ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.270.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 270

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
11 ta' Novembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2009/C 270/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2009 fuq proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b’kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (CON/2009/88)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 270/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5589 – SONY/SEIKO EPSON) ( 1 )

9

2009/C 270/03

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

10

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2009/C 270/04

Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill – Settembru/Ottubru 2009 (qasam soċjali)

14

 

Il-Kummissjoni

2009/C 270/05

Rata tal-kambju tal-euro

17

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 270/06

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

18

2009/C 270/07

Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

19

2009/C 270/08

Ħatra ta’ mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 270/09

Media 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-offerti – EACEA/17/09 – i2i audiovisual

21

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 270/10

Avviż ta' Tnedija ta’ reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjoni tal-plajwud okoumé li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

24

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 270/11

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5654 – Brookfield/BBI) ( 1 )

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Ottubru 2009

fuq proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b’kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(CON/2009/88)

2009/C 270/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-6 ta’ Ottubru 2009 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq: (1) proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”); u (2) proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b’kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2) (minn hawn ’il quddiem id-“deċiżjoni proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni fuq ir-regolament propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla ostakoli ta’ kull politika segwita mill-awtoritajiet kompetenti relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 105(5) tat-Trattat. Fir-rigward tad-deċiżjoni proposta, il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 105(6) tat-Trattat. Billi ż-żewġ testi jirrigwardaw it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u minkejja l-proċedura leġislattivi distinti li japplikaw għal dawn it-testi, il-BĊE adotta, għas-sempliċità, opinjoni waħda fuq iż-żewġ proposti.

L-osservazzjonijiet li hawn f’din l-opinjoni huma mingħajr preġudizzju għall-opinjoni tal-BĊE fil-futur fuq it-tliet abbozzi ta’ proposti għal Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Awtorità Bankarja Ewropea, Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (3) li jiffurmaw parti mill-pakkett leġislattiv adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2009 li jirriforma s-superviżjoni finanzjarja Ewropea.

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

In ġenerali l-BĊE jappoġġa r-regolament u d-deċiżjoni proposta mill-Kummissjoni, li huma mmirati biex jistabbilixxu korp ġdid responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali fl-UE, jiġifieri l-BERS. Fil-fehma tal-BĊE, il-kriżi finanzjarja riċenti wriet il-bżonn biex jissaħħaħ l-approċċ makroprudenzjali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-sistema finanzjarja fil-kumpless tagħha. Uriet ukoll il-bżonn biex jiġu vvalutati d-diversi sorsi ta’ riskju sistemiku u l-konsegwenzi tagħhom għas-sistema finanzjarja b’mod komprensiv u f’waqtu. Il-BERS, meta jidentifika u jivvaluta r-riskji sistemiċi, billi joħroġ twissijiet bikrin u rakkomandazzjonijiet meta dawn ir-riskji huma sinjifikanti u bil-monitoraġġ tal-azzjonijiet sussegwenti, jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-UE in ġenerali.

2.

Il-Kunsill tal-Ecofin tad-9 ta’ Ġunju 2009 kkonkluda li l-“BĊE għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS, billi jieħu wkoll parir tekniku mill-banek ċentrali nazzjonali u superviżuri.” Dan segwa r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport mill-Grupp ta’ Livell Għoli fuq is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière tal-25 ta’ Frar 2009 u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2009 li tissuġġerixxi li l-BĊE għandu jiżgura s-Segretarjat tal-BERS. Fit-18 u d-19 ta’ Ġunju il-Kunsill Ewropew innota li l-Komunikazzjoni u l-konklużjonijiet tal-Ecofin ħejjew it-triq għall-quddiem għat-twaqqif ta’ qafas ġdid għas-superviżjoni makro u mikroprudenzjali u appoġġa l-ħolqien tal-BERS.

3.

Il-BĊE ddeċieda li huwa lest biex jiżgura s-Segretarjat tal-BERS u biex jappoġġa l-BERS u jissuġġerixxi li ssir referenza għal dan fil-premessa tar-regolament propost. Il-BĊE huwa ppreparat li jġib għall-benefiċċju tal-BERS, bil-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE, il-kompetenza makroekonomika, finanzjarja u monetarja tal-banek ċentrali nazzjonali kollha tal-UE. Din il-kontribuzzjoni ser tkun marbuta ma’ attivitajiet tal-BĊE u tal-BERS fl-oqsma tal-monitoraġġ tal-istabbiltà finanzjarja, analiżi makroekonomika, ġbir ta’ informazzjoni statistika u bis-sinerġiji kumplessivi fir-rigward ta’ kompetenza, riżorsi u infrastruttura fil-kuntest ta’ attivitajiet tal-banek ċentrali eżistenti fl-UE.

4.

L-involviment tal-BĊE u tas-SEBĊ fil-BERS mhux ser jibdel l-għan primarju tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 105(1) tat-Trattat, li huwa li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-attivitajiet ta’ appoġġ għall-BERS la ser jaffettwa l-indipendenza istituzzjonali, funzjonali u finanzjarja u lanqas it-twettiq tal-SEBĊ tal-ħidmiet tagħha taħt it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), partikolarment il-ħidmiet tagħha tal-istabbiltà finanzjarja u superviżjoni. (4)

5.

Fil-qasam tal-istatistika, il-BĊE huwa lest li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-BERS dwar l-ambjent makroekonomiku u makrofinanzjarju u għandu l-kompetenza teknika biex jagħmel dan. Dan jinkludi b’mod partikolari informazzjoni fuq kundizzjonijiet tas-suq u infrastrutturi tas-suq. Informazzjoni mikroprudenzjali ser tiġi pprovduta mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej ġodda.

Osservazzjonijiet specifici

6.

Fir-rigward tal-proċedura għall-ħruġ u l-azzjoni sussegwenti għat-twissijiet ta’ riskju u rakkomandazzjonijiet, il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ ir-regolament propost (5), li jipprovdi li t-twissijiet ta’ riskju u rakkomandazzjonijiet tal-BERS ser jiġu trasmessi direttament fl-indirizzi rispettivi, bi trasmissjoni parallela lill-Kunsill tal-Ecofin. It-tibdil f’dawn id-dispożizzjonijiet li jwasslu għal “mogħdija indiretta” għat-trasmissjoni ta’ twissijiet ta’ riskju u rakkomandazzjonijiet jimminaw l-effettività u l-puntwalità tar-rakkomandazzjonijiet kif ukoll l-indipendenza u l-kredibbiltà tal-BERS. Barra minn hekk, huwa importanti li dawn il-proċeduri dwar il-komunikazzjoni tal-BERS ma’ istituzzjonijiet u kumitati tal-UE oħrajn ma jtellfux it-twettiq effettiv u f’waqtu tal-ħidmiet tal-BERS.

7.

Fir-rigward tal-aspetti organizzattivi tal-BERS, il-BĊE jikkunsidra li huwa partikolarment importanti li l-kompożizzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-BERS jirrifletti b’mod adegwat dak tal-Bord Ġenerali tal-BERS. F’dan tal-aħħar, 29 membru votant ikunu bankiera ċentrali, filwaqt li erba’ membri votanti oħrajn ikunu membri tal-Kummissjoni u l-Presidenti tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej ġodda. Huwa essenzjali li l-kompożizzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tirrifletti dik tal-Bord Ġenerali biex jiġi żgurat li l-Kumitat jirrappreżenta l-Bord, li l-laqgħat tiegħu huwa intiż li jħejji. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ħames membri tal-bank ċentrali (flimkien mal-President u l-Viċi President tal-BERS) flimkien ma’ erba’ membri oħrajn votanti ta’ hawn fuq huwa livell minimu biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bħal dan flimkien ma’ rappreżentazzjoni suffiċjenti tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro u mhux taż-żona tal-euro. Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġa bil-qawwa l-proposta tal-Kummissjoni li seba’ mit-tnax-il membru tal-Kumitat tat-Tmexxija jiġu mill-Kunsill Ġenerali tal-BĊE (6). Madankollu, billi l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro ser tinbidel biż-żmien mhux konsiljabbli li f’att legali tiġi stabbilita allokazzjoni speċifika mmutabbli ta’ siġġijiet bejn banek ċentrali taż-żona tal-euro u mhux taż-żona tal-euro. Fl-aħħar nett, il-BĊE jappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni fejn il-President biss u l-BERS jagħtu direzzjonijiet lill-Kap tas-Segretarjat (7).

8.

Il-President u l-Viċi President tal-Bord Ġenerali tal-BERS għandhom jiġu eletti abbażi tal-istess proċeduri u mill-istess grupp ta’ membri votanti, billi l-Viċi President għandu jkun jista’ jieħu post il-President, jekk ikun meħtieġ. Għaldaqstant, il-Viċi President għandu jiġi elett ukoll, kif intqal fil-proposta tal-Kummissjoni, minn u fost il-membri tal-Bord Ġenerali li huma membri wkoll tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Proċeduri differenti għall-elezzjoni ta’ President u Viċi President iżidu kumplikazzjonijiet għalxejn u jistgħu jagħtu l-impressjoni żbaljata li jirrappreżentaw gruppi differenti ġewwa l-BERS.

9.

Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Bord Ġenerali tal-BERS, il-BĊE jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li l-President u l-Viċi President tal-BĊE jkunu membri votanti tal-Bord Ġenerali tal-BERS. Dan huwa skont il-prinċipju li l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE jipprovdi l-bażi għall-membri votanti tal-Bord Ġenerali (8). Barra minn hekk, l-inklużjoni tal-Viċi President tal-BĊE jkun skont il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 li skont dawn, il-Viċi President jista’ jivvota fl-elezzjoni tal-President tal-BERS bħala membru tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Fil-fatt, jekk ma jkunx membru tal-Bord Ġenerali tal-BERS, il-Viċi President ma jkunx jista’ jivvota f’din l-elezzjoni.

10.

Il-BERS huwa korp tal-Komunità, li l-ħidmiet tiegħu jikkonċernaw is-sistema finanzjarja tal-UE u jinkludu li jsiru rakkomandazzjonijiet u jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu indirizzati riskji sistemiċi u tiġi salvagwardata l-istabbiltà tas-sistema u li l-membri tiegħu jiġu mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea; għaldaqstant, il-kostitwenza tal-BERS għandha tkun l-UE. Madankollu, minħabba l-importanza sistemika ta’ ċerti pajjiżi Ewropej mhux fl-UE għas-sistema finanzjarja tal-UE, jista’ jiġi kkunsidrat xieraq li jiġu mistiedna rappreżentanti minn dawn il-pajjiżi biex jattendu ċerti laqgħat tal-BERS u/jew kumitati tekniċi bħala osservaturi meta jkunu qed jiġu diskussi kwistjonijiet rilevanti.

Il-BĊE jirrakkomanda li l-artikoli li ġejjin tar-regolament propost u tad-deċiżjoni proposta jiġu emendati. Qed jiġu pprovduti u spjegati proposti speċifiċi ta’ abbozzar fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2009) 499 finali.

(2)  KUMM(2009) 500 finali.

(3)  KUMM(2009) 501 finali, KUMM(2009) 502 finali u KUMM(2009) 503 finali.

(4)  Artikolu 105(2) ir-raba’ inċiż u l-Artikoli 105(4) u (5) tat-Trattat, u l-Artikolu 3.1 ir-raba’ inċiż, l-Artikolu 3.3, l-Artikoli 4 u 22 u l-Artikolu 25.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(5)  L-Artikoli 16, 17 u 18 tar-regolament propost.

(6)  L-Artikolu 11(1) tar-regolament propost.

(7)  L-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni proposta. Il-President tal-BERS jippresedi kemm il-Bord Ġenerali kif ukoll il-Kumitat tat-Tmexxija.

(8)  Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE huwa magħmul mill-President tal-BĊE, il-Viċi President u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-UE.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 5 tar-regolament propost

Premessa 5

“Fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu ‘Superviżjoni Finanzjarja Ewropea’ […] F’konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE ‘għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-Banek Ċentrali u superviżuri’.”

Premessa 5

“Fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu ‘Superviżjoni Finanzjarja Ewropea’ […] F’konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE ‘għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-Banek Ċentrali u superviżuri’. Il-BĊE iddeċieda li lest li jiżgura s-Segretarjat tal-BERS u biex jappoġġa l-BERS. L-appoġġ ipprovdut lill-BERS mill-BĊE kif ukoll il-kompiti mogħtija mill-BERS għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-BĊE fit-twettiq tal-kompitu tiegħu bis-saħħa tat-Trattat.”

Spjegazzjoni

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li l-BĊE huwa lest li jiżgura s-Segretarjat tal-BERS u biex jappoġġa l-BERS u jikkunsidra li huwa xieraq li dan jissemma fil-premessa 5 tar-regolament propost.

L-aħħar sentenza tal-premessa 5 tar-regolament propost tikkjarifika li t-twettiq mill-BĊE tal-kompiti tiegħu mhux ser jiġu mtellfa bl-appoġġ tiegħu tal-BERS, u lanqas bil-kompiti tal-BERS innifishom billi, għad-differenza tal-BERS, il-BĊE huwa stabbilit mit-Trattat. Dan huwa partikolarment importanti minħabba l-prinċipju tal-indipendenza tal-bank ċentrali.

Emenda 2

L-Artikolu 3(1) tar-regolament propost

Artikolu 3

“1.   Il-BERS se jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan il-Komunità sabiex jimpedixxi jew itaffi r-riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja, bil-għan li jevita episodji ta’ taqlib finanzjarju mifrux, jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr problemi tas-Suq Intern u jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku.”

Artikolu 3

“1.   Il-BERS se jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan il-Komunità sabiex jimpedixxi jew itaffi r-riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja, bil-għan li jevita episodji ta’ taqlib finanzjarju mifrux u jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr problemi tas-Suq Intern. u jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku .”

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa tal-fehma li tiġi żgurata kontribuzzjoni sostenibbli għat-tkabbir ekonomiku mhijiex il-motivazzjoni wara s-superviżjoni makroprudenzjali. Għaldaqstant, ir-referenza għal dan il-kunċett għandha tiġi rtirata mill-artikolu fuq imsemmi.

Emenda 3

L-Artikolu 4(1) tar-regolament propost

Artikolu 4

“1.   Il-BERS se jkollu Bord Ġenerali, Kumitat tat-Tmexxija u Segretarjat.”

Artikolu 4

“1.   Il-BERS se jkollu Bord Ġenerali, Kumitat tat-Tmexxija u Segretarjat u Kumitat Tekniku Konsultattiv.”

Spjegazzjoni

Ir-regolament u d-deċiżjoni proposta għandhom jistabbilixxu l-aspetti istituzzjonali ewlenin tal-BERS, inkluż il-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC). Kemm ir-regolament propost kif ukoll id-deċiżjoni proposta jindikaw ir-rwol ewlieni tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali fis-superviżjoni makroprudenzali  (2). Dan l-artikolu tar-regolament propost għandu jiġi emendat biex jikkjarifika li l-ATC hija parti mill-istruttura organizattiva tal-BERS (ara wkoll iktar ’l isfel Emendi 5 u 7).

Emenda 4

L-Artikolu 4(4) tar-regolament propost

Artikolu 4

“4.   Is-Segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord Ġenerali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill KE/XXXX/2009”

Artikolu 4

“4.   B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill KE/XXXX/2009 li tafda lill-BĊE b’kompiti speċifiċi dwar il-funzjonament tal-BERS is-Segretarjat ser jiġi żgurat mill-BĊE li ser għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS, filwaqt li jieħu parir tekniku mill-banek ċentrali nazzjonali u superviżuri. Is-Segretarjat għandu jopera taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord Ġenerali

Spjegazzjoni

L-emenda hija meħtieġa biex ir-regolament propost ikun konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ecofin tad-9 ta’ Ġunju 2009 u d-deċiżjoni propsota. Mingħajrha, ir-rwol tal-BĊE fl-appoġġ tal-BERS jitħalla barra mit-test tar-regolament propost. Dan ma jkunx konformi ma’ dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet imgħoddija, inklużi b’mod partikolari:

ir-rapport de Larosière oriġinali li kien jgħid li “ġewwa l-UE, il-BĊE, bħala l-qalb tas-SEBĊ, qiegħed f’pożizzjoni unika biex jagħmel dan ix-xogħol, jiġifieri li jidentifika r-riskji makroprudenzjali”;

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2009;

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ecofin tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jgħidu li “l-BĊE għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS, u jieħu wkoll parir tekniku mill-banek ċentrali nazzjonali u superviżuri”; u

l-approvazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ hawn mill-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009.

Emenda 5

L-Artikolu 4(5) tar-regolament propost

Artikolu 4

“5.   Il-BERS se jkun appoġġjat mill-Kumitat Tekniku Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 12, li għandu jipprovdi parir u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS, meta mitlub.”

Artikolu 4

“5.   Il-BERS se jkun appoġġjat mill-Kumitat Tekniku Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 12, li għandu jipprovdi parir u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS, meta mitlub.”

Spjegazzjoni

Dan l-artikolu tar-regolament propost għandu jiġi emendat biex jikkjarifika li l-ATC jassisti lill-BERS fuq bażi permanenti. Ir-regoli ta’ proċedura tal-BERS għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet applikabbli fir-rwol konsultattiv tal-ATC (ara wkoll l-Emendi 3 u 7 dwar l-ATC).

Emenda 6

L-Artikolu 7 tar-regolament propost

“Artikolu 7

Imparzjalità

1.   Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat tat-Tmexxija jew meta jkunu qegħdin iwettqu xi attività oħra relatata mal-BERS, il-Membri tal-BERS għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod imparzjali u ma għandhom ifittxu jew jieħdu l-ebda struzzjoni mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-BERS fit-twettiq tal-kompiti tagħhom tal-BERS.”

“Artikolu 7

Imparzjalità u indipendenza

1.   Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat tat-Tmexxija jew meta jkunu qegħdin iwettqu xi attività oħra relatata mal-BERS, il-Membri tal-BERS għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod imparzjali u biss fl-interess tal-Komunità inġenerali. Huma ma għandhom ifittxu jew jieħdu l-ebda struzzjoni mill-Istati Membri, istituzzjonijiet tal-Komunità jew kull korp ieħor pubbliku jew privat.

2.   L-Istati Membri, istituzzjonijiet tal-Komunità jew kull korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-BERS fit-twettiq tal-kompiti tagħhom tal-BERS.”

Spjegazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jiġi emendat biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-membri tal-BERS minn interferenza minn korpi Komunitarji oħrajn jew xi korp ieħor. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju mill-BĊE tal-kompiti ta’ appoġġ mogħtija lill-BĊE għall-benefiċċju tal-BERS u li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala struzzjonijiet.

Emenda 7

L-Artikolu 12(3) tar-regolament propost

Artikolu 12

“3.   Il-Kumitat għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(5) meta jintalab mill-President tal-Bord Ġenerali.”

Artikolu 12

“3.   Il-Kumitat għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(5) meta jintalab mill-President tal-Bord Ġenerali

Spjegazzjoni

L-iskop ta’ din l-emenda huwa biex jiġi kkjarifikat li l-ATC jassiti lill-BERS fuq bażi permanenti, mhux biss meta mitlub, skont ir-regoli tal-proċedura tal-BERS (ara wkoll l-Emendi 3 u 5 dwar l-ATC).

Emenda 8

L-Artikolu 13 tar-regolament propost

“Artikolu 13

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-parir ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat.”

“Artikolu 13

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-parir fehmiet ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat.”

Spjegazzjoni

It-terminoloġija proposta tirrifletti aħjar in-natura tar-rwol tal-parteċipanti tas-settur privat.

Emenda 9

Premessa 8 tad-deċiżjoni proposta

Premessa 8

“Il-Kunsill ikkonkluda fid-9 ta’ Ġunju 2009 li l-BĊE għandu jipprovdi għajnuna analitika, statistika, amministrattiva u loġistika lill-BERS. Għandha għalhekk tiġi eżerċitata l-għażla prevista mit-Trattat li ċerti ħidmiet dwar il-politika relatati mas-superviżjoni prudenti jingħataw lill-BĊE, billi l-BĊE jingħata l-ħidma li jiżgura s-Segretarjat lill-BERS.”

Premessa 8

“Il-Kunsill ikkonkluda fid-9 ta’ Ġunju 2009 li l-BĊE għandu jipprovdi għajnuna analitika, statistika, amministrattiva u loġistika lill-BERS. Għandha għalhekk tiġi eżerċitata l-għażla prevista mit-Trattat li ċerti ħidmiet dwar il-politika relatati mas-superviżjoni prudenti jingħataw lill-BĊE, billi l-BĊE jingħata l-ħidma li jiżgura s-Segretarjat lill-BERS. L-għajnuna mogħtija lill-BERS mill-BĊE kif ukoll il-ħidmiet mogħtija lill-BERS għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall- prinċipju tal-indipendenza tal-BĊE fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu skont it-Trattat.”

Spjegazzjoni

L-emenda tal-premessa proposta tikkjarifika li t-twettiq mill-BĊE tal-ħidmiet tiegħu ma jkunx imfixkel bl-appoġġ tiegħu lill-BERS, u lanqas bil-ħidmiet tal-BERS innifsu, minħabba li kontra tal-BERS, il-BĊE huwa stabbilit bit-Trattat. Dan huwa partikolarment importanti minħabba l-prinċipju ta’ indipendenza.

Emenda 10

Premessa ġdida 8a tad-deċiżjoni proposta

“Bħalissa m’hemm l-ebda test”

Premessa 8a

“(8a)

Il-ħidmiet ta’ superviżjoni makro-prudenti tal-BERS jimmiraw li ma jkunx hemm, jew ta’ lanqas, inaqqsu r-riskji sistemiċi ġewwa s-sistema finanzjarja. Filwaqt li l-BESR m’huwiex responsabbli li jagħmel superviżjoni ta’ impriżi individwali speċifiċi li jagħtu servizzi finanzjarji, il-ħidmiet ta’ oversight tal-BERS u l-għajnuna mogħtija mill-BĊE huma relatati mas-sistema finanzjarja sħiħa, b’enfażi fuq ir-rabtiet interni (inter-linkages) tul is-setturi varji tas-sistema finanzjarja.”

Spjegazzjoni

Meta wieħed iqis in-natura u l-għanijiet tal-funzjonijiet ta’ l-oversight makro-prudenti attribwiti lill-BERS, u l-appoġġ mogħti mill-BĊE lill-BERS, il-premessa l-ġdida proposta tikkjarifika, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 105(6) tat-Trattat, li s-superviżjoni makro-prudenti tkopri s-sistema finanzjarja sħiħa.

Emenda 11

L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni proposta

Artikolu 2

“Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiżgura s-Segretarjat u għalhekk għandu jipprovdi għajnuna analitika, statistika, loġistika u amministrattiva lill-BERS.

[…]

(b)

Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni, il-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni statistika, f’isem u għall-benefiċċju tat-twettiq tal-ħidmiet tal-BERS;”

Artikolu 2

“Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiżgura s-Segretarjat u għandu therefore jipprovdi għajnuna analitika, statistika, loġistika u amministrattiva lill-BERS.

[…]

(b)

Skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni, il-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni statistika, f’isem u għall-benefiċċju tat-twettiq tal-ħidmiet tal-BERS;”

Spjegazzjoni

It-tħassir tat-terminu “għalhekk” jagħmel it-test konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ecofin tad-9 ta’ Ġunju 2009.

L-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni proposta għandu x’jaqsam mal-għajnuna statistika li l-BĊE huwa mitlub jagħti lill-BERS. L-emenda proposta se tagħmilha possibbli biex is-Segretarjat jakkwista data kunfidenzjali miġbura mill-BĊE/SEBĊ f’isem u għall-benefiċċju tal-BERS.

Emenda 12

Artikolu 4 tad-deċiżjoni proposta

“Artikolu 4

Maniġment

[…]”

“Artikolu 4

Maniġment L-iffunzjonar tas-Segretarjat

[…]”

Spjegazzjoni

It-titolu propost jirrifletti b’mod aktar preċiż il-kontenut tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni proposta, u juża terminoloġija li tirrispetta aħjar il-kompetenzi amministrattivi intenli tal-BĊE.

Emenda 13

Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni proposta

Artikolu 4

“2.   Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jattendi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BERS.”

Artikolu 4

“2.   Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jattendi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, u tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv tal-BERS.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta timmira li tirrifletti l-istruttura proposta tal-BERS kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)tar-regolament propost.


(1)  Il-korp tat-test ingassat (strikethrough) jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar test. Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jdaħħal test ġdid.

(2)  Ara l-premessa 13 tar-regolament propost u l-premessa 7 tad-deċiżjoni proposta.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5589 – SONY/SEIKO EPSON)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 270/02

Fit-22 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5589. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/10


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 270/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.8.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 38/B/06

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Kumpens għal ħsara – Avveniment klimatiku mhux favorevoli – Is-settur tal-akkwakultura

Il-bażi legali

Απόφαση του Υπουργείου Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων

It-tip tal-miżura

L-għan

Kumpens għal ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku eċċezzjonali fl-2005 fis-settur tal-akkwakultura f'ċerti provinċji Griegi.

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

EUR 800 000

L-intensità

Massimu ta' 50 % tal-valur tal-produzzjoni mitlufa jew ta' 70 % tal-ispejjeż meħtieġa biex titranġa l-ħsara

It-tul ta' żmien

Sentejn

Setturi ekonomiċi

Is-Settur tal-Akkwakultura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Hellenic Agricultural Insurance Agency

Mesoyeion 45

11510 Athens

GREECE

Aktar informazzjoni

Rapport annwali

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 214/09

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Beihilfemaßnahme zugunsten der Hypo Tirol Bank AG

Il-bażi legali

§ 23 Bankwesengesetz (BWG)*

Aktiengesetz (AktG)*

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 100 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2009-1.7.2019

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Land Tirol

Eduard-Wallnöfer-Platz 3

6020 Innsbruck

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.10.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 409/09

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Short-term export-credit insurance

Il-bażi legali

Kaderwet financiële verstrekkingen Financiën

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Assigurazzjoni ta' kreditu tal-esportazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Assigurazzjoni ta' kreditu tal-esportazzjoni

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The State of the Netherlands

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.9.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 494/09

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Energiteknologisk Udviklings- og Demonstrationsprogram

Il-bażi legali

Lov nr. 555 af 6. juni 2007 om et Energiteknologisk Udviklings- og Demonstrationsprogram

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: DKK 891 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

sal-1.1.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Energistyrelsen

Amaliegade 44

1256 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.9.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 44/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Osvobození ocenění a darů v oblasti kultury od daně z příjmu

Il-bażi legali

Zákon o některých druzích podpory kultury a o změně některých souvisejících zákonů

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-estimi

Baġit annwali: CZK 5 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

12.4.2006-11.4.2016

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo kultury

Maltézské nám. 1

118 11 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/14


Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill

Settembru/Ottubru 2009 (qasam soċjali)

2009/C 270/04

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra

Membru/Supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2010

C 253, 4.10.2008

Is-Sur Peter BODE

Riżenja

Membri

Gvern

Renju Unit

Is-Sinjura Fiona KILPATRICK

DWP

26.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2010

C 253, 4.10.2008

Is-Sinjura Seonaid WEBB

Riżenja

Membri

Gvern

Renju Unit

Is-Sinjura Carolyn BARTLETT

EEA Policy Team

26.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Harald KIHL

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Ġermanja

Is-Sur Walter HERMÜLHEIM

RAG Aktiengesellschaft

Zentralbereich Arbeits — Gesundheits — und Umweltschutz

9.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Jean-Marie LAMOTTE

Riżenja

Supplenti

Gvern

Belġju

Is-Sur Xavier LEBICHOT

DG Humanisation du travail

SPF Emploi, Travail et Concertation social

9.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Robert MURR

Riżenja

Supplenti

Gvern

Awstrija

Is-Sinjura Gerlinde ZINIEL

Bundesministerium für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

9.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2010

L 64, 2.3.2007

Is-Sur Saviour SAMMUT

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Malta

Is-Sur Joe CARABOTT

General Workers Union

26.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti

29.3.2011

C 83, 7.4.2009

Is-Sinjura Dora PETSA

Riżenja

Membru

Gvern

Ċipru

Is-Sur Nicolas ARTEMIS

Ministry of Labour and Social Insurance

9.10.2009

Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti

29.3.2011

C 83, 7.4.2009

Is-Sur Andreas KYRIAKIDES

Riżenja

Membru

Gvern

Ċipru

Is-Sur Nicos VAKANAS

Ministry of Health

9.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Marie ÅKHAGEN

Riżenja

Supplenti

Gvern

Svezja

Is-Sinjura Per NYSTÖM

Ministry of Employment

9.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Eva MESTANOVA

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Slovakkja

Is-Sur Erik MACAK

KOZSR

9.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Laurence THERY

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Franza

Is-Sur Emmanuel COUVREUR

CFDT

9.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Anne COLEMAN-DUNNE

Riżenja

Membru

Gvern

Irlanda

Is-Sur Paul CULLEN

Department of Enterprise Trade and Employment

19.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Jens WIENE

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Danimarka

Is-Sur Ole PRASZ

FTF

19.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Joaquin MARTÍNEZ SOLER

Riżenja

Supplenti

Gvern

Spanja

Is-Sur Gonzalo GIMÉNEZ COLOMA

Ministerio de Trabajo e Inmigración

19.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Mireille JARRY

Riżenja

Supplenti

Gvern

Franza

Is-Sinjura Marie-Soline CHOMEL

Ministère du Travail et des Affaires Sociales

19.10.2009

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Konstantinos PETINIS

Riżenja

Supplenti

Gvern

Greċja

Is-Sinjura Triantafyllia TOTOU

Ministry of Employment and Social Protection

23.10.2009


Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Novembru 2009

2009/C 270/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4966

JPY

Yen Ġappuniż

134,51

DKK

Krona Daniża

7,4410

GBP

Lira Sterlina

0,89860

SEK

Krona Żvediża

10,2850

CHF

Frank Żvizzeru

1,5115

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3835

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,524

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

272,19

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7088

PLN

Zloty Pollakk

4,2033

RON

Leu Rumen

4,2979

TRY

Lira Turka

2,2112

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6145

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5852

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5988

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0224

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0788

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 739,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1616

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,2170

HRK

Kuna Kroata

7,2767

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 089,57

MYR

Ringgit Malażjan

5,0660

PHP

Peso Filippin

70,186

RUB

Rouble Russu

43,0194

THB

Baht Tajlandiż

49,855

BRL

Real Brażiljan

2,5685

MXN

Peso Messikan

19,9557

INR

Rupi Indjan

69,5170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/18


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

2009/C 270/06

B’deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 (1), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jiltaqa’ fi tliet Awli u f’seduta plenarja. B’deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2008 (2), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eleġġa bħala President tal-Ewwel Awla, għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2011, lill-Imħallef S. GERVASONI. B’deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eleġġa bħala President tat-Tieni Awla, għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2011, lill-Imħallef H. TAGARAS u assenja l-imħallfin lill-Awli kif ġej:

 

L-Ewwel Awla

S. GERVASONI, President tal-Awla,

H. KREPPEL u M.I. ROFES I PUJOL, Imħallfin,

 

It-Tieni Awla

H. TAGARAS, President tal-Awla,

I. BORUTA u S. VAN RAEPENBUSCH, Imħaffin,

 

It-Tielet Awla, bi tliet imħallfin

P. MAHONEY, President tal-Awla

H. KREPPEL, I. BORUTA, S. VAN RAEPENBUSCH u M.I. ROFES I PUJOL, Imħallfin

F’din l-aħħar Awla, il-President ipoġġi, f’alternanza, jew mal-Imħallfin H. KREPPEL u S. VAN RAEPENBUSCH, jew mal-Imħallfin I. BORUTA u M.I. ROFES I PUJOL, bla ħsara għall-konnessjoni bejn il-kawżi.


(1)  ĠU C 322, 17.12.2005, p. 16.

(2)  ĠU C 272, 25.10.2008, p. 3.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/19


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

2009/C 270/07

Fis-7 ta’ Ottubru 2009, skont l-Artikolu 4(4) tal-Anness tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jassenja, mill-preżentata tar-rikors, il-kawżi alternattivament lill-Ewwel Awla u lit-Tieni Awla skont l-ordni li fihom ġew irreġistrati fir-reġistru, bla ħsara għall-Artikoli 13, 14 u 46(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Ċertu numru ta’ kawżi ser jiġu assenjati lit-Tielet Awla, bi frekwenza awtomatika li għandha tiġi ddeterminata fis-seduta plenarja.

Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jidderoga mir-regoli ta’ assenjazzjoni għal raġunijiet ta’ konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi żgurat xogħol ibbilanċjat u koerenti fi ħdan it-Tribunal.

Din id-deċiżjoni tħassar dik tat-30 ta’ Settembru 2008 (1). Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008, p. 4.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/20


Ħatra ta’ mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

2009/C 270/08

Fis-7 ta’ Ottubru 2009, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010, l-Imħallef S. GERVASONI, President tal-Ewwel Awla, ser jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta’ assenza jew impediment bħala mħallef għal miżuri provviżorji.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/21


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-offerti – EACEA/17/09

i2i audiovisual

2009/C 270/09

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Fost il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hemm l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni.

L-appoġġ għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej għall-finanzjamenti allokati mill-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, billi jikkofinanzja parti mill-ispejjeż tal-punti li ġejjin:

Assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1 – Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Garanzija ta’ tlestija għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 2 – Appoġġ għall-partita “garanzija ta’ tlestija” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Finanzjament bankarju għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 3 – Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni.

2.   Kandidati eliġibbli

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmijin hawn fuq, b’mod partikolari lill-kumpaniji ta’ produzzjoni awdjoviżivi indipendenti.

Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA

il-pajjiżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1718/2006/KE, inklużi l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Ix-xogħol awdjoviżiv propost:

għandu jkun drama, animazzjoni jew dokumentarju kreattiv il-maġġoranza prodotta minn kumpaniji stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

għandu jkun prodott b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li ġejjin minn Stati parteċipanti fil-Programm MEDIA, jew li għandhom ir-residenza tagħhom hemm.

It-tul massimu għall-proġetti huwa 30 xahar.

Din is-seħja għall-offerti tikkonċerna esklussivament il-proġetti li jibdew bejn l-1.7.2009 u s-7.7.2010.

4.   Kriterji ta’ għoti

Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati skont il-kritertji li ġejjin:

 

Proġetti li jibbenfikaw minn appoġġ MEDIA għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali għall-pajjiżi l-kbar u/jew ta’ katalgi ta’ proġetti għall-pajjiżi li għandhom kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

 

Proġetti li jibbenfikaw minn kreditu ta’ finanzjament bankarju: 10 punti

 

Proġetti li ġejjin minn pajjiż li għandu kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

 

Proġetti li ġejjin minn pajjiżi membri ġodda: 5 punti

 

Proġetti li għandhom dimensjoni Ewropea: koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: 3 punti

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-kriterji hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

Koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: punt wieħed għal kull pajjiż,

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-punti hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

Potenzjal ta’ distribuzzjoni internazzjonali: 0-5 punti.

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 3 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż 50 % – (60 %) tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont tal-appoġġ huwa bejn 5 000 u EUR 50 000. L-ammont tal-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limtu massimu ta’ EUR 50 000 għal kull proġett.

6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

Id-dati ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma

5 ta’ Frar 2010 għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u l-5 ta’ Frar 2010.

7 ta’Lulju 2010 għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u s-7 ta’ Lulju 2010.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education Audiovisual and Culture Executive Agency

Call for Proposals EACEA/17/09

Mr. Constantin Daskalakis

BOUR 3/30

Avenue du Bourget 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida ddettaljati tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn http://ec.europa.eu/information_society/media/producer/i2i/detail/index_en.htm

Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-test sħiħ u jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/24


Avviż ta' Tnedija ta’ reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjoni tal-plajwud okoumé li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2009/C 270/10

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-plajwud okoumé li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (‘il-pajjiż ikkonċernat’), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha wkoll evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta' reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku limitata għall-istħarriġ tal-livell ta' dannu.

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet fit-13 ta’ Awwissu 2009 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Plajwud (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 40 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-plajwud okoumé.

2.   Prodott

Il-prodott li qed jiġi revedut huwa l-plajwud okoumé, definit bħala plajwud magħmul biss minn folji tal-injam, b’kull folja ma taqbiżs il-ħxuna ta' 6 mm, li jkollu mill-inqas waħda mill-folji ta' barra tal-okoumé mhux miksija b’saff permanenti ta’ materjali oħra, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment klassifikabbli bil-kodiċi NM ex 4412 31 10.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' kontra d-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2004 (3).

4.   Raġunijiet għar-reviżjonijiet

4.1.    Raġunijiet għar-reviżjoni ta’ skadenza

It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issoktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping u r-rikorrenza ta' dannu għall-industrija Komunitarja.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant iffissa l-valur normali għall-produtturi li jesportaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li ma ngħatawx trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ abbażi ta' valur normali kostrutt f'pajjiż b'ekonomija tas-suq kif jixraq, li hu msemmi fil-punt 5.1.(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-valur normali kostrutt fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-allegazzjoni tal-issoktar ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil ta’ valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi ta’ qabel, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.

L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż. F’dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell tal-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.

Barra minn dan, l-applikant jallega li t-tneħħija tad-dannu hija prinċipalment minħabba l-eżistenza ta' miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' dannu lill-industrija Komunitarja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.2.    Raġunijiet għar-reviżjoni interim

Għadd ta’ produtturi Franċiżi tal-plajwud okoumé huma suġġetti għal proċediment ta’ Qorti Franċiża fir-rigward ta' allegata mġiba kontra l-kompetizzjoni. Ma jistax jiġi eskluż li dan jaf wassal għal distorzjoni fil-valutazzjoni tad-dannu fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, tqies xieraq li titnieda ex officio reviżjoni interim bil-għan li tistħarreġ mill-ġdid il-qagħda tad-dannu għall-industrija Komunitarja b’mod partikolari b'paragun mas-sitwazzjoni dominanti fil-perjodu tal-investigattiv tal-investigazzjoni oriġinali.

5.   Il-proċedura

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza u reviżjoni parzjali interim limitata għall-eżaminazzjoni ta' dannu, il-Kummissjoni b'dan qegħda tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Proċedura biex jiġi stabbilit id-dumping, il-probabbiltà ta’ dumping u ta’ dannu

L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta' dumping u dannu. Ir-reviżjoni parzjali interim tiddertermina jekk il-livell attwali tal-miżuri huwiex xieraq biex ipatti għad-dumping dannuż.

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   It-teħid ta’ kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid tal-kampjun u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

it-tidwir ta’ flus f'valuta lokali u l-volum f'm3 tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru kemm individwalment kif ukoll fit-total,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'm3 tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq domestiku waqt il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u lil kull għaqda magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

(ii)   It-teħid ta’ kampjun għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati li jidhru fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija għal dak li huwa l-prodott ikkonċernat,

il-volum f'm3 u l-valur f'EUR ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009 tal-prodott ikkonċernat importat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   Teħid ta' kampjuni għall-produtturi tal-Komunità

Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li qed jappoġġjaw it-talba, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga d-dannu lill-industrija Komunitarja billi tapplika t-teħid ta' kampjuni.

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji kollha huma b'dan mitluba jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6 (b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-valur tal-bejgħ f'EUR tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq Komunitarju matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009,

il-volum ta' bejgħ f'm3 tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq Komunitarju waqt il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009,

il-volum ta' produzzjoni f'm3 tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (6) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi Komunitarji.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jibagħtu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni, għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġjuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.

(c)   Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

Il-partijiet kollha interessati huma b’dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif għajr it-tweġibiet tal-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Fl-investigazzjoni ta’ qabel it-Turkija ntużat bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa' tuża lit-Turkija għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hu adattat dan il-pajjiż, fil-limitu taż-żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).

5.2.    Proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess Komunitarju

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ fejn il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri kontra d-dumping hijiex se tmur kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Komunità, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, waqt li jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kull tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se jitqies biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fil-mument meta jitressaq.

6.   Il-limiti ta’ żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta’ żmien

(i)   Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju

Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni preżenti għandha titlob kwestjonarju kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċitar tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddefiniti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnifisha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 40 jum.

(b)   Limitu ta’ żmien speċifiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni

L-informazzjoni speċifikata fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Il-partijiet għall-investigazzjoni jistgħu jkunu jixtiequ jikkummentaw dwar kemm hija xierqa l-għażla tat-Turkija, li, kif issemma fil-punt 5.1(d), hija prevista bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq biex ikun stabbilit valur normali rigward ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet tal-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inklużi t-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati (7)” u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 04/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 22956505

8.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi din ir-reviżjoni tal-iskadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu għall-emenda tal-livell tal-miżuri eżistenti, iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew miżmuma skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Bażiku, sakemm ir-reviżjoni interim parzjali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) limitata għad-dannu ma turix livelli ta' dannu aktar baxxi mill-marġini tad-dumping misjuba fl-investigazzjoni oriġinali li fuqha kienu imposti l-obbligi infurzati attwalment.

Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-marġini tad-dumping misjuba fl-investigazzjoni oriġinali biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri jiżdied jew jitnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob li jkunu hemm reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta’ dan it-tip, li tkun magħmula b’mod indipendenti mir-reviżjonijiet ta’ skadenza u dawk interim parzjali msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.

11.   Ipproċessar ta’ dejta personali

Ta' min wieħed jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (8).

12.   Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU C 114, 19.5.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 336, 12.11.2004, p. 4.

(4)  Għal gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(5)  Ara nota tal-qiegħ 4.

(6)  Ara nota tal-qiegħ 4.

(7)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Id-dokument huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Hu dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Kontra d-Dumping).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/30


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5654 – Brookfield/BBI)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 270/11

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fid-9 ta' Ottubru 2009 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Brookfield u BBI. Fl-4 ta' Novembru 2009, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.