandu jikkonsisti f’awtoritajiet u aġenziji tal-Istati Membri bil-kompitu tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-membri għandhom jinħatru mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas organizzazzjoni waħda, iżda mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni ta’ l-OLAF għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-OLAF , l-Europol u l-Eurojust għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-netwerk.

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 1, punt 1 a (ġdid)

 

(1a)

għandu kull sena jgħaddi lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew rapport dwar is-sejbiet tiegħu skond l-punt (1), kif ukoll, fejn xieraq, proposti konkreti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

Emenda 4

Artikolu 3, paragrafu 2

2.   Il-membri tan-netwerk għandhom, biex iwettqu l-kompiti tagħhom , jiltaqgħu kemm ikun meħtieġ, iżda tal-inqas darba fis-sena.

2.   Il-membri tan-netwerk għandhom, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, jiltaqgħu tal-inqas darba fis-sena.

Emenda 5

Artikolu 5, paragrafu 1

1.   In-netwerk għandu jorganizza lilu nnifsu, filwaqt li jibni fuq il-kollaborazzjoni informali eżistenti bejn l-EPAC.

1.   In-netwerk għandu jorganizza lilu nnifsu b’mod li jkun immexxi mill-Presidenza tal-Kunsill rilevanti, u jibni fuq il-kollaborazzjoni informali eżistenti bejn l-EPAC.

Emenda 6

Artikolu 5, paragrafu 2

2.   L- Istati Membri u l- Kummissjoni Ewropea għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha tal-membri jew tar-rappreżentanti maħturaminnhom . L-istess regola għandha tapplika għall-Europol u għall-Eurojust.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħallas l-ispejjeż kollha tar-rappreżentanti tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-membri maħtura mill-Istati Membri . L-istess regola għandha tapplika għall-Europol u għall-Eurojust.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/74


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Sistema Komunitarja kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat *

P6_TA(2008)0245

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) (COM(2007)0602 — C6-0454/2007 — 2007/0223(CNS))

2009/C 285 E/16

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0602),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0454/2007),

wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0193/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentament tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

Sabiex ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO dwar in-nondiskriminazzjoni u t-trattament nazzjonali, xejn f'dan ir-regolament m'għandu jwassal għal trattament diskriminatorju fir-rigward ta' miżuri meħuda biex jiġi kkumbattut is-sajd illeċitu, mhux dikjarat u mhux regolamentat (IUU).

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

(3a)

L-ibgħad reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea, deskritti fl-Artikolu 299 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 349 tat-Trattat ta' dwar il-Funzjonament tal-unjoni Ewropea, jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-ġlieda kontra sajd illegali IUU, minħabba l-fraġilità eċċezzjonali ta' l-ekosistemi tagħhom.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 5

(5)

Skond il-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta' sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati, fejn:

1.

Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:

immexxija minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew b'kontravenzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

immexxija minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw b'kontravenzjoni tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli;

bi vjolazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati f'kooperazzjoni ma' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.

2.

Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:

li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, b'kontravenzjoni tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;

imwettqa fiż-żona tal-kompetenza ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, b'kontravenzjoni tal-proċeduri ta' l-irrapportar ta' dik l-organizzazzjoni.

3.

Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:

fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li jitmexxew minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'manjiera inkonsistenti jew li tikkontraveni l-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni;

f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitmexxew b'manjiera inkonsistenti mar-responsabbiltajiet Statali għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali;

(5)

Skond il-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta' sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 13

(13)

L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta' ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.

(13)

L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; Bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva, li jkun żgurat ir-rintraċċjament u li jkun żgurat li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta' ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 14

(14)

Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni;

(14)

Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni u għandha tgħinhom jevitaw ostakli potenzjali mhux tariffarji għall-kummerċ.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a)

L-għajnuna tista' tkun disponibbli, inter alia, fil-forma ta' għajnuna finanzjarja u assistenza teknika kif ukoll bħala programmi ta' taħriġ.

Emenda7

Proposta għal regolament

Premessa 34

(34)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma' Stati terzi hija essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

(34)

Il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma' Stati terzi huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati fil-ġejjieni . Għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 37

(37)

Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta' gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta' l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu s-sostenibbiltà ta' l-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir- Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta' l-ispezzjonar ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta' l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta' sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.

(37)

Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta' gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta' l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu is-sopravivenza tas-sajjieda li jwettqu xogħolhom b'mod legali, s-sostenibbiltà tas-settur u ta' l-istokkijiet ikkonċernati u l-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-qasam ta' l-ispezzjonar ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta' l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta' sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 2

2.

Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.

2.

Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja u skond l-obbligi internazzjonali kemm dawk multilaterali u kif ukoll dawk bilaterali, , biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 — punt -a (ġdid)

 

-a)

is-sajd IUU jfisser sajd ikkunsidrat illegali, mhux dikjarat jew mhux irregolat, fejn:

1.

Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:

imwettqa minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

imwettqa minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw bi ksur tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli, jew

bi ksur tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk meħuda minn Stati f'kooperazzjoni ma' xi RFMO rilevanti.

2.

Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:

li ma jkunux ġew irrappurtati, jew ikunu ġew irrappurtati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, bi ksur tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;

imwettqa fiż-żona ta' kompetenza ta' xi RFMO rilevanti li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, bi ksur tal-proċeduri ta' l-irrapportar ta' dik l-organizzazzjoni.

3.

Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:

fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' xi RFMO rilevanti li jitwettqu minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'mod mhux konsistenti ma' jew li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni.

f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b'mod mhux konsistenti mar-responsabbiltajiet ta' l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 — punt a

a)

“Bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;

a)

“Bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, tar-refriġerazzjoni, ta' l-iffriżar jew ta' l-iproċessar tagħhom abbord jew tat-trasport , inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 — punt h)

h)

“Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni jew arranġament b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, biex jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar għal stokkijiet ta' ħut transżonali jew stokkijiet ta' ħut migratorju ħafna li jkunu fiż-żona ta' baħar internazzjonali li tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;

h)

“Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni jew struttura b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, b'kompetenza biex tistipola miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' l- stokkijiet ta' ħut li jgħixu fiż-żona ta' baħar internazzjonali rilevanti li tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 — paragrafu 1 — punt j

j)

ħa jew żbarka ħut prematur; jew

j)

żbarka ħut prematur jew; jew

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt a

a)

wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom u jkun ta' bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew jew

a)

wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom jew ikun ta' bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni; jew

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 1a (ġdid)

 

1a

L-aċċess għal portijiet ta' l-Istati Membri, il-forniment ta' servizzi portwali, u t-twettiq operazzjonijiet ta' żbark, ta' trasbord jew ta' proċessar abbord f'tali portijiet għandhom jiġu pprojbiti għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu inklużi fil-lista Komunitarja ta' bastimenti tas-sajd IUU skond l-Artikoli 26 u 29.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 2

2.

Ħlief f'każi ta' xi forza maġġuri , l-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, il-provvediment ta' servizzi tal-port, u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan ir-Regolament.

2.

L-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, il-provvediment ta' servizzi tal-port, u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1a, jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan ir-Regolament.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 2a (ġdid)

 

2a

F'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' diffikulta, il-bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 a u 2 jistgħu jidħlu fil-portijiet ta' Stati Membri biex jagħmlu użu mis-servizzi portwali u mill-miżuri li huma strettament meħtieġa sabiex jitrattaw l-emerġenza.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 3

3.

Trasbordi bejn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom isiru biss fil-port , skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.

Fl-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta' trasbord bejn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti ħlief f'dawk il-portijiet identifikati għal dan il-għan, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 4

4.

Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ma jkunux awtorizzati li jittrasbordaw fuq il-baħar ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi barra mill-ilmijiet Komunitarji .

4.

'Lil hinn mill-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta' trasbord fuq il-baħar bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi huma pprojbiti .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 — paragrafu 1

1.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw post biex jintuża għall-iżbarki jew post viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn ikunu permessi żbarki jew operazzjonijiet ta' trasbord ta' ħut imsemmija fil-paragrafu 2.

1.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw portijiet biex jintużaw għall- iżbark jew viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn is-servizzi portwali u l-operazzjonijiet ta' żbark u ta' trasbord ta' ħut imsemmija fil-paragrafu 2 jkunu awtorizzati.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 — paragrafu 1 — parti introduttorja

1.

Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

1.

Ħlief fil-każi ta' forza maġġuri, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 — paragrafu 1 — punt ga (ġdid)

 

ga)

il-kwantitajiet li għandhom jinħattu jew jiġu trasbordati.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 — paragrafu 3

3.

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura istitwita fl-Artikolu 52, tista' teżenta ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jiġġedded, jew tipprevedi perjodu ta' notifika ieħor fejn tikkunsidra, fost oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta' l-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti msemmija huma rreġistrati jew elenkati.

imħassar

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 — paragrafu 4

4.

Permezz ta' deroga għall-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta' verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali.

4.

Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut iffriżat ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta' verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali. L-ispejjeż tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-operatur.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 — paragrafu 4a (ġdid)

 

4a

Jekk il-ħut li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 huwa frisk, dan għandu inbiegħ permezz tal-mezzi regolari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kontroll fuq il-qligħ mill-bejgħ sa l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 — paragrafu 1

1.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 15 % ta' l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta' pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.

1.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 50 % ta' l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta' pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 — paragrafu 2 — punt (d)

d)

il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta' bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29.

d)

il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta' bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29, u li jkunu għadhom ma ġewx inklużi fil-lista tal-Komunità ta' bastimenti tas-sajd ta' l-IUU prevista fl-Artikolu 26 .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 — paragrafu 3a (ġdid)

 

3a

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli u ma' l-objettivi stabbiliti minn qabel mill-Kummissjoni u għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fl-Istati Membri differenti. Kull Stat Membru għandu joħloq il-ġabra ta' data tiegħu, fuq il-bażi ta' kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, li fiha għandhom jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal-bażi ta' data tagħhom, fuq it-talba ta' l-istess Kummissjoni.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Artikolu 10 — Spetturi

1.

L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument ta' l-identità ta' kull wieħed mill-ispetturi. L-ispetturi għandhom iġorru fuqhom u jipproduċu dan id-dokument meta jkunu qegħdin jispezzjonaw bastiment tas-sajd.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jwettqu dmirijiethom skond ir-regoli istitwiti f'din is-sezzjoni.

imħassar

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — paragrafu 1 — parti introduttorja

1.

Jekk spettur ikollu raġuni serja għalfejn għandu jemmen li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:

1.

Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tagħti lill-ispettur raġuni biżżejjed għalfejn għandu jissuspetta li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — paragrafu 1 — punt a

a)

jinnota t-trasgressjoni fir-rapport ta' l-ispezzjoni;

a)

jinnota t-trasgressjoni presunta fir-rapport ta' l-ispezzjoni;

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — paragrafu 1 — punt a a (ġdid)

 

(aa)

iwaqqaf l-operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord;

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 — paragrafu 1

1.

L-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat għandha tkun ipprojbita.

1.

L-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-artikoli 3, għandha tkun ipprojbita.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 18 — paragrafu 4

4.

Kull persuna jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta' l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.

4.

Kull persuna naturali u ġuridika għandu jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta' l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Artikolu 20 — Rijesportazzjoni

1.

Ir-rijesportazzjoni ta' prodotti importati taħt ċertifikat tal-qabda tal-ħut skond dan il-kapitolu tkun awtorizzata bis-saħħa tal-konvalidazzjoni ta' ċertifikat tar-rijesportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn ir-rijesportazzjoni għandha ssir, fuq talba mir-rijesportatur.

2.

Iċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha mitluba fil-forma mehmuża fl-Anness 2 u għandhom ikunu akkumpanjati b'kopja taċ-ċertifikati tal-qabda tal-ħut li jkunu ġew aċċettati għall-importazzjoni tal-prodotti.

3.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-konvalidazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni.

imħassar

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 23 — paragrafu 3 — punt b

b)

tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni bl-annullament , u

b)

tavża lill-Istat tal-bandiera bl-annullament; u

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 23 — paragrafu 4 — punt b

b)

tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni ;

b)

tavża lill-Istat tal-bandiera, u

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 24 — titolu

Artikolu 24 — Attivitajiet ta' sajd allegati bħala IUU

Artikolu 24 — Proċedura għall-kxif ta' attivitajiet ta' sajd IUU

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 24 — paragrafu 1 — parti introduttorja

1.

Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta' sajd IUU:

1.

Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta' sajd IUU, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3:

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 24 — paragrafu 1 — punt b a (ġdid)

 

(ba)

Informazzjoni dwar sanzjonijiet u multi imposti fuq bastimenti IUU.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 25 — titolu

Artikolu 25 — Attivitajiet tas-sajd presunti bħala IUU

Artikolu 25 — Investigazzjoni dwar l-attivitajie t ta' sajd IUU

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 25 — paragrafu 2 — punt -a (ġdid)

 

-a)

tipprovdi l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar l-allegati attivitajiet ta' sajd IUU, u stqarrija dettaljata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' bastimenti tas-sajd IUU fil-lista tal-Komunità;

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 26 — paragrafu 1

1.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma' l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta' sajd IUU u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

1.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma' l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta' sajd IUU bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3, u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 26 — paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a

Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat tal-bandiera bl-inklużjoni ta' bastiment fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u għandha tinnotifikah fid-dettall bir-raġunijiet għall-inklużjoni ta' dak il-bastiment fil-lista.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 26 — paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.

Meta sid ikollu bastiment imnizzel fil-lista Komunitarja ta' bastimenti IUU, il-bastimenti kollha li jippossjedi ssirilhom ispezzjoni bir-reqqa.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 28 — paragrafu 1 — punt h

h)

id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta' Bastimenti IUU;

(h)

id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta' Bastimenti IUU tal-Komunità u, jekk applikabbli, id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-lista tal-bastimenti IUU ta' RFMO waħda jew aktar;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 28 — paragrafu 1 — punt i a (ġdid)

 

(ia)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment konċernat.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 28 — paragrafu 2

2.

Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.

2.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-bastimenti IUU tal-Komunità fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 30 — paragrafu 1

1.

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' sajd IUU.

1.

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' sajd IUU, fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u oġġettivi.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 30 — paragrafu 6 — punt b a (ġdid)

 

(ba)

jekk l-Istat konċernat qatt kienx is-suġġett ta' miżuri kummerċjali ristrettivi fir-rigward ta' prodotti tas-sajd adottati minn RFMO;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 30 — paragrafu 7

7.

Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta' l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

7.

Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta' l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tippubblika analiżi dwar l-impatt probabbli tiegħu fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u tippubblika proposta għall-iffinanzjar ta' programmi speċifiċi biex tappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu u telimina l-impatti negattivi possibbli.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal -lista ta' Stati li ma jikkooperawx , b'manjiera konsistenti ma' kull rekwiżit applikabbli dwar ir-riżervatezza , inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta' notifika ta' l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-Istati li ma jikkooperawx fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità ta' din il-lista ta' Stati li ma jikkooperawx, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd b'mod konsistenti ma' kull rekwiżit applikabbli għall-kunfidenzjalità . Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta' notifika ta' l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 36 — punt h a (ġdid)

 

(ha)

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jħallu l-esportazzjoni ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li jkun fuq il-lista ta' IUU;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 36 — punt j a (ġdid)

 

(ja)

L-Istati Membri m' għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jagħtu appoġġ jew sussidji lil bastimenti IUU.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 37 — punt h)

h)

l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta' tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta' operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma' attivitajiet ta' sajd ma' ċittadini minn dawn l-Istati;

h)

Kull Stat membru għandu jinforma lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta' tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn ibbażati fit-territorju tiegħu , bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta' operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma' attivitajiet ta' sajd ma' ċittadini minn dawn l-Istati;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 37 — punt i

i)

Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' dawn l-Istati;

i)

il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' l-Istati li ma jikkoperawx fejn it-test tal-ftehima kkonċernata jinkludi impenji fir-rigward tal-ġlieda kontra sajd IUU ;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 41 — punt a

a)

l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;

a)

l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jidhru fil-lista li hemm fl-Anness (…) dwar ksur serju ;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 43 — paragrafu 1

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja tkun ippenalizzata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li jkunu jinkludu multi ta' massimu ta' mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta' mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja jkunu sottoposti għal sanzjonijiet amministrattiva effikaċji, proporzjonati u dissważivi, fil-forma ta' multi ta' massimu ta' mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta' mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 43 — paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu li jimponu sanzjonijiet penali kemm-il darba l-ammont ta' sanzjonjiet bħal dawn ikun għallinqas ekwivalenti għal dak tas-sanzjonijiet amministrattivi.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

 

Artikolu 45a.

Sanzjonijiet oħrajn

Is-sanzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħrajn, b'mod partikolari:

a)

projbizzjoni temporanja għal matul ta' l-anqas il-perjodu ta' programmazzjoni, jew projbizzjoni permanenti;

b)

ir-rimbors ta' għajnuna pubblika jew sussidji li jkunu rċevew bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju rilevanti.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 53 — paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.

Matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru kontrolli kull sitt xhur sabiex jiġi stabbilit l-istat ta' tħejjija ta' l-Istati Membri ħalli jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tiegħu; f'każ li jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri jintalbu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa .

Emenda 65

Proposta għal regolament

Anness II

 

Anness imħassar.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/90


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli *

P6_TA(2008)0246

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (COM(2007)0605 — C6-0453/2007 — 2007/0224(CNS))

2009/C 285 E/17

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0605),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0453/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0183/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 10

(10)

L-identifikazzjoni ta' ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f'żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f'dan ir-rigward hija relattivament limitata. Limitu ta' fond għall-użu tal-irkaptu tal-qiegħ jipprovdi konfini prekawzjonali protetta għall-qroll u l-isponoż tal-baħar fond fi ħdan il-kolonna ta' l-ilma. Fond ta' 1 000 m jirrappreżenta għażla raġonevoli li tipprovdi livell xieraq ta' protezzjoni u li hu fl-istess ħin kompatibbli mat-tkomplija tas-sajd tal-qiegħ għall-ispeċi tal-qiegħ misjuba ġeneralment f'fond aktar qasir bħall-marlozz u l-klamar. Din ir-restrizzjoni tal-fond hija kompatibbli wkoll ma' l-iżvilupp progressiv, taħt dan ir-regolament, ta' miżuri bbażati fuq iż-żona biex jiġu mħarsa bis-sħiħ is-siti fejn hu magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli.

(10)

L-identifikazzjoni ta' ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f'żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f'dan ir-rigward hija relattivament limitata.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Dan ir–regolament jagħti każ tad-direttivi internazzjonali dwar il-ġestjoni tas-sajd tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-ikel u l-agrikultura (FAO). Każijiet ta' dubju dwar l-interpretazzjoni ta' dan ir-regolament, għandhom jiġi interpretati fid-dawl tad-direttivi tal-FAO.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 — paragrafu 1

1.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b'irkaptu tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali.

1.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b'irkaptu tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali meta dan l-irkaptu jkun f'kuntatt mal-qiegħ tal-baħar waqt it-twettiq abitwali tal-attivitajiet tas-sajd.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a)

(a)

taħt ir-responsabbiltà ta' organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li jirregola tali attivitajiet tas-sajd;

(a)

taħt ir-responsabbiltà ta' organizzazzjoni regjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza ġuridika li tirregola tali attivitajiet tas-sajd;

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 — punt (b)

b)

”ekosistema tal-baħar vulnerabbli” tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u l-funzjoni speċifika tagħha x'aktarx ikunu, skond l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli u l-prinċipju prekawzjonali, soġġetti li jiġu kompromessi mill-istress permezz tal-kuntatt fiżiku mal-irkaptu tal-qiegħ waqt attivitajiet tas-sajd, inklużi inter alia skollijiet, muntanji tal-baħar, bokok idrotermali, qroll tal-baħar kiesaħ jew qigħan ta' sponoż tal-baħar kiesaħ ;

b)

”ekosistema tal-baħar vulnerabbli” tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u /jew il-funzjonijiet speċifiċi tagħha x'aktarx ikunu kompromessi mill-azzjoni ta' kwalunkwe aġent estern, ;

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 2, punt (c)

(c)

”irkaptu tal-qiegħ” ifisser xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.

(c)

”irkaptu tal-qiegħ” ifisser it-tgħamir tas-sajd użat għas-sajd tal-qiegħ u li jmiss mal-qiegħ bħal xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 1 — punt (b)

(b)

l-ispeċi mmirati;

(b)

l-ispeċi mmirati u l-ispeċijiet li jistgħu jinqabdu fil-qbid sekondarju;

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 1 — punt (c)

(c)

il-fond li fih ikun se jintuża l-irkaptu, u

(c)

l-irkapru użat u l-fond li fih se jintuża ;

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 1 — punt (d)

(d)

il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta' qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet.

(d)

il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta' qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet f'dawk il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li l-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera tiegħu ikun għad m'għandhomx dan it-tagħrif ;

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (da) (ġdid)

 

(da)

kemm se jdumu l-attivitajiet.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — Paragrafu 2

2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta' l-impatti potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli.

2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta' l-impatti potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. It-tul tal-permss tas-sajd speċjali m'għandux ikun itwal minn dak tal-pjan tas-sajd.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 — paragrafu 4

4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. F'każ ta' dubju dwar jekk l-impatti ħżiena humiex sinifikanti jew le, huma għandhom iqisu li l-impatti ħżiena probabbli li jirriżultaw mill-pariri xjentifiċi mogħtija huma sinifikanti. 5.

4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Artikolu 6

L-użu tal-irkaptu tal-qiegħ f'fond ta' aktar minn 1 000 m għandu jkun projbit.

imħassar

Limiti ta' fond

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 — paragrafu 1

1.

Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f'sit alternattiv f'distanza minima ta' 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa' maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1).

1.

Fejn, minkejja l-miżuri addottati skond l-Artikolu 4, osservatur xjentifiku li jkun abbord bastiment skond l-Artikoli 12, jsib provi biżżejjed li jindikaw li waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd setgħa skopra ekosistema tal-baħar li tista' tkun vulnerabbli, dan il-bastiment għandu jieqaf jistad minnufih, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f'sit alternattiv f'distanza minima ta' 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa' maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1).

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 — paragrafu 2a (ġdid)

 

2a.

Jekk ikun hemm inċertezza sostanzjali dwar il-preżenza ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli, iż-żona għandha titqies bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza għall-kuntrarju.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 — Paragrafu 3

3.

Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti.

3.

Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta bħal din ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti, li, min-naħa tagħhom, għandhom jirrapportaw dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr, u jagħtu informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 3a (ġdid)

 

3a.

Is-sejbiet aċċidentali għandhom jiġu reġistrati fuq sistema elettronika għall-immappjar ”online” sabiex tinbena ġabra ta' data permanenti tal-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 — paragrafu 1

1.

Abbażi ta' l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun tal-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13 .

1.

Abbażi ta' l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun tal-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra .

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fir- Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002.

Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — Titolu

Osservaturi

Osservaturi xjentifiċi

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — paragrafu 1

1.

Kull Stat Membru għandu jassenja osservaturi xjentifiċi fuq il-bastimenti li jinħarġilhom il-permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1). L-osservaturi għandhom josservaw l- attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1).

1.

Bastimenti li jikkostitwixxu kampjun rappreżentattiv ta' dawk li jinħarġilhom permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1) mill-Istati Membri għandhom jieħdu abbord osservatur xjentifiku. In-numru totali ta' osservaturi xjentifiċi huwa ffissat mill-Kummissjoni, fuq proposta tal-kumitat xjentifiku, tekniku u ekonomiku tas-sajd, skond iz-zona u t-tip ta' medda ta' sajd. In-numru ta' osservaturi xjentifiċi abbord huwa proporzjonali għan-numru tal-bastimenti ta' kull Stat Membru li jinħarġilhom permess speċjali tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm rotazzjoni adegwata tal-osservaturi xjentifiċi bejn id-diversi bastimenti wara kull kampanja tas-sajd. L-osservaturi xjentifiċi għandhom iwettqu l-monitoraġġ kollu tal- attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) u, b'mod partikolari għandom iwettqu l-kompiti definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 12 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a

L-osservatur xjentifiku għandu jkun indipendenti kemm mill-bastiment kif ukoll mill-intrapriża li huwa jkun qed josserva. Huwa m'għandu jkollu l-ebda interess finanzjarju jew ta' tip ieħor f'dan il-bastiment jew f'din l-intrapriża. L-osservatur m'għandux ikollu preċedenti ta' reati kriminali serji, u jrid ikollu livell biżżejjed ta' tagħrif dwar metodi ta' sajd f'baħar fond u dwar l-ispeċi u l-ekosistemi mmirati.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 13 (1) (aa) (ġdid)

 

(aa)

L-impatti ta' l-attivitajiet tas-sajd skond l-Artikolu 4 (2);

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 13 — paragrafu 2

2.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien.

2.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien , kif ukoll lill-Istati Membri li jitolbu din l-informazzjoni .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artujiky 14 — titolu

Segwitu

Reviżjoni

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel it- 30 ta' Ġunju 2010 . Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel it- 30 ta' Ġunju 2009 . Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta' dan ir-Regolament.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 15, paragrafu 1

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis- seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi t-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/96


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

P6_TA(2008)0248

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0200 — C6-0164/2008 — 2008/2091(ACI))

2009/C 285 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0200 — C6-0164/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżultat tat-trijalogu bejn il-Kummissjoni u ż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja li sar fis-16 ta' April 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0205/2008),

1.

Japprova d-deċiżjoni hawn annessa;

2.

Jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni, għal dak li jikkonċerna l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, biex jissottometti l-baġits ta' emenda li għandhom il-mobilizzazzjoni tiegħu bħala l-uniku għan tagħhom, sabiex jiġi evitat kull dewmien fil-forniment ta' għajnuna finanzjarja f'każijiet ta' diżastru;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Ġunju 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE bi qbil mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b’mod partikulari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

l-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-‘Fond’) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ biljun Euro.

(3)

ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.

(4)

il-Greċja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba diżastru kkawżat minn nirien fil-foresti f’Awissu ta’ 2007,

(5)

is-Slovenja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba diżastru kkawżat minn għargħar f’Settembru ta’ 2007,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 98 023 212 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2008

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/98


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0249

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))

2009/C 285 E/19

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0147/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti ġuridiċi (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta' l-20 ta' Novembru 2007, skond l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0037/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
P6_TC1-COD(2007)0097

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilta fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Għadd sostanzjali ta’ bidliet għandhom isiru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (4) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 tal-11 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru (5). Dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid f’regolament waħdieni fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni.

(2)

L-istabbiliment ta’ politika komuni ta’ trasport jinkludi, inter alia, li jiġu stabbiliti regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bit-triq kif ukoll il- kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali ta’ trasport fi Stat Membru.

(3)

Biex jiġi żgurat qafas koerenti għat-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank madwar il-Komunità dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali kollu fit-territorju tal-Komunità. It-trasport mill-Istati Membri lejn pajjiżi terzi għadu xorta waħda fil-biċċa l-kbira kopert minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi terzi. Għaldaqstant, dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ l-Istat Membru minn fejn irikkbu jew iniżżlu sakemm l-ftehimiet neċessarji bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux ġew konklużi. Madankollu, għandu jkun applikabbli għat-territorju ta’ Stat Membru ta’ tranżitu.

(4)

Il-libertà biex jiġu pprovduti servizzi tikkostitwixxi prinċipju bażiku tal-politika komuni ta’ trasport u teħtieġ li trasportaturi mill-Istati Membri kollha jkunu garantiti aċċess għas-swieq ta’ trasport internazzjonali mingħajr diskriminazzjoni fuq bażijiet ta’ ċittadinanza jew post ta’ stabbiliment.

(5)

It-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank jista’ jsir bil-kundizzjoni tal-pussess ta’ liċenzja Komunitarja. It-trasportaturi huma meħtieġa li jżommu kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja abbord ta’ kull vettura tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli effettivi mill-korpi ta’ l-infurzar, speċjalment f’dawk barra l-Istati Membri fejn it-trasportatur ikun stabbilit. Għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kwistjonijiet tal-liċenzji Komunitarji, il-perjodi ta’ validità u r-regoli dettaljati għall-użu tagħhom. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tad-disinn u l-elementi l-oħra tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati.

(6)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal arranġamenti flessibbli soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet għal servizzi regolari speċjali u ċerti servizzi okkażjonali, sabiex tkun sodisfatta d-domanda tas-suq.

(7)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika la għat-trasportaturi li għandhom aċċess biss għas-suq nazzjonali tagħhom tas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u lanqas għal-liċenzji maħruġa għal dawk it-trasportaturi mill-Istati Membri tal-istabbiliment.

(8)

Filwaqt li jinżammu arranġamenti ta’ awtorizzazzjoni għal servizzi regolari ċerti regoli għandhom jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni.

(9)

L-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandha għalhekk tinħareġ sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ċari u speċifiċi għar-rifjut marbuta mal-applikant. Għandu jibqa’ raġuni waħda biss għar-rifjut marbuta mas-suq rilevanti, dik li s-servizz li għalih saret l-applikazzjoni jeffettwa serjament l-vijabbiltà ta’ servizz kumparabbli mħaddem taħt obbligu ta’ servizz pubbliku fit-taqsimiet diretti kkonċernati.

(10)

Trasportaturi mhux residenti għandhom jitħallew joperaw ċerti servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull forma ta’ servizz.

(11)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 riġward id-dħul ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta’ servizzi (6) japplikaw fil-każi fejn, għall-provvista ta’ servizzi regolari speċjali, it-trasportaturi, il-ħaddiema postali, li għandhom kull relazzjoni ta’ impjegati ma’ dawk it-trasportaturi, mill-Istati Membri fejn dawn normalment jaħdmu.

(12)

Fejn jidħlu s-servizzi regolari, huma biss is-servizzi regolari provduti bħala parti minn kull servizzi regolari internazzjonali, minbarra s-servizzi urbani u suburbani, li għandhom ikunu kondizzjonati għal trasportaturi mhux residenti, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, u b’mod partikolari għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita.

(13)

Hu mixtieq li l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka oħra bil-għan li jiġi applikat kif xieraq dan ir-Regolament.

(14)

Formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u l-pieni li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli attwali għandhom jiġu adattati biex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta’ ksur serjuimwettaq fi Stati Membri li ma jkunx l-Istat Membru tal-istabbilment. Il-pieni m’għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom ikunu fi proporzjon tal-gravità tal-ksur. Għandu jkun hemm il-possibiltà li jsir appell fir-rigward ta’ kwalunkwe piena imposta.

(15)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta’ l-impriżi tat-trasport bit-triq kull ksur serju ▐ mwettaq mit-trasportaturi u li wasslu għall-impożizzjoni ta’ pieni.

(16)

Sabiex jissahhah u jigi facilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri ghandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfa skond ir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq (7).

(17)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(18)

B’mod partikolari il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabilixxi l-format ta’ ċerti dokumenti li għandhom jintużaw biex jiġi applikat dan ir-Regolament u biex l-Anness I jiġi aġġornat mal-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu limitati għall-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri.

(20)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-pieni effettivi, proporzjonati u diswassivi.

(21)

Billi l-għanijiet ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għandhekk jistgħu, minħabba raġuni ta’ l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hin milli hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)

Sabiex jiġu inkoraġġiti l-ġiti bil-kowċis speċifikament għal turisti bi dħul baxx u jiġi promoss it-turiżmu fir-reġjuni, jeħtieġ li terġa’ tiddaħħal ir-regola ta’ 12-il ġurnata għal vjaġġi bir-ritorn bil-kowċ kif innutat mill-Parlament Ewropew fil-paragrafu 78 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar Politika mġedda ta’ l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn sħubija aktar b’saħħitha għat-Turiżmu Ewropew (9) Għal din ir-raġuni ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (10), għandha tiġi estiża kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Skop

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank ġewwa t-territorju tal-Komunità minn trasportaturi għall-kiri jew għall-ħlas jew trasportaturi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru skond il-liġi tiegħu, bl-użu ta’ vetturi li huma rreġistrati f’dak l-Istat Membru u huma adegwati, permezz tal-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, biex jittrasportaw aktar minn disa’ persuni, inkluż ix-xufier, u huma hekk intiżi, u għall-moviment ta’ dawn il-vetturi vojta in konnessjoni ma’ dan it-trasport.

Il-bdil ta’ vettura jew interruzzjoni ta’ trasport biex ikun possibbli li parti mill-vjaġġ li għandu jsir b’mezz ieħor ta’ trasport ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż mhux membru u viċi versa, dan ir-Regolament għandu japplika għal l-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ l-Istati Membri ta’ tranżitu li jgħaddi minnhom. Mhux applikabbli għal dik il-parti mill-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru li jiġbor jew iniżżel, sakemm il-ftehim neċessarju bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.

3.   Fl-istennija tal-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa dispożizzjonijiet li jirrelataw mat-trasport minn Stat Membru ta’ pajjiż terz u viċeversa kontenut fil-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri ma’ dawk il-pajjiżi terzi. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jadattaw dak il-ftehim biex jiżguraw konformità mal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn trasportaturi Komunitarji.

4.   Dan ir-regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera bil-kiri jew b’kumpens fuq bażi temporanja minn trasportatur mhux residenti kif ipprovdut fil-Kapitolu V.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati;

b)

“servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn;

c)

“servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta’ passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu;

d)

“operazzjonijiet tat-trasportgħal rashom” tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika fejn

l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali,

il-vetturi wżati jkunu l-proprjeta ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati b’xiri fit-tul minnhom jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha;

e)

“operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” tfisser servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera għall-kiri u kumpens imwettqa fuq bażi temporanja minn trasportatur fi Stat Membru ospitanti;

f)

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ieħor fejn l-operatur ikun jopera barra dan l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit;

g)

“ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li, wara li jkunu nġiebu quddiem qorti, jista’ jwasslu ghat-telf tal-kondotta tajba skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq].

Artikolu 3

Il-libertà li jiġu provduti servizzi

1.   Kull trasportatur għal kiri jew għal ħlas imsemmi fl-Artikou 1 għandu skond dan ir-Regolament jitħalla jagħti servizzi regolari inkluż servizzi regolari speċjali u servizzi okkażjonali bil-kowċ jew xarabank mingħajr diskriminazzjoni dwar ċittadinanza jew post ta’ stabbiliment jekk:

a)

ikun awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit biex jidħol għat-trasport permezz ta’ servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

b)

jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport ta’ passiġġieri tat-triq f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali;

c)

jissodisfa l-ħtiġiet legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità  (11), id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali  (12), u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri  (13).

2.   Kull trasportatur għal rasu msemmi fl-Artikolu 1 għandu jitħalla jagħti s-servizzi ta’ trasport definiti fl-Artikolu 5(5) mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ stabbiliment jekk ikun:

a)

awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit jieħu fuqu t-trasport bil-kowċ u bix-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

b)

jissodisfa r-rekwiżiti legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttivi 92/6/KEE, 96/53/KE u 2003/59/KE.

Kapitolu II

Il-liċenzja Komunitarja u l-aċċess għas-suq

Artikolu 4

Il-liċenzja Komunitarja

1.   It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, għandu jsir skond il-liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom joħorġu lid-detentur l-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u għandhom joħorġu wkoll l-għadd ta’ kopji awtentikati li jikkorrispondu mal-għadd tal-vetturi wżati għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, jew f’pussess assolut, jew f’forma oħra, b’mod speċjali bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xiri bin-nifs, kuntratt ta’ kiri jew kuntratt twellija.

Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom ikunu fil-format stipulat fl-Anness I.

Dawn għandhom juru timbru jew siġill mill-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali ta’ l-impriżi tat-trasport bit-triq previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta operatur tat-trasport bit-triq] bħala parti mill-ġabra tad-dejta tat-trasportatur.

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma mafassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.   Il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi stabbilita f’isem it-trasportatur u ma tistax tiġi trasferita. Kopja awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal tal-ispettorat awtorizzat.

4.   Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perjodu ta’ ħames snin li jistgħu jiġġeddu.

Liċenzji Komunitarji u kopji ċertifikatiawtentiċi maħruġa qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sa dak inhar li jiskadu.

5.   Meta tiġi mressqa applikazzjoni għal liċenzja, u ta’ lanqas kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur ikunx konformi u jibqax ikun konformi mal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

6.   Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux osservati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu jew għandhom jirtiraw liċenzja Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni b’raġunijiet.

7.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja.

8.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali.

Artikolu 5

L-aċċess għas-suq

1.   Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors.

Għandu jkollhom bżonn awtorizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.

L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, in-non-serving ta’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is- servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli bħal għas-servizzi regolari eżistenti.

2.   Servizzi regolari speċjali għandhom jitħaddmu skond il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Huma għandhom jinkludu:

a)

it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol,

b)

it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukattiva għal tfal tal-iskola u studenti.

Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi mibdul skond il-ħtiġiet tal-utenti m’għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

3.   Is-servizzi okkażjonali ma għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni.

Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita Kapitolu III.

Is-servizzi okkażjonali m’għandhomx jieqfu milli jibqgħu servizzi okkażjonali biss minħabba li jkunu provduti f’ċerti intervalli.

Servizzi okkażjonali jistgħu jingħataw minn grupp ta’ trasportaturi li jaġixxi għan-nom tal-istess kuntrattur, u dawk li jivvjaġġaw jistgħu jaqbdu konnessjoni fi triqithom, ma’ trasportatur differenti tal-istess grupp, fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trażmissjoni tal-ismijiet ta’ dawn it-trasportaturi u l-punti ta’ kuntatt en route lejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.   Il-vjaġġi battala minn vetturi b’konessjoni mal-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, u fil-paragrafu 3 bl-istess mod m’għandhomx bżonn tal-awtorizzazzjoni.

5.   Operazzjonijiet ta’ trasport għalrashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati fl-Artikolu 2(d).

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill- awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

Kapitolu III

Servizzi regolari soġġetti għall-awtorizzazzjoni

Artikolu 6

In-natura tal-awtorizzazzjoni

1.   Awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur. Dawn ma għandhomx jiġu trasferiti minn din tal-aħħar lil partijiet terzi. Madanakollu, trasportatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista’, bil-kunsens tal-awtorità msemmija fl-Artikolu 7(1), jopera s-servizz permezz ta’ subkuntrattur. F’dan il-każ, l-isem tal-intrapriża tal-aħħar u r-rwol tagħha bħala sub-kuntrattur għandhom jiġu ndikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f’isem l-impriżi kollha. Din għandha tingħata lill-impriża li timmaniġġa l-operazzjoni u kopji għandhom jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet tal-operaturi kollha.

2.   Il-perjodu tal-validità ta’ awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jinġabru jew jitniżżlu.

3.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

a)

it-tip ta’ servizz;

b)

ir-rotta tas-servizz, fejn jingħata b’mod partikolari il-post ta’ tluq u l-post ta’ destinazzjoni;

c)

il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni;

d)

il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

5.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.

6.   L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-tluq, bir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali.

F’dan il-każ, it-trasportatur għandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

a)

kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari;

b)

kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokumnet ekwivalenti;

c)

kopja tawtentikata tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari.

7.     L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, għass-servizzi regolari transkonfinali li ma jmorrux lil hinn minn 50 km mill-fruntiera. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni kif ukoll lill-pajjiżi ġirien.

Artikolu 7

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jiġu mressqa lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-post tat-tluq.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.   Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw li tista’ tkun relevanti jew li tkun ġiet mitluba mill-awtorità awtorizzanti, b’mod partikolari skeda tas-sewqan biex tagħmilha possibli li tiġi monitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ u kopja tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-toroq għal kiri jew kumpens kif provdut fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kolllha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan iż-żmien stipulat għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal ftehim kif tkun tidher fl-ittra li tirrikonoxxi li waslet. Jekk l-awtorità awtorizzanti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien xahrejn l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkun taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità awtorizzanti tista’ toħroġ l-awtorizzazzjoni.

3.   L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mit-trasportatur.

4.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:

a)

l-applikant ikun inkapaċi li jipprovdi s-servizz li jkun is-suġġett tal-applikazzjoni b’tagħmir li jkollu direttament għad-dispożizzjoni tiegħu;

b)

fl-imgħoddi l-applikant ma jkunx qagħad għall-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport bit-toroq u b’mod partikolari għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi stradali internazzjonali tal-passiġġieri ▐ b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għal vetturi kif ukoll għal sewqan u perijodi ta’ mistrieħ tax-xufiera, liema ksur wassal għal telf tar-reputazzjoni tajba fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq];

c)

fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma jkunux ġew osservati;

d)

l-Istat Membru jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljat li is-servizz ikkonċernat se jaffettwa serjament il-vijabilità tas-servizz komparabbli, imħaddem b’kuntratt pubbliku li jistipula obbligu ta’ servizz pubbliku, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 ║ dwar is-servizz tat-trasport pubbliku tal-passiġġiera bil-ferrovija u bit-triq ║ (14) fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati.

Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportatur bit-triq oħra jew il-fatt li r-rotta f’dak il-każ tkun diġa mħaddma minn trasportaturi bit-triq oħra ma għandux minnu nnifisu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.

5.   L-awtorità awtorizzanti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha nvoluti fil-proċedura biex jintlaħaq il-qbil provdut fil-paragrafu 1 jistgħu jiċħdu l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet previsti f’dan ir-Regolament.

6.   Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilità f’dan il-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità awtorizzanti għandha jagħti l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut formali ta’ l-applikazzjoni.

Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw applikazzjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rifjutata.

L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritaitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom kopja ta’ xi awtorizzazzjoni.

7.   Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ma tagħmilhiex possibli li l-awtorità awtorizzanti tiddeċiedi dwar applikazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fiż-żmien stipulat ta’ xahar ikkalkulat mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni negattiva minn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonsultata skond il-paragrafu 1.

8.   Wara li tkun ikkonsultat l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha fi żmien għaxar ġimgħat minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità awtorizzanti tieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ wara tletin jum min-notifika lill- Istat Membru kkonċernat.

9.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibqa’ fis-seħħ sa dak iż-żmien meta jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 9

It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni

L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.

Fil-każ ta’ alterazzjoni minuri għall-kundizzjonijiet tal-operazzjoni, b’mod partikolari aġġustament 1 ta’ intervalli ta’ tariffi u orarji, l-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni teħtieġ biss li tagħti lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati informazzjoni marbuta mal-alterazzjoni.

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiftiehmu li l-awtorità awtorizzanti weħidha tiddeċiedi dwar l-alterazzjonijiet għall-kundizzjonijiet li taħthom huwa rregolat servizz.

Artikolu 10

Skadenza ta’ awtorizzazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ║, awtorizzazzjoni għal servizz regolari għandha tiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità tagħha jew tlett xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tirċievi mid-detentur tagħha notifika tal-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.

2.   Meta d-domanda għal servizz tieqaf teżisti, il-perjodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun għal xahar.

3.   L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.

4.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lil utenti tas-servizz ikkonċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa.

Artikolu 11

Obbligi tat-trasportaturi

1.   Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, regolarità u kapaċità u jikkonforma ma’ kundizzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 6(3).

2.   It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-bus stops, l-orarju, it-tariffi u l-kundizzjonijiet tat-trasport b’mod li jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun disponibbli malajr għall-utenti kollha.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ║, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri kkonċernati, permezz ta’ ftehim komuni u bi ftehim mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru tibdiliet għall-kundizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw servizz regolari.

Kapitolu IV

Servizzi okkażjonali u servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni

Artikolu 12

Dokumenti tal-kontroll

1.   Is-servizzi okkażjonali għandhom ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3).

2.   Trasportatur li jkun jopera s-servizzi okkażjonali għandu jimla formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

3.   Il-formola tal-vjaġġ għandu jkun hemm fiha tal-anqas din l-informazzjoni:

a)

it-tip ta’ servizz;

b)

l-itinerarju prinċipali;

c)

it-trasportatur(i) involuti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ u l-mod kif ser tintuża. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-formola tal-vjaġġ liema dispożizzjonijiet joriġinaw minn ftehimiet oħra ma’ pajjiżi terzi isiru konformi, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi għandhom jiġu pprovduti b’mod effiċjenti u li jintużaw faċilment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta l-impriża tat-trasport tkun stabbilita jew minn korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

6.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ u l-mod kif ser jintuża. Ladarba l-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

7.   Fil-każ tas-servizzi regolari speċjali koperti bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2), il-kuntratt jew kopja tiegħu awtentikata għandhom iservi bħala dokument ta’ kontroll.

Artikolu 13

Ħarġiet lokali

Fil-qafas ta’ servizz okkażjonali internazzjonali, trasportatur jista’ jwettaq servizzi okkażjonali (ħarġiet lokali) fi Stat Membru minbarra f’dak li fih ikun stabbilit.

Dawn is-servizzi għandhom ikunu ntiżi għal passiġġieri ▐ li qabel kienu ttrasportati mill-istess trasportatur fuq waħda mis-servizzi internazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu u għandhom jitwettqu bl-istess vettura jew vettura oħra bl-istess trasportatur jew grupp ta’ trasportaturi.

Kapitolu V

Kabotaġġ

Artikolu 14

Prinċipju

1.   Kull trasportatur li jopera servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri fit-toroq b’kiri jew kumpens u li jkollu liċenzja tal-Komunità, għandu jitħalla, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu u bla diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post fejn ikun stabbilit it-trasportatur, jopera l-kabotaġġ kif speċifikat fl-Artikolu 15.

2.   Kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat.

Artikolu 15

Operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati

L-operazzjonijiet tal-kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:

a)

is-servizzi regolari speċjali kemm-il darba jkunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;

b)

is-servizzi okkażjonali;

c)

is-servizzi regolari, imwettqa minn kull trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta’ kull servizz internazzjonali regolari b’konformità ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport dawn ta’ l-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma għandhomx isiru indipendentement minn servizz internazzjonali bħal dan.

Artikolu 16

Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ

1.   It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fit-trasport li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 15 għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti kif relatati ma’ dawn l-oqsma li ġejjin:

a)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt tat-trasport;

b)

il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi tat-triq;

c)

ir-rekwiżiti relatati mat-trasport ta’ ċerti kategoriji ta’ passiġġieri, jiġifieri t-tfal tal-iskola, tfal u l-persuni b’nuqqas ta’ mobilità;

d)

▐ ħin tas- sewqan u perjodi tal-mistrieħ;

e)

il-VAT (it-taxxa fuq il-valur miżjud) fuq is-servizzi tat-trasport;

f)

fil-każ tal-impjieg tal-ħaddiema kif stabbilit fid-Direttiva 96/71/KE .

Il-piżijiet u l-qisien imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subinċiż jistgħu, meta jkun xieraq, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-istabbiliment, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi jeċċedu l-limiti stipulati mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew il-karatteristiċi tekniċi msemmija fil-provi msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/53/KE.

2.   Minbarra kif provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operazzjonijiet tal kabotaġġ fit-trasport li jifformaw parti mis-servizzi tat-trasport kif provdut fl-Artikolu 15(c) għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospiti rigward l awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri tal-offerti, ir-rotot li għandhom jiġu operati, ir-regolarità, il-kontinwità u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll l-itinerarji.

3.   L-istandards tekniċi dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir li jridu jintlaħqu fil-vetturi li jintużaw biex iwettqu ħidmiet ta’ kabotaġġ fit-trasport għandhom ikunu dawk stabbiliti għal vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali.

4.   Id-dispożizzjonijiet amministrattivi, liġijiet u regolamenti nazzjonali li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri fuq it-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fuq dawk tal-istess nazzjonalità tagħhom, biex jevitaw b’mod effettiv kull diskriminazzjoni miftuħa jew moħbija minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti.

Artikolu 17

Dokumenti ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ

1.   L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tat-trasport fil-forma ta’ servizzi okkażjonali għandha ssir billi waqt li tkun koperta b’ formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat.

2.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

a)

il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;

b)

id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3.   Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f’kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.

4.   Fil-każ ta’ servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja awtentikat tal-kuntratt, għandha sservi bħala dokument ta’ kontroll.

Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta’ kull xahar.

5.   Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b’ mod konformi ma’ proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew l-aġenzija.

Artikolu 18

Miżuri ta’ salvagwardja

1.     Fl-eventwalità ta’ tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f’zona ġeografika partikolari minħabba kabotaġġ jew aggravata minnu, kull Stat Membru jista’ jirreferi l-każ lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja, u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa u jinnotifikaha bil-miżuri li jkun beħsiebu jieħu fir-rigward tat-trasportaturi residenti.

2.     Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

“tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f’zona ġeografika partikolari” tfisser l-eżistenza fis-suq ta’ problemi speċifiċi għalih, b’mod li jkun hemm eċċess serju, u potenzjalment persistenti, ta’ provvista aktar mid-domanda li timplika theddida għall-istabilità finanzjarja u għas-sopravivenza ta’ numru sinifikanti ta’ impriżi li jwettqu servizzi ta’ trasport ta’ ġarr tal-passiġġieri;

“zona ġeografika” tfisser zona li tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru, jew ta’ parti minnu, jew li testendi lejn it-territorju kollu ta’ Stati Membri oħra, jew parti minnu.

3.     Il-Kumissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u, wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27, tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba relevanti tal-Istat Membru jekk il-miżuri ta’ ħarsien ikunux meħtieġa jew le u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa. Il-miżuri introdotti b’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur, u li jiġġedded darba biss. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kunsill dwar kull deċiżjoni li tkun ittieħdet kif previst minn dan il-paragrafu.

4.     Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri ta’ salvagwardja rigward Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jridu jieħdu miżuri ta’ applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta’ trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati mhux aktar tard mill-istess data tal-miżuri ta’ salvagwardja li tkun iddeċidiet dwarhom il-Kummissjoni.

5.     Kull Stat Membru jista’ jressaq deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika tagħha. Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fi żmien 30 jum minn meta ssir ir-referenza minn Stat Membru jew minn meta ssir l-ewwel referenza, f’każ li jkun hemm sottomissjonijiet minn diversi Stati Membri, jista’ jieħu deċiżjoni differenti.

Il-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 3 għandu japplika għad-deċiżjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu mitluba li jieħdu miżuri b’applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta’ trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jieħu l-ebda deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir finali.

6.     Meta l-Kummissjoni tqis li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 jeħtieġ li jiġu mtawla, hija għandha tissottometti proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata.

Kapitolu VI

Ispezzjonijiet u Pieni

Artikolu 19

Biljetti tat-trasport

1.   Trasportaturi li joperaw servizz regolari, eskluzi s-servizzi regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport, jew individwalment jew kollettivament, li juru:

a)

il-punti ta’ tluq u destinazzjoni u, meta applikabbli, il-vjaġġ ta’ ritorn;

b)

il-perjodu ta’ validità tal-biljett;

c)

il-prezz tat-trasport.

2.   Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.

Artikolu 20

Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

1.   Id-dokument ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ kontroll għandu jinġarr fuq il-vettura u għandu jiġi ppreżentat fuq it-talba ta’ kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

2.   It-trasportaturi li joperaw il-kowċis u x-xarabanks fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b’mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ. Fil-kuntest tal- implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw għandhom ikollhom l-awtorità li:

a)

jikkontrollaw il-kotba u dokumentazzjoni oħra li tirreferi għall-operazzjoni ta’ impriża ta’ trasport;

b)

jagħmlu kopji ta’, jew jieħdu estratti minn, kotba u dokumentazzjoni li jinsabu fil-post;

c)

ikollhom aċċess għall-postijiet kollha tal-impriża ta’ trasport, siti u vetturi;

d)

jeħtieġu li jingħataw kull informazzjoni li tinsab fil-kotba, dokumentazzjoni jew databases.

Artikolu 21

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfa skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq].

Artikolu 22

Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit għandhom jirtiraw il-liċenzja Komunitarja kif ipprovdut fl-Artikolu 4 meta d-detentur:

a)

m’għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1);

b)

ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-data li kienet meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja Komunitarja.

2.   L-awtorità awtorizzanti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur m’għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet li fuqhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta l-Istat Membru li fih ikun stabbilit it-trasportatur ikun qiegħed hekk jesiġi. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċcernat.

Artikolu 23

Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ta’ l-istabbiliment

1.   Fil-każ ta’ ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa jew aċċertati minn kwalunkwe Stat Membru, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) fir-raba’ subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu joħroġlu twissija u jista’, inter alia, jimponi l-pieni amministrattivi li ġejjin:

a)

jirtira temporanjament jew permantament il-kopji awtentikati kollha jew parti minnhom, tal-liċenzja Komunitarja;

b)

jirtira temporanjament jew permanentament il-liċenzja Komunitarja;

c)

multi.

Dawn il-pieni għandhom jiġu determinati billi titqies il-gravità tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u billi jitqiesu l-għadd ta’ kopji awtentikati li jkollu fir-rigward tas-servizzi internazzjonali tiegħu tat-trasport.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lit-trasportatur milli jopera servizz internazzjonali tal-passiġġieri skond dan ir-Regolament jekk huwa jkun ikkommetta ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, u meta tkun ingħatat deċiżjoni finali wara li jkunu eżawriti l-possibilitajiet legali kollha li jistgħu jkunu riveduti u li huma miftuħa għat-trasportatur, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u l-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ tax-xufiera. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

3.    Meta jkun aċċertat ksur gravi , fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment għandhom jiddeċiedu liema tip ta’ piena għandhiex tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat. Huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu ġew ivverifikati l-ksur minnufih u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jkunu mgħarrfa dwar il-ksur li għalihom ġew imposti l-pieni previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fil-każ li ma kienx possibli li jiġu imposti tali pieni, dawn għandhom jagħtu r-raġunijiet.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe piena diġà imposta fl-Istat Membru fejn ġie aċċertat il-ksur u jiżguraw li l-pieni imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat jkunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur jew il-ksur li jkunu wasslu għal dawk il-pieni.

Il-pieni imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, tista’ tinkludi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur jistgħu wkoll, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, iressqu lit-trasportatur ikkonċernat quddiem qorti kompetenti jew tribunal nazzjonali. Huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu f’dan ir-rigward.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt li jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ▐ ta’ dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq marbuta ma’ trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġiet ivverifikata l-ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment minnufih imma mhux aktar tard minn xhar wara li jkun mgħarraf dwar il-ksur:

a)

deskrizzjoni tal-ksur u l-jum u l-ħin meta twettqet;

b)

il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur;

c)

il-pieni imposti u l-pieni eżegwiti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur biex jimponi pieni amministrattivi skond l-Artikolu 23.

2.   Mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali, l-Istat Membru ospitanti jista’ jimponi pieni fuq it-trasportaturi mhux residenti li jkunu kkommettew ksur ta’ dan ir-Regolament jew tal-Komunità jew regolementi nazzjonali jew tal-Komunità tat-trasport fit-territorju tiegħu waqt ħidmiet tat-trasport bil-kabotaġġ. Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq bażi mhux diskriminatorja u jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, u/ jew, fil-każ ta’ ksur serju ▐ f’impediment temporanju fuq trasport b’kabotaġġ ġewwa t-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur, u/jew l-impożizzjoni ta’ multa .

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu.

Artikolu 25

Entrati fir-reġistru nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżġuraw, permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt, li ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ piena kif ikoll il-pieni imposti għandhom jiġu rreġistrati fir-registru nazzjonali tal-imprizi tat-trasport bit-triq kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq]. Dawk l-entraturi fir-reġistru li jikkonċernaw irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal ta’ lanqas sentejn.

Kapitolu VII

Implimentazzjoni

Artikolu 26

Ftehimiet bejn Stati Membri

1.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta’ dokumenti ta’ kontroll.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull ftehim konkluż skond il-paragrafu 1.

Artikolu 27

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq  (15).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u ║(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xhar.

Artikolu 28

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li jigu implimentati l-pieni hekk ipprovduti ser ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri ghandhom jinnotifikaw dawn id-dispozizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn … (16) u jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Huma għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ stabbiliment tat-trasportatur.

Artikolu 29

Rappurtaġġ

1.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa s-sena ta’ qabel u l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fit-tmiem ta’ dan il-perjodu tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull pajjiż destinatarju tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dejta dwar l-operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa tul il-perjodu ta’ rrappurtaġġ minn trasportaturi residenti.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandhom jibagħtu lill-Kumissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għal operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari msemmija fl-Artikolu 15(c).

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tat-tabella li ser tintuża għat-trażmissjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.   L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena dwar l-għadd ta’ trasportaturi li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar l-għadd tal-kopji awtentikati li jkunu jikkorrispondu ma’ l-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data.

Artikolu 30

Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006:

6a.     B’deroga mill-paragrafu 6 u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin, sewwieq ingaġġjat f’servizz ta’ trasport okkażjonali internazzjonali kif definit fir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… [regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank] (17), jista’ jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa sa tnax-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu ta’ mistrieħ preċedenti regolari ta’ kull ġimgħa, kemm-il darba:

is-servizz ta’ trasport okkażjonali internazzjonali għandu jinkludi għallinqas 24 siegħa fi Stat Membru jew pajjiż terz barra minn dak il-pajjiż fejn beda s-servizz, u

il-perijodu ta’ mistrieħ kull ġimgħa wara l-użu tad-deroga għandu dejjem ikun mhux inqas minn perijodu regolari ta’ mistrieħ kull ġimgħa ta’ 45 siegħa; perjodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens ta’ 24 siegħa għandu jittieħed f’daqqa qabel ma tintemm it-tielet ġimgħa wara l-applikazzjoni tad-deroga; il-modalitajiet u t-termini biex jittieħed dan il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens għandhom jiġu stabbiliti kif inhu xieraq fil-livell nazzjonali minn dawk interessati, u

fil-każ ta’ sewqan li jsir tul il-perjodu sħiħ bejn l-22:00 u s-06:00, il-vettura għandha titmexxa minn żewġ persuni l-ħin kollu jew il-perjodu ta’ sewqan li jirreferi għalih l-Artikolu 7 għandu jinżel għal tliet sigħat, u

mill-1 ta’ Jannar 2014 ’l quddiem, l-applikazzjoni ta’ din id-deroga tkun possibbli biss meta jintużaw vetturi attrezzati b’tagħmir li jirrekordja b’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 684/92, u (KE) Nru 12/98 huma revokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 32

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mill- 1 ta’ Jannar 2009 .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 44 .

(2)  GU C ….

(3)  Pożizzjoni tal-Parlment Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008.

(4)  ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1. ║.

(5)  ĠU L 4, 8.1.1998, p. 4.

(6)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(7)  GU L ….

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(9)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0575.

(10)   ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.

(12)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.

(13)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(14)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1 .

(15)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(16)  12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(17)   ĠU L …

Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
ANNESS I

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Ikħal, format DIN A4 karta sintetika, 150 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(It-test bil-lingwa(i) uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)

IS-SIMBOLU DISTINTIV TAL-ISTAT MEMBRU (1) LI QED JOĦROĠ IL-LIĊENZJA

NOMINA TAL-AWTORITAJIET JEW KORP KOMPETENTI

LICENZJA Nru …

KOPJA VERA AWTENTIKATA Nru …

għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank b'kera jew b'kumpens u għal attivitajiet ta' trasport bil-kabutaġġ

Id-detentur ta' din il-liċenzja (2)

huwa awtorizzat biex jopera trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank fuq it-toroq b'kiri jew b'kumpens fit-territorju tal-Komunità skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-… [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]  (3) u b'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.

Kummenti: …

Din il-liċenzja hija valida minn … sa …

Maħruġa fi … nhar … (4)

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Din il-licenzja qed tinhareg b'konformità mar-Regolament (KE) Nru …/2008 ║ dwar regoli komuni dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabankaccess to the market for coach and bus services.

2.

Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur għall-kiri jew kumpens li:

a)

ikun awtorizzat fl-Istat fejn ikun stabbilit biex jidħol għall-ġarr permezz ta' servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank;

b)

jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport ta' passiġġieri f'operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali;

c)

jissodisfa l-ħtiġiet legali dwar l-istandards għal xufiera u vetturi.

3.

Il-liċenzja tippermetti it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri jew kumpens fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità:

a)

meta l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jkunu qegħdin f'żewġ Stati Membri diversi, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi;

b)

minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

c)

bejn pajjiżi terzi bi traversata minn territorju ta' Stat Membru wieħed jew iżjed in transitu,

u vjaggi battala b'konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' trasport skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank].

Fil-każ ta' operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċiversa, ir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank], huwa applikabbli, għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stati Membri li wieħed jgħaddi minnhom fit-tranżitu. Mhux applikabbli għal dik il-parti tal- vjaġġ li jsir fit-territorju tal-Istat Membru mnejn isir l-irkib u l-inżul, sakemm il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.

4.

Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli.

5.

Il-liċenzja tista' tiġi rtirata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Menmbru li ħariġha partikolarment meta t-trasportatur:

a)

ma jkunx ghadu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]

b)

ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-dettalji li kienu meħtieġa għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja

c)

ikun wettaq ksur gravi ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq , fi Stat Membru wieħed jew iktar , b'mod partikolari rigward ir-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), ir-raba' subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur jistgħu fost affarijiet oħra jirtiraw l-liċenzja Komunitarja , jew jirtiraw temporanjament jew permanentament kopji awtentikati tal-liċenzja Komunitarja.

Dawn il-pieni għandhom jiġu deċiżi skond is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skond l-għadd ta' kopji awtentikati li jkollu rigward is-servizzi internazzjonali tat-trasport tiegħu.

6.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja għandha tinżamm mit-trasportatur. Il-kopja aawtentikata tal-liċenzja għandha tinżamm fuq il-vettura li biha tkun titwettaq operazzjoni ta' trasport internazzjonali.

7.

Din il-liċenzja għandha tiġi murija malli tintalab minn uffiċjali tal-ispettorat.

8.

Id-detentur għandu, fit-territorju ta' kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.

9.

“Servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati f'rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.

Is-servizzi regolari jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

“Servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, f'intervalli speċifiċi, matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati.

Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

a)

it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;

b)

it-trasport lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi għal tfal tal-iskola u studenti,;

Il-fatt li servizz speċjali jista' jiġi mibdul skond il-ħtiġiet tal-utenti m'għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m'għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

“Servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjattiva ta' klijent jew tat- trasportatur innifsu. L-organizzazjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma' servizzi regolari ezistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bhal tal-ahhar ghandhom ikunu soggetti ghall-awtorizzazzjoni skond il-procedura stabbilita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. Dawn is-servizzi ma jispiċċawx minn servizzi okkażjonali biss minħabba li dawn jiġu provduti f'ċerti intervalli.

Is-servizzi okkażjonali ma jeħtieġux awtorizzazzjoni.


(1)  Il-marki distintivi tal-Istat Membri huma: (A) l-Awstrija, (B) il-Belġju, ║ (BG) il-Bulgarija, ║ (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (CY) Ċipru, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, ║ (EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (FIN) il-Finlandja, ║ (H) l-Ungerija, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (L) il-Lussemburgu, ║ (LT) il-Litwanja, (LV) it-Latvja, (M) Malta, (NL) l-Olanda, (P) il-Portugall, ║ (PL) il-Polonja, ║ (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja (SK) l-Islovakkja (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit.

(2)  L-isem sħiħ jew l-isem tad-ditta u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)  ĠU L

(4)  Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew il-korp kompetenti li qed joħroġ il-liċenzja.

Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
ANNESS II

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 684/92

Regolament (KE) Nru 12/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 1(1) emendat

-

 

Artikolu 1(4) ġdid

Artikolu 2, punt 1.1

 

Artikolu 2(a), Artikolu 5(1)

Artikolu 2, punt 1.2

 

Artikolu 2(b), Artikolu 5(2)

Artikolu 2, punt 1.3

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.1

 

Artikolu 2(c), Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.3

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.4

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 4

 

Artikolu 2(d), Artikolu 5(5)

-

 

Artikolu 2 (e), (f), (g). ġdid, punt 4, ġdid

Artikolu 3

 

Artikolu 3 emendat, Artikolu 29

Artikolu 3a

 

Artikolu 4

Artikolu 4

 

Artikolu 5 emendat

Artikolu 5

 

Artikolu 6

Artikolu 6

 

Artikolu 7

Artikolu 7

 

Artikolu 8 emendat

Artikolu 8

 

Artikolu 9

Artikolu 9

 

Artikolu 10 emendat

Artikolu 10

 

Artikolu 11

Artikolu 11

 

Artikolu 12

Artikolu 12

 

Artikolu 13

Artikolu 13

 

Artikolu 5(5) emendat

 

Artikolu 1

Artikolu 14 emendat

 

Artikolu 2

Artikolu 2, Artikolu 5

 

Artikolu 3

Artikolu 15

 

Artikolu 4(1)

Artikolu 16(1) emendat

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 16(3)

 

Artikolu 4(4)

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 4(5)

-

 

Artikolu 5

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 6

Artikolu 17

 

Artikolu 7

Artikolu 29(3) emendat

 

Artikolu 8

Artikolu 27 emendat

 

Artikolu 9

-

 

Artikolu 10

Artikolu 27 emendat

-

-

Artikolu 18

Artikolu 14

 

Artikolu 19 emendat

Artikolu 15

 

Artikolu 12, Artikolu 20

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 21 emendat

Artikolu 16(1)

 

Artikolu 22(1)

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 22(2)

Artikolu 16(3)

 

Artikolu 23(1) emendat

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 23(2) emendat

Artikolu 16(5)

 

Artikolu 25

 

 

Artikolu 24(1) ġdid

 

Artikolu 11(2)

Artikolu 24(2)

 

Artikolu 11(3)

Artikolu 24(2)

 

Artikolu 11(4)

-

 

Artikolu 12

Artikolu 23, Artikolu 24

 

Artikolu 13

-

Artikolu 16a

 

-

Artikolu 17

 

-

Artikolu 18

 

Artikolu 26

Artikolu 19

Artikolu 14

Artikolu 28

-

-

Artikolu 30

Artikolu 21

 

Artikolu 31

Artikolu 22

Artikolu 15

Artikolu 32

Anness I

 

Anness I

 

 

Anness II ġdid


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/122


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
L-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel ***I

P6_TA(2008)0250

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjonifir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (COM(2007)0090 — C6-0211/2007 —2007/0037B(COD))

2009/C 285 E/20

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0090),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0211/2007),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007, biex tawtorizza lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jfasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0143/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kunsill fir-rigward tal-iġjene tal-ikel kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
P6_TC1-COD(2007)0037B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament ▐ (KE) Nru 852/2004 ▐ dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari ▐ l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u SoċjaliEwropew  (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedurastabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-politiki tal-Komunità dwar Regolamentazzjoni Aħjar, b’mod partikolari il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjunibit-titolu:“Valutazzjon strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea” ║, u ║“Il-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea” ║, jisħaq l-importanza tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi bil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività tagħhom u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona.

(2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-ikel  (4) jeżiġi li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta’ l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi (HACCP).

(3)

L-esperjenza wriet li f’ċerti kumpaniji ta’ l-ikel, l-iġjene ta’ l-ikel jista’ jiġi żgurat permezz ta’ l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta’ l-iġjene ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta’ l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b’mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (5).

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: ▐

Artikolu 1

1.

Fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, tiddaħħal il-premessa ġdida li ġejja:

“(15a)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-implimentazzjoni tal-flessibilità prevista f’dan ir-Regolament, speċjalment fl-Artikolu 5(2)(g) u (5), b’mod partikulari fir-rigward tan-negozji li huma mikrointrapriżi fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi ‘mikro’, żgħar u ta’ daqs medju (6).

2.

Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejjagħandha tiżdied:

“Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi ta’ negozji tal-ikel jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP. Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-intrapriżi, partikolarment il-mikro intrapriżi, skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni ║ 2003/361/KE ║, u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta’ l-ikel lill-konsumatur finali, u sakemm l-awtorità kompetenti tqis, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-periklu relatata mal-kumpanija u mwettqa regolarment, jew li m’hemmx perikli li jeħtieġ li jiġu evitati, eliminati jew imnaqqsa għal livelli aċċettabbli, jew li kwalunkwe perikli identifikati huma kkontrollati biżżejjed permezz tal-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tal-iġjene tal-ikel stabbiliti fl–Artikolu 4(2) sa (6) ta’ dan ir-Regolament. Lawtorità kompetenti għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel meta teżiġi konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) sa (6).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 175, 27.7.2007, p. 37.

(2)  GU C ….

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(5)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(6)   ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.”


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/125


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Proposta dwar l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists ***I

P6_TA(2008)0251

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists (COM(2007)0292 — C6-0154/2007 — 2007/0102(COD))

2009/C 285 E/21

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0292),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0154/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0067/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa′ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
P6_TC1-COD(2007)0102

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Gunju 2008 bil-hsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta' beta-agonists

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2008/97/KE.)


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/126


Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
Skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 *

P6_TA(2008)0252

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006 (COM(2007)0857 — C6-0051/2008 — 2007/0289(CNS))

2009/C 285 E/22

(Proċedura ta' Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0857),

wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0051/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0200/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Minn meta ġiet maħluqat, is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) saret waħda mill-istrumenti ewlenin tal-politika tal-kummerċ u l-iżvilupp tal-UE biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw inaqqsu l-faqar billi jiġġeneraw dħul permezz ta' kummerċ internazzjonali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom billi jippromwovu l-iżvilupp industrijali u d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom.

Emenda 2

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

L-għan ewlieni tal-politika ta' żvilupp tal-UE u, għaldaqstant, tal-iskema tal-SĠP, huwa li jsir kontribut — permezz ta' diversifikazzjoni akbar tal-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tas-sehem akbar tagħhom fil-kummerċ dinji — għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju (MDGs), l-eradikazzjoni tal-faqar, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda 3

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Sabiex tiżdied ir-rata ta' utilizzazzjoni u l-effettività tal-SĠP u biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew igawdu mill-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u tal-arranġamenti preferenzjali, l-Unjoni Ewropea għandha tfittex li tipprovdi lil dawn il-pajjiżi, u b'mod partikolari lill-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), b'għajnuna teknika adegwata.

Emenda 4

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a)

Għandu jingħata appoġġ, f'sura ta' għajnuna teknika, għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-governanza tajba.

Emenda 5

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a)

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità għall-arranġament speċjali ta' inċentivi favur l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba wara l-31 ta' Ottubru 2008 għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji supplimentarji malli jissodisfaw dawn il-kriterji. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar talbiet ġodda fuq bażi annwali.

Emenda 38

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 15

(15)

Dazji tat-tariffi fuq prodotti mhux sensittivi għandhom ikomplu jiġu sospiżi, filwaqt li dazji fuq prodotti sensittivi għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis tat-tariffa, biex tkun żgurata rata ta' utilizzazzjoni sodisfaċenti u fl-istess waqt titqies is-sitwazzjoni ta' l-industriji Komunitarji rispettivi.

(15)

Dazji tat-tariffi fuq prodotti mhux sensittivi għandhom ikomplu jiġu sospiżi, filwaqt li dazji fuq prodotti sensittivi għandhom ikunu stabbiliti b'mod li tkun żgurata rata ta' utilizzazzjoni sodisfaċenti u fl-istess waqt titqies is-sitwazzjoni ta' l-industriji Komunitarji rispettivi.

Emenda 6

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a)

Sabiex jiġi evitat it-tnaqqis tal-preferenzi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-trasferiment ta' prodotti attwalment klassifikati bħala“sensittivi” għall-kategorija“mhux sensittivi” fir-regolament li jmiss.

Emenda 7

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 19

(19)

F'ġieh il-koerenza fil-politika kummerċjali tal-Komunità, pajjiż benefiċjarju ma għandux jibbenefika kemm mill-iskema tal-Komunità ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffi kif ukoll minn ftehim ta' kummerċ ħieles, jekk dan il-ftehim ikopri ta' l-inqas il-preferenzi kollha previsti mill-iskema attwali għal dak il-pajjiż.

(19)

Għall-finijiet ta' koerenza fil-politika kummerċjali tal-Komunità, pajjiż benefiċjarju ma għandux jibbenefika kemm mill-iskema tal-Komunità ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffi kif ukoll minn ftehim ta' kummerċ ħieles, jekk dan il-ftehim ikopri , effettivament jimplimenta u, jekk ikun il-każ, jikkonsolida ta' l-inqas il-preferenzi kollha previsti mill-iskema attwali għal dak il-pajjiż.

Emenda 8

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 21 a (ġdida)

 

(21a)

Ir-regoli ta' oriġini għandhom jiġu rriveduti sabiex titqies l-akkumulazzjoni inter-reġjonali u globali u l-possibilità li pajjiż jibbenefika minn trattament preferenzjali skond l-SĠP, l-SĠP+ u l-inizjattiva“Kollox Ħlief Armi” (EBA), anke jekk ma jkunx il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija tal-esportazzjoni, sakemm jingħata valur miżjud sostanzjali lill-prodotti fil-pajjiż ikkonċernat. Matul din ir-reviżjoni, il-ħtieġa ta'“trasformazzjoni doppja” għal ċerti prodotti għandha tiġi eliminata wkoll.

Emenda 9

Proposta għal regolament— att li jemenda

Premessa 21 b (ġdida)

 

(21b)

Il-Kummissjoni għandha, bħala prijorità, tistinka fi ħdan l-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sabiex jintlaħaq ftehim li jarmonizza r-regoli ta' oriġini, skond liema regoli l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-anqas pajjiżi żviluppati jirċievu trattament preferenzjali.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 21 c (ġdida)

 

(21c)

Skond l-Artikolu 37(6) tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-EU, il-Kummissjoni impenjat ruħha li teżamina l-alternattivi kollha possibbli biex tgħin lill-pajjiżi l-anqas avvanzati u li ma kinux iffirmaw Ftehim ta' Sħubija Ekonomika jibbenefikaw minn qafas ta' kummerċ li joffri preferenzi kummerċjali għallinqas ekwivalenti għal dawk tal-Ftehim Cotonou.

Emenda 10

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 3 — paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.

Fuq il-bażi tal-aktar“data” riċenti komparabbli u aġġustata disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi liema pajjiżi benefiċjarji jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1.

Emenda 11

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 3 — paragrafu 1 b (ġdid)

 

1b.

Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn huma elenkati l-pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1.

Emenda 12

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 3 — paragrafu 2

2.

Meta pajjiż benefiċjarju jibbenefika minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Komunità li jkopri ta' l-anqas il-preferenzi kollha previsti minn din l-iskema għal dak il-pajjiż , għandu jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji.

2.

Meta pajjiż benefiċjarju jibbenefika minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Komunità , l-applikazzjoni tal-ftehima kummerċjali għandha tieħu preċedenza fuq l-applikazzjoni tal-iskema sakemm il-ftehima effettivament timplimenta u, jekk ikun il-każ, tikkonsolida ta' l-anqas il-preferenzi kollha previsti minn din l-iskema għal dak il-pajjiż. Ftehim kummerċjali mal-Komunità ma jfixkilx l-eliġibilità għall-arranġament speċjali ta' inċentivi stipulat fl-Artikoli 7 sa 10.

Emenda 13

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 3 — paragrafu 3

3.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika pajjiż benefiċjarju bit-tneħħija tiegħu mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji.

3.

Meta pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji , il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż ikkonċernat u lill-Parlament Ewropew.

Emenda 14

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 3 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.

Sabiex jittejjeb l-impatt tal-iskema, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u speċjalment lill-LDCs b'għajnuna teknika adegwata għall-bini ta' kapaċità istituzzjonali u regolatorja meħtieġa biex jitgawdew il-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u tal-SĠP.

Emenda 15

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 5 — paragrafu 2

2.

Għall-għanijiet ta' l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli tal-oriġini, li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.

Għall-għanijiet ta' l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli tal-oriġini, li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Il-forma, is-sustanza u l-proċeduri tas-sistema tar-regoli ta' oriġini għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari sabiex ikun evalwat l-effett tagħha fuq ir-rati tal-użu tal-SĠP u biex tikkontribwixxi aħjar għall-għan li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku.

Emenda 16

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 5 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità fi ħdan id-WTO għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-oriġini li jintroduċu trattament preferenzjali għall-pajjiżi li qed jiżvilupp u għall-LDCs.

Emenda 17

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 7 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.

Għandha tingħata wkoll għajnuna teknika biex pajjiżi eliġibbli li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jikkonformaw mar-ratifika u mar-rekwiżiti effettivi ta' implimentazzjoni tal-arranġament speċjali ġdid ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

Emenda 18

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 8 — paragrafu 3

3.

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet, inklużi rakkomandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ.

3.

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika u tal-implimentazzjoni ta' dawn il-konvenzjonijiet ta' kull pajjiż li jibbenefika mill-arranġament ta' inċentiv speċjali. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ dwar jekk xi pajjiż partikulari għandux jieħu passi oħra biex jimplimenta konvenzjoni b'mod effettiv.

Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja tal-arranġament speċjali ta' inċentivi biex jintlaħaq l-għan tiegħu u tirrakkomanda, fejn ikun xieraq, ir-reviżjoni tal-Anness III.

Emenda 19

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 9 — paragrafu 1 — punt a

a)

pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan sal-31 ta' Ottubru 2008, u

a)

pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan sal-31 ta' Ottubru 2008 , jew, fil-każ ta' pajjiżi jew territorji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) u (2), wara dik id-data, ta' kull sena , u

Emenda 20

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 10 — paragrafu 1

1.

Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta' l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista' titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u tista' tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma' kwalunkwe sors ieħor rilevanti.

1.

Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta' l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista' titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u għandha tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma' kwalunkwe sors ieħor rilevanti , inkluż il-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fosthom l-imsieħba soċjali.

Emenda 21

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 10 — paragrafu 3

3.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 2 lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba. Fejn pajjiż jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi, dan għandu jiġi informat bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Diċembru 2008, tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, li jelenka l-pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-arranġament speċjali ta' inċentiv għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

3.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 2 lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba. Fejn pajjiż jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi, dan għandu jiġi informat bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Diċembru 2008, tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , li għandu jkun aġġornat kull sena , li jelenka l-pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

Emenda 22

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 10 — paragrafu 4

4.

Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta' inċentiv, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet, jekk dak il- pajjiż jitlobhom .

4.

Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta' inċentivi, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet u tgħarraf lill- pajjiż li jagħmel it-talba, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, dwar dan.

Emenda 23

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 17 — paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.

Il-Kummissjoni għandha tiċċekkja regolarment li l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji qegħdin ikunu onorati u li ma tkun tapplika l-ebda raġuni minn dawk imsemmija fl-Artikolu 15(1) u (2) u fl-Artikolu 16(1) u (2) dwar l-irtirar temporanju ta' arranġamenti preferenzjali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar il-każijiet ta' rtirar temporanju u tibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Emenda 24

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 17 — paragrafu 1

1.

Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista' tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

1.

Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievu informazzjoni li tista' tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

Emenda 25

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 17 — paragrafu 2

2.

Wara l-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fi żmien xahar u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni.

2.

Wara l-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fi żmien xahar u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni. Fid-dawl tar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 15(1)(a), il-Kummissjoni għandha tiftaħ inkjesta awtomatikament f'kull każ fejn il-Kumitat tal-ILO għall-Applikazzjonijiet tal-Istandards jiddedika“paragrafu speċjali” lil xi pajjiż benefiċjarju li ma jikkonformax mal-istandards fundamentali tax-xogħol.

Emenda 26

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 18 — paragrafu 3

3.

Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-korpi rilevanti ta' sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta' tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista' tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma' operaturi ekonomiċi u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

3.

Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja, inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej u tal-korpi rilevanti ta' sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta' tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista' tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma' operaturi ekonomiċi , rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (fosthom l-imsieħba soċjali) u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

Emenda 27

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 19 — paragrafu 1

1.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat.

1.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew.

Emenda 28

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 19 — paragrafu 4

4.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, hija għandha tippreżenta proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu.

4.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, hija għandha tippreżenta — wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew - proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu.

Emenda 29

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 20 — paragrafu 7

7.

Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista', wara li tinforma lill-Kumitat, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

7.

Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu l-investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista', wara li tinforma lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew , tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

Emenda 30

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 21

Fejn l-importazzjonijiet ta' prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq Komunitarji, b'mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati wara li tikkonsulta l-kumitat ta' ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni.

Fejn l-importazzjonijiet ta' prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq Komunitarji, b'mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Parlament Ewropew , tista' tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati wara li tikkonsulta l-kumitat ta' ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni.

Emenda 31

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 22 — paragrafu 1

1.

Il-Kummissjoni għandha tinforma l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll il-Kunsill u l-Istati Membri dwar dan.

1.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar dan.

Emenda 32

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 22 — paragrafu 2

2.

Kwalunkwe Stat Membru jista' jirreferi deċiżjoni li ttieħdet skond l-Artikoli 20 jew 21 lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

2.

Kwalunkwe Stat Membru, jew il-Parlament Ewropew, jista' jirreferi deċiżjoni li ttieħdet skond l-Artikoli 20 jew 21 lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahar. Fejn ikun il-każ, il-Kunsill għandu jinforma bid-deċiżjoni tiegħu lill-pajjiż li jagħmel it-talba u lill-Parlament Ewropew.

Emenda 33

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 25 — punt e

e)

għat-twaqqif, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2008, tal-lista finali ta' pajjiżi benefiċjarji skond l-Artikolu 10.

e)

għat-twaqqif, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2008, tal-lista finali ta' pajjiżi benefiċjarji li għandha tkun aġġornata kull sena skond l-Artikolu 10.

Emenda 34

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 26 a (ġdid)

 

Artikolu 26a

1.     Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat regolarment rigward:

(a)

l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-SĠP;

(b)

l-istatus tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet inklużi fl-Anness III ta' kull pajjiż li qiegħed jibbenefika mill-arranġament speċjali għal inċentivi. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar jekk xi pajjiż partikulari għandux jieħu passi oħra biex jimplimenta konvenzjoni b'mod effettiv;

(c)

informazzjoni rilevanti dwar il-progress biex jitwettqu l-MDGs, b'mod speċjali fil-pajjiżi l-anqas żviluppati.

2.     Il-Kummissjoni għandha tħejji studju tal-evalwazzjoni tal-impatt tal-effetti tal-SĠP li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2009. L-istudju għandu jintbagħat lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sa l-1 ta' Marzu 2010.

3.     Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat, għandha tħejji l-kontenut tal-istudju tal-evalwazzjoni tal-impatt imsemmi fil-paragrafu 2, li għandu jinkludi l-fehmiet tal-pajjiżi benefiċjarji u f'kull każ għandu jkun fih mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

analiżi statistika dettaljata tar-rati tal-utilizzazzjoni tal-SĠP għal kull pajjiż u taqsima li tkun tinkludi tqabbil mas-snin ta' qabel;

evalwazzjoni tal-effetti soċjali u kummerċjali tal-gradazzjoni fuq il-pajjiżi ggradati;

evalwazzjoni preliminari tal-effetti tal-gradazzjoni futura fuq il-pajjiżi li aktarx li jiġu ggradati skond ir-regolamentazzjoni li jmiss;

analiżi tal-effetti potenzjali tat-twessigħ tas-sistema ta' preferenzi billi jiżdied il-marġni preferenzjali mogħti għall-prodotti sensittivi u/jew billi jkunu ttrasferiti prodotti “sensittivi” għall-kategorija ta' prodotti “mhux sensittivi”;

evalwazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament sabiex jitwettqu l-MDGs, u b'mod partikulari rigward il-pajjiżi l-inqas żviluppati.

4.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport speċjali lill-Parlament Ewropew meta tkun konkluża l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha, liema rapport janalizza l-impatt tan-negozjati fuq l-iskema stabbilita f'dan ir-Regolament filwaqt li jitqiesu l-miżuri li għandhom jiġu adottati biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-SĠP.

Emenda 39

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 27 — paragrafu 3

3.

Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta' l-iskema, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 . Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandu jiġi ppreżentat kmieni biżżejjed għad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss.

3.

Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta' l-iskema, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkopri l-perjodu mill- 1 ta' Jannar 2006. Dan ir-rapport għandu jinkludi studju tal-impatt ambjentali li jkopri għallinqas il-punti li ġejjin:

studju komparattiv tar-rati ta' utilizzazzjoni tas-SĠP skond dan ir-Regolament u dak ta' qabel, sabiex jiġu identifikati x-xejriet pożittivi u negattivi,

evalwazzjoni tal-effetti taż-żieda fl-indikaturi tal-faqar tal-pajjiżi affettwati,

studju komparattiv tat-trattament preferenzjali li joffru l-SĠP u l-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika.

Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u ghandu jigi pprezentat kmieni bizzejjed ghad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss…

Emenda 36

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 29 — paragrafu 2a (ġdid)

 

2a.

Il-proposta għal regolament rivedut li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2014 għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sa l-1 ta' Ġunju 2010. Il-proposta l-ġdida għandha tqis b'mod xieraq ir-riżultati tal-istudju tal-evalwazzjoni tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 26a(2).