ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.269.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
10 ta' Novembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2009/C 269/01

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

1

2009/C 269/02

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-seba', it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

257

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

10.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/1


Image

skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248(1) u (4) tat-Trattat tal-KE u l-Artikoli 129 u 143 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 u l-Artikoli 139 u 156 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej, fil-laqgħa tagħha tal-24 ta' Settembru 2009, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

tagħha għas-sena Finanzjarja 2008.

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli milli jagħtu l-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA (President), Hubert WEBER, Maarten B. ENGWIRDA, Máire GEOGHEGAN-QUINN, David BOSTOCK, Morten Louis LEVYSOHN, Ioannis SARMAS, Július MOLNÁR, Vojko Anton ANTONČIČ, Gejza HALÁSZ, Jacek UCZKIEWICZ, Josef BONNICI, Irena PETRUŠKEVIČIENĖ, Igors LUDBORŽS, Jan KINŠT, Kersti KALJULAID, Kikis KAZAMIAS, Massimo VARI, Juan RAMALLO MASSANET, Olavi ALA-NISSILÄ, Lars HEIKENSTEN, Karel PINXTEN, Ovidiu ISPIR, Nadejda SANDOLOVA, Michel CRETIN, Harald NOACK, Henri GRETHEN.

IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

2009/C 269/01

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali

Kapitolu 1 —

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u informazzjoni ta' sostenn

Kapitolu 2 —

Is-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni

Kapitolu 3 —

Il-ġestjoni tal-baġit

Kapitolu 4 —

Dħul

Kapitolu 5 —

Agrikoltura u riżorsi naturali

Kapitolu 6 —

Koeżjoni

Kapitolu 7 —

Riċerka, enerġija u trasport

Kapitolu 8 —

Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir

Kapitolu 9 —

Edukazzjoni u ċittadinanza

Kapitolu 10 —

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Kapitolu 11 —

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra

Anness I —

Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali

Anness II —

Lista tar-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti tal-Awdituri sa mill-aħħar Rapport Annwali

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-Istituzzjoni tal-UE mwaqqfa bit-Trattat biex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni. Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tista’ tinstab fir-rapport ta’ attività annwali tagħha li, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha dwar suġġetti speċifiċi u l-opinjonijiet tagħha dwar leġiżlazzjoni ġdida jew emendata, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti: www.eca.europa.eu

0.2.

Dan id-dokument ikopri s-sena finanzjarja 2008 u jinkludi t-32 Rapport Annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ir-risposti tal-Kummissjoni – jew Istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE, fejn hu xieraq – huma ppreżentati mar-rapport. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali tal-UE huwa deċiż kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-Rapport Annwali tal-Qorti jagħti bażi għall-proċedura ta’ kwittanza li twassal għal tmiem il-proċess baġitarju annwali. Parti ċentrali ta’ dan ir-rapport hija d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

0.4.

In-nefqa mit-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni hija maqsuma f’23 titolu li jkopru l-oqsma tal-politika differenti. L-oqsma tal-politika jikkostitwixxu l-mod kif l-attivitajiet tal-Unjoni huma ppjanati u rreġistrati, u dawk responsabbli għal kull qasam jinżammu responsabbli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi minfuqa. L-infiq tal-UE huwa ppjanat f’ċikli ta’ seba’ snin (oqsfa finanzjarji), taħt sitt intestaturi distinti. L-oqsma tal-politika għandhom x’jaqsmu prinċipalment ma’ intestaturi individwali, iżda xi wħud minnhom għandhom x’jaqsmu ma’ għadd ta’ intestaturi. Ir-rapport tal-Qorti huwa organizzat madwar gruppi tal-oqsma tal-politika kif deskritt fit- Tabella 1.2 (23 titolu għan-nefqa, titolu wieħed għad-dħul u 9 Taqsimiet għan-nefqa amministrattiva). Dawn jikkorrispondu mill-qrib, iżda mhux għal kollox, mal-intestaturi tal-qafas finanzjarju tal-2007-2013.

0.5.

Il-Kapitolu 1 tar-rapport jinkludi d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn. Il-Kapitolu 2 jirrapporta dwar is-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni u l-Kapitolu 3 jkopri l-ġestjoni tal-baġit tal-2008 mill-Kummissjoni. Il-kapitoli l-oħrajn — 4 sa 11 — jagħtu s-sejbiet tal-verifika dettaljati fil-għamla ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi dwar id-dħul Komunitarju u l-oqsma differenti tan-nefqa.

0.6.

L-evalwazzjonijiet speċifiċi huma bbażati prinċipalment fuq ir-riżultati tal-ittestjar mill-Qorti tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet kif ukoll evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll prinċipali li jiggvernaw id-dħul jew in-nefqa involuta. Il-konklużjonijiet ta’ dan ix-xogħol jagħmlu l-bażi għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni.


IL-KAPITOLU 1

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Informazzjoni ta’ sostenn għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Introduzzjoni

L-affidabbiltà tal-kontijiet

L-Isfond ġenerali

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Il-passi meħuda biex tissaħħaħ is-sistema tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti

Ir-rendikonti finanzjarji konsolidati fil-31 ta’ Diċembru 2008

Kwistjonijiet oħra

Konklużjoni

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

L-istruttura l-ġdida tal-evalwazzjonijiet speċifiċi DAS

Spjegazzjoni tal-approċċ tad-DAS u tar-riżultati

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-verifika tal-2008

Kif id-dgħufijiet għandhom ikunu indirizzati

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI MOGĦTIJA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

I.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat:

a)

il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” li jikkonsistu fir-“Rendikonti finanzjarji konsolidati”  (1) u r-“Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit”  (2) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008; u

b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

II.

Skont l-Artikoli 268 sa 280 tat-Trattat u r-Regolament Finanzjarju, il-maniġment  (3) huwa responsabbli mill-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom:

a)

Ir-responsabbiltà tal-maniġment dwar il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” tinkludi: it-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabilità xierqa, abbażi tar-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni  (4) u l-kalkolu ta’ estimi tal-kontabilità li huma raġonevoli fiċ-ċirkostanzi. Skont l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tapprova l-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” wara li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jkun ikkonsolidahom abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet  (5) u l-korpi  (6) l-oħrajn u jkun stabbilixxa nota, li takkompanja lill-kontijiet konsolidati, li tiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu assigurazzjoni raġonevoli li jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet Ewropej fl-aspetti materjali kollha.

b)

Il-mod li bih il-maniġment iħaddem ir-responsabbiltà tiegħu għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi jiddependi fuq il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit. Fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta, il-kompiti ta’ implimentazzjoni jitwettqu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Taħt ġestjoni maqsuma, il-kompiti ta’ implimentazzjoni huma ddelegati lill-Istati Membri, taħt ġestjoni deċentralizzata lil pajjiżi terzi u taħt ġestjoni ċentralizzata u indiretta lil korpi oħrajn. Fil-każ ta’ ġestjoni konġunta, il-kompiti ta’ implimentazzjoni huma maqsuma bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikoli 53 sa 57 tar-Regolament Finanzjarju). Il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, li jeħtieġ tfassil, implimentazzjoni u żamma ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti li jinkludi miżuri ta’ sorveljanza adegwati u miżuri xierqa biex jevitaw l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk hemm bżonn, proċeduri legali biex jiġu rkuprati fondi mħallsa jew użati ħażin. Ikun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni applikat, il-Kummissjoni tħaddan ir-responsabbiltà finali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li l-kontijiet tal-Komunitajiet Ewropej huma bbażati fuqhom (l-Artikolu 274 tat-Trattat).

Ir-responsabbiltà tal-awditur

III.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, abbażi tal-verifika tagħha, tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika tal-INTOSAI, safejn dawn japplikaw għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Dawn l-istandards jitolbu li l-Qorti tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

IV.

Verifika tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet konsolidati u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tal-awditur, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijet konsolidati u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Komunitajiet Ewropej, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta jagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, l-awditur jikkunsidra l-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet konsolidati, u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li jixirqu ċ-ċirkostanzi. Verifika f’dan il-kuntest tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet konsolidati u r-rapporti ta’ attività annwali.

V.

Fil-kuntest tad-“Dħul”, il-verifika tal-Qorti dwar ir-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u fuq id-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) tieħu, bħala l-punt tat-tluq tagħha, il-wasla għand il-Kummissjoni tal-aggregati makroekonomiċi mħejjija mill-Istati Membri, u mbagħad tevalwa s-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tad-data sakemm jiġu inklużi fil-kontijiet finali u sakemm il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jkunu ġew irċevuti. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, il-Qorti teżamina l-kontijet tal-awtoritajiet tad-dwana u tanalizza l-fluss tad-dazji taħt sorveljanza doganali sakemm l-ammonti jiġu rreġistrati fil-kontijiet finali u jaslu għand il-Kummissjoni.

VI.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

VII.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet fil-31 ta’ Diċembru 2008, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u tal-likwidità tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

VIII.

Mingħajr ma tpoġġi f’diskussjoni l-opinjoni espressa fil-paragrafu VII, il-Qorti tinnota li d-dgħufijiet fis-sistemi tal-kontabilità, li huma parzjalment dovuti għall-qafas legali u finanzjarju kumpless, għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni (partikolarment għall-finanzjament minn qabel, għall-qtugħ relatat ma’ dan u għall-fatturi/klejms tal-ispejjeż) kif ukoll għall-attiv fiss tal-Programm Ewropew tan-Navigazzjoni bis-Satellita Galileo.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IX.

Fl-opinjoni tal-Qorti, “Id-Dħul”, l-impenji għall-gruppi tal-politika kollha u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-gruppi tal-politika “L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza” u “In-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra” huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

X.

Fl-opinjoni tal-Qorti,

a)

il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil 31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika “L-Agrikoltura u r-riżorsi naturali” ħlief għall-Iżvilupp Rurali, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. Għal dan il-grupp tal-politika, is-sistema tal-amministrazzjoni u l-kontroll integrata (IACS) ġeneralment għadha effettiva. Kwistjonijiet jeħtieġ li jiġu indirizzati f’ċerti oqsma, partikolarment għall-Iżvilupp Rurali, biex ikun limitat ir-riskju ta’ nefqa irregolari; u

b)

il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil 31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika “L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji”, ħlief għan-nefqa tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6) f’dan il-grupp tal-politika, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. Għal dan il-grupp tal-politika, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-qasam tal-politika “L-Intrapriża”, l-aktar minħabba dgħufijiet rigward l-FP6, huma parzjalment effettivi biex jevitaw jew isibu u jikkoreġu żbalji.

XI.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-gruppi tal-politika “Il-Koeżjoni”, “Ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport”, u “L-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir”, huma materjalment milquta minn żbalji, għalkemm fuq livelli differenti. Għall-gruppi tal-politika msemmija hawn fuq, ħlief għall-“Koeżjoni”, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma parzjalment effettivi fil-prevenzjoni jew fis-sejba u l-korrezzjoni tar-rimborż ta’ spejjeż iddikjarati iżjed jew inkella spejjeż ineliġibbli. Għall-grupp tal-politika “Il-Koeżjoni”, is-sistemi tal-Istati Membri biex jikkoreġu żbalji misjuba minn kontrolli nazzjonali huma, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, għall-anqas parzjalment effettivi.

XII.

Il-Qorti tisħaq li rekwiżiti legali kkumplikati jew mhux ċari (bħar-regoli ta’ eliġibbiltà) għandhom impatt sinifikanti fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa fil-gruppi tal-politika tal-“Agrikoltura u r-riżorsi naturali”, partikolarment l-Iżvilupp Rurali, “Il-Koeżjoni”, “Ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport” u “L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji”, partikolarment għall-infiq tal-FP6.

XIII.

Il-Qorti tinnota aktar progress fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, partikolarment dwar l-impatt tar-riżervi fuq l-assigurazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali; u konsistenza akbar ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet mas-sejbiet tal-Qorti. Madankollu, il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni għad mhijiex kapaċi turi li l-azzjonijiet tagħha biex ittejjeb is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi biex inaqqsu r-riskju ta’ żbalji fil-gruppi tal-politika u fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi X u XI.

l-24 ta’ Settembru 2009

Vίtor Manuel da Silva Caldeira

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi, L-1615 Luxembourg

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INFORMAZZJONI TA’ SOSTENN GĦAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

Introduzzjoni

1.1.

Skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE, il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (“id-DAS”). It-Trattat jawtorizza wkoll lill-Qorti biex tissupplimenta din id-dikjarazzjoni b’evalwazzjonijiet speċifiċi ta’ kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE.

 

1.2.

L-għan tax-xogħol fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Komunitajiet Ewropej huwa li tinkiseb biżżejjed evidenza xierqa li twassal għall-konklużjoni dwar il-punt sa fejn id-dħul, in-nefqa, l-attiv u l-passiv ġew irreġistrati kif suppost u li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod veru u ġust il-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2008, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-likwidità għas-sena li ntemmet (ara l-paragrafi 1.4 sa 1.18).

 

1.3.

L-objettiv tax-xogħol tal-verifika tal-Qorti dwar ir-regolarità (7)tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2008 huwa li tinġabar biżżejjed evidenza xierqa biex fuqha tibbaża l-opinjoni tagħha dwar jekk humiex skont ir-regolamenti applikabbli jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, u jekk kinux ikkalkulati tajjeb. Ara l-paragrafi 1.20 sa 1.49 ta’ dan il-kapitolu għal kwistjonijiet ġenerali u sommarju tar-riżultati, u l-kapitoli 2 u 4 sa 11 għal dettalji fil-għamla ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi.

 

L-affidabbiltà tal-kontijiet

L-Isfond ġenerali

1.4.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti huma dwar il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008, ippreparati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta’ Ġunju 2002 (8)u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Lulju 2009. Il-kontijiet jinkludu r-“rendikonti finanzjarji konsolidati” - li jkopru, partikolarment, il-karta tal-bilanċ b’deskrizzjoni tal-attiv u l-passiv fi tmiem is-sena kif ukoll il-kont tar-riżultat ekonomiku - u r-“rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” - li jkopru d-dħul u n-nefqa għas-sena.

 

1.5.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ta lill-Qorti ittra ta’ rappreżentazzjoni li tikkonferma li l-kontijiet konsolidati huma kompleti u affidabbli (madankollu ara l-paragrafu 1.9) u li l-biċċa l-kbira tas-sistemi lokali tal-Kummissjoni ġew validati (madankollu ara l-paragrafu 1.10).

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

1.6.

Fil-verifika tagħha tal-kontijiet tal-2008, il-Qorti kkonċentrat fuq l-elementi li ġejjin:

evalwazzjoni dwar jekk il-miżuri li ttieħdu biex isolvu d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi tal-kontabilità ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali (9)u korpi deċentralizzati kkontribwewx għat-titjib tal-affidabbiltà tal-kontijiet;

verifikazzjoni tal-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2008, partikolarment fuq elementi li l-Qorti ġibdet l-attenzjoni dwarhom fl-opinjoni tagħha dwar il-kontijiet tal-2007 (10)(finanzjamenti minn qabel, il-qtugħ relatat ma’ dawn il-fatturi/klejms tal-ispejjeż u attiv li jappartjeni lill-Aġenzija Spazjali Ewropea fil-kuntest tal-programm Galileo (11)).

 

Il-passi meħuda biex tissaħħaħ is-sistema tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti

1.7.

Il-miżuri introdotti mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni fl-2007 (12)biex jittejjeb l-ambjent tal-kontroll tal-kontabilità fil-livell ta’ Direttorati-Ġenerali individwali wkoll kellhom impatt fl-2008 u kkontribwew għal tisħiħ tal-qafas tar-rappurtar finanzjarju u tas-sistemi tal-kontabilità. Madankollu, għadhom jeżistu ċerti dgħufijiet li jridu jkunu indirizzati sabiex tkun żgurata l-kwalità tad-data tal-kontabilità (ara l-paragrafi 1.10 u 1.11).

1.7.

Il-Kummissjoni hi sodisfatta li l-Qorti rrikonoxxiet il-progress li sar u taċċetta li għad hemm bżonn ta’ xi titjib. Għalhekk, is-servizzi tagħha tal-kontabilità se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex itejbu l-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-proġett dwar il-kwalità tal-kontabilità li jinsab għaddej.

1.8.

It- Tabella 1.1 tagħti sommarju ta’, u tikkumenta dwar, ir-risposti tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2007 kif ukoll il-punti l-oħrajn imqajma mill-Qorti.

 

Il-limitazzjonijiet ippreżentati fl-ittra tar-rappreżentazzjoni tal-maniġment dwar il-kontijiet konsolidati

1.9.

Fl-ittra tar-rappreżentazzjoni tal-maniġment tiegħu, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni enfasizza li inqas minn nofs l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kienu taw informazzjoni dwar il-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità tagħhom fir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tagħhom stess.

 

It-Tabella 1.1 —   Is-segwitu tal-osservazzjonijiet espressi fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni dwar is-sena finanzjarja 2007 rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u ċerti osservazzjonijiet oħra magħmula fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007

L-osservazzjonijiet fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni dwar is-sena finanzjarja 2007

Ir-risposti tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007

L-iżviluppi fl-2008

It-tweġiba tal-Kummissjoni

Parzjalment minħabba l-qafas legali u finanzjarju kumpless, u minkejja t-titjib li sar, in-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontabilità għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni. Dan huwa l-każ b’mod partikolari għall-finanzjamenti minn qabel, għall-qtugħ relatat ma’ dawn u għall-fatturi/klejms tal-ispejjeż u għall-attiv miżmum mill-Aġenzija Spazjali Ewropea fil-kuntest tal-programm Galileo. Dan wassal għal għadd ta’ korrezzjonijiet wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni kkunsidra li d-data tal-kontabilità hija preċiża biżżejjed għall-finijiet tal-kontijiet finali. Għall-attiv miżmu mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, għad hemm xi inċertezza u dewmien fit-trasferiment għall-Komunitajiet Ewropej. Huwa maħsub li l-attiv ikun rikonoxxut ladarba jiġu riżolti l-kwistjonijiet tat-trasferiment.

Nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontabilità ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni u korpi oħra għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja, b’mod partikolari għal finanzjamenti minn qabel, għall-qtugħ relatat u għall-fatturi/klejms tal-ispejjeż. B’riżultat ta’ dan, għadd limitat ta’ korrezzjonijiet kellhom isiru wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

Għal dak li jirrigwarda l-attiv miżmum mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-programm għadu qiegħed ikun ikkunsidrat bħala li qiegħed fil-fażi tar-riċerka tiegħu u għalhekk s’issa l-ebda attiv ma huwa rrikonoxxut. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi lista ta’ inventarju, tivverifika l-kriterji għar-rikonoxximent u tevalwa l-valutazzjoni tal-attiv.

Is-servizzi tal-kontabilità se jibqgħu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità.

Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem flimkien mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ASE) biex jiġi żgurat li l-assi relevanti tal-Programm Galileo jkunu trasferiti lill-Kummissjoni u rreġistrati kif jixraq fill-kontijiet fiż-żmien xieraq. It-trasferiment tal-assi tal-programm Galileo mill-ASE għall-Kummissjoni mhux previst li jibda qabel tmiem l-2010.

Osservazzjonijiet oħra magħmula fil-kuntest tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007

 

 

 

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni kien għadu ma jistax jagħti validazzjoni lil tnejn mis-sistemi lokali u lanqas jivvalida t-tielet sistema mingħajr kwalifika. Bħal fis-snin ta’ qabel, il-kwistjonijiet orizzontali u punti oħra pendenti kienu importanti.

Ix-xogħol għadu għaddej bil-għan li tintlaħaq il-validazzjoni għaż-żewġ sistemi. Il-kwalifika għat-tielet sistema tneħħiet fl-2008.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni kienu għadu mhux f’pożizzjoni li jagħti validazzjoni lil waħda mis-sistemi lokali u lanqas biex jivvalida sistema oħra li kienet soġġetta għal validazzjoni fl-2008. Minkejja tnaqqis konsiderevoli fil-għadd ta’ kwistjonijiet miftuħa, in-natura u l-importanza tal-kwistjonijiet orizzontali li jibqħu għadhom jirrappreżentaw riskju għall-affidabbiltà tal-kontijiet.

 

Ġew identifikati żbalji fl-ammonti rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità bħala finanzjamenti minn qabel u fatturi/klejms tal-ispejjeż. Għalkemm il-livell ta’ żball f’termini tal-impatt finanzjarju rigward din il-partita tal-karta tal-bilanċ kien baxx, il-frekwenza ta’ dawn l-iżbalji tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali.

 

Il-Qorti sabet livell baxx biss ta’ żball f’termini tal-impatt finanzjarju rigward dawn il-punti tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ dawn l-iżbalji tenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali.

Il-Kummissjoni taċċetta l-punt li sar mill-Qorti u s-servizzi tagħha tal-kontabilità se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex itejbu l-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-proġett dwar il-kwalità tal-kontabilità li jinsab għaddej.

Minkejja t-titjib innutat, jinħtieġu aktar miżuri għall-assigurazzjoni tal-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni tal-kontabilità ppreżentati fin-noti ta’ spjegazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ korrezzjoni finanzjarja magħmula mill-Istati Membri u t-tnaqqis minn pagamenti sussegwenti.

Skont il-pjanijiet ta’ azzjoni għall-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni qiegħda tagħmel sforzi biex ittejjeb l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri, permezz, fost affarijiet oħra, ta’ verifiki fuq il-post fl-Istati Membri. Is-sistema ta’ kontabilità issa ġiet adattata mill-Kummissjoni matul l-2008 sabiex l-irkupri kollha li saru permezz ta’ tnaqqis minn ħlas sussegwenti jistgħu jiġu identifikati u spjegati.

Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, in-noti għal mar-rendikonti finanzjarji għad ma fihomx data sħiħa u affidabbli dwar l-attivitajiet ta’ korrezzjoni finanzjarja mwettqa mill-Istati Membri, partikolarment fil-qasam tal-Azzjoniijet Strutturali.

Il-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-irrappurtar sabiex l-Istati Membri jirrappurtaw dejta kompleta u ta’ min jorbot fuqha.

Il-validazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni finanzjarja lokali

1.10.

Ħafna Direttorati-Ġenerali jużaw is-sistemi tal-IT lokali tagħhom stess għal għanijiet ta’ ġestjoni finanzjarja u biex joħolqu tranżazzjonijiet li jintbagħtu lis-sistema tal-kontabilità ċentrali (ABAC) permezz ta’ interface. Il-biċċa kbira ta’ dawn is-sistemi ġew validati (13)mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni. Madankollu, fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni jidentifika għadd ta’ kwistjonijiet transversali miftuħa (14), li n-natura u l-importanza tagħhom tfisser li għad jistgħu jirrappreżentaw riskju għall-affidabbiltà tal-kontijiet (15).

1.10.

Is-servizzi tal-Uffiċjal tal-Kontabilità ikollhom kuntatti regolari mad-Direttorati Ġenerali sabiex isibu soluzzjonijiet għall-problemi identifikati. Għalhekk fl-2008 kienu f’pożizzjoni li jagħlqu nofs ir-rakkomandazzjonijiet wara l-progress li sar mis-servizzi. L-istess kuntatt baqa’ għaddej fl-2009 bil-ħsieb li jingħalqu aktar rakkomandazzjonijiet pendenti. Dan għandu jgħin biex titjieb is-sitwazzjoni ġenerali u għalhekk jitnaqqas aktar ir-riskju għall-affidabbilità tal-kontabilità.

It-tisħiħ tal-proċeduri ta’ qtugħ

1.11.

Il-“qtugħ” jirreferi għall-proċeduri relevanti biex tittieħed deċiżjoni dwar f’liema sena finanzjarja għandha tkun attribwita tranżazzjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu applikati mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-ispejjeż dovuti kollha (iktar minn 100 biljun euro). Fl-għaxar Direttorati-Ġenerali li eżaminat (16), li jirrappreżentaw iktar minn 90 % tal-ispejjeż akkumulati, il-Qorti nnutat titjib kontinwu matul l-aħħar tliet snin. Madankollu, għandu jkun innutat li xi servizzi jużaw il-proċedura ta’ qtugħ matul il-proċedura tal-għeluq biex jaġġustaw kontijiet żbaljati minflok jikkoreġu l-entrati tal-kontabilità individwali relatati li huma suxxettibbli għall-iżbalji (eż. reġistrazzjoni ta’ ammonti ħżiena, reġistrazzjonijiet doppji jew li tħallew barra). Dan jista’ jwassal għal impreċizjonijiet fid-data tal-kontabilità matul is-sena (ara l-paragrafi 1.13 sa 1.15).

1.11.

Il-Kummissjoni taċċetta l-punt li sar mill-Qorti u s-servizzi tagħha tal-kontabilità se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex itejbu l-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-proġett dwar il-kwalità tal-kontabilità li jinsab għaddej.

Ir-rendikonti finanzjarji konsolidati fil-31 ta’ Diċembru 2008

1.12.

Il-verifika mill-Qorti tar-rendikonti finanzjarji konsolidati sabithom ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali. Madankollu, għadd ta’ kwistjonijiet ġew identifikati fir-rigward ta’ elementi partikolari li jeħtieġu iktar attenzjoni, kif ippreżentati hawn taħt.

 

Il-karta tal-bilanċ konsolidata fil-31 ta’ Diċembru 2008

Il-finanzjamenti minn qabel

1.13.

Il-verifika tal-Qorti ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 80 finanzjament minn qabel li kienu rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità identifikat livell baxx ta’ żbalji f’termini tal-impatt finanzjarju rigward din il-partita tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ dawn is-sejbiet tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali. It-tipi ta’ żbalji l-aktar komuni huma:

reġistrazzjonijiet nieqsa jew doppji jew ammonti ħżiena, li ġeneralment huma kkorreġuti minn aġġustamenti ta’ qtugħ;

reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fuq il-kont tar-Reġistru Ġenerali l-ħażin.

1.13.

Il-Kummissjoni taċċetta l-punti li saru mill-Qorti u s-servizzi tagħha tal-kontabilità se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex itejbu l-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-proġett dwar il-kwalità tal-kontabilità li jinsab għaddej.

1.14.

Barra dan, ix-xogħol ta’ verifika addizzjonali dwar l-identifikazzjoni u l-validazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel kixef problemi ta’ kompletezza/preċiżjoni fil-karta tal-bilanċ:

l-approvazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel li huma pendenti mhux dejjem titwettaq tajjeb. Għadd ta’ approvazzjonijiet ma twettqux jew inkella kienu rreġistrati b’ammonti inkorretti;

Id-Direttoratti-Ġenerali japplikaw metodi differenti biex japprovaw il-finanzjamenti minn qabel. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-Direttorati-Ġenerali japprovaw finanzjament minn qabel meta jirċievu l-klejms tal-ispejjeż relatati jew il-fatturi u wara li jkunu vverifikaw l-eliġibbiltà, Direttorati-Ġenerali oħra jistennew sa tmiem il-programm jew saħansitra sa wara li jasal ir-rapport tal-verifika finali (17). L-approvazzjoni differenti u mhux xierqa tal-finanzjamenti minn qabel twassal għal riżultati inqas preċiżi għall-kalkolu tal-qtugħ fi tmiem is-sena.

 

Il-kontijiet pagabbbli

1.15.

Il-verifika ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 80 fattura/rendikont tal-ispejjeż mill-popolazzjoni tal-kontijiet pagabbli li kienu rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità identifikat livell baxx ta’ żbalji f’termini tal-impatt finanzjarju rigward din il-partita tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ żbalji tal-kontabilità tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib tal-affidabbiltà tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni ta’ fatturi meta jaslu (qabel il-kontrolli tal-eliġibbiltà) għal ammonti inkorretti u l-korrezzjoni ta’ reġistrazzjonijiet ħżiena permezz ta’ aġġustamenti ta’ qtugħ.

1.15.

Il-Kummissjoni taċċetta l-punti li saru mill-Qorti u s-servizzi tagħha tal-kontabilità se jkomplu jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma u jissorveljaw ix-xogħol tal-kontabilità tad-Direttorati Ġenerali sabiex itejbu l-preċiżjoni tad-dejta bażika tal-kontabilità, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-proġett dwar il-kwalità tal-kontabilità li jinsab għaddej.

Kwistjonijiet oħra

L-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.16.

Fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti, aktar informazzjoni dwar l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti kienet ippreżentata fin-noti ta’ mar-rendikonti finanzjarji. Il-verifika tal-Qorti turi li l-Kummissjoni qiegħda tirrapporta ċifri affidabbli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji sakemm dawn jiġu mill-attivitajiet tal-verifika tagħha stess. Madankollu, l-Istati Membri ta’ sikwit ma jagħtux informazzjoni sħiħa u affidabbli lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li qegħdin iwettqu huma stess (ara l-paragrafu 6.30). Bħala riżultat tal-proporzjon għoli ta’ nefqa ineliġibbli ripetutament indikat fir-Rapporti Annwali tal-Qorti, il-Qorti tikkunsidra li, fil-qasam tal-Azzjonijiet Strutturali, għandha tkun ippreżentata informazzjoni kompleta u xierqa dwar dawn il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni fil-livell tal-Istat Membru fin-noti ta’ mal-kontijiet konsolidati.

1.16.

Rigward l-informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li saru mill-Istati Membri nfushom, il-Kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali, taħt il-Pjan ta’ Azzjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni f’azzjonijiet strutturali, biex titjieb il-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri u qed tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-irrappurtar sabiex l-Istati Membri jirrappurtaw dejta kompleta u ta’ min jorbot fuqha. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.30.

1.17.

Abbażi tal-eżami tax-xogħol tal-korpi li jiċċertifikaw u tal-analiżi tal-Kummissjoni li tirreferi għal dan, il-Qorti tisħaq id-dubju tagħha rigward l-affidabbiltà tar-riċevibbli tal-Istati Membri fil-qasam tal-agrikoltura (il-kontijiet tad-debituri tal-FAEG) (18). Il-Kummissjoni enfasizzat nuqqasijiet fir-rigward tal-kontijiet tad-debituri għal kwart mill-aġenziji tal-pagament (19)u pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji (20)li jammontaw għal madwar 25,3 miljun euro. Dawn il-korrezzjonijiet jirrappreżentaw xi 1,95 % tal-1 295 miljun euro li għandhom ikunu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja 2008. Għalkemm qegħdin eżatt taħt il-livell tal-materjalità ta’ 2 %, huma jindikaw li jeżisti riskju ta’ żbalji materjali fil-livell ġenerali tal-kontijiet tad-debituri tal-FAEG (ara l-paragrafu 5.56).

1.17.

Il-Kummissjoni kisbet biżżejjed informazzjoni dwar id-debituri għall-finijiet tal-approvazzjoni u l-kontabilità. L-impatt finanzjarju ma nstab fl-ebda każ li kien materjali għal-livell globali tal-kont (u għalhekk f’dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni).

Il-korrezzjonijiet ta’ EUR 25.3 miljun kienu proposti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta bill-korpi li jiċċertifikaw fir-rapporti tagħhom, u l-kalkolu tagħha tal-aktar rati probabbli (u ammonti) ta’ żbalji marbuta mad-dejn f’aġenziji partikolari tal-ħlasijiet. Qed tintuża l-istess loġika għad-dejn u għat-trattament (u l-korrezzjoni possibbli) ta’ żbalji li jqumu mill-eżaminazzjoni ddettaljata tan-nefqa tal-Fondi.

L-iżbalji finanzjarji li nstabu huma rkuprati permezz tal-approvazzjoni ordinarja tal-proċedura tal-kontabilità.

Self

1.18.

Fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja Makroekonomika, il-Bilanċ tal-Pagamenti u s-self tal-Euratom, il-Komunitajiet jissellfu l-fondi fuq is-swieq kapitali u jagħmluhom disponibbli “dahar-ma’-dahar” lill-benefiċjarji intenzjonati. L-istandards tal-kontabilità internazzjonali u r-regola 11 tal-kontabilità tal-KE jitolbu li d-differenzi bejn ir-rati tal-imgħax offruti u dawk tas-suq għandhom ikunu riflessi fil-kontijiet. Madankollu, dan ma ntweriex. Ir-raġunijiet u l-effetti ta’ dan it-tbegħid mill-istandards ma tingħatax biżżejjed informazzjoni dwarhom fin-noti ta’ spjegazzjoni ta’ mar-rendikonti finanzjarji tal-Komunitajiet.

1.18.

Wara r-regolamenti tal-Kunsill rigward l-assistenza finanzjarja Makroekonomika, self għall-Bilanċ tal-Pagamenti u l-Euratom, il-Komunitajiet silfu flus misselfa fuq is-suq kapitali bl-istess rata ta’ imgħax lil Stat Membru u lil terzi benefiċjarji. L-iskop tal-operazzjonijiet hu li jippermettu lill-benefiċjarji jibbenefikaw mill-affidabbiltà finanzjarja tal-KE. Konsegwentement ir-rata tas-suq mhix relevanti għal dawn it-trażazzjonijiet waħda wara l-oħra u mhux applikabbli l-metodu effettiv tar-rata tal-imgħax kif previst fir-regola nru 11 tal-kontrabilità tal-KE. It-trattament preżenti tal-kontabilità jirrifletti aħjar in-natura speċifika u s-sustanza tat-tranżazzjonijiet tas-self (il-prinċipju tas-sustanza fuq il-forma).

Kif issuġġeriet il-Qorti, il-Kummissjoni se tiżvela aktar informazzjoni espliċita fin-noti mal-kontijiet annwali tal-KE u se tikkunsidra li tiċċara r-regola 11 tal-kontabilità biex tirrifletti aħjar id-dettalji speċifiċi ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

Konklużjoni

1.19.

Il-Qorti tikkonkludi li l-osservazzjonijiet magħmula m’għandhomx impatt materjali fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet.

 

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

L-istruttura l-ġdida tal-evalwazzjonijiet speċifiċi DAS

1.20.

Fil-kapitoli 5 sa 11 il-Qorti tipprovdi evalwazzjonijiet speċifiċi dwar il-gruppi tal-oqsma tal-politika tal-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) (ara t- Tabella 1.2 ). Il-Kapitolu 4 jkopri d-dħul. Kull evalwazzjoni speċifika tagħti introduzzjoni għall-grupp tal-politika, sejbiet u konklużjonijiet fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-effettività tas-sistemi, u segwitu ta’ osservazzjonijiet preċedenti.

 

Spjegazzjoni tal-approċċ tad-DAS u tar-riżultati

1.21.

L-approċċ li l-Qorti tieħu biex tivverifika r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet jikkonsisti f’żewġ pilastri ewlenin: l-ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet biex ikun aċċertat safejn dawn huma regolari; u evalwazzjoni tal-effettività tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll fl-assigurazzjoni tar-regolarità. Dan huwa akkompanjat minn evidenza miġjuba mix-xogħol relevanti ta’ awdituri oħrajn (fejn din hija disponibbli) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment (21).

 

Kif il-Qorti tittestja t-tranżazzjonijiet

1.22.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet huwa bbażat fuq kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ rċevuti jew pagamenti meħuda mill-popolazzjoni fit-totalità tagħha, normalment il-grupp tal-oqsma tal-politika. Dan l-ittestjar jagħti estimu statisku tal-punt safejn it-tranżazzjonijiet fil-popolazzjoni involuta huma regolari.

 

1.23.

Sabiex tiddetermina id-daqsien tal-kampjuni l-Qorti tuża mudell ta’ assigurazzjoni tal-verifika. Dan jinvolvi evalwazzjoni tar-riskju inerenti li jsiru żbalji fit-tranżazzjonijiet u r-riskju li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ma jevitawx jew ma jsibux u jikkoreġu tali żbalji (ir-riskju tal-kontroll). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-Qorti trid isserraħ primarjament fuq l-ittestjar dirett tagħha peress li s-sistemi ma jagħtux assigurazzjoni adegwata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

1.24.

L-ittestjar jinvolvi l-eżami dettaljat tat-tranżazzjonijiet magħżula biex jiġi ċċekkjat jekk il-klejm jew il-pagament kinux ikkalkulati tajjeb u skont ir-regoli u r-regolamenti relevanti li jiggvernaw l-infiq. Meta t-tranżazzjoni tkun ikkalkulata ħażin, jew inkella ma tissodisfax rekwiżit regolatorju jew dispożizzjonijiet kuntrattwali, tiġi kkunsidrata bħala li fiha żball. Permezz tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet tal-kontabilità rreġistrati fil-kontijiet baġitarji, il-Qorti tittraċċa l-pagament sal-livell ta’ min jirċievi fl-aħħar (eż. bidwi, organizzatur ta’ kors tat-taħriġ, promotur ta’ proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp) u tittestja l-konformità mal-kundizzjonijiet relevanti f’kull livell, fejn hu xieraq.

 

It-Tabella 1.2 —   Ir-riżultat tan-nefqa fl-2008 skont il-kapitoli tar-Rapport Annwali

(miljun euro)

It-taqsimiet (S) u t-titoli (T)  (34) jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2008 allokata għal kull kapitolu tar-Rapport annwali tal-Qorti

Pagamenti li saru fl-2008  (35)

Il-kapitoli tar-Rapport Annwali

Id-Dħul

53,7  (36)

It-Tassazzjoni u l-unjoni doganali (T.14)

 

L-Agrikoltura u r-riżorsi naturali

55 114,9

L-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali (T.05)

L-Ambjent (T.07)

Is-Sajd u l-affarijiet marittimi (T.11)

Is-Saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur (T.17)

 

Il-Koeżjoni

36 596,9

L-Impjiegi u l-affarijiet soċjali (T.04)

Il-Politika reġjonali (T.13)

 

Ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport

7 516,7

Ir-Riċerka (T.08)

L-Enerġija u t-trasport (T.06)

Is-Soċjetà tal-informazzjoni u l-midja (T.09)

Ir-Riċerka diretta (T.10)

 

L-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir

6 323,1

Ir-Relazzjonijiet esterni (T.19)

L-Iżvilupp u r-relazzjoni mal-Istati AKP (T.21)

It-Tkabbir (T.22)

L-Għajnuna umanitarja (T.23)

 

L-Edukazzjoni u ċ-ċittadinanza

1 734,9

L-Edukazzjoni u l-kultura (T.15)

Il-Komunikazzjoni (T.16)

Iż-Żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (T.18)

 

L-Affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji

621,4

L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

L-Intrapriża (T.02)

Il-Kompetizzjoni (T.03)

Is-Suq intern (T.12)

Il-Kummerċ (T.20)

 

In-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra

8 582,9

Il-Parlament (S. I)

Il-Kunsill (S. II)

Il-Kummissjoni (S. III)

Il-Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

Il-Qorti tal-Awdituri (S. V)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

Il-Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

 

Total ġenerali

116 544,5

Kif il-Qorti tevalwa u tippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

1.25.

L-iżbalji fit-tranżazzjonijiet jiġru għal bosta raġunijiet u jsiru f’għadd ta’ forom skont in-natura tal-ksur u tar-regola speċifika jew tar-rekwiżit kuntrattwali miksur. L-iżbalji jistgħu jirrelataw ma’ kondizzjoni għall-pagament jew ma’ kwistjoni ta’ osservanza oħra.

 

1.26.

Il-Qorti tikklassifika l-iżbalji b’dawn iż-żewġ modi:

a)

Kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, skont jekk huwiex possibbli li wieħed ikejjel kemm kien hemm inkorrett l-ammont imħallas mill-baġit tal-UE;

b)

Skont in-natura tagħhom, żbalji ta’ eliġibbiltà (pagament li ma jissodisfax ir-regoli tal-eliġibbiltà), żbalji ta’ okkorrenza (rimborż ta’ spiża li m’hemmx evidenza li ġġarrbet), żbalji ta’ preċiżjoni (pagament ikkalkulat ħażin jew li m’hemmx provi li huwa tajjeb) jew żbalji ta’ konformità oħra (żball li ma jpoġġix f’diskussjoni l-eliġibbiltà tal-pagament).

 

1.27.

Il-Qorti tesprimi l-frekwenza tal-okkorrenza tal-iżbalji billi tippreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji (kemm kwantifikabbli kif ukoll mhux kwantifikabbli). Dan jindika kif żbalji mifruxa x’aktarx li jkunu fi ħdan il-grupp tal-politika bħala ħaġa sħiħa (ara 1.3 tal-parti 1 tal-Annessi 1 fil-kapitoli differenti).

 

1.28.

Il-Qorti tqis l-impatt finanzjarju tal-iżbalji abbażi ta’ rata ta’ żbalji. Hija kkalkulata minn żbalji kwantifikabbli biss. Il-Qorti tevalwa r-rata ta’ żbalji meqjusa bi tqabbil mal-livell ta’ materjalità ta’ 2 % biex tiddetermina - flimkien ma’ evidenza oħra - jekk il-pagamenti tal-qasam tan-nefqa humiex ħielsa minn żbalji materjali (opinjoni “mingħajr kwalifika”), jew milquta minn livell materjali ta’ żbalji (opinjoni “avversa” (22)). Bil-għan li tippreżenta r-riżultati r-rata tal-iżbalji hija kklassifikata bħala li taqa’ f’waħda mit-tliet meded li ġejjin:

a)

Taħt 2 %;

b)

Bejn 2 % u 5 %; u

c)

’Il fuq minn 5 %.

Din l-informazzjoni tingħata fil-parti 1 tal-Annessi 1 tal-Kapitoli 4 sa 11, u hemm sommarju tagħha fit- Tabella 1.3 .

 

Kif il-Qorti tevalwa s-sistemi u tirrapporta r-riżultati

1.29.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma stabbiliti mill-Kummissjoni, (u l-Istati Membri u benefiċjarji fil-każ ta’ ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata), biex jiġu ġestiti r-riskji għall-baġit, inkluża r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk l-evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-assigurazzjoni tar-regolarità hija proċedura tal-verifika prinċipali, u partikolarment siewja fl-identifikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

 

1.30.

Kull grupp tal-politika huwa mmexxi minn bosta sistemi individwali, u kull waħda minnhom tieħu żmien konsiderevoli biex tkun ittestjata u evalwata. Għalhekk kull sena l-Qorti s-soltu tagħżel kampjun ta’ sistemi biex teżaminah. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tas-sistemi huma ppreżentati fil-għamla ta’ tabella msejħa “Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula” mogħtija fil-parti 2 tal-Annessi 1 tal-kapitoli 4 sa 11. Is-sistemi huma kklassifikati bħala “effettivi” biex inaqqsu r-riskju tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet, “parzjalment effettivi” (fejn hemm xi dgħufijiet li jolqtu l-effettività operazzjonali) jew “mhux effettivi” (meta d-dgħufijiet huma mxerrda u b’hekk ixejnu għal kollox l-effettività operattiva).

 

1.31.

Barra dan, il-Qorti tagħti evalwazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (ippreżentata wkoll fil-parti 2 tal-Annessi 1 tal-kapitoli 4 sa 11) li tikkunsidra kemm l-evalwazzjoni tas-sistemi magħżula, kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

 

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-verifika tal-2008

1.32.

Għad-Dħul u fil-grupp tal-politika n-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, fit-totalità tagħhom, huma effettivi (ara l-paragrafi 4.29 sa 4.30 u 11.20 sa 11.21), u l-Qorti tqis li l-iżbalji għandhom impatt finanzjarju ta’ anqas minn 2 % tat-total tal-ammonti (ara t- Tabella 1.3 ) Barra dan, l-evalwazzjoni tal-Qorti tad-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali u mill-uffiċjali li jawtorizzaw b’delega kkonfermaw li l-ebda riżerva ma kellha tiġi ppreżentata (ara l-paragrafi 2.3 sa 2.4 u 2.9 u t- Tabella 2.1 ).

 

It-Tabella 1.3 —   Is-sommarju tar-riżultati tad-DAS tal-2008 dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

Evalwazzjonijiet speċifiċi tar-Rapport Annwali tad-DAS tal-2008

Il-paragrafi fir-Rapport Annwali

It-tħaddim tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Medda ta’ żbalji

Id-Dħul (39)

4.29-4.30

 

 

L-Agrikoltura u r-riżorsi naturali

5.62-5.67

 (40)

 (41)

Il-Koeżjoni

6.35-6.36

 (42)

 

Ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport

7.40-7.41

 

 

L-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir

8.33-8.34

 

 

L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

9.31-9.32

 

 

L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

10.27-10.28

 (43)

 (44)

In-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra

11.20-11.21

 

 

It-tabella hawn fuq tagħti sommarju tal-evalwazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, kif deskritta fil-kapitoli relevanti, u tagħti r-riżultati wiesgħa tal-ittestjar sostantiv tal-Qorti. It-tabella tenfasizza l-elementi prinċipali iżda ma tistax tippreżenta d-dettall relevanti kollu (partikolarment dwar id-dgħufijiet tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll u t-tipi ta’ żbalji) li għalih jinħtieġ li wieħed jirreferi għall-parti prinċipali tar-rapport, fi ħdan il-kuntest tal-metodoloġija fil-bażi tal-approċċ tal-verifika tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.5 sa 1.15).

Kodiċi:

It-tħaddim tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv ()

 

Mhux effettiv

()  Is-sistemi huma kklassifikati bħala “parzjalment effettivi” meta xi arranġamenti ta’ kontroll ikun tqiesu li jaħdmu b’mod adegwat filwaqt li oħrajn le. B’riżultat ta’ dan, meħuda fit-totalità tagħhom, għandhom mnejn ma jirnexxux fil-limitazzjoni tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi għal livell aċċettabbli.


Il-medda ta’ żbalji ()

 

Taħt 2% (taħt il-limitu ta’ materjalità)

 

Bejn 2% u 5%

 

Iktar minn 5%

()  Il-Qorti ddeċidiet tippreżenta r-rati ta’ żbalji (ara l-paragrafu 1.28) fi tliet intervalli. Dawn il-meded ta’ żbalji ma jistgħux ikunu interpretati bħala intervall tal-kunfidenza (f’sens statistiku).

Grafika 1.1 — Tqabbil minn sena għal oħra  (33)

Image

1.33.

Għall-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, u għall-grupp tal-politika l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza l-Qorti tqis li l-impatt finanzjarju ġenerali tal-iżbalji huwa anqas minn 2 % tan-nefqa totali għal kull grupp tal-politika rispettiv. Madankollu, il-Qorti sabet li n-nefqa tal-Iżvilupp Rurali fi ħdan il-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali kienet milquta minn livell ta’ żbalji li qabeż it-2 % (ara l-paragrafu 5.62) u l-ittestjar tal-Qorti jagħti x’jifhem li l-pagamenti interim u finali għall-grupp tal-politika l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza kienu milquta minn żbalji materjali (ara l-paragrafu 9.31). Għall-grupp tal-politika l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji l-Qorti tqis li r-rata ta’ żbalji hija ħarira ’l fuq minn 2 % tan-nefqa totali għal dan il-grupp tal-politika. Madankollu, il-Qorti sabet li l-pagamenti magħmula taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jirrappreżentaw parti sproporzjonalment kbira ta’ din ir-rata ta’ żbalji ġenerali (ara l-paragrafi 10.12 sa 10.13).

1.33.

Il-Kummissjoni hi sodisfatta bil-valutazzjoni ġenerali pożittiva ta’ dawn il-gruppi ta’ politika. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti li n-nefqa fl-iżvilupp rurali qed tiġi affettwata minn inċidenza ogħla ta’ żbalji, imma tinnota b’sodisfazzjon li r-rata tal-iżbalji qed tonqos f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni tinnota li għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f’4 minn 21 pagamenti interim u finali li ġew eżaminati. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 9.31.

Għall-grupp ta’ politika affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji, minħabba li l-PF6 jirrappreżenta biss 8 % tal-pagamenti, il-Kummissjoni tqis li r-rata ġenerali tal-iżbalji tat-tranżazzjoni f’dan il-qasam ta’ politika, meta jittieħed fl-intier tiegħu, hu ħieles minn żbalji materjali. Rigward il-pagamenti tal-FP6 l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti f’dan il-kapitolu huma simili għal dawk fil-Kapitolu 7. Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 10.12 u 10.13.

1.34.

Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali huma parzjalment effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tal-pagamenti (ara l-paragrafu 5.63). Filwaqt li l-Qorti tisħaq li l-IACS ġeneralment hija sistema ta’ kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta’ żbalji jew ta’ nefqa irregolari (ara l-paragrafu 5.64), hija identifikat kwistjonijiet li jridu jkunu indirizzati fl-iskemi SPS u SAPS (ara l-paragrafu 5.65) u fil-qasam tal-Iżvilupp rurali (ara l-paragrafu 5.66). Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza huma parzjalment effettivi (ara l-paragrafu 9.32) (23). Għall-grupp tal-politika l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-Qorti eżaminat tliet sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Filwaqt li tnejn tqiesu bħala effettivi, waħda kienet evalwata bħala parzjalment effettiva (24)biss fl-assigurazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti (ara l-paragrafu 10.28).

1.34.

Matul is-snin, ix-xejra turi li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll u superviżjoni tjiebu fl-Agrikoltura u r-riżorsi naturali u li issa huma effettivi, għalkemm għad hemm bżonn ta’ titjib fil-qasam tal-iżvilupp rurali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li uħud mill-kwistjonijiet li l-Qorti tissuġġerixxi li jiġu indirizzati fir-rigward tal-iskemi SPS u SAPS iwasslu għall-introduzzjoni ta’ iżjed regoli kkumplikati li jirriżultaw f’sistema ta’ kontroll kumplessa immens li l-implimentazzjoni tagħha tkun għalja u tmur kontra l-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, effettivament tintroduċi mill-ġdid forma ta’ pagamenti ta’ għajnuna akkoppjati mal-produzzjoni (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għal paragrafu 5.65 b).

Fl-2008, għad-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Kultura, is-sistema ta’ superviżjoni u kontroll li ġiet stabbilita għall-perjodu 2007-2013 tipprovdi qafas sod. Sar progress sinjifikanti fl-implimentazzjoni tiegħu permezz ta’ analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ex-post u żjajjar ta’ superviżjoni u verifiki intensifikati.

Fir-rigward tal-grupp ta’ politika affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti li għandhom x’jaqsmu mal-PF6 jixbhu li dawk f’Kapitolu 7 filwaqt li l-bqija ta-nefqa hi ħielsa minn żbalji materjali. Il-Kummissjoni tqis li s-sistemi stabbiliti ta’ supervizjonu u kontroll b’mod ġenerali jagħtu valur għal flushom. proporzjonati u adegwati (ara tweġibiet għal paragrafi 10.19 u 10.28).

1.35.

Fil-gruppi tal-politika l-Koeżjoni (25), ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport, l-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir u l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma parzjalment effettivi, (ara l-paragrafi 6.21, 6.23, 6.36, 7.41, 8.34 u 10.28 u t- Tabella 1.3 ) Filwaqt li għall-gruppi tal-politika r-Riċerka, l-enerġija u t-trasport, l-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir u l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji r-rata ta’ żbalji meqjusa mill-Qorti hija bejn 2 % - 5 % tan-nefqa totali, għall-grupp tal-politika l-Koeżjoni, ir-rata ta’ żbalji meqjusa hija ’l fuq minn 5 % (ara l-paragrafi 6.17, 6.35, 7.40 u 8.33 u t- Tabella 1.3 ). Għall-gruppi tal-politika l-Koeżjoni u l-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir, il-fehma tal-Qorti hija li l-ambitu tar-riżervi espressi fid-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali u l-uffiċjali li jawtorizzaw b’delega kien imissu kien usa’ sabiex jirrifletti n-nuqqasijiet sinifikanti li għad hemm f’dawn l-oqsma tan-nefqa bħalma jintwera fis-sejbiet tal-verifika tal-Qorti (ara l-paragrafi 2.6 sa 2.7 u 2.10 sa 2.11 u t- Tabella 2.1 ). Il-Koeżjoni tibqa’ l-qasam l-aktar problematiku u r-rata ta’ żbalji meqjusa tiegħu tinsab ferm ogħla minn dawk għall-oqsma tal-politika l-oħrajn.

1.35.

Fil-qasam tal-Koeżjoni kien hemm titjib sinjifikanti fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ xi programmi fl-2008. Il-valutazzjoni tal-ħidma effettiva tas-sistemi f’545 programmi operazzjonali fir-rapporti ta’ attività annwali għall-2008 tad-Direttorati Ġenerali tal-Politika Reġjonali u l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs turi li 78 % tal-programmi jaħdmu tajjeb jew għandhom nuqqasijiet li jħallu impatt moderat (57 % fl-2007). Filwaqt li r-rata tal-iżbalji bqagħet golja b’mod inaċċettabbli, il-frekwenza tal-iżbalji naqset: 43 % tal-proġetti fil-kampjun tal-Qorti nstab li kienu affettwati minn żbalji, meta mqabbla mal-54 % fl-2007. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-kampjun tal-verifika li hemm wara s-sejbiet ikopri biss il-perjodu tal-ipprogrammar 2000-2006 għaliex kwazi ma saret l-ebda rifużjoni li tikkonċerna l-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013. Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.23, 6.35 u 6.36.

Saru sforzi konsiderevoli biex titjieb il-ġestjoni tal-politika tar-riċerka fi ħdan il-limiti tal-qafas legali u finanzjarju applikabbli. Il-Kummissjoni se tkompli tapplika kontrolli rigorużi. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex tnaqqas il-livell ta’ żbalji residwi f’dan il-grupp ta’ politika.

L-assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi ngħatat mid-Direttorati Ġenerali fir-Rapporti tal-Attività Annwali. Meta Direttur Ġenerali jista’ jibbaża din l-assigurazzjoni fuq srima ta’ rata ta’ żbalji taħt il-limitu tal-materjalità, bħalma hu l-każ pereżempju tad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir li l-Qorti ttrattatu fil-grupp ta’ politika tal-għajnuna Esterna, żvilupp u tkabbir, m’għandha għalfejn issir l-ebda riżerva.

Għall-qasam tal-għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir, il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha għal dan il-grupp ta’ politika biex ikopri t-tul kollu tal-proġetti multiannwali sabiex tkun f’pożizzjoni li tipprevjeni, jew tinduna u tikkoreġi l-biċċa l-kbira tal-iżbalji finanzjarji matul il-kors normali tal-kontrolli tagħha. Il-verifiki finanzjarji mandatorji previsti taħt is-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex tinduna u tikkoreġi dawn l-iżbalji ta’ prefinanzjament - f’sena ta’ kontabilità aktar tard - qabel isiru l-ħlasijiet finali. Il-kontrolli ex-post tal-Kummissjoni jikkonfermaw dan il-livell baxx ta’ żbalji residwi.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 8.34.

1.36.

Meta mqabbla mas-snin ta’ qabel il-bidliet segwenti kienu nnutati: tnaqqis fir-rata ta’ żbalji meqjusa għall-gruppi tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali (26)u r-Riċerka, l-enerġija u t-trasport (27). Għall-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, il-Qorti tqis li r-rata ta’ żbalji ġenerali hija ħarira taħt 2 % (ara l-paragrafu 5.13), filwaqt li għall-grupp tal-politika r-Riċerka, l-enerġija u t-trasport din għadha ’l fuq minn 2 % (ara l-paragrafu 7.40). Għall-grupp tal-politika l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza, il-Qorti tqis li l-iżbalji għandhom impatt finanzjarju ta’ inqas minn 2 %. Il-Qorti tikkunsidra li dan huwa dovut l-aktar għas-sehem kbir ta’ pagamenti bil-quddiem, li huma relattivament inqas milquta minn żbalji mill-pagamenti interim u finali (ara l-paragrafi 9.6 sa 9.7 u 9.31). Fil-grupp tal-politika l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, ir-rata ta’ żbalji ġenerali meqjusa għas-sena finanzjarja 2008 hija ħarira ’l fuq minn 2 % (fl-2007 ħarira taħt 2 %) minħabba l-iżbalji misjuba fl-infiq tas-Sitt Programm ta’ Qafas li, madankollu, jirrappreżenta biss 8 % tan-nefqa tal-grupp tal-politika (ara l-paragrafu 10.27).

1.36.

TIl-Kummissjoni hi sodisfatta bl-iskjerament ġenerali pożittiv tal-valutazzjoni tal-Qorti, fejn intwera progress notevoli mis-sena ta’ qabel.

1.37.

Il-Qorti tenfasizza li l-verifiki tagħha juru li kriterji ta’ eliġibbiltà kkumplikati jew mhux ċari jew inkella rekwiżiti legali kumplessi oħrajn, partikolarment fil-gruppi tal-politika tal-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, il-Koeżjoni, ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport kif ukoll l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għar-riskju tal-iżbalji (ara l-paragrafi 5.17 sa 5.26, 5.34 sa 5.52, 6.18 sa 6.20, 7.12 sa 7.15 u 10.11 sa 10.14).

1.37.

Ċertu grad ta’ kumplessità fir-regoli u l-kriterja ta’ eliġibbiltà hu inevitabbli peress li ta’ spiss dawn ikunu ffissati biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa tal-linja politika, li huma r-riżultat ta’ proċedura leġiżlattiva kumplessa fejn l-Awtorità Leġiżlattiva jkollha l-aħħar kelma.

Madankollu, il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tagħmel proposti lill-Awtorità Leġiżlattiva biex fejn ikun possibbli jkun hemm aktar simplifikazzjoni. Hi se tikkunsidra l-ambitu għall-introduzzjoni ta’ simplifikazzjoni ulterjuri tar-regoli tal-eliġibbiltà fil-proposta tagħha tal-2010 għar-reviżjoni ta’ kull tliet snin tar-Regolament Finanzjarju. Se tistudja wkoll prinċipji għal simplifikazzjoni ulterjuri tal-leġiżlazzjoni settorjali għar-rawn li jmiss tal-atti bażiċi, li se jidħlu fis-seħħ mill-2014.

Għall-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, ir-riżultati tjiebu grazzi għall-isforzi kontinwi biex jiġu ssimplifikato r-rekwiżiti legali/il-kriterji tal-eliġibbiltà taħt iż-żewġ pilastri tal-PAK. Ara wkoll it-tweġibiet speċifiċi għal paragrafi 5.17 sa 5.26, 5.34 sa 5.52.

Fil-qasam tal-koeżjoni, saru modifiki fir-regolamenti għall-2007-2013, li jinkorporaw is-simplifikazzjonijiet li rriżultaw minn grupp konġunt ta’ esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Kmieni fl-2009 il-Kummissjoni ħarġet ukoll rapport fil-qosor dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 1.41-1.42 u 6.37(a).

Is-7a Programm Qafas kien pass ’il quddiem fis-simplifikazzjoni. Bħala riżultat tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programm, u jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tipproponi tibdiliet fil-bażi legali tagħha.

1.38.

Fil-grupp tal-politika l-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir kif ukoll l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji l-Kummissjoni ġġesti n-nefqa tal-UE b’mod konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (28)abbażi ta’ ftehimiet li wkoll jiżguraw id-drittijiet tal-verifika tal-Qorti. Madankollu, l-aċċess tal-Qorti għal rapporti tal-verifika u dokumenti ta’ sostenn iġġenerati min-NU jew żjarat tal-verifika li għandhom x’jaqsmu mad-DAS 2008 kien rifjutat parzjalment jew għal kollox (ara l-paragrafi 8.13 u 10.10).

1.38.

Il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ it-talbiet tal-Qorti għall-informazzjoni u l-aċċess għad-dokumentazzjoni. Il-Ftehim ta’ Kontribut Standard ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jinkludi test b’rabta mal-aċċess tal-Qorti.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 8.13.

Kif id-dgħufijiet għandhom ikunu indirizzati

1.39.

Is-sena l-oħra l-Qorti nnutat li, minkejja l-iżviluppi pożittivi fil-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, parti sostanzjali tat-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet tal-UE tibqa’ soġġetta għal livell ta’ żbalji materjali (ara l-paragrafu 1.42 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007). Barra dan, il-verifika tad-DAS tal-Qorti tenfasizza differenzi – kultant sinifikanti – fit-tip, l-inċidenza u l-livell ta’ irregolarità bejn, u fi ħdan, gruppi tal-politika. Il-paragrafi li ġejjin ifittxu li jagħtu iktar tagħrif dwar l-evalwazzjoni ta’ kif jista’ jsir il-progress lejn qafas ta’ kontroll intern Komunitarju effettiv (29).

 

1.40.

Minkejja li l-Unjoni għandha baġit ġenerali wieħed hemm ħafna differenzi fil-mod kif jintefqu l-flus. Dawn jinkludu: it-tip tal-mod tal-ġestjoni; it-tipi ta’ benefiċjarji; il-perjodiċità tal-għajnuna; il-modi differenti kif isir klejm u t-tipi differenti ta’ sistemi ta’ kontroll u rkupru. Dawn id-differenzi jinħolqu biex jindirizzaw iċ-ċirkustanzi tal-qasam baġitarju involut u l-objettivi individwali tal-għajnuna, u b’għarfien dwar l-ispiża u l-kumplessità tal-amministrazzjoni u l-kontroll tal-iskemi.

 

Il-ħtieġa għas-semplifikazzjoni

1.41.

Ir-regoli li jiggvernaw il-mod kif jintefqu l-flus huma stabbiliti biex jiżguraw li l-għajnuna tikseb l-objettivi tal-politika mfittxija - nfiq fuq l-affarijiet xierqa fil-ħin xieraq. Xi regoli huma komuni għat-tipi kollha ta’ pagament filwaqt li oħrajn jiddependu mit-tipi ta’ nfiq. Għalhekk it-tip u l-kumplessità tar-regoli jistgħu jkunu wkoll funzjoni tal-kumplessità tal-objettivi tal-politika.

1.42.

Iktar ma r-regoli jkunu onerużi u kumplessi, ikbar huwa r-riskju li ma jkunux segwiti, u b’hekk jiżdied ir-riskju li jsiru żbalji fit-tranżazzjonijiet u li ma jintlaħqux l-objettivi tal-politika. Fl-istess ħin, irfinar eċċessiv fl-iffissar ta’ miri speċifiċi ħafna ta’ programmi x’aktarx li jżid l-ispiża tal-iċċekkjar dwar jekk tali miri ntlaħqux. Fi kliem ieħor: regoli u regolamenti mfassla tajjeb li huma ċari biex wieħed jinterpretahom u sempliċi biex japplikahom, inaqqsu r-riskju ta’ żbalji (il-paragrafu 1.45 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007).

1.41-1.42.

Il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tal-Qorti, imma tistħaq li l-fatt li wieħed jistabbilixxi r-regoli jfisser li wieħed jilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ksib tal-għanijiet ta’ politika li spiss ikunu speċifiċi kif ukoll l-evitar tal-kumplessita żejda. Filwaqt li r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tipproponi leġiżlazzjoni, il-kumplessità tista’ tidħol waqt il-konsiderazzjoni tal-Awtorità Leġiżlattiva li tagħha hija l-aħħar kelma.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tinkorpora deskrizzjoni tal-arranġamenti assoċjati tal-kontroll fil-proposti futuri leġiżlattivi kollha relevanti.

Is-simplifikazzjoni hija element ewlieni fil-programm tal-Kummissjoni ta’ regolamentazzjoni aħjar. L-Istati Membri huma mitluba wkoll biex jissimplifikaw il-kriterji tal-eliġibbiltà fil-programmi nazzjonali tagħhom. Madankollu, ċertu livell ta’ kumplessità huwa inevitabbli u jrid jittieħed inkunsiderazzjoni fid-diskussjonijiet futuri dwar livell tollerabbli ta’ riskju.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.35(b).

Fil-qasam tal-Koeżjoni, ir-regolament ESF għall-2007-2013 diġa jipprovdi għall-possibbiltà biex l-ispejjeż indiretti jiġu ddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa. Il-possibbiltà li jintużaw rati fissi, somom sħaħ u skali standard ta’ spejjeż unitarji għall-programmi tal-2007-2013 kienet iġġeneralizzata kemm għall-FEŻR u għall-FES billi ġew emendati r-regolamenti tal-fondi f’Mejju tal-2009. Simplifikazzjonijiet oħra ġew adottati f’Diċmbru tal-2008 u f’Mejju tal-2009. F’Lulju tal-2009, il-Kummissjoni ressqet ukoll proposti għal simplifikazzjonijiet ulterjuri għar-regolament implimentattiv 1828/2006 u għar-regolament ġenerali 1083/2006.

Il-Kummissjoni, bħala riżultat tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programm, u jekk ikun xieraq, tista’ tipproponi tibdiliet fil-bażi legali tagħha.

1.43.

Huwa xieraq li jkun hemm element ta’ attenzjoni. Is-semplifikazzjoni tar-regoli purament biex jitnaqqas ir-riskju tal-irregolarità għandha mnejn ikollha xi żvantaġġi li kieku iktar regoli ġeneriċi kellhom jirriżultaw f’infiq inqas iffukat. Barra dan, is-’semplifikazzjoni’ tista’ tissuġġerixxi, f’xi oqsma (ara pereżempju l-paragrafi 9.6 sa 9.7), il-flessibbiltà tal-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi l-pagamenti bil-quddiem u żieda fl-ammonti li jistgħu jitħallsu hekk. Madankollu, din is-semplifikazzjoni għandha tkun sostnuta b’sistemi effettivi għax jekk le n-nefqa irregolari ssir viżibbli biss meta l-programmi jkunu tlestew parzjalment jew inkella ngħalqu għal kollox, li jiġri iktar tard fil-proċess. Minkejja dawn il-kwalifiki, is-semplifikazzjoni trid tibqa’ objettiv ewlieni.

1.43.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-simplifikazzjoni hija bilanċ bejn il-ħtieġa għal amministrazzjoni tajba tal-fondi pubbliċi u l-ksib tal-għajnijiet ta’ politika li ta’ spiss ikunu speċifiċi ħafna. Dan il-bilanċ hu indirizzat b’mod differenti f’kull qasam ta’ politika u jirriżulta f’modi u dispożizzjonijiet differenti ta’ ġestjoni, bil-kunsiderazzjoni tal-involviment ta’ atturi differenti f’livelli differenti. Il-Kummissjoni qed tieħu passi biex tiżgura li s-sistemi ta’ kontroll tagħha jkunu effettivi kemm jista’ jkun, bil-kunsiderazzjoni kollha tan-natura multiannwali ta’ bosta programmi u l-ħtieġa għal sistema ta’ kontroll effiċjenti u effettiva biex jitħaddmu l-kontrolli xierqa fil-mument xieraq.

Se fejn jidħol il-qasam ta’ politika tal-Edukazzjoni u l-kultura, it-tfassil tal-programmi l-ġodda għall-2007-2013 issimplifika r-regoli u għamel użu wiesa’ mill-finanzjament b’somom sħaħ. Dan, flimkien mal-approvazzjoni rigoruża tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontrol, għandu jnaqqas ir-riskju marbut mal-ħlasijiet finali.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 9.7.

The necessary response

1.44.

Huwa fatt li l-ġestjoni tal-baġit tal-UE evolviet ftit ftit b’rispons għat-tip ta’ programmi tan-nefqa li kienu introdotti sussegwentement. Ir-regoli li jiggvernaw l-infiq kif ukoll il-metodi tal-ġestjoni jridu jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tal-bosta miri tal-infiq baġitarju. Madankollu dawn il-miri m’għandhomx ikunu dettaljati żżejjed, b’mod li jinħoloq piż amministrattiv żejjed u regoli li huma ibsin biex wieħed josservahom. Dan jitlob, min-naħa tal-Kummissjoni, reviżjoni ġudizzjuża tal-qafas regolatorju ta’ bażi u l-istruttura tal-ġestjoni ta’ programmi speċifiċi tan-nefqa.

1.44.

Il-Kummissjoni tisħaq li hija l-kompetenza tal-Leġiżlatur li jistabbilixxi r-regoli. Dan l-aħħar il-Kummissjoni għamlet numru ta’ proposti għas-simplifikazzkoni )u ċerti simplifikazzjonijiet ġew deċiżi għall-Fondi Strutturali) u se tibqa’ tipproponi simplifikazzjonijiet fejn dan ikun jaqbel biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika speċifiċi.

F’dan ir-rigward, ix-xogħol tal-Kummissjoni fuq ir-riskju tollerabbli tal-iżbalji għandu jiġi rrikunsidrat, hekk kif hi tipproponi opinjoni ċara dwar ir-riskju li jista’ jiġi kkontrollat fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-ambjent ta’ kontroll u għalhekk fuq ir-riskju li ma jkunx jaqbel finanzjament li wieħed jikkontrollah. Il-Kummissjoni se tagħmel proposti konkreti lill-Awtorità Baġetarja dwar ir-riskju tolerabbli fir-riċerka, l-enerġija u t-trasport, l-ambjent rurali, l-għajnuna esterna u n-nefqa amministrattiva fl-2010.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafi 1.41 - 1.42.

1.45.

F’dan il-kuntest, l-ewwel kompitu u wieħed essenzjali għandu jkun biex jiġi żgurat li tinġabar informazzjoni affidabbli u komprensiva biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni kredibbli tal-ispejjeż eżistenti tal-kontrolli (30).

1.45.

Il-Kummissjoni se tiġbor l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-kontrolli bħala parti mill-proposti tagħha dwar ir-riskju tollerabbli tal-iżbalji, u tibda mir-riċerka, enerġija u trasport, l-iżvilupp rurali, l-għajnuna esterna u l-oqsma tal-infiq amministrattiv fl-2010.

1.46.

Daqstant kruċjali għandha tkun evalwazzjoni bir-reqqa dwar jekk hux qiegħed jinkiseb l-ikbar benefiċċju mil-livell kurrenti ta’ nefqa fuq il-kontrolli. Jekk dan jitqies li mhux il-każ, imbagħad l-għan immedjat għandu jkun li jinkiseb vantaġġ sħiħ mill-flus li diġà qegħdin jintefqu u mir-riżorsi diġà mqassma għal dan il-għan (31).

1.46.

Il-Kummissjoni ħadet ħsieb li jkun hemm titjib kontinwu fis-sistemi interni ta’ kontroll tagħha (kif rikonoxxut f’paragrafu 1.39) u se tkompli bil-ħegga b’dawn l-isforzi. Dawn is-sistemi ta’ kontroll huma mfassla biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, fuq il-bażi ta’ bilanċ xieraq bejn it-tipi differenti ta’ kontrolli (“il-kontrolli xierqa fil-mument xieraq”). Pereżempju, kontrolli ex-ante jistgħu jidentifikaw ċerti tipi ta’ żbalji imma mhux oħrajn, u ma jkunx jaqbel finanzjarjament li wieħed jikkontrolla l-proġetti kollha fuq il-post.

Bħala riżultat tal-Pjan ta’ Azzjoni biex titjieb is-superviżjoni tal-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni diġà ħadet azzjonijiet ex ante biex ittejjeb is-sistemi ta’ kontroll. Tiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li t-tnaqqis ta’ 2 %-3 % fir-rata tal-iżbalji permezz ta’ kontroll ex ante aktar effettiv (imsemmi għall-FEŻR u fl-istudju tal-każ spjegattiv ippreżentat fil-komunikazzjoni dwar ir-“riskju tollerabbli” (COM(2008) 866) tirriżulta minn valutazzjoni tal-iżbalji identifikati mill-Qorti fid-DAS 2005 u hija pjuttost miżura ta’ “riskju ta’ kontroll” (ir-riskju li ċerti kontrolli ma jaħmux b’mod effettiv f’xi każijiet).

1.47.

Flimkien ma’ azzjonijiet meħtieġa li jimmiraw li jiżguraw l-effettività tas-sistemi, l-objettiv indikat għandu jkun biex jiġi determinat il-bilanċ xieraq bejn l-ispiża tal-kontrolli u l-benefiċċji li jġibu magħhom (ara r-rakkomandazzjoni mill-Qorti fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 1.52).

1.47.

Il-kunċett ta’ kontroll intern effiċjenti u effettiv hu minqus fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 28a). F’konformità ma’ dan, kull servizz tal-Kummissjoni hu mitlub li fir-rapport tiegħu ta’ attività annwali jippreżenta r-riżultat tal-kontroll intern, biex jirrapporta fuq l-effettività tiegħu u biex jieħu azzjoni biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, peress li t-tijib tal-istrutturi ta’ kontroll u l-proċeduri ta’ simplifikazzjoni huwa proċess li li għaddej u kontinwu, sforzi bħal dawn għandhom ikunu permanenti.

B’konformità mas-suġġeriment tal-Qorti, il-Kummissjoni se teżamina ulterjorment il-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontroll meta tkun qed tħejji l-proposti tagħha dwar ir-riskju tollerabbli u tibda bir-riċerka, l-enerġija u t-trasport l-iżvilupp rurali, l-għajnuna esterna u l-oqsma tal-infiq amministrattiv fl-2010.

1.48.

Ikun mixtieq, kull meta programmi tan-nefqa jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni, li jiġu indikati r-riskji marbuta magħhom u l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u l-kontroll meħtieġa biex irażżnu dawn ir-riskji għal livell effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż. B’dan il-mod, id-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill u tal-Parlament jittieħdu b’mod iktar infurmat, b’konsiderazzjoni espliċita tar-riskji u tal-ispejjeż involuti.

1.48.

Fil-Komunikazzjoni “Lejn għarfien komuni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żball”, (COM(2008) 866), il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tinkorpora deskrizzjoni tal-arranġamenti assoċjati tal-kontroll fil-proposti futuri leġiżlattivi kollha relevanti.

1.49.

Il-Qorti tenfasizza l-importanza ta’ iktar riflessjoni fuq is-semplifikazzjoni u l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ kontrolli. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq f’ħin tajjeb qabel ma jitħejjew il-proposti għall-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid (32).

1.49.

Il-Kummissjoni taqbel dwar l-importanza li wieħed ifittex bilanċ xieraq bejn l-ispejjeż tal-kontrolli u l-livell ta’ simplifikazzjoni li hu adottat u qed tirrifletti fuq kif dan se tressqu fil-ħin mal-perspettivi l-ġodda finanzjarji.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.37.


(1)  Ir-“Rendikonti Finanzjarji Konsolidati” jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fl-attiv nett u sommarju tal-politika tal-kontabilità sinifikanti u noti oħrajn ta’ spjegazzjoni (bir-rappurtar tas-segmenti inkluż).

(2)  Ir-“Rapporti Konsolidati dwar l-Implimentazzjoni tal-Baġit” jinkludu r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħrajn ta’ spjegazzjoni.

(3)  Fil-livell tal-Istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, il-maniġment jinkludi l-Membri tal-Istituzzjonijiet, id-Diretturi tal-Aġenziji, l-Uffiċjali li Jawtorizzaw b’delegazzjoni u b’subdelegazzjoni, l-Uffiċjali tal-Kontabilità u l-persunal prinċipali tal-unitajiet finanzjarji, tal-verifika jew tal-kontroll. Fil-livell tal-Istati Membri u Stati Benefiċjarji, il-maniġment jinkludi l-Uffiċjali li Jawtorizzaw, l-Uffiċjali tal-Kontabilità u l-persunal prinċipali tal-awtoritajiet tal-pagament, tal-korpi li jiċċertifikaw u tal-aġenziji tal-implimentazzjoni.

(4)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huma meħudin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fl-assenza ta’ dawn, Standards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-“Rendikonti Finanzjarji Konsolidati” għas-sena finanzjarja 2008 huma ppreparati (bħalma kienu sa mis-sena finanzjarja 2005) abbażi ta’ dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Komunitajiet, filwaqt li r-“Rapporti Konsolidati dwar l-Implimentazzjoni tal-Baġit” għadhom ibbażati primarjament fuq ċaqliq tal-flus kontanti.

(5)  Qabel l-adozzjoni tal-Kontijiet Annwali mill-istituzzjonijiet, l-uffiċjali tal-kontabilità differenti jiffirmawhom, u b’hekk jiċċertifikaw li għandhom assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni (l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju).

(6)  Il-Kontijiet Annwali huma ppreparati mid-diretturi rispettivi u mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni flimkien mal-opinjoni tal-bord amministrattiv involut. Barra dan, l-uffiċjali tal-kontabilità rispettivi jiffirmawhom, u b’hekk jiċċertifikaw li għandhom assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korpi (l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju).

(7)  Għall-qosor, it-terminu “regolarità tat-tranżazzjonijiet” jintuża matul ir-rapport biex jindika il-’legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi’.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9) jitlob li l-kontijiet finali għandhom jintbagħtu qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

(9)  Ara l-paragrafu VIII tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2007.

(10)  Ara l-paragrafu VIII tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2007.

(11)  Il-programm Galileo jimmira li jiżviluppa u jħaddem Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellità.

(12)  Ara l-paragrafu 1.10 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(13)  Dawk li ma kinux validati sa tmiem l-2008 kienu s-sistemi lokali tad-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni u d-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

(14)  L-għadd ta’ kwistjonijiet pendenti, li jkopru erba’ livelli ta’ importanza stabbiliti mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni (Kritiku-Importanti Ħafna-Importanti-Mixtieq) minn rapporti ta’ validazzjoni mill-2005-2007 naqas b’mod sinifikanti matul l-2008, minn 161 għal 81. Madankollu, minn dawn il-81, ħames kwistjonijiet kienu kkunsidrati bħala “Kritiċi” u 23 kwistjoni bħala “Importanti Ħafna”.

(15)  B’mod notevoli, kwistjonijiet dwar il-proċeduri ta’ qtugħ, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel, it-twaqqit tal-għemil tal-irreġistrar tat-tranżazzjonijiet, il-kuntratti ABAC, il-ġestjoni tal-attiv, livell ta’ konoxxenza differenti tal-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti fost is-servizzi, il-konsistenza tad-data bejn is-sistemi lokali u l-ABAC.

(16)  Id-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, id-Direttorat-Ġenerali għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja, id-Direttorat-Ġenerali għar-Riċerka, id-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport, id-Direttorat-Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika Reġjonali, id-Direttorat-Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, l-Uffiċċju tal-Koperazzjoni EuropeAid, id-Direttorat-Ġenerali għat-Tkabbir kif ukoll id-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

(17)  Partikolarment id-Direttorat-Ġenerali għar-Riċerka fil-qasam tar-riċerka.

(18)  Ara l-paragrafu 5.61 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006 u l-paragrafu 5.44 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(19)  Ara l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90) li permezz tiegħu l-Kummissjoni tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifikazzjoni tal-informazzjoni mogħtija.

(20)  Korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006.

(21)  Partikolarment ir-Rapporti ta’ Attività Annwali u d-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali tal-Kummissjoni u r-Rapport ta’ Sintesi tagħhom.

(22)  Barra dan, il-Qorti tista’ toħroġ opinjoni kwalifikata meta proporzjon żgħir biss ta’ popolazzjoni jintlaqat minn żball materjali.

(23)  Għalkemm il-Qorti tinnota li l-gwida maħruġa lill-Aġenziji Nazzjonali hija żviluppata tajjeb biex tintuża bħala manwal tal-proċeduri (ara l-paragrafu 9.33), hija tikkonkludi li-implimentazzjoni preżenti tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll għadha ma tagħtix assigurazzjoni raġonevoli li l-iżbalji ta’ regolarità se jinstabu u jkunu kkoreġuti (ara l-paragrafi 9.33 u 9.34).

(24)  Dan huwa dovut l-aktar għas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

(25)  Ara t- Tabella 1.3 , in-nota tal-qiegħ 4.

(26)  It-tnaqqis kien identifikat għan-nefqa għall-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali inġenerali u n-nefqa tal-Iżvilupp Rurali b’mod partikolari. Madankollu, dan tal-aħħar għadu milqut minn livell ogħla ta’ żbalji mill-FAEG (ara l-paragrafu 5.62). Il-Qorti tikkunsidra, abbażi tal-livell ta’ żbalji fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet u fl-evalwazzjoni tas-sistemi tagħha, li bħal fis-snin ta’ qabel, l-IACS hija ġeneralment sistema ta’ kontroll effettiv biex tillimita r-riskju ta’ żbalji jew nefqa irregolari (ara l-paragrafu 5.64).

(27)  Dik li kienet “il-Politika interna” issa hija koperta mill-gruppi tal-politika “ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport”, l-“Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza” u l-“Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” (ara t- Tabella 2.1 ).

(28)  Dan il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE huwa stipulat fl-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju.

(29)  Il-paragrafi 1.43 sa 1.51 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(30)  Il-Kummissjoni tagħraf fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-’kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żbalji’ (COM(2008) 866 Finali) fil-paġni 8 u 10 li s’issa daħlet biss għal eżerċizzju limitat ta’ ġbir ta’ data.

(31)  Il-Kummissjoni tagħraf fil-COM(2008) 866 Finali tagħha fil-paġna 7 li, għall-Fondi Strutturali, ir-rata ta’ żbalji tista’ titnaqqas bi 2-3 % b’ebda spiża addizzjonali (jew b’ebda spiża addizzjonali sinifikanti) billi ttejjeb il-kontrolli ex-ante eżistenti.

(32)  Ara t-tweġiba tal-Qorti għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nirriformaw il-Baġit, Nibdlu l-Ewropa” (http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/docs/1/1481518.PDF).

(33)  Il-perċentwal tal-baġit skont il-medda relevanti ta’ żbalji Image < 2 % Image 2-5 % Image > 5 % għall-gruppi tal-politika differenti. Fil-każ tal-“Agrikoltura u r-riżorsi naturali”, il-grafika tiddistingwi bejn il-partijiet tal-komponenti relevanti (l-Iżvilupp rurali u nefqa oħra għall-2007 u l-2008; l-IACS u dik li mhijiex l-IACS għas-snin ta’ qabel).

(34)  It-titoli baġitarji 24 sa 31 tat-Taqsima III tal-Baġit Ġenerali li jirrigwarda primarjament in-Nefqa amministrattiva huma rrappurtati fit-taqsima għall-Kummissjoni Ewropea tal-kapitolu 11.

(35)  In-Nefqa amministrattiva hija mnaqqsa mill-gruppi tal-politika u tintwera separatament taħt l-intestatura tagħha stess: dan iwassal għal differenzi bi tqabbil mal-kapitoli 4 sa 10.

(36)  Din iċ-ċifra tirreferi għal “nefqa operazzjonali” u mhux għall-valur tad-“dħul”.

(37)  Is-sistemi huma kklassifikati bħala “parzjalment effettivi” meta xi arranġamenti ta’ kontroll ikun tqiesu li jaħdmu b’mod adegwat filwaqt li oħrajn le. B’riżultat ta’ dan, meħuda fit-totalità tagħhom, għandhom mnejn ma jirnexxux fil-limitazzjoni tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi għal livell aċċettabbli.

(38)  Il-Qorti ddeċidiet tippreżenta r-rati ta’ żbalji (ara l-paragrafu 1.28) fi tliet intervalli. Dawn il-meded ta’ żbalji ma jistgħux ikunu interpretati bħala intervall tal-kunfidenza (f’sens statistiku).

(39)  Ara l-limitazzjonijiet tal-ambitu fil-paragrafi 4.4 u 4.7.

(40)  Bħal fis-snin ta’ qabel, il-Qorti, abbażi tal-livell ta’ żbalji fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet u l-evalwazzjoni tas-sistemi tagħha, tisħaq li l-IACS ġeneralment hija sistema ta’ kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta’ żbalji jew in-nefqa irregolari (ara l-paragrafu 5.64).

(41)  Għan-nefqa tal-Iżvilupp rurali il-livell meqjus ta’ żbalji huwa ’l fuq minn 2 % (ara l-paragrafi 1.33 u 5.62).

(42)  Fl-2007, il-Qorti evalwat is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri bħala parzjalment effettivi. Għall-2008, ma kien hemm l-ebda modifika kbira fil-qafas regolatorju li tolqot is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri (ara l-paragrafu 6.23). Peress li l-perijodu ta’ programmar 2000-2006 qiegħed joqrob lejn tmiem, il-Qorti kkunsidrat li evalwazzjoni sħiħa addizzjonali tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri 2000-2006 mhijiex se tagħti valur miżjud. Peress li ma kien hemm kważi l-ebda pagament interim għall-perijodu 2007-2013, il-Qorti ffukat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-parti tas-sistemi tal-Istati Membri li twaqqfet għar-reġistrazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji misjuba minn kontrolli nazzjonali u għar-rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji lill-Kummissjoni (ara l-paragrafi 6.21 u 6.36).

(43)  Din mhijiex evalwazzjoni ġenerali ta-sistemi tal-gruppi tal-politika. Tirrigwarda xi wħud mis-sistemi eżaminati u tirrifletti l-aktar id-dgħufija osservata fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6) (ara l-paragrafu 10.28).

(44)  L-FP6 jirrappreżenta parti sproporzjonalment kbira tar-rata ta’ żbalji ġenerali (ara l-paragrafu 10.27).


IL-KAPITOLU 2

Is-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni

WERREJ

Introduzzjoni

Ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment mill-Kummissjoni

Rapporti ta’ Attività Annwali u Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

Assigurazzjoni miksuba mis-Sommarji Annwali

L-standards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni

Introduzzjoni

L-Effettività

Il-Pjan ta’ azzjoni

L-Evalwazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni

L-Impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni

Il-Konkużjonijiet ġenerali u r-rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jeżamina l-progress tal-Kummissjoni fl-2008 fl-indirizzar tad-dgħufijiet fis-sistemi tagħha ta’ sorveljanza u kontroll sabiex tassigura r-regolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE. B’mod partikolari, hija tanalizza l-punt safejn:

(a)

ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment fir-rapporti ta’ attività annwali u d-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali u fir-rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni jagħtu stampa affidabbli (il-paragrafi 2.3 sa 2.11);

(b)

il-Kummissjoni għamlet progress dwar l-operat u l-effettività tal-istandards reveduti ta’ kontroll intern u dwar il-qafas ta’ kontroll intern integrat, u l-punt safejn kienet kapaċi turi l-impatt pożittiv tagħhom fuq in-nefqa tal-2008 (il-paragrafi 2.23 sa 2.25).

2.1.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ, bil-limiti deskritti fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2008, jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tagħha ntużaw għall-għan intiż tagħhom u skont prinċipji sodi tal-ġestjoni finanzjarja. Hija tqis ukoll li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti li għalihom il-Kummissjoni tieħu r-responsabbiltà ġenerali skont l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE.

Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex ittejjeb aktar is-sistema ta’ kontroll intern tagħha fid-dawl tal-esperjenza tagħha stess u biex tindirizza l-kwistjonijiet li tqajmu mill-awdituri. L-azzjonijiet meħuda fl-2008 inkludew id-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 tal-istandards riveduti għall-kontroll intern għal ġestjoni effettiva, it-tlestija tal-istadju ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat u titjib fiċ-ċarezza u l-koerenza tar-Rapporti ta’ Attività Annwali.

2.2.

Il-Qorti eżaminat ukoll is-Sommarji Annwali (1)għall-Azzjonijiet Strutturali u għall-Fond Ewropew tas-Sajd u tal-Agrikoltura biex tevalwa l-valur miżjud li dawn jipprovdu u kif dan ġie użat mis-servizzi tal-Kummissjoni (il-paragrafi 2.18 sa 2.22).

 

IR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT MILL-KUMMISSJONI

Ir-Rapporti ta’ Attività Annwali u d-Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

2.3.

Id-Diretturi-Ġenerali kollha ddikjaraw li kienu kisbu assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi allokati lilhom kienu ntużaw għall-għanijiet speċifikati u li l-kontrolli interni li huma kienu introduċew assiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, fi 12-il każ soġġett għal riżervi.

 

2.4.

Mill-41 Direttorat-Ġenerali jew servizzi prinċipali li ħarġu dikjarazzjoni fl-2008, 12 minnhom fihom riżerva waħda jew aktar, bil-maġġoranza tagħhom jirreferu għal nuqqasijiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. In-numru totali ta’ riżervi niżel minn 17 (2007) sa 15 (2008). Ir-riżervi l-aktar sinifikanti fil-kuntest tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma ppreżentati fuq in-naħa tax-xellug tat- Tabella 2.1 .

2.4.

Il-Kummissjoni qed tinnota li 8 minn 15-il reżervazzjoni kienu bbażati fuq skopertura finanzjarja, u s-seba’ l-oħra joriġinaw minn kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq ir-reputazzjoni tas-servizz jew tal-Kummissjoni u li l-impatt finanzjarju min-natura tiegħu kien materjali aktar milli finanzjarju.

Barra minn hekk, 3 reżervazzjonijiet li ilhom għal żmien twil eżistenti tneħħew fl-2008 (tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali dwar l-implimentazzjoni tal-IACS fil-Greċja, tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni fin-nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll ex-post u tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi u l-Industrija dwar l-iffinanzjar tal-korpi Europej għall-istandardizzazzjoni).

F’oqsma oħra ta’ politika bħall-Politika ta’ Koeżjoni, l-ambitu tar-reżervazzjonijiet tnaqqsu, meta jittieħed kont tal-miżuri korrettivi li ġew implimentati diġà mill-Istati Membri.

2.5.

Fil-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali, id-Direttur-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali neħħa r-riżerva tiegħu li kienet ilha hemm żmien twil (sitt snin) relatanti mal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-IACS fil-Greċja minħabba li l-awtoritajiet relevanti waqqfu Sistema ġdida tal-Identifikazzjoni tal-Pakketti tal-Art u r-riżerva għall-Iżvilupp Rurali ġiet definita b’aktar dettall wara l-verifikazzjoni u l-validazzjoni tal-istatistiċi ta’ kontroll mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-Istati Membri. Madankollu, id-Direttur-Ġenerali ma jagħti ebda assigurazzjoni li l-pjan ta’ azzjoni mwaqqaf u implimentat mill-Greċja kien effettiv għall-proċedura tad-dikjarazzjonijiet tal-2008. Barra minn hekk, fl-opinjoni tal-Qorti, ix-xogħol li sar għall-validazzjoni tal-istatistiċi ta’ kontroll mill-Kummissjoni u l-korpi ta’ Ċertifikazzjoni f’dak l-Istat Membru ma jagħtix il-livell għoli ta’ assigurazzjoni meħtieġ.

2.5.

Ir-reżervazzjoni rigward in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-IACS fil-Greċja kienet ibbażata fuq riskju għoli tar-reputazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Komunità, li rriżulta min-natura persistenti ta’ dawn id-defiċjenzi fil-Greċja, mhux dwar ir-riskju finanzjarju għall-EAGF, li kien dejjem kopert b’mod adegwat mill-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Greċja permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità. Il-missjonijiet ta’ verifika fil-Greċja sa Frar 2009 wrew li l-awtoritajiet Griegi, biex jikkonformaw mal-pjan ta’ azzjoni tagħhom tal-2006, waqqfu LPIS-GIS operazzjonali ġdid mill-31 ta’ Diċembru 2008 li jkopri l-Greċja kollha. Għalhekk, fil-perjodu tal-firma tar-Rapport ta’ attività annwali tal-2008 mid-Direttur Ġenerali, l-elementi kollha tal-IACS kienu fis-seħħ u r-riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni li jirriżulta min-natura persistenti tad-defiċjenzi msemmija hawn fuq kienu għebu. Madankollu, ir-riskju finanzjarju li jibqa’ huwa meqjus b’mod sħiħ bħala anqas mil-livell materjali tal-iżball u huwa kopert bil-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità għas-snin tat-talba 2006-2008. Konsegwentement, ir-reżervazzjoni tista’ titneħħa.

It-Tabella 2.1 —   Paragun tal-evidenza mogħtija fir-rapporti ta’ attività annwali mid-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti

Il-grupp tal-Politika

Ir-riżervi l-aktar importanti tad-Diretturi-Ġenerali

(inklużi fid-dikjarazzjonijiet)

2007

2008

L-impatt ta’ dawn ir-riżervi l-aktar importanti fuq l-assigurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali fl-opinjoni tal-Qorti  (19)

In-nuqqasijiet oħra sinifikanti żvelati mill-verifika tal-Qorti u / jew mill-Kummissjoni

(mhux inklużi fid-dikjarazzjonijiet)

2007

2008

L-evidenza mogħtija mir-rapport ta’ attivita annwali għall-konklużjonijiet tal-verifika tal-Qorti  (20)

2007

2008

2007

2008

L-agrikoltura u r-riżorsi naturali

l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-IACS fil-Ġreċja

X

 

B

B

S’issa għad m’hemm ebda indikazzjonijiet raġonevoli li l-pjan ta’ azzjoni mwaqqaf u implimentat mill-awtoritajiet Griegi kien kompletament effettiv.

 

X

B

B+

In-nefqa taħt l-Iżvilupp Rurali

X

X

(It-tieni Assi, intejbu l-ambjent u l-kampanja)

 

 

 

L-eliġibilità tal-ispejjeż rimborżati lill-Istati Membri għan-nefqa fil-qasam ta’ kontroll u infurzar tas-CFP

 

X

Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għas-SAPARD fil-Bulgarija u fir-Rumanija

 

X

Dwar is-sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-riżorsi tas-sajd: id-data tal-qbid mhux kompleta u affidabbli, is-sistemi ta’ spezzjoni ma jagħtux assigurazzjoni.

X

 

Il-koeżjoni

FSE: sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (2000/2006)

X

Spanja, Ir-Renju Unit, Franza, L-Italja, Is-Slovakkja, Il-Portugall, Il-Belġju u L-Lussemburgu

X

Spanja, Ir-Renju Unit, Franza, L-Italja, Il-Belġju, Il-Lussemburgu u l-Ġermanja

B

B

S’issa għad m’hemm ebda indikazzjoni raġonevoli li l-azzjonijiet korrettivi kollha meħuda fl-2008 kienu kompletament effettivi (21).

 

 

B

B

L-FEŻR: is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (2000/2006)

X

Ir-Repubblika Ċeka, Il-Finlandja, Il-Greċja, Il-Ġermanja, L-Irlanda, L-Italja, Il-Lussemburgu, l-Polonja, Is-Slovakkja u Spanja

X

Il-Belġju, Il-Ġermanja, L-Italja, Spanja

L-Interreg: is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (2000/2006)

X

Fuq total ta’ 51 programm

X

Fuq total ta’ 21 programm

Il-Fondi ta’ Koeżjoni: is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (2000/2006)

X

Il-Bulgarija, Ir-Repubblika Ċeka, Is-Slovakkja, L-Ungerija u L-Polonja

X

Il-Bulgarija

Ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport

Ir-rata ta’ żbalji residwi b’kunsiderazzjoni għall-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż

X

Is-6 Programm ta’ Qafas

X

Is-6 Programm ta’ Qafas

B

B

S’issa m’hemm ebda indikazzjoni raġonevoli dwar l-impatt tas-sistemi li għandhom x’jaqsmu mal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji jew meta dawk se jkollhom impatt fuq ir-rati tal-iżbalji matul iċ-ċiklu ta’ ġestjoni tal-FP6 (21).

 

X

B

B

L-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir

PHARE: Irregolaritajiet potenzjali fil-ġestjoni tal-fondi PHARE minn ċerti Aġenziji Implimentattivi fil-Bulgarija

X

X

A

A

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fil-livell tal-organizzazjonijiet implimentattivi jeħtieġ li jittejbu sabiex ikunu kompletament effettivi

X

X

B

B

L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

Nuqqas ta’ sistema ta’ kontrolli ex-post strutturata u ta’ kontrolli fuq il-post fid-DĠ kif ukoll kontrolli mwettqa fir-rappreżentazzjonijiet għall-parti l-kbira tas-sena — 10 minn 12-il xahar

X

 

B

B

Il-kontrolli ex-post ma jirriflettux kompletament ir-rata tal-iżbalji attwali fil-kuntratti vverifikati .

X

X

B

B

Numru għoli ta’ żbalji fit-Tranżazzjonijiet għall-għotjiet u għall-kuntratti

 

X

 

 

 

Nuqqasijiet fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati fl-Italja għall-perijodu ta’ programmar 2000-2004 u 2005-2007

X

 

Assigurazzjoni limitata fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ bażi ta’ legalità u tar-regolarità implimentati minn 14-il Stat Membru fil-qafas tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati II (2005-2007)

X

 

L-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali

Il-possibilità li l-kontrolli l-ġodda li jimmitigaw, imwaqqfa wara r-riżultati tar-rapport dwar il-kontrolli ex-post, mhumiex kompletament effettivi

X

X

B

B

 

 

 

A

A

Ir-rata ta’ żbalji residwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fis-Sitt Programm ta’ Qafas tar-Riċerka — FP6

X

X

Operat insodisfaċenti tal-finanzjament tal-istandardizazzjoni Ewropea

X

 

In-Nefqa Amministrattiva

A

A

 

 

 

A

A

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri.

2.6.

Għall-grupp tal-politika il-Koeżjoni, id-Direttorati-Ġenerali għall-Politika Reġjonali u għall-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs żammew ir-riżervi li għandhom x’jaqsmu mad-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-perijodu 2000-2006 għalkemm in-numru totali tal-Istati Membri u l-programmi operazzjonali kkonċernati u kif ukoll il-kwantifikazzjoni finanzjarja naqsu b’mod sinifikanti. Total ta’ 99 programm operazzjonali ntlaqat fl-2008, meta mqabbel ma’ 185 fl-2007. Id-Direttorati-Ġenerali kkwantifikaw l-impatt ta’ dawn ir-riżervi għal 201 miljun euro, (2007, 726 miljun euro) (2).

2.6.

Il-Kummissjoni tinnota li r-reżervazzjonijiet li hemm fir-rapporti annwai tal-attività (AAR) tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u l-Impjiegi u d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs kienu bażati fuq analiżi dettaljata ta’ kull programm operazzjonali. L-impatt finanzjarju ġie kalkolat billi ntużaw il-livelli ta’ korrezzjonijiet ta’ rati fissi li jkunu applikabbli għad-dgħufiji identifikati fis-sistema u billi jiġu applikati għall-ħlasijiet għall-partijiet affettwati tal-programmi konċernati.

It-tnaqqis tal-impatt finanzjarju tar-reżervazzjonijiet huwa spjegat b’mod ċar fl-AARs rispettivi u jikkonferma li l-Kummissjoni refgħet ir-risponsabbiltajiet tagħha, skont l-impenn li ssaħħaħ ir-rwol superviżorju. L-impatt kwantifikat jirriżulta minn sforzi qawwija mill-Kummissjoni għall-programmi kollha tal-2008, inkluż is-segwitu tar-reżervazzjonijiet fl-AARs tal-2007, il-konklużjoni tal-14-il pjan ta’ azzjoni nazzjonali ta’ rimedju u l-applikazzjoni tal-korrezzjonjiet ta’ aktar minn 1,5 biljun euro li rriżultaw f’li r-riżervazzjonijiet tneħħew f’bosta każijiet.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.17.

2.7.

Ir-riżervi mid-Direttorati-Ġenerali għall-gruppi tal-politika ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport u l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jikkonformaw mas-sejbiet tal-Qorti li r-rata ta’ żbalji residwi (wara t-tpaċija u l-korrezzjonijiet) fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tas-Sitt Programm ta’ Qafas (FP6) jibqgħu ’l fuq mill-materjalità.

2.7.

Il-Kummissjoni tħaddem strateġija ta’ kontroll imfassla biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-ħlasijiet fuq bażi multiannwali. Għas-sitt Programm Qafas (FP6), l-għan tal-istrateġija huwa li tnaqqas, sat-tmiem tar-raba’ sena tal-implimentazzjoni tagħha (2010), ir-rata residwa ta’ żbalji. L-għan jiġi vvalutat mill-ġdid kull sena fid-dawl tan-natura, il-frekwenza u l-ammont tal-iżbalji li jinstabu, kif ukoll b’kunsiderazzjoni għall-benefiċċju tan-nefqa.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 7.17.

2.8.

Għall-grupp tal-politika l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza, id-Direttur-Ġenerali għad-DĠ Komunikazzjoni rrapporta dwar il-kisbiet fit-tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll, iżda jenfasizza li 9,4 % tat-tranżazzjonijiet iċċekkjati kienu milquta minn żbalji, għalkemm dawn kellhom impatt żgħir.

2.8.

Ġie implimentat pjan ta’ azzjoni biex titjieb il-kwalità tat-tranzazzjonijiet fid-DĠ Komunikazzjoni, b’mod partikolari, azzjonijiet ta’ taħriġ li għadhom għaddejjin.

2.9.

L-analiżi tal-Qorti li tinstab fin-naħa tal-lemin tat- Tabella 2.1 turi li r-rapporti ta’ attività annwali jaqblu mal-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti għan-nefqa amministrattiva u għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji biss. Fi kliem ieħor, għal dawn l-oqsma tal-politika l-verifiki tal-Qorti jew tal-Kummissjoni ma wrew ebda dgħufija sinifikanti li ma ġietx inkluża fid-dikjarazzjonijiet tad-Direttorati Ġenerali. Għall-qasam tal-politika l-Agrikoltura u r-riżorsi Naturali r-rapport ta’ attività annwali tad-Direttur-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali huwa aktar qrib il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni speċifika tad-DAS rilevanti milli fi snin preċedenti.

2.9.

Il-Kummissjoni tilqa’ t-titjib innutat u ttenni l-impenn tagħha li ttejjeb il-progress f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni bħalissa qed tevalwa l-fatturi li jaffettwaw il-kwalità tar-rapporti ta’ attività annwali u se tippromwovi miżuri biex itejjeb aktar il-kwalità tagħhom.

2.10.

Fil-każ tal-grupp tal-politika tal-koeżjoni, il-Qorti tinnota, li għall-2007, l-ambitu u l-iskala tar-riżervi jiddikjaraw inqas il-gravità tal-problemi ta’ irregolarità f’dan il-qasam tal-baġit (ara l-paragrafu 6.35).

2.10.

Il-Kummissjoni tqis li r-riżervi li saru mid-Diretturi Ġenerali fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2008 huma konformi mal-kriterji tal-materjalità stabbiliti u mal-metodoloġija applikata. Is-sejbiet tal-qorti juru li r-rata ta’ żbalji hija konċentrata fuq programmi li għalihom il-Kummissjoni kienet diġà ħadet azzjoni fl-2008 (ara t-tweġiba għal paragrafu 6.17.) Għall-programmi kategorizzati fl-AAR li qed jiffunzjonaw b’mod effettiv jew li huma parzjalment effettivi, il-Kummissjoni għandha evidenza ta’ verifiki li r-riskju huwa aktar baxx. Barra minn hekk, il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 jinkludi azzjonijiet biex jitwaqqaf il-proċess tal-għeluq, sabiex jiġi żgurat li l-iżbalji li jibqa’ jitneħħew mill-ħlasijiet finali mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm azzjonijiet korrettivi u ta’ segwitu adatti għall-każijiet kollha identifikati mill-Qorti, kif għamlet fis-snin preċedenti.

2.11.

Fil-grupp tal-politika l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir il-Qorti sabet livell materjali ta’ żbalji (ara l-paragrafu 8.39) u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biss parzjalment effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tal-pagamenti (ara l-paragrafu 8.44). Dawn is-sejbiet mhumiex riflessi b’mod adegwat mid-Diretturi-Ġenerali fid-dikjarazzjonijiet tagħhom. Fil-fatt din hija r-raba’ sena konsekuttiva fejn il-Qorti għamlet din l-osservazzjoni partikolari (3).

2.11.

L-iżbalji li jinstabu mill-Qorti fl-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir fil-biċċa l-kbira għandhom x’jaqsmu man-nefqa fil-forma ta’ avvanzi li jsiru mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fuq ħlasijiet bil-quddiem magħmula mill-Kummissjoni. Il-verifiki finanzjarji obbligatorji previsti skont is-sistemi ta’ kontroll tal-Kummissjoni qabel il-ħlasijiet finali għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex issib u tikkoreġi żbalji bħal dawn qabel isir il-ħlas finali. Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 8.18 u 8.34.

Madankollu bħala parti mill-isforzi li għaddejjin biex tittejjeb is-sistema ġenerali ta’ kontroll intern u flimkien max-xogħol tal-Kummissjoni fuq ir-riskju tollerabbli tal-iżbalji, il-EuropeAid se tniedi reviżjoni tal-istrateġija tagħha ta’ kontroll fl-2010.

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

2.12.

Billi tadotta r-Rapport ta’ Sinteżi l-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà politika tagħha għall-implimentazzjoni operattiva tal-baġit tal-UE permezz tad-Diretturi-Ġenerali tagħha (4). Ir-rapport jagħti evalwazzjoni retrospettiva tal-ġestjoni finanzjarja matul il-perijodu ta’ mandat sħiħ tal-Kummissjoni li waslet biex tispiċċa.

 

2.13.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li għall-2008 l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi li għalihom il-Kummissjoni tieħu r-responsabbiltà ġenerali skont l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE.

 

2.14.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ peer review annwali li sar kmieni fl-2009 li jindika li hemm skop għal titjib ulterjuri tal-kwalità tar-Rapporti ta’ Attività Annwali, wieħed mill-aktar għodod kruċjali ta’ tmexxija. Il-Kummissjoni tistenna li dan it-titjib se jkun rifless mir-RAA tal-2009 ’l quddiem.

2.14.

Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-fatturi li jaffettwaw il-kwalità tal-AARs u se tippromwovi miżuri li jtejbu aktar il-kwalità tagħhom qabel ir-rapport ta’ attivitajiet għall-2009. L-Istruzzjonijiet Permanenti għar-rapporti ta’ attività annwali bħalissa għaddejjin mill-proċess li jiġu magħmula aktar konċiżi u aktar faċli biex wieħed isegwihom. Qed isiru sforzi speċjali biex jiġi mfassal kors dedikat għat-taħriġ fuq dan is-suġġett immirat għall-persunal li jabbozza r-rapporti ta’ attività annwali, fl-aħħar tal-2009.

2.15.

Ir-Rapport ta’ Sinteżi jagħti xi spjegazzjonijiet dwar l-approċċ tal-Kummissjoni fuq ir-riżervi. Il-Kummissjoni tgħid li riżerva ssir b’mod sistematiku għal nuqqasijiet sinifikanti sakemm ma jkunx hemm evidenza affidabbli tal-verifika li twaqqaf pjan ta’ azzjoni u li qiegħed jaħdem. Madankollu, il-Qorti ssib li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni akbar lill-bżonn li jittieħdu indikazzjonijiet aktar robusti li l-miżuri ta’ korrezzjoni stipulati fi ħdan il-pjanijiet ta’ azzjoni kienu jew x’aktarx li jkunu effettivi, u li f’ħafna każijiet l-ambitu tar-riżervi għandu jkun akbar (ara l-eżempji diskussi fil-paragrafi 2.5, 2.10 u 2.11 u t- Tabella 2.1 ).

2.15.

L-istrateġija tal-Kummissjoni hija li r-reżervazzjoni m’għandhiex issir jekk jeżistu kontrolli effettivi ta’ prevenzjoni jew jekk teżisti evidenza ta’ verifiki li turi li pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju ġew implimentati b’mod effettiv.

Meta d-Diretturi Ġenerali jesprimu reżervazzjoni dawn huma obbligati li jfasslu pjan ta’ azzjoni biex jindirizzaw id-dgħjufiji identifikati. L-azzjoni meħuda tiġi mbagħad rappurtata u evalwata fir-Rapport ta’ Attività Annwali sussegwenti. Jekk hemm biżżejjed provi li l-azzjonijiet qed ikollhom l-impatt previst fuq id-dgħjufiji, ir-reżervazzjoni tista’ titneħħa. Id-deċiżjonijiet biex isiru jew jitneħħew ir-reżervazzjonijiet huma wħud mill-punti ewlenin diskussi fir-“reviżjonijiet bejn il-pari”, għalkemm deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċjal Delegat li Jawtorizza responsabbli.

Għall-każ tal-IAVS fil-Greċja, ara t-tweġiba għal paragrafu 2.5.

Għall-qasam tal-Politika ta’ Koeżjoni, ara t-tweġiba għal paragrafu 2.6.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha għal paragrafi 2.10 u 2.11.

2.16.

Il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni tagħraf il-bżonn għal azzjonijiet ulterjuri biex issolvi kwestjonijiet identifikati f’oqsma oħrajn. Dawn l-azzjonijiet għandhom jindirizzaw fost l-oħrajn kwestjonijiet bħal

2.16.

(a)

L-evalwazzjoni tal-effettività tal-kontrolli interni;

 

(b)

Il-konċentrazzjoni tar-riżorsi dwar it-titjib tal-istruttura ta’ kontroll imwaqqfa għall-ġestjoni tan-nefqa fil-qafas finanzjarju tal-2007-2013 u fuq ir-rimedju tan-nuqqasijiet f’dak preċedenti; u

(b)

Permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni biex ittejjeb ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fl-azzjonijiet strutturali, il-Kummissjoni ffukat l-attività tagħha fuq azzjonijiet preventivi għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll fuq il-preparazzjoni għall-għeluq tal-programmi tal-2000-2006.

(c)

Rappurtar komplet u affidabbli dwar il-korrezzjoni ta’ żbalji fil-livell tal-Istati Membri.

(c)

L-informazzjoni fuq il-korrezzjonijiet finanzjarji li saru mill-Istati Membri nfushom ġiet inkluża fil-kontijiet finali.

 

Il-Kummissjoni tqis li, bħala riżultat tal-azzjonijiet tagħha, kien hemm progress fir-rigward tal-produzzjoni ta’ provi affidabbli tat-tħaddim effettiv tal-mekkaniżmi korrettivi multiannwali. Hija qed tkompli l-isforzi tagħha biex iżżid il-kompletezza u l-kwalità tad-dejta provduta mill-Istati Membri.

 

Għall-perjodu 2007-2013, is-sistema ta’ rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ġiet iċċarata u msaħħha b’mod konsiderevoli permezz tan-nomina ta’ awtorità responsabbli u l-forniment ta’ tabella tar-rappurtar (l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006).

 

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 6.30.

2.17.

Għall-politika ta’ Koeżjoni l-Kummissjoni tirrapporta li hija ħadet aktar deċiżjonijiet formali biex tissospendi il-pagamenti interim (10 fl-2008 meta mqabbla ma’ 1 fl-2007) u applikat korrezzjonijiet finanzjarji ħafna akbar (1 587 miljun fl-2008 meta mqabbla ma’ 396 miljun fl-2007). Madankollu, rigward il-pjan ta’ azzjoni tagħha biex issaħħaħ l-irwol ta’ sorveljanza tagħha taħt il-ġestjoni maqsuma tal-Koeżjoni, il-Kummissjoni tagħraf li hemm bżonn ta’ aktar ħin qabel mal-impatt tal-azzjonijiet ikun jista’ jitkejjel bi tnaqqis fir-rata ta’ żbalji’.

2.17.

Fir-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni biex issaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni f’azzjonijiet strutturali (COM(2009) 42), il-Kummissjoni turi li nkisbu riżultati effettivi fl-10 oqsma ta’ azzjoni kollha fl-2008. Dan inkluda t-tnedija aktar mgħaġġla tal-proċeduri ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u l-livell ta’ korrezzjonjiet finanzjarji li nkisbu fl-2008. Hija taqbel li l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni fir-rigward tal-perjodu 2000-2006 għadu ma jistax jiġi evalwat b’mod sħiħ u impenjat ruħha li tirrapporta dwar l-impatt inizjali tal-Pjan ta’ Azzjoni fi Frar tal-2010.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ sistema ta’ kontroll multiannwali bbażata fuq il-prevenzjoni jew is-sejbien u l-korrezzjoni. L-aqwa estimi tal-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri deċiżi fl-2008 ammontaw għal euro 2,967 biljun għall-oqsma kollha ta’ politika, u għalhekk juru sforz partikolari fl-aspetti ta’ sejbien u korrezzjoni fis-sistema ta’ kontroll (ara taqsima 6 “rkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti” tan-noti tal-kontijiet annwali għas-sena 2008).

L-Assigurazzjoni miksuba mis-Sommarji Annwali

2.18.

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2007 l-Qorti sabet li s-sommarji annwali, fl-ewwel sena li kienu jeżistu, ma tawx evalwazzjoni affidabbli tal-operat u l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll u rrakkomandat li l-Kummissjoni tieħu passi biex ittejjeb l-informazzjoni mogħtija (5).

2.18.

Għall-qasam ta’ koeżjoni, fl-2008, il-bażi legali kurrenti tal-Kummissjoni (l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju) ma tipprovdi la dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u lanqas dikjarazzjoni nazzjonali ġenerali. Minkejja dan, il-Kummissjoni segwiet ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Europew u tal-Qorti u ħeġġet lill-Istati Membri biex janalizzaw tħaddim tas-sistemi, ifittxu l-problemi u s-soluzzjonijiet, jiddeskrivu prattiċi tajba u jipprovdu dikjarazzjonijiet dwar il-grad ta’ assigurazzjoni li jiksbu mis-sistemi.

Fl-agrikultura, l-Istati Membri kollha b’aġenzija waħda ta’ ħlas iridu jipprovdu dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija ta’ ħlas u ċertifikat mill-korp ta’ ċertifikazzjoni li b’definizzjoni jikkostitwixxi s-sommarju annwali msemmi fir-Regolament Finanzjarju u fil-Ftehim Inter-Istituzzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom aktar minn aġenzija waħda tal-ħlas ifasslu sommarji annwali msejħa wkoll rapporti ta’ sinteżi.

2.19.

Il-Qorti analizzat is-Sommarji Annwali tal-2008 biex tiddetermina jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju kinux ġew irrispetati u jekk l-Istati Membri kinux taw informazzjoni supplimentari.

 

2.20.

Mhux l-Istati Membri kollha kkonformaw mar-rekwiżiti kif inhuma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u lanqas ma segwew il-linji gwida tal-Kummissjoni (6). Madankollu, meta mqabbel mas-sena l-oħra, il-kwalità tal-analiżi inkluża fis-sommarji annwali kollha tjiebet.

2.20.

Id-Direttorati Ġenerali Għall-Politika Reġjonali u l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Ugwali fl-AARs tagħhom għall-2008 nnutaw li l-maġġoranza tal-Istati Membri kkonformaw jew kważi kkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi. Il-Kummissjoni ħadet il-passi adatti biex issegwi l-każijiet kollha ta’ non-konformità mal-kundizzjonijiet regolatorji. L-informazzjoni provduta fis-Sommarji Annwali kienet użata bħala sors addizzjonali ta’ assigurazzjoni għaż-Żewġ AARs tad-Direttorati Ġenerali tal-2008.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali nnota fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu tal-2008 li l-Istati Membri kkonformaw mal-obbligi legali tagħhom u b’mod ġenerali segwew il-linji gwida stabbiliti mis-servizzi tal-Kummissjoni. Meta wieħed iqabbel mas-sena l-oħra, il-kwalità tal-analiżi fis-sommarji annwali kollha tjiebet, imma f’xi każijiet il-valutazzjoni ta’ ċerti elementi bażiċi għandha titjieb aktar. Il-Kummissjoni għalhekk qajmet dan il-punt mal-Istati Membri u sussegwentement irrevediet wieħed mil-linji gwida tagħha.

Il-Valur Miżjud

2.21.

Is-sommarji annwali huma element tal-kontroll intern u l-Qorti ħeġġet lill-Kummissjoni biex iżżid il-valur lill-proċess billi tidentifika problemi komuni, soluzzjonijiet possibbli jew l-aħjar prattiċi u tuża din l-informazzjoni fl-irwol tagħha ta’ sorveljanza (7). Il-Kummissjoni inkoraġġiet bl-istess mod lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess.

2.21.

Il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri biex isegwu l-aqwa prattika fil-valutazzjoni tal-ittri tas-Sommarji Annwali. Hija se tkompli tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni li tagħti valur miżjud lis-Sommarji Annwali billi mill-ġdid taġġorna n-noti ta’ gwida tagħha.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 2.18.

2.22.

L-analiżi tal-Qorti wriet li għall-2008 għadd ta’ Stati Membri (8)ppreżentaw elementi jew analiżi li żiedu l-valur tas-Sommarji Annwali, billi fittxew li jidentifikaw u jikkumentaw fuq nuqqasijiet sistemiċi jew kwestjonijiet transversali. Id-Diretturi-Ġenerali għall-Koeżjoni użaw id-data fis-sommarji annwali bħala kontribuzzjoni fl-evalwazzjoni tagħhom stess tas-sistemi nazzjonali.

2.22.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 2.20.

Għall-qasam ta’ koeżjoni, seba’ Stati Membri inkludew fis-Sommarji Annwali d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni proposta fil-linji gwida tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tanalizza dawk id-dikjarazzjonijiet li ġew provduti sa issa, bil-għan li tiddefenixxi l-elementi ewlenin li jistgħu jżidu l-valur tas-Sommarji Annwali. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi se jiġu kkunsidrati għall-aġġornament tan-nota ta’ gwida.

Għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-assigurazzjoni fuq il-kontijiet u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li hemm warajhom hija provduta b’dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija tal-ħlas. Din id-dikjarazzjoni hija soġġetta għal verifika u opinjoni mill-korp ta’ ċertifikazzjoni, li għalhekk iżżid is-sigurtà. Ir-rapport ta’ sinteżi (mfassal minn dawk l-Istati Membri li għandhom aktar minn aġenzija waħda tal-ħlas) jipprovdi valur miżjud billi jiġbor din l-assigurazzjoni fuq livell nazzjonali.

L-ISTANDARDS TA’ KONTROLL INTERN TAL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

2.23.

F’Ottubru tal-2007 l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tirrevedi l-Istandards Interni ta’ Kontroll (ICS) u l-qafas li fuqu huma bbażati (9). Stabbiliet 16-il standard ta’ kontroll intern irrevedut għall-ġestjoni effettiva biex jissostitwixxu s-sett oriġinali ta’ 24 standard mill-1 ta’ Jannar 2008.

 

2.24.

Il-Qorti eżaminat l-ICS relatati mal-assigurazzjoni tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet tas-16-il Direttorat-Ġenerali u sabet livell għoli ta’ implimentazzjoni simili għas-snin preċedenti (10).

2.24.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-għarfien tal-Qorti tal-fatt li l-istandards tal-kontroll intern kważi ġew implimentati b’mod sħiħ mis-servizzi tagħha.

L-Effettività

2.25.

Ir-reviżjoni tal-ICS kienet akkumpanjata bir-rekwiżit li d-Direttorati-Ġenerali juru l-implimentazzjoni effettiva ta’ xi standards li ngħataw prijorità (11). Ħafna mid-Direttorati-Ġenerali għażlu li jagħmlu hekk għall-2008 dwar l-ICS 7-11 li fil-biċċa l-kbira jkopru l-qasam dedikat għall-Attivitajiet ta’ Ħidma u Kontroll (12). B’kuntrast, l-istandards li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma ta’ Proċessi ta’ Ippjanar u Ġestjoni tar-Riskju (ICS 5 u 6), intagħżlu minn numru żgħir biss ta’ Direttorati-Ġenerali (13)minkejja l-importanza tagħhom. Iżda l-Kummissjoni ma kinitx kapaċi turi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma effettivi b’mod suffiċjenti biex itaffu r-riskju ta’ żbalji fl-oqsma/gruppi tal-politika li ġejjin: l-iżvilupp rurali fl-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali (il-paragrafu 5.63), il-Koeżjoni (il-paragrafu 6.36), ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport (il-paragrafu 7.41) u l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir (il-paragrafu 8.34)

2.25.

Il-Kummissjoni tinnota li s-sistemi ta’ kontroll intern tagħha qed jitjiebu u qed ikollhom impatt fuq ir-rati ta’ żbalji kif rifless fl-evoluzzjoni pożittiva tad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-Qorti fis-snin riċenti (ara l-paragrafu 1.36).

Tlettax-il Direttorat Ġenerali (terz) għażlu li jagħtu prijorità lil wieħed jew liż-żewġ standards ta’ Pjanar u Mmaniġġjar tar-Riskji, inkluż xi Direttorati Ġenerali ewlenin b’baġit kbir. Il-Kummissjoni tqis li din hija riflessjoni adatta tal-importanza ta’ dawn l-istandards għad-Direttorati Ġenerali konċernati.

Għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali b’mod ġenerali, l-istima tal-valur tal-iżbalji totali huma kemm kemm taħt il-limitu tal-materjalità ta’ 2 %. Matul is-snin, it-tendenza turi li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll u superviżjoni tjiebu f’dan il-qasam ta’ politika u issa huma effettivi, għalkemm għad hemm bżonn ta’ titjib fil-qasam tal-iżvilupp rurali.

Permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fl-immaniġġjar tal-azzjonijiet strutturali, il-Kummissjoni għamlet progress sinifikanti fit-titjib tas-sistemi superviżorji u sabiex tnaqqas ir-riskju tal-iżbalji. Ħadet ukoll azzjonijiet addizzjonali, bħas-simplifikar tar-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż fil-qasam tal-Politika ta’ Koeżjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ rati fissi, somom f’daqqa u skali standard tal-ispejjeż għal kull unità, u permezz ta’ qafas ta’ kontroll għall-perjodu 2007-2013. Il-Kummissjoni tqis li l-impatt ta’ azzjonijiet simili fuq ir-rata ta’ żbalji tista’ tiġi evalwata biss fuq perjodu itwal ta’ żmien u kmieni fl-2010 se tirrapporta fuq l-ewwel impatt tal-ħlasijiet 2007-2013.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 2.17.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-politika tar-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport fi ħdan il-limiti tal-qafas legali u finanzjarju applikabbli. Il-Kummissjoni se tkompli l-applikazzjoni rigoruża tal-kontrolli (ara wkoll it-tweġiba fil-paragrafu 7.42).

Fil-qasam tal-Għajnuna esterna, Żvilupp u Tkabbir, il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha għal dan il-grupp ta’ politika biex tkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-proġetti multiannwali tagħha sabiex tkun tista’ tipprevjeni, jew issib u tikkorreġi l-parti l-kbira tal-iżbalji finanzjarji fil-kors normali tal-kontrolli tagħha. Il-verifiki finanzjarji obbligatorji previsti skont is-sistemi ta’ kontroll tal-Kummissjoni għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex issib u tikkoreġi l-iżbalji qabel isiru l-ħlasijiet – fis-sena ta’ wara tal-kontabbiltà - qabel isir il-ħlas finali. Il-kontrolli ex-post tal-Kummissjoni jikkonfermaw dan il-livell baxx ta’ żbalji residwi.

IL-PJAN TA’ AZZJONI

L-Evalwazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni

2.26.

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2006 pprova jindirizza l-lakuni speċifiċi fil-qafas tal-kontroll intern tal-Kummissjoni (14). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar tal-2009 (15)tagħti evalwazzjoni aġġornata tar-riżultati tal-Pjan ta’ Azzjoni bbażata fuq l-indikaturi.

 

2.27.

L-analiżi tal-Qorti ta’ din il-Komunikazzjoni (ara t- Tabella 2.2 ) turi li l-Kummissjoni implimentat l-14-il sub-azzjoni kollha li huma identifikati bħala pendenti fir-Rapport Annwali preċedenti tal-Qorti (16)u għalhekk hija lestiet l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

 

L-Impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni

2.28.

Il-Kummissjoni tagħti serje ta’ indikaturi u deskritturi biex tkejjel u tevalwa l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni (17). L-analiżi tal-Qorti (ara t- Tabella 2.2 ) turi li ħafna minn dawn ikejlu biss il-prodott u l-attività tal-Kummissjoni b’ (sub-) azzjoni aktar milli b’ effettività. Għalkemm fil-fatt huma preċiżi, mhuwiex possibli li jkun determinat abbażi tagħhom jekk il-Pjan ta’ Azzjoni kellux impatt miżurabbli fuq is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll u fl-aħħar mill-aħħar fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

2.28.

Il-Kummissjoni tagħraf li spiss huwa diffiċli li turi l-impatt tal-azzjonijiet individwali fuq rati ta’ żball fit-tranżazzjonijiet. Madankollu, b’mod ġenerali, hija kkonkludiet fl-aħħar “rapport dwar l-impatt” (COM(2009) 43) li sar progress sinifikanti fit-tisħiħ tas-sistemi tal-kontroll intern matul il-perjodu obbligatorju tal-Kummissjoni kurrenti. Parti minn dan l-impatt pożittiv huwa dovut għal azzjonijiet li tnedew qabel l-2005, iżda ċertament hemm provi li l-progress ġie aċċellerat b’mod sinifikanti bit-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni kmieni fl-2006.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-aħħar snin ħolqu ftehim komuni fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri jew il-korpi esterni dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati żbalji fil-programmi tal-UE. Dan huwa impatt ferm importanti, u se jikkostitwixxi l-bażi ta’ azzjoni futura u kooperazzjoni.

It-Tabella 2.2 —   Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern

Referenza

Il-Qasam / is-(sub-)azzjonijiet / l-iskadenza stabbilita fil-pjan ta’ azzjoni

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-impatt miksub (Frar 2009)  (22)

L-indikaturi tal-impatt ippreżentati mill-Kummissjoni

L-evalwazzjoni preliminari tal-Qorti tal-impatt miksub fil-31.12.2008  (23)

Is-simplifikazzjoni u l-prinċipji ta’ kontroll komuni (l-Azzjonijiet 1-4)

1

Iżżomm in konsiderazzjoni s-simplifikazzjoni tar-regoli għall-perijodu 2007-2013 b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-eligibilità tan-nefqa fil-fondi strutturali u fil-programmi ta’ riċerka (31.12.2006).

Perċentwal tal-baġit esegwit permezz ta’ approċċ issimplifikat.

Rati ta’ żbalji tal-QEA mnaqqsa minħabba f’leġiżlazzjoni aktar ċara u gwida estensiva.

Kien hemm żieda fil-perċentwal tal-baġit eżegwit permezz ta’ approċċ issimplifikat. S’issa għad hemm ftit wisq evidenza li r-rati tal-iżbalji tal-qea mnaqqsa u leġiżlazzjoni aktar ċara / gwida estensiva huma marbuta flimkien.

2

Tipproponi l-kontroll intern bħala prinċipju tal-baġit fir-Regolament Finanzjarju revedut abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni inter-istituzzjonali (1.6.2006).

Irtirata

3a

Tistabbilixxi Templates ta’ Kontroll Intern li juru l-firxa ta’ komponenti ta’ kontroll li jistgħu jkunu mistennija f’ambjent ta’ kontroll speċifiku (31.5.2006).

Evalwazzjoni aħjar tal-kwalità tar-RAA mill-ECA

Għall-azzjoni 3N ara wkoll taħt azzjoni 11N

Is-(sub) azzjonijiet ġew implimentati u ġie nnutat titjib fir-relevanza u l-koerenza tar-RAA, iżda l-impatt fuq ir-rati tal-iżbalji ma jistax jitkejjel (24).

3b

Turi kif id-Direttorati-Ġenerali ser jiksbu assigurazzjoni fuq l-istrutturi ta’ kontroll intern għal ġestjoni maqsuma u l-politika interna, billi jikkunsidraw it-templates żviluppati u l-istrateġiji ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni (30.9.2006).

3c

Torganizza peer review biex ittejjeb il-koerenza u l-konsistenza tal-istrateġiji ta’ kontroll skont il-familja (31.3.2007).

3d

Turi kif id-Direttorati-Ġenerali ser jiksbu assigurazzjoni dwar l-istrutturi ta’ kontroll intern għall-politika esterna, in-nefqa amministrattiva, l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, il-FEI u r-riżorsi proprji billi tieħu in konsiderazzjoni t-templates żviluppati u strateġiji ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni (31.12.2007).

3e

Torganizza peer review biex ittejjeb il-koerenza u l-konsistenza tal-istrateġiji ta’ kontroll skont il-familja (31.12.2007).

3N

Mir-rapport ta’ Sinteżi tal-2006, il-Kummissjoni ser tistabbilixxi biċ-ċar u tikkomunika lill-awtorità baġitarja riżervi dwar assigurazzjoni globali, li tinkludi fejn rilevanti skont is-settur jew l-Istat Membru, flimkien mal-korrezzjonijiet finanzjarji korrispondenti jew suspensjonijiet tal-pagamenti (31.12.2007).

4

Tniedi inizjattiva interistituzzjonali fuq il-prinċipji bażiċi li għandhom jiġu kkunsidrati dwar ir-riskji li jistgħu jiġu tollerati fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi u d-definizzjoni tal-punti ta’ referenza komuni għat-tmexxija ta’ dan ir-riskju (31.3.2006).

Withdrawn

Id-dikjarazzjonijiet tal-maniġment u l-assigurazzjoni tal-verifika (Azzjonijiet -8-8)

5

Tippromwovi l-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni fuq livell operattiv fin-negozjati fuq il-leġiżlazzjoni tal-2007-2013 għal ġestjoni ċentralizzata diretta u l-istabbiliment ta’ korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni li kapaċi jagħtu ħarsa ġenerali tal-assigurazzjoni disponibbli pereżempju permezz ta’ sinteżi ta’ dikjarazzjonijiet operattivi skont il-qasam tal-politika (30.6.2006).

Il-kwalità tas-sommarji rċevuti u l-azzjoni meħuda għat-titjib

Il-wasla tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ex-ante fl-Edukazzjoni u fil-Kultura

L-inizjattivi tal-Istati Membri fuq id-dikjarazzjonijiet

Is-sommarji annwali u d-dikjarazzjonijiet annwali huma bażi għal titjib utli u jippromwovu t-trasparenza fin-nefqa tal-UE.

B’mod partikolari, dikjarazzjonijiet nazzjonali fuq terminu medju għandhom il-potenzjal li jbaxxu r-rati tal-iżbalji billi jassiguraw l-effettività operazzjonali aħjar tas-sistemi.

Il-Qorti tilqa’ l-informazzjoni dwar il-wasla u l-monitoraġġ tad-dikjarazzjonijiet ex-ante, imma s’issa mhux qed tara impatt fuq ir-rati tal-iżbalji.

6a

Tiżviluppa linji ta’ gwida dwar dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni aktar effettivi fir-riċerka jew politika interna oħra (30.9.2006).

Ikkumbinata ma’ azzjoni 7

6b

Testendi l-linji ta’ gwida sabiex id-dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni jsiru aktar effettivi għall-politika esterna (31.12.2007).

Irtirata

7a

Tistabbilixxi kriterji għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni fil-politika tar-riċerka u interna, li tiffoka fuq l-użu ta’ “proċeduri miftiehma” (31.12.2006).

Kwalità aħjar ta’ rappurtar mill-awdituri esterni

Azzjoni 7b hija rtirata

Minkejja l-progress li sar, ir-riskju ta’ żbalji għadu ma tnaqqasx biżżejjed.

7b

Teżamina kriterji, fejn dawn għadhom mhumiex fis-seħħ, għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni f’ġestjoni maqsuma 2007-2013, li jikkunsidraw ukoll l-użu ta’ “proċeduri miftiehma” (31.3.2007).

7c

Testendi kriterji għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni, li jiffokaw fuq l-użu ta’ “proċeduri miftiehma”, għal modi ta’ ġestjoni oħra, fejn jixraq (31.12.2007).

8

Tanaliżża l-assigurazzjoni potenzjali addizzjonali mis-SAIs fuq prattiċi eżistenti relatati mal-fondi tal-UE (31.12.2006).

Number of SAIs in dialogue with the Commission

Inizjattivi bħal dawn iżidu l-kuxjenza, imma m’għandhomx impatt dirett fuq ir-rata tal-iżbalji.

8N

Biex tibni fuq il-momentum maħluq minn din l-azzjoni, il-Kummissjoni ser tfittex kuntatt mas-SAIs bi skop li tiddetermina kif il-mod li jaħdmu bih jista’ jintuża biex jagħtu assigurazzjoni fuq l-eżekuzzjoni tal-programmi tagħha fl-Istati Membri. Ser tniedi wkoll każ ta’ studju fuq kwestjonijiet prinċipali li jħabbtu wiċċhom magħhom is-SAIs fl-eżami tagħhom tan-nefqa tal-UE (31.12.2007).

L-approċċ tal-verifika ewlenija: il-qsim tar-riżultati u l-għoti ta’ prijorità lill-ispejjeż-benefiċċji (Azzjonijiet -9-11)

9a.1

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji għat-titjib tal-qsim tar-riżultati tal-verifika u tal-kontroll u reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam tal-politika interna, inkluża r-riċerka (31.12.2006).

L-użu ta’ għodda tal-verifika u koordinazzjoni aħjar tal-verifiki

Il-Qorti taqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li koordinazzjoni aħjar ittejjeb l-effiċjenza tal-verifiki aktar milli tnaqqas ir-rati tal-iżbalji direttament.

9a.1N

Biex tissorvelja l-fażijiet inizjali tal-qsim tad-data fl-ABAC, il-Kummissjoni, għas-Sitt Programm Qafas, ser tissorvelja l-użu tal-qsim tad-data u r-rappurtar tal-maniġment sabiex tidentifika fatturi prinċipali għall-suċċess fl-integrazzjoni aħjar tal-qsim tad-data fil-proċess ta’ kontroll ġenerali (31.12.2007).

9a.2

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji biex itejbu l-qsim tar-riżultati tal-verifika u tal-kontroll u r-reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam tal-fondi strutturali 2007-2013 (31.5.2007).

9a.3

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji biex itejbu l-qsim tar-riżultati tal-verifika u tal-kontroll u r-reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam ta’ politiki oħra (31.12.2007). (Ara taħt is-sub-azzjoni 9b)

9b

Għal nefqa taħt ġestjoni diretta, l-implimentazzjoni ta’ għodda marbuta mal-ABAC għal skambju ta’ informazzjoni mifrux fil-Kummissjoni kollha dwar missjonijiet ta’ kontroll u verifika fuq l-entitajiet legali kollha (31.12.2007).

9c

L-għoti ta’ offerta għal qafas kuntrattwali mifrux fil-Kummissjoni kollha biex jassisti lid-Direttorati-Ġenerali fuq kwestjonijiet metodoloġiċi, l-implimentazzjoni ta’ xogħol ta’ kontroll u l-ittraċċar tal-prestazzjoni tal-kontroll (30.4.2007).

10a.1

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: tiddefinixxi metodoloġija komuni (31.5.2006).

Il-progress lejn fehma komuni ta’ riskju tollerabbli

Il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni dwar fehma komuni tar-riskju tollerabbli. Din m’għandhiex impatt immedjat fuq ir-rata tal-iżbalji.

10a.2

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: tniedi inizjattiva biex tingħata data lill-Istati Membri (30.9.2006).

10a.3

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: għoti ta’ data mill-Istati Membri (28.2.2007).

10a.4

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: analiżi tal-informazzjoni rċevuta (30.9.2007).

10b

Twettiq tal-ewwel stima fuq l-ispejjeż ta’ kontroll mġarrba fin-nefqa amministrattiva diretta (30.6.2007).

10N

Biex tesplora aktar il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontroll, il-Kummissjoni ser teżamina l-effett tat-tfassil tal-programmi u r-rekwiżiti ta’ eliġibilità fuq l-ispejjeż tal-kontroll biex tiżviluppa analiżi dettaljata tar-riskju li tollerabbli fuq bażi prattika (31.12.2007).

11

Twettaq eżerċizzju pilota biex tevalwa l-benefiċċju fil-kuntest tal-kontroll tal-politika interna (30.6.2007).

11N

Sabiex tiddetermina jekk is-sistemi ta’ rkupru u ta’ tpaċija hux qed jaħdmu b’mod effettiv, billi tidentifika ammonti rkuprati fl-2005 u fl-2006 u l-koerenza tagħhom ma’ żbalji identifikati matul il-kontrolli, fil-ġestjoni diretta l-Kummissjoni ser tiżviluppa tipoloġija ta’ żbalji u r-rabta bejn l-irkupri, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-aġġustamenti lill-pagamenti u għall-ġestjoni maqsuma ser teżamina l-affidabilità tas-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza u rappurtar (31.12.2007).

L-affidabilità, il-konsistenza u l-kompletezza tad-data dwar l-irkupri

L-effettività tal-proċess tal-irkupri

Il-volum tal-korrezzjonijiet finanzjarji

Din is-sub-azzjoni m’għandha ebda impatt immedjat fuq ir-rata tal-iżbalji, imma turi li miżuri ta’ kumpens qed jittieħdu u li l-kwalità tad-data għall-irkupri tjiebet.

Il-vojt f’setturi speċifiċi (l-Azzjonijiet -16-16)

12

Twettaq passi biex tagħlaq dan il-vojt permezz tal-pjanijiet tal-ġestjoni annwali, b’rappurtar tas-segwitu fuq il-progress fir-rapporti ta’ attività annwali (15.6.2007).

Il-klassifikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll

Ir-rati tal-iżbalji fl-FP6

Id-Direttorati-Ġenerali TREN, ENTR, RTD u INFSO kollha ħarġu r-riżervi għall-programm tal-FP6 fl-2008 dwar ir-rata residwali tal-iżbalji b’kunsiderazzjoni għall-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż. L-impatt fuq is-sub-azzjoni fejn għandu x’jaqsam ma l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji għadu ma jistax jitkejje

12N

Sabiex tassigura l-kunsinna effettiva ta’ assigurazzjoni miżjuda, il-Kummissjoni ser twettaq 300 verifika għal FP6 fl-2007, imqabbla mal-45 mwettqa fl-2006. Barra minn hekk wara l-iżvilupp ta’ approċċ sistematiku biex tanaliżża u tieħu kampjun tal-popolazzjoni benefiċjarja tal-FP6 bħala parti mill-azzjoni 6b, il-Kummissjoni se tipproċedi bl-identifikazzjoni u bil-korrezzjoni ta’ żbalji fil-benefiċjarji li jirċievu il-proporzjon l-aktar sinifikanti mil-baġit. Din ser tipprovdi, sa tmiem l-2007, stampa rappreżentattiva tal-livell u n-natura tal-irregolaritajiet fil-baġit tar-riċerka fit-totalità tiegħu (31.12.2007).

13.1

Tiffinalizza, kif meħtieġ mill-Ecofin, l-analiżi għall-fondi strutturali fuq kontrolli preżenti fil-livell tas-settur u reġjonali u l-valur ta’ rendikonti u dikjarazzjonijiet eżistenti, tieħu in konsiderazzjoni r-rapporti annwali tal-Artikolu 13 dovuti sa Ġunju 2006 u r-riżultati tal-verifiki tal-Kummissjoni (31.3.2007).

Il-kwalità tas-sistemi tal-Istati Membri

Dan m’għandu ebda impatt dirett fuq ir-rata tal-iżbalji.

13.2

Taġġorna, fil-kuntest tar-rapporti ta’ attività annwali, kif id-Direttorati-Ġenerali jiksbu assigurazzjoni mill-istrutturi tal-kontroll għall-fondi strutturali u agrikoli għall-perijodu 2007-2013 (31.12.2007).

14a

Ixxerred prattiċi tajba għal kontrolli ta’ livell primarju biex iġġesti r-riskju ta’ żbalji fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi u tirrakkomanda lill-Istati Membri biex isaħħu l-attivitajiet ta’ informazzjoni tagħhom diretti lill-benefiċjarji, inkluża informazzjoni fuq kontrolli u r-riskju tal-annullament tal-fondi (30.6.2006).

L-evalwazzjonijiet tal-Istati Membri meta mqabbla mal-punti ta’ referenza

L-impatt ma jistax jitkejjel

14b

Tagħti fil-kuntest tal-fondi strutturali u ġestjoni ċentralizzata indiretta tal-2007-2013 linji ta’ gwida għall-benefiċjarji u / jew livelli intermedji fuq kontrolli u responsabilitajiet fil-katina tal-kontroll (31.12.2007).

15

Tikkonkludi għall-fondi strutturali “kuntratti ta’ kunfidenza” ma’ 8 Stati Membri, jekk ikun hemm volontiera biżżejjed bħala bażi soda biex tipprepara għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida u biex ittejjeb l-assigurazzjoni fuq in-nefqa taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti (31.12.2007).

L-approċċ tal-verifika ewlenija estiż taħt il-Kuntratti tal-Kunfidenza

L-impatt ma jistax jitkejjel

16a

Tistabbilixxi linji ta’ gwida, ibbażati fuq l-esperjenza eżistenti, fuq l-akkreditazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ ta’ awdituri esterni fil-qasam tar-riċerka u politiki interni oħra (30.6.2007).

Il-livell ta’ għarfien u konsistenza ta’ approċċ fil-Fondi Strutturali

L-impatt għadu ma jistax jitkejjel

16b

Tiżviluppa approċċ komuni għall-użu tar-riskji u teħid ta’ kampjuni fir-riċerka u l-politika interna oħra, u l-politika esterna (31.12.2007).

16c

Tikkoordina standards tal-verifika, rappurtar dwar ir-rata ta’ żbalji, eċċ. għall-fondi strutturali (31.12.2007).

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri.

IL-KONKUŻJONIJIET ĠENERALI U R-RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.29.

Għall-2008, il-Qorti identifikat aktar progress fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, b’mod partikulari, l-impatt tar-riżervi relevanti dwar l-assigurazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali (il-paragrafi 2.5 sa 2.8).

2.29.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti li b’mod ġenerali, s-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni issaħħet aktar fl-2008. Punti importanti ta’ progress li għandhom jiġu enfasizzati mill-2008 jinkludu implimentazzjoni effettiva tal-istandards tal-kontroll u kwalità mtejba tas-sommarji annwali u d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-Istati Membri.

2.30.

Iżda, f’xi rapporti ta’ attività u dikjarazzjonijiet annwali, il-verifiki tal-Qorti identifikaw nuqqasijiet kontinwi fl-iskop u l-iskala tar-riżervi u fl-evalwazzjoni u l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (il-paragrafi 2.9 sa 2.11)

2.30.

Fil-qasam tal-koeżjoni, il-metodoloġija applikata biex isiru r-reżervazzjonijiet hija bbażata fuq analiżi dettaljata tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll fil-livelli nazzjonali/lokali. Il-Kummissjoni tqis li r-reżervazzjonijiet fir-Rapporti ta’ Attività Annwali jagħtu stampa ġusta tad-defiċjenzi fis-sistema (ara wkoll it-tweġiba fil-paragrafu 2.6).

Il-Kummissjoni tilqa’ t-titjib innutat fit-tabella 2.1 u ttenni l-impenn tagħha biex tikseb aktar progress f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni bħalissa qed tevalwa l-fatturi li jaffettwaw il-kwalità tar-Rapporti ta’ Attività Annwali u se tippromwovi miżuri biex itejjeb aktar il-kwalità tagħhom.

Ara t-tweġibiet għall-paragrafi 2.9, 2.10 u 2.11.

2.31.

Il-Kummissjoni għamlet progress tali fil-ġestjoni tas-Sommarji Annwali li issa jagħtu assigurazzjoni addizzjonali u huma użati biex iżidu l-valur għad-dikjarazzjonijiet magħmula mid-Diretturi-Ġenerali. Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha kkonformaw b’mod sħiħ mar-Regolament Finanzjarju (il-paragrafi 2.20 u 2.22).

2.31.

Fl-2008, seba’ Stati Membri inkludew fis-Sommarji Annwali d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni proposta fil-linji gwida tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa l-gwida tagħha sabiex is-Sommarji Annwali jżidu aktar valur lill-proċess.

Il-Kummissjoni ħadet ukoll il-passi adatti biex issegwi l-każijiet kollha ta’ non-konformità mal-kundizzjonijiet regolatorji u rnexxielha li issa hawn aktar Stati Membri li jżidu l-valur lis-Sommarji Annwali tagħhom meta mqabbel mas-sena l-oħra.

2.32.

Il-Kummissjoni hija kapaċi turi kważi l-implimentazzjoni sħiħa tal-istandards tal-kontroll intern riveduti (ara l-paragrafu 2.24), u implimentat is-sub-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni tagħha lejn qafas tal-kontroll intern integrat (il-paragrafu 2.27).

 

2.33.

Madankollu, il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni mhijiex kapaċi turi li l-azzjonijiet tagħha biex ittejjeb is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi biex inaqqsu r-riskju ta’ żbalji f’xi oqsma tal-baġit (ara l-paragrafu 1.33).

2.33.

Il-Kummissjoni tinnota li d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti tjiebet matul l-aħħar snin (jekk jitqiesu l-gruppi ta’ politika b’mod ġenerali: għall-2003, 6 % tan-nefqa totali kellha “l-approvazzjoni” fir-rigward ta’ rata ta’ żbalji misjuba, filwaqt li ċ-ċifra korrispondenti żdiedet għal 56 % fl-2008). Il-Kummissjoni tqis li b’mod ċar dan huwa r-riżultat tal-isforzi u l-pjanijiet ta’ azzjoni li implimentat biex ittejjeb is-sistema ta’ kontroll intern, għalkemm mhux possibbli li jiġi iżolat l-impatt ta’ azzjonijiet individwali fuq ir-rata ta’ żbalji.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha fil-paragrafi 2.17 u 2.25.

Rakkomandazzjonijiet

2.34.

It-titjib tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għandhom jidhru bħala proċess li għadu għaddej fejn il-miżuri relevanti se jieħdu ż-żmien qabel ma jitqiesu effettivi. Dan ifisser li r-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti fil-passat jibqgħu validi (18).

2.34.

Il-Kummissjoni segwiet l-isforzi tagħha fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti fil-passat, L-analiżi tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tagħha juru li l-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ qed ikollhom dejjem aktar impatt biex matul iż-żmien jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji. Hemm aspettattiva raġonevoli li l-istrateġija ta’ kontroll għandha tiżgura li l-għan ta’ kontroll jintlaħaq biż-żmien partikolarment għall-programmi multiannwali, minħabba li verifiki kumplimentari huma previsti fit-tmiem tal-perjodu ta’ programmar sabiex jiġu approvati finalment il-kontijiet, wara li jittieħdu azzjonijiet korrettivi matul iż-żmien ta’ implimentazzjoni tal-programmi. L-analiżi tal-azzjonijiet korretti meħuda kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni għandhom jieħdu kont tal-multi-annwalità.

2.35.

Attenzjoni partikolari u addizzjonali trid tingħata primarjament lil dawk l-oqsma tan-nefqa fejn il-Qorti tkompli tirrapporta livell għoli ta’ żbalji. Dan għandu jinkludi:

2.35

(a)

l-evalwazzjoni tan-nefqa u l-valur tal-kontrolli fil-politika;

(a)

Il-Kummissjoni hija impenjata li ssegwi l-inizjattiva tagħha fuq ir-riskju tollerabli ta’ żbalji inkluż il-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-kontroll. Hija se tibda billi tippreżenta proposti konkreti fuq ir-riċerka, l-enerġija u t-trasport, l-iżvilupp rurali, l-għajnuna esterna u n-nefqa amministrattiva fl-2010. Il-bqija tal-oqsma ta’ politika se jiġu indirizzati fis-snin sussegwenti.

(b)

preferenza għas-simplifikazzjoni fil-konċepiment ta’ proposti futuri tal-politika;

(b)

Ċertu grad ta’ kumplessità fir-regoli u l-kriterji ta’ eliġibbiltà ma jistax jiġi evitat minħabba li dawn spiss jiġu mfassla biex jiksbu l-għanijiet ta’ politika mixtieqa, li huma r-riżultat ta’ proċedura leġiżlattiva kumplessa fejn l-Awtorità Leġiżlattiva għandha l-aħħar kelma. Minkejja dan, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel proposti lill-Awtorità Leġiżlattiva biex tissimplifika aktar fejn hu possibbli. Hija se tikkunsidra l-ambitu għall-introduzzjoni ta’ aktar simplifikazzjoni ta’ regoli tal-eliġibbiltà fil-proposta tagħha tal-2010 għar-reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju. Hija se tistudja wkoll prinċipji sabiex tiġi ssimplifikata aktar il-leġiżlazzjoni settorjali għas-sett li jmiss ta’ atti bażiċi, dawk li għandhom jidħlu fis-seħħ mill-2014.

Il-Kummissjoni tirreferi għall-konklużjoni tal-Qorti fil-paragrafu 1.39 li seta’ kien hemm tensjoni bejn is-simplifikazzjoni u l-iżgurar li l-għajnuna tikseb l-għanijiet ta’ politika. Hija tinnota, f’dan ir-rigward, li għanijiet ta’ politika ffokati xi drabi jirrikjedu regoli kumplessi sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet jinkisbu.

Għall-Politika ta’ Koeżjoni, ir-regolamenti dwar il-fondi ġew modifikati f’Mejju tal-2009 biex jippermettu l-użu ta’ rati fissi, somom f’daqqa u skali standard tal-ispejjeż għal kull unità għall-programmi tal-2007-2013. Il-Kummissjoni nkoraġġiet b’mod qawwi lill-Istati Membri biex japplikaw dawn l-għażliet simplifikati tal-ispejjeż. F’Lulju tal-2009 hija ppreżentat aktar proposti għas-simplifikazzjoni tal-Qafas regolatorju 2007-2013.

(c)

ssuktar tat-titjib tal-mekkaniżmu li permezz tiegħu l-korrezzjonijiet finanzjarji, l-irtirar jew l-irkupri huma intenzjonati li jikkoreġu l-iżbalji mġarrba, kif ukoll it-teħid tal-passi neċessarji b’tali mod li dan l-impatt ikun jista’ jintwera fil-prattika.

(c)

Il-Pjan ta’ Azzjoni biex isaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni f’azzjonijiet strutturali indirizza kemm il-kawżi kif ukoll l-effetti ta’ rata għolja ta’ żbalji misjuba mill-Qort fin-nefqa tal-azzjonijiet strutturali. Il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji issaħħaħ, fatt li huwa konfermat bin-numru u livell ta’ sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji fl-2008. Barra minn hekk, l-istrateġija tal-għeluq tal-Kummissjoni għall-2000-2006 se tiffoka fuq li titnaqqas ir-rata ta’ żbalji residwi għal livelli aċċettabbli. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha u talbet lill-Istati Membri biex isaħħu l-proċeduri ta’ rkupru u rappurtar fl-2009 u tejbet il-kundizzjonijiet regolatorji għar-rappurtar annwali fuq il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013.

Il-korrezzjoni ta’ żbalji sistematiċi hija mistennija li żżid fil-pass fl-2009 għall-qasam tar-riċerka.

2.36.

F’dawk l-oqsma tal-politika fejn hemm rekwiżiti legali għal sottomissjonijiet annwali mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassigura li jittieħed il-benefiċċju massimu minn sottomissjonijiet bħal dawn. Pereżempju, sommarji annwali u dikjarazzjonijiet ex-ante. Għandha tingħata wkoll attenzjoni xierqa lill-inizjattivi volontarji tal-Istati Membri (fil-forma ta’ Dikjarazzjonijiet Nazzjonali) jew mill-Istituzzjonijiet tal-Verifika Supremi biex jinkiseb tagħrif addizzjonali fil-kwestjonijiet kollha li jistgħu jkunu relevanti fl-assigurazzjoni tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa fil-baġit tal-UE.

2.36.

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità u l-valur miżjud tas-Sommarji Annwali obbligatorji. Hija se tkompli wkoll tinkoraġġixxi inizjattivi pożittivi, bħas-sottomissjoni fil-ħin tad-dikjarazzjonijiet tal-immaniġġjar nazzjonali volontarji li jipprovdu assigurazzjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa tal-UE. Il-Kummissjoni laqgħet ukoll u appoġġjat azzjonijiet konġunti mill-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika tal-Istati Membri, li kellhom l-għan li jiskambjaw il-prattiċi u l-esperjenzi. Madankollu, kif iddikjarat il-Qorti fl-opinjoni tagħha 6/2007 dwar is-sommarji annwali u d-dikjarazzjonijiet nazzjonali, l-informazzjoni provduta minn din tal-aħħar jistgħu jkunu affidabbli biss jekk id-dikjarazzjonijiet ikollhom ambitu, strateġija u perjodu ta’ żmien adegwat u kumparabbli.

(1)  L-Artikolu 53b(3) tar-regolament finanzjarju revedut jgħid li: “L-Istati Membri għandhom jipproduċu taqsira annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet”. (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1)).

(2)  Ibbażat fuq estimu ta’ 5 jew 10 % ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa.

(3)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 2.14 u t-Tabella 2.1, ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, it-Tabella 2.1 u r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, it-Tabella 2.1. Il-grupp tal-politika l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir qabel kien magħruf bħala l-Azzjonijiet Esterni.

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri - Sinteżi tal-kisbiet tal-maniġment tal-Kummissjoni fl-2008, COM(2009) 256 finali, 8.6.2009.

(5)  Ara l-paragrafi 2.19 u 2.41(b) tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007.

(6)  Għall-politika ta’ Koeżjoni, disa’ Stati Membri taw informazzjoni li kienet konformi, 11-il Stat Membru ppreżentaw informazzjoni li kienet fil-biċċa l-kbira konformi ħlief għal xi nuqqasijiet żgħar rigward data inkompleta jew mhux korretta fit-tabelli. Tliet Stati Membri ppreżentaw Sommarji Annwali li ma kinux konformi u rritornati mill-Kummissjoni għall-preżentazzjoni mill-ġdid u għal erba’ Stati Membri oħra l-analiżi ma kinitx kompluta mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Frar 2009. Id-Direttur-Ġenerali tad-DĠ REGIO wasal għal konklużjonijiet ġeneralment simili u evalwazzjoni korrispondenti hija ppreżentata fir-Rapporti ta’ Attività Annwali relevanti. Il-Qorti tinnota l-azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-Kummissjoni fejn l-Istati Membri nstabu li ma kinux konformi.

(7)  L-Opinjoni tal-Qorti Nru 6/2007 dwar is-sommarji annwali tal-Istati Membri; “dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE tal-korpi nazzjonali tal-verifika (ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3).

(8)  16 għall-Azzjonijiet Strutturali u l-Fond Ewropew għas-Sajd u 9 għall-Agrikoltura.

(9)  Komunikazzjoni lill-Kummissjoni: Reviżjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern u l-Qafas ta’ Bażi: Tisħiħ tal-Effettività tal-Kontroll, SEC(2007) 1341. Il-Qorti kkummentat b’mod pożittiv fuq it-tranżizzjoni, ara l-paragrafi 2.27 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(10)  Ara l-paragrafu 2.25 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007. Għall-2007 u l-2008 huwa kkalkolat li l-livell ta’ implimentazzjoni għandu eċċess ta’ 96 %.

(11)  Komunikazzjoni lill-Kummissjoni, Reviżjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern u l-Qafas ta’ Bażi — Tisħiħ tal-Effettività tal-Kontroll, (SEC(2007) 1341, 16.10.2007). Din il-gwida tippermetti lid-Direttorati-Ġenerali juru l-effettività għal xi wħud mill-ICS magħżula minn qabel bħala “b’ordni ta’ preċedenza” fil-Pjanijiet Annwali tal-Ġestjoni tad-Direttorati-Ġenerali għas-sena ta’ qabel.

(12)  Is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom il-possibilità li joħolqu ordni ta’ preċedenza għal xi Standards, ibbażati fuq l-attivitajiet u r-riskji speċifiċi tas-servizzi u li jikkomunikaw l-għażla fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tagħhom għall-2008.

(13)  Distribuzzjoni simili tapplika wkoll għall-Pjanijiet Annwali ta’ Ġestjoni għall-2009.

(14)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat COM(2006) 9 finali, tas-17.1.2006.

(15)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Rapport dwar l-Impatt fuq il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat COM(2009) 43 tal-4.2.2009.

(16)  Ara l-paragrafu 2.30 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007.

(17)  Dan ma kienx il-każ fir-rapport fil-qosor preċedenti tal-Kummissjoni għall-2007, ara l-paragrafu 2.34 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007.

(18)  Il-paragrafi 2.41 u 2.42 tar-Rapport Annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2007.

(19)  L-impatt ta’ dawn ir-riżervi l-aktar importanti fuq id-dikjarazzjoni tad-Direttur-Ġenerali skont l-opinjoni tal-Qorti:

A

:

assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi ta’ kontroll intern jassiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mingħajr kwalifiki jew bi kwalifiki insinifikanti.

B

:

assigurazzjoni raġonevoli imma bi kwalifiki dwar nuqqasijiet identifikati fis-sistema ta’ kontroll intern

C

:

ebda assigurazzjoni

(20)  L-evidenza mogħtija mir-rapport ta’ attività annwali għall-konklużjonijiet tal-verifika tal-Qorti:

A

:

biżżejjed evidenza għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti (ċara u mingħajr ambigwità).

B

:

evidenza ta’ sostenn għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti wara l-korrezzjonijiet.

C

:

ebda evidenza ta’ sostenn għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti.

“+/-” fejn m’hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika bidla fil-klassifika tal-evalwazzjoni, imma minkejja dan ġie osservat titjib jew deterjorazzjoni sinifikanti mill-Qorti, dan huwa indikat biż-żieda ta’ “+” jew “-” mal-klassifika inizjali.

(21)  Għalkemm inkluża fir-Rapporti ta’ Attività Annwali.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri.

(22)  COM(2009) 43.

(23)  Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-impatt tad-diversi (sub-)miżuri dwar it-tnaqqis tal-iżbalji jew iż-żieda fl-assigurazzjoni jinbnew biss maż-żmien malli jibda jkollhom impatt fuq is-sistemi ta’ kontroll ta’ bażi.

(24)  Ara l-paragrafu 2.37 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, u l-paragrafu 2.29 ta’ dan ir-rapport.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri.


Il-KAPITOLU 3

Il-Ġestjoni tal-Baġit

WERREJ

Introduzzjoni

Osservazzjonijiet

Il-miri miksuba mill-baġits ta’ emenda

L-implimentazzjoni tal-programmi

In-nefqa tal-politika ta' koeżjoni

Il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

L-impenji tal-baġit pendenti (“RAL”)

Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Dan il-kapitolu janalizza kwestjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE fl-2008. B’mod partikolari huwa jkopri r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE, b’mod partikolari n-nefqa tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, l-baġits ta’ emenda u l-livell ta’ impenji tal-baġit pendenti.

 

OSSERVAZZJONIJIET

Il-miri miksuba mill-baġits ta’ emenda

3.2.

L-approprijazzjonijiet baġitarji adottati għall-2008 (baġit ivvutat u baġits ta’ emenda) flimkien ma’ ammonti miġjuba ’l quddiem mill-2007 kellhom total ta’ 132,3 biljun euro f’impenji u 117-il biljun euro f’pagamenti, żieda ta’ 4,7 % u 1,7 % rispettivament meta mqabbla mal-baġit finali tal-2007 (1). B’mod ġenerali, l-approprijazzjonijiet għall-impenji tal-baġit totali tas-sena kienu 2,2 biljun euro inqas mill-ammont massimu tal-qafas finanzjarju, filwaqt li l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti kienu inqas bi 14,0 biljun euro (ara d- Dijagrammi III u IV fl- Anness I ).

 

3.3

L-10 baġits ta' emenda vvutati matul is-sena rriżultaw fi żieda ġenerali ta' 1,4 biljun euro fl-approprijazzjonijiet għall-impenji u fi tnaqqis ta' 4,6 biljun euro fl-approprijazzjonijiet għall-pagamenti. It-tnaqqis, fil-parti l-kbira, huwa reazzjoni għal nefqa iżgħar milli mistennija fl-oqsma tal-Politika ta’ Koeżjoni (4,5 biljun euro) u r-Relazzjonijiet Esterni (0,3 biljun euro). It-tnaqqis ta’ approprijazzjonijiet għall-pagament permezz ta’ baġits ta’ emenda jirrappreżenta ġestjoni finanzjarja tajba billi jsir aġġustament għat-tibdil u jitnaqqas is-surplus tal-baġit (2)(li b’mod partikolari jippermetti li r-riżorsi proprji jiġu rritornati lill-Istati Membri aktar kmieni).

 

3.4.

Il-Kummissjoni tipproduċi serje ta’ dokumenti li l-fost oħrajn fihom l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (3):

il-bilanċ favur tal-baġit fi tmiem l-2008 (1,8 biljun euro) baqa’ kważi fl-istess livell bħal fl-2007 (1,5 biljun euro);

ir-rati ta’ utilizzazzjoni għall-2008 kemm għall-impenji u kif ukoll għall-pagamenti, ta’ 99 % u 97 % rispettivament (wara l-baġits ta’ emenda), jibqgħu f’livell għoli simili għal dak tal-2007, l-ewwel sena tal-perijodu ta’ programmar il-ġdid (96 % u 98 %);

2,1 biljun euro ta’ approprijazzjonijiet għall-pagament mhux użati (bl-esklużjoni ta’ dħul assenjat, ara n-nota tal-qiegħ 1) ma kinux annullati imma nġiebu ’l quddiem mill-2008 għall-2009, livell ogħla milli fl-2007 (1,2 biljun euro);

għall-qasam tal-“Koeżjoni” (4)(inkluż fit-Titoli 04, 05, 11 u 13 (5)) it-tnaqqis ta’ 4,5 biljun euro fl-approprijazzjonijiet għall-pagament irriżulta f’rata ta’ utilizzazzjoni finali ta’ kważi 99 % (kienet tkun 88 % li kieku d-disa’ baġit ta’ emenda ma ġiex adottat);

il-previżjonijiet tal-Istati Membri għal pagamenti li jirriżultaw minn impenji għall-infiq li saru bejn l-2000 u l-2006 tjiebu dawn l-aħħar tliet snin. L-istima żejda inġenerali tnaqqset minn 33 % fl-2006 għal 18 % fl-2007 u 16 % fl-2008. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ impenji li saru fil-perijodu ta’ programmar ta’ bħalissa (2007-2013), l-istima żejda ta’ pagamenti kienet ta’ 27 % fl-2008.

 

L-implimentazzjoni tal-programmi

In-nefqa tal-politika ta’ koeżjoni

3.5.

Fir-rigward tal-programmi tal-Fondi Strutturali 2000-2006, l-implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet għall-2008 kienet konsiderevolment ogħla milli mistenni. Minflok is-16,3 biljun euro li kienu ġew stmati, il-pagamenti ammontaw għal 24,0 biljun euro. L-istima inizjali kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ammonti għall-klejms ta’ pagament fl-2008 se jonqsu, peress li l-iskadenza n+2 (6)ma kinitx tapplika u ebda impenn ġdid ma seħħ mill-2006. Iżda, it-tnaqqis mistenni ma seħħx.

 

3.6.

Il-preżentazzjoni mill-Istati Membri għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tar-rendikonti ta’ konformità, prerekwiżit għar-rimborżi mill-programmi ta’ Koeżjoni tal-2007-2013, saru bil-mod (ara l-paragrafu 6.26). Dan wassal biex it-twettiq tal-approprijazzjonijiet għall-pagament ikun ħafna inqas milli mistenni (12,6 biljun euro). Kważi l-pagamenti kollha fl-2008 għall-perijodu ta’ programmar il-ġdid kienu jirrappreżentaw pagamenti bil-quddiem inizjali.

3.6.

L-Istati Membri għandhom tnax-il xahar mill-approvazzjoni tal-programmi biex jissottomettu dokumenti tal-valutazzjoni tal-konformità. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-Istati Membri stennew sa tmiem id-data ta' skadenza qabel ma ssottomettew dawn id-dokumenti u f'ċerti każijiet, is-sottomissjoni kienet wara d-data ta' skadenza. Wara li rċeviet il-valutazzjonijiet tal-konformità, il-Kummissjoni wettqet il-proċeduri ta' approvazzjoni tagħha sad-dati ta' skadenza regolatorji.

F'ċerti każijiet l-Istati Membri ma ssottomettux klejms ta' pagament interim, anke meta d-dokumenti tal-valutazzjoni tal-konformità kienu diġà approvati. Dan jindika li kien hemm implimentazzjoni bilmod ta' ħafna programmi fil-prattika.

Il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

3.7.

Fis-26 ta’ Novembru 2008 l-Kummissjoni ddeskriviet l-istuttura tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku bħala tweġiba komuni Ewropea għall-kriżi finanzjarja u ekonomika ta’ bħalissa (7).

 

3.8.

Bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-UE għal dan l-istimolu, il-Pjan ippropona aċċelerazzjoni fil-pagamenti taħt il-Fondi Strutturali. Saret proposta sabiex ikunu ssemplifikati l-kriterji għall-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u għas-sostenn mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-ipprogrammar mill-ġdid tan-nefqa u għaż-żieda fil-pagamenti bil-quddiem minn kmieni fl-2009. Dan ta lill-Istati Membri aċċess aktar minn kmieni għal 1,8 biljun euro ta’ pagamenti bil-quddiem mill-Fond Soċjali Ewropew sabiex isaħħu l-politika attiva tas-suq tax-xogħol, jiffokaw mill-ġdid is-sostenn fuq dawk l-aktar vulnerabbli u jżidu l-azzjonijiet biex iħeġġu l-ħiliet. Kien ippjanat ukoll li jinġiebu ’l quddiem 4,5 biljun euro oħrajn ta’ pagamenti bil-quddiem mill-fondi FEŻR għal fondi ta’ koeżjoni. Sabiex ittejjeb l-interkonnessjonijiet tal-enerġija u l-infrastruttura tal-faxxa wiesgħa, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li timmobilizza 5,00 biljun euro iktar għall-perijodu 2009-2010. Dan il-pakkett ikopri total ta’ 3,98 biljun euro għal investimenti għall-qbid u l-ħażna tal-karbonju, proġetti ta’ enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mill-kosta u interkonnessjonijiet tal-enerġija, u 1,02 biljun euro biex jiġi estiż u mtejjeb l-internet b’veloċità qawwija fil-komunitajiet rurali u kif ukoll bħala tweġiba għal sfidi ġodda fil-qasam agroambjentali. L-implikazzjonijiet tal-baġit tal-Pjan għall-Irkupru se jkun perċettibbli biss mill-2009 ’l quddiem.

 

L-impenji tal-baġit pendenti (“RAL”)

3.9.

L-impenji tal-baġit pendenti (jiġifieri impenji mhux użati miġjuba ’l quddiem sabiex jintużaw għan-nefqa fil-futur), prinċipalment fuq programmi multiannwali, żdiedu b’16,4 biljun euro (11,8 %) għal 155,0 biljun euro. B’referenza esklussiva għall-oqsma tal-politika ffinanzjati minn approprijazzjonijiet differenzjati (8), l-ammont ta’ impenji pendenti totali kien ta’ 153,8 biljun euro, li huma ekwivalenti għal 1,8 snin ta’ impenji jew għal 2,3 snin ta’ pagamenti bir-rata tan-nefqa tal-2008 fl-oqsma tal-politika rispettivi. Iżda, kważi 80 % tal-impenji pendenti huma mill-2007 u l-2008 u għalhekk għandhom x’jaqsmu mal-qafas finanzjarju 2007-2013. L-istruttura tar-“RALs” akkumulati turi l-impatt tal-isforzi biex impenji pendenti jitħallsu qabel l-applikazzjoni tar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku li hija applikabbli kemm fil-qasam tal-Fondi Strutturali u kif ukoll fil-Fond ta’ Koeżjoni (ir-regola “n+2”/ir-regola “n+3”).

3.9.

Il-livell totali tal-impenji pendenti jikkorrispondi għal madwar sentejn ta' impenji li hu livell normali għall-Fondi Strutturali.

3.10.

L-impenji tal-baġit pendenti jinħolqu bħala konsegwenza diretta ta’ nefqa differenzjata, fejn il-programmi tan-nefqa jieħdu għadd ta’ snin biex jiġu kkompletati u l-impenji jsiru għadd ta’ snin qabel il-pagamenti korrispondenti. Hekk kif l-impenji jiġu likwidati mill-pagamenti, l-effett fuq tul ta’ żmien twil ta’ impenji li jeċċedu l-pagamenti jirriżulta f’żieda ta’ impenji pendenti, u s-sitwazzjoni tirrepeti ruħha kull sena

 

3.11.

L-ogħla proporzjon ta’ impenji pendenti għandha x’taqsam mal-qasam tal-koeżjoni (ara l- Grafika 3.1 ). F’dan il-qasam, l-impenji pendenti ammontaw għal 103 biljun euro (9)(madwar 66 % tal-ammont totali), li jirrapprenżentaw 2,2 snin ta’ impenji jew 2,9 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ nefqa tal-2008. Il-maġġoranza l-kbira ta’ impenji pendenti f’dan il-qasam (73,8 biljun euro) tirreferi għall-perijodu kurrenti 2007-2013. L-impenji pendenti li għandhom x’jaqsmu mal-qafas finanzjarju 2000-2006 jammontaw għal 29,3 biljun euro.

3.11.

Il-livell tal-impenji pendenti fil-qasam tal-koeżjoni hu kumparabbli ma' dak ta' oqsma oħra b'approprjazzjonijiet għall-impenji differenzjati (bħal pereżempju riċerka, netwerks Trans-Ewropej jew azzjonijiet esterni). Bħalma l-Qorti tispjega taħt 3.9, il-finanzjament multiannwali tal-politika ta' Koeżjoni jimponi sistema ta' trasferiment 'il quddiem tal-impenji miftuħa għas-snin sussegwenti. Id-dixxiplina finanzjarja hi imposta mir-regola ta’ diżimpenn awtomatiku (regola ta' n+2/n+3), kif ikkwotata mill-Qorti. Din id-dixxiplina tintwera mill-fatt li l-impenji pendenti jikkonċernaw l-iktar l-2007 u l-2008, peress li s-snin preċedenti kienu diġà soġġetti għar-regola msemmija hawn fuq.

Il-Grafika 3.1 — L-Iżvilupp ta' impenji pendenti akkumulati għall-Fondi Strutturali 2000-2006 u l-qasam tal-Koeżjoni 2007-2008 (1)

Image

3.12.

Madwar 13,4 % tal-impenji mhux użati totali (20,9 biljun euro) kellhom x’jaqsmu mal-Fond ta’ Koeżjoni, minkejja l-fatt li dan kien jirrappreżenta biss madwar 6,2 % tal-approprijazzjonijiet għall-impenji awtorizzati totali għall-2008. Din hija żieda ta’ 2,8 biljun euro jew madwar 15,5 % meta mqabbla mal-2007. Il-livell għoli ta’ impenji tal-baġit pendenti fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżenta 1,4 snin ta’ impenji jew 4,9 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ nfiq tal-2008.

3.12.

Skont il-qafas regolatorju għall-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006, il-pagamenti jitwaqqfu hekk kif il-proġett jilħaq 80 % tal-baġit tiegħu (u mhux 95 % bħalma hu l-każ għall-programmi tal-fondi strutturali oħra). Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-proġetti diġà laħqu dan il-limitu, u għalhekk il-livell għoli tal-impenji pendenti hija konsegwenza naturali tad-dispożizzjonijiet regolatorji.

Barra minn hekk, għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni, m'hemm l-ebda diżimpenn awtomatiku fil-perjodu 2000-2006, għall-kuntrarju tal-Fondi Strutturali l-oħra.

Għall-perjodu 2007-2013, il-Fond ta' Koeżjoni hu pprogrammat flimkien mal-ERDF, u r-regoli ta' diżimpenn awtomatiku japplikaw għaż-żewġ fondi. Dan se jnaqqas l-impenji pendenti għall-Fond ta' Koeżjoni fil-ġejjieni.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

3.13.

Ir-rati ta’ nfiq fl-2008 baqgħu f’livelli għoli. Fil-każ tal-qasam tal-politika ta’ Koeżjoni l-approprijazzjonijiet għall-pagament inizjali tnaqqsu b’4,5 biljun euro mill-baġits ta’ emenda minħabba dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013 il-ġodda.

3.13.

Kif osservat mill-Qorti fil-paragrafu 3.3, it-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet permezz ta' baġits ta' emenda jirrappreżenta ġestjoni finanzjarja tajba.

3.14.

L-Istati Membri tejbu l-previżjonijiet tan-nefqa tagħhom fil-qasam tal-Fondi Strutturali u naqqsu r-rata ta’ stima żejda.

3.14.

Minkejja li l-previżjonijiet għall-perjodu 2000-2006 tjiebu, l-istima żejda għall-perjodu 2007-2013 (l-ewwel sena li saru l-previżjonijiet) kienet ta' 27 %.

3.15.

L-impenji tal-baġit pendenti fuq nefqa differenzjata jibqgħu f’livell għoli ħafna u jeċċedu l-approprijazzjonijiet għall-impenji tal-baġit totali għall-2008. Iżda, l-parti l-kbira tal-impenji baġitarji pendenti issa huma mill-2007 u mill-2008 u għalhekk għandhom x’jaqsmu mal-qafas finanzjarju kurrenti. Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jgħaddu l-bqija tad-dokumenti ta’ evalwazzjoni ta’ konformità tas-Sistemi ta’ Ġestjoni u Kontroll malajr kemm jista’ jkun u li dawn ikunu ta’ kwalità biżżejjed sabiex jiġi evitat aktar dewmien fir-rigward tal-pagamenti interim u żieda ulterjuri fl-impenji tal-baġit pendenti.

3.15.

Sehem kbir tal-impenji pendenti (RAL) fl-aħħar tal-2008 jikkonsisti biss fid-differenza bejn l-impenji fuq il-perjodu ta' programmar il-ġdid u l-pagamenti antiċipati mħallsa. Minħabba l-pagamenti interim limitati, l-RAL kellu neċessarjament jiżdied.

Fl-2008 u l-2009 il-Kummissjoni ħadet passi biex tikseb progress fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità permezz ta' trażmissjoni ta' ittri ta' tfakkir, kuntatti u laqgħat ma' Stati Membri. Id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar ir-rimbors tal-prefinanzjament fl-assenza ta' applikazzjoni għall-pagamenti fi ħdan 24 xahar, kif ukoll l-applikazzjoni tar-regola ta' diżimpenn awtomatiku, se jimponu wkoll pressjoni fuq l-Istati Membri. Ara wkoll it-tweġiba għal 3.6.

Fit-30 ta' Ġunju 2009, in-numru totali tar-rapporti rċevuti u approvati jirrappreżentaw 93 % u 58 % tal-approprjazzjonijiet tal-2007-2013, rispettivament.


(1)  Bl-esklużjoni tad-dħul assenjat għall-2008. Id-dħul assenjat ikopri fost l-oħrajn rifużjonijiet li joħorġu mill-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball, li huma allokati mill-ġdid fil-linji tal-baġits tal-oriġini tagħhom, kontribuzzjonijiet minn membri tal-EFTA li jżidu linji tal-baġits speċifiċi, jew dħul minn partijiet terzi fejn ġew konklużi ftehimiet li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja lill-attivitajiet tal-UE.

(2)  Is-surplus tal-bilanċ (ir-riżultat tal-baġit) huwa r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Dan mhux riżerva u ma jistax jiġi akkumulat u użat fis-snin futuri biex jiffinanzja n-nefqa. Id-dħul mhux użat li huwa rrappreżentat mis-surplus jiġi paċut kontra r-riżorsi proprji li għandhom jinġabru għas-sena ta’ wara.

(3)  Informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2008 tista’ tinkiseb mill-Parti II tal-Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej, is-Sena Finanzjarja 2008, id-dokumenti tal-KE (id-DĠ Baġit) Ir-Rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja – is-sena finanzjarja 2008 u kif ukoll mir-Rapport dwar l-Analiżi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2008.

(4)  It-terminu “Koeżjoni” li jiddeskrivi qasam tal-politika (ara l-Kapitolu 6) kien introdott għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013 u jkopri l-Fondi Strutturali (Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Qabel dan (għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006) il-Fondi Strutturali inkludew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, u wkoll il-Fond Agrikolu - it-Taqsima ta’ Gwida u l-Istrument Finanzjarju għas-Sajd/Gwida. Il-Fond ta’ Koeżjoni ma kienx meqjus bħala Fond Strutturali, b’bażi legali separata. Peress li dan il-kapitolu jirreferi għall-perijodi ta’ programmar differenti, iż-żewġ termini – “il-qasam tal-Koeżjoni” u “il-Fondi Strutturali” – huma użati intenzjonalment.

(5)  It-titoli jkopru l-oqsma tal-politika 04: Impjiegi u Affarijiet Soċjali; 05: Agrikoltura u Żvilupp Rurali; 11: Sajd u Affarijiet Marittimi; 13: Politika Reġjonali.

(6)  L-iskadenza n+2 teħtieġ diżimpenn awtomatiku tal-fondi kollha li ma ntefqux sat-tmiem tat-tieni sena wara s-sena ta’ allokazzjoni.

(7)  Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew – Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008) 800 finali tas-26.11.2008), emendat minn proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (COM(2009) 171 finali tat-8.4.2009).

(8)  Il-Baġit jiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ approprijazzjonijiet: approprijazzjonijiet mhux differenzjati u approprijazzjonijiet differenzjati. Approprijazzjonijiet mhux differenzjati jintużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet ta’ natura annwali, pereżempju nefqa amministrattiva. Approprijazzjonijiet differenzjati kienu introdotti biex iġestu operazzjonijiet multiannwali, il-pagamenti relatati jistgħu jitwettqu matul is-sena tal-impenn u matul is-snin ta’ wara. Approprijazzjonijiet differenzjati jintużaw prinċipalment għall-Fondi Strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni.

(9)  Għall-Koeżjoni ara r-Rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja, is-sena Finanzjarja 2008, p. 41.


IL-KAPITOLU 4

Id-Dħul

WERREJ

Introduzzjoni

L-Ambitu tal-verifika

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq id-DGN

L-Effettività tas-sistemi

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Is-Sorveljanza tal-applikazzjoni tad-direttivi tal-VAT

Ir-Rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

Id-Data annwali tad-DGN

Il-Kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali fl-Istati Membri

Riżervi ġenerali u speċifiċi

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tad-DGN fl-Istati Membri

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONITHE COMMISSION'S REPLIES

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti dwar id-Dħul. Il-parti tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea hija magħmula minn riżorsi proprji u dħul ieħor. Kif jidher fit- Tabella 4.1 , ir-riżorsi proprji huma bil-bosta s-sors prinċipali ta' finanzjament tan-nefqa tal-baġit (89,4 %).

 

It-Tabella 4.1 —   Id-dħul għas-sena finanzjarja 2008

It-Titolu tal-Baġit

It-Tip ta' dħul

Deskrizzjoni

Dħul 2008

(miljuni ta' euro)

%

1

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT)

Dazji agrikoli (il-Kapitolu 10)

1 278

1,0

Imposti taz-zokkor u l-iżoglukosi (il-Kapitolu 11)

708

0,6

Dazji doganali (il-Kapitolu 12)

15 297

12,6

1

Ir-riżorsa proprja bbażat fuq il-VAT:

Riżorsa bbażata fuq il-VAT (Taxxa fuq il-Valur Miżjud) mis-sena finanzjarja kurrenti (Il-Kapitolu 13)

17 966

14,8

1

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

Riżorsa ibbażata fuq id-DGN (Dħul Gross Nazzjonali) mis-sena finanzjarja kurrenti (il-Kapitolu 14)

73 015

60,1

1

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit

Korrezzjoni tar-Renju Unit (il-Kapitolu 15)

385

0,3

 

 

RIŻORSI PROPRJI TOTALI

108 649

89,4

3

 

Bilanċi favur, bilanċi u aġġustamenti

4 174

3,4

4

 

Dħul li jakkumula minn persuni li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħrajn

977

0,8

5

 

Dħul li jakkumula mill-ħidma amministrattiva tal-Istituzzjonijiet

353

0,3

6

 

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet b'konnessjoni mal-ftehimiet u mal-programmi Komunitarji

5 564

4,6

7

 

Interessi fuq pagamenti u multi tardivi

1 794

1,5

8

 

Operazzjonijiet ta' self

34

0,0

9

 

Dħul Varju

39

0,0

 

 

DĦUL IEĦOR TOTALI

12 935

10,6

Dħul totali għas-sena

121 584

100,0

Sors: Il-kontijiet Annwali 2008.

4.2.

Fis-26 ta’ Jannar 2009 l-Kunsill adotta regoli (1)emendati li jimplimentaw id-Deciżjoni l-ġdida dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2007/436/KE, Euratom) (2), li daħlet fis-seħħ retroattivament mill- 1 ta’ Jannar 2007 fl-1 ta’ Marzu 2009. Minnħabba li l-proċedura tar-ratifikazzjoni ma kinitx tlestiet sal-aħħar tal-2008, il-kalkulazzjonijiet mill-ġdid neċessarji tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq il-VAT u d-DGN tal-Istati Membri tal-2007 u tal-2008 saru fl-2009.

 

L-Ambitu tal-verifika

4.3.

Il-Qorti għażlet kampjun statistikali rappreżentattiv ta’ 60 ordni ta’ rkupru meħuda mir-rekords tal-Kummissjoni tal-irċevuti tad-dħul kollu u eżaminat ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet fuq il-livell tal-Kummissjoni (ara l- Anness 4.1 ). Il-verifika inkludiet segwitu ta’ xi sejbiet preċedenti (ara l- Anness 4.2 ). Xogħol addizzjonali ta’ verifika li twettaq mill-Qorti huwa deskritt fil-paragrafi 4.4 sa 4.8.

 

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

4.4.

Il-verifika tal-Qorti tat-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet ma tistax tkopri importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li nqabżu mis-sorveljanza doganali.

 

4.5.

Il-Qorti wettqet evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fi tliet Stati Membri (3)u rrevediet is-sistemi ta’ kontabilità tagħhom għar-riżorsi proprji tradizzjonali. L-awdituri ċċekkjaw kampjun każwali ta' 30 dikjarazzjoni ta’ importazzjoni f’kull wieħed minn dawn it-tliet Stati Membri.

 

4.6.

Il-Qorti evalwat is-sistemi ta’sorveljanza u kontroll fil-Kummissjoni, inklużi l-ispezzjonijiet li din tal-aħħar għamlet fl-Istati Membri. Hija eżaminat il-kontijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali u analizzat il-fluss mid-dazji sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-ammonti rreġistrati kienu kompleti u korretti. L-irwol ta’ sorveljanza tal-ACOR (4)ġie evalwat ukoll.

 

Ir-Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

4.7.

Il-riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN huma kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rati uniformi lill-bażijiet ta’ evalwazzjoni armonizzati nozzjonalment tal-VAT tal-Istati Membri jew id-DGN tal-Istati Membri, ikkalkolat skont ir-regoli tal-Komunità. Dawn iż-żewġ riżorsi proprji huma bbażati fuq statistiċi makroekonomiċi, u d-data li huma bbażati fuqhom ma tistax tiġi vverifikata direttament. Għal din ir-raġuni, il-verifika ħadet bħala l-punt tat-tluq tagħha l-ġbir mill-Kummissjoni tal-aggregati makroekonomiċi ppreparati mill-Istati Membri, umbagħad evalwat is-sistemi tal-Kummissjoni li jipproċessaw id-data sakemm dawn jiġu inklużi fil-kontijiet finali. Għalhekk il-verifika kopriet il-preparazzjoni tal-baġit annwali u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

 

4.8.

Il-verifika kopriet ukoll is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni li huma intenzjonati biex jipprovdu assigurazzjoni li dawn ir-riżorsi huma kkalkolati u miġbura korrettament, kif ukoll l-irwoli tal-Kumitati tal-ACOR u tad-DGN (5). Barra minn hekk il-Qorti eżaminat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Istatistika (INI) għall-kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali f’erba’ Stati Membri (6).

 

4.9.

Ir-riżorsa bbażata fuq id-DGN tintuża biex tibbilanċja l-baġit. Kwalunkwe dikjarazzjoni inqas tad-DGN għal Stat Membru partikolari - filwaqt li ma tolqotx ir-riżorsa proprja bbażata fuq id-DGN ġenerali - għandha l-effett li żżid il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri l-oħrajn, sakemm il-problema tiġi identifikata u korretta.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

4.10.

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali huma stabbiliti u miġbura mill-Istati Membri. Tliet kwarti minn dawn l-ammonti huma mħallsa lill-Komunità, bil-kwart li jifdal miżmum biex ikopri l-ispejjeż tal-ġbir. Kull Stat Membru jibgħat dikjarazzjoni tad-dazji stabbiliti (id-dikjarazzjoni tal-kont “A” ) lill-Kummissjoni kull xahar u dikjarazzjoni ta’ dawk id-dazji stabbiliti li mhumiex inklużi fiha (il-kont “B” ) kull tliet xhur (7).

 

4.11.

Il-Qorti sabet li b’mod ġenerali d-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq id-DGN

4.12.

Il-verifika tal-Qorti sabet il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom ħielsa minn żbalji materjali.

 

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

4.13.

Verifiki fuq il-post imwettqa mill-Qorti kkonfermaw li b’mod ġenerali s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għad-dwana u għall-kontijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali, vverifikati, kienu qed jaħdmu sew.

 

4.14.

Iżda bħalma ġara fis-snin preċedenti l-verifika tal-Qorti enfasizzat problemi li jaffettwaw l-ammonti inklużi fil-kontijiet B li, filwaqt li ma kinux materjali biżżejjed biex jaffettwaw il-konklużjoni ġenerali, għandhom jiġu korretti:

4.14.

Minħabba l-għadd kbir ta’ kontijiet-B li bosta drabi jinżammu lokalment minn uffiċċji doganali individwali u li normalment jinkludu każi kumplessi ta’ irkupru ta’ wara r-rilaxx ta’ dazji doganali tal-kontijiet-B, is-sejbien u r-rimedju għal żbalji individwali f’dawn il-kontijiet, kienet it-tema tal-ispezzjoni tal-Kummissjoni fl-2008 u hi wkoll waħda fl-2009. Tabilħaqq eżaminazzjoni tal-kontijiet-B dejjem kienet tema ġenerali tal-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni matul is-snin. Din l-eżaminazzjoni twettqet fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, fl-2007 il-Kummissjoni provdiet ukoll lill-Istati Membri bi gwida speċifika dwar il-kontijiet-B, biex iżżid l-għarfien tagħhom tal-użu korrett ta’ dawn il-kontijiet.

stabbiliment u rkupru mdewwem ta’ dazji, anke jekk l-awtoritajiet (8)tad-dwana kienu diġà jafu l-ammonti dovuti u l-identità tad-debituri, u

Il-Kummissjoni ser issegwi dawn is-sejbiet mal-Istati Membri kkonċernati. Se jintalab imgħax b’inadempjenza fil-każ ta’ dewmien biex ir-riżorsi proprji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE.

nuqqas ta’ istruzzjonijiet nazzjonali (9)biex jiġi evalwat l-ammont tad-djun li l-irkupru tagħhom probabbilment mhuwiex possibli.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tistabbilixxi proċedura formali se tiġi segwita maż-żewġ Stati Membri inkwistjoni.

4.15.

Barra minn hekk, f'Rapport Annwali (10)preċedenti l-Qorti nnutat li l-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi fuq l-importi kienet baxxa ħafna. Il-Kummissjoni rrispondiet li dan huwa kkumpensat b’ kontrolli bbażati fuq il-verifika li saru aktar tard. Iżda, il-Qorti kkritikat il-frekwenza ta’ verifiki bħal dawn ibbażati fuq kontrolli wara l-approvazzjoni f’diversi Stati Membri (11).

4.15.

Taħt il-qafas legali Komunitarju l-Istati Membri huma nnifishom responsabbli li jiddefinixxu l-istrateġiji tagħhom ta' kontroll biex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-UE fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali. Madankollu, l-iffokar prinċipali fl-attivitajiet kollha ta’ kontroll għandu jkun dwar riskji effettivi definiti billi jintużaw metodi xierqa ta’ analiżi tar-riskju. Dan jiffaċilità l-kisba tal-aħjar riżultati bl-aħjar użu ta’ riżorsi. Negozjanti u tranżazzjonijiet ta’ riskju għoli għandhom ikunu fil-mira, filwaqt li tiġi provduta wkoll kopertura raġonevoli ta’ negozjanti ta’ daqs medju u ta’ riskju baxx.

Fl-2009 il-Kummissjoni għażlet l-istrateġiji ta’ kontroll tal-Istati Membri għal riżorsi proprji tradizzjonali bħala tema ġenerali ta’ spezzjoni. Matul dawn l-ispezzjonijiet il-Kummissjoni qed teżamina l-istrateġija ta’ kontroll stabbilità, l-użu tal-analiżi tar-riskju fil-formulazzjoni tal-programmi ta’ kontroll, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kontroll, u l-kwalità tal-kontrolli ta’ wara r-rilaxx li saru.

4.16.

Fl-2008 l-Istituzzjoni Suprema tal-Verifika (SAI) ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri ppublikat rapport (12)li kellu sejbiet simili għal dawk tal-Qorti u li kkritika s-sistema għall-kontroll ta' importazzjonijiet taxxabbli f’dak l-Istat Membru. B’mod partikolari, dan enfasizza:

4.16.

Il-Kummissjoni diġà ddiskutiet sejbiet simili mal-Istat Membru kkonċernat bħala riżultat ta’ żewġ spezzjonijiet fl-2006 u waħda fl-2008, u s-seġwitu ta’ dawn is-sejbiet għadu għaddej. L-istrateġija sħiħa ta’ kontroll li ssir mill-Istat Membru se tiġi eżaminata matul l-ispezzjoni tal-2009. Matul din l-ispezzjoni se jiġu kkunsidrati s-sejbiet tar-rapport mill-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar (SAI) u l-ispezzjoni se tinkludi eżaminazzjoni fuq jekk itteħditx xi azzjoni ta’ rimedju bħala riżultat ta’ dawk is-sejbiet.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-azzjoni tas-servizzi nazzjonali tal- verifika, partikolarment fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali. Matul l-ispezzjonijiet tagħha l-Kummissjoni tikkonsulta, meta jkunu disponibbli, ir-rapporti nazzjonali tal-verifika biex tlesti l-valutazzjoni tagħha.

li, filwaqt li l-awtorità doganali kienet tat prestazzjoni tajba fl-iffaċilitar tal-kummerċ, hija għad għandha bżonn tiżviluppa l-kompetenza u r-riżorsi neċessarji fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq id-dokumentazzjoni li hija twettaq;

numru dejjem jonqos, u kwalità inkonsistenti, tal-verifiki bbażati fuq kontrolli wara l-approvazzjoni, anke jekk in-numru ta’ żbalji misjuba fihom dejjem qed jiżdied;

il-bżonn li jiġu żviluppati miri u standards għall-frekwenza u l-kwalità ta’ dawn il-verifiki biex il-kontroll fiskali u l-integrità tar-reġim ikunu żgurati.

Il-Qorti tinnota li rapporti tal-SAI bħal dawn jikkostitwixxu mezz addizzjonali biex jissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

4.17.

Ir-riżervi huma mezz biex il-Kummissjoni żżomm elementi dubjużi fir-rendikonti tal-VAT ippreżentati mill-Istati Membri miftuħin għall-korrezzjoni wara l-limitu ta' żmien statutorju ta' erba' snin. Fl-2008, saru 41 riżerva u tneħħew 15, li żied in-numru ta’ riżervi stabbiliti għal 163 fl-aħħar tas-sena (ara t- Tabella 4.2 ). 34 minnhom għandhom x’jaqsmu mas-snin qabel is-sena 2000. Mill-15-il riżerva mneħħija fl-2008 l-ebda waħda ma kellha x’taqsam mal-eqdem tliet snin l-1989, l-1993 u l-1995. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex mezzi effettivi biex tiżgura li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni adegwata u f'waqtha biex jippermettulha li tneħħi r-riżervi fuq ir-riżorsi proprji u bbażati fuq il-VAT li għadhom pendenti.

4.17.

Fl-2008, il-Kummissjoni nediet inizzjattiva ġdida biex ittejjeb l-amministrazzjoni proattiva ta’ riżervi, ibbażata fuq serje ta’ kriterji oġġettivi. Il-Laqgħat ta’ Tmexxija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li huma organizzati f’dan il-kuntest urew li kienu għodda effettiva, mhux biss biex inaqqsu n-numru ta’ riżervi mmarkati bħala materjali, partikolarment dawk li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin, imma wkoll biex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri involuti. Ir-riżultati miksuba s’issa qed ikollhom effett sinjifikanti fuq in-numru ta’ riżervi li ilhom pendenti u li jiġġustifikaw it-tkomplija tal-approċċ il-ġdid.

It-Tabella 4.2 —   Ir-riżervi tal-VAT fil- 31.12.2008

L-Istati Membri:

In-numru ta' riżervi pendenti fil-31.12.2007

Riżervi ffissati fl-2008

Riżervi mneħħija fl-2008

In-Numru ta' riżervi pendenti fil-31.12.2008

L-eqdem sena li japplikaw għaliha r-riżervi

Il-Belgju

8

0

0

8

1989

Id-Danimarka

0

0

0

0

 

Il-Ġermanja

18

0

0

18

1999

Il-Greċja

10

0

0

10

1998

Spanja

6

1

4

3

2001

Franza

4

0

0

4

1993

L-Irlanda

12

5

1

16

1998

L-Italja

14

3

3

14

1995

Il-Lussemburgu

1

2

1

2

2004

L-Olanda

2

3

0

5

2002

L-Awstrija

8

3

0

11

1995

Il-Portugall

7

2

0

9

1996

Il-Finlandja

7

3

2

8

1995

L-Iżvezja

9

0

0

9

1995

Ir-Renju Unit

5

1

2

4

1998

Ċipru

3

0

0

3

2004

Ir-Repubblika Ċeka

1

8

1

8

2004

L-Estonja

0

9

1

8

2004

Il-Latvja

1

1

0

2

2004

Il-Litwanja

2

0

0

2

2004

L-Ungerija

5

0

0

5

2004

Malta

6

0

0

6

2004

Il-Polonja

3

0

0

3

2004

Is-Slovakkja

5

0

0

5

2004

Is-Slovenja

0

0

0

0

 

Il-Bulgarija

0

0

0

0

 

Ir-Rumanija

0

0

0

0

 

Total

137

41

15

163

 

UE-15

111

23

13

121

 

UE-10

26

18

2

42

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Is-Sorveljanza tal-applikazzjoni tad-direttivi tal-VAT

4.18.

Id-DG Taxud huwa responsabbli biex jiżgura l-applikazzjoni korretta tad-direttivi tal-VAT u għandu jissorvelja t-transpożizzjoni u l-konformità tal-miżuri implimentattivi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri. Fl-2008 żewġ direttivi tal-VAT (13)daħlu fis-seħħ. Iżda d-DĠ Taxud ma ssorveljax il-miżuri kollha tat-transpożizzjoni nazzjonali li kellhom x’jaqsmu ma’ dawn iż-żewġ direttivi. Transpożizzjoni inkorretta jew inkompleta tista’ taffettwa l-ammont tal-VAT irċevut u konsegwentement l-ammont imħallas ta’ riżorsi proprji. Tista’ wkoll tikkawża distorsjoni fit-tmexxija tas-Suq ewlieni.

4.18.

Il-Kummissjoni tissorvelja b’mod regolari l-leġiżlazzjoni dwar il-VAT fl-Istati Membri u tieħu azzjoni fejn xieraq.

Rigward iż-żewġ direttivi tal-VAT, li daħlu fis-seħħ fl-2008, l-ewwel (14)tagħti l-possibbiltà, mhux obbligu, lill-Istati Membri biex jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mir-regoli normali inklużi fid-Direttiva tal-VAT sabiex jittrrattaw il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat tal-VAT u ser ikollhom, jekk adottati, impatt pożittiv fuq ir-riżorsi proprji tal-VAT. L-oħra (15)ma ddaħħalx bidliet materjali fil-leġiżlazzjoni attwali u l-emendi sostantivi tagħha huma elenkati fid-dettall fl-Artikolu 412 u ġew segwiti kif xieraq fl-Istati Membri kkonċernati.

4.19.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru mhuwiex qed jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-VAT hija tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (16). Fl-2008 kien hemm tliet każijiet bħal dawn (17), u wieħed minnhom jista' jwassal għal tnaqqis fir-riżorsi proprji tal-VAT. F’dan il-każ aktar minn erba’ snin għaddew mir-reġistrazzjoni tal-każ fir-reġistru ewlieni tal-ksur potenzjali għall-bgħit tal-ittra ta’ referenza lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Kummissjoni fl-2008, u għaddew aktar minn 20 xahar bejn din ir-reġistrazzjoni tal-ilment u l-bgħit tal-ittra ta' notifika formali (18).

4.19.

Il-Kummissjoni tagħraf li l-każ imsemmi ħa wisq ħin. Madankollu, huwa wkoll każ partikolarment kumpless.

Il-kuntest legali fl-Istati Membri hu sikwit dettaljat u kumpless, u jeħtieġ analiżi sostanzjali. Il-Kummissjoni tagħti attenzzjoni partikolari għat-tħejjija ta’ każi dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tassazzjoni indiretta.

Barra minn hekk, is-sena li għaddiet il-Kummissjoni bidlet il-proċeduri tagħha, biex tippermetti teħid tad-deċiżjonijiet aktar frekwenti biex jonqos id-dewmien li kien isir meta n-notifiki tal-Istati Membri kienu jiġu rċevuti ftit qabel kellu jsir il-pass proċedurali li jmiss, u b'hekk il-każi ser ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem hekk kif titlesta l-analiżi tal-informazzjoni l-ġdida. Fil-każ li jiġi identifikat impatt potenzjali fuq rizorsi proprji tradizzjonali, il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa billi tagħmel riżervi.

Ir-Rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89

4.20.

Il-Kummissjoni ppreżentat is-sitt rapport skont l-Artikolu 12 (19)f’Novembru 2008, minkejja li dan kellu jiġi ppreżentat fl-aħħar tal-2007. L-objettiv prinċipali ta' dan ir-rapport huwa li jippermetti lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru kkonċernat, jikkunsidraw jekk jistax isir xi tibdil għall-aħjar sabiex titjieb l-effettività tal-proċeduri applikati għar-reġistrazzjoni ta' persuni taxxabbli u għad-determinazzjoni u l-ġbir tal-VAT, u kif ukoll is-sistemi ta' kontroll tal-VAT.

4.20.

Id-dewmien fil-produzzjoni tar-rapport irriżulta mis-sottomissjoni ta’ dejta li tasal tard minn xi Stati Membri u minn riflessjoni strateġika fir-rigward tal-kontenut tagħha.

4.21.

Is-sitt rapport evalwa b’mod kritiku l-valur tar-rapporti preċedenti. Ikkonkluda li l-awtorità tal-baġit ma kinitx irrispondiet għal u ma ddibattiet ebda kwistjoni mqajma fir-rapporti preċedenti, u l-Kummissjoni setgħet issib ftit jew ebda evidenza tar-rakkomandazzjonijiet li wasslu direttament għal xi tibdil fl-Istati Membri. Il-VAT miġbur huwa l-punt tat-tluq għall-evalwazzjoni tal-ammont li jrid jitħallas mill-Istati Membri b’riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT.

 

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

Data annwali tad-DGN

4.22.

Wara li l-Istati Membri fl-2008 nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data tad-DGN il-Kumitat tad-DGN kkunsidra li, meta wieħed iqis b’mod xieraq ir-riżervi eżistenti (20), id-data tal-Istati Membri tal-UE-15 kienet xierqa għall-użu għal skopijiet ta’ riżorsi proprji. Il-Kumitat tad-DGN ma kienx kapaċi jifforma opinjoni fuq id-data fir-rigward tat-12-il Stat Membru tal-UE li jew għadha miftuħa jew hija koperta b' riżervi, minħabba li l-analiżi tal-inventarji tad-DGN (21)għadha għaddejja (ara l-paragrafi 4.26 u 4.26).

 

Il-Kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali fl-Istati Membri

4.23.

Il-Qorti eżaminat komponenti prinċipali fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll abbażi tal-proċess ta’ kumpilazzjoni tad-data tad-DGN innotifikata fl-2008 f’erba’ Stati Membri u sabet dgħufijiet fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għall-produzzjoni ta’ din id-data, li kontrolli fuq il-kwalità tal-istatistiċi ma ġewx iddokumentati b’mod sistematiku u/jew li l-evalwazzjoni tas-sistemi abbażi tal-produzzjoni tal-istatistika mhux dejjem saret.

4.23.

Il-Kummissjoni ħadet nota tad-dgħufijiet fit-termini tad-dokumentazzjoni u tal-evalwazzjoni, msemmija mill-Qorti, fir-rigward tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll f’erba’ Stati Membri. Il-Kummissjoni se tikkunsidra dawn il-kummenti fil-kuntest tax-xogħol tal-verifikazzjoni tal-GNI tagħha fuq dawn il-pajjiżi.

4.24.

Il-Qorti fl-opinjoni (22)tagħha tinsisti li d-differenzi fis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fl-INI jistgħu jdgħajfu l-komparabilità, l-affidabilità u l-kompjutezza tal-Kontijiet Nazzjonali.

4.24.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-affidabbiltà tal-kontijiet nazzjonali tiddependi primarjament fuq is-sorsi u metodi ta’ statistiki speċifiċi użati u bbażat l-approċċ tagħha fuq il-validazzjoni tal-GNI fuq il-verifikazzjoni u titjib tagħhom. Sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll li huma mfassla tajjeb fl-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri jistgħu jgħinu biex jidentifikaw u jnaqqsu r-riskji li jsiru xi żbalji.

Il-Kummissjoni kkunsidrat ir-rimarki tal-Qorti dwar is-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll. Partikolarment, il-Kumitat tal-GNI iddiskuta s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll sa mill-2006. Il-mistoqsijiet speċifiċi 3 u 4 dwar id-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll ġew introdotti fil-kwestjonarju għall-valutazzjoni tal-inventarju tal-GNI aġġornat tal-Kummissjoni (dokument-GIAQ Nru GNIC/081 ta’ April 2007). Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proċeduri tal-Istati Membri hi meħtieġa fil-Linji Gwida riveduti tal-Inventarju tal-GNI (GNIC/053 rev. 2). Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi bejn il-pajjiżi f’dan id-dominju, partikolarment billi torganizza seminar f’Diċembru 2009.

Riżervi ġenerali u speċifiċi

4.25.

Riżervi ġenerali (23)kienu jeżistu fl-aħħar tal-2008 fuq data tad-DGN tal-Istati Membri tal-UE15 fir-rigward tal-perijodu 2002 sal-2004, sakemm ma ssir l-analiżi tal-inventarji tad-DGN aġġornati. Ir-riżervi ġenerali għall-Istati Membri tal-UE-10 kienu stabbiliti f’Ġunju 2008 dwar id-data tad-DGN li tkopri s-snin 2004 sal-2006.

 

4.26.

Fil-bidu tal-2008 kien hemm 25 riżerva speċifika tad-DGN miftuħa (24)li tirrelata mal-perijodu 1995 sal-2001. Matul l-2008 l-Kummissjoni neħħiet 15 il riżerva u ħalliet bilanċ ta’ 10 (25)fl-aħħar tas-sena.

4.26.

F’Lulju 2009 tneħħew sitt riżervi speċifiċi, biex b’hekk fl-10 ta’ Lulju 2009 fadal bilanċ ta’ erba' riżervi.

4.27.

Fl-eżami tagħha fuq il-post tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-INI l-Qorti sabet li, għal żewġ riżervi mneħħija mill-Kummissjoni fl-2008, mhux l-informazzjoni kollha kienet disponibbli biex issostni l-modifiki li saru fuq il-kalkulazzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN. F’każ minnhom l-evalwazzjoni tal-espert użata fl-estimu ta’ komponent tal-kontijiet nazzjonali ma ġietx dokumentata, u fil-każ l-ieħor id-data mogħtija lill-Kummissjoni ma kinitx sostnuta għal kollox bl-istatistiċi ta’ bażi, u b'hekk is-sekwenza sħiħa tal-verifika ġiet imxekkla. Bħal fl-2007 (26), il-Qorti sabet illi x-xogħol tal-Kummissjoni biex jippermetti t-tneħħija ta’ riżervi la kien jinvolvi desk checks biex jikkorroboraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri b’paragun ma’ sorsi oħrajn, u lanqas żjarat ta’ kontroll fuq il-post biex jikkorroboraw l-aggregati tal-Kontijiet Nazzjonali emendati.

4.27.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispezzjonijiet ta’ dokumenti li saru fl-2008 provdew informazzjoni suffiċjenti biex jitneħħew iż-żewġ riżervi speċifiċi msemmija, tikkunsidra wkoll li l-ammonti involuti mhumiex sinifikanti. Dawn l-ispezzjonijiet ta’ dokumenti inkludew konsiderazzjoni tal-ġudizzju espert f'wieħed mill-każi u spezzjonijiet ta’ konsistenza fil-każ l-ieħor. Fil-każi fejn tneħħew ir-riżervi, l-ispezzjonijiet ta’ dokumenti tal-Kummissjoni ma wrewx il-ħtieġa ta' missjonijiet fuq il-post, jew il-ħtieġa ta' tqabbil ma' sorsi oħrajn jew statistiki sottostanti. Il-Kummissjoni se tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb aktar id-dokumentazzjoni tal-ispezzjonijiet li għamlet.

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tad-DGN fl-Istati Membri

4.28.

Sal-aħħar tal-2008 l-Kummissjoni kienet irċeviet inventarji (27)tad-DGN aġġornati jew ġodda u wettqet żjarat ta' kontroll f'16-il Stat Membru. F’sitt każijiet twettqet verifikazzjoni diretta fuq l-aggregati tad-DGN. Iżda, fin-nuqqas ta’ linji gwida interni approvati dwar kif dan l-approċċ tal-kontroll għandu jiġi implimentat, bħall-kriterju għas-selezzjoni tal-komponenti tad-DGN biex ikunu vverifikati b’dan il-mod, hemm ir-riskju li l-verifikazzjoni diretta ma kinitx applikata b'manjiera konsistenti f'dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk il-Kummissjoni kienet għadha ma evalwatx is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-INI għall-kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali.

4.28.

Il-Kummissjoni bdiet tapplika verifikazzjoni diretta fl-2007. Abbażi ta’ din l-esperjenza u l-kompetenza disponibbli speċifika tal-persunal tagħha, l-abbozz tal-linji gwida nkitbu u saru disponibbli lill-persunal f’Settembru 2008. Dawn il-linji gwida ġew diskussi u approvati mill-Kumitat tal-GNI f’April 2009. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-sorsi u tal-metodi tal-kontijiet nazzjonali li ntużaw f’bosta Stati Membri, approċċ ta’ verifikazzjoni diretta jista’ jiġi applikat biss b’mod speċifiku għas-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż. Abbażi tal-kompetenza speċifika tal-persunal tagħha f’dan il-qasam, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda inkonsistenzi fil-modi ta’ kif twettaq l-approċċ tagħha ta' verifikazzjoni diretta. Il-Kummissjoni tivvaluta kontinwament is-sorsi u l-metodi ta’ statistika tal-Istati Membri li fuqhom hu bbażat l-approċċ tagħha ta’ verifikazzjoni diretta. Il-Kummissjoni qed tivvaluta s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll tal-NSIs fil-metodi deskritti fit-tweġiba tal-paragrafu 4.24.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

4.29.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li:

id-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti tal-Istati Membri tar-riżorsi proprji tradizzjonali,

il-kalkoli tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri abbażi tad-data tal-VAT u tad-DGN irċevuta mill-Istati Membri, kif ukoll

tipi oħra ta’ dħul

għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

4.30.

Abbażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tad-Dħul (ara l- Anness 4.1 ). Iżda l-Qorti tiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqasijiet li, filwaqt li mhumiex materjali għall-effettività tas-sistemi b’mod ġenerali, jeħtieġu azzjoni kif spjegat hawn taħt.

 

Ir-Riżorsi proprji tradizzjonali

4.31.

Il-verifiki tal-Qorti jkomplu jiżvelaw problemi bl-użu tal-kontijiet B u għalhekk il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura l-użu korrett tagħhom u s-sorveljanza tal-istabbiliment u l-irkupri tad-dazji (il-paragrafu 4.14).

4.31.

Il-kontijiet-B jiġġustifikaw spezzjonijiet kontinwi u b’hekk il-Kummissjoni se tkompli bl-azzjoni tagħha biex tivverifika li l-Istati Membri iżommu dawn il-kontijiet b’mod korrett. Il-Kummissjoni se tindirizza d-dgħufijiet li nstabu mill-Qorti mal-Istati Membri relevanti u, fejn xieraq, se tieħu miżuri biex tirkupra kull ammont ta' riżorsi proprji jew imgħaxijiet dovuti.

4.32.

Minħabba fin-nuqqasijiet fl-istrateġija ta’ kontroll osservati fir-Rapporti Annwali preċedenti, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra dawn is-sejbiet għall-ispezzjonijiet tagħha fl-Istati Membri. B’mod partikolari għandha trawwem bilanċ xieraq bejn il-kontrolli fiżiċi waqt l-importazzjoni u l-verifiki wara l-approvazzjoni tal-operaturi. Dawn għandhom ikunu ta’ frekwenza u ta’ kwalità suffiċjenti biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità (il-paragrafi 4.15 u 4.16).

4.32.

L-istrateġiji ta’ kontroll doganali tal-Istati Membri, b’mod ġenerali qed jiġu eżaminati matul l-ispezzjonijiet TOR tal-2009 biex tinkiseb assigurazzjoni li l-kontrolli li twettqu mill-awtoritajiet doganali tagħhom huma effiċjenti u effettivi biex iħarsu l-interessi finanzjarji Komunitarji.

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

4.33.

Il-Kummissjoni għad m’għandhiex mezzi effettivi biex tiżgura li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni xierqa u fil-ħin biex jippermettulha li tneħħi riżervi pendenti dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT. Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha (28)sabiex tilħaq soluzzjoni bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, sabiex dawn ir-riżervi jitneħħew malajr kemm jista’ jkun u jsiru l-korrezzjonijiet neċessarji għall-bażijiet tal-VAT tal-Istati Membri (il-paragrafu 4.17).

4.33.

Reċentament il-Kummissjoni introduċiet Laqgħat ta’ Tmexxija bħala għodda effiċjenti u effettiva biex jiġu indirizzati r-riżervi li jistħoqilhom attenzjoni speċjali. S’issa saru erba’ minn dawn il-laqgħat u oħrajn qed jitfasslu. Ir-riżultati (tneħħew 15-il riżerva) ser ikollhom effett sinifikanti fuq in-numru ta’ riżervi li ilhom ħafna pendenti mill-2009 'il quddiem u jiġġustifikaw it-tkomplija ta' dan l-approċċ li għandu wkoll effett sekondarju pożittiv ta' effiċjenza miżjuda fil-flussi tal-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

4.34.

Fil-kuntest tar-rapport tal-Artikolu 12, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tinkludi fiż-żjarat ta’ kontroll tagħha l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet fl-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri. Dan ir-rapport għalhekk kieku jgħin biex jiżgura li l-ammont sħiħ tal-VAT dovut attwalment jinġabar. Il-VAT miġbur huwa l-punt tat-tluq għall-evalwazzjoni tal-ammont li jrid jitħallas mill-Istati Membri b’riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (il-paragrafu 4.12). Dan huwa ħafna aktar pertinenti minħabba fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja l-każ Nru C-132/06 (29).

4.34.

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tagħtix, għal skopijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT, poteri legali lill-Kummissjoni biex tikkwantifika l-ammonti tal-VAT li ma nġabrux minħabba l-evażjoni minn persuni individwali li jħallsu t-taxxa. L-attività ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni tiffoka fuq l-assigurazzjoni li l-irċevuti tal-VAT li fil-fatt inġabru f’sena kalendarja jiġu dikjarati kif xieraq, flimkien mal-eżaminar tal-korrettezza u l-kompletezza tad-dejta l-oħra li l-Istati Membri jipprovdu fid-dikjarazzjonijiet annwali tagħhom tal-VAT. Il-Kummissjoni tissorvelja l-impatt li n-nuqqasijiet tal-applikazzjoni tad-direttivi Komunitarji tal-VAT jista’ jkollhom fuq ir-riżorsi proprji tal-VAT; it-teħid ta’ azzjoni ta’ rimedju biex jiġi assigurat li l-bażi nazzjonali tal-VAT tiġi korretta biex tinkludi l-ammont mitluf tal-VAT flimkien mal-ħlas tal-imgħax, fejn xieraq.

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

4.35.

Il-Kummissjoni neħħiet 15-il riżerva speċifika fl-2008 mingħajr la desk checks biex jikkorroboraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri lanqas żjarat ta’ kontroll fuq il-post biex titwettaq verifikazzjoni diretta (il-paragrafu 4.27). Fl-opinjoni tal-Qorti dan mhuwiex dejjem suffiċjenti biex jagħti assigurazzjoni raġjonevoli dwar il-preċiżjoni tad-data emendata.

4.35.

Rigward ir-riżervi li tneħħew, l-ispezzjonijiet ta’ dokumenti li saru fl-2008 mill-Kummissjoni biex tiġi verifikata l-informazzjoni trażmessa mill-Istati Membri ma wrewx il-ħtieġa ta’ missjonijiet fuq il-post biex twettaq verifikazzjoni diretta u lanqas xogħol ta' valutazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni provduta kienet suffiċjenti biex tneħħi r-riżervi (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 4.27). Il-Kummissjoni se tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb aktar id-dokumentazzjoni tal-ispezzjonijiet li wettqet.

4.36.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal u tapplika regoli speċifiċi biex twettaq l-eżami tal-inventarji tad-DGN (il-paragrafu 4.28) inkluż l-użu tal-verifikazzjoni diretta u tikkunsidra r-riskji abbażi tal-kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali, evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-INI u l-prinċipju tal-benefiċċju meta mqabbel man-nefqa

4.36.

Il-Kummissjoni stabbiliet qafas komplet tal-validazzjoni GNI li primarjament hi bbażata fuq il-verifikazzjoni u t-titjib tal-affidabbiltà, u ta' kemm ikunu xierqa, tas-sorsi u l-metodi użati għall-kumpilazzjoni tal-GNI u l-konformità tagħhom mas-Sistema Ewropea tal-Kontabilità, billi tikkunsidra l-analiżi tar-riskju. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-approċċ hu essenzjali biex jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-affidabbiltà, it-tqabbil u l-kompletezza tal-GNI skont id-dispożizzjonijiet (inkuż il-prinċipju tal-benefiċċju ekonomiku) tar-Regolament tal-GNI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet tapplika l-verifikazzjoni diretta sa mill-2007 (ara t-tweġiba għall-paragrafu 4.28). Dwar is-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll, il-Kummissjoni kkunsidrat ir-rimarki tal-Qorti, u partikolarment qed tippromwovi l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi, bil-metodi deskritti fit-tweġiba għall-paragrafu 4.24.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 105/2009 tas-26 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità, (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 1).

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  Ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Olanda.

(4)  Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji: l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).

(5)  L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003: ir-Regolament tad-DGN (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

(6)  Il-Belġju, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Polonja.

(7)  Meta d-dazji jew l-imposti jibqgħu ma jitħallsux u ma tkun ingħatat l-ebda garanzija, jew ikunu koperti minn garanziji imma jkunu ġew sfidati, ikun possibbli għall-Istati Membri li jissospendu d-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi billi jdaħħluhom f'dan il-kont separat (“il-kont B”).

(8)  Ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Olanda.

(9)  Ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja.

(10)  Il-Paragrafu 4.18 (In-nota tal-qiegħ 21) tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006.

(11)  Il-Paragrafu 3.15 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004; il-paragrafu 4.22 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005; il-paragrafu 4.18 (In-nota tal-qiegħ 23) tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, u l-paragrafu 4.19 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(12)  L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika tar-Renju Unit: HM Revenue and Customs (Id-Dħul u d-Dwana tal-Majestà tagħha r-Reġina): The Control and Facilitation of Imports, (Il-Kontroll u l-Faċilitazzjoni ta’ ImportAZZJONIJIET, iddatat is-7 ta’ Novembru 2008) (http://www.nao.org.uk/publications/0708/hmrc_import_control.aspx).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9) u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1) (Id-Direttiva tal-VAT).

(14)  Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9).

(15)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1) (Id-Direttiva dwar il-VAT).

(16)  Skont il-proċedura ta’ ksur: L-Artikolu 226 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(17)  Il-Każijiet Nru 2004/4282 (Il-Finlandja), li setgħu iwasslu għal tnaqqis fir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT; Nru 2005/4756 (Ir-Renju Unit) u 2005/5051 (Franza), mingħajr impatt. Ara wkoll l- Anness 4.2 għas-segwitu ta’ osservazzjoni simili fl-2007.

(18)  L-iskadenza massima stabbilita mill-Kummissjoni hija ta’ 12-il xahar (ara COM (2002) 141).

(19)  L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 fuq l-arranġamenti uniformi definittivi għall-kollezzjoni tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9) jeħtieġ lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill kull tliet snin dwar il-proċeduri applikati fl-Istati Membri għar-reġistrazzjoni ta' persuni taxxabbli u għad-determinazzjoni u l-ġbir tal-VAT, kif ukoll dwar il-modalitajiet u r-riżultati tas-sistemi ta' kontroll tal-VAT tagħhom. L-Istati Membri huma mitluba li jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja dwar dawn il-proċeduri.

(20)  L-Artikolu 10(7), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 jgħid li, wara t-30 ta' Settembru tar-raba' sena wara sena finanzjarja speċifika, kull tibdil fil-PGN/DGN m'għandux ikun meqjus aktar, ħlief fuq punti nnotifikati matul dan il-limitu ta’ żmien jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru. Dawn il-punti huma magħrufa bħala riżervi.

(21)  Skont l-Artikolu 3 tar-regolament tad-DGN, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) inventarju tal-proċeduri u l-istatistiċi bażiċi użati fil-kalkulazzjoni tad-DGN u l-komponenti tiegħu skont l-ESA 95.

(22)  Ara l-paragrafi 3.47 sa 3.49 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004. Ara l-paragrafi 4.23 sa 4.25 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005.

(23)  Riżerva ġenerali tkopri d-data kollha ta’ Stat Membru.

(24)  Riżerva speċifika tkopri elementi diskreti tal-inventarju tad-DGN.

(25)  Dawn ir-riżervi miftuħa jikkonċernaw il-Greċja u r-Renju Unit u għandhom x’jaqsmu jew ma’ sorsi skaduti abbażi ta’ ċerti estimi jew inkella ma’ aspetti metodoloġiċi u ta’ kumpilazzjoni.

(26)  Il-paragrafu 4.35 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007.

(27)  Minbarra l-Bulgarija u r-Rumanija, li l-iskadenza tagħhom hija l-31.12.2009. Il-Lussemburgu u l-Awstrija s'issa għadhom ma bagħtux it-tabelli tal-proċess tagħhom.

(28)  Fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-2006, il-Kunsill tenna t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, biex b’koperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li r-riżervi jitneħħew fi żmien raġonevoli.

(29)  Din id-deċiżjoni (il-paragrafi 37 sa 39) tgħid li skont l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva VAT, u l-Artikolu 10 KE, kull Stat Membru huwa obbligat li jieħu l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi xierqa kollha biex jiżgura l-ġbir tal-VAT dovut kollu fuq it-territorju tiegħu. (…) F’dan ir-rigward l-Istati Membri (...) jgawdu ċertu grad ta’ latitudni, fost l-oħrajn, dwar kif jużaw il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu dik il-latitudni hija limitata bl-obbligu biex jassiguraw il-ġbir effiċjenti tar-riżorsi proprji Komunitarji u biex ma joħolqux differenzi sinjifikanti fil-mod ta’ kif jiġu trattati l-persuni taxxabbli, kemm fi ħdan l-Istat Membru kif ukoll madwar l-Istati Membri kollha. (...) Kull azzjoni mill-Istati Membri li għandha x’taqsam mal-kollezzjoni tal-VAT għandha tikkonforma ma’ dak il-prinċipju.

L-ANNESS 4.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR

IL-PARTI 1:   IL-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻATI FUQ KAMPJUN

1.1 —   Id-daqs tal-kampjun (tad-Dħul fil-livell tal-Kummissjoni)

Sena

L-Għadd ta’ tranzazzjonijiet ittestjati  (1)

2008

60

2007

66


1.2 —   L-istruttura tal-kampjun tad-dħul fil-livell tal-Kummissjoni

Il-Perċentwal tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

RPT  (1)

VAT/DGN

Oħrajn

Total

Ordnijiet ta’ rkupru

10 %

78 %

12 %

100 %

Il-PARTI 2:   L-EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   L-Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula

It-Tip ta’ dħul

Il-Kontroll intern prinċipali (il-Kummissjoni)

Il-kontrolli interni fis-sorveljanza doganali nazzjonali / kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali fl-Istati Membri vverifikati

Evalwazzjoni ġenerali

Il-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

Id-desk checks tal-Kummissjoni

Il-ġestjoni tad-dħul

Il-ġestjoni tar-Riżervi

RPT

 

 

 

Ma japplikax

 (3)

 

 

VAT

 

 

 

 

Ma japplikax

 

DGN

 

 

 

 (2)

 

 

 


Evalwazzjoni ġenerali  (4)

2008

2007

 

 

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

Ma japplikax

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat


(1)  Ix-xogħol li sar inkluda l-eżami tal-kumpilazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ bażi kull xahar u r-rekords tal-kontabilità fl-Istat Membru kkonċernat. Kampjun każwali addizzjonali ta’ 30 dikjarazzjoni ta’ importazzjoni kien ivverifikat f’kull wieħed mit-tliet stati Membri miżjura (ara l-paragrafu 4.5).

(2)  Ix-xogħol li sar mill-Kummissjoni sabiex jitneħħew ir-riżervi DGN mhuwiex dejjem suffiċjenti biex jagħti assigurazzjoni raġjonevoli dwar il-preċiżjoni tad-data emendata (il-paragrafi 4.27 u 4.35).

(3)  Rigward l-RPT hemm riskju li r-rata ta’ kontrolli fiżiċi waqt l-importazzjoni hija baxxa wisq u li l-verifiki ta’ wara l-approvazzjoni ma jikkumpensawx (il-paragrafi 4.15 u 4.16).

(4)  Ara l-limitu tal-ambitu msemmi fil-paragrafi 4.4 u 4.7 (il-paragrafi 4.4 u 4.9 rigward l-2007).

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

Ma japplikax

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat

L-ANNESS 4.2

IS-SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET TAD-DAS PREĊEDENTI

L-Osservazzjoni tal-Qorti

L-Azzjoni meħuda

L-Analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Ir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali : Id-dazji potenzjali qed jiġu diskussi bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja

Fil-paragrafu 3.23 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004, il-Qorti nnutat li fl-2003 l-Ġermanja neħħiet dħul li jammonta għal 40,1 miljun euro mill-kont B tagħha, mingħajr ma tat spjegazzjoni kompleta għal dan it-tnaqqis.

Fl-2005, il-Qorti indikat li 22,7 miljun euro ta' dazji potenzjali għadhom qed jiġu diskussi bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja.

Il-bilanċ ta’ 22,7 miljun euro kien għadu qed jiġi diskuss fl-2007 u fl-2008. Il-Kummissjoni staqsiet lill-Ġermanja biex tagħti d-diviżjoni bejn id-djun garantiti u mhux garantiti fil-kont B għal, pereżempju, l-2005 u l-2006 u tuża din id-data biex tevalwa l-assigurazzjoni li jista’ jkollhafuq l-ammonti li eventwalment x’aktarx jiġu rkuprati.

L-ammont definittiv li ser jiġi rkuprat għandu jiġi stabbilit malajr sabiex sa fl-aħħar din il-kwistjoni tingħalaq.

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-ispezzjoni tal-2007 li jikkonċerna din il-kwistjoni kumplessa ġie diskuss fil-Kumitat Konsultattiv ta’ Diċemrbu 2008 dwar ir-Riżorsi Proprji. Bħala segwitu l-Kummissjoni xorta teħtieġ lil tirrikjedi kjarifikazzjonijiet addizzjonali għal parti żgħira tat-tranżazzjonijiet involuti. Il-Kummissjoni tistenna bil-ħerqa biex tfassal il-konklużjonijiet finali tagħha ladarba tirċevi t-tweġiba.

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT: dewmien relatat mal-proċedura tal-ksur

Fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena 2007 l-Qorti enfasizzat li minn tliet każijiet, li jiddataw lura għall-2003-2005 (wieħed b’impatt ta’ riżorsi proprji), ebda wieħed minnhom ma tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sal-aħħar tal-2007 minkejja li d-deċiżjoni biex dan isir ttieħdet f’Ġunju 2007 (il-paragrafu 4.24).

Dawn il-każijiet eventwalment tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’April, f’Ġunju u f’Novembru 2008.

Il-Qorti tafferma mill-ġdid li l-Kummissjoni għandha tgħaġġel it-trattament tal-każijiet u l-immaniġġjar tal-proċedura tal-ksur sabiex tirreferi l-każijiet lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fi ħdan l-iskadenzi preskritti

Is-sena li għaddiet il-Kummissjoni bidlet il-proċeduri tagħha, biex tippermetti teħid tad-deċiżjonijiet aktar frekwenti biex jonqos id-dewmien li kien jirriżulta meta n-notifiki tal-Istati Membri kienu jaslu ftit qabel ma’ kien isir il-pass proċedurali li jmiss, u b'hekk il-każi ser ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem hekk kif titlesta l-analiżi tal-informazzjoni l-ġdida. Fil-każ li jiġi identifikat impatt potenzjali fuq rizorsi proprji, il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa billi tagħmel riżervi.

Il-kuntest legali fl-Istati Membri hu sikwit iddettaljat u kumpless, u jeħtieġ analiżi sostanzjali. Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari fit-tħejjija ta’ każi dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tassazzjoni indiretta.

Riżorsa proprja bbażati fuq il-DGN: Il-politika ta’ reviżjoni (inkluż is-segwitu tar-reviżjoni Griega)

Fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-Qorti għamlet xi osservazzjonijiet fuq ir-reviżjonijiet għad-DGN Grieg (il-paragrafi 4.24 sa 4.26) u rrakkomandat fil-paragrafu 4.32 li l-Kummissjoni, b’mod partikolari:

a)

tistabbilixxi regoli dwar il-komunikazzjoni u tiġi mwissija minn qabel, flimkien mal-Kumitat tad-DGN, b’reviżjonijiet kbar,

b)

timplimenta politika koordinata dwar ir-reviżjoni tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali, inkluża l-ħtieġa ta’ tqabbil mal-limiti stabbiliti regolari, u

c)

tiżgura li l-konklużjonijiet mill-kontroll tal-inventarju Grieg huma disponibbli minn kmieni biżżejjed, sabiex jippermettu l-inklużjoni tad-data korretta fil-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007.

Fir-Rapport Annwali dwar is-sena 2007 l-Qorti nnutat il-progress li sar mill-Kummissjoni u tax-xogħol addizzjonali meħtieġ, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet t’hawn fuq (il-paragrafi 4.28 sa 4.32 u l-Anness 4.2).

a)

Wara li rċeviet l-ittri tal-avviż minn qabel tar-reviżjonijiet il-kbar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni implimentat sistema biex timmonitorja l-applikazzjoni tal-linji gwida proposti mill-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB).

b)

Fil-laqgħa tas-CMFB ta’ Lulju l-2008 Eurostat ippropona politika ta’ reviżjoni armonizzata għall-Kontijiet Nazzjonali fuq livell Ewropew, inkluż l-aspetti prinċipali li jridu jiġu kkunsidrati u analizzati fit-twaqqif ta' politika ta' reviżjoni komuni.

Fil-laqgħa tas-CMFB ta’ Frar 2009 l-Eurostat ippreżenta l-ewwel ħarsa ġenerali tal-prattiċi tar-reviżjoni nazzjonali fil-kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali, ibbażata fuq ir-riżultati tal-kwestjonarji rċevuti minn 17-il Stat Membru.

c)

Fl-2008 l-Greċja bagħtet Kwestjonarju komplet dwar il-PGN/DGN u Rapport dwar il-Kwalità.

Sal-aħħar tal-2008, il-Kummissjoni ma kinitx neħħiet is-seba' riżervi speċifiċi stabbiliti fuq data tal-PGN tal-perijodu 1995-2001 minħabba li l-verifikazzjoni tal-kalkolazzjonijiet ta' bażi kienet għadha ma tlestietx.

a)

Is-sistema ta’ monitoraġġ implimentata mill-Kummissjoni għandha tiġi evalwata malli l-passi kollha tal-proċess ta' komunikazzjoni jkunu ġew applikati u l-ewwel reviżjonijiet kbar tal-Kontijiet Nazzjonali jkunu saru.

b)

Minkejja l-progress li sar, għad hemm bżonn aktar xogħol mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jimplimentaw politika ta’ reviżjoni komuni fl-Unjoni Ewropea.

c)

Il-Kummissjoni għandha tlesti l-verifiki tagħha tad-data tal-PGN Grieg fl-2009, b’koperazzjoni mal-awtoritajiet Griegi, sabiex tkun tista’ tneħħi r-riżervi speċifiċi li għad fadal.

a)

Il-Kummissjoni tissorvelja kontinwament l-applikazzjoni tal-linji gwida tas-CMFB, partikolarment billi tfakkar b’mod regolari lill-Istati Membri dwar dawn l-linji gwida fil-Kumitat tal-GNI. Ir-riżultati miksuba s’issa huma pożittivi, b’hekk jistiednu għal tkomplija ta’ dan l-approċċ. Billi tikkunsidra r-rimarki tal-Qorti, il-Kummissjoni se tagħmel ukoll valutazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ monitoraġġ ladarba jsiru l-ewwel reviżjonijiet nazzjonali kbar tal-kontijiet.

b)

Il-Kummissjoni qed tkompli x-xogħol u d-diskussjonijiet mal-Istati Membri biex timplimenta politika komuni ta’ reviżjoni fl-UE, billi tikkunsidra r-rimarki tal-Qorti.

c)

F'Lulju 2009 tneħħew sitta minn total ta' seba' riżervi. Il-Kummissjoni qed tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Awtoritajiet Griegi biex tkun kapaċi tneħħi r-riżervi speċifiċi li jibqa’.

IL-KAPITOLU 5

L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika tal-Agrikoltura u Riżorsi Naturali

L-ambitu tal-verifika

Ir-Regolarità tat-Tranżazzjonijiet

L-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali

Ambjent, Sajd u Affarijiet Marittimi, u Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur

L-effettività tas-sistemi

Il-qasam tal-politika agrikola u l-iżvilupp rurali

Sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sistemi relatati mal-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji

Oqsma tal-Politika dwar l-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti tal-grupp tal-politika Agrikoltura u Riżorsi Naturali, li jikkomprendi l-oqsma tal-politika li ġejjin: 05-Agrikoltura u żvilupp rurali; 07-Ambjent; 11-Sajd u Affarijiet Marittimi; u 17-Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur. Informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet koperti, in-nefqa għas-sena u t-tip tal-ġestjoni involuta hija mogħtija fit- Tabella 5.1.

 

It-Tabella 5.1 —   Agrikoltura u Riżorsi Naturali - analiżi tal-pagamenti skont il-qasam tal-politika

(miljun euro)

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti 2008

Mod tal-Ġestjoni tal-Baġit

5

Agrikoltura u żvilupp rurali

Nefqa amministrattiva (38)

124

Diretta ċentralizzata

Interventi fis-swieq tal-agrikoltura

5 442

Ġestjoni Maqsuma

Għajnuniet diretti

37 569

Ġestjoni Maqsuma

Żvilupp rurali

10 527

Ġestjoni Maqsuma

Miżuri ta' qabel l-adeżjoni

144

Ġestjoni Maqsuma

Oħrajn

–3

Ġestjoni Maqsuma

 

53 803

 

7

Ambjent

Nefqa amministrattiva (38)

82

Diretta ċentralizzata

Nefqa operattiva

182

Diretta ċentralizzata / Indiretta ċentralizzata

 

264

 

11

Sajd u Affarijiet Marittimi

Nefqa amministrattiva (38)

38

Diretta ċentralizzata

Nefqa operattiva

841

Ġestjoni Ċentralizzata/Maqsuma

 

879

 

17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

Nefqa amministrattiva (38)

102

Diretta ċentralizzata

Nefqa operattiva

413

Diretta ċentralizzata / Indiretta ċentralizzata

 

515

 

Nefqa amministrattiva totali

346

 

Nefqa operattiva totali

55 115

 

Pagamenti totali għas-sena

55 461

 

Impenji totali għas-sena

59 964

 

Sors: Il-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008, l-Anness B.

5.2.

Skont it-Trattat, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Prattikament in-nefqa agrikola u tal-iżvilupp rurali kollha ssir taħt ġestjoni maqsuma fejn il-kompiti ta' implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Istati Membri. Għall-oqsma l-oħrajn, l-approprijazzjonijiet baġitarji jintefqu taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd li jaqa' taħt ġestjoni maqsuma fuq il-bażi ta' programmi multiannwali.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika tal-Agrikoltura u Riżorsi Naturali

5.3.

Il-baġit tal-Komunità jiffinanzja n-nefqa tal-politika agrikola komuni prinċipalment permezz ta' żewġ Fondi (1): il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (minn hawn 'il quddiem “FAEG”), għall-iffinanzjar tal-miżuri tas-suq u għajnuniet diretti, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (aktar 'il quddiem “FAEŻR”), għall-iffinanzjar tal-programmi għall-iżvilupp rurali.

 

5.4.

Il-miżuri ewlenin iffinanzjati mill-FAEG huma:

L-iskema ta' għajnuna diretta “Skema ta' Pagament Uniku(SPS): l-SPS ġiet introdotta sabiex tkisser ir-rabta bejn il-produzzjoni agrikola u l-ħlasijiet lill-bdiewa (“diżakkopjament”). Sabiex jikkwalifikaw għall-SPS, il-bdiewa l-ewwel għandhom jiksbu “intitolamenti”. L-għadd u l-valur tal-intitolament ta' kull bidwi kien ikkalkolat mill-awtoritajiet nazzjonali skont wieħed mill-mudelli li kien hemm dispożizzjoni għalihom fil-leġiżlazzjoni tal-UE (2). Kull intitolament, flimkien ma' ettaru wieħed ta' art eliġibbli (3)ddikjarata mill-bidwi jwassal għal pagament mill-SPS. L-SPS saret aktar importanti u fl-2008 kienet tirrappreżenta nefqa ta' 28 234 miljun euro.

L-iskema ta' għajnuna diretta “Skema ta' Pagament Uniku skont l-Erja(SAPS): din tinvolvi l-ħlas ta' ammonti uniformi għal kull ettaru eliġibbli ta' art agrikola. Ettari eliġibbli huma definiti bħala żoni agrikoli li huma miżmuma f'kundizzjoni agrikola tajba (GAC) fit-30 ta' Ġunju 2003 (4). Id-differenza ewlenija bejn is-SAPS u l-SPS hija li, taħt l-iskema ta' qabel, l-“intitolamenti” mhumiex stabbiliti. Fil-preżent, is-SAPS hija applikata f'għaxra mill-Istati Membri l-ġodda (5)u fl-2008 irrappreżentat nefqa ta' 2 974 miljun euro.

Skemi oħrajn ta' għajnuna diretta (pagamenti akkoppjati) (6): dawn irrappreżentaw nefqa ta' 6 361 miljun euro.

Interventi fis-swieq agrikoli: il-miżuri ewlenin huma ħażna ta' intervent u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Matul dawn l-aħħar snin, in-nefqa naqset minħabba għażliet tal-politika magħmula fil-kuntest tar-riformi reċenti tal-PAK u minħabba l-kundizzjonijiet attwali tas-suq (5 442 miljun euro).

 

5.5.

Il-bdiewa biss huma eliġibbli għal għajnuna diretta tal-UE. Bidwi huwa definit bħala persuna naturali jew legali li teżerċita attività agrikola. Attività agrikola hija definita biex tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli li jinkludu l-ħsad, il-ħlib, it-tgħammir tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għal skopijiet tal-biedja jew iż-żamma tal-art f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC).

 

5.6.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiddisponi li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxi ħtiġijiet minimi għall-GAEC abbażi tal-qafas stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-UE. F'dak li għandu x'jaqsam mal-art għall-mergħa l-istandards iffissati mil-leġiżlazzjoni tal-UE jeħtieġu rati minimi tal-istokk tal-annimali u/jew reġimi xierqa biex jassiguraw livell mimimu ta' żamma u jevitaw it-tħassir tal-ambjent naturali.

5.6.

Fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa ġie deċiż li sa mill-1 ta' Jannar tal-2009 ir-rata tal-irjus għal bhejjem issir fakultattiva.

5.7.

Il-ħtieġa li l-art tinżamm f'GAEC huwa stabbilit fil-kuntest tal-cross-compliance li tapplika kemm għall-SPS u kif ukoll għas-SAPS. Fejn m'hemmx konformità mal-ħtiġijiet tal-GAEC l-għajnuna diretta għandha titnaqqas jew tkun ikkanċellata skont il-cross-compliance (7).

 

5.8.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jiffinanzja n-nefqa għall-Iżvilupp Rurali li tkopri għadd kbir ta' miżuri bħal skemi agri-ambjentali, ammonti ta' kumpens għall-agrikoltura f'żoni anqas vantaġġati, investimenti f'irziezet, u infrastruttura f'żoni rurali (10 527 miljun euro).

 

5.9.

L-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi u kif ukoll is-Saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur huma ġestiti mill-Kummissjoni permezz ta' sistemi ta' kontroll speċifiċi. Dawn ikopru miżuri favur is-saħħa pubblika, l-ambjent, il-benesseri tal-annimali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd u l-Fond Ewropew għas-Sajd (1 658 miljun euro).

 

L-ambitu tal-verifika

5.10.

Sabiex tikseb garanzija raġonevoli fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE, il-Qorti ttestjat kampjun uniku, rappreżentattiv, statistiku ta' 204 tranżazzjonijiet li jkopru n-nefqa kollha trattata f'dan il-kapitolu (ara l-paragrafu 5.1) u evalwat is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Deskrizzjoni tal-ambitu tal-verifika u l-metodoloġija tad-DAS hija mogħtija fil-Kapitolu 1.

 

5.11.

Fir-rigward tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll, il-Qorti eżaminat l-affidabbiltà tas-sistemi applikabbli għal-klejms tal-FAEG f'aġenziji ta' pagament magħżula f'erba' Stati Membri li qegħdin japplikaw l-Iskema ta' Pagament Uniku skont l-Erja (SAPS) - il-Bulgarija, l-Estonja, il-Polonja, ir-Rumanija - u f'erba' Stati Membri li qegħdin japplikaw l-Iskema ta' Pagament Uniku (SPS): il-Belġju (ir-Reġjun ta' Vallonja), Spanja (il-Katalunja), is-Slovenja u r-Renju Unit (l-Iskozja). Wieħed għandu jinnota li għall-Bulgarija u għar-Rumanija, l-2008 kienet l-ewwel sena agrikola sħiħa ta' applikazzjoni. Għan-nefqa fuq l-Iżvilupp Rurali, il-Qorti ttestjat is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fir-Repubblika Ċeka, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja, fl-Ungerija u fil-Portugall. Il-Qorti vverifikat ukoll is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għall-Fond Ewropew għas-Sajd.

 

5.12.

Barra minn hekk, il-Qorti rrevediet 62 miċ-ċertifikati u r-rapporti tal-korpi ta' ċertifikazzjoni relatati ma' 57 aġenzija ta' pagament (8). Għal tmien aġenziji ta' pagament oħrajn b'ċertifikati kkwalifikati, ġew eżaminati r-raġunijiet għal dan.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.13.

Abbażi tar-riżultati tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li għall-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika meħud bħala ħaġa waħda l-valur meqjus tar-rata ġenerali ta' żball huwa ftit taħt il-grad ta' materjalità ta' 2 %. In-nefqa tal-Iżvilupp Rurali għadha milquta minn livell ogħla ta' żball milli l-FAEG, għalkemm il-livell ta' żball meqjus huwa inqas minn tas-snin preċedenti.

5.13.

Il-Kummissjoni hi sodisfatta bil-valutazzjoni ġenerali pożittiva u taqbel mal-fehma tal-Qorti li n-nefqa fl-iżvilupp rurali qed tiġi affettwata minn inċidenza ogħla ta’ żbalji, imma tinnota b’sodisfazzjon li r-rata tal-iżbalji qed tonqos f’dan il-qasam.

5.14.

Minn 204 tranżazzjonijiet eżaminati, 66 (32 %) kienu milquta minn żball. 45 (48 %) tal-iżbalji kienu kwantifikabbli u laqtu l-aktar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni. Ir-riżultat tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet ibbażat fuq kampjun qiegħed fl- Anness 5.1 . Il-klassifikazzjoni tal-iżbalji tal-Qorti hija spjegata fil-Kapitolu 1. Eżempji tat-tipi differenti ta' żbalji li nstabu qegħdin hawn taħt.

 

5.15.

Ir-Rapport ta' Attività Annwali tad-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura fih riservi fir-rigward tan-nefqa taħt il-Programm SAPARD fil-Bulgarija u fir-Rumanija u għall-miżuri ta' Żvilupp Rurali taħt il-Linja 2 (it-titjib tal-ambjent u tal-kampanja) (9). Ir-Rapport ta' Attività Annwali tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE) fih ukoll riserva dwar nefqa taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (10).

 

L-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali

5.16.

Fil-FAEG, minn 151 tranżazzjoni meħudin bħala kampjun, 42 (28 %) kienu milquta minn żbalji. 30 (54 %) tal-iżbalji kienu kwantifikabbli. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-FAEŻR, minn 42 tranżazzjoni meħudin bħala kampjun, 17 (40 %) kienu milquta minn żbalji. 11 (55 %) mill-iżbalji kienu kwantifikabbli. Iżda, dawn l-iżbalji huma relattivament żgħar f'temini finanzjarji.

 

5.17.

Fil-verifika tagħha tal-FAEG, il-Qorti sabet żbalji ta' eliġibbiltà  (11)fil-pagamenti tas-SAPS lil benefiċjarji li ma kinux jissodisfaw id-definizzjoni ta' bidwi peress li ma kienu wettqu l-ebda attività agrikola u lanqas ma żammu l-art f'GAEC (ara l-paragrafu 5.46).

5.17.

Il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ bidwi li tirreferi għaliha l-Qorti fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa. Hi pproponiet li l-Istati Membri għandhom jeskludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-iskemi diretti ta’ ħlasijiet li l-oġġetti tagħhom tan-negozju ma jikkonsistux f’attivitajiet agrikoli jew li l-attivitajiet tagħhom ta’ agrikoltura huma insinjifikanti. Madankollu, il-Kunsill għamel din id-dispożizzjoni fakultattiva għall-Istati Membri (Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009). Fir-rigward tal-kwistjoni li tirreferi għaliha l-Qorti, taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008 persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu qed iwettqu attività agrikola jew ikunu qed iżommu art f’kundizzjoni agrikola tajba (KAT) huma intitolati biex jirċievu ħlasijiet SAPS.

Eżempju

Benefiċjarju għamel klejm taħt SAPS f'isem għadd ta' bdiewa li jużaw art komuni proprjetà tal-muniċipalità lokali. Il-pagament ingħata lil dak li għamel il-klejm, li ddikjara li mbagħad huwa qasmu ma' dawn il-bdiewa fuq bażi pro rata skont l-għadd ta' annimali miżmuma. Intgħażlu tmien pakketti tal-art sabiex jitkejlu; kollha kienu ġew iddikjarati bħala art għall-mergħa permanenti fl-2007. L-ebda pakkett ta' art minn dawn ma kellu traċċa li kien hemm xi annimali jirgħu fih jew inkella li nħasad għal bosta snin. Arbuxxelli u felċi għattew ħafna miż-żoni u veġetazzjoni selvaġġa u twila għattiet il-bqija. Il-pakketti tal-art kollha li ġew murija kienu kkunsidrati bħala abbandunati u mhux eliġibbli għall-għajnuna.

Muniċipalitajiet ibbenefikaw minn pagamenti SAPS għal art għall-mergħa li kienet użata mill-bdiewa lokali biex jirgħu l-annimali tagħhom. Parti mill-art tintuża għar-rimi taż-żibel.

Eżempju  (12)

Wara d-diżakkoppjament tal-ħlasijiet diretti, ma tkun meħtieġa l-ebda attività agrikola speċifika; hu biżżejjed li l-bidwi jirrispetta kundizzjonijiet agrikoli tajbin (KAT). Taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli hu f’idejn l-Istat Membru biex jiddefinixxi dak li jikkostitwixxi kundizzjonijiet agrikoli tajbin (KAT). L-Istat Membru kkonċernat stabbilixxa kriterji fir-rigward tar-rispett lejn il-KAT imma, kif permess mill-qafas tal-UE, dawn il-kriterji ma jinkludux l-obbligu tar-rigħi jew il-ħsad.

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu attività agrikola jew iżommu art f’kundizzjoni agrikola tajba (KAT) huma intitolati li jirċievu ħlasijiet SAPS. Peress li l-art kienet miżmuma f’KAT, il-muniċipalitajiet ikkonċernati kienu intitolati li jirċievu ħlasijiet SAPS.

Sa fejn ingħatat għajnuna għal art li ma kentix eliġibbli, dan se jkun segwit fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal 5.49.

5.18.

Fil-FAEŻR, dwar l-eliġibbiltà, il-Qorti sabet każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' kundizzjonijiet speċifiċi relatati mal-għajnuna għall-miżuri agri-ambjentali u tal-foresta; u żoni ineliġibbli klejmjati taħt miżuri agri-ambjentali.

5.18.

B’mod ġenerali s-sejbiet tal-Qorti se jkunu segwiti permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Eżempju

Ingħata appoġġ għal impenji agri-ambjentali rigward il-bini ta' sies madwar art għall-mergħa u t-tindif ta' biċċa mill-art mgħottija parzjalment b'arbuxelli. L-objettiv tal-azzjoni kien li jinħolqu meded akbar għal mergħa estensiva, peress li, minħabba l-kwalità ħażina tal-ħamrija, il-konċentrazzjoni ta' frat fiż-żoni eżistenti li tnaddfu kienet qiegħda taffettwa ħażin it-tiġdid tal-ħaxix minħabba mergħa eċċessiva. L-awdituri tal-Qorti sabu li ż-żona li tneħħew l-arbuxelli minnha ma kinitx tikkorrispondi għal kollox maż-żona li għaliha ġiet applikatat l-għajnuna u kienet ftit inqas mit-total ikklejmjat. Għaldaqstant, il-benefiċjarju kien intitolat biss għal madwar 90 % tal-ammont imħallas. Barra dan, sanzjoni ta' 18 % hija applikabbli f'dan il-każ.

 

5.19.

F'termini ta' żbalji ta' preċiżjoni  (13)fil-FAEG, il-maġġoranza tal-iżbalji li sabet il-Qorti għandhom x'jaqsmu ma' dikjarazzjonijiet żejda ta' erja klejmjata, u dawn wasslu għal pagament żejjed.

5.19.

Eżempju

Instabet dikjarazzjoni żejda (35 %) l-aktar dovuta għall-fatt li l-bidwi ddikjara l-ettari kollha minflok l-erja użata fir-realtà. Kien hemm ukoll xi żoni żgħar ineliġibbli li kien imisshom tnaqqsu. Diskrepanza daqstant kbira (8 ettari minn 23 imkejla) għandha tirriżulta f'annullament tal-pagament tas-SAPS.

Eżempju

Nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri dwar il-ħlasijiet SAPS ikunu segwiti fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

5.20.

Fil-FAEŻR, f'termini ta' preċiżjoni, il-Qorti sabet żbalji ta' kalkolazzjoni mhux korretta tal-ispejjeż eliġibbli u tal-ammont pagabbli; dikjarazzjonijiet żejda tal-erja klejmjata; u n-nuqqas ta' osservanza tal-ammont minimu għal kull ettaru previst mir-regoli Komunitarji.

5.20.

Fir-rigward ta’ sejbiet ta’ dikjarazzjonijiet żejda, il-Kummissjoni taqbel mas-sejbiet tal-Qorti.

Eżempju

Minħabba l-limitazzjoni tal-fondi disponibbli skont il-pjan ta' finanzjament tal-programm tal-iżvilupp rurali kkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali ma setgħux iħallsu lill-bdiewa f'żoni żvantaġġati l-ammont minimu għal kull ettaru meħtieġ mir-regoli Komunitarji.

 

5.21.

Fil-FAEŻR, il-Qorti sabet żball ta' okkorrenza  (14)minħabba li ma twettqux ix-xogħlijiet kollha ffinanzjati.

 

Eżempju

Waħda mit-tranżazzjonijiet fil-kampjun kellha x'taqsam ma' għajnuna mogħtija lil muniċipalità biex tiksi trejqa fil-kampanja bl-asfalt. Madankollu, minħabba li kien hemm bidwi li rrifjuta li jgħaddu minn fuq l-art tiegħu, xi tmienja fil-mija tat-trejqa ma nksitx bl-asfalt. Minflok, il-kuntrattur intalab jiksi bl-asfalt xi aċċessi għal pakketti ta' art li kienu jinsabu tul it-trejqa. Minħabba li l-proġett ma ġiex emendat b'mod formali, il-Qorti tikkunsidra li l-muniċipalità, għalkemm ħallset il-prezz totali tax-xogħlijiet li saru fit-triq, kienet intitolata biss għal madwar 90 % tal-għajnuna totali rċevuta.

 

5.22.

Rigward tipi ta' żbalji oħrajn li ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta' eliġibbiltà, ta' preċiżjoni u ta' okkorrenza, il-Qorti sabet, fil-FAEG, li l-produtturi ma ġabrux it-taxxi fuq il-ħalib, li r-reġistri tal-annimali ma ġewx aġġornati u li d-databases ma kinux operattivi. Barra dan, pagament ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni sar tliet snin tard wisq mill-Istat Membru. Fil-FAEŻR, il-Qorti ma setgħetx tidentifika, f'żewġ Stati Membri, il-konfini ta' ċerti pakketti ta' art li għalihom tħallset għajnuna mill-UE. Barra minn hekk, il-Qorti tinnota li ċerti żbalji serji li ma setgħux jiġu kkwantifikati u li ssemmew fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjara 2007 għadhom jippersistu (ara l- Annex 5.2 ).

5.22.

Il-Kummissjoni taf bil-problemi fir-reġistri tal-annimali u l-problemi fil-bażijiet tad-dejta tal-Identifikazzjoni u r-Reġistrazzjoni tal-Annimali u dawn huma suġġetti għall-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Il-kwistjoni tas-“Sussidji fuq ir-rati tal-interessi”, indikata mill-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha tal-2007, kienet segwita mill-Kummissjoni. L-Istat Membru introduċa sistema amministrattiva ġdida li mill-2008 'il quddiem tagħmilha aktar faċli biex tintraċċa s-self mill-bank sal-benefiċjarju finali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ir-riżultati tal-verifiki riċenti mwettqa mill-Istat Membru biex jiġi ddeterminat l-impatt finanzjarju tal-perjodi preċedenti tal-ipprogrammar.

Eżempju

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (15)l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iħallsu t-taxxa fuq il-ħalib u għandhom jiġbruha mingħand il-produtturi. Kwalunkwe flus miġbura, flimkien mal-imgħax fil-każ ta' pagament tard tat-taxxa, għandhom jinżammu mill-awtoritajiet nazzjonali. L-Italja ħallset it-taxxa għall-produtturi kollha kkonċernati (174,5 miljun euro) iżda rnexxielha tiġbor 21,5 miljun euro biss mingħandhom. Fil-każ ivverifikat mill-Qorti, il-produttur bħalissa għandhu jagħti 614 157 euro u 5 244 euro f'imgħaxijiet għall-kampanji mill-1995/1996.

Eżempju

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas tal-imposta fuq il-ħalib lill-baġit tal-Komunità bħala dħul assenjat. L-Italja ħallset l-ammonti korrispondenti tagħha, bil-konsegwenza li mhemmx telf għall-baġit tal-Komunità. Minbarra dan, l-Italja hi involuta f’azzjonijiet ta’ rkupru kontra dawk il-produtturi, inkluż il-produttur li qed jissemma', li għadhom ma ħallsux l-imposta dovuta u, f’dan il-kuntest, qed tiċċarġja l-interessi fuq l-ammonti pendenti kif mitlub mir-regoli applikabbli tal-Komunità. Il-proċedura tal-irkupru li trid tiġi segwita hi rregolata mil-liġi nazzjonali u l-Italja hi marbuta b’din il-liġi anke jekk dan iwassal għal dewmien fil-proċess tal-irkupru.

Ambjent, Sajd u Affarijiet Marittimi, u Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur

5.23.

Fir-rigward tal-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, u s-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, minn 11-il tranżazzjoni meħudin bħala kampjun, sebgħa (64 %) kienu milquta minn żbalji. Erbgħa (24 %) mill-iżbalji kienu kwantifikabbli.

5.23.

Fir-rigward tal-Protezzjoni tas-Saħħa u l-Konsumatur, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-Qorti (ara t-tweġiba għal 5.26).

Fir-rigward tas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, mis-7 tranżazzjonijiet li ttieħdu bħala kampjun, 4 kienu affettwati mill-iżbalji, li minnhom 2 kienu kwantifikabbli.

Fir-rigward tal-Ambjent ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għal 5.24.

5.24.

Fir-rigward tal-istrument LIFE (16), il-Qorti sabet nuqqasijiet fil-proċeduri pubbliċi ta' sejħa għall-offerti u żbalji fil-pagamenti minħabba nuqqas ta' dokumenti ta' appoġġġ u kif ukoll kalkolu żbaljat tal-ispejjeż tal-persunal.

5.24.

Is-sejbiet mill-Qorti għandhom x’jaqsmu ma’ ħlasijiet li m’għandhomx karattru definittiv u jkunu magħmula abbażi ta’ assigurazzjoni raġonevoli li l-kundizzjonijiet għal dawn il-ħlasijiet ikunu ssodisfati. Dokumenti ta’ appoġġ għall-ispejjeż iddikjarati ġeneralment ma jkunux eżaminati f’dan l-istadju u huma mitluba biss mar-rapport finali. Il-Kummissjoni għalhekk normalment tinduna bi kwalunkwe żball, u tikkoreġih, qabel ma jsir l-aħħar ħlas.

Eżempju

F'każ wieħed, kien hemm nuqqas totali tal-proċedura pubblika ta' sejħa għall-offerti u f'każ ieħor, ditta li kienet involuta fl-abbozzar tas-sejħa pubblika għall-offerti għall-benefiċjarju rebħet l-istess sejħa għall-offerti, minkejja l-parir legali kontra l-ammissjoni ta' din il-kumpanija. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ma ddikjarax l-imgħax li rċieva fuq il-pre-finanzjament.

 

5.25.

Rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS), il-Qorti sabet spejjeż ineliġibbli għall-immodernizzar ta' bastimenti tas-sajd u spejjeż ta' sottokuntrattar ineliġibbli għall-impjegati.

5.25.

Il-Kummissjoni meta kienet qed tiddeċiedi fuq il-ħlasijiet tagħha lill-Istati Membri kkonċernati ma kenitx mgħarrfa bi żablji possibbli identifikati mill-Qorti li kienu saru fil-livell tal-benefiċjarju finali. Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ta’ kontroll u twettaq attivitajiet ta’ verifika eks post biex tivverifika li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri qed jaħdmu b'mod effettiv biex żbalji bħal dawn jiġu evitati.

Eżempju

Ġew ikklejmjati spejjeż għat-tibdil ta' tagħmir tas-sajd li kienu esklużi b'mod speċifiku mir-regolament (17).

Eżempju

Il-Kummissjoni tnaqqas ammonti ineliġibbli minn pretensjonijiet ta’ nfiq sussegwenti (jekk ikun għad hemm x’jiġi sottomess) jew l-aktar tard qabel l-għeluq tal-programm.

5.26.

Rigward il-monitoraġġ tal-Enċefalopatija Sponġiforma Li Tittieħed (TSE), l-ispejjeż tat-testijiet qabżu, f'ċerti każijiet, il-limiti massimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u xi annimali kienu taħt il-limitu tal-età.

5.26.

Il-Kummissjoni tqis li l-limitu għall-ispejjeż tat-testijiet għandu japplika fil-livell nazzjonali.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Il-qasam tal-politika agrikola u l-iżvilupp rurali

Sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.27.

Fir-rigward tan-nefqa fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-sistema ta' kontroll prinċipali sabiex tiżgura r-regolarità tat-tranżazzjonijiet hija s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) (18).

 

5.28.

L-IACS tikkonsisti, f'kull Stat Membru, minn database ta' ishma agrikoli u applikazzjonijiet, minn sistemi għall-identifikazzjoni ta' pakketti agrikoli u għar-reġistrazzjoni ta' annimali fil-każ ta' primjums akkoppjati kif ukoll minn reġistru ta' intitolamenti f'dawk l-Istati Membri li jimplimentaw l-SPS. Is-sistema tiddisponi minn bosta kontrolli ta' eliġibbiltà: kontroll amministrattiv tal-klejms kollha, cross-checks ma' databases sabiex jevitaw li l-istess art jew annimal jiġi ddikjarat darbtejn u rata minima ta' 5 % ta' spezzjonijiet fir-razzett li għandhom isiru mill-aġenziji ta' pagament.

 

5.29.

L-IACS tkopri l-iskemi ewlenin ivverifikati fuq il-livell tal-Istat Membru ffinanzjati mill-FAEG, jiġifieri l-SPS u s-SAPS. Fil-każ tal-FAEŻR, u b'mod partikolari għaż-żoni agri-ambjentali u dawk inqas vantaġġati, ċerti elementi bażiċi bħas-superfiċje u l-għadd ta' annimali, huma koperti mill-IACS u oħrajn minn kontrolli mfasslin b'mod speċifiku.

 

5.30.

Rigward il-verifika ta' sistemi speċifiċi ta' sorveljanza u kontroll tal-IACS fil-livell tal-aġenziji ta' pagament, il-Qorti evalwat 8 taħt il-FAEG u 7 taħt il-FAEŻR.(ara l-paragrafu 5.11).

 

5.31.

Il-verifika tal-Qorti kopriet kemm il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti, u kif ukoll, l-evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi fir-rigward tal-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. B'mod partikolari, ġew eżaminati l-elementi li ġejjin:

I)

Il-proċeduri amministrattivi u l-kontrolli biex jiżguraw ħlas korrett inkluża l-kwalità tad-databases.

II)

Is-sistemi ta' kontroll ibbażati fuq kontrolli fuq il-post.

III)

Is-sistema biex tiżgura l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-cross-compliance.

 

5.32.

B'mod ġenerali, ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-kampjun tal-FAEG li jgħaddu mill-IACS jindikaw li hija sistema ta' kontroll effettiva. Il-Qorti sabet li għal ħamsa mit-tmien aġenziji ta' pagament ivverifikati, is-sistemi ta' kontroll fis-seħħ kienu kompletament effettivi jew inkella parzjalment effettivi. Instabu nuqqasijiet importanti fl-applikazzjoni ta' elementi ewlenin tas-sistema fir-Renju Unit (l-Iskozja), fil-Bulgarija u fir-Rumanija. Għaldaqstant, il-Qorti tqis li l-IACS f'dawn l-Istati Membri mhijiex effettiva biex tiżgura r-regolarità tal-pagamenti. Fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet nazzjonali rrapportati lill-Kummissjoni (19)huma konformi mal-evalwazzjoni tal-Qorti.

5.32.

Il-Kummissjoni tagħraf li hemm nuqqasijiet fl-IACS fir-Renju Unit (L-Iskozja) imma ma tikkunsidrax li dawn irendu s-sistema bla effett għar-raġunijiet imniżżla hawn taħt:

Id-duplikazzjoni tal-pakketti ta' referenza fl-LPIS hi limitata ħafna għaliex tikkonċerna biss 0,3 % tal-art eliġibbli (potenzjalment 15 000 ha minn 4,5 miljun ha ddikkjarati). Qed issir analiżi tal-konsegwenzi finanzjarji potenzjali inkluż l-irkupru tal-ammonti mhux dovuti tal-perjodu preċedenti (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal punt 5.36).

Fir-rigward tal-kalkolu tas-sanzjonijiet, nuqqasijiet simili instabu fi Stati Membri oħra u qed jiġu segwiti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-qabża potenzjali tal-limitu tar-Renju Unit għall-intitolamenti attribwiti, tittieħed azzjoni taħt il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-IACS fil-Bulgarija u r-Rumanija, kif indikat mill-Qorti f’punt 5.11, is-sena baġetarja 2008 kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ applikazzjoni wara l-adeżjoni ta’ dawn l-Istati Membri. In-nuqqasijiet li nstabu mill-Qorti kienu ġew żvelati diġà mill-verifiki tal-Kummissjoni fl-2008 u għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-kwalità tas-sistema tal-Identifikazzjoni tal-Pakketti tal-Art (LPIS) u l-kwalità u n-numru tal-verifiki fuq il-post. Dawn kienu żvelati fir-Rapport tal-Attività Annwali tal-2008 tad-DĠ AGRI u qed jiġu segwiti permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet b’mod komprensiv u f’waqtu, iż-żewġ Stati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, stabbilew pjanijiet ta' azzjoni fl-2009.

5.33.

Rigward is-seba' sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-FAEŻR vverifikati, il-Qorti sabet li s-sistemi huma parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti.

 

5.34.

Is-sejbiet ewlenin tal-verifika tal-Qorti huma deskritti fil-paragrafi li ġejjin. Fl- Anness 5.1 hemm tabella sinottika bl-evalwazzjoni tal-Qorti għal kull Stat Membru.

 

I)   Proċeduri amministrattivi u kontrolli sabiex jiżguraw ħlas korrett inkluża l-kwalità tad-databases

5.35.

Skont id-dispożizzjonijiet legali (20), għandhom isiru verifiki amminstrattivi tal-applikazzjonijiet kollha għal klejms għall-għajnuna u għall-pagament, u dawn għandhom ikopru l-elementi kollha li huma possibbli u xierqa li jiġu kkontrollati permezz ta' mezzi amministrattivi. Il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu cross checks kull fejn huwa possibbli u xieraq, fost l-oħrajn ma' data mill-IACS. Il-verifika tal-Qorti vverifikat il-kwalità tad-databases kif ukoll l-adegwatezza ta' tali verifiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' anomaliji u fit-teħid ta' azzjoni korrettiva. In-nuqqasijiet ewlenin li nstabu fis-sistemi huma elenkati hawn taħt.

 

FAEG

5.36.

Is-Sistema ta' Identifikazzjoni ta' Pakkett ta' Art (LPIS) hija database li fiha l-erja agrikola kollha tal-Istat Membru tiġi rreġistrata. L-effettività tal-kontrolli amministrattivi biex tistabbilixxi l-eliġibbiltà tal-uċuh tiddependi fuq il-kwalità tal-informazzjoni rreġistrata fl-LPIS. Il-Qorti sabet nuqqasijiet sostanzjali fl-LPIS f'żewġ Stati Membri li jaffettwaw b'mod serju l-effiċjenza tal-cross checks amministrattivi (BG, UK). Fi Stat Membru wieħed, il-Qorti sabet ukoll li ma kienx hemm limitu adegwat fuq pagament ibbażat fuq orto-ritratti (PL). Fi Stat Membru ieħor (ES) żoni ineliġibbli (art tal-mergħa parzjalment msaġġra u/jew muntanjuża bil-blat) kienu aċċettati għall-pagament minħabba l-koeffiċjenti ġenerużi applikati.

5.36.

Fir-rigward tar-Renju Unit (L-Iskozja), il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għal 5.32. Il-Kummissjoni qed tipprovdi segwitu xieraq permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Sa fejn jidħlu l-Polonja u Spanja, il-Kummissjoni taf bin-nuqqasijiet u qed isir segwitu permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-Bulgarija, ara hawn taħt.

Eżempju

Fil-Bulgarija l-LPIS ma fihiex l-erja eliġibbli preċiża tal-pakketti ta' referenza. Kull pakkett ta' referenza huwa klassifikat skont waħda mill-ħames firxiet ta' perċentwali ta' eliġibilità. Iż-żjarat fuq il-post imwettqa mill-awdituri wrew li l-firxiet ta' perċentwali ta' eliġibilità indikati fl-LPIS ma kinux affidabbli. Barra minn hekk, l-erja massima eliġibbli maħduma fuq il-bażi tal-perċentwali ta' eliġibilità indikati fl-LPIS m'għandhomx effett ta' limitu fuq l-erja totali aċċettata għall-pagament. Fl-aħħarnett, ġie osservat li wara s-sena tal-klejm 2007, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ttrasferew pakketti ta' referenza minn “użu agrikolu ieħor” u “użu mhux agrikolu” għal kategoriji ta' użu tal-art oħrajn b'perċentwali ogħla ta' eliġibilità.

Eżempju

Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni li l-LPIS teħtieġ titjib ulterjuri. Il-pjan ta’ azzjoni msemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-punt 5.32 se jindirizza n-nuqqasijiet identifikati.

Fir-Renju Unit (l-Iskozja), instab li l-LPIS kellha aktar minn 12 000 pakkett ta' referenza sovraposti fuq xulxin, u dan irriżulta f'pagamenti doppji tal-SPS għal madwar 15 000 ettaru.

Il-problema hi limitata ħafna. Qed issir analiżi tal-konsegwenzi finanzjarji potenzjali inkluż l-irkupru tal-ammonti mhux dovuti tal-perjodu preċedenti (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal punt 5.32).

5.37.

Database ta' intitolamenti affidabbli hija prerekwiżit għal pagamenti tal-SPS korretti lil benefiċjarji individwali fl-ewwel sena u fis-snin sussegwenti kollha. Il-valur totali tal-intitolamenti kollha allokati lill-bdiewa għandu jirrispetta l-limitu massimu nazzjonali li tiddisponi l-leġiżlazzjoni tal-UE (21). Il-Qorti sabet każijiet ta' data differenti miżmuma fuq livell nazzjonali u reġjonali dwar il-parti komponenti rilevanti tal-limitu massimu nazzjonali (ES); u database ta' intitolamenti mhux kompluta, mhux preċiża u mhux aġġornata (UK).

5.37.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha għall-punt 5.32.

Eżempju

Ir-Renju Unit qasam il-limitu massimu nazzjonali tiegħu għall-allokazzjoni ta' intitolamenti ta' ħlas f'erba' sotto-limiti massimi, wieħed għal kull aġenzija reġjonali ta' pagament. Waħda mill-aġenziji ta' pagament reġjonali qabżet is-sotto-limitu massimu tagħha b'aktar minn 25 miljun euro, li jirrappreżenta 4 % tas-sub-limitu massimu tal-Iskozja. L-awtoritajiet irrapportaw li l-limitu massimu nazzjonali nqabeż bi 2,8 miljun euro biss għax ġie rrapportat li aġenzija reġjonali ta' pagament oħra baqgħet ferm taħt is-sotto-limitu massimu tagħha. Il-Qorti ma setgħetx tivverifika l-valur totali tal-intitolamenti għal din l-aġenzija reġjonali ta' pagament minħabba li d-database mhijiex affidabbli - mhijiex kompluta, mhijiex preċiża jew mhijiex aġġornata, b'aktar minn 1 200 każ ta' intitolamenti li fihom diskrepanzi li għandhom jiġu ċċarati.

Eżempju

L-eċċess fuq il-limitu ta’ 2,8 miljun euro rrappurtat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jirrappreżenta 0,1 % tal-limitu nazzjonali. Il-kwistjoni qed tiġi segwita permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

5.38.

Fir-rigward tal-korretezza tal-pagamenti, il-Qorti sabet nuqqasijiet sostanzjali fi Stat Membru minnhom li wasslu għal każijiet fejn art ġiet ikklejmjata minn muniċipalitajiet f'isimhom stess u dawn ma qassmux l-għajnuna lil dawk li ħadu l-annimali tagħhom jirgħu fuq l-art u żammew l-art f'GAEC (RO); pagamenti doppji u pagamenti żejda u kif ukoll applikazzjoni inkorretta tal-kunċett tal-“iżball ovvju” (22)(RO). Il-Qorti sabet ukoll żbalji ta' kalkolazzjoni sistematika żbaljata tal-għajnuna meta l-persuni jiddikjaraw żona iżgħar ta' art imwarrba milli intitolamenti miżmuma mwarrba jew fejn id-dikjaranti nstab li kellhom inqas ettari eliġibbli milli ddikjarati u miżmuma ta' valuri differenti (BE, UK, ES, SI);

5.38.

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-muniċipalitajiet li qed jirċievu l-ħlasijiet SAPS, qed issir referenza għat-tweġiba tal-Kummissjoni taħt punt 5.17.

Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ ħlasijiet doppji u żejda fir-Rumanija, l-aġenzija Rumena tal-ħlasijiet ikkwantifikat il-problema u qed tieħu azzjonijiet biex tirrimedja fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li fl-2007 ir-Rumanija applikat korrettement il-kunċett ta’ żball ovvju.

Il-Kummissjoni taf bil-problemi relatati mal-kalkolu tal-ħlasijiet fi Spanja, is-Slovenja u r-Renju Unit u dawn huma suġġetti diġà għall-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Għall-Belġju, l-informazzjoni li waslet tindika li l-proċedura applikata għall-kalkolu tal-għajnuna fil-każijiet imsemmija mill-Qorti wasslet għal differenzi fl-ammonti ta' għajnuna li ngħatat li ma kkawżat l-ebda telf għall-baġit tal-Komunità.

Eżempju

Fir-Rumanija aktar minn 5 500 bidwi bbenefikaw minn pagamenti doppji/żejda għal ammont totali ta' 2,2 miljun euro. F'xi każijiet fejn il-bidwi talab tnaqqis jew irtirar tal-erja fir-rigward ta' pakketti li għalihom, il-cross checks amministrattivi kienu wrew eċċess fil-pakkett ta' referenza, dawn it-talbiet ġew aċċettati mingħajr l-applikazzjoni ta' penali li jmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-UE. L-Istat Membru applika wkoll il-kunċett ta' żball ovvju b'mod inkorrett meta aċċetta li eċċessi fl-erja tal-pakkett ta' referenza setgħu jiġu trasferiti lil pakketti ta' referenza oħrajn. Saru 64 000 korrezzjoni ta' żball ovvju b'dan il-mod.

Eżempju

L-aġenzija Rumena tal-ħlasijiet indunat bil-problema hi stess u qed tieħu azzjonijiet ta’ rimedju fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tagħha.

FAEŻR

5.39.

Is-sistemi ta' kontroll ibbażati fuq kontrolli amministrattivi ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (23)għal kull tip ta' miżura ta' żvilupp rurali approvata matul il-perijodu ta' programmar 2007-2013. Sistemi simili japplikaw għal miżuri ta' żvilupp rurali approvati matul il-perijodu ta' programmar preċedenti.

 

5.40.

Filwaqt li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) tinkludi sistema ta' identifikazzjoni ta' pakketti agrikoli, din ma tinkludix pakketti ta' foresti u ta' msaġar. Madankollu, dawn il-pakketti jistgħu jkunu eliġibbli għal miżuri speċifiċi ta' l-Iżvilupp Rurali. Kontrolli amministrattivi bbażati fuq din is-sistema ta' identifikazzjoni f'xi każijiet instabu li ma kinux affidabbli għal kollox fejn pakketti tal-foresta kienu għadhom irreġistrati fil-IACS bħala pakketti agrikoli (ES), u insuffiċjenti f'każijiet oħra fejn żoni ta' msaġar jew inkella żoni mhux ikkultivati kienu eliġibbli għall-għajnuna tal-iżvilupp rurali (IT).

5.40.

Skont Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006, għandhom jiġu stabbiliti sistemi alternattivi xierqa biex jidentifikaw unikament l-art, bħall-art tal-foresti li tirċievi ħlasijiet agriambjentali.

5.41.

Il-verifika sabet ukoll nuqqasijiet li jikkonsistu f'dokumenti ta' sostenn mhux adegwati (HU, PT), kontrolli amministrattivi mhux preċiżi jew mhux dokumentati biżżejjed (PT, IT, IE), reġistrazzjoni inkorretta ta' data u żbalji fil-kalkolazzjoni (IT, PT).

 

II)   Sistemi ta' kontroll ibbażati fuq kontrolli fuq il-post

5.42.

Skont id-dispożizzjonijiet legali (24), l-Istati Membri għandhom, kull sena, jagħmlu kontrolli fuq il-post li jkopru mill-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha. L-għadd ta' kontrolli fuq il-post għandu jiżdied jekk irregolaritajiet sinifikanti huma żvelati. Il-verifika tal-Qorti ffokat fuq l-adegwatezza tal-proċeduri tal-analiżi tar-riskju biex jintgħażlu benefiċjarji għal tali kontrolli, il-kwalità tal-kontrolli u l-adegwatezza tal-korrezzjonijiet magħmula. L-analiżi tal-proċeduri kif ukoll it-twettiq mill-ġdid tal-kontrolli mill-Qorti sabu nuqqasijiet speċifiċi fil-kontrolli fuq il-post.

 

5.43.

Fl-FAEG, il-Qorti identifikat żoni jew pakketti ineliġibbli li jmisshom ġew esklużi mill-ispetturi nazzjonali u sabet li r-rata ta' spezzjoni obbligatorja ma ġietx issodisfata (BG). Minħabba rata għolja ta' irregolaritajiet misjuba fil-kampjun inizjali ta' spezzjonijiet ta' 5 % l-Bulgarija kellha żżid il-kampjun tagħha b'ħames darbiet (25)imma kisbet biss kopertura ta' 10,1 %. Hija aċċettat ir-riżultati tar-remote sensing mingħajr ma wettqet reviżjoni tal-kwalità. Barra dan, il-Qorti spezzjonat 34 pakkett li kien irrappurtat, mis-servizzi lokali tal-Ministeru tal-Agrikoltura, li kienu eliġibbli u sabet li 12 minnhom kienu miksija kompletament b'arbuxelli u siġar u ma jistgħux jintużaw għall-agrikoltura jew kienu totalment abbundunati għal bosta snin jew l-art kienet tintuża għar-rimi taż-żibel.

5.43.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fl-2007, il-Bulgarija spezzjonat 10,1 % tal-applikazzjonijiet SAPS fuq il-post, lil hinn mir-rara ta’ spezzjonijiet minimi obbligatorji ta’ 5 % imma kien imissha żiedet aktar din ir-rata. Il-Bulgarija qed issegwi kwistjonijiet identifikati mill-Qorti fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tindirizza dawn il-kwistjonijiet skont il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-pakketti spezzjonati, hu f’idejn l-Istat Membru biex jiddefinixxi dak li jikkostitwixxi kundizzjonijiet agrikoli tajbin (KAT). Skont id-definizzjoni stabbilita mill-awtoritajiet Bulgari għas-sena ta' pretensjoni 2007, l-ebda produzzjoni, preżenza ta' annimali jew ħsad ma kienu mitluba li jilħqu l-KAT.

5.44.

Fil-FAEŻR, il-Qorti osservat nuqqasijiet fl-istabbiliment ta' kampjuni ta' benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati fuq il-post abbażi ta' analiżi tar-riskji insuffiċjenti jew mhux aġġornata (CZ, IT, ES, PT). Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni tal-kontrolli f'perijodu ta' żmien limitat, kif osservat f'ċerti Stati Membri (IT, PT), tagħmilha impossibbli li tiġi vverifikata l-konformità ma' impenji speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati matul perijodi oħrajn tas-sena agrikola.

5.44.-5.45.

Nuqqasijiet simili kienu nnutati matul il-verifiki tal-Kummissjoni nnifisha u se jkunu segwiti permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

5.45.

Nuqqasijiet oħrajn kellhom x'jaqsmu ma' każijiet fejn, minkejja li kien hemm rata għolja ta' irregolaritajiet, l-għadd ta' kontrolli ma żdiedx (ES) u każijiet fejn ir-rapporti ta' kontroll kien fihom indikazzjoni jew deskrizzjoni mhux kompluta tal-verifiki mwettqa (IE).

III)   Sistema sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-Cross-compliance

5.46.

Il-cross compliance toħloq rabta bejn il-pagamenti diretti u ċerti pagamenti għall-inbid skont il-FAEŻR mal-konformità mar-regoli relatati mal-ambjent, mas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, mal-benesseri tal-annimali, u maż-żamma ta' art agrikola f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC). Ir-regoli huma stabbiliti f'rekwiżiti ta' tmexxija statutorji (SMRs) u fi standards tal-GAEC. Jekk bidwi ma jirrispettax dawn l-obbligi, il-pagamenti tiegħu jistgħu jitnaqqsu. Il-verifika tal-Qorti vverifikat it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-osservanza tad-dispożizzjonijiet rilevanti mill-benefiċjarji magħżula u evalwat l-applikazzjoni tal-penali li ġew applikati għan-nuqqas ta' konformità.

5.46.

Ir-rispett tal-kriterji tal-kundizzjonalità mill-bdiewa ma jikkostitwix kriterju ta’ eliġibbiltà. Il-bdiewa li ma jirrispettawx dawn il-kriterji huma intitolati li jirċievu ħlasijiet diretti, imma l-ħlasijiet tagħhom huma mnaqqsa meta wieħed jikkunsidra s-severità, il-firxa, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità li nstab kif ukoll in-negliġenza jew il-ħsieb tal-benefiċjarju kkonċernat.

5.47.

Sabiex ikunu eliġibbli għall-għajnuna, il-bdiewa għandhom iwettqu attività agrikola. Attività agrikola hija definita li tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inkluż il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet agrikoli, jew iż-żamma tal-art f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC).

 

5.48.

L-istandards Komunitarji għall-GAEC (26)jipprovdu fost l-oħrajn miżuri xierqa kontra l-erożjoni tal-ħamrija u għaż-żamma tal-art għall-mergħa, li jiġi evitat li tikber veġetazzjoni mhux mixtieqa u rati minimi ta' żamma ta' bhejjem u/jew skemi xierqa. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fuq livell nazzjonali jew reġjonali, rekwiżiti minimi għall-GAEC.

 

5.49.

Il-Qorti sabet nuqqasijiet fir-rigward tad-definizzjoni tal-Istati Membri ta' x'inhu meħtieġ għaż-żamma tal-art f'GAEC b'tali mod li ċerti benefiċjarji jitħallsu għajnuna taħt l-SPS jew is-SAPS mingħajr ma jagħmlu xejn bl-art ikkonċernata.

5.49.

Il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tal-attività tal-biedja li tirreferi għaliha l-Qorti fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa. Hi pproponiet li l-Istati Membri għandhom jeskludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-iskemi diretti ta’ ħlasijiet li l-oġġetti tagħhom tan-negozju ma jikkonsistux f’attivitajiet agrikoli jew li l-attivitajiet tagħhom ta’ agrikoltura huma insinjifikanti. Madankollu, il-Kunsill għamel din id-dispożizzjoni fakultattiva għall-Istati Membri (Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009).

M’hemm l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jimponu rigħi jew ħsad kif tissuġġerixxi l-Qorti fl-eżempji għar-Renju Unit-l-Iskozja, il-Bulgarija u r-Rumanija. Fir-rigward tal-GAEC huwa f’idejn l-Istat Membru li jiddefnixxi l-kriterji fil-qafas tal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fir-Regolament applikabbli tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003. Dawn il-kriterji nazzjonali m’għandhomx joħolqu obbligu li jipproduċu li ma jkunx kompatibbli mar-rekwiżiti tad-WTO.

Eżempju

Fl-Iskozja, l-awtoritajiet aċċettaw li tista' tiġi klejmjata għajnuna taħt l-SPS għal art għall-mergħa selvaġġa (fil-biċċa l-kbira mgħottija bil-ħaxix ħażin u l-felċi) li ma tkun teħtieġ ebda attività agrikola jew ħidma mill-benefiċjarju biex tinżamm f'GAEC (27). Riżultat ta' dan, dikjaranti li xtraw intitolamenti ta' valur għoli u li ma jwettqu l-ebda attività agrikola jikru biċċiet kbar ta' art għal perijodi kull sena b'rati baxxi ħafna (li jvarjaw għall-każijiet eżaminati mill-Qorti bejn 2 euro/ha u 18-il euro/ha) sabiex ikunu attivati l-intitolamenti (li jiswew sa bosta mijiet ta' euro/ha). Din l-art “tinżamm” b'mod naturali, ta' spiss minn ċriev selvaġġi, u l-unika attività li ssir hija kaċċa okkażjonali.

Eżempju

Fil-Bulgarija u fir-Rumanija ngħatat għajnuna SAPS għal art għall-mergħa lil benefiċjarji li la wettqu attività ta' produzzjoni u lanqas attività ta' manutenzjoni. Barra dan, il-Qorti osservat żoni li kienu abbandunati u koperti b'arbuxelli u siġar.

Wara d-diżakkoppjament tal-ħlasijiet diretti, huwa suffiċjenti li l-pakkett agrikolu jkun konformi mal-kundizzjonijiet agrikoli tajbin (KAT) biex il-benefiċjarju jirċievi l-għajnuna. Iż-żewġ Stati Membri kkonċernati stabbilixxew kriterji fir-rigward tar-rispett lejn il-KAT imma, kif permess mill-qafas tal-UE, dawn il-kriterji ma jinkludux l-obbligu tar-rigħi jew il-ħsad (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal 5.17).

5.50.

Benefiċjarji bħal dawn ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' bdiewa. Skont ir-regoli Komunitarji (28)“m'għandu jsir ebda pagament lill-benefiċjarji li jinstabu li ħolqu artifiċjalment, il-kondizzjonijiet mitluba biex jakkwistaw it-tali pagamenti bl-intenzjoni li jiksbu vantaġġ kontra l-għanijiet ta' dik l-iskema ta' appoġġ”.

5.50.

Il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ bidwi li tirreferi għaliha l-Qorti fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa. Hi pproponiet li l-Istati Membri għandhom jeskludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-iskemi diretti ta’ ħlasijiet li l-oġġetti tagħhom tan-negozju ma jikkonsistux f’attivitajiet agrikoli jew li l-attivitajiet tagħhom ta’ agrikoltura huma insinjifikanti. Madankollu, il-Kunsill għamel din id-dispożizzjoni fakultattiva għall-Istati Membri (Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009). Fir-rigward tal-kwistjoni li tirreferi għaliha l-Qorti, taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008 persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu qed iwettqu attività agrikola jew ikunu qed iżommu art f’kundizzjoni agrikola tajba (KAT) huma intitolati biex jirċievu ħlasijiet SAPS.

5.51.

Rigward l-applikazzjoni tal-penali, il-valur totali tas-sanzjonijiet tal-cross-compliance għas-sena ta' klejm 2007 kien ta' 17,5 miljun euro għall-FAEG. Fir-rigward tal-Istati Membri li huma soġġetti għall-verifiki tas-sistemi tal-Qorti, il-perċentwal medju tal-persuni li għamlu klejm u li rċevew sanzjoni għan-nuqqas ta' konformità taħt iż-żewġ Fondi (FAEG u FAEŻR) kien ta' 27 %, li jvarja minn 0 % għar-Rumanija għal 86 % għas-Slovenja.

5.51.

Skont il-figuri disponibbli għall-Kummissjoni u ppubblikati fir-Rapport ta’ Attività Annwali għall-2008, bħala medja fl-UE 27, 16,25 % tal-applikanti kkontrollati għall-għajnuna taħt l-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK kienu suġġetti għal sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità.

5.52.

Il-problemi ewlenin li nstabu għall-Aġenziji ta' Pagament ivverifikati kienu każijiet ta' penali b'rata fissa ta' 1 % applikata ta' spiss għan-nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-GAEC filwaqt li inġenerali huwa meħtieġ tnaqqis fil-pagamenti ta' 3 % (SI); u nuqqas ta' dokumenti ta' appoġġ għall-kalkolazzjoni tal-penali tal-GAEC (PL).

5.52.

Il-Kummissjoni ntebħet b’nuqqasijiet simili f’ċerti Stati Membri u qed taħdem fuqhom fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Sistemi relatati mal-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji

Il-proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet tal-Kummissjoni

5.53.

Minħabba li l-ġestjoni tal-infiq fuq l-agrikoltura hija, fil-maġġoranza tagħha, maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-għajnuna titħallas mill-Istati Membri, li mbagħad jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Dawn ir-rimborżi huma kkunsidrati bħala self, għalkemm jiġu rrapportati bħala pagamenti fir-rendikonti finanzjarji ppreżentati mill-Kummissjoni. Ir-rikonoxximent finali tan-nefqa huwa stabbilit permezz ta' proċedura f'żewġ stadji msejħa l-approvazzjoni tal-kontijiet. Iż-żewġ stadji jikkonsistu f'deċiżjoni finanzjarja annwali u f'deċiżjonijiet ta' konformità multiannwali meħudin mill-Kummissjoni.

5.53.

Ir-rimborsi mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma, skont ir-regoli legali, definiti bħala ħlasijiet ta' kull xhar u mhux bħala avvanzi (29).

Approvazzjoni Finanzjarja

5.54.

Fid-29 ta' April 2009, il-Kummissjoni ħadet tliet deċiżjonijiet ta' approvazzjoni finanzjarja għall-infiq li sar skont il-FAEG, il-FAEŻR u t-TRDI u approvat il-kontijiet tal-aġenziji ta' pagament kollha, ħlief dawk li jidhru fl- Anness 5.3 . Dawn id-deċiżjonijiet huma l-aktar ibbażati fuq ċertifikati pprovduti minn awdituri indipendenti (korpi ta' ċertifikazzjoni). Il-verifika tal-Qorti ma sabet l-ebda nefqa approvata mill-Kummissjoni li kellha tiġi rrifjutata (diżakkopjat) fid-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni finanzjarja.

 

5.55.

Madankollu, id-deċiżjonijiet finanzjarji huma limitati għall-veraċità, il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-aġenziji ta' pagament. Il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti ta' bażi (“kwistjonijiet ta' konformità”) jaqgħu barra mill-ambitu tal-ittestjar sostantiv tal-korpi ta' ċertifikazzjoni u l-klejms għall-għajnuna mill-UE normalment ma jiġux iċċekkjati fuq il-post mill-korpi ta' ċertifikazzjoni. Għalhekk, id-deċiżjonijiet finanzjarji ma jfissrux li l-infiq “approvat” huwa ħieles minn pagamenti irregolari.

5.55.

L-assigurazzjoni tal-verifika mogħtija mhix limitata biss għal kwistjonijiet ta' kontabilità. Kull ċertifikat jipprovdi wkoll opinjoni dwar jekk is-sistema tal-kontroll intern tal-aġenzija tal-ħlas iffunzjonatx b'mod sodisfaċenti għas-sena finanzjarja kkonċernata u f'dan il-kuntest il-kontrolli fuq il-post huma vvalutati wkoll.

Minbarra dan, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu opinjoni separata dwar id-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni pprovduta mid-diretturi tal-aġenziji tal-ħlas kif ukoll analiżi tal-effikaċja tal-kontrolli fuq il-post u l-preċiżjoni tal-istatistika tal-ispezzjoni.

5.56.

Il-Kummissjoni introduċiet regoli ġodda għall-għoti ta' informazzjoni dwar id-debiti (kontijiet tad-debituri) għas-sena finanzjarja 2006 u sussegwentement bidlet dawn ir-regoli b'effett mis-sena finanzjarja 2008 (30). Tibdil ta' dan it-tip għandu jiġi implimentat mill-aġenziji ta' pagament u jinvolvi xogħol sinifikanti f'perijodu ta' żmien ristrett u għalhekk dan jinvolvi riskju ta' dikjarazzjonijiet żbaljati fil-kontijiet tad-debituri. Abbażi tal-eżami tax-xogħol tal-korpi ta' ċertifikazzjoni u l-analiżi tal-Kummissjoni ta' dak ix-xogħol, il-Qorti terġa' tenni d-dubji tagħha fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet tad-debituri (31). Il-Kummissjoni qajmet nuqqasijiet fir-rigward tal-kontijiet tad-debituri għal kwart tal-aġenziji ta' pagament (32)u pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji (33)li jammontaw għal madwar 25,3 miljun euro. Dawn il-korrezzjonijiet jirrappreżentaw madwar 1,95 % tal-1 295 miljun euro li għandhom jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2008. Filwaqt li huma eżatt taħt il-livell ta' materjalità ta' 2 % huma jindikaw li jeżisti riskju ta' żball materjali fuq il-livell globali tal-kontijiet tad-debituri.

5.56.

Ir-regoli l-ġodda u l-modifiki sussegwenti tagħhom, għandhom l-għan li jtejbu r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta protezzjoni aħjar għall-interess finanzjarju tal-Komunità. Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tibdiliet ġew introdotti kmieni biżżejjed biex jippermettu lill-aġenziji tal-ħlas jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda u, għaldaqstant, ma implikaw ebda riskju ta' dikjarazzjoni żbaljata fil-ktieb tad-debituri.

Il-Kummissjoni kisbet biżżejjed informazzjoni dwar id-debituri għall-finijiet tal-approvazzjoni u l-kontabilità. L-impatt finanzjarju ma nstab fl-ebda każ li kien materjali għal-livell globali tal-kont (u għalhekk f'dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni).

Il-korrezzjonijiet ta' EUR 25,3 miljun kienu proposti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta bill-korpi li jiċċertifikaw fir-rapporti tagħhom, u l-kalkolu tagħha tal-aktar rati probabbli (u ammonti) ta’ żbalji marbuta mad-dejn f’aġenziji partikolari tal-ħlasijiet. L-istess loġika hija użata għad-dejn kif ukoll għat-trattament (u l-korrezzjoni possibbli) tal-iżbalji li jqumu mill-eżaminazzjoni ddettaljata tal-infiq tal-Fondi.

L-iżbalji finanzjarji li nstabu huma rkuprati permezz tal-approvazzjoni ordinarja tal-proċeduri tal-kontabilità.

Approvazzjoni tal-konformità

5.57.

Id-deċiżjonijiet dwar il-konformità jittieħdu wara verifikazzjonijiet addizzjonali mill-Kummissjoni tal-infiq iddikjarat mill-Istati Membri. Huma jkopru għadd ta' snin u għandhom l-għan li jeskludu n-nefqa mill-iffinanzjar tal-UE fejn il-Kummissjoni tkun sabet li din iġġarbet b'mod li kiser ir-regoli tal-UE (34).

 

5.58.

Il-Qorti, f'rapporti annwali preċedenti indikat il-limitazzjonijiet li huma parzjalment inerenti fis-sistema ta' approvazzjoni bħan-natura retroattiva u multiannwali tal-approvazzjoni tal-konformità u l-fatt li l-Istati Membri, u mhux il-benefiċjarji finali, huma dawk li effettivament iġarrbu l-korrezzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, il-metodu li l-Kummissjoni tikkalkola bih l-aġġustamenti tal-konformità, bbażat l-aktar fuq l-użu ta' korrezzjonijiet b'rati fissi, ifisser li ma tistax issir rabta valida bejn l-ammonti li b'hekk jiġu rkuprati u l-ammont reali tal-pagamenti irregolari (35). Minħabba n-natura inerenti tagħhom, dawn il-limitazzjonijiet jippersistu fl-2008 u kienu enfasizzati fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew għall-2007.

5.58.

Dawk li l-Qorti tiddeskrivihom bħala limitazzjonijiet huma inerenti għas-sistema u ma kienx hemm oġġezzjoni għalihom mill-Qorti fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005.

L-għan tal-approvazzjoni tal-konformità hu li jkun eskluż mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jkunx sar f’konformità mar-regoli tal-Komunità. Madankollu, dan mhuwiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu rkuprati ħlasijiet irregolari magħmula lill-benefiċjarji, li, skont il-prinċipju tal-ġestjoni maqsuma, jaqa' taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn ikunu identifikati ħlasijiet mhux dovuti lill-benefiċjarji b'riżultat tal-approvazzjoni tal-konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b'azzjonijiet ta' rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anke fejn irkupri mill-benefiċjarji ma jkunux meħtieġa minħabba li l-korrezzjoni finanzjarja tirrigwarda biss nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ħlasijiet mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti sabiex jittejbu s-sistemi tal-Istati Membri u b'hekk sabiex jiġu evitati jew identifikati u rkuprati ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji huma ddeterminati fuq il-bażi tan-natura u l-gravità tal-ksur u d-dannu kkawżat lill-Komunità. L-ammont huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-telf ikkawżat fil-fatt jew fuq il-bażi ta’ estrapolazzjoni. Fejn dan mhux possibbli, jintużaw rati fissi li jikkunsidraw is-severità tan-nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontroll nazzjonali sabiex jiġi rifless ir-riskju finanzjarju għall-Komunità. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li hemm rabta valida bejn dawn it-tipi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u l-livell ta' ħlasijiet irregolari lill-benefiċjarji finali.

L-użu ta’ rati fissi kien aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala konformi mar-regoli legali li jirregolaw ix-xogħol ta’ konformità u approvati, taħt ċerti ċirkostanzi, mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ rilaxx tal-2007 (§83).

Il-kontrolli tal-Istati Membri taħt l-IACS u r-riżultati tal-ispezzjoni

5.59.

Ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-IACS irrapportati lill-Kummissjoni mill-aġenziji ta' pagament jevalwaw il-legalità u r-regolarità tat-talbiet li jiġu sottomessi minn bdiewa u għandhom jiġu vverifikati mill-korpi ta' ċertifikazzjoni għall-ewwel darba fl-2007. Madankollu, il-maġġoranza tal-korpi ta' ċertifikazzjoni ma jestendux ix-xogħol tagħhom għall-benefiċjarji finali għall-verifikazzjoni u l-validazzjoni tal-istatistiċi tal-IACS. Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvalida dawn l-istatistiċi, il-kopertura ta' dan il-qasam għadha mhix kompluta.

5.59.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni ntalbu biex jivverifikaw fuq il-post kampjun ta’ mill-anqas 10 spezzjonijiet għal kull waħda mill-popolazzjonijiet (jiġifieri 40 b’kollox jekk timmaniġġja t-tipi kollha tal-infiq) u biex jirrikonċiljaw l-informazzjoni mdaħħla fil-bażijiet tad-dejta u r-rekords għal mill-anqas 20 rapport ta’ spezzjoni fuq il-post għal kull grupp ta’ statistika (jiġifieri 60 b’kollox jekk timmaniġġja t-tipi kollha tal-infiq).

Analiżi tar-rapporti ta’ ċertifikazzjoni li waslu turi li f'madwar 75 % tal-każijiet, l-informazzjoni statistika fuq l-għajnuniet diretti u l-iżvilupp rurali kienet riveduta mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-verifiki fuq il-post bħala bażi u r-reqqa tal-istatistika tal-kontroll fiha nnifisha, għalkemm ix-xogħol li twettaq mhux dejjem kien komprensiv daqskemm kien mitlub mill-Kummissjoni (għar-reqqa tal-istatistika tal-kontroll għall-iżvilupp rurali u l-kwalità tal-verifiki fuq il-post għall-miżuri tal-iżvilupp rurali mhux koperti mill-IACS, il-kopertura kienet ta’ madwar 60 %). F’aktar minn 90 % tal-każijiet (80 % għall-miżuri tal-iżvilupp rurali mhux koperti bl-IACS), il-korpi ta’ ċertifikazzjoni kkonkludew b’mod pożittiv fuq il-kwalità tal-verifiki fuq il-post u f'madwar 65 % tal-każi fuq ir-reqqa tal-istatistika tal-kontroll.

Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li titjib ulterjuri jista' u għandu jsir u qed tqajjem kontinwament din il-kwistjoni mal-Istati Membri. Tikkonkludi, minkejja li hemm lok għal titjib, li din l-istatistika sservi bħala għodda valida biex wieħed jivvaluta r-regolarità u l-legalità tan-nefqa agrikola.

Oqsma tal-Politika dwar l-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

5.60.

L-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi kif ukoll is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur huma mmexxija mill-Kummissjoni skont sistemi ta' kontroll speċifiċi. Il-verifika eżaminat l-istabbiliment tal-FES għall-perijodu mill-2007 sal-2013.

 

Approvazzjoni tal-programmi operattivi nazzjonali u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji ta' verifika nazzjonali tal-Fond Ewropew għas-Sajd

5.61.

Il-verifika tal-Qorti kopriet tnejn mis-sistemi interni ta' kontroll tad-DĠ MARE, l-ewwel waħda minnhom kienet tikkonċerna l-approvazzjoni tal-programmi operattivi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES), filwaqt li t-tieni kienet tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-istrateġiji ta' verifika korrispondenti. L-eżistenza u l-applikazzjoni korretta tal-kontrolli ewlenin ġiet ivverifikata fir-rigward tal-programmi u l-istrateġiji ta' verifika li għalihom, l-approvazzjoni relatata jew il-proċeduri ta' aċċettazzjoni kienu ġew iffinalizzati matul l-2008. Il-verifika tal-Qorti ma wasslet għal ebda osservazzjoni speċifika.

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

5.62.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, minbarra għall-Iżvilupp Rurali (36), il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 għall-grupp ta' politika kienu ħielsa minn żball materjali. In-nefqa għall-Iżvilupp Rurali għadha milquta minn livell ogħla ta' żbalji milli l-FAEG, għalkemm il-livell ta' żball stmat huwa aktar baxx minn dak tas-snin preċedenti.

5.62.

Il-Kummissjoni hi sodisfatta bil-valutazzjoni ġenerali pożittiva li skontha għall-grupp ta' politika kollu kemm hu inkluż il-qasam ta’ politika “agrikoltura u żvilupp rurali”, il-valur stmat tar-rata ġenerali tal-iżbalji huwa ħarira anqas mil-limitu tal-materjalità ta’ 2 %. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti li n-nefqa fl-iżvilupp rurali qed tiġi affettwata minn inċidenza ogħla ta’ żbalji, imma tinnota b’sodisfazzjon li r-rata tal-iżbalji qed tonqos f’dan il-qasam.

5.63.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, għall-oqsma tal-politika koperti minn dan il-kapitolu, il-parti l-kbira tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll huma ġeneralment, l-aktar, parzjalment effettivi biex jassiguraw ir-regolarità tal-pagamenti (37).

5.63.

Għall-oqsma ta’ politika koperti b’dan il-kapitolu, ir-riżultati tal-verifiki sostantivi tal-Qorti kienu relattivament stabbli matul l-aħħar snin u kienu madwar 2 % tal-livell tal-materjalità. Dan jikkonferma li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll huma effettivi.

5.64.

Bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti, abbażi tal-livell ta' żbalji fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet u fl-evalwazzjoni tas-sistemi tagħha, terġa' ttenni li b'mod ġenerali, il-IACS hija sistema ta' kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta' żball jew nefqa irregolari. Madankollu, il-verifika sabet li hemm bżonn ta' titjib sinifikanti f'aġenziji ta' pagament magħżula fi tliet Stati Membri (ara l-paragrafu 5.32).

5.64.

Il-Kummissjoni tagħraf li hemm nuqqasijiet fl-IACS fir-Renju Unit (l-Iskozja) imma ma tikkunsidrax li dawn irendu s-sistema mhux effettiva (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal punt 5.32).

In-nuqqasijiet rigward tal-funzjonament tal-IACS fil-Bulgarija u r-Rumanija huma indirizzati fil-pjanijiet ta’ azzjoni ddettaljati u komprensivi li l-Kummissjoni imponiet fuq iż-żewġ Stati Membri fl-2009 u huma segwiti fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Dawn in-nuqqasijiet ġew ukoll irrapurati kif inhu dovut fir-Rapport tal-Attività Annwali tad-DĠ AGRI għall-2008.

5.65.

Il-verifika tal-Qorti wriet li n-nuqqasijiet li ġejjin għandhom ikunu indirizzati għall-iskemi tal-SPS u tas-SAPS:

5.65.

a)

li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-sistemi li jwasslu għal żbalji relatati ma' dikjarazzjonijiet żejda ta' art jew għal intitolamenti mhux preċiżi, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li d-databases ikunu affidabbli;

a)

Il-biċċa l-kbira tan-nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti huma magħrufa u qed jiġu segwiti fl-approvazzjoni tal-konformità. L-Istati Membri huma inkoraġġiti li jtejbu s-sistemi tagħhom u jaħdmu mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet ikkonċernati.

b)

ir-regoli jkunu aktar stretti sabiex l-għajnuna diretta tal-UE ma titħallasx lil persuni li jikklejmjaw, li la użaw l-art għall-agrikoltura u li lanqas żammewha b'mod attiv f'GAEC;

b)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ bidwi li tirreferi għaliha l-Qorti fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa. Hi pproponiet li l-Istati Membri għandhom jeskludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-iskemi diretti ta’ ħlasijiet li l-oġġetti tagħhom tan-negozju ma jikkonsistux f’attivitajiet agrikoli jew li l-attivitajiet tagħhom ta’ agrikoltura huma insinjifikanti. Madankollu, il-Kunsill għamel din id-dispożizzjoni fakultattiva għall-Istati Membri (Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009).

Il-Kummissjoni tikkonsidra li s-sistema preżenti hi adegwata u li tipprovdi biżżejjed garanziji li l-art tiġi ġestita b’rispett lejn il-GAEC. L-introduzzjoni ta' iżjed regoli kkumplikati tirriżulta f’sistema ta’ kontroll ikkumplikata ħafna li l-implimentazzjoni tagħha tkun għalja u tmur kontra l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-affarijiet. Barra minn hekk, effettivament tkun qed tintroduċi forma ta’ akkoppjament.

c)

infurzar tar-rekwiżiti minimi għal art għall-mergħa għal għajnuna diretta tal-UE.

c)

Ir-regoli preżenti jipprovdu r-rekwiżiti minimi li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw meta jkunu qed jistabbilixxu l-GAEC tagħhom. Il-Kummissjoni għaddejja bil-verifika ta’ kemm dawn ir-rekwiżiti qed jiġu rispettati fil-kuntext tax-xogħol tagħha tal-approvazzjoni tal-konformità.

5.66.

Il-Qorti terġa' ttenni wkoll li hemm bżonn ta' aktar sforzi fil-qasam tal-Iżvilupp Rurali sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jissodisfaw l-obbligi tagħhom u sabiex ir-regoli u l-kundizzjonijiet ikunu ssimplifikati aktar.

5.66.

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li r-rata tal-iżbalji fl-iżvilupp rurali qed tonqos u dan tattribwih, tal-anqas in parti, għall-qafas regolatoju l-ġdid għall-perjodu ta' pprogrammar 2007 - 2013, li ssimplifika r-regoli u l-kundizzjonijiet u saħħaħ il-kontrolli. B’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 issa jipprovdi sett komprensiv ta’ regoli ta’ kontroll għall-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali, u l-Kummissjoni ħadet azzjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti mill-Istati Membri ta’ dawn ir-regoli. Il-Kummissjoni tagħraf, madankollu, li f’dan il-qasam hemm bżonn aktar sforz.

5.67.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi sabiex il-kwistjonijiet identifikati fl-oqsma tal-politika tal-ambjent, is-sajd, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur jiġu solvuti.

5.67.

Il-Kummissjoni ssegwi kif inhu dovut l-iżbalji kollha kif identifikati mill-Qorti u se tipproċedi, meta jkun hemm bżonn, għal korrezzjonijiet finanzjarji.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(2)  Skont il-mudell storiku kull bidwi jingħata intitolamenti bbażati fuq l-ammont medju ta' għajnuna rċevuta u l-medda kkultivata matul il-perijodu ta' referenza 2000 sa 2002. Skont il-mudell reġjonali, l-intitolamenti kollha ta' reġjun għandhom l-istess valur b'rata fissa u l-bidwi jiġi allokat intitolament għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat fl-ewwel sena ta' applikazzjoni. Il-mudell ibridu jgħaqqad l-element storiku ma' ammont b'rata fissa u, jekk ikun dinamiku, il-komponent storiku jonqos kull sena sakemm fil-biċċa l-kbira jsir sistema ta' rata fissa.

(3)  “Ettaru eliġibbli” għandu jfisser kwalunkwe żona agrikola tal-azjenda meħuda minn art li tinħarat u mergħa permanenti ħlief żoni taħt uċuħ permanenti, foresti jew żoni użati għal attivitajiet mhux agrikoli.

(4)  Għall-Bulgarija u r-Rumanija ż-żona eliġibbli tikkonsisti miż-żona agrikola utilizzata miżmuma f'GAC skont il-kriterji nazzjonali.

(5)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(6)  Permezz tal-introduzzjoni tal-SPS, il-maġġoranza tal-bdiewa huma mħallsa b'mod indipendenti mill-volum tal-produzzjoni reali. Madankollu xi skemi ta' għajnuna jibqgħu jew jistgħu jiġu akkoppjati mal-produzzjoni sabiex jiġi evitat l-abbandun tal-produzzjoni.

(7)  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(8)  L-aġenziji ta' ħlas u l-fondi li jikkorrispondu inklużi fil-kampjun tad-DAS (dan kien jammonta għal 57 ċertifikat u rapport għall-FAEG u ħamsa għall-FAEŻR).

(9)  Ir-riserva fir-rigward tas-SAPARD kellha x'taqsam ma' nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

Ir-riserva dwar il-miżuri għall-iżvilupp rurali taħt il-Linja 2 kellha x'taqsam ma' rata ta' żball (li) hija ferm aktar 'il fuq mil-livell ta' materjalità li bħalissa qiegħed jintuża mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(10)  Ir-riserva tgħid li livell materjali ta' nefqa ineliġibbli ġiet rimborżata lil Stati Membri taħt l-attività ta' Kontroll u Infurzar tal-PKS (Politika Komuni tas-Sajd).

(11)  Il-benefiċjarju ma kienx intitolat li jirċievi l-pagament kollu jew parti minnu.

(12)  Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn is-sejbiet individwali mill-Qorti mhumiex eżempji ta’ nuqqasijiet sistemiċi fl-iskemi ta’ għajnuna kkonċernati.

(13)  Il-pagament mhuwiex ikkalkolat tajjeb.

(14)  L-ispiża jew azzjoni klejmjata ma kinitx teżisti.

(15)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.

(16)  LIFE – L-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent.

(17)  L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 (ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sussegwentement revokat u sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18).

(19)  Ir-riżultati tal-ispezzjoni nazzjonali għall-applikazzjonijiet ivverifikati fuq il-post, bi iżbalji huma: il-Bulgarija – 6,20 %; ir-Rumanija – 12,57 % (Sors: Id-DĠ AGRI).

(20)  L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74) u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(21)  Ara l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(22)  L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Żball ovvju huwa wieħed li jirriżulta bħala tali mill-formola ta' applikazzjoni u ma jwasslax għal penali.

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' kontroll kif ukoll cross-compliance fir-rigward ta' miżuri ta' sostenn għall-iżvilupp rurali.

(24)  L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(25)  Skont id-dokument ta' xogħol tal-Kummissjoni fuq żidiet fil-perċentwali tal-applikazzjonijiet għal għajnuna taż-żona li kellhom ikunu kkontrollati fejn jinstabu irregolaritajiet sinifikanti (DS/2006/24 rev 1).

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u b'mod partikolari l-Anness IV, li sussegwentement ġie revokat u sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(27)  L-obbligi tal-GAEC għall-art tal-mergħa selvaġġa jikkonsistu fil-projbizzjoni ta' ċerti attivitajiet bħal xi xogħol ta' drenaġġ, ħrit tal-art, tindif, eċċ… iżda m'hemmx obbligu li l-art tintuża għall-mergħa jew li tinħasad.

(28)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(29)  Art. 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni.

(30)  Qabel is-sena finanzjarja 2006, l-Istati Membri kellhom jipprovdu t-tabella 105 li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 3(6a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 (ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5) li kienet turi t-total tad-debiti sal-aħħar tas-sena finanzjarja, fis-snin finanzjarji 2006 u 2007 l-Istati Membri kellhom jipprovdu t-tabelli previsti fl-Artikolu 6(f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90) li jiddistingwu bejn l-FAEG u l-FAEŻR u hawnhekk ukoll bejn il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjali rispettivament u mis-sena finanzjarja 2008 l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tabelli msemmija Anness III u IIIa li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikoli 6(h) u 6(i) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jiddistingwu bejn l-irregolaritajiet u l-ammonti dovuti li la huma irregolaritajiet u lanqas huma żbalji amministrattivi rispettivament.

(31)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.61, u r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 5.44.

(32)  L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 li permezz tiegħu, il-Kummissjoni tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifikazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta.

(33)  Il-korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

(34)  L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(35)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.63, u r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 5.47.

(36)  Il-pagamenti għall-Iżvilupp Rurali jirrappreżentaw madwar 19 % tal-oqsma tal-politika koperti minn dan il-kapitolu.

(37)  Fil-parti l-kbira dan huwa minħabba s-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll tal-Iżvilupp Rurali.

(38)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrapportata fil-Kapitolu 11.

ANNESS 5.1

IL-PARTI 1:   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻAT FUQ IL-KAMPJUN

Tabella 1.1 —   Daqs tal-kampjun

Sena

Għadd ta' tranżazzjonijiet ittestjati

2008

204

2007

196


1.2 —   Struttura tal-kampjun

Perċentwal ta' tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

FAEG

Żvilupp Rurali

SANCO, ENV, MARE

Total

Ħlasijiet finali/temporanji

74 %

21 %

5 %

100 %

100 %

Ħlasijiet bil-quddiem

0 %

0 %

0 %

0 %

0 %

Total

74 %

21 %

5 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

FAEG

Żvilupp Rurali

SANCO, ENV, MARE

Total

Frekwenza ta' tranżazzjonijiet ittestjati li kienu milquta minn żbalji

28 % {42}

40 % {17}

64 % {7}

32 % {66}

31 % {61}

Frekwenza ta' żbalji li huma kwantifikabbli

54 % {30}

55 % {11}

24 % {4}

48 % {45}

49 % {39}

Impatt tal-iżbalji kwantifikabbli:

Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli taqa' fil-firxa (1)

taħt 2 %

bejn 2 % u 5 %


1.4 —   Tipi ta' żbalji fil-kampjun

Perċentwal ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet ittestjati li jikkonċernaw

2008

2007

FAEG

Żvilupp Rurali

SANCO, ENV, MARE

Total

l-eliġibbiltà

5 %

15 %

18 %

10 %

18 %

l-okkorrenza

0 %

5 %

0 %

1 %

1 %

il-preċiżjoni

50 %

35 %

12 %

40 %

31 %

Oħrajn mingħajr ebda impatt finanzjarju

45 %

45 %

70 %

49 %

50 %

Total

100 %

100 %

100 %

100 %

100 %

IL-PARTI 2:   EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA' SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula – Elementi ta' Monitoraġġ tal-IACS – SPS/SAPS

Stat Membru

Skema

Nefqa

(miljun euro)

Proċeduri u kontrolli amministrattivi biex jiżguraw ħlas korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Metodoloġija ta' spezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u r-rappurtar ta' riżultati individwali

Implimentazzjoni u kontroll tal-GAEC/Cross-compliance  (2)

Evalwazzjoni ġenerali  (3)

Il-Belġju Vallonja

SPS

230

1, 2

 

 

 

Ir-Renju Unit l-Iskozja

SPS

579

1, 2, 3, 4

 

a

 

Spanja Katalunja

SPS

178

1, 2, 5

 

b

 

Is-Slovenja

SPS

49

1

 

 

 

L-Estonja

SAPS

40

 

 

 

 

Il-Bulgarija

SAPS

166

6, 7, 8

A, B, C

b

 

Ir-Rumanija

SAPS

421

8, 9, 10

 

b

 

Il-Polonja

SAPS

1 123

11, 12

 

c

 

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

1

Kalkolazzjoni inkorretta tal-għajnuna f'każijiet fejn l-erja stabbilita mhijiex biżżejjed għall-attivazzjoni tal-intitolamenti kollha kklejmjati jew fejn il-bidwi ma ddikjarax l-intitolamenti kollha miżmuma.

2

Determinazzjoni inkorretta tal-intitolamenti li għandhom jingħataw lir-riżerva nazzjonali.

3

Is-sottolimitu massimu Skoċċiż inqabeż b'25,4 miljun euro, il-konformità mal-limitu massimu nazzjonali fir-Renju Unit ma jistax jiġi evalwat minħabba li d-database Ingliża mhux affidabbli.

4

L-LPIS għandha aktar minn 12 000 pakkett ta' art ta' referenza sovraposti fuq xulxin, u dan wassal sabiex fis-sena tal-klejm 2007 kien hemm pagamenti doppji għal madwar 15 000 ettaru.

5

Diskrepanzi bejn id-databases tal-intitolamenti reġjonali u ċentrali.

6

L-ebda erja eliġibbli preċiża rreġistrata fl-LPIS.

7

L-erja eliġibbli rreġistrata fl-LPIS irriżultat li ma kinitx affidabbli u ma kellhiex effett ta' limitu fuq l-erja ddikjarata u mħallsa.

8

Klejms ippreżentati minn persuna fiżika jew muniċipalità għal art li fil-fatt ġiet ikkultivata minn persuni oħrajn.

9

Għadd sostanzjali ta' korrezzjonijiet ta' klejms mingħajr applikazzjoni ta' penali.

10

Pagamenti doppji u żejda għal 5 500 bidwi.

11

Pagament għal żoni barra miż-żoni eliġibbli rreġistrati fl-LPIS.

12

Vektorizzazzjoni mhux kompluta għall-pakketti ta' referenza kollha.

A

Riżultati tar-remote sensing mhux ivverifikati aċċettati għall-ħlas.

B

Rata ta' spezzjoni obbligatorja mhux milħuqa.

C

Art mhux eliġibbli aċċettata għas-SAPS.

a

Ebda attività agrikola u ebda żamma f'GAEC ma hija meħtieġa għal art għall-mergħa selvaġġa li ddaħħlu taħt l-SPS.

b

Rekwiżiti tal-GAEC/CC nazzjonali insuffiċjenti għall-art għall-mergħa.

c

Ebda traċċa ta' verifika għall-penali tal-GAEC.


2.2 —   Evalwazzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula – Żvilupp Rurali

Stat Membru

Proċeduri u kontrolli amministrattivi biex jiżguraw ħlas korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Metodoloġija ta' spezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u r-rappurtar ta' riżultati individwali

Implimentazzjoni u kontroll tal-GAEC/Cross-compliance

Evalwazzjoni ġenerali

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

M/A

 

Il-Greċja

 

 

 

 

L-Ungerija

 

 

M/A

 

L-Irlanda

 

 

M/A

 

L-Italja

 

 

M/A

 

Il-Portugall

 

 

M/A

 

Spanja

 

 

 

 

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

M/A

mhux applikabbli (Pagamenti vverifikati mhux soġġetti għall-cross compliance)


2.3 —   Evalwazzjoni ġenerali tas-Sistemi ta' Sorveljanza u Kontroll

Evalwazzjoni ġenerali

2008

2007

 

 

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv


(1)  Il-Qorti tiddistingwi tliet firxiet għar-rata ta' żball l-aktar probabbli: taħt it-2 %, bejn 2 % u 5 %, 'il fuq minn 5 %.

Iċ-ċifri fil-parentesi { } huma numri assoluti.

(2)  Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikou 143b(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri l-Ġodda mhumiex obbligati li jimplimentaw rekwiżiti amministrattivi statutorji (Cross Compliance) sal-31 ta' Diċembru 2008 (għall-Bulgarija u għar-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2011). Għaldaqstant il-konformità mal-GAEC biss ġiet ivverifikata fl-Istati Membri l-Ġodda.

(3)  L-evalwazzjoni ġenerali ma tistax tkun aħjar mill-evalwazzjoni tal-proċeduri u tal-kontrolli amministrattivi.

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

1

Kalkolazzjoni inkorretta tal-għajnuna f'każijiet fejn l-erja stabbilita mhijiex biżżejjed għall-attivazzjoni tal-intitolamenti kollha kklejmjati jew fejn il-bidwi ma ddikjarax l-intitolamenti kollha miżmuma.

2

Determinazzjoni inkorretta tal-intitolamenti li għandhom jingħataw lir-riżerva nazzjonali.

3

Is-sottolimitu massimu Skoċċiż inqabeż b'25,4 miljun euro, il-konformità mal-limitu massimu nazzjonali fir-Renju Unit ma jistax jiġi evalwat minħabba li d-database Ingliża mhux affidabbli.

4

L-LPIS għandha aktar minn 12 000 pakkett ta' art ta' referenza sovraposti fuq xulxin, u dan wassal sabiex fis-sena tal-klejm 2007 kien hemm pagamenti doppji għal madwar 15 000 ettaru.

5

Diskrepanzi bejn id-databases tal-intitolamenti reġjonali u ċentrali.

6

L-ebda erja eliġibbli preċiża rreġistrata fl-LPIS.

7

L-erja eliġibbli rreġistrata fl-LPIS irriżultat li ma kinitx affidabbli u ma kellhiex effett ta' limitu fuq l-erja ddikjarata u mħallsa.

8

Klejms ippreżentati minn persuna fiżika jew muniċipalità għal art li fil-fatt ġiet ikkultivata minn persuni oħrajn.

9

Għadd sostanzjali ta' korrezzjonijiet ta' klejms mingħajr applikazzjoni ta' penali.

10

Pagamenti doppji u żejda għal 5 500 bidwi.

11

Pagament għal żoni barra miż-żoni eliġibbli rreġistrati fl-LPIS.

12

Vektorizzazzjoni mhux kompluta għall-pakketti ta' referenza kollha.

A

Riżultati tar-remote sensing mhux ivverifikati aċċettati għall-ħlas.

B

Rata ta' spezzjoni obbligatorja mhux milħuqa.

C

Art mhux eliġibbli aċċettata għas-SAPS.

a

Ebda attività agrikola u ebda żamma f'GAEC ma hija meħtieġa għal art għall-mergħa selvaġġa li ddaħħlu taħt l-SPS.

b

Rekwiżiti tal-GAEC/CC nazzjonali insuffiċjenti għall-art għall-mergħa.

c

Ebda traċċa ta' verifika għall-penali tal-GAEC.

ANNESS 5.2

IS-SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI  (1)  (2)

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni Meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Żvilupp Rurali

Sussidji tar-rata ta’ mgħax: il-proċeduri fis-seħħ ma jiżgurawx traċċa ta’ verifika adegwata bir-riżultat li r-regolarità tal-pagament tas-sussidji tal-UE lill-benefiċjarji finali ma tistax tiġi vverifikata (Franza) (il-paragrafu 5.15 (1)).

Franza tirrikonoxxi li s-sistema eżistenti mhijiex perfetta u għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi sistema ġdida li tippermetti li d-databases tal-amministrazzjoni jiġu rikonċiljati ma’ dawk tal-banek. Ladarba din is-sistema tkun fis-seħħ, din tiffaċilita l-ittraċċar tas-self mill-bank għall-benefiċjarju finali.

Il-problema osservata mill-Qorti tkompli tippersisti sakemm is-sistema l-ġdida ssir operattiva għal kollox.

Din il-kwistjoni ħiet segwita mill-qrib mill-Kummissjoni. L-Istat Membru introduċa sistema amministrattiva ġdida li mill-2008 'il quddiem tagħmilha aktar faċli biex tintraċċa s-self mill-bank sal-benefiċjarju finali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ir-riżultati tal-verifiki riċenti mwettqa mill-Istat Membru biex jiġi ddeterminat l-impatt finanzjarju tal-perjodu preċedenti tal-ipprogrammar.

Żvilupp Rurali

Id-definizzjonijiet mhux preċiżi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ xi kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u r-regoli li ta’ spiss huma kumplessi, b’mod partikolari dawk dwar il-miżuri agri-ambjentali, jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-kontrolli mwettqa biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-rekwiżiti rilevanti mill-bdiewa (il-paragrafu 5.32 (1)).

Fl-2008, deher li ma ttieħdet ebda azzjoni sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli li jirregolaw in-nefqa fuq l-iżvilupp rurali. Il-Kummissjoni tqis li “minħabba li l-miżuri agri-ambjentali huma kumplessi fin-natura tagħhom, hemm biss ambitu limitat ħafna għas-simplifikazzjoni mingħajr ma jiġu mfixkla l-objettivi tagħhom” (ir-Rapport dwar l-Attività Annwali 2008 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-paġna 117).

Is-simplifikazzjoni ta’ regoli kumplessi, b’mod partikolari dawk li japplikaw għall-miżuri agro-ambjentali, għadha mixtieqa.

L-azzjonijiet konkreti li nbdew u/jew ġew imħejjija huma:

modifika tar-Regolament 1975/2006 sabiex jiġu ċċarati iżjed ċerti kwistjonijiet u sabiex ir-regoli tiegħu jiġu allineati aħjar ma’ dawk applikabbli fl-ewwel pilastru;

l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni li għaddej, li wassal għal numru ta’ proposti għas-simplifikazzjoni għat-tieni pilastru wkoll;

it-twaqqif ta’ proċedura msaħħa biex id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-miżuri għall-iżvilupp rurali jiġu diskussi bl-għan li jiġi nkoraġġut l-iskambju u l-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-kompetenzi bejn l-Istati Membri. Ir-riżultat ta’ dawn il-laqgħat jistgħu mbagħad jintużaw biex il-linji gwida eżistenti jitjiebu u jiġu aġġornati, u b’konsegwenza jistgħu jgħinu biex jitjiebu t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-kontrolli tal-miżuri kkonċernati.

IACS

L-LPIS fil-Greċja mhijiex kompluta u fiha żbalji fir-referenza tal-pakketti. Barra minn hekk, f’xi pajjiżi, is-saff grafiku tal-LPIS (GIS) fih biss ritratti mill-ajru li għandhom aktar minn ħames snin (Franza u l-Iżvezja). Fil-Portugall, l-aġġornament isir b’dewmien sinifikanti (5.30(b), 5.30(c) (1)).

Ir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2007 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura għal darba oħra fih riżerva fir-rigward ta’ implimentazzjoni insuffiċjenti tal-IACS fil-Greċja.

Skont ir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2008 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura, mill-proċedura ta’ klejm 2009, l-elementi kollha tal-IACS fil-Greċja huma fis-seħħ u operattivi u r-riżerva tista’ titneħħa.

Dan huwa mingħajr preġudizju għall-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità kontinwi li jkopru r-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-IACS għas-snin 2006 – 2008. Fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri, il-konsegwenzi, b’mod partikolari, tan-nuqqasijiet persistenti fl-LPIS-GIS għandhom jiġu evalwati.

Fl-2009, il-Qorti se tivverifika l-SPS u l-IACS/LPIS fil-Greċja.

Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Greċja. Missjoni ġdida ta' verifika tal-Kummissjoni hi skedata għall-ħarifa tal-2009.

SPS

Il-verifika sabet nuqqasijiet sistematiċi fil-kalkolazzjoni tal-intitolamenti (5.22 (1)sa 5.26 (1)).

It-twettiq mill-ġdid ta’ kontrolli mwettqa mill-Qorti sabu għadd ta’ nuqqasijiet speċifiċi fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post u identifikaw żoni jew pakketti ta’ art ineliġibbli li jmisshom ġew esklużi mill-ispetturi nazzjonali. (il-Greċja, l-Italja, Spanja, il-Portugall) 5.28 (1)).

Ġeneralment, il-kwistjonijiet imsemmija fir-Rapport Annwali 2006 u 2007 huma ġeneralment diġà segwiti permezz tal-proċeduri ta’ konformità.

Il-Qorti sabet każijiet ta’ data differenti miżmuma fuq livell nazzjonali u fuq livell reġjonali dwar il-limitu massimu nazzjonali (Spanja) u databases tal-intitolamenti mhux kompluti, mhux preċiżi u mhux aġġornati (UK) (5.37 (2)).

Il-Qorti sabet ukoll żbalji ta’ kalkolazzjoni sistematikament inkorretta tal-għajnuna meta dawk li jagħmlu l-klejm jiddikjaraw inqas erja mill-intitolamenti miżmuma u meta jkollhom intitolamenti ta’ valuri differenti. (5.38 (2)).

Fir-rigward tal-qabża potenzjali tal-limitu tar-Renju Unit għall-intitolamenti attribwiti, tittieħed azzjoni taħt il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-kalkolu tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni hi konxja mis-sitwazzjoni fi Spanja, s-Slovenzja u r-Renju Unit u diġà ttieħdet azzjoni skont tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Għall-Belġju, l-informazzjoni li waslet tindika li l-proċedura applikata għall-kalkolu tal-għajnuna fil-każijiet imsemmija mill-Qorti wasslet għal differenzi fl-ammonti ta' għajnuna li ngħatat li ma kkawżat l-ebda telf għall-baġit tal-Komunità.

Żejt taż-żebbuġa

L-impatt tal-preċiżjoni tal-GIS taż-żejt taż-żebbuġa fuq l-integrazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fl-SPS ġie kkonfermat fil-Greċja u fl-Italja fejn erbgħa minn ħames tranżazzjonijiet tal-SPS taż-żejt taż-żebbuġa vverifikati kellhom żbalji, u wħud minnhom wasslu għal pagamenti eċċessivi sinifikanti. (5.14(c) (1)).

Skont il-Kummissjoni, fl-2007 u fl-2008 ġew applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fuq l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

Il-Qorti reġgħet sabet żbalji li rriżultaw mill-kalkolazzjoni mhux xierqa ta’ intitolamenti mill-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (il-Greċja).

Il-Kummissjoni tikkonferma li n-nuqqasijiet li semmiet il-Qorti huma suġġetti għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Skrutinju ex-post

L-analiżi tal-Qorti tar-rapporti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni wriet ħtieġa għal titjib fil-verifikazzjoni u r-rappurtar mill-Aġenziji ta’ Pagament dwar is-segwitu tal-irregolaritajiet potenzjali rrapportati. (5.36 (1)).

Fir-rigward tal-verifikazzjoni u r-rappurtar mill-aġenzija tal-pagament dwar is-segwitu ta' irregolaritajiet potenzjali, twettqet evalwazzjoni mill-korpi li jiċċertifikaw f’90 % tal-każijiet (minkejja li x-xogħol li twettaq mhux dejjem kien komprensiv daqs kemm kien mitlub mill-Kummissjoni) u f'74 % minnhom id-dikjarazzjoni dwar is-segwitu mogħti mill-aġenziji ta’ pagament huwa wieħed pożittiv.

Il-korrezzjonijiet applikati mill-Kummissjoni jindikaw li jeżisti riskju ta’ żball materjali fuq livell ġenerali tal-kontijiet tad-debituri. Għaldaqstant, il-Qorti terġa’ ttenni d-dubju tagħha rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet tad-debituri.

Il-Kummissjoni kisbet biżżejjed informazzjoni dwar id-debituri għall-finijiet tal-approvazzjoni u l-kontabilità. L-impatt finanzjarju ma nstab fl-ebda każ li kien materjali għal-livell globali tal-kont (u għalhekk f'dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni). L-iżbalji finanzjarji li nstabu huma rkuprati permezz tal-proċeduri ordinarji ta’ approvazzjoni tal-konformità.


(1)  In-numru tal-paragrafu fir-Rapport Annwali tal-QEA tal-2007.

(2)  In-numru tal-paragrafu fir-Rapport Annwali tal-QEA tal-2008.

ANNESS 5.3

IL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TA' PAGAMENT MHUX APPROVATI GĦALL-2008

(miljun euro)

Stat Membru

Aġenzija ta’ pagament

Kontijiet mhux approvati  (1)

FAEG

FAEŻR

TRDI

Il-Belġju

ALV

274

29

 

Franza

ODARC

 

7

 

Il-Ġermanja

Baden-Württemberg

421

 

 

Il-Ġermanja

Bayern

 

127

 

Il-Ġermanja

Brandenburg

 

47

 

Il-Ġermanja

Niedersachsen

 

70

 

Il-Ġermanja

Schleswig-Holstein

 

29

 

Il-Greċja

OPEKEPE

2 461

224

 

L-Italja

ARBEA

102

18

 

Malta

MRRA

2

 

3

Il-Portugall

IFAP

720

253

 

Ir-Rumanija

PIAA

462

 

 

Is-Slovakkja

APA

 

98

 

Spanja

Galicia

 

40

 

Total

4 442

942

3


(1)  Kontijiet li l-Kummissjoni ikkunsidrat li mhux kapaċi li tikkjarifika fid-deċiżjonijiet tagħha tad-29 ta’ April 2009. Dan minħabba raġunijiet dovuti lill-Istati Membri kkonċernati li jeħtieġu inkjesti addizjonali.

Sors: Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/366/KE, 2009/367/KE u 2009/373/KE (ĠU L 111, 5.5.2009 u ĠU L 116, 9.5.2009).


IL-KAPITOLU 6

Il-Koeżjoni

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-Politika tal-Koeżjoni

L-objettivi u l-istrumenti tal-politika:

Kif jintefqu l-flus

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Il-korrezzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-Effettività tas-sistemi

Is-sistemi li għandhom x'jaqsmu mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Il-perijodu 2000-2006

Il-perijodu 2007-2013

Is-sistemi li għandhom x’jaqsmu ma’ rkupri u ma’ korrezzjonijiet finanzjarji

L-Istati Membri (il-perijodu 2000-2006)

Is-sorveljanza mill-Kummissjoni (il-perijodu 2000-2006)

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti tal-grupp tal-politika il-Koeżjoni li jinkludi l-oqsma tal-politika 4 - L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u 13 - Il-Politika Reġjonali (1). Fit- Tabella 6.1 tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet koperti, l-infiq matul is-sena u t-tip tal-ġestjoni involuta.

6.1.

Il-Kummissjoni tinnota li l-intestaturi tal-baġit 4 u 13 imorru lil hinn mill-politika tal-Koeżjoni. Huma jinkludu d-djalogu soċjali, il-politika dwar l-ugwaljanza tas-sessi, l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-għotjiet operattivi għall-Aġenziji Ewropej.

It-Tabella 6.1 —   Il-pagamenti għall-oqsma tal-politika 4 u 13 fl-2008

It-Titolu tal-Baġit

Il-qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Il-pagamenti 2008

(miljun euro)

Il-Mod tal-Ġestjoni tal-Baġit

4

L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali;

In-nefqa amministrattiva

25,93

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Soċjali Ewropew

8 788,53

Maqsum

Ix-Xogħol fl-Ewropa Djalogu soċjali u mobilità

56,63

Ċentralizzat u dirett

Xogħol, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi

105,14

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

49,04

Maqsum

L-Istrument ta’ Għajnuna għal qabel l-Adeżjoni

0,00

Deċentralizzat

13

Il-Politika Reġjonali

In-nefqa amministrattiva

15,64

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u operat reġjonali ieħor

21 455,21

Maqsum

Il-Fond ta’ Koeżjoni (inkluż l-ex-ISPA)

5 826,46

Maqsum

L-Operat ta’ qabel l-adeżjoni relatat mal-politiki strutturali

42,71

Deċentralizzat

Il-Fond ta’ Solidarjetà

273,19

Maqsum

In-nefqa amministrattiva totali (24)

41,57

 

In-nefqa operazzjonali totali

36 596,91

 

Il-pagamenti totali għas-sena

36 638,48

 

Impenji totali għas-sena

48 189,59

 

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-Politika tal-Koeżjoni

6.2.

L-infiq tal-UE fuq il-koeżjoni huwa ppjanat f’“perijodi ta’ programmar” multiannwali; il-pagamenti relatati ma’ kull perijodu ta’ programmar ikomplu għal xi snin wara tmiemu. Il-finanzjament tal-koeżjoni mill-UE jingħata l-għamla ta’ kofinanzjament. Il-fok prinċipali ta’ dan il-kapitolu huwa n-nefqa fir-rigward tal-perijodu ta’ programmar 2000-2006; ftit rimborżi (pagamenti interim) għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013 saru fl-2008 (ara l-paragrafu 6.8).

6.2.

Il-Kummissjoni tinnota li l-osservazzjonijiet tal-Qorti jiffukaw fuq il-ħlasijiet mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006 biss, li jirrapreżentaw madwar 68 % tal-ħlasijiet tal-politika ta' Koeżjoni fl-2008. Il-prefinanzjament għall-perjodu 2007-2013 kien jammonta għal 32 %.

L-objettivi u l-istrumenti tal-politika:

6.3.

Fil-perijodu ta’ programmar 2000-2006, in-nefqa tal-Politika tal-Koeżjoni kienet immirata lejn tliet objettivi:

a)

aġġustament strutturali ta’ reġjuni li l-iżvilupp tagħhom kien qiegħed jaqa’ lura (l-Objettiv 1);

b)

konverżjoni ekonomika u soċjali ta’ oqsma li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet strutturali (l-Objettiv 2);

c)

modernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tal-impjiegi (l-Objettiv 3);

u lejn serje ta’ “Inizjattivi Komunitarji” iktar speċifiċi li jkopru, pereżempju, il-koperazzjoni bejn ir-reġjuni fl-UE, ir-riġenerazzjoni urbana u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs fis-suq tax-xogħol.

 

6.4.

Il-finanzjament tal-UE jingħata prinċipalment minn żewġ Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni (2):

a)

il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) isostni l-Objettivi 1 u 2 billi jikkofinanzja l-investiment fl-infrastruttura, fil-ħolqien jew fiż-żamma tal-impjiegi, fl-inizjattivi ta’ żvilupp lokali u fl-attivitajiet ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju;

b)

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) isostni l-Objettivi 1, 2 u 3 billi jagħti għajnuna finanzjarja kontra l-qgħad, jiżviluppa r-riżorsi umani u jippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

c)

Il-Fond ta’ Koeżjoni jsostni t-titjib tal-infrastruttura tal-ambjent u tat-trasport fl-Istati Membri li l-prodott gross nazzjonali tagħhom per capita huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni Ewropea.

 

6.5.

Għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013, il-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni huma mmirati lejn tliet objettivi (il-konverġenza, il-kompetittività u l-impjieg reġjonali u l-koperazzjoni territorjali Ewropea). Il-programmi huma mfassla biex jippromwovu l-innovazzjoni, l-intraprenditorjat, l-impjieg u l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien; jiżviluppaw ekonomiji reġjonali u joħolqu impjiegi ġodda u aħjar.

 

Kif jintefqu l-flus

6.6.

Il-Fondi Strutturali jikkofinanzjaw proġetti fil-qafas tal-programmi operazzjonali multiannwali. l-Istati Membri wkoll iridu jikkontribwixxu lejn il-proġetti sostnuti. Għall-2000-2006 kien hemm 545 programm operazzjonali, li jvarjaw fid-daqs minn inqas minn 500 000 euro għal aktar minn 8 biljun euro. In-nefqa fuq il-proġetti f’dawn il-programmi varjat minn ftit mijiet ta’ euro lil benefiċjarju individwali, sa mijiet ta’ miljuni ta’ euro għal proġett kbir ta’ infrastruttura. Fl-2000-2006 l-Fond ta’ Koeżjoni kkofinanzja proġetti individwali: ma kien hemm l-ebda programm operazzjonali. Għal dan il-perijodu kien hemm 1 170 proġett tal-Fond ta’ Koeżjoni li jvarjaw minn 50 000 euro sa aktar minn biljun euro. Għall-fondi u l-operati kollha għaż-żewġ oqsma tal-politika li għalihom issir referenza fit- Tabella 6.1 , ir-rimborżi totali kienu ta’ 24,8 biljun euro fl-2008.

 

6.7.

Il-kofinanzjament ta’ proġett minn Fond Strutturali jew Fond ta’ Koeżjoni s-soltu jieħu l-għamla ta’ rimborż ta’ spejjeż (3)ibbażat fuq dikjarazzjonijiet ta’ nefqa mill-promoturi tal-proġett, li huma aggregati fid-dikjarazzjonijiet tal-pagament indirizzati mill-awtorità li tħallas/tiċċertifika lill-Kummissjoni (4). Normalment promotur ta’ proġett jirċievi finanzjament minn qabel, jippreżenta waħda jew bosta dikjarazzjonijiet tan-nefqa interim u waħda finali fi tmiem il-proġett.

 

6.8.

Il-mekkaniżmi tal-finanzjament ma nbidlux sostanzjalment għall-2007-2013 mill-perijodu ta’ qabel. It-tibdija tal-programmi kienet bil-mod. Il-pagamenti għas-sena 2008 kienu ta’ 11,8 biljun euro, li minnhom 11,7 biljun kienu pagamenti ta’ finanzjament minn qabel.

6.8.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li kien hemm bidla importanti fil-mekkaniżmu ta' finanzjament fil-perjodu 2007-2013, minħabba li l-bażi għall-kofinanzjament issa hija stabbilita fil-livell tal-assi tal-prijorità. Din is-simplifikazzjoni għandha tnaqqas l-iżbalji marbuta mar-rati tal-kofinanzjament stabbiliti fil-livell tal-proġetti, li seħħew matul perjodi ta' programmar preċedenti.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

6.9.

Ir-responsabbiltà għal-legalità u r-regolarità tal-infiq fuq il-Politika tal-Koeżjoni tibda fl-Istati Membri, imma l-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni korretta tal-baġit.

6.9.

L-Istati Membri huma responsabbli taħt ir-regolamenti settorjali li jaraw li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għall-kofinanzjament tkun regolari. Taħt il-ftehimiet ta’ ġestjoni maqsuma, il-Kummissjoni għandha rwol ta’ sorveljanza li tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri, u li tieħu l-miżuri korrettivi fejn tikkonkludi li dan ma jkunx il-każ sabiex tassumi r-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit (l-Artikolu 53b(4) tar-Regolament Finanzjarju). Il-Kummissjoni twettaq ir-rwol tagħha ta’ sorveljanza permezz tal-attività tagħha ta’ verifika iżda wkoll permezz ta’ negozjati dwar il-programmi, kumitati ta’ monitoraġġ, laqgħat annwali mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u verifika, u billi tipprovdi gwida u torganizza seminars.

6.10.

Hemm żewġ livelli ta’ kontroll fuq proġetti tal-Politika tal-Koeżjoni. L-ewwel livell huwa s-sistema ta’ kontroll fi Stat Membru. Huwa maħsub biex jippreveni jew isib u jikkoreġi rimborżi inkorretti ta’ spejjeż ta’ proġetti u irregolaritajiet oħra. It-tieni livell huwa s-sorveljanza mill-Kummissjoni. Hija maħsuba biex tiżgura li s-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri huma stabbiliti u qegħdin jaħdmu kif meħtieġ u jtaffu r-riskju li l-kontrolli ma jkunux ta’ suċċess.

 

6.11.

Fir-Regolamenti dwar il-perijodu ta’ programmar 2007-2013 (5)il-ġdid, id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma msaħħa u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri ċċarati. Id-dispożizzjonijiet tal-verifika huma mtejba b’mod konsiderevoli. L-Istati Membri huma mitluba jibgħatu, għall-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, rapport ta’ evalwazzjoni ta’ konformità minn korp tal-verifika indipendenti u opinjoni għad-deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kull programm operazzjonali, kif ukoll strateġija tal-verifika. Jinħtieġu wkoll rapporti ta’ kontroll annwali li fihom ir-riżultati tal-verifiki tas-sistemi u tal-verifika ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li tirriżulta f’opinjoni tal-verifika annwali.

6.11.

Innovazzjoni importanti fil-perjodu 2007-2013 hija t-twaqqif, għal kull programm, ta' Awtorità tal-Verifika li hija responsabbli li tivverifika li s-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll hija stabbilita u tiffunzjona b'mod effettiv matul il-ħajja tal-programm. Ir-rapport annwali tal-kontroll u l-opinjoni mressqa mill-Awtorità tal-Verifika għandhom iżidu b'mod sinifikanti l-assigurazzjoni pprovduta mis-sistemi nazzjonali ta' kontroll. L-Awtorità għandha l-obbligu wkoll li tirrapporta dwar ir-rati ta' żbalji li jirriżultaw mill-verifiki tagħha fuq il-kampjuni statistiċi tal-operazzjonijiet.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji

6.12.

Fil-qasam tal-politika tal-Koeżjoni, in-nefqa li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-finanzjament għandha titħalla barra mill-finanzjament tal-UE permezz tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ korrezzjoni finanzjarja.

 

6.13.

L-Istati Membri jerfgħu r-responsabbiltà primarja biex jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom x’jaqsmu ma’ nefqa irregolari ċertifikata lill-Kummissjoni. Meta s-sistemi ta’ kontroll nazzjonali jsibu żbalji fin-nefqa ċċertifikata, l-Istat Membru jrid jieħu passi biex jirkupra l-pagamenti mhux dovuti li saru lill-benefiċjarji finali u jirtira kif suppost in-nefqa ineliġibbli mid-dikjarazzjoni (6).

6.13.

L-Istati Membri għandhom l-ewwel responsabbiltà sabiex jidentifikaw irregolaritajiet qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni, u wkoll f'infiq iċċertifikat.

6.14.

Jekk il-verifiki tal-Kummissjoni jsibu li l-Istati Membri naqsu milli jikkoreġu nefqa irregolari jew li hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, hija “għandha tissospendi l-ħlasijiet provisorji” (7)u titlob lill-Istat Membru biex jieħu passi biex jirrimedja n-nuqqasijiet serji fis-sistema u/jew iwettaq korrezzjonijiet finanzjarji. Jekk jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji mitluba, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà jissostitwixxu n-nefqa eskluża b’nefqa eliġibbli oħra.

 

6.15.

Jekk l-Istat Membru ma jwettaqx l-azzjoni ta’ rimedju u/jew korrezzjonijiet finanzjarji mitluba, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tirrappreżenta nuqqas nett tal-fondi disponibbli.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

6.16.

Jingħata sommarju tas-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-finanzjament tal-Koeżjoni mill-UE fl- Anness 6.1, 1.3 u 1.4 .

 

6.17.

Fl-2008 għal darb’oħra għadd kbir ta’ rimborżi lill-proġetti tal-Koeżjoni ntlaqtu minn żbalji, jiġifieri għadd kbir ta’ proġetti kienu rimborżati żżejjed. Il-proporzjon ta’ proġetti fil-kampjun statistiku rappreżentattiv li ntlaqtu minn żbalji (ara l-paragrafi 1.9 sa 1.12) huwa ta’ 43 % (8). Il-Qorti tqis li mill-inqas 11 % (9)tal-ammont totali rimborżat (10)ma jmissux ġie rimborżat.

6.17.

Il-Kummissjoni tinnota li l-biċċa l-kbira tal-proġetti b'livelli għolja ta' żbalji kwantifikabbli huma kkonċentrati fi tliet Stati Membri biss. Il-Kummissjoni diġà kienet konxja mill-eżistenza ta' nuqqasijiet f'ħamsa mis-sitt programmi kkonċernati u kienet ħadet miżuri xierqa ta' rimedju inkluża l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u t-tnedija ta' proċeduri ta' sospensjoni, li minnhom ġew adottati żewġ deċiżjonijiet fl-2008 li kienu jaffettwaw tliet programmi.

 

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li 58 % tal-iżbalji mhumiex kwantifikabbli, inklużi żbalji ta' konformità, u ħafna minn dawn ma kien ikollhom l-ebda impatt fuq ir-rimbors tal-infiq, anki li kieku kellhom jiġu identifikati minn qabel. Eżempji ta' dawn tal-aħħar jinkludu dewmien fil-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' għoti ta' kuntratti, nuqqasijiet fir-rekord għall-verifika jew insuffiċjenza ta' pubbliċità fil-livell tal-proġetti.

 

Minn 73 proġett affettwati mill-iżbalji msemmija fl-Anness 6.1 hemm sitt każijiet fejn il-Kummissjoni ma tqisx li ċ-ċirkustanzi identifikati mill-Qorti jipprovdu bażi għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji, jew għallinqas mhux fil-livell propost. B'mod partikolari, dan jirrigwarda erba’ żbalji fl-akkwisti pubbliċi, li jikkontribwixxu għar-rata globali tal-iżbalji.

 

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għar-risposta tagħha fil-punt 6.2.

6.18.

Parti kbira mir-rata ta’ żbalji stmati tista’ tkun attribwita għal żbalji ta’ eliġibbiltà, li huma t-tip ta’ żbalji kwantifikabbli l-iktar komuni fil-kampjun tal-verifika. Instabu f’41 rimborż ivverifikat. Il-kawżi tal-iżbalji ta’ eliġibbiltà kienu:

6.18.

Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-osservazzjonijiet kollha sabiex tara li jkunu qed jittieħdu l-miżuri xierqa.

a)

il-fatt li l-proġetti jew il-benefiċjarji ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-fond;

 

b)

nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist; u

b)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ksur tar-regoli tal-akkwisti pubbliċi jikkostitwixxi sors kbir ta’ irregolarità li hija r-raġuni għaliex ikkonċentrat il-ħidma tagħha ta’ verifika fuq din iż-żona ta’ riskju u ħadet miżuri oħra ta’ azzjoni bħalma huma l-ħruġ ta’ gwidi għall-Istati Membri fuq il-livelli ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandhom japplikaw. Madankollu, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għar-risposta tagħha fil-paragrafu 6.17, fir-rigward tal-kwantifikazzjoni ta' dawn l-iżbalji.

c)

inklużjoni ta’ spejjeż li mhumiex rimborżabbli.

 

L-ewwel tnejn mit-tliet kawżi tal-iżbalji ta’ eliġibbiltà deskritti hawn fuq jirrappreżentaw kważi 80 % tar-rata stmata ta’ żbalji.

 

Eżempji

(a)

Fi proġett tal-FEŻR, in-nefqa ddikjarata kienet tikkonsisti biss f’xiri ta’ art. Madankollu, skont ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-FEŻR, ix-xiri ta’ art ma jistax jirrappreżenta iktar minn 10 % tan-nefqa eliġibbli totali. Minkejja dan, l-Awtorità tal-Ġestjoni kienet approvat li l-proġett ikun rimborżat. Id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż ta’ 25 miljun euro hija ineliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali.

(b)

Fi proġett ieħor tal-FEŻR, l-għan kien li tkun żviluppata sistema tal-IT. L-awtorità tal-kuntrattar kienet obbligata li tattribwixxi kuntratt ta’ servizz li jaqbeż il-valur ta’ 236 000 euro permezz tal-proċeduri xierqa għas-sejħiet għall-offerti. L-awtoritajiet reġjonali, li kienu l-benefiċjarju finali ta’ dan il-proġett, taw kuntratt lil kumpanija direttament mingħajr l-ebda proċedura ta’ sejħiet għall-offerti, u b’hekk in-nefqa ta’ 1,8 miljun euro ddikjarat għal dan il-proġett ġiet ineliġibbli.

(c)

In-nefqa trid ikollha x’taqsam mal-operazzjonijiet kofinanzjati sabiex tkun eliġibbli. Fi proġett wieħed tal-FSE, is-salarju ta’ amministratur, bosta fatturi ta’ fornituri u xi xirjiet ta’ tagħmir kienu ddikjarati lill-proġett għalkemm din in-nefqa kellha x'taqsam ukoll mal-attivitajiet l-oħra tal-benefiċjarju. Barra dan, għal xirjiet ta’ tagħmir id-deprezzament biss huwa eliġibbli, iżda kien iddikjarat il-prezz tax-xiri kollu. Id-dikjarazzjoni żejda riżultanti kienet ta’ 88 705 euro jew 13,5 %.

 

6.19.

F’żewġ Programmi Operazzjonali tal-FEŻR fil-kampjun tal-Qorti l-awtoritajiet nazzjonali ddikjaraw seba’ proġetti li oriġinarjament kienu ġew iffinanzjati minn fondi nazzjonali. Dawn il-proġetti kienu diġà ġew finalizzati qabel ma ntbagħtu għall-kofinanzjament mill-UE jew biex joħolqu nefqa ġdida addizzjonali jew inkella biex jissostitwixxu nefqa ineliġibbli. Il-Qorti sabet li dawn il-proġetti kienu iktar suxxettibbli għall-iżbalji minn dawk magħżula bil-mod normali (11). Ma kinux ġew soġġetti għal verifikazzjoni ex-ante effettiva mill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-konformità mar-regoli ta’ finanzjament tal-UE (12). Peress li l-perijodu ta’ programmar 2000-2006 qiegħed joqrob lejn tmiem, l-awtoritajiet nazzjonali huma taħt pressjoni biex jassorbu l-fondi impenjati tal-UE. Dan iżid ir-riskju ta’ rimborż ta’ proġetti ineliġibbli mill-baġit tal-UE.

6.19.

Fl-2005, il-Kummissjoni pprovdiet gwida li kienet tgħid li dawn il-proġetti jistgħu jiġu inklużi fil-programmi biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet obbligatorji kollha, inkluż it-twettiq tal-kriterji tal-għażla tal-programm, it-twettiq ta' kontrolli, il-pubbliċità, eċċ. Rappreżentanti tal-Kummissjoni fakkru lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar dawn l-obbligi meta l-inklużjoni ta' dawn il-proġetti ġiet diskussa fil-laqgħat tal-kumitat ta' sorveljanza. F'ċerti każijiet, fejn il-Kummissjoni kienet tqis li l-kundizzjonijiet obbligatorji ma kinux ġew issodisfati, hija għamlet korrezzjonijiet finanzjarji.

F’erbgħa mill-ħames proġetti meqjusa mill-Qorti bħala kompletament ineliġibbli minħabba li ma kinux operattivi, il-Kummissjoni tqis li r-regoli jippermettu determinazzjoni dwar din il-kwistjoni biss fl-għeluq tal-programm. Jekk iċ-ċirkustanzi jibqgħu ma jinbidlux, il-proġetti ma jiġux kofinanzjati. Fil-każ l-ieħor, l-awtoritajiet nazzjonali qablu li jirtiraw il-proġett.

Eżempju

Proġett wieħed tal-FEŻR sostna l-bini ta’ tliet torrijiet ta’ ugwaljanza fuq kanna tal-ilma li kienet tqassam l-ilma minn diga lokali. Kien implimentat matul l-2000-2004. Il-kanna qatt ma ntużat għax id-diga qatt ma mtliet bl-ilma.

L-Awtorità ta’ Ġestjoni kienet taf li l-proġett ma setax jilħaq l-objettivi speċifiċi ffissati u li għalhekk kien ineliġibbli. Madankollu, iddeċidiet tinkludiha fil-Programm Operazzjonali biex tipprovdi sostitut għal proġett ieħor irrifjutat mill-Kummissjoni. L-ammont tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għal dan il-proġett kien ta’ 5,7 miljun euro.

Eżempju

Il-Kummissjoni se tivverifika fl-għeluq tal-programmi jekk dan il-proġett huwiex operattiv, u jekk le, hija tapplika l-korrezzjoni finanzjarja neċessarja.

6.20.

58 % tal-iżbalji misjuba fil-kampjun tal-verifika mhux kwantifikabbli u għalhekk mhux inklużi fl-istima tar-rata ta’ żbalji. Il-biċċa l-kbira minnhom kienu żbalji ta’ konformità, jiġifieri:

a)

nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, u tal-kuntrattar;

b)

nuqqas ta’ konformità mar-regoli tar-reklamar.

6.20.

Eżempju

Fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għal żewġ kuntratti fi proġett tal-FEŻR, intużat formula ta’ prezzijiet medji fl-evalwazzjoni tal-offerti finanzjarji. Din il-formula tippenalizza l-offerti l-iktar baxxi mingħajr ma tagħti l-alternattiva lil dak li jressaq l-offerta biex jiġġustifikaha.

Skont is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (il-Każ SECAP SpA, C-147/06), il-prattika msemmija hawn fuq hija diskriminatorja.

Barra dan, b’din il-prattika l-offerta magħżula għandha mnejn ma tkunx dik bil-prezz l-iktar baxx, u dan f’ċerti każijiet ikun imur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (13), speċjalment fid-determinazzjoni dwar l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament.

Eżempju

Il-Kummissjoni ltaqgħet ma' dan it-tip ta' żball fil-verifiki tagħha stess u ħadet miżuri korrettivi fejn meħtieġ.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

6.21.

Peress li l-perijodu tal-programmar 2000-2006 qiegħed joqrob lejn tmiem, il-Qorti kkunsidrat li evalwazzjoni sħiħa addizzjonali tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri għall-2000-2006 mhijiex se tagħti valur miżjud. Peress li ma kien hemm kważi xejn pagamenti interim għall-perijodu 2007-2013 (ara l-paragrafu 6.8), il-Qorti ffukat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-parti tas-sistemi tal-Istati Membri mwaqqfa għall-ipproċessar ta’ żbalji misjuba u r-rappurtar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji lill-Kummissjoni.

6.21.

Is-sistema tar-rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ġiet iċċarata u msaħħa b'mod konsiderevoli għall-perjodu 2007-2013, permezz tan-nomina ta' awtorità responsabbli u l-forniment ta' tabella annwali tar-rappurtar (Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006).

6.22.

Barra minn hekk, il-Qorti eżaminat is-sorveljanza tal-Kummissjoni fuq is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Dan l-eżami kien maqsum fi tnejn. Il-Qorti eżaminat:

a)

il-verifiki tal-Kummissjoni dwar il-ħidma tas-sistemi tal-Istati Membri għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006; u

b)

l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013. Il-Qorti rrevediet, fost affarijiet oħra, l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità u l-istrateġiji tal-verifika mħejjija mill-Istati Membri għall-perijodu ta’ programmar kurrenti.

6.22.

Minbarra ż-żewġ elementi tas-superviżjoni tagħha fuq is-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri eżaminati mill-Qorti, ir-rwol ta' superviżjoni tal-Kummissjoni jinkludi wkoll firxa wiesgħa ta' attivitajiet, kif deskritt fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tar-rwol ta' superviżjoni tagħha fl-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97).

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għar-risposta tagħha fil-paragrafu 6.9.

Is-sistemi li għandhom x'jaqsmu mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Il-perijodu 2000-2006

6.23.

Fl-2007, il-Qorti evalwat is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri bħala parzjalment effettivi. Għal din is-sena, ma kien hemm l-ebda tibdil kbir fil-qafas regolatorju li jolqot is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-livell ta’ żbalji misjuba fis-snin ta’ qabel u f’din is-sena għadu sinifikament ogħla mil-limitu ta’ materjalità.

6.23.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fl-2008, kien hemm titjib sinifikanti fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ta' xi programmi b'riżultat tal-azzjonijiet tagħha fis-snin preċedenti, u b'mod partikolari taħt il-Pjan ta' Azzjoni tal-2008 għat-tisħiħ tar-rwol ta' superviżjoni tal-Kummissjoni fl-azzjonijiet strutturali.

Id-Direttorati-Ġenerali għall-Politika Reġjonali u l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs ippreżentaw ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħhom dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi fil-545 programm operattiv fl-AAR rispettivi tagħhom għall-2008. L-analiżi taċ-ċifri globali turi differenzjazzjoni netta kif ġej:

31 % mis-sistemi jaħdmu tajjeb (kienu 31 % fl-2007);

47 % mis-sistemi jaħdmu iżda jenħtiġilhom titjib (għandhom nuqqasijiet b'impatt moderat) (kienu 26 % fl-2007);

16 % mis-sistemi jaħdmu iżda jenħtiġilhom titjib (għandhom nuqqasijiet b'impatt sinifikanti) (kienu 29 % fl-2007);

6 % mis-sistemi mhumiex effettivi (kienu 14 % fl-2007).

Il-perijodu 2007-2013

6.24.

Għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013 (kif spjegat fil-paragrafu 6.11), ġew introdotti elementi ġodda għas-sistemi ta’ kontroll sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji sa mill-bidunett. Qabel l-ewwel pagament interim għal programm jew mill-inqas 12-il xahar wara l-approvazzjoni ta’ programm, l-Istati Membri jridu jibgħatu deskrizzjoni tas-sistema flimkien ma’ evalwazzjoni tal-konformità minn korp tal-verifika indipendenti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-verifika huma mitluba wkoll jippreżentaw strateġija tal-verifika lill-Kummissjoni fi żmien disa’ xhur mill-approvazzjoni tal-programm.

 

6.25.

Il-verifika tal-Qorti turi li l-Kummissjoni wettqet il-proċeduri ta’ approvazzjoni tagħha fi żmien l-iskadenzi ffissati, kemm għall-evalwazzjonijiet tal-verifika kif ukoll għall-istrateġiji tal-verifika. L-approvazzjonijiet tad-deskrizzjonijiet tas-sistemi u l-evalwazzjonijiet tal-konformità ġew iġġustifikati u r-rifjuti kienu bbażati biċ-ċar fuq nuqqasijiet (nuqqas ta’ kompletezza u għalhekk mhux skont ir-regoli u/jew kwalità insuffiċjenti) tad-dokumenti mibgħuta mill-Istati Membri.

 

6.26.

Sa tmiem l-2008, il-Kummissjoni kienet irċeviet id-deskrizzjonijiet tas-sistemi u l-evalwazzjonijiet tal-konformità għal 282 (65 %) mill-432 programm approvat, u kienet approvat 88 (20 %). Fi 38 % tal-każijiet, l-Istati Membri kienu bagħtu d-dokumenti tard għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

6.26.

Fit-30 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni kienet irċeviet rapporti ta' valutazzjoni tal-konformità għal 88 % tal-programmi kollha u kienet, wara li eżaminathom fil-limiti regolatorji taż-żmien, approvat rapporti għal 48 % tal-programmi kollha.

6.27.

Is-sitwazzjoni kienet simili fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istrateġiji tal-verifika tal-Istati Membri. Sa tmiem l-2008, il-Kummissjoni kienet irċeviet l-istrateġiji tal-verifika għal 363 (84 %) mill-432 programm approvat. Kienu ġew approvati 206 strateġiji (47 %). L-Istati Membri kienu bagħtu 39 % minn dawn id-dokumenti tard.

6.27.

Fit-30 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni kienet irċeviet strateġiji ta' verifika għal 91 % tal-programmi kollha u kienet, wara li eżaminathom fil-limiti regolatorji ta' żmien, approvat strateġiji ta' verifika għal 85 % tal-programmi kollha.

6.28.

Il-proġetti għall-2007-2013 diġà qegħdin ikunu implimentati. In-nefqa tal-proġetti qiegħda tkun iddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtoritajiet nazzjonali jew mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni qabel ma ssir l-approvazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll (14). Il-Qorti tara riskju li approvazzjonijiet tard tad-deskrizzjonijiet tas-sistemi tal-Istati Membri, tal-evalwazzjonijiet tal-konformità u tal-istrateġiji tal-verifika jżidu l-probabbiltà li s-sistemi ta’ kontroll ma jevitawx u jsibu żbalji fil-fażi tat-tibdija.

6.28.

Il-Kummissjoni wettqet il-proċeduri ta' approvazzjoni tagħha fil-limiti ta' żmien stabbiliti. Ir-riskju identifikat mill-Qorti jinsab fit-tul taż-żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-konformità u l-istrateġiji tal-verifika stipulati fir-regolamenti għall-programmi 2007-2013. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan huwa riskju limitat għaliex is-sistemi ta' kontroll jistgħu jikkonformaw mal-obbligi u jaħdmu b'mod effettiv anki mingħajr ma jkunu għadhom ġew approvati r-rapporti ta' valutazzjoni tal-konformità. Kull awtorità tal-verifika tal-programm se jkollha tippreżenta lill-Kummissjoni konklużjonijiet mir-riżultati ta' verifika ta' kampjun rappreżentattiv tal-operazzjonijiet, li jkopri l-infiq iddikjarat fl-2008 u fis-snin ta' wara u opinjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi.

Il-Kummissjoni tat ukoll il-piż dovut lil dan ir-riskju fl-istrateġija ta' verifika tagħha għall-2009.

Is-sistemi li għandhom x’jaqsmu ma’ rkupri u ma’ korrezzjonijiet finanzjarji

L-Istati Membri (il-perijodu 2000-2006)

6.29.

Il-Qorti evalwat is-sistemi tal-Istati Membri għar-reġistrazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji misjuba mill-bosta kontrolli ex-post nazzjonali u r-rappurtar ta’ korrezzjonijiet finanzjarji lill-Kummissjoni. Dan sar sabiex tkun ittestjata l-affidabbiltà tal-informazzjoni tal-Kummissjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri. Il-Qorti ċċekkjat jekk l-iżbalji diġà misjuba mis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri humiex irreġistrati b’mod preċiż u sħiħ fil-livell tal-Istati Membri, humiex ikkoreġuti fi ħdan skadenzi raġonevoli u jekk dawn il-korrezzjonijiet kinux irreġistrati sew (15)fis-sistemi nazzjonali u rrappurtati lill-Kummissjoni (16).

 

6.30.

L-Anness 6. 1, il-Parti 2 turi li l-aspett l-inqas sodisfaċenti fis-sistemi vverifikati dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji għandu x’jaqsam mar-rappurtar ta’ korrezzjonijiet lill-Kummissjoni. F’erbgħa mill-programmi operazzjoali eżaminati dan kien insodisfaċenti u f’sitta oħra kien parzjalment sodisfaċenti. F’xi każijiet l-informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji ma kienet ikkomunikata xejn lill-Kummissjoni, f’oħrajn ma kinitx ġiet ippreżentata kif previst fl-istruzzjonijiet mibgħuta mill-Kummissjoni (id-DĠ REGIO), u ma kienx possibbli li wieħed jikkonkludi li ċ-ċifri kkomunikati kienu affidabbli. Dan kien ifisser li l-Kummissjoni m’għandhiex informazzjoni sħiħa u affidabbli mill-Istati Membri kollha dwar dawn il-korrezzjonijiet finanzjarji.

6.30.

Il-Kummissjoni tinnota li, għal ħdax minn sittax-il sistema vverifikati mill-Qorti, l-aspetti kollha huma sodisfaċenti jew parzjalment sodisfaċenti. Il-Kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali sabiex ittejjeb il-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri. Fl-2008, hija wettqet verifiki simili għal dawk tal-Qorti fl-10 Stati Membri, taħt il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni. Hija qed tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb ir-rappurtar bil-għan li tkun disponibbli dejta sħiħa u affidabbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha taħt 6.21 u 6.36.

Is-sorveljanza mill-Kummissjoni (il-perijodu 2000-2006)

6.31.

Il-Qorti eżaminat l-attivitajiet ta’ sorveljanza prinċipali tal-Kummissjoni, li jikkonsistu f’verifiki ex-post li l-Kummissjoni kienet daħlet għalihom (17), u l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ sospensjoni u ta’ korrezzjoni finanzjarja.

6.31.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposti tagħha taħt 6.9 u 6.22.

6.32.

Matul l-2008, il-Kummissjoni nediet 52 proċedura għas-sospensjoni formali ta’ pagamenti u adottat 10 (18)deċiżjonijiet ta’ sospensjoni (19)relatati mal-perijodu 2000-2006. B’konsegwenza ta’ dan, il-volum ta’ korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-programmi tal-2000-2006 applikati fl-2008 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni żdied minn 220 miljun (20)fl-2007 għal 1 169 miljun (21)fl-2008 (22). Madwar 60 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati ġew implimentati attwalment (jiġifieri rtirati, imħallsa mill-ġdid jew dekommissjonati) matul l-2008. 94 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati twettqu mill-Istati Membri billi ġiet irtirata nefqa ineliġibbli, li setgħu jissostitwixxu billi jiddikjaraw nefqa ġdida eliġibbli addizzjonali. Dan jindika li l-Istati Membri qegħdin jaċċettaw li jikkoreġu irregolaritajiet huma stess sabiex jevitaw deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta fi tnaqqis nett tal-fondi impenjati.

 

6.33.

Il-Qorti tenfasizza li l-prattika tas-sostituzzjoni ta’ nefqa ineliġibbli b’nefqa ġdida (irtirar) mingħajr verifikazzjoni ex-ante effettiva mill-Istati Membri ma tiżgurax li n-nefqa irregolari kollha se titħalla barra mill-finanzjament tal-UE permezz tal-għeluq tal-programm.

6.33.

Il-Kummissjoni identifikat ukoll din il-kwistjoni, u se tagħmilha speċifikament mira tagħha fl-istrateġija tagħha għall-għeluq tal-programmi tal-2000-2006. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għar-risposta tagħha fil-paragrafu 6.19.

6.34.

Dwar il-“Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali” (23), il-Kummissjoni tirrapporta li implimentat 28 minn 37 azzjoni. Il-ħames azzjonijiet l-iktar sinifikanti li għandhom impatt potenzjali fuq l-iżbalji għandhom x’jaqsmu ma’ verifiki ex-post, għad hemm korrezzjonijiet finanzjarji, sospensjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju għaddejjin, peress li huma parti inerenti u integrali mir-responsabbiltajiet ta’ kontroll tal-Kummissjoni. L-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni għadu ma jistax ikun evalwat peress li l-iżbalji li saru fis-snin ta’ qabel għadhom qegħdin jolqtu n-nefqa rimborżata mill-Kummissjoni.

6.34.

Il-Kummissjoni taqbel li l-impatt tal-Pjan ta' Azzjoni fir-rigward tal-perjodu 2000-2006 għadu ma jistax jiġi vvalutat b'mod sħiħ. Il-Kummissjoni għaldaqstant impenjat ruħha li tippreżenta rapport dwar l-impatt inizjali tal-pjan ta' azzjoni tagħha fi Frar 2010.

Madankollu, il-Kummissjoni turi fir-rapport finali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni (COM(2009) 42) li riżultati sinifikanti nkisbu b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni fl-2008, bħall-adozzjoni ta' 10 deċiżjonijiet ta' sospensjoni u l-implimentazzjoni ta' 14-il pjan ta' azzjoni nazzjonali. Minbarra dan, ammont ta' EUR 1,527 biljun mit-talbiet kumulattivi għall-ħlasijiet tal-2000-2006 (u mit-talbiet finali mill-perjodi preċedenti) ġie kkoreġut fl-2008, filwaqt li EUR 2,832 biljun oħra kienu fil-proċess li jiġu rkuprati.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

6.35.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha (ara l-paragrafu 6.17) il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti (ir-rimborż tan-nefqa) għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika Il-Koeżjoni kienu milquta minn żbalji materjali.

6.35.

Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji importanti identifikati mill-Qorti huma kkonċentrati f'numru żgħir ta' Stati Membri. Il-Kummissjoni diġà kienet konxja min-nuqqasijiet fis-sistemi f'ħafna mill-każijiet u kienet ħadet il-miżuri ta' rimedju dovuti f'dawn il-programmi fl-2008. Matul l-2008, l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tar-rwol ta' superviżjoni tal-Kummissjoni fl-azzjonijiet strutturali wera riżultati effettivi. Arranġamenti ta' kontroll imsaħħa għall-perjodu 2007-2013 u l-isforzi tal-Kummissjoni għall-bidu tal-perjodu għandu jkollhom impatt fuq il-livell ta' żbalji fil-ħlasijiet tal-Komunità għall-perjodu l-ġdid.

6.36.

Il-Qorti sabet li s-sistemi tal-Istati Membri għall-korrezzjoni ta’ żbalji misjuba minn kontrolli nazzjonali kienu parzjalment sodisfaċenti, għallanqas fil-biċċa l-kbira tal-każijiet.

6.36.

Il-Kummissjoni tinnota li l-biċċa l-kbira tas-sistemi għall-korrezzjonijiet ivverifikati mill-Qorti ħadmu b'mod sodisfaċenti jew parzjalment sodisfaċenti. Hija tikkunsidra li kien hemm progress fir-rigward tal-produzzjoni ta’ provi affidabbli tal-funzjonament effettiv tal-mekkaniżmi korrettivi multiannwali. Hija qed tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb il-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri u fl-2009 se terġa’ twettaq verifiki fuq il-post li jixbħu lil dawk tal-Qorti, kif sar taħt il-Pjan ta' Azzjoni fl-2008.

Rakkomandazzjonijiet

6.37.

Il-Qorti tirrakkomanda lill-Kummissjoni biex din:

6.37.

(a)

tiffoka l-gwida mogħtija lill-Istati Membri States fuq l-oqsma l-iktar suxxettibbli għall-iżbalji - fuq kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà u ta’ akkwist pubbliku;

(a)

Il-Kummissjoni ffukat l-azzjonijiet fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha fl-2008 fuq din ir-rakkomandazzjoni, u qed tkompli bl-isforzi tagħha fl-2009. Hija pprovdiet gwida dwar kwistjonijiet importanti ta' eliġibbiltà, bħall-istrumenti li jiġġeneraw id-dħul u l-għażliet tal-ispejjeż simplifikati (rati fissi u somom ta' darba) introdotti fl-emendi riċenti għar-regoli tal-2007-2013. Il-Kummissjoni organizzat laqgħat ta' studju dwar kwistjonijiet ta' akkwisti pubbliċi u se tkompli tieħu sehem b'mod attiv fit-taħriġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(b)

tfittex li tiżgura li s-sejba u l-korrezzjoni ta’ żbalji jaħdmu b’mod effiċjenti fil-livell tal-Istat Membru, kif ukoll il-proċeduri ta’ rkupru u r-rappurtar lill-Kummissjoni;

(b)

Il-Kummissjoni ffukat fuq din il-kwistjoni f'bosta azzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha fl-2008. Hija se tkompli bl-isforzi tagħha u talbet lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-proċeduri ta' rkupru u rrappurtar tagħhom fl-2009, fid-dawl tal-għeluq tal-programmi 2000-2006.

(c)

tkompli l-verifika bbażata fuq ir-riskji, tal-Programmi Operazzjonali b’fok fuq il-kwistjonijiet u l-programmi l-iktar suxxettibbli għall-iżbalji;

(c)

Il-Kummissjoni ffukat l-azzjoni 1.1 tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha fl-2008 fuq din ir-rakkomandazzjoni. Fl-2009, hija se ssegwi dan l-għan, kif indikat fl-istrateġija konġunta tal-verifika għall-Fondi Strutturali 2009-2011.

(d)

tiżgura l-applikazzjoni rigoruża tal-mekkaniżmi korrettivi fuq il-Programmi Operazzjonali li għalihom instabu problemi, filwaqt li tiżgura li ma joħorġux żbalji ġodda minn dan il-proċess.

(d)

Il-Kummissjoni ffukat l-azzjonijiet 8.1 u 8.2 tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha fl-2008 fuq din ir-rakkomandazzjoni u se tkompli tivverifika — saż-żmien tal-għeluq u fl-għeluq — li l-infiq irregolari rtirat jiġi sostitwit bi nfiq eliġibbli.

(1)  Hemm rapport dwar in-nefqa tal-iżvilupp rurali u tas-sajd fl-oqsma tal-politika 5 – L-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali, u 11 – Is-Sajd.

(2)  Dawn it-tliet fondi koprew 97 % tal-pagamenti fl-2008 taħt it-titoli 4 u 13 tal-Baġit Ġenerali. It-3 % li kien jifdal ingħataw mill-istrumenti l-oħra stabbiliti fit- Tabella 6.1 .

(3)  Skont it-tip u l-kumplessità tal-proġett jista’ jkun hemm ħafna oġġetti u tipi ta’ spejjeż li jsostnu talba għar-rimborż.

(4)  Il-promoturi tal-proġetti huma benefiċjarji li jvarjaw minn individwi privati sa assoċjazzjonijiet, kumpaniji privati jew pubbliċi sa korpi lokali, reġjonali jew nazzjonali.

(5)  Speċjalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1).

(6)  Dawn il-korrezzjonijiet finanzjarji huma rrappurtati bħala “ġbid”, “irkupri” jew “irkupri pendenti” mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(7)  L-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1).

(8)  Ara l- Anness 6.1,1.3 . Fl-2007, iċ-ċifra korrispondenti kienet ta’ 54 %.

(9)  Fl-2007, iċ-ċifra korrispondenti kienet ta’ 11 % (ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 6.27) u fl-2006 12 % (ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 6.39).

(10)  Dan il-proporzjon jirreferi għall-24,8 biljun euro rimborżi msemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 6.6.

(11)  Mis-seba’ proġetti ħamsa minnhom kienu totalment ineliġibbli għall-kofinanzjament u wieħed kellu żbalji serji.

(12)  Ir-regoli ta’ eliġibbiltà speċifiċi tal-fond u regoli oħra tal-Komunità bħar-regoli tal-akkwist pubbliku kif ukoll regoli dwar l-għajnuna Statali.

(13)  ĠU L 199, 9.8.1993, p. 54.

(14)  L-approvazzjoni tad-deskrizzjonijiet tas-sistemi u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità hija kundizzjoni minn qabel għall-ewwel pagament interim.

(15)  L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħhom stess, billi jiddistingwu bejn irtirar, irkupri u rkupri pendenti (bħalma hemm spjegat fil-paragrafu 6.13).

(16)  Il-Qorti ma evalwatx jekk l-Istati Membri kinux effettivi biex isibu l-iżbalji.

(17)  Jingħata sommarju tar-riżultati tas-segwitu mill-Qorti tar-rapporti tal-verifika taħt l- Anness 6.2 .

(18)  Iċ-ċifra komparattiva għall-2007 hija waħda.

(19)  It-tibdija ta’ proċedura ta’ sospensjoni hija l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ programm lejn l-applikazzjoni possibbli ta’ korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni. Jekk Stat Membru ma jerfax hu stess l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-korrezzjonijiet finanzjarji mitluba, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti u tadotta deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja.

(20)  L-ammont totali ta’ 220 miljun jirrigwarda korrezzjonijiet finanzjarji mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(21)  1 109 miljun mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni u 60 miljun b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(22)  L-ammont kumulattiv ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-perijodu 2000-2006 bħala riżultat tal-azzjonijiet ta’ sorveljanza mill-Kummissjoni huwa ta’ 3 313-il miljun.

(23)  COM(2008) 97, approvat fid-19 ta’ Frar 2008 u r-rapport ta’ implimentazzjoni finali COM(2009) 42/3.

(24)  Hemm rapport dwar il-verifika tan-nefqa amministrattiva fil- Kapitolu 11.

L-ANNESS 6.1

IL-PARTI 1:   Il-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻATI FUQ KAMPJUNI

1.1 —   Id-daqs tal-kampjun

Sena

L-għadd ta’ tranżazzjonijiet ittestjati

2008

170  (1)

2007

180


1.2 —   L-istruttura tal-kampjun

Il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

FSE

FEŻR

Fond ta’ Koeżjoni

Total

Pagamenti finali/interim

29 %

55 %

16 %

100 %

100 %

Pagamenti bil-quddiem

Total

29 %

55 %

16 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

FSE

FEŻR

Fond ta’ Koeżjoni

Total

Il-frekwenza:

tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu milquta minn żbalji

18 % {9}

51 % {48}

59 % {16}

43 % {73}

54 % {97}

Il-frekwenza:

tal-iżbalji li huma kwantifikabbli

44 % {4}

47 % {37}

21 % {4}

42 % {45}

43 % {63}

L-impatt tal-iżbalji kwantifikabbli:

ir-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli taqa’ fil-medda (2)

'il fuq minn 5 %

'il fuq minn 5 %


1.4 —   It-tipi ta’ żbalji fil-kampjun

Il-perċentwal tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet ittestjati li huma dwar

2008

2007

FSE

FEŻR

Fond ta’ Koeżjoni

Total

l-Eliġibbiltà

22 %

46 %

16 %

38 %

34 %

l-Okkorrenza

0 %

0 %

0 %

0 %

5 %

il-Preċiżjoni

33 %

10 %

10 %

12 %

18 %

Oħrajn (konformità, nuqqas ta’ pagament)

45 %

44 %

74 %

50 %

43 %

Total

100 %

100 %

100 %

100 %

100 %

IL-PARTI 2:   IT-TIENI PARTI: EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   L-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula — Is-sistemi li għandhom x’jaqsmu ma’ rkupri u ma’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-Istat Membru

 

Ir-reġistrazzjoni tal-iżbalji

Il-korrezzjoni tal-iżbalji

Ir-reġistrazzjoni tal-korrezzjonijiet

Ir-rappurtar tal-korrezzjonijiet lill-KUMMISSJONI

Ir-rappurtar tal-irregolaritajiet lill-OLAF

FEŻR – Il-Greċja – Epirus

 

 

 

 

 

FEŻR – INTERREG Il-Ġermanja/Il-Polonja – Sistema tal-Ġermanja

 

 

 

 

 

FEŻR – INTERREG Il-Ġermanja/Il-Polonja – Sistema tal-Polonja

 

 

 

 

 

FEŻR – INTERREG Spanja/Il-Portugall

 

 

 

 

 

FEŻR – L-Italja – Calabria

 

 

 

 

 

FEŻR – L-Italja – Puglia

 

 

 

 

 

FEŻR – Spanja – Andalusia

 

 

 

 

 

FEŻR – Il-Polonja – Il-Kompetittività

 

 

 

 

 

FEŻR – Il-Portugall – L-Accessibbiltà u t-trasport

 

 

 

 

 

FEŻR – Spanja – l-obj. 1

 

 

 

 

 

FEŻR – Ir-Renju Unit – Cornwall l-obj. 1

 

 

 

 

 

FSE – Il-Belġju – Hainaut

 

 

 

 

 

FSE – Franza – l-obj. 3

 

 

 

 

 

FSE – Il-Greċja – Il-Kompetittività

 

 

 

 

 

FSE – L-Olanda – l-obj. 3

 

 

 

 

 

FSE – L-Iżvezja – l-obj. 3

 

 

 

 

 

Kodiċi:

 

Sodisfaċenti

 

Parzjalment sodisfaċenti

 

Insodisfaċenti


(1)  Il-170 rimborż interim jirrappreżenta 180 unità ta’ kampjuni. Il-Qorti tuża l-Kampjun ta' Unità Monetarja, fejn ir-rimborżi jistgħu jintgħażlu iktar minn darba, jekk il-valur monetarju tagħhom jaqbeż l-intervall għall-kampjun.

(2)  Il-Qorti tiddistingwi tliet meded għar-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli: taħt 2 %, bejn 2 % u 5 %, ’il fuq minn 5 %.

Iċ-ċifri fi brekits {} huma n-numri assoluti ta’ tranżazzjonijiet.

L-ANNESS 6.2

IS-SEGWITU GHALL-OSSERVAZZJONIJIET PRINCIPALI TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

1.   L-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-gestjoni tal-progetti tal-Koezjoni

Il-Qorti ripetutament sabet livell materjali ta’ żbalji fil-proġetti tal-Koeżjoni. Il-Qorti tqis is-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri bħala ineffettivi jew moderatament effettivi u identifikat li s-sorveljanza tal-Kummissjoni stess mhix effettiva fil-prevenzjoni tal-iżbalji fil-livell tal-Istat Membru.

(Ara eż. ir-Rapporti Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 6.22 sa 6.32, is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 6.37 sa 6.45, is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 6.38 sa 6.45, is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 5.47 sa 5.54, u s-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 5.55, 5.56 u 5.66 sa 5.69).

Kmieni fl-2008 l-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni biex issaħħaħ l-irwol ta’ sorveljanza tagħha taħt il-ġestjoni maqsuma tal-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97 finali, ippubblikat fid-19.2.2008).

Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, u fl-2008 28 mis-37 azzjoni kienu rrappurtati bħala li tlestew. L-impatt tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni jista’ madankollu jkun evalwat biss fis-snin li ġejjin meta r-riżultati tal-miżuri meħuda jsiru disponibbli.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta rapport dwar l-impatt inizjali tal-pjan ta' azzjoni tagħha fi Frar 2010.

2.   Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-2006: Is-segwitu mill-Kummissjoni ta’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti

Fl-2006, il-Qorti identifikat livell materjali ta’ żbalji fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-progetti fil-programmi kollha tal-verifika. Mill-177 progett ivverifikat mill-perijodu ta’ programmar 2000 sal-2006, 77 kienu milquta minn żbalji materjali.

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006 il-paragrafi 6.13 sa 6.15 u 6.26 sa 6.28).

Il-Kummissjoni tejbet iktar is-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-verifika, li jikkonsistu wkoll f’sospensjonijiet tal-pagamenti u f’korrezzjonijiet finanzjarji.

Il-Qorti ezaminat is-segwitu mill-Kummissjoni ghall-osservazzjonijiet li ħarġu mill-20 verifika mwettqa mill-Qorti u rrapportati fid-dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ghas-sena finanzjarja 2006. L-analiżi tal-Qorti turi li sar segwitu tal-każijiet kollha.

Il-Kummissjoni tejbet is-sorveljanza u s-segwitu tar-riżultati tal-verifika, inklużi l-osservazzjonijiet tal-Qorti, b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha tal-2008 għat-tisħiħ tar-rwol ta' superviżjoni tagħha.

3.   Is-sewgitu tas-sejbiet prinċipali tal-attività tal-verifika tal-Kummissjoni

Għar-Rapport Annwali 2006, 15-il verifika mwettqa mid-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL kienu evalwati. Eżatt aktar minn nofs dawn il-verifiki tal-Kummissjoni kellhom il-kwalitajiet kollha ta’ strument ta’ sorveljanza effettiva. (Ir-Rapport Annwali ghas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 6.23, u 6.36, it-Tabella 6.3: Ara wkoll ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 6.30).

Skont il-pjan ta’ Azzjoni ghall-azzjonijiet strutturali, il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tieħu miżuri biex iżżid l-impatt tal-ħidma tagħha tal-verifika billi tħaffef l-applikazzjoni tas-sospensjonijiet u tal-korrezzjonijiet finanzjarji. (Ara r-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, ir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.30).

Il-Qorti għażlet għar-reviżjoni ta’ segwitu tagħha kampjun ġdid ta’ 15-il verifika mwettqa mill-Kummissjoni u evalwat is-sekwenza tal-verifika u d-dokumentazzjoni ta’ kwistjonijiet sinifikanti kif ukoll irrevediet ix-xogħol tal-verifika. Il-Qorti kkonkludiet li għal dawn il-15-il każ id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL applikaw proċeduri tal-verifika raġonevoli biex jevalwaw it-tħaddim tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri.

Madankollu, jinħtieġ xi titjib rigward id-dokumentazzjoni tax-xogħol tal-verifika li sar, l-iktar għall-kompletezza tal-proċeduri tal-verifika.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet id-dokumentazzjoni kienet sħiħa. Hija impenjata sabiex tkompli tapplika standards ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni ta' kwalità għolja.


IL-KAPITOLU 7

Ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport

WERREJ

Introduzzjoni

Kif jintefqu l-flus

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

l-effettività tas-sistemi

Sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Desk checks ex-ante tar-rendikonti tal-ispejjeż

Ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti tal-ispejjeż

L-istrateġija tal-verifika ex-post tal-Kummissjoni

Sistemi relatati mal-irkupri u mal-korrezzjonijiet finanzjarji

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti tal-grupp tal-politika Riċerka, Enerġija u Trasport, li jikkomprendi l-oqsma tal-politika 06-Enerġija u Trasport; 08-Riċerka; 09-Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja; u 10-Riċerka Diretta. Informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet koperti, l-infiq għas-sena u t-tip tal-ġestjoni involuta hija mogħtija fit- Tabella 7.1 .

 

7.2.

Il-politika tal-enerġija u t-trasport timmira li tagħti liċ-ċittadini u n-negozji Ewropej sistemi ta’ enerġija u trasport kompetittivi, sabiex il-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija jsiru aktar sostenibbli, sabiex joħolqu l-kundizzjonjiet għal provvista ta’ enerġija kontinwa u sigura u servizzi tat-trasport għall-UE, sabiex titjieb is-sigurtà tat-trasport u l-enerġija, u sabiex il-politika tal-Unjoni ta’ trasport u enerġija kompetittivi, sostenibbli u siguri tiġi proġettata internazzjonalment.

 

7.3.

Il-politika tar-riċerka hija mmirata lejn il-kisba ta’ Żona Ewropea ta’ Riċerka (ERA). Flimkien mat-tlestija tas-Suq Komuni, l-ERA hija ċentrali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ Liżbona għall-impjiegi, il-kompetittività internazzjonali, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żona ta’ edukazzjoni, taħriġ, riċerka u innovazzjoni.

 

7.4.

Il-politika tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-Midja hija ffukata fuq l-inizjattiva strateġika tal-UE i2010, li ssostni l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni permezz tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u tikkontribwixxi għal settur awdjoviżwali Ewropew aktar b’saħħtu.

 

7.5.

ln-nefqa fuq ir-riċerka diretta tiffinanzja r-riċerka u l-attivitajiet relatati taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), li huwa Direttorat-Ġenerali tal-Kummissjoni. L-għan tal-JRC huwa li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku mmirat lejn il-klijent għat-tnissil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politika tal-UE.

 

It-Tabella 7.1 —   Analiżi tal-pagamenti skont il-qasam tal-politika

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti 2008

(miljun euro)

Mod tal-Ġestjoni tal-Baġit

6

Enerġija u Trasport

Nefqa amministrattiva (10)

128

Ċentralizzata u diretta

Trasport tal-art, tal-ajru u tal-baħar

278

Ċentralizzata u diretta

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

888

Ċentralizzata u diretta

Enerġiji konvenzjonali u rinnovabbli

72

Ċentralizzata u diretta

Enerġija nukleari

215

Ċentralizzata u diretta

Ċentralizzata u indiretta

Deċentralizzata u konġunta

Riċerka marbuta mal-enerġija u t-trasport (FP7)

108

Ċentralizzata u diretta

Tlestija ta' programmi qafas preċedenti (FP5 u FP6)

92

Ċentralizzata u diretta

Sigurtà u ħarsien tal-utenti tal-enerġija u t-trasport

3

Ċentralizzata u diretta

 

1 784

 

8

Riċerka

Nefqa amministrattiva (10)

241

Ċentralizzata u diretta

FP7

2 223

Ċentralizzata u diretta

ITER

96

Ċentralizzata u indiretta

Tlestija ta’ programmi qafas preċedenti (FP5 u FP6)

1 836

Ċentralizzata u diretta

Oħrajn

42

Ċentralizzata u diretta

 

4 438

 

9

Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja

Nefqa amministrattiva (10)

129

Ċentralizzata u diretta

FP7

749

Ċentralizzata u diretta

Midja

82

Ċentralizzata u diretta

CIP u oħrajn

141

Ċentralizzata u diretta

Tlestija tal-programmi preċedenti

607

Ċentralizzata u diretta

 

1 708

 

10

Riċerka diretta

Persunal, spejjeż tal-operat u investimenti (11)

306

Ċentralizzata u diretta

FP7

38

Ċentralizzata u diretta

Passivi storiċi li jirriżultaw minn attivitajiet nukleari

23

Ċentralizzata u diretta

Tlestija ta‘ programmi qafas preċedenti (FP5 u FP 6)

22

Ċentralizzata u diretta

 

389

 

Nefqa amministrattiva totali

804

 

Total FP7 (11)

3 214

 

Total FPs preċedenti

2 557

 

Total TENs

888

 

Total Oħrajn

857

 

Nefqa operattiva totali

7 516

 

Pagamenti totali għas-sena

8 320

 

Impenji totali għas-sena

9 157

 

Kif jintefqu l-flus

7.6.

Madwar 80 % tan-nefqa operattiva f’dan il-grupp ta’ politika hija fuq proġetti tar-riċerka, taħt il-Programmi Qafas multiannwali (FPs), li għandhom bosta skemi ta’ ffinanzjar, li jsostnu oqsma tematiċi u tipi ta’ proġetti varji.

7.6-7.10.

Programmi Qafas ta’ Riċerka jinvolvu proġetti teknikament u finanzjarjament kumplessi. L-ambjent ta’ kontroll huwa kkaratterizzat minn għadd kbir ta’ benefiċjarji, kull wieħed minnhom iħaddem is-sistemi ta’ kontroll tiegħu.

Il-ġestjoni tal-Programmi Qafas ta’ Riċerka tinqasam f’erba’ fażijiet distinti: l-evalwazzjoni tal-proposti; l-għażla tal-proposta u n-negozjar tal-kuntratt; il-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratti; il-verifiki finanzjarji u kontrolli ex-post oħra.

Il-Kummissjoni ma tistax issib ħafna mill-iżbalji li jagħmlu l-benefiċjarji qabel ma jkunu saru l-ħlasijiet. Sabiex tegħleb dan, il-Kummissjoni tħaddem strateġija ta’ kontroll immirata biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-ħlasijiet fuq bażi multiannwali. Din is-sistema hija bbażata fuq li jinstabu u jissewwew l-iżbalji li ma setgħux jinstabu qabel ma jsir il-ħlas. Dan twettaq billi żdied l-sforz ta’ verifika ex-post, li huwa element ewlieni tal-istrateġija ta’ kontroll, u l-irkupru tal-ammonti li jinstab li tħallsu żejjed lill-benefiċjari vverifikati.

Barra minn hekk, għall-FP7, ittieħdu inizjattivi biex jiġu nfurzati kontrolli oħrajn. Id-Direttorati Ġenerali għar-Riċerka introduċew „proċeduri maqbula“ għal ċertifikati tal-verifika aħjar, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġija tal-kontabilità tal-benefiċjarju, għall-użu tal-ispejjeż medji marbutin mal-persunal/jew il-kontabilità tal-kosti totali (inklużi l-ispejjeż indiretti).

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ programmi oħrajn koperti minn dan il-kapitlu, bħalma huma n-Netwerks Trans-Ewropej u l-Fondi għad-Diżattivazzjoni tal-Impjanti Nukleari, l-istrateġiji ta’ kontroll tagħhom ivarjaw sa ċertu punt mill-istruttura tal-Programmi Qafas ta’ Riċerka sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi partikolari tagħhom.

7.7.

Il-Kummissjoni ġeneralment tagħmel pagamenti lill-benefiċjarji mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri. Mill-2008, il-kontribuzzjoni tal-UE lil proġetti ta’ riċerka kbar individwali, bħall-iżvilupp tal-faċiltà ta’ fużjoni nukleari ITER hija mwassla permezz ta’ Intrapriżi Konġunti. Dawn huma korpi Komunitarji li jġesti l-fondi mogħtija mill-Kummissjoni u mill-imsieħba pubbliċi u privati oħrajn.

7.8.

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu istituti tar-riċerka, universitajiet, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji jew individwi. Il-benefiċjarji jew l-imsieħba (1)s-soltu jaħdmu fuq proġett bħala konsorzju fost Stati Membri jew stati assoċjati. Ġeneralment, il-proġetti jdumu bosta snin. Il-finanzjament jingħata permezz ta’ ftehim ta’ għotja mal-Kummissjoni. L-għotjiet ivarjaw minn madwar 20 000 euro għal riċerkaturi individwali sa 30 miljun euro għal proġetti kollaborattivi kbar. Għalkemm hemm aktar minn 15 000 benefiċjarju, l-akbar 240 jirċievu madwar 50 % tat-total tal-pagamenti.

7.9.

Kategorija oħra kbira ta’ nefqa (madwar 12 % tat-total) hija għal proġetti ta’ enerġija u trasport kbar taħt il-programm tan-netwerks trans-Ewropej (2). Il-benefiċjarji s-soltu huma awtoritajiet tal-Istati Membri iżda jistgħu wkoll ikunu kumpaniji pubbliċi jew privati.

7.10.

Kemm għall-proġetti tar-riċerka u kif ukoll għal dawk tat-trasport u l-enerġija, l-għotjiet jitħallsu f’partijiet: pagament bil-quddiem mal-firma tal-ftehim tal-għotja, segwit b’pagamenti interim u finali li jirrimborżaw nefqa eliġibbli rrapportata mill-benefiċjarji f’rendikonti tal-ispejjeż perjodiċi.

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.11.

Ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet huma miġbura fil-qosor fl- Anness 7.1 , il-Parti 1 . Il-Qorti sabet li 33 pagament minn kampjun ta’ 150 kienu milquta minn żball. Ma nstabu l-ebda żbalji fis-63 pagament bil-quddiem u l-pagament interim wieħed tal-FP7 vverifikat. Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli identifikata mill-Qorti qiegħda bejn 2 % u 5 %.

 

7.12.

Il-parti l-kbira tal-iżbalji għandhom x’jaqsmu mar-rimborż tal-ispejjeż ineliġibbli fil-pagamenti interim u finali lil proġetti tar-riċerka tal-FP6. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni jew ma ndunatx bl-ispejjeż ineliġibbli qabel ma għamlet il-pagament jew inkella kkalkolat ħażin l-ammont eliġibbli tar-rimborż.

7.12-7.14.

Il-maġġoranza tal-iżbalji huma r-riżultat ta’ dikjarazzjoni skorretta tal-ispejjeż relatati mal-persunal u l-overheads (spejjeż amministrattivi). Ħafna minn dawn l-iżbalji jistgħu jinstabu biss permezz ta' verifika fuq il-post għand il-benefiċjarji. Il-Kummissjoni għalhekk qegħdet fil-post strateġija ta’ kontroll u żviluppat attività ta’ verifika ex-post. L-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu kkontribwew biex f’dawn l-aħħar snin naqset ir-rata ta’ żbalji. Ġew inizjati iktar azzjonijiet korrettivi għall-FP7, partikolarment rigward iċ-ċertifikati tal-verifika.

7.13.

Dawn is-sejbiet huma konsistenti mal-programm tal-verifiki tal-Kummissjoni stess u r-riżervi dwar il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-FP6 li saru mid-Diretturi-Ġenerali tad-DĠs tar-riċerka fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tagħhom.

7.14.

L-aktar tip komuni ta’ żball jibqa’ r-rimborż ta’ spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti ineliġibbli. Fil-fatt, il-benefiċjarju ta’ sikwit jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit regolatorju li jiddikjara l-ispejjeż imġarrba fir-realtà fuq il-proġett, b’mod partikolari billi juża tariffi inkorretti għal persunal li jaħdem fuq il-proġett. Dan jintwera fl-eżempju t’hawn taħt.

Eżempju: Spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti ineliġibbli

Il-kampjun tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti kien jinkludi proġett tal-FP6, b’aktar minn 30 imsieħeb f’bosta Stati Membri, dwar riċerka u żvilupp ta’ sistemi tat-trasport. Il-proġett idum bosta snin b’finanzjament tal-UE ta’ aktar minn 10 miljun euro.

Il-Qorti vverifikat rendikont tal-ispejjeż ta’ wieħed mill-imsieħba għall-perijodu minn Jannar sa Diċembru 2006, li għalih il-Kummissjoni għamlet rimborż fl-2008.

Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà standard fil-ftehim tal-għotja bejn il-Kummissjoni u l-istat benefiċjarju huma li spejjeż eliġibbli għandhom ikunu reali, ekonomiċi u neċessarji għall-implimentazzjoni tal-proġett. Barra dan, sabiex ikunu eliġibbli għar-rimborż, l-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-kuntrattur (jiġifieri l-imsieħeb tal-proġett) u l-proċeduri ta’ kontabilità użati għandhom jippermettu r-rikonċiljazzjoni diretta bejn l-ispejjeż u d-dħul marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett u r-rendikont tal-kontijiet ġenerali dwar l-attività tan-negozju inġenerali tal-kuntrattur.

Il-benefiċjarju kkalkola l-ispejjeż tal-persunal li għandhom jiġġarrbu mill-proġett abbażi tar-rati għal kull siegħa għaż-żewġ kategoriji tal-persunal (inġinier superjuri/maniġer tal-proġett u inġinier/tekniku) li ħadmu fuq il-proġett. Il-Qorti sabet li r-rati użati ma kinux jirriflettu n-nefqa attwali mġarrba mill-benefiċjarju fit-twettiq tal-attivitajiet tal-proġetti ffissati fil-ftehim tal-għotja.

L-awdituri tal-Qorti kkalkolaw mill-ġdid l-ispejjeż tal-persunal abbażi tal-ispejjeż tas-salarju reali rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju. Dan wera li l-benefiċjarju kien iddikjara spejjeż tal-persunal żejda fuq il-proġett ta’ aktar minn 13 000 euro. Dan jeħtieġ ukoll tnaqqis proporzjonat tal-ispejjeż indiretti eliġibbli li għandhom jiġġarrbu mill-proġett.

B’kollox, il-benefiċjarju ddikjara iżjed l-ispejjeż eliġibbli b’aktar minn 16 000 euro u l-Kummissjoni għamlet rimborż żejjed ta’ ftit aktar minn 8 000 euro (b’rata ta’ kofinanzjament ta’ 50 %).

Eżempju

F’dan il-każ speċifiku l-Kummissjoni se tipproċedi bil-kumpens meħtieġ fil-perjodu ta’ rappurtar li jmiss. Madanakollu, l-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni li verifika ex-post biss setgħet issib dan it-tip ta’ żball.

Fl-FP6, il-kosti tal-proġetti jeħtieġ ikun „determinati skont il-prinċipji tal-kontabilità tas-soltu“ tal-parteċipant. Dan kien interpretat mis-servizzi tal-Kummissjoni li l-ispejjeż medji kienu permissibbli (sakemm kienu ssodisfati ħtiġiet oħrajn ta’ eliġibbiltà), jekk l-użu tagħhom kien jifforma parti mill-prinċipji normali ta’ kontabilità tal-parteċipant. Madanakollu, ma kienx ċar safejn setgħet tiġi aċċettata l-varjazzjoni bejn l-ispejjeż medji u l-ispejjeż attwali tal-persuni li kienu qed jaħdmu fuq il-proġett.

Fir-Regoli ta’ Parteċipazzjoni tal-FP7, l-ispejjeż medji huma permessi sakemm ma jvarjawx „b’mod sinjifikanti“ mill-ispejjeż attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-possibilità li tapprova ċertifikati mill-parteċipanti dwar il-mtodoloġija li tintuża’ għall-kost medju tal-personali (ara t-tweġibiet għall-paragrafi 7.6 sa 7.10 u 7.27).

Dan għandu jġib tnaqqis fl-iżbalji tal-ispejjeż medji ddikjarati tal-persunal.

7.15.

Żbalji sinifikanti oħrajn misjuba mill-Qorti kienu:

7.15.

a)

rimborż lil benefiċjarju tal-FP6 li ma setax jagħti evidenza li l-ispejjeż iddikjarati fil-fatt kienu ġġarrbu u li kienet seħħet xi attività sinifikanti tal-proġett;

a)

Il-problemi ma' dan il-benefiċjarju diġà ġew identifikati u kienu qed jiġu ndirizzati mis-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni stess, qabel id-dikjarazzjoni dwar il-verifika mill-Qorti.

b)

żball fir-reġistrazzjoni tad-data fit-tabella tal-kalkalu tal-Kummissjoni għal rimborż interim tal-FP6, li ma nstabx matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-pagament, u b’hekk il-benefiċjarju rċieva pagament żejjed ta’ 76 %;

b)

Il-miżuri ta’ kontroll li hemm fil-post fil-Kummissjoni huma mfassla biex safejn hu possibbli jiġi evitat dan it-tip ta’ żball. Għal dan il-każ partikolari, l-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva billi rkuprat l-ammont f’perjodi ta’ rappurtar sussegwenti.

c)

rimborż lil benefiċjarju ta’ spejjeż ta’ sottokuntrattar sostanzjali għal proġett tal-FP5 fin-nuqqas ta’ approvazzjoni minn qabel meħtieġa mill-Kummissjoni;

c)

Tabilħaqq, fil-mument tal-ħlas ma kienx ingħata permess minn qabel għal dawn l-ispejjeż. Il-Kummissjoni kienet sabet il-problema qabel ipproċediet bil-ħlas finali u għalhekk talbet lill-kuntrattur jipprovdi iktar evidenza. Fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali li ġiet provduta, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm biżżejjed ġustifikazzjoni sabiex tipproċedi bil-ħlas.

d)

għal proġett TEN-T, rimborż ta’ spejjeż imġarrba barra mill-perijodu ta’ eliġibbiltà definit fil-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarju.

d)

Dan kien żball formali, ibbażat fuq nuqqas klerikali tal-Kummissjoni. Fis-sustanza l-ispejjeż kienu ġġustifikati.

7.16.

Il-Qorti segwiet ukoll l-osservazzjonijiet ta’ qabel, kif irrapportat fl- Anness 7.2 . Il-Qorti sabet li l-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva fir-rigward tal-iżbalji rrapportati fid-DAS 2006, għalkemm b’xi dewmien. Dwar il-pagamenti tard, il-Qorti sabet li l-Kummissjoni tejbet b’mod konsiderevoli l-prestazzjoni tagħha fl-2008 billi għamlet pagamenti f’waqthom lill-benefiċjarji.

7.16.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjonijiet pożittivi tal-Qorti dwar is-segwitu tal-verifiki u l-ħlasijiet f’waqthom. Saru skorzi konsiderevoli fiż-żewġ oqsma u fl-2008 diġà bdew jidhru r-riżultati. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib dawn il-materji.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

7.17.

Jingħata sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-Qorti tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl- Anness 7.1, il-Parti 2 . L-evalwazzjoni ffukat fuq l-FP6 li huwa responsabbli għal 82 % tal-pagamenti interim u finali tal-kampjun tal-2008. Il-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

7.17.

Il-Kummissjoni tħaddem strateġija ta’ kontroll imfassla biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-ħlasijiet fuq bażi multiannwali. Għall-FP6 l-istrateġija oġġettiva hija li tiżgura li, sal-aħħar tar-raba’ sena tat-tħaddim tiegħu (2010), ir-rata ta’ żbalji residwi tkun naqset taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Dan il-għan jiġi vvalutat mill-ġdid kull sena fid-dawl tan-natura, il-frekwenza u l-ammont tal-iżbalji li jinstabu, kif ukoll b’kunsiderazzjoni għall-benefiċċju tan-nefqa.

Sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Desk checks ex-ante tar-rendikonti tal-ispejjeż

7.18.

Desk checks ex-ante jikkonsistu prinċipalment f’verifikazzjoni kontabbli u aritmetika tar-rendikonti tal-ispejjeż mill-Kummissjoni qabel ma jsir ir-rimborż. F’xi każijiet, l-iċċekkjar jista’ jinkludi wkoll verifikazzjoni tal-ispejjeż individwali bbażata fuq informazzjoni addizzjonali, bħal fatturi jew karti tal-pagament, li jintalbu lill-benefiċjarju.

 

7.19.

Il-Qorti eżaminat il-linji gwida u l-proċeduri, u l-arranġamenti ta’ rappurtar u monitoraġġ għad-desk reviews ex-ante fid-DĠ INFSO. Il-Qorti ttestjat il-ħidma tal-iċċekkjar ta’ 30 tranżazzjoni (3).

 

7.20.

Il-verifika ma identifikat l-ebda nuqqas speċifiku u kkonfermat li l-iċċekkjar jaħdem kif suppost. Il-Qorti tinnota li, filwaqt li d-desk checks jippermettu li jinstabu nuqqasijiet bażiċi fir-rendikonti tal-ispejjeż, bosta żbalji jistgħu jinstabu biss billi jitwettqu kontrolli għand il-benefiċjarju. Din il-limitazzjoni fid-desk checks teħtieġ li tiġi kkumpensata mill-elementi l-oħrajn tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (ċertifikazzjoni tal-verifika u verifiki ex-post).

 

Ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti tal-ispejjeż

7.21.

Meta meħtieġ mill-ftehim tal-għotja (4), ir-rendikonti tal-ispejjeż tal-benefiċjarji ppreżentati għar-rimborż għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-verifika maħruġ minn awdituri indipendenti. L-awditur jiċċertifika li huwa għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-ispejjeż iddikjarati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà.

 

7.22.

Għad-39 tranżazzjoni vverifikata għand il-benefiċjarju fejn kien ingħata ċertifikat, il-Qorti qabblet ir-riżultati tal-ittestjar tagħha stess maċ-ċertifikat. Fi 17 jew 43 % tal-każijiet, il-Qorti sabet żbalji fir-rendikonti tal-ispejjeż li kienu rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-awditur li jiċċertifika qabel ma ġew ippreżentati għar-rimborż.

7.22.

Bħall-Qorti, il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-korrettezza taċ-ċertifikati tal-verifika tal-FP6, li ma jipprovdux għal kollox l-assigurazzjoni addizzjonali li kienet mistennija fil-bidu rigward il-legalità u r-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-kosti. Huwa ċar, madanakollu, li dan l-istrument kien ta’ kontribut sinifikanti għall-prevenzjoini u l-korrezzjoni minn kmieni ta’ żbalji, li rriżulta fi tnaqqis tar-rata ta’ żbalji fl-FP6 meta mqabbel mal-FP5.

7.23.

Fil-parti l-kbira ta’ każijiet bħal dawn, l-awditur li jiċċertifika naqas milli jidentifika l-ispejjeż eliġibbli ddikjarati żżejjed, b’mod partikolari fil-kategoriji tal-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti, li huma s-sors prinċipali ta’ żball fir-rendikonti tal-ispejjeż tal-benefiċjarji (ara l-paragrafu 7.14).

7.23-7.24.

Sabiex titjieb is-sitwazzjoni fl-FP7 iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika ġiet adattata.

Iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika fl-FP7 hija bbażata fuq „proċeduri maqbula“, li jeħtieġu li l-awditur li qed jiċċertifika jgħaddi minn proċeduri pridefiniti u jirrapporta fuq dik il-bażi dwar is-sejbiet fattwali. Jeżistu noti ta’ gwida għall-benefiċjarji u l-awdituri tal-verifika fuq is-sit web tal-Cordis (http://cordis.europa.eu/), ara wkoll 7.33. Dan l-approċċ għandu jwassal għal tnaqqis fl-iżbalji tal-interpretazzjoni tal-eliġibbiltà tar-regoli mill-awdituri li seħħew fl-FP6, u huwa pass ieħor biex ikompli jitjieb dan il-kontroll.

7.24.

Din is-sejba hija konsistenti mar-riżultati tas-sena ta’ qabel u mas-sejbiet irrapportati fil-Kapitolu 10. Hija tikkonferma l-ħtieġa għall-Kummissjoni li tkompli tagħti sostenn u gwida lill-benefiċjarji u lill-awdituri li jiċċertifikaw, sabiex itejbu l-affidabbiltà ta’ dan il-kontroll (5).

Ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji taħt l-FP7

7.25.

Il-Kummissjoni fittxet li tissemplifika l-proċeduri billi tirriforma s-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-verifika taħt l-FP7. L-innovazzjoni prinċipali hija t-tneħħija tal-obbligazzjoni li jingħataw ċertifikati għar-rendikonti tal-ispejjeż interim permezz taċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji.

7.25-7.26.

Iċ-ċertifikazzjoni tal-metodoloġija kemm għall-persunal kif ukoll għall-ispejjeż indiretti kienet fil-fatt introdotta biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għal dawk il-benefiċjarji ta’ sovvenzjonijiet multipli li s-sistemi tagħhom jistgħu jipprovdu assigurazzjoni li l-metodoloġiji wżati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja. Din iċ-ċertifikazzjoni hija fakultattiva.

7.26.

Barra li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, din il-miżura hija intenzjonata sabiex tippromwovi l-użu ta’ metodoloġiji ta’ kalkolu tal-ispejjeż tajbin u b’hekk tnaqqas il-livell ta’ żbalji fir-rendikonti tal-ispejjeż.

7.27.

Iżda, il-Kummissjoni għadha ma ħarġitx b’definizzjoni ċara tal-kriterji meħtieġa għall-evalwazzjoni dwar jekk il-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji jikkonformawx mar-rekwiżiti regolatorji. Fi tmiem l-2008, din l-għamla l-ġdida ta’ ċertifikazzjoni ex-ante kienet ġiet approvata biss f’każ wieħed.

7.27.

It-twaqqif ta’ kriterji għall-evalwazzjoni tal-metodoloġija tal-ikkostjar huwa eżerċizzju diffiċli. Il-Kummissjoni kkjarifikat f’deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fit-23 ta’ Ġunju 2009 (C(2009)4705) il-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġija tal-ikkostjar għall-benefiċjarji li jużaw l-ispejjeż medji tal-persunal.

Waara bidu kajman, l-għadd ta’ ċertifikati dwar il-metodoloġiji vverifikati żdied fl-2009.

L-istrateġija tal-verifika ex-post tal-Kummissjoni

7.28.

L-element prinċipali l-ieħor tas-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni għan-nefqa fuq ir-riċerka huwa l-programm tagħha ta’ verifiki finanzjarji ex-post (jiġifieri wara r-rimborż) għand il-benfiċjarji. Il-verifiki jitwettqu mill-awdituri tal-Kummissjoni u minn kumpaniji tal-verifika esterna taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. L-iskop tal-verifiki ex-post huwa li jsibu u jikkoreġu żbalji li ma ġewx ostakolati jew misjuba minn kontrolli li saru aktar kmieni.

 

7.29.

Fl-2008, id-DĠs tar-riċerka tal-Kummissjoni (6)komplew iżidu l-attività tal-verifika ex-post tagħhom, skont l-istrateġija komuni tal-verifika ex-post tal-FP6 introdotta fl-2007. Din l-istrateġija tipprovdi għal verifiki ex-post imsaħħa u hija mfassla biex iżżid l-assigurazzjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa tal-FP6, li hija responsabbli għal 42 % tan-nefqa totali għall-Programmi Qafas tar-riċerka fl-2008.

 

7.30.

Il-Qorti rrevediet il-progress tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija, abbażi tal-objettivi prinċipali tagħha li:

a)

iżżid il-kopertura tal-verifika;

b)

issaħħaħ il-koerenza u l-konsistenza ta’ attivitajiet tal-verifika ex-post fost id-DĠs tar-riċerka;

c)

timplimenta sistema ta’ informazzjoni tal-IT ċentralizzata ġdida għall-ġestjoni tal-verifika u għodda ta’ qsim tal-verifika;

d)

issaħħaħ il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-verifika; u

e)

tiżgura approċċ komuni mid-DĠs tar-riċerka meta jittrattaw mad-ditti tal-verifika esterna kkuntrattati biex iwettqu verifiki tal-prestazzjoni f’isem il-Kummissjoni.

 

7.31.

Fl-2008, il-kopertura tan-nefqa mill-verifiki ex-post żdiedet b’mod konsiderevoli (il- Grafika 7.1 ), b’reazzjoni għall-kritika preċedenti tal-Qorti. L-għadd ta’ verifiki kkompletati żdied minn 432 fi tmiem l-2007 għal 1 084 fi tmiem l-2008.

7.31.

Il-Kummissjoni tinnota l-kumment favorevoli tal-Qorti rigward iż-żieda fl-ispiża li tkopri l-verifika.

7.32.

Id-DĠs tar-riċerka b’mod konsistenti jsegwu approċċ koerenti lejn il-verifiki ex-post, u għamlu sforzi biex jikkoordinaw u jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-verifika. Iżda t-tqassim tal-attivitajiet bejn id-DĠs tar-riċerka, flimkien man-nuqqas ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni integrata jagħmel il-koordinazzjoni aktar diffiċli; b’mod partikolari għas-segwitu tar-riżultati tal-verifika.

7.32.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjonijiet pożittivi tal-Qorti rigward l-approċċ konsistenti u koerenti adottat mid-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka rigward l-implimentazzjoni ta’ strateġija komuni ta-verifika.

In-nuqqas ta’ għodda dedikata tal-IT ma tipprevenix per se il-koordinazzjoni. Livell għoli ta’ koordinazzjoni jintlaħaq permezz tal-gruppi ta’ ħidma interdipartimentali li jeżistu fost id-DĠs tar-Riċerka. Il-laqgħat ta’ kull xahar ta’ rrappurtar sommarju dwar il-verifika jirrappreżentaw eżempju tajjeb ta’ din il-kooperazzjoni effettiva (ara wkoll 7.34).

L-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka se jiġu integrati f’dawk l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni matul l-2009.

Il-Grafika 7.1 —   Implimentazzjoni tal-istrateġija komuni tal-verifika ex-post tal-Kummissjoni

Image

7.33.

L-istrateġija tal-verifika ex-post tal-Kummissjoni timmira li ssaħħaħ il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-verifika permezz ta’ sostenn akbar lill-benefiċjarji u l-awdituri li jiċċertifikaw. Filwaqt li l-Kummissjoni għamlet sforzi biex ittejjeb il-gwida u xxerred l-aqwa prattiċi, fl-2008 l-problemi osservati qabel mill-Qorti ppersistew (il-paragrafu 7.22).

7.33.

L-inizjattivi ġodda żviluppati taħt l-FP7, bħaċ-ċertifikat ex-ante dwar il-metodoloġija u ċ-ċertifikat dwar il-kosti medji tal-persunal, li huma mfassla biex ma jippermettux prattiċi skorretti fid-dikjarazzjonijiet tal-kosti u li kienu s-suġġett ta’ kampanja ta’ komunikazzjoni estensiva, huma mistennija jkomplu jnaqqsu l-problemi li ltaqgħet magħhom il-Qorti (ara wkoll paragrafu 7.23).

7.34.

Approċċ komuni biex jiġu trattati d-ditti tal-verifika esterna huwa msaħħaħ b’laqgħat ta’ kull xahar dwar ir-rapporti tas-sommarju tal-verifika u bl-użu ta’ proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità fuq ir-rapporti tal-verifika.

7.34.

L-osservazzjoni tal-Qorti tikkonferma li DĠs tar-riċerka żviluppaw kooperazzjoni effettiva mal-awdituri esterni (ara t-tweġiba għal paragrafu 7.32).

Sistemi relatati mal-irkupri u mal-korrezzjonijiet finanzjarji

7.35.

Il-kopertura akbar tal-verifika ex-post tagħti bażi usa’ għall-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet korrettivi u żżid l-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

 

7.36.

Effetti korrettivi addizzjonali huma ppjanati jew qegħdin jiġu implimentati permezz ta’ mmirar ta’ benefiċjarji kbar u estrapolazzjoni sussegwenti tas-sejbiet tal-verifika sistematiċi fuq kuntratti mhux ivverifikati għand il-benefiċjarji vverifikati.

 

7.37.

Iż-żieda konsiderevoli fl-attività tal-verifika tfisser ammont ħafna akbar ta’ xogħol relatat mal-implimentazzjoni tar-riżultati tal-verifika (estrapolazzjoni tal-iżbalji, impożizzjoni ta’ aġġustamenti, rkupri u sanzjonijiet). Barra dan, din teħtieġ sforzi sinifikanti ta’ koordinazzjoni bejn id-DĠs tar-riċerka.

 

7.38.

F’Lulju 2007, id-DĠ INFSO waqqaf netwerk intern ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-verifika ex-post għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-verifika. F’Settembru 2008, id-DĠ RTD waqqaf unità ġdida biex tittratta mal-irkupri. L-unità ħarġet linji gwida dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-verifika lill-uffiċjali tal-proġetti fid-DĠ.

 

7.39.

Iżda, fi tmiem l-2008, il-Kummissjoni kienet bdiet biss ammont baxx ta’ rkupri, kif muri fil- Grafika 7.2 , u kienet għadha ma imponiet l-ebda sanzjoni (7), minkejja l-fatt li sistema estiża ta’ sanzjonijiet kienet waħda mill-miżuri korrettivi prinċipali introdotti fil-bidu tal-FP6 fl-2002 (8).

7.39.

Kif osservat il-Qorti, iż-żieda kontinwa ta’ attivitajiet tal-verifika għandha impatt sinjifikanti fuq il-volum tax-xogħol tad-Direttorati Ġenerali. Teħtieġ tisħiħ fil-koordinazzjoni u t-twaqqif ta’ sistema interna ta’ kontroll komprensiva biex tiżgura s-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ verifika billi toħroġ ordnijiet jew tagħmel tajjeb għall-ammonti fi ħlasijiet sussegwenti, kif ukoll li tagħmel użu mid-danni likwidati (ara nota ta' qiegħ il-paġna nru. 7).

Sa tmiem l-2008, il-proċessi ta’ ġestjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-istrateġija ta' kontroll multiannwali ġeneralment qegħdin jaħdmu.

Il-Grafika 7.2 —   Implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji wara l-verifiki

Image

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

7.40.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika Riċerka, enerġija u trasport kienu milquta minn żbalji materjali. Ir-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli qiegħda bejn 2 % u 5 %.

7.40.

Il-Kummissjoni se taħdem biex tikseb livell ta’ żbalji residwi li jwassal għal DAS mhux kwalifikata f’dan il-grupp ta’ politika.

7.41.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika Riċerka, enerġija u trasport huma parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti.

 

Rakkomandazzjonijiet

7.42.

Fis-snin riċenti, il-Kummissjoni saħħet is-sistemi ta’ kontroll tagħha u ssemplifikat ir-regoli ta’ finanzjament għalI-proġetti tar-riċerka. Dawn il-miżuri kkontribwew għal tnaqqis fil-livell ta’ żbalji għal dan il-grupp ta’ politika. Sabiex tkompli żżomm din it-tendenza pożittiva, il-Kummissjoni għandha:

7.42.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

a)

tiżgura applikazzjoni rigoruża tal-kontrolli, b’mod partikolari billi ttejjeb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-verifika u permezz ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tagħha tal-verifika ex-post, timponi penali fejn huwa xieraq u tagħmel irkupri jew aġġustamenti f’waqthom f’każijiet ta’ rimborż żejjed ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż;

a)

Il-Kummissjoni hija konxja għal kollox dwar l-importanza ta’ sistema effiċjenti ta’ kontroll u kontinwamewnt tisħaq għal titjib. Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-politika tar-riċerka fi ħdan il-limiti tal-qafas legali u finanzjarju applikabbli. Il-Kummissjoni se tkompli tapplika kontrolli rigorużi.

b)

skont id-dokument reċenti tal-Kummissjoni dwar is-semplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji (9), tissemplifika aktar ir-regoli ta’ finanzjament għall-Programm Qafas (FP8) tar-riċerka li jmiss, filwaqt li żżomm l-objettiv ta’ sistema ta’ kontroll effettiva f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż biex tkompli tagħti assigurazzjoni raġonevoli dwar ir-regolarità tan-nefqa.

b)

Il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa iktar simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji fl-FP8 u li tinżamm sistema ta’ kontroll effettiva. Il-Kummissjoni se tkompli tissimplifika u ttejjeb kif jiġi implimentat il-baġit sabiex takkumpanja l-pjan ta’ rkupru tagħha skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar „is-simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji u t-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-baġit biex tingħata għajnuna lill-irkupru ekonomiku“. Il-Kummissjoni se ssegwi x-xogħol tagħha fuq is-sistemi ta’ kontroll tal-effikaċja tal-kosti, u tipproponi riskji ta’ żball tollerabbli għar-riċerka u oqsma oħra fl-2010.


(1)  Kull proġett għandu medja ta’ madwar 20 imsieħeb, għalkemm l-għadd jista’ jvarja minn 4 sa 95. Imsieħba jistgħu jipparteċipaw f’bosta proġetti.

(2)  Fl-2008, 434 proġett ta’ trasport għaddej (TEN-T) b’għotja medja ta’ 16,43 miljun euro u 53 proġett tal-enerġija għaddej (TEN-E) b’għotja medja ta’ 1,34 miljun euro.

(3)  14-il każ mill-kampjun ta’ ttestjar sostantiv, flimkien ma’ 16-il każ ieħor magħżul.

(4)  Skont l-FP6, kull imsieħeb fi proġett għandu jagħti minn tal-inqas ċertifikat tal-verifika wieħed li jkopri t-tul kollu tal-proġett. Ċertifikat huwa dejjem meħtieġ meta l-kontribuzzjoni tal-Komunità mitluba minn imsieħeb taqbeż is-750 000 euro għal perijodu ta’ rappurtar speċifiku.

(5)  Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 7.31 sa 7.33 u 7.43(c).

(6)  Id-DĠ RTD, Id-DĠ INFSO, Id-DĠ TREN u d-DĠ ENTR.

(7)  Barra l-irkupru tal-fondi, il-Kummissjoni hija intitolata titlob kumpens (danni likwidati) minn benefiċjarju li jinstab li ddikjara żżejjed l-ispejjeż eliġibbli u konsegwentement irċieva kontribuzzjoni mhux ġustifikata mill-UE. Kwalunkwe benefiċjarju li jinstab li b’mod persistenti kiser l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tiegħu jista’ jkun soġġett għal pieni.

(8)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 7.23.

(9)  Il-komunikazzjoni mis-Sinjura Grybauskaitė bi ftehim mal-President tal-Kummissjoni (SEC(2009) 477 finali, 8.4.2009).

(10)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 11.

(11)  Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP7) huwa l-istrument prinċipali tal-Unjoni Ewropea għall-iffinanzjar tar-riċerka tul il-perijodu 2007 sal-2013. Nefqa fl-„FPs preċedenti“ tfisser pagamenti interim u finali li saru lill-proġetti magħżula taħt il-programmi qafas preċedenti (jiġifieri FP6 (2002-2006) jew FP5 (1998-2002). Ara wkoll il-paragrafu 7.6.

ANNESS 7.1

IL-PARTI 1:   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻAT FUQ IL-KAMPJUN

1.1 —   Daqs tal-kampjun

Sena

Għadd ta' tranżazzjonijiet ittestjati

2008

150

2007

180


1.2 –   Struttura tal-kampjun

Perċentwal ta' tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

FP5

FP6

FP7

TEN

Diżattivazzjoni Nukleari  (4)

Oħrajn

Total

Pagamenti bil-quddiem (1)

42 %

3 %

1 %

3 %

49 %

74

33 %

59

Pagamenti interim u finali (2)

1 %

33 %

1 %

3 %

3 %

3 %

44 %

65

61 %

109

Pagamenti oħrajn mhux għall-proġetti (3)

1 %

6 %

7 %

11

6 %

12

Total

1 %

33 %

43 %

7 %

4 %

12 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

FP5

FP6

FP7

TEN

Diżattivazzjoni Nukleari

Oħrajn

Total

Frekwenza ta' tranżazzjonijiet ittestjati li kienu milquta minn żbalji

100 % {2}

44 % {22}

30 % {3}

67 % {4}

12 % {2}

22 % {33}

48 % {86}

Frekwenza ta' żbalji li huma kwantifikabbli

50 % {1}

91 % {20}

20 % {1}

0 % {0}

67 % {2}

68 % {24}

44 % {61}

Impatt ta' żbalji kwantifikabbli:

Ir-rata ta' żbalji l-aktar probabbli taqa' fil-firxa (5)

Bejn 2 % u 5 %

Bejn 2 % u 5 %

Il-figuri fil-{} parentesi huma għadd assolut ta' tranżazzjonijiet.

IL-PARTI 2:   EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA' SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula

Sistema kkonċernata

Kontroll intern prinċipali (Kummissjoni)

Kontrolli interni prinċipali f'amministrazzjonijiet nazzjonali

Evalwazzjoni ġenerali

Desk checks qabel il-pagament

Ċertifikazzjoni tal-verifika

Verifiki finanzjarji ex-post

Is-Sitt Programm Qafas (FP6)

 

 

 

M/A

 


Evalwazzjoni ġenerali

2008

2007

 

 

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

M/A

Mhux applikabbli: ma japplikax jew mhux evalwat


(1)  74 pagament bil-quddiem: 63 FP7, 5 TEN, 2 diżattivazzjoni nukleari (imħallsa direttament lill-benefiċjarju), 2 Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, 1 Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni u l-Kultura, 1 Aġenzija Spazjali Ewropea (Galileo).

(2)  65 pagament interim u finali: 1 FP7, 50 FP6, 2 FP5, 4 TEN, 4 diżattivazzjoni nukleari (imħallsa lill-Fondi Internazzjonali ta' Sostenn), 2 Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni u l-Kultura, 1 Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, 1 fattura għal kuntratt ta' servizz mal-programm IST.

(3)  11-il pagament mhux għall-proġetti: pereżempju fatturi għal servizzi u provvisti, pagament lil strument ta' garanzija ta' self għall-proġetti TEN-T, sussidju għall-Faċilità ta' Finanzjament ta' Qsim tar-Riskju tal-FP7, sussidji għall-ħidma lill-aġenziji ta' riċerka u lill-Impriża Konġunta ITER.

(4)  Programm taħt ġestjoni konġunta mill-Kummissjoni (DĠ TREN) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BEŻR).

(5)  (Il-Qorti tiddistingwi tliet firxiet għar-rata ta' żball l-aktar probabbli: taħt 2 %, bejn 2 % u 5 %, 'il fuq minn 5 %.

Il-figuri fil-{} parentesi huma għadd assolut ta' tranżazzjonijiet.

ANNESS 7.2

SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

1.   Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni 2006: livell materjali ta’ żbalji fil-pagamenti

Fl-2006, il-Qorti sabet żbalji f’26 tranżazzjoni minn 150 ivverifikati. It-tipi ta’ żbalji l-aktar frekwenti kienu: evidenza ta’ sostenn mhux xierqa biex tiġġustifika l-ispejjeż iddikjarati, b’mod partikolari għall-ispejjeż tal-persunal, li s-soltu tkun l-akbar kategorija ta’ spejjeż unika; użu ta’ ammonti bbaġitjati minflok spejjeż reali; allokazzjoni mhux ġustifikata ta’ spejjeż indiretti lill-proġett; dikjarazzjonijiet għal spejjeż imġarrba barra mill-perijodu ta’ eliġibbiltà; inklużjoni ta’ varji spejjeż ineliġibbli oħrajn.

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 7.10 sa 7.11).

Għal erba’ każijiet, ir-responsabbiltà għas-segwitu issa hija tad-DĠs barra mill-grupp tal-politika.

F’sitt każijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li m’hemm bżonn l-ebda azzjoni korrettiva.

Fi 13-il każ, il-Kummissjoni għamlet korrezzjonijiet finanzjarji, jew billi ħarġet ordni ta’ rkupru jew billi aġġustat pagamenti lill-benefiċjarji f’perijodi sussegwenti.

Fi tliet każijiet, il-Kummissjoni bdiet azzjoni korrettiva li għad jonqosha titlesta.

Il-Kummissjoni segwiet l-iżbalji u ħadet azzjonijiet korrettivi, minkejja li fi tliet każijiet il-korrezzjonijiet finanzjarji mhumiex ikkompletati. Ammonti dovuti lill-Kummissjoni għandhom jiġu rkuprati malajr kemm jista’ jkun fl-interessi tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-Kummissjoni ħadet l-azzjonijiet korrettivi biex tiżgura s-segwitu tat-tliet każijiet li għadhom miftuħin. Fi tnejn mit-tliet każijiet, il-proċess sabiex jitkompla l-pagament u l-proċess ta' rkupru beda. Fit-tielet każ, tnediet verifika u r-rapport tagħha huwa mistenni.

2.   Pagamenti tard mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ġarrbet dewmien bla bżonn fit-twettiq ta’ pagamenti lill-benefiċjarji f’għadd sinifikanti ta’ każijiet.

Fl-2005, 11 minn 69 pagament ivverifikat mill-Qorti saru tard (jiġifieri 16 %). Għall-2006, il-Qorti identifikat pagamenti tard f’21 minn 113-il każ (jiġifieri 18,6 %). Fl-2007, il-Qorti sabet pagamenti tard fi 30 minn 180 każ ivverifikat (jiġifieri 17 %).

Fl-2008, il-Qorti sabet inqas pagamenti tard: 12-il każ minn 150 pagament ivverifikat (jiġifieri 8 %).

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 7.10; Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.29 u l-Anness 7.1; Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, l-Anness 7.2).

Il-Kummissjoni tejbet il-monitoraġġ tad-dewmien, introduċiet proċeduri semplifikati, adattat l-għodod tal-IT tagħha u kabbret il-programm ta’ taħriġ tagħha għal persunal involut fil-proċess ta’ pagament.

Il-prestazzjoni tal-Kummissjoni fit-twettiq ta’ pagamenti f’waqthom tjiebet b’mod konsiderevoli matul l-2008.

It-titjib irrappurtat mill-Qorti jirrifletti l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-kwestjoni mill-qrib.


IL-KAPITOLU 8

L-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika L-Għajnuna Esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir

L-ambitu tal-verifika

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-Effettività tas-sistemi

Is-sistemi dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Il-EuropeAid

ID-DĠ RELEX

ID-DĠ ELARG

ID-DĠ ECHO

Is-sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX (CRIS)

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Is-Segwitu għall-osservazzjonijiet preċedenti li ma jirrigwardawx id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

Ir-reviżjoni ta’ segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 5/2006 dwar il-programm MEDA

Introduzzjoni

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti dwar il-grupp tal-politika l-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir, li fih l-oqsma tal-politika segwenti: 19 - Ir-Relazzjonijiet Esterni, 21 - L-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) (1), 22 - It-Tkabbir, u 23 - L-Għajnuna umanitarja. Tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet koperti, l-infiq għas-sena u t-tip ta’ ġestjoni involuta fit- Tabella 8.1.

 

It-Tabella 8.1 —   L-analiżi tal-pagamenti skont il-qasam tal-politika

It-Titolu tal-Baġit

Il-Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Il-pagamenti 2008

(miljun euro)

Il-Mod tal-Ġestjoni tal-Baġit

19

Ir-Relazzjonijiet esterni

In-nefqa amministrattiva

336

Ċentralizzat u dirett

Ir-Relazzjonijiet multilaterali, il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-immigrazzjoni u l-ażil, u l-kwistjonijiet ġenerali dwar affarijiet esterni

54

Ċentralizzat u dirett/

Il-Politika estera u ta’ sigurtà komuni

192

Ċentralizzat u indirett (6)/ Konġunt

L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

109

Ċentralizzat u dirett

Ir-relazzjonijiet u l-koperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati li m’humiex membri

16

Ċentralizzat u dirett

Ir-rispons għal kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà

199

Ċentralizzat u dirett

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja

1 475

Ċentralizzat u dirett/ deċentralizzat

Ir-relazzjonijiet mal-Amerika Latina

310

Ċentralizzat u dirett/ deċentralizzat

Ir-relazzjonijiet mal-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Pajjiżi tal-Lvant Nofsani

667

Ċentralizzat u dirett/ deċentralizzat / konġunt

L-istrateġija tal-politika u koordinament

22

Ċentralizzat u dirett

 

3 380

 

21

L-Iżvilupp u r-relazzjonijiet mal-Istati AKP

In-nefqa amministrattiva

248

Ċentralizzat u dirett

Is-sigurtà tal-ikel

258

Ċentralizzat u dirett

L-atturi fl-iżvilupp mhux tal-Istat

172

Ċentralizzat u dirett

L-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-enerġija

76

Ċentralizzat u dirett

L-iżvilupp uman u soċjali

127

Ċentralizzat u dirett/ konġunt

Il-koperazzjoni ġeografika ma’ Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP)

223

Ċentralizzat u dirett/ deċentralizzat/ konġunt

Il-proġetti ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp u programmi ad hoc

24

Ċentralizzat u dirett

L-istrateġija ta’ politika u koordinazzjoni

13

Ċentralizzat u dirett

 

1 141

 

22

It-Tkabbir

In-nefqa amministrattiva

71

Ċentralizzat u dirett

Il-proċess u l-istrateġija tat-tkabbir

1 388

Ċentralizzat u dirett/ indirett / Deċentralizzat

L-appoġġ finanzjarju ta' wara l-adeżjoni

66

Ċentralizzat u dirett/ Deċentralizzat

L-istrateġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

9

Ċentralizzat u dirett

 

1 534

 

23

L-Għajnuna umanitarja

In-nefqa amministrattiva

21

Ċentralizzat u dirett

L-għajnuna umanitarja

862

Ċentralizzat u dirett/ Konġunt

 

883

 

In-nefqa amministrattiva totali (7)

676

 

In-nefqa operazzjonali totali

6 262

 

Il-pagamenti totali għas-sena

6 938

 

L-impenji totali għas-sena

7 415

 

Sors: Il-kontijiet annwali tal-Kommunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008, il-Volum II, l-Anness B.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika L-Għajnuna Esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir

8.2.

In-nefqa tar-Relazzjonijiet esterni u l-iżvilupp hija implimentata mill-Uffiċċju tal-Koperazzjoni EuropeAid (EuropeAid) u wkoll mid-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (DĠ RELEX). In-nefqa tat-tkabbir hija implimentata mid-Direttorat-Ġenerali għat-Tkabbir (DĠ ELARG), u l-Għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna f’ikel, mid-Direttorat-Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO).

 

8.3.

In-nefqa implimentata mill-EuropeAid tinkludi:

a)

assistenza finanzjarja u teknika lil, u koperazzjoni ekonomika ma’, pajjiżi fl-Asja u l-Amerika Latina;

b)

politika Ewropea tal-Viċinat li tinkludi s-sħubija strateġika mar-Russja;

c)

programmi tematiċi li jinkludu s-sigurtà tal-ikel, l-atturi mhux tal-istat u l-awtoritajiet lokali, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

 

8.4.

Il-parti l-kbira tan-nefqa hija soġġetta għal ġestjoni ċentralizzata u diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni, jew fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni jew inkella fid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Għajnuna mwassla permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali hija soġġetta għal ġestjoni konġunta.

 

8.5.

Proporzjon kbira tan-nefqa tinkludi pagamenti għas-sostenn baġitarju u pagamenti (pagamenti bil-quddiem/finanzjament bil-quddiem) magħmula lill-organizzazzjonijiet implimentattivi tal-proġetti tal-iżvilupp li jinkludu istituzzjonijiet governattivi, NGOs u organizzazzjonijiet internazzjonali.

 

8.6.

Il-proġetti tal-iżvilupp sostnuti huma mxerrda f’aktar minn 150 pajjiż, u l-organizzazzjonijiet implimentattivi jvarjaw ħafna kemm fid-daqs kif ukoll fil-kompetenza. Fi ħdan kull wieħed mill-proġetti hemm għadd kbir ta’ pagamenti individwali, li huma soġġetti għal regoli kumplessi, b’mod partikolari dwar is-sejħiet għall-offerti u l-oriġini tal-provvisti.

 

8.7.

Fir-rigward tan-nefqa ġestita mid-DĠ RELEX, japplikaw il-modi tal-ġestjoni li ġejjin:

a)

ġestjoni ċentralizzata u indiretta, jew konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jirrigwarda l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni; u

b)

ġestjoni ċentralizzata u diretta kemm għar-relazzjonijiet kif ukoll għall-koperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati li m’humiex membri (Strument għall-Pajjiżi Industrijalizzati) u għar-rispons għal kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà (Strument għall-Istabbiltà). Il-proġetti huma implimentati jew mill-Kwartieri Ġenerali jew inkella mid-Delegazzjonijiet.

 

8.8.

Id-DĠ ELARG iġesti n-nefqa marbuta mal-istrateġija u l-proċess ta’ tkabbir prinċipalment fi ħdan l-istrument ta’ assistenza qabel l-adeżjoni, il-programm Phare flimkien mal-assistenza qabel l-adeżjoni, CARDS (2), u l-assistenza qabel l-adeżjoni għat-Turkija.

 

8.9.

Il-pagamenti huma ġeneralment magħmula fuq il-bażi ta’ modi tal-ġestjoni ċentralizzati jew deċentralizzati. Fil-każ tal-ġestjoni deċentralizzata, il-kontrolli ex-ante ta’ deċiżjonijiet tal-għoti ta’ kuntratti huma mwettqa mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li taħt kundizzjonijiet speċifiċi l-kontroll ex-ante jiġi rinunzjat.

 

8.10.

Fil-każ tal-assistenza finanzjarja mill-UE lil kandidati potenzjali (l-Albanija, il-Bosnja u Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo (3)) u kif ukoll lill-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-nefqa involuta hija ġestita direttament mid-Delegazzjonijiet. Din tinkludi, minn Ottobru 2008 ’l quddiem, il-parti tal-assistenza li qabel kienet imwassla permezz tal-EAR (l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni).

 

8.11.

In-nefqa implimentata mid-DĠ ECHO hija ġestita fil-livell tal-Kwartieri Ġenerali. Madwar nofs l-approprijazzjonijiet impenjati huma relatati mal-NGOs (ġestjoni ċentralizzata u diretta) u nofs man-Nazzjonijiet Uniti jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (ġestjoni konġunta).

 

L-ambitu tal-verifika

8.12.

Il-verifika kienet ibbażata fuq tliet komponenti ewlenin:

a)

l-ittestjar sostantiv ta’ pagamenti li saru fl-2008 permezz ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 180 oġġett (ara 1.1 u 1.2 tal- Anness 8.1 ). Il-kampjun kien jikkonsisti f’pagamenti lill-organizzazzjonijiet implimentattivi, pagamenti għas-sostenn baġitarju u pagamenti lil fondi ta’ trust, u pagamenti oħra magħmula direttament mill-Kummissjoni, pereżempju, fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, ta’ servizzi jew ta’ provvista.

b)

evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet, li tinkludi:

i)

kontrolli ex-ante fuq kuntratti u pagamenti;

ii)

attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ sorveljanza,

iii)

verifiki esterni,

iv)

il-verifika interna;

c)

segwitu ta’ osservazzjonijiet preċedenti tad-DAS (ara l- Anness 8.2 ).

 

8.13.

Ta’ min jinnota li għall-pagamenti magħmula lill-Aġenziji tan-Nazzjoniijiet Uniti (NU), l-awdituri tal-Qorti jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex jiksbu rapporti tal-verifika dwar in-nefqa tal-proġetti u d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa min-NU. Dan minkejja passi meħuda mill-Kummissjoni biex tiffaċilita x-xogħol tal-verifika mwettaq mill-Qorti.

8.13.

Il-Kummissjoni tappoġġa bi sħiħ it-talbiet tal-Qorti għal informazzjoni mill-aġenziji tal-NU fil-qafas tal-Ftehim ta' Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA) iffirmat bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti fid-29 ta' April 2003.

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

8.14.

L-ittestjar sostantiv għall-grupp tal-politika L-Għajnuna esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir wera livell materjal ta’ żbalji. Ir-riżultati ta’ dan l-ittestjar huma ppreżentati u analizzati iktar fl- Anness 8.1.

 

8.15.

It-tranżazzjonijiet ittestjati jinkludu pagamenti magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni jew direttament lill-kuntratturi u l-konsulenti jew inkella lill-organizzazzjonijiet implimentattivi. Instab livell materjali ta’ żbalji għaż-żewġ tipi ta’ pagament.

 

8.16.

Fir-rigward ta’ pagamenti magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni direttament lill-kuntratturi u lill-konsulenti, l-iżbalji l-iktar sinifikanti li kienu identifikati huma dwar:

8.16.

a)

żbalji ta’ eliġibbiltà kwantifikabbli (eż. VAT u taxxi oħrajn, kundizzjonijiet essenzjali mitluba li ma ġewx issodisfati);

a)

Għal wieħed mill-eżempji tal-Qorti, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jistax jikkwalifika bħala żball kwantifikabbli biss fuq il-bażi li rekwiżiti formali tal-kuntratt ma ġewx rispettati.

b)

żbalji ta’ preċiżjoni kwantifikabbli (eż. żbalji ta’ kalkolu li jinkludu każijiet ta’ pagamenti għas-sostenn baġitarju); u

 

c)

żbalji ta’ konformità mhux kwantifikabbli (eż. nuqqas ta’ rispett ta’ limiti ta’ ħin, nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali, irregolaritajiet fil-proċeduri ta’ akkwist).

c)

Rigward ir-rispett tal-limiti ta' żmien għall-pagament, xi drabi l-Kummissjoni ma nnotifikatx lill-kuntratturi bis-sospensjoni tal-pagamenti – fl-interessi ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba – fejn kien hemm suspett ta’ irregolarità finanzjarja, filwaqt li kienu għaddejin xi investigazzjonijiet.

8.17.

Fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi l-iżbalji identifikati jikkonsistu prinċipalment fi:

8.17.

a)

żbalji ta’ eliġibbiltà kwantifikabbli (l-inklużjoni ta’ nefqa ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti u irregolaritajiet fis-sejħiet għall-offerti u tal-għoti ta’ kuntratti);

a)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-klassifikazzjoni tal-Qorti dwar żball ta’ eliġibbiltà kwantifikabbli ta’ kawża waħda relatata ma’ irregolarità mwettqa minn subkuntrattur, li għalih il-Kummissjoni f'għarfien sħiħ u permezz ta' valutazzjoni tas-sitwazzjoni ddeċidiet li tipproċedi b’pagament imnaqqas b'konformità mal-Artikoli 81, 113 u 119 tar-Regolament Finanzjarju. Dan għandu impatt fuq l-Anness 8.1 fit-termini kemm tal-livell ta’ tranżazzjonijiet affettwati minn żball, u kif ukoll tar-rata ġenerali ta’ żbalji mogħtija.

Il-verifiki finanzjarji mandatorji li jsiru qabel il-pagamenti finali previsti taħt is-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni jippermettu lill-Kummissjoni biex issib u tikkoreġi l-iżbalji ta’ pagamenti bil-quddiem/ta’ prefinanzjament misjuba mill-Qorti tal-Awdituri f’sena fiskali sussegwenti.

b)

żball wieħed ta’ preċiżjoni kwantifikabbli (rati ta’ skambju inkorretti).

 

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Is-sistemi dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

8.18.

Is-sistemi evalwati mill-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet jinkludu kontrolli ex-ante mwettqa f’pagamenti u f’kuntratti (abbażi tar-riżultati tal-ittestjar sostantiv), l-attivitajiet ta’ ġestjoni u sorveljanza, is-sistema ta’ verifiki esterni u kontrolli ex-post u l-funzjoni ta’ verifika interna. L-evalwazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll hija parzjalment effettiva għad-DĠs kollha (ara l- Parti 2 tal- Anness 8.1 ).

8.18.

Il-Kummissjoni temmen li l-ambjent ta’ kontroll tal-grupp ta’ politika għall-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir tjieb b’mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin preċedenti (u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fis-snin ta’ qabel ġew implimentati). Pereżempju l-kontrolli ex-ante tal-EuropeAid ġew imsaħħa b’mod konsiderevoli matul dan il-perjodu, speċjalment għall-verifika (ex-ante u ex-post), fejn sa mill-2007 ġew introdotti termini ta' referenza standard ġodda dwar referenza, sistemi ta’ IT, u metodoloġiji. Il-kontrolli ex-post tal-Kummissjoni nnifisha (fil-EuropeAid u fid-DĠ ECHO) jikkonfermaw livell baxx ħafna ta’ żbalji reżidwali fil-mument tal-pagament finali/tal-għeluq tal-proġett.

8.19.

Barra dan, u abbażi tar-riżultati tax-xogħol tal-verifika mwettaq, il-Qorti analizzat ukoll l-effettività tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX (CRIS). Din hija għodda importanti għad-dispożizzjoni tal-EuropeAid, tad-DĠ RELEX u tad-DĠ ELARG, kemm fil-livell tal-Kwartieri Ġenerali kif ukoll f’dak tad-Delegazzjoni, għall-ġestjoni tan-nefqa taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

 

Il-EuropeAid

8.20.

Il-EuropeAid iġesti n-nefqa ffinanzjata kemm mill-baġit tal-UE u kif ukoll mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp. Evalwazzjoni aktar dettaljata tal-effettività tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ hija rrapportata f’rapport separat, ippubblikat flimkien ma’ dan ir-Rapport Annwali, dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI).

 

8.21.

Il-Qorti nnutat li l-EuropeAid kompla jintroduċi titjib fis-sistemi tiegħu ta’ sorveljanza u kontroll.

 

8.22.

Madankollu, dwar il-verifiki ex-ante, ġew innutati dgħufijiet li jinkludu:

8.22.

a)

kontrolli ineffettivi u insuffiċjenti ta’ prevenzjoni fil-livell tas-servizzi tal-Kummissjoni (l-awdituri sabu każijiet ta’ pagamenti li saru fin-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali u każijiet ta’ irregolaritajiet fil-livell ta’ sejħiet għall-offerti u tal-għoti ta’ kuntratti mwettqa mis-servizz tal-Kummissjoni);

 

b)

monitoraġġ insuffiċjenti ta’, u sostenn għal, organizzazzjonijiet inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE (pereżempju fost l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE mhuwiex dejjem ċar għall-aħħar liema regoli ta’ kontabilità għandhom jintużaw għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji meħtieġa);

b)

Is-sostenn lill-organizzazzjonijiet inkarigati mill-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE hu sinifikanti u jinkludi l-fornitura ta’ linji gwida stampati, sit elettroniku tal-EuropeAid għall-finanzi u kuntratti miżmum tajjeb, taħriġ relevanti u konsulenza fuq il-post mill-persunal tal-finanzi u kuntratti fid-Delegazzjonijiet. Pereżempju għall-Istrument Ewropew għall-Politika tal-Viċinat, fl-2008 ġew offruti 29 jum ta’ taħriġ fil-qasam tal-finanzi u kuntratti, fejn 76 % (151) mill-200 post ittieħdu minn ministeri tekniċi u persunal tal-proġett.

Il-ħtiġijiet għas-sostenn tal-amministrazzjoni finanzjarja, monitoraġġ u taħriġ dejjem jistgħu jiġu espanduti u mtejbin aktar. Qed jiġu preparati Struzzjonijiet għall-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw, u dawn għandhom jiġu finalizzati fl-2010.

c)

fil-każ ta’ pagamenti għas-sostenn baġitarju, dgħufijiet fil-proċessi ta’ verifikazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet għall-pagament ġewx issodisfati.

c)

Il-Kummissjoni qed tippromwovi għarfien mifrux fi ħdan is-servizzi tagħha dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ aktar strutturat u aktar formali meta jiġu valutati l-pagamenti għas-sostenn tal-baġit. Fi Frar 2009 il-Kummissjoni saħħet ir-rwol tal-verifikazzjoni mill-persunal tal-finanzi u l-kuntratti fil-proċess tal-approvazzjoni tal-ħlas.

8.23.

Fir-rigward tal-użu ta’ verifiki esterni, wieħed mill-komponenti l-aktar importanti tal-qafas ta’ kontroll intern tal-EuropeAid, il-Qorti nnutat titjib fil-proċessi. Madankollu hija tikkonkludi li dawn il-kontrolli għadhom ġeneralment parzjalment effettivi. Minbarra dan, il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji nstab li kien parzjalment effettiv.

8.23.

Mill-2007 sar progress sostanzjali fil-metodoloġija tal-verifika u ħafna mir-riformi reċenti, maż-żmien, ser iġibu benefiċċji addizzjonali, pereżempju; meta r-riżultati kollha tal-verifika huma bbażati fuq it-termini ta’ referenza standard tal-2007.

Il-Kummissjoni qed tkompli l-isforzi tagħha biex tqajjem l-għarfien tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju. Il-ġestjoni tar-riskju kienet Standard għall-Kontroll Intern prijoritizzat fl-2008, u numru ta’ avvenimenti ta’ taħriġ saru fil-Kwartieri Ġenerali u fir-reġjuni kollha tal-assistenza esterna. Qed jiġi ppjanat tittjib addizzjonali fit-taħriġ għall-eżerċizzju 2010 dwar il-ġestjoni tar-riskju, inkluża l-fornitura għal tagħlim ibbażat fuq l-internet.

8.24.

Id-dgħufijiet li baqgħu fl-2008 kienu, l-iktar, inkonsistenzi u nuqqasijiet fil-Pjan ta’ Verifika Annwali (AAP), fil-modulu tal-verifika CRIS u fil-monitoraġġ ġenerali tar-riżultati tal-verifiki mwettqa. Huma jinkludu, fost oħrajn:

8.24.

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, il-metodoloġija tal-Pjan Annwali tal-Verifika (PAV) ġiet riveduta b’mod sostanzjali matul l-2008 għall-eżerċizzji 2009 u qiegħda fil-proċess ta’ reviżjonijiet addizzjonali għall-eżerċizzju 2010. Sa mill-2007, il-verifika CRIS għaddiet minn żvilupp profond.

a)

rata ta’ implimentazzjoni baxxa tal-AAP;

a)

In-numru ta’ verifiki finalizzati matul sena waħda żdied b’mod gradwali matul l-aħħar snin. Fl-2008 ġew finalizzati total ta’ 455 verifika, li jirrappreżentaw żieda ta’ 35 % meta mqabblin man-numru ta’ verifiki finalizzati fl-2007 (337).

Madankollu, il-perjodu ta’meta jsiru bosta mill-verifiki għandhom jirriflettu l-pass tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett.

b)

informazzjoni inkompleta fil-modulu tal-verifika CRIS;

b)

L-2008 kienet l-ewwel sena tal-użu obbligatorju tal-Verifika CRIS u fl-aħħar, ir-riżultati kienu pożittivi ħafna. Il-Kummissjoni xorta waħda tagħraf li għandu jsir progress fl-aġġornament ta’ meta id-dokumenti jittellgħu fis-sit elettroniku.

c)

inkonsistenzi bejn ir-riżultati tal-verifiki mwettqa, u nuqqas ta’ analiżi dwarhom.

c)

Attwalment, hemm analiżi komprensiva ta’ riżultati tal-verifika ffukati fuq il-verifiki kontrattati taħt is-sistema ta’ kuntratt qafas ta’ verifika (FWC).

ID-DĠ RELEX

8.25.

Il-Qorti evalwat fid-dettall is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ RELEX għall-assigurazzjoni tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Ġew identifikati nuqqasijiet importanti fir-rigward tal-komponent tal-kontrolli ex-post. Pereżempju, fir-rigward ta’ kontrolli ex-post, tliet kontrolli fuq il-post kienu ppjanati iżda tnejn minnhom biss twettqu, u minn sitt verifiki esterni ppjanati l-ebda waħda ma tnediet fir-realtà.

8.25.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fl-2009, il-kontrolli ex-post għandhom ikollhom rwol aktar importanti għall-assigurazzjoni tad-DĠ RELEX fid-dawl tat-tkabbir fid-daqs tal-baġit. Matul l-2009 se jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-ippjanar, u l-użu tar-riżultati tal-verifiki u tal-kontrolli se jittejjeb.

8.26.

Barra dan, l-analiżi mwettqa wriet dgħufijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja u s-sorveljanza tal-informazzjoni finanzjarja dwar il-proġetti. Pereżempju, id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni jużaw CRIS, is-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni –li tappartjeni lill-EuropeAid, biex iġġesti l-informazzjoni finanzjarja dwar proġetti devoluti tad-DĠ RELEX (Strument għall-Istabbiltà). Madankollu m’hemm l-ebda interface awtomatizzat mas-segwitu mill-Kwartieri Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, li jitwettaq separatament abbażi ta’ spreadsheets meħudin mill-ABAC. Dan jista’ jirriżulta f’differenzi fl-informazzjoni tal-ġestjoni.

 

ID-DĠ ELARG

8.27.

L-evalwazzjoni ġenerali tal-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi minħabba dgħufijiet identifikati fil-Kapaċità ta’ Verifika Interna tad-DĠ u fil-kontrolli ex-post tagħha. Il-pjan tax-xogħol tal-IAC kien ibbażat fuq evalwazzjoni tar-riskji, iżda l-programm multiannwali tagħhom ma kienx żviluppat biżżejjed. Barra dan, minħabba l-volum dejjem jiżdied ta’ fondi, il-Qorti tisħaq fuq l-importanza ta’ strateġija speċifika għall-kontrolli ex-post ta’ proġetti ġestiti b’mod ċentrali kif previst fl-AMP għall-2008. L-effettività tal-komponent ta’ kontroll ex-ante nstabet li kienet sodisfaċenti.

8.27.

Il-Kummissjoni ma taqbilx għal kollox mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar l-effikaċja tas-sistemi ta’ verifika u tal-kontroll ex-post, meta tikkunsidra l-introduzzjoni tat-titjib.

L-ambjent li jinbidel malajr tad-DĠ ELARG jagħmel mod li l-ippjanar multiannwali tal-KVI jkun diffiċli u b’hekk jeħtieġ li jkollu aġġustamenti kontinwi.

Fil-bidu tal-2009, id-DĠ ELARG adotta strateġija ta’ kontroll komprensiva li tkopri l-modi kollha ta’ ġestjoni, inkluża ġestjoni ċentralizzata. Huwa qed jikkonsidra l-adozzjoni ta’ politika speċifika għal kontrolli ex-post fil-ġestjoni ċentralizzata, fuq il-bażi tal-esperjenza ggwadanjata b’azzjoni pilota li saret fl-2008 filwaqt li jitqiesu l-konsiderazzjonijiet tal-ispejjeż/tal-benefiċċji.

8.28.

Minbarra dan, għad hemm dgħufijiet fundamentali fir-rigward ta’ irregolaritajiet fil-ġestjoni ta’ fondi tal-Phare minn żewġ aġenziji implimentattivi fil-Bulgarija. Il-Qorti tqis l-evalwazzjoni tagħha tal-kontrolli interni prinċipali fl-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-Bulgarija bħala parzjalment effettiva biss (ara l- Anness 8.2 ).

8.28.

Minħabba s-sejba ta’ numru ta’ djgħufijiet fis-sistema, il-Kummissjoni ssospendiet il-pagamenti kollha mill-aħħar ta’ Frar 2008 u, f'Lulju 2008 rtirat l-akkreditazzjoni ta' żewġ aġenziji kkonċernati. Anka jekk jibqgħu xi djgħufijiet tas-sistema, ma għadx hemm il-potenzjal għad-dħul f’kuntratti irregolari, hekk kif l-ikkontrattar tal-fondi tal-Phare ġie tterminat.

ID-DĠ ECHO

8.29.

Il-Kapaċità ta’ Verifika Interna nħolqot fl-2008 (qabel, id-DĠ ECHO kien servut f’dan ir-rigward mill-IAC tal-EuropeAid). Fl-opinjoni tal-Qorti, l-2008 kienet sena ta’ tranżizzjoni għall-IAC u wieħed jista’ jistenna l-benefiċċju sħiħ tal-organizzazzjoni l-ġdida mill-2009 ’l quddiem.

 

8.30.

Dwar is-sistema ta’ verifiki esterni, partikolarment l-istrateġija tal-verifika tad-DĠ, il-Qorti tinnota l-isforzi li saru biex tiżdied il-proporzjon ta’ proġetti soġġetti għal verifiki fuq il-post.

 

Is-sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX (CRIS)

8.31.

Matul l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet kien innutat li l-informazzjoni miżmuma fi CRIS mhijiex dejjem preċiża għal kollox. Instabu żbalji ta’ kodifikazzjoni kemm ta’ data tal-pagamenti kif ukoll ta’ data tal-impenji (pereżempju, fil-każ ta’ proġetti u / jew kuntratti fejn il-kodiċi CRIS tal-pajjiż huwa mdaħħal ħażin. Żbalji oħrajn jistgħu jolqtu l-affidabbiltà tar-rendikonti finanzjarji tal-Kummissjoni (pereżempju, dwar dati meta tiskadi l-garanzija tal-bank u modi tal-ġestjoni tal-proġett/kuntratt).

8.31.

Attwalment qed jittieħdu numru ta’ miżuri biex tiżdied il-kwalità tad-dejta fil-CRIS. L-ewwel, qed jiġu żviluppati regoli ċari u aktar dokumentati għad-dħul tad-dejta, u s-sistema CRIS qed tiġi eżaminata u żviluppata b’mod regolari u kif xieraq. It-tieni, bħalissa qed isiru sforzi biex titjieb il-kwalità tad-dejta li diġa hemm fis-sistema, inkluża l-verifika tal-kwalità tad-dejta (biex jiġu identifikati x’jikkawża l-iżbalji), it-tindif tad-dejta u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta biex ifornu deskrizzjoni attwali tal-istatus tal-kwalità tad-dejta.

8.32.

Barra dan, l-awdituri nnutaw li hemm limitazzjonijiet tekniċi li l-utenti tas-sistema ta’ spiss iħabbtu wiċċhom magħhom u li jistgħu jolqtu r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ipproċessati (huwa komuni li wieħed isib każijiet ta’ pagamenti li saru wara d-dati tal-iskadenza ffissati minħabba li s-sistema ma kinitx disponibbli).

8.32.

Il-CRIS ma kinetx disponibbli għal xi perjodi matul l-2008, l-aktar minħabba d-domandi tekniċi tal-integrazzjoni tal-kontijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fis-sistema ta’ kontabbiltà ċentrali tal-Kummissjoni fi Frar 2009, li kien eżerċizzju ta’ darba. Madankollu, minn dakinhar ittieħdu numru ta’ passi biex jittnaqqsu l-perjodi fejn il-CRIS ma kinetx disponibbli.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

8.33.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika L-Għajnuna esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir ġew milquta minn żbalji materjali.

8.33.

Il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha biex tkopri l-perjodu sħiħ tal-proġetti multiannwali tagħha. L-approċċ tal-Qorti tal-Awdituri hu annwali u jiġbor l-iżbalji kollha misjuba f’sena partikolari. Il-maġġoranza tat-tip ta’ żbalji finanzjarji identifikati mill-Qorti għandhom jinstabu wkoll mill-Kummissjoni, fil-kors normali tal-kontrolli ex-ante, u għandhom jiġu korretti f’sena sussegwenti qabel ma l-kontijiet tal-proġett jingħalqu, u jħallu livell baxx ta' żball residwali.

8.34.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-Għajnuna esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir huma parzjalment effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tal-pagamenti.

8.34.

Il-Kummissjoni temmen li l-ambjent ta’ kontroll tal-grupp ta’ politika għall-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir tjieb b’mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin ta’ qabel (u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fis-snin ta’ qabel ġew implimentati). Fil-fatt bosta mill-elementi sinifikanti tas-sistemi ta’ kontroll importanti ġew ivvalutati bħala effikaċi.

Rakkomandazzjonijiet

8.35.

Il-Qorti tirrakkomanda li:

8.35.

a)

għandhom jittieħdu miżuri għat-titjib tal-effettività tas-sistema ta’ kontroll ex-ante tal-Kummissjoni għall-pagamenti u għall-kuntratti (il-EuropeAid u d-DĠ RELEX);

a)

Il-Kummissjoni ma taqbilx għal kollox mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar l-effikaċja tal-kontroll ex-post għal EuropeAid, waqt li tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ titjibiet. Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li bħala parti mill-isforzi tagħha attwali biex tittejjeb is-sistema kollha tal-kontroll intern, hu meħtieġ xogħol addizzjonali fuq it-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll għall-għajnuna esterna. B’dan f’moħha, u flimkien max-xogħol tal-Kummissjoni dwar riskju tollerabbli ta’ żball, il-EuropeAid fl-2010 se tniedi eżaminazzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tagħha.

Il-Kummissjoni taqbel li d-dipendenza fuq kontrolli ex-ante fid-DĠ RELEX għandha tiġi dokumentati aħjar.

b)

għandu jingħata iktar sostenn lill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti ffinanzjati mill-UE u għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ iktar mill-qrib;

b)

Il-Kummissjoni tagħraf li l-appoġġ għall-amministrazzjoni finanzjarja u għall-monitoraġġ jeħtieġu li jiġu mifruxa aktar u mtejba aktar. Qed jiġu preparati Struzzjonijiet għall-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw, u għandhom u jiġu finalizzati fl-2010.

c)

il-verifiki u l-kontrolli ex-post għandhom ikunu ppjanati b’mod iktar realistiku, b’kunsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-għan, sabiex il-pjanijiet riżultanti jkunu jistgħu jitwettqu kif suppost;

c)

Il-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni se jibqa’ jforni assistenza lil Amministraturi tal-Verifika – speċjalment f’Delegazzjonijiet – biex itejbu l-ippjanar tagħhom tal-verifika. Fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-PAV 2009, id-Delegazzjonijiet ġew mistiedna li jagħtu attenzjoni speċifika għad-disponibbiltà tar-riżorsi.

Għal kontrolli ex-post tranżazzjonali, l-għanijiet annwali ntlaħqu kull sena.

d)

għandu jsir segwitu mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli ex-post ippjanati, sabiex kwalunkwe devjazzjoni tkun tista’ tiġi nnutata u rrimedjata mill-ewwel;

d)

Matul l-2009 se jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-ippjanar annwali, u l-użu tar-riżultati tal-verifiki u tal-kontroll se jiġi mtejjeb.

e)

ir-riżultati tal-verifiki u tal-kontrolli ex-post imwettqa għandhom ikunu rreġistrati sew u analizzati sistematikament;

e)

Il-Kummissjoni qed tippjana titjibiet għall-CRIS biex tippermetti analiżi mtejba tad-dejta tal-verifika.

f)

għandha tkun approvata u implimentata strateġija aktar żviluppata għal verifiki ex-post fil-ġestjoni ċentralizzata (id-DĠ ELARG).

f)

Fil-bidu tal-2009, id-DĠ ELARG adotta Strateġija ta’ Kontroll komprensiva li tkopri l-modi kollha ta’ ġestjoni, inkluża ġestjoni ċentralizzata. Qed jikkonsidra l-adozzjoni ta’ politika speċifika għal kontrolli ex-post f’ġestjoni ċentralizzata, fuq il-bażi tal-esperjenza ggwadanjata b’azzjoni pilota li saret fl-2008 u filwaqt li jitqiesu l-konsiderazzjonijiet tal-ispejjeż/benefiċċji.

8.36.

Il-Qorti tirrakkomanda wkoll li jiġu adottati miżuri adegwati u jiġu implimentati azzjonijiet sabiex titjieb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni differenti li s-servizzi tal-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha.

8.36.

Attwalment qed jittieħdu numru ta’ miżuri biex tiżdied il-kwalità tad-dejta fil-CRIS. L-ewwel, qed jiġu żviluppati regoli ċari u aktar dokumentati għad-dħul tad-dejta, u s-sistema CRIS qed tiġi eżaminata u żviluppata b’mod regolari. It-tieni, attwalment qed isiru sforzi biex titjieb l-kwalità ta’ dejta li diġa tinstab fis-sistema.

8.37.

Barra minn hekk, il-Qorti tirrakkomanda li fir-rigward ta’ pagamenti għas-sostenn baġitarju, għandhom jissuktaw l-isforzi li saru s’issa biex jiġu introdotti indikaturi tal-prestazzjoni li huma orjentati iktar lejn il-prodott u r-riżultat.

8.37.

Il-Kummissjoni ser iddaħħal aktar preċiżjoni fit-tfassil u fil-kejl ta’ indikaturi fl-operazzjonijiet għas-sostenn tal-baġit. Attwalment qed jiġu eżaminati Linji Gwida Ġenerali għas-Sostenn tal-Baġit biex jittejbu t-tfassil u l-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u indikaturi orjentati lejn riżultati speċifiċi biex jinkiseb approċċ li hu orjentat lejn riżultati li huma aktar rigorużi, isir użu tal-proċess ta’ produzzjoni u indikaturi tar-riżultat.

IS-SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI LI MA JIRRIGWARDAWX ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

Ir-reviżjoni ta’ segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 5/2006 dwar il-programm MEDA

Introduzzjoni

8.38.

F’Awwissu 2006 l-Qorti ppubblikat ir-Rapport Speċjali Nru 5/2006 dwar il-programm MEDA (4). Peress li r-Regolament tal-MEDA kien se jiskadi fl-2006, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti kienu mmirati lejn l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija l-ġdid (ENPI), li daħal fis-seħħ mill-2007. Il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni għandha:

8.38.

Il-Kummissjoni ħadet il-passi neċessarji biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 5/2006 dwar il-programm tal-MEDA.

tiżgura tranżizzjoni mingħajr problemi u mgħaġġla għall-programmi tal-pajjiżi l-ġodda sabiex tevita konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni fil-futur;

tiddefinixxi b’mod aktar ċar fid-dokumenti ta’ pprogrammar tal-pajjiżi l-ġodda l-objettivi strateġiċi tagħha u twaqqaf indikaturi xierqa, sabiex tippermetti għal monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar tal-impatt;

tkompli tiffoka s-sostenn tagħha fuq għadd limitat ta’ setturi ta’ intervent sabiex tiżgura koerenza u sabiex iżżomm il-programmi ġestibbli;

tkompli tfittex għall-aħjar prattiċi fil-ġestjoni ta’ proġetti sabiex tevita dewmien.

 

8.39.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew adottaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Barra dan l-Awtorità ta’ Kwittanza nnutat kwistjonijiet dwar il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE, u t-titjib tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrument il-ġdid.

 

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

8.40.

Il-Kummissjoni ħejjiet ir-rapporti tal-pajjiżi, il-pjanijiet ta’ azzjoni u d-dokumenti tal-ipprogrammar tal-istrateġija korrispondenti fil-ħin. Il-fluss tal-assistenza finanzjarja tal-UE ma ntlaqatx matul it-tranżizzjoni mill-istrument il-qadim (MEDA) għal dak il-ġdid (ENP). Barra dan, għas-snin 2007 u 2008, kemm l-impenji kif ukoll il-ħlasijiet (għall-MEDA u l-ENPI flimkien) kienu saħansitra ogħla meta mqabbla mal-medju tas-snin ta’ qabel.

 

8.41.

Id-dokumenti tal-ipprogrammar tal-istrateġija inkorporaw objettivi strateġiċi elaborati, li kienu skont il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-Pajjiż iżda kienu deskritti l-iktar f’termini ġenerali, u għalhekk kien diffiċli li wieħed jevalwa l-impatt tal-finanzjament tal-UE fi tmiem il-perijodu stabbilit fid-dokumenti ta’ strateġija. Il-kwalità tal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti f’dan il-livell varjat sostanzjalment minn pajjiż għal ieħor. Ġeneralment, il-linji ta’ bażi u l-miri, relatati mal-indikaturi, ma kinux definiti fid-dokumenti ta’ strateġija.

8.41.

Ara t-tweġiba għal 8.46

8.42.

Il-Kummissjoni ffukat is-sostenn tagħha fuq għadd limitat ta’ oqsma ta’ intervent. L-oqsma ta’ intervent kienu allinjati mal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju individwali. Barra dan, il-Kummissjoni ħadet ħsieb li tkompli s-sostenn ta’ oqsma speċifiċi jew saħansitra żżomm programmi tas-settur taħt l-istrument il-ġdid ENP. Il-Kummissjoni wkoll sostniet għadd ta’ oqsma ta’ prijorità għolja komuni għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi benefiċjarji.

 

8.43.

Il-Kummissjoni ħadmet skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament tal-ENPI, li tejjeb it-trasparenza tal-finanzjament tal-UE permezz ta’ fondi ta’ trust internazzjonali. Reċentement, żewġ rapporti ta’ evalwazzjoni komprensiva kienu prodotti wkoll dwar it-twassil tal-għajnuna mill-Kummissjoni permezz ta’ banek tal-iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment, u permezz tal-organizzazzjonijiet tal-familja tan-Nazzjonijiet Uniti. L-Unità ta’ Evalwazzjoni (5)kkummissjonat konsulenti esterni biex tipproduċi r-rapporti bil-għan li tevalwa l-valur miżjud ta’ dawn il-modi ta’ twassil tal-għajnuna.

 

8.44.

Fl-2008, il-Kummissjoni ħejjiet manwal ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà. Ftehimiet speċifiċi dwar il-komunikazzjoni, il-viżibbiltà u r-rappurtar kienu ffirmati wkoll man-NU u l-Bank Dinji fl-2006.

 

8.45.

Il-Kummissjoni ħadet miżuri biex timplimenta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-MEDA II. Madankollu, ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali mistenni sa nofs l-2008 mhuwiex se jkun finalizzat qabel iktar tard fl-2009.

8.45.

Ara t-tweġiba għal 8.46

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

8.46.

Il-Kummissjoni ħadet passi li huma fil-biċċa l-kbira skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport. Il-Kummissjoni:

8.46.

ħadet il-miżuri meħtieġa biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u malajr għall-programmi tal-pajjiżi l-ġodda;

 

ma stabbilietx, madankollu, objettivi strateġiċi u indikaturi ta’ kwalità sodisfaċenti fid-dokumenti kollha tal-ipprogrammar tal-istrateġija. Għalhekk il-Qorti tkompli tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi objettivi strateġiċi u indikaturi tal-prestazzjoni adegwati li jippermettu evalwazzjoni tal-impatt effiċjenti dwar l-azzjonijiet tal-UE għall-perijodu kollu kemm hu;

Skont ir-regolament ENPI, l-indikaturi bażiċi u ta’ rendiment huma speċifikati fi stadju aktar il-quddiem, meta jiġu stabbiliti l-Programmi ta’ Azzjoni Annwali. Hu għalhekk li fil-mument tal-formulazzjoni ta’ programm, li dawn ikollhom it-tendenza li jsiru aktar relevanti u definiti aħjar, li dawk l-indikaturi huma stabbiliti. Id-Dokumenti tal-Istrateġija tal-Pajjiż għandhom bħala għanijiet tagħhom il-fornitura ta’ deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni fil-pajjiż u l-preżentazzjoni tal-oqsma strateġiċi ta' prijorità għall-intervent biex jiġu ffaċċjati l-isfidi identifikati fil-pajjiż.

iffukat is-sostenn tagħha fuq għadd limitat ta’ oqsma ta’ intervent, skont il-Pjanijiet ta’ Azzjoni u l-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju individwali;

 

kompliet tfittex li tapplika l-aqwa prattiċi fl-ippjanar u l-ġestjoni ta’ programmi u proġetti. Madankollu, il-Kummissjoni qiegħda tard fir-rapport ta’ evalwazzjoni finali tal-MEDA li, kieku, seta’ żied rakkomandazzjonijiet ta’ valur għall-implimentazzjoni tal-fażi inizjali tal-ENPI.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ġie ffinalizzat biss f’Lulju 2005. Minħabba l-fatt li d-deċiżjonijiet il-ġodda tal-MEDA dwar l-iffinanzjar kienu għadhom qed jiġu adottati matul l-2006 u li, bħala konsegwenza, ħafna mill-azzjonijiet relatati ma’ dawn id-deċiżjonijiet kienu qed jiġu implimentati fl-2008 u 2009; kien ġie deċiż li r-rapport finali ta' evalwazzjoni jiġi pospost b'sena. Dan ir-rapport issa hu skedat għall-aħħar tal-2009.

(1)  L-għajnuna mogħtija permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija rrappurtata separatament peress li mhijiex iffinanzjata mill-Baġit Ġenerali.

(2)  Phare kien l-istrument finanzjarju prinċipali tal-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-programm CARDS huwa Għajnuna tal-Komunità Għar-Rikostruzzjoni, l-Iżvilupp u l-Istabbilizzazzjoni fil-Balkani.

(3)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99.

(4)  ĠU C 200, 24.8.2006.

(5)  L-Unità ta’ Evalwazzjoni komuni għall-EuropeAid, id-DĠ Żvilupp and d-DĠ Relazzjonijiet Esterni.

(6)  Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju l-mod tal-ġestjoni ċentralizzat u dirett japplika meta d-doveri tal-implimentazzjoni jitwettqu direttament mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-mod tal-ġestjoni ċentralizzat u indirett japplika meta l-Kummissjoni tiddelega doveri tal-implimentazzjoni tal-baġit b’konformità mal-Artikoli 54 sa 57 tar-Regolament Finanzjarju.

(7)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 11.

Sors: Il-kontijiet annwali tal-Kommunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008, il-Volum II, l-Anness B.

L-ANNESS 8.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR

Il-PARTI 1:   IL-KARATTERISTIĊI EWLENIN TAL-ITTESTJAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET ABBAŻI TA’ KAMPJUNI

1.1 —   Id-daqs tal-kampjun

Sena

L-għadd ta’ tranżazzjonijiet ittestjati

2008

180

2007

145


1.2 —   L-istruttura tal-kampjun

Il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

Ir-Relazzjonijiet Esterni

L-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati AKP

It-Tkabbir

L-Għajnuna Umanitarja

Total

Pagamenti finali/interim

30 %

7 %

20 %

3 %

61 %

68 %

Pagamenti bil-quddiem

18 %

9 %

1 %

11 %

39 %

32 %

Total

48 %

16 %

21 %

14 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

Ir-Relazzjonijiet Esterni

L-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati AKP

It-Tkabbir

L-Għajnuna Umanitarja

Total

Il-frekwenza ta’ tranżazzjonijiet ittestjati li kienu milquta minn żbalji

29 % {25}

38 % {11}

24 % {9}

12 % {3}

27 % {48}

26 % {37}

Il-frekwenza tal-iżbalji li huma kwantifikabbli

31 % {10}

45 % {5}

23 % {3}

67 % {2}

34 % {20}

27 % {10}

L-impatt tal-iżbalji kwantifikabbli Ir-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli li taqa’ fil-medda (1)

2 %—5 %

2 %—5 %

Iċ-ċifri fil-parentesi { } huma n-numri assoluti ta’ tranżazzjonijiet.


1.4 —   It-tipi ta' żbalji

Il-perċentwal ta’ żbalji fit-tranżazzjonijiet ittestjati li jirrigwardaw

2008

2007

Ir-Relazzjonijiet Esterni

L-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati AKP

It-Tkabbir

L-Għajnuna Umanitarja

Total

L-Eliġibbiltà

9 %

45 %

23 %

67 %

22 %

46 %

L-Okkorrenza

6 %

0 %

0 %

0 %

3 %

Il-Preċiżjoni

19 %

9 %

15 %

33 %

17 %

Oħrajn

66 %

46 %

62 %

0 %

58 %

54 %

Total

100

100

100

100

100

100 %

Il-PARTI 2:   L-EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   L-evalwazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll

Tifsira:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

M/A

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat

Is-sistema involuta

Il-kontrolli interni prinċipali (il-Kummissjoni)

Il-kontrolli interni prinċipali fl-amministrazzjonijiet nazzjonali

L-evalwazzjoni ġenerali

Il-kontrolli ex-ante fuq kuntratti u pagamenti

Il-ġestjoni u s-sorveljanza

Il-verifiki esterni/verifiki tal-għeluq

Il-verifiki interni

Il-EuropeAid (2)

HQ

 

 

 

 

M/A

 

DEL

 

 

 

 

Id-DĠ RELEX

 

 

 

 

M/A

 

 (3)

Id-DĠ ELARG

 

 

 

 

 

 

Id-DĠ ECHO

 

 

 

 

M/A

 


L-evalwazzjoni ġenerali:

2008

2007

 

 


(1)  Il-Qorti għamlet distinzjoni bejn tliet meded għar-rata ta’ żbali l-aktar probabbli: taħt 2 %, u bejn 2 % u 5 %, ’il fuq minn 5 %.

Iċ-ċifri fil-parentesi { } huma n-numri assoluti ta’ tranżazzjonijiet.

(2)  Din l-evalwazzjoni tikkorrispondi għal dik ippubblikata fir-Rapport tal-FEI.

(3)  Kontrolli ex-post.

L-ANNESS 8.2

IS-SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI TAD-DAS

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Ir-Relazzjonijiet esterni u l-iżvilupp

Il-pagamenti ta’ sostenn mill-Baġit

Appoġġ baġitarju jista’ jingħata jekk il-ġestjoni tal-infiq pubbliku tal-pajjiż sieħeb tkun trasparenti, affidabbli u effettiva biżżejjed, u fejn il-pajjiż ikun stabbilixxa linji politiċi settorali u makroekonomiċi formulati sewwa u approvati mid-donaturi prinċipali tiegħu, inklużi, fejn relevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni żviluppat linji gwida speċifiċi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ fondi, fejn il-pagament ta’ ħlasijiet suċċessivi jsir fuq il-kundizzjoni li qegħed isir progress sodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi. Madankollu, l-indikaturi tal-prestazzjoni li ntużaw sabiex jitkejjel il-progress miksub mhux, f’kull każ eżaminat, kienu limitati biż-żmien, ċari u bla ambigwità, u li jistgħu jintlaħqu.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 8.14)

L-introduzzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni li huma iktar orjentati lejn il-prodott u r-riżultat.

Huwa diġà possibbli li wieħed jivverifika r-riżultati tal-azzjonijiet li ttieħdu f’dan ir-rigward.

Il-Kummissjoni tagħraf il-ħtieġa li tiddaħħal aktar preċiżjoni fit-tfassil u fil-kejl ta’ indikaturi fl-operazzjonijiet għas-sostenn tal-baġit. Attwalment qed jiġu eżaminati Linji Gwida Ġenerali għas-Sostenn tal-Baġit biex jittejbu t-tfassil u l-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u indikaturi orjentati ma’ riżultati speċifiċi biex jinkiseb approċċ li hu orjentat lejn riżultati li huma aktar rigorużi, isir użu tal-proċess ta’ produzzjoni, flimkien mal-indikaturi tar-riżultat.

Is-sistema ta’ verifiki esterni

Il-EuropeAid jikkummissjona verifiki addizzjonali ta’ proġetti magħżula abbażi ta’ analiżi tar-riskju, sabiex jipprovdi livell ieħor ta’ assigurazzjoni. Madankollu, għadhom ma ġewx żviluppati proċeduri kompleti sabiex jiġu sfruttati l-benefiċċji kollha ta’ dawn il-verifiki:

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 8.25)

Monitoraġġ iktar mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-AAP u użu aħjar mir-riżultati tal-verifiki.

Il-miżuri adottati għadhom ma kinux effettivi għal kollox u jinħtieġu iktar sforzi f’dan ir-rigward.

Il-Kummissjoni qed tippjana titjibiet għall-CRIS biex tippermetti analiżi imtejba tad-dejta tal-verifika.

It-Tkabbir

Is-Sistema ta’ Implementazzjoni Deċentralizzata Estiża (EDIS)

Madanakollu, fil-Bulgarija nstab li minkejja li ngħatat akkreditazzjoni EDIS (u għaldaqstant ġie rinunzjat il-kontroll ex-ante tad-Delegazzjoni), dawn is-sistemi għandhom nuqqasijiet sinifikanti.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 8.12)

Twaqqaf pjan ta’ azzjoni biex ikun żgurat li jsir it-titjib, wara li ġew sospiżi l-pagamenti lil żewġ Aġenziji Implimentattivi fi Frar 2008 u ġiet irtirata l-akkreditazzjoni tagħhom f’Lulju 2008.

Minkejja l-azzjonijiet meħuda, għad hemm in-nuqqasijiet fundamentali li wasslu għas-sospensjoni tal-pagamenti u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-EDIS.

Is-sitwazzjoni qed titjieb. Madankollu, anka jekk jibqgħu xi djgħufijiet tas-sistema, ma għadx hemm il-potenzjal għad-dħul f’kuntratti irregolari, hekk kif l-ikkontrattar tal-fondi tal-Phare ġie tterminat.

Il-kontrolli Ex-post (verifiki tal-għeluq)

Wara li saret bidla fil-metodoloġija, in-numru tar-rapporti kien eċċezzjonalment kbir fl-2007, u xi ftit minnhom għad ma sarilhomx segwitu fil-ħin.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 8.26)

Saru sforzi serji mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ u l-ipproċessar tar-rapporti tal-verifika.

Sar titjib sinifikanti fl-ipproċessar tal-fajls.

Fl-2008, ġew ipproċessati 133 rappport li fosthom 89 jistgħu jingħalqu, iżda għall-ewwel ħames xhur tal-2009, 71, fosthom l-44 li ma ngħalqux fl-2008, ġew ipproċessati u 38 ingħalqu.

L-għajununa umanitarja

Il-Verifiki esterni

Fl-2007 d-DĠ ECHO żied b’mod sinifikanti n-numru tal-verifiki fuq il-post, għalkemm, bħal fl-2006, il-parti l-kbira tal-verifiki saru fil-kwartieri ġenerali tal-imsieħeb fejn in-nefqa reali ma tistax tiġi vverifikata kompletament.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 8.27)

Il-Kummissjoni diġà żiedet l-għadd ta’ verifiki fuq il-post fl-2007.

Il-Qorti tinnota l-isforzi li saru biex titkabbar il-proporzjon tal-verifiki ta’ proġetti fuq il-post.

Ir-realtà tan-nefqa hi spezzjonata l-ħin kollu permezz il-monitoraġġ ta’ proġetti minn Assistenti tekniċi, l-użu ta’ verifiki fil-post, il-missjonijiet ta’ fuq il-post li jsiru mill-persunal tal-Kummissjoni u bir-rapporti tal-proċess u finanzjarji mressqa mis-sieħeb. Id-DĠ ECHO, wara r-rakkomandazzjoni tal-Qrati, ibbilanċja mill-ġdid in-numri tal-verifiki tal-Kwartieri Ġenerali u fil-post biex jinkiseb bilanċ mill-aħjar u bilanċ effettiv fin-nefqa.


IL-KAPITOLU 9

L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

WERREJ

Introduzzjoni

Il-Karatteristiċi speċifiċi tal-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

L-Ambitu tal-Verifika

Il-verifika tal-pagamenti bil-quddiem

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-Effettività tas-sistemi

Is-sistemi li għandhom x’jaqsmu mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Is-Sistemi għall-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja

Il-kontrolli ex-post fid-DĠ EAC

Il-Fond tal-Fruntieri Esterni

Id-DĠ Komunikazzjoni

Il-Konklużjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

Il-Karatteristiċi speċifiċi tal-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

9.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-grupp tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza li jinkludi l-oqsma 15-L-Edukazzjoni u l-Kultura, 16-il-Kommunikazzjoni; u 18-Il-Ħelsien, is-Sigurtà u l-Ġustizzja. Fit- Tabella 9.1 tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet koperti, in-nefqa matul is-sena u t-tip ta’ ġestjoni involuta.

 

Tabella —   L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza, 2008 pagamenti skont il-qasam tal-politika

(miljuni ta’ euro)

It-Titolu tal-Baġit

Il-Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Il-Pagamenti 2008

Il-Mod ta’ ġestjoni tal-Baġit

15

L-Edukazzjoni u l-Kultura

L-operazzjonijiet ta’ nfiq (11)

111

Ċentralizzat u dirett

It-tagħlim Matul il-Ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

1 060

Ċentralizzat u indirett

L-iżvilupp tal-koperazzjoni kulturali fl-Ewropa

48

Ċentralizzat u indirett

L-inkoraġġiment u l-promozzjoni tal-koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isport

134

Ċentralizzat u indirett

It-trawwim ta’ Ċittadinanza Ewropea

24

Ċentralizzat u indirett

 

1 378

 

16

Il-Komunikazzjoni

L-operazzjonijiet ta’ nfiq (11)

104

Ċentralizzat u dirett

Il-komunikazzjoni u l-midja

25

Ċentralizzat u dirett

Il-komunikazzjoni “Niffukaw fuq il-Lokal”

35

Ċentralizzat u dirett

L-għodod ta’ analiżi u ta’ komunikazzjoni

23

Ċentralizzat u dirett

 

186

 

18

Il-Ħelsien, il-Ġustizzja u s-Sigurtà

L-operazzjonijiet ta’ nfiq (11)

58

Ċentralizzat u dirett

Is-Solidarjetà — Il-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viża u l-moviment ħieles tal-persuni

189

Ġestjoni maqsuma / Ċentralizzat u indirett

Il-flussi tal-migrazzjoni — L-oqsma ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-ażil

80

Ġestjoni maqsuma

Id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza

26

Dirett

Is-sigurtà u s-salvagwardjar tal-libertajiet

28

Dirett

Il-programmi ta’ koperazzjoni fil-qasam ċivili

42

Dirett

Il-prevenzjoni tad-drogi u l-informazzjoni

15

Dirett

L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika

7

Dirett

 

445

 

Nefqa amministrattiva totali

274

 

Nefqa operazzjonali totali

1 735

 

Pagamenti totali għas-sena

2 009

 

Impenji totali għas-sena

2 323

 

9.2.

It-tliet titoli tal-baġit f’dan il-qasam huma ġestiti kważi b’mod esklussiv minn tliet Direttorati Ġenerali korrispondenti (DĠ) tal-Kummissjoni. Dawn huma d-DĠ Edukazzjoni u Kultura (DĠ EAC) għal-linja tal-baġit 15, id-DĠ Komunikazzjoni (DĠ COMM) għal-linja tal-baġit 16 u d-DĠ Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà (DĠ JLS) għal-linja tal-baġit 18. Il-parti l-kbira tan-nefqa f’dan il-qasam hija ġestita b’mod ċentralizzat u indirett jew permezz ta’ ġestjoni maqsuma, bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-forma ta’ programmi multiannwali ddelegati lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura, lill-Aġenziji Nazzjonali (1)jew lil-strutturi ta’ tmexxija oħrajn simili fl-Istati Membri. L-entitajiet responsabbli fl-Istati Membri jallokaw l-għotjiet u l-kuntratti lil proġetti jew lil miżuri mwettqa minn benefiċjarji privati u pubbliċi. L-għotjiet normalment jitħallsu bin-nifs, kif deskritt fil-paragrafi 9.6 u 9.7.

 

9.3.

L-implimentazzjoni tal-programmi skont il-Qafas Finanzjarju l-ġdid għall-2007-2013 kienet akkumpanjata minn bidla fl-istruttura tal-kontroll intern b’livell ogħla ta’ responsabilità għall-Istati Membri. Biex jinbdew il-kuntratti tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) pereżempju, l-Awtoritajiet Nazzjonali (ara l paragrafu 9.13) kienu mitluba jagħtu dikjarazzjoni ex-ante ta’ assigurazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa fl-Istat Membru in kwestjoni. Kull sena, l-awtorità għandha tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-post tal-użu korrett tar-riżorsi u tal-affidabilità tas-sistemi u tal-proċeduri ta’ kontroll imwaqqfa (2).

9.3.

Id-DĠ EUK adatta s-sistema ta’ superviżjoni u kontroll tiegħu fuq approċċ uniku tal-verifika . Is-sistema tikkonsisti f’dan li ġej:

a)

evalwazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante tal-Awtoritajiet Nazzjonali mogħtija fil-bidu tal-perjodu tal-programm 2007-2013;

b)

sistema ta’ sorveljanza u żjajjar ta’ kontroll fuq il-post;

c)

evalwazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali ex-post;

d)

verifiki finanzjarji;

e)

attivitajiet ta’ taħriġ mal-Aġenziji Nazzjonali u mal-Awtoritajiet Nazzjonali;

f)

informazzjoni u komunikazzjoni kontinwa mal-partijiet interessati;

g)

sett ta’ proċeduri komuni li jiġu aġġornati regolarment.

L-evalwazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni annwali ex-post kienet element ta’ kontroll ġdid u addizzjonali fl-2008.

9.4.

L-għajnuna tal-UE fl-oqsma tal-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza hija kkaratterizzata bi kwantità kbira ta’ skemi ta’ finanzjament għal bosta oqsma tematiċi u tipi ta’ proġetti bħal għotjiet għal azzjonijiet favur iċ-Ċittadinanza jew għall-mobilità fis-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Jitwettqu proġetti mhux biss minn organizzazzjonijiet ta’ tagħlim, imma wkoll minn kumpaniji privati u amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-benefiċjarji finali huma individwi, l-aktar ċittadini tal-UE. Il-ġestjoni ta’ xi programmi, jiġifieri l-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond ta’ Integrazzjoni, il-Fond għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati, hija madanakollu maqsuma mal-Istati Membri.

 

L-Ambitu tal-Verifika

9.5.

L-evalwazzjoni speċifika hija bbażata fuq:

a)

l-ittestjar sostantiv ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 150 pagament (ara t- Tabella 9.2 );

b)

l-ittestjar u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja fis-sitt Stati Membri, li jinkludu l-Awtoritajiet Nazzjonali u l-Aġenziji Nazzjonali (3);

c)

evalwazzjoni tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni annwali għall-2007 (ċertifikazzjonijiet ex-post) tal-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja;

d)

evalwazzjoni tat-tħaddim tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għall-Fond tal-Fruntieri Esterni (EBF);

e)

segwitu tal-osservazzjonijet prinċipali mill-Qorti f’Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni reċenti (ara l- Anness 9.2 ).

 

Il-verifika tal-pagamenti bil-quddiem

9.6.

Skont kif kienet prevista n-nefqa għas-sena finanzjarja 2008, il-kampjun ta’ pagamenti tal-Qorti għall-ittestjar sostantiv inkluda 129 tranżazzjoni, li għalihom il-kundizzjonijiet għall-pagament huma fil-biċċa l-kbira formali. Dawn jikkonċernaw pagamenti bil-quddiem lill-aġenziji tal-UE u lill-Aġenziji Nazzjonali, u numru żgħir ta’ kontribuzzjonijiet kull tliet xhur għall-ispejjeż operattivi tagħhom. Dawn il-pagamenti jsiru wara l-iffirmar ta’ kuntratt jew aċċettazzjoni ta’ programm tax-xogħol, jew fil-każ ta’ ħafna mit-tieni jew mit-tielet finanzjamenti bil-quddiem, fuq l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni li 70 % tal-fondi diġa avanzati ġew imħallsa. Dawn il-pagamenti bil-quddiem normalment jakkumulaw sa 100 % tal-massimu permess. Il-kondizzjonalità limitata li tiddependi fuq dawn il-pagamenti tfisser li r-riskju ta’ żbalji huwa baxx ħafna.

 

9.7.

Min-naħa tagħhom, l-aġenziji stess jagħmlu ftehimiet ta’ għoti mal-organizzazzjonijiet parteċipanti (4), u jikkunsmaw il-pagamenti bil-quddiem tal-Kummissjoni li jkunu rċevew billi jagħmlu pagamenti bil-quddiem ta’ bejn 80 % u 100 % lil dawn l-organizzazzjonijiet , skont it-tip ta’ programm. Dawn il-proġetti jitlestew f’perijodu ta’ mhux aktar minn sentejn, u jwasslu għal rapporti finali u għeluq bejn l-aġenzija u l-benefiċjarji. Wara li jingħalqu l-proġetti kollha li ġejjin mill-programm tax-xogħol ta’ sena partikolari, l-aġenzija tippreżenta rapport finali konsolidat lill-Kummissjoni li mbagħad tikkalkola l-bilanċ finali u tagħmel il-pagament. L-għeluq bejn il-benefiċjarju u l-aġenzija huma mistennija li jkunu ta’ riskju ogħla mill-pagamenti bil-quddiem, soġġetti għar-riskji normali assoċjati ma’ dan il-qasam ta’ eliġibilità u l-okkorrenza ta’ nefqa ddikjarata. Madankollu, dan l-għeluq jista’ jiġi vverifikat biss ladarba jkun sar, ħafna snin wara li l-pagamenti bil-quddiem inizjali jkunu tħallsu.

9.7.

Il-Kummissjoni temmen ukoll li r-riskji huma ikbar fil-ħlasijiet finali, u għalhekk il-Kummissjoni tagħmel iktar kontrolli u superviżjoni f’dan l-istadju biex ittaffi r-riskji.

Safejn għandu x’jaqsam id-DĠ EUK, t-tfassil tal-programmi l-ġodda 2007-2013 ħa kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fis-snin ta’ qabel sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli u jsir użu wiesa’ mill-finanzjament b’somom f’daqqa. Dan għandu jnaqqas ir-riskju marbut mal-ħlasijiet finali.

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

9.8.

Il-Qorti sabet li t-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-politika fit-totalità tagħhom huma ħielsa minn żbalji materjali. Iżda, livell materjali ta’ żbalji nstab fil-pagamenti interim u finali eżaminati.

9.8.

Il-Kummissjoni tilqa’ dak li sabet il-Qorti li l-ħlasijiet għall-grupp ta’ politika dwar Edukazzjoni u Ċittadinanza għall-2008 ma kienx fihom żbalji materjali. Dan huwa progress notevoli fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f’4 minn 21 ħlas interim u finali li ġew eżaminati (ara t-tweġiba għal 9.9).

9.9.

Mill-21 pagament finali u interim (5)li dehru fil-kampjun totali ta’ 150, il-Qorti sabet livell sinifikant ta’ żbalji dwar ir-regolarità f’sitta minn dawn il-pagamenti. Erba’ pagamenti kien fihom żbalji kwantifikabbli u erbgħa kienu soġġetti għal żbalji mhux kwantifikabbli, fejn żewġ pagamenti kien fihom iż-żewġ tipi ta’ żbalji. It- Tabella 9.2 turi d-distribuzzjoni tal-iżbalji skont it-tip ta’ pagamenti u l-qasam tal-politika.

9.9.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji li nstabu mill-Qorti, u fejn xieraq, il-ħlasijiet li saru bi żball jiġu rkuprati.

L-iżbalji li jirrigwardaw id-DĠ EUK huma relatati ma’ azzjonijiet iżgħar taħt il-qafas legali preċedenti. It-tfassil tal-programmi l-ġodda 2007-2013 b’regoli ssimplifikati u użu estensiv mill-iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għandu jnaqqas ir-riskji relatati mal-ħlasijiet finali.

9.10.

Dwar il-129 pagament bil-quddiem ittestjati (6), disgħa kien fihom żbalji sinifikanti mhux kwantifikabbli u kienu jirrelataw mal-pagamenti bil-quddiem li saru mid-DĠ JLS u d-DĠ EAC lill-aġenziji, jew minħabba li sar impenn qabel ma d-deċiżjoni finanzjarja neċessarja kienet ġiet adottata, jew inkella mingħajr tbassir tal-likwidità dettaljat b’mod suffiċjenti.

9.10.

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar finanzjament kienu ttieħdu minkejja li kien formalment tard (sitt ijiem għall-każ tal-ĠLS) F’dak iż-żmien il-Kummissjoni kienet konxja mill-ħtiġiet tal-aġenziji rigward flus u baġit.

Sabiex jiġu evitati żbalji mhux kwantifikabbli bħal dawn, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iffinanzjar issa qed jittieħdu sew minn qabel, u qed jintalab tbassir dwar il-likwidità biex isiru ħlasijiet lill-aġenziji (pereżempju permezz ta’ Memorandum ta’ Ftehim).

It-Tabella —   L-istruttura tal-kampjun u n-numru ta’ tranżazzjonijiet eżaminati (l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati minn żbalji bejn il-parenteżi)

It-Tip ta’ pagament  (12)

Il-qasam tal-politika

15

L-Edukazzjoni u l-Kultura

16

Il-Komunikazzjoni

18

Il-Ħelsien, il-Ġustizzja u s-Sigurtà

Total

Il-Pagamenti finali/interim

10 (3)

6 (1)

5 (2)

21 (6)

Il-Pagamenti bil-quddiem

100 (5)

0 (0)

29 (4)

129 (9)

Total

110 (8)

6 (1)

34 (6)

150 (15)

9.11.

Kif jidher fit- Tabella 9.2 , il-pagamenti interim u finali huma relattivament aktar affettwati minn żbalji mill-pagamenti bil-quddiem. Eżempji ta’ żbalji li nstabu fil-pagamenti finali u interim kienu:

a)

spejjeż iddikjarati minn perijodi mhux koperti bil-ftehim ta’ għotja (eliġibilità);

b)

VAT li jista’ jiġi rkuprat iddikjarat bħala spiża (eliġibilità);

c)

in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni li għandha x’taqsam mal-proċess ta’ għażla għall-għoti tal-għotjiet (okkorrenza);

d)

evidenza ta’ sostenn inadegwata biex tiġġustifika l-ispejjeż iddikjarati (okkorrenza).

9.11.

Dak li ssib il-Qorti, il-Kummissjoni ssegwih b’attenzjoni. Fejn xieraq, il-proċedura ta’ rkupru diġà tnediet jew se tiġi mnedija. Diġà ttieħdu azzjonijiet ta’ rimedju għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi għall-2007-2013 biex jitnaqqsu r-riskji marbutin mal-ħlasijiet finali (ara wkoll it-tweġiba għal-9.9).

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Is-sistemi li għandhom x’jaqsmu mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

9.12.

Il-Qorti eżaminat tliet sistemi ta’ kontroll individwali f’Direttorati Ġenerali differenti, li għandhom x’jaqsmu ma’ kontrolli ex-post fid-DĠ EAC, il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja u l-Fond tal-Fruntieri Esterni.

 

Is-Sistemi għall-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja

9.13.

Il-Programmi ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLP) u Żgħażagħ fl-Azzjoni (YiA) huma implimentati permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata u indiretta minn 63 Aġenzija Nazzjonali (NA) fil-pajjiżi parteċipanti, magħżula u sorveljati mill-Awtoritajiet Nazzjonali (NAUs). Minħabba fil-prossimità tagħhom għall-benefiċjarji finali, l-Aġenziji Nazzjonali ngħataw l-irwol tal-ġestjoni tal-ħafna ammonti madankollu relattivament żgħar li huma mħallsa bħala għotjiet f’dan il-qasam. B’kollox, l-azzjonijiet immexxija mill-NA jirrappreżentaw madwar 68 % tal-baġit taħt it-Titolu 15. Programmi oħrajn ta’ edukazzjoni, bħal Jean Monnet u Erasmus Mundus, kif ukoll xi sezzjonijiet tal-LLP u YiA, huma ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura.

 

9.14.

Ir-responsabilitajiet fi ħdan l-ambjent ta’ kontroll tal-LLP huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1807. Dawn jinkludu:

a)

kontrolli primarji mmexxija mill-NA inkluża l-analiżi tar-rapporti finali, desk-checks ta’ materjal ta’ sostenn għall-ispejjeż iddikjarati, kontrolli fuq il-post matul l-azzjonijiet, verifiki wara l-azzjoni, u verifika tas-sistemi ta’ benefiċjarji rikorrenti bħall-universitajiet. L-NA għandhom jibgħatu rapport annwali lill-Kummissjoni u lin-NAU li jinkludi informazzjoni dwar il-kontrolli primarji mwettqa;

b)

kontrolli sekondarji implimentati min-NAU, biex jagħtu assigurazzjoni u sostenn għal dikjarazzjoni ex-post annwali li s-sistemi u l-kontrolli primarji huma effettivi;

c)

kontrolli implimentati mill-Kummissjoni, li prinċipalment jinkludu l-evalwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet kull sena u żjarat ta’ monitoraġġ.

 

9.15.

Fil-kuntest tad-DAS tal-2008, il-Qorti għamlet verifika tas-sistemi li jirrelataw ma’ sitta mill-Aġenziji Nazzjonali u l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom.

 

Il-kontrolli primarji

9.16.

Fil-verifika tagħha tal-Aġenziji Nazzjonali, il-Qorti sabet livell ġeneralment għoli ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni fil-“Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali” tagħha. Iżda, f’żewġ każijiet kien hemm problemi bl-implimentazzjoni tal-kontrolli primarji, li huma fundamentali għall-użu legali u regolari tal-fondi Komunitarji f’qasam li għandu numru daqshekk kbir ta’ benefiċjarji diretti. F’xi każijiet, ma kien hemm ebda evidenza li ddokumentat l-analiżi jew id-desk-checks imwettqa, jew l-ebda verifika tas-sistemi li saret fl-universitajiet, minkejja li l-Kummissjoni stabbiliet rekwiżiti dwar in-numri minimi ta’ verifiki bħal dawn biex jitwettqu qabel l-aħħar tal-2008. Fost nuqqasijiet oħrajn ir-reġistri tal-eċċezzjonijiet ma kinux jeżistu, il-politika tat-teżor ma żguratx li l-fondi tpoġġew f’kontijiet li jrendu l-interessi u l-preżentazzjoni ta’ rapporti annwali lill-Kummissjoni saret tard.

9.16.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li kollox ma’ kollox il-Qorti sabet livell għoli ta’ osservanza mar-rekwiżiti tal-“Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali” u teħodha bħala konferma li l-istrateġija ta’ superviżjoni u kontroll mifruxa f’diversi kanali (inklużi seminars ta’ taħriġ u informazzjoni u komunikazzjoni kostanti mal-Aġenziji Nazzjonali u l-Awtoritajiet Nazzjonali) tat il-frott.

Waħda mill-Aġenziji Nazzjonali ma setgħetx twettaq il-ħtieġa tal-verifiki tas-sistema li saret lill-universitajiet minħabba nuqqas ta’ persunal iżda laħħqet mal-obbligi tagħha matul l-ewwel semestru tal-2009.

Il-kontrolli sekondarji

9.17.

Sar rapport fir-Rapport Annwali tal-Qorti għas-sena 2007 dwar id-dikjarazzjonijiet ex-ante fuq il-kwalità tat-tmexxija tal-NA u s-sistemi ta’ kontroll meħtieġa li jridu jsiru mill-NAUs qabel il-bidu tal-programmi. Wara l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, l-2007, u kull sena wara din, in-NAUs huma meħtieġa jagħmlu dikjarazzjoni ex-post dwar l-affidabilità tas-sistemi finanzjarji u l-proċeduri implimentati fis-sena ta’ qabel, l-integrità tal-kontijiet u dwar l-assigurazzjoni meħuda mill-proċeduri ta’ kontroll imwaqqfa.

 

9.18.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1807, l-Artikolu 8(3), tistipola li l-awtorità nazzjonali għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ kontrolli sekondarji li l-objettiv tagħhom huwa li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi u l-kontrolli primarji huma effettivi. Hija tista’ tafda l-prestazzjoni tal-kontrolli sekondarji f’idejn korp ta’ verifika esterna.

 

9.19.

Il-verifika tal-Qorti sabet approċċi ta’ kwalità li kienet tvarja, użati mill-Awtoritajiet Nazzjonali biex jiksbu bażi għad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ex-ante u ex-post u d-differenzi fil-grad ta’ informazzjoni mogħtija dwar il-proċeduri mwettqa minn dawn l-awtoritajiet. Il-kontrolli sekondarji twettqu b’mod sodisfaċenti fi tlieta mis-sitt NAU, jew b’kuntrattur estern jew inkella b’aġenti tan-NAU li ttestjaw bir-reqqa li s-sistemi u l-kontrolli primarji mwaqqfa min-NA jikkonformaw mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Fin-NAU l-oħrajn, il-kontrolli sekondarji jew kienu ineżistenti, insuffiċjenti, mhux dokumentati b’mod adegwat jew inkella mogħtija b’kuntratt lil ditta esterna mingħajr ebda sorveljanza xierqa biex ikun assigurat li saru kontrolli xierqa. Konsegwentement, l-assigurazzjoni fid-dikjarazzjoni mogħtija minn dawn in-NAUs ma kinitx sostanzjata.

9.19.

Minħabba li jeżistu sitwazzjonijiet nazzjonali differenti, il-qafas regolatorju ma jimponix sistema ta’ kontroll komuni għal kulħadd, iżda jqiegħed ir-responsabbiltà fuq l-Istati Membri biex jaslu għall-għanijiet ta’ kontroll skont l-standards komuni.

Madankollu, fuq il-bażi tal-ewwel esperjenza bid-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni kompliet tiddefinixxi l-għanijet tal-kontroll għall-kontrolli mill-Awtoritajiet Nazzjonali fil-linji gwida pprovduti lill-Istati Membri fi Frar 2008 u aġġornati f’Marzu 2009.

L-Awtoritajiet Nazzjonali issa ddeskrivew fid-dettall il-kontrolli sekondarji li saru fl-Anness 4 l-ġdid għad-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni.

9.20.

Barra minn hekk, 10 biss mill-40 dikjarazzjoni ex-post għall-2007 intbagħtu lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-30 ta’ April 2008. Id-dewmien jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-fatt li l-gwida tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li trid tingħata fir-rapporti kienet disponibbli biss f’Marzu 2008. Madankollu, ir-rata ta’ konformità ma kinitx tjiebet sa Marzu 2009. Id-dikjarazzjonijiet ex-post għall-2008 kellhom jaslu fit-30 ta’ April 2009 imma sitt dikjarazzjonijiet biss waslu fil-ħin.

9.20.

Id-dikjarazzjonijiet ex-post kollha għall-2007 kienu evalwati fil-ħin fl-2008 sabiex jikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-DĠ EUK.

Is-sistema ta’ superviżjoni tad-DĠ EUK tikseb assigurazzjoni matul is-sena minn elementi differenti u mhux biss fil-mument ta’ meta tirċievi d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni mill-Awtoritajiet Nazzjonali (ara wkoll 9.3).

9.21.

Filwaqt li l-gwida għall-Aġenziji Nazzjonali hija żviluppata sew, kemm f’termini leġizlattivi (7), (8)u kif ukoll fil-“Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali biex jimplimentaw il-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja” maħruġa mill-Kummissjoni, dan mhuwiex il-każ għall-Awtoritajiet Nazzjonali. Għalkemm inħarġet gwida (9)mill-Kummissjoni biex tiċċara r-responsabilitajiet, m’hemm l-ebda gwida preskrittiva dettaljata biżżejjed li fiha proċeduri speċifiċi biex l-awtoritajiet jkunu jistgħu jsegwuhom.

9.21.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-Qorti tikkunsidra l-Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali bħala żviluppata tajjeb. Il-Kummissjoni taqbel li jistgħu jsiru iktar passi lejn approċċ iktar sempliċi u armonizzat għall-Awtoritajiet Nazzjonali, li jieħdu kont tas-sitwazzjoni speċifika fi Stati Membri differenti.

Il-kontrolli tal-Kummissjoni

9.22.

Il-Qorti vverifikat il-proċedura ta’ evalwazzjoni għad-dikjarazzjonijiet ex-ante għall-perijodu 2007 sa 2013 u għad-dikjarazzjonijiet ex-post għall-2007. Il-Qorti sabet li l-applikazzjoni kemm tal-proċedura ex-ante u kif ukoll tal-proċedura ex-post pprovdiet assigurazzjoni limitata dwar il-kwalità tal-ġestjoni tan-nefqa għas-snin ikkonċernati. Iżda, kif kien irrappurtat is-sena l-oħra, il-Qorti tikkunsidra li t-tfassil tas-sistema — jekk applikat tajjeb — fil-futur jista’ jagħti bażi xierqa għall-assigurazzjoni.

9.22.

Id-dikjarazzjonijiet ex-ante u ex-post huma elementi ġodda u addizzjonali tas-sistema ta’ superviżjoni u kontroll imsaħħa (ara wkoll it-tweiġibiet għal 9.3 u 9.20).

9.23.

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq desk review tas-sistemi u tal-kontrolli u żjarat ta’ sorveljanza tas-sistemi fi 11-il pajjiż fl-2008. Iżda, f’xi wħud mill-każijiet biss il-Kummissjoni vverifikat ir-realtà u l-kwalità tal-kontrolli primarji u sekondarji msemmija fid-dikjarazzjonijiet annwali u l-informazzjoni ppreżentata fir-rapporti annwali.

9.23.

L-istrateġija tas-superviżjoni tad-DĠ EUK hija multi-annwali, ibbażata fuq ir-riskju u orjentata lejn il-proċess. Id-dikjarazzjonijiet annwali ta’ assigurazzjoni ġew evalwati kollha fil-ħin abbażi ta’ analiżi fil-fond tad-dokumenti u saru riżervi fejn meħtieġ. Iż-żjajjar ta’ superviżjoni tas-sistemsi kienu jiknkludu kontrolli tar-realtà u l-kwalità tal-kontrolli primarji u sekondarji u xi drabi rriżultaw f’riżervi (ara 9.24).

9.24.

Abbażi tal-evalwazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet ex-ante u kif ukoll dawk ex-post, ir-rapporti annwali mill-NA u r-riżultati taż-żjarat ta’ monitoraġġ lill-NA u lin-NAU, il-Kummissjoni stabbiliet lista ta’ kwalifiki li jridu jiġu rimedjati mill-NA u l-NAU. Matul l-2008, tneħħew 169 riżerva tal-LLP, u ġew miżjuda 98, biex b’hekk fl-aħħar tas-sena, kien għad fadal 162 kwalifika pendenti. L-ebda waħda minn dawn ma kienet ikklassifikata mill-Kummissjoni bħala “kritika” imma 62 kienu meqjusa bħala “importanti ħafna”. Mill-162 kwalifika, 110 kellhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ kontroll: 94 fl-Aġenziji Nazzjonali u 16 fl-Awtoritajiet Nazzjonali.

9.24.

B’konformità mal-istrateġija ta’ superviżjoni orjentata fuq il-proċess, ir-riżervi jistgħu jitneħħew jew jiżdiedu matul sena. Dan juri li x-xogħol isir kontinwament u li r-riżervi huma segwiti b’mod sistematiku.

In-numru medju ta’ riżervi miftuħa kien ta’ madwar 4 għal kull Aġenzija Nazzjonali fl-aħħar tal-2008.

Ħafna mir-riżervi “importanti ħafna” huma relatati mal-kontrolli primarji li jeħtieġ isiru sa ma jispiċċaw il-ftehimiet ta’ azzjoni deċentralizzati sabiex jiżdied l-għarfien tal-AN.

9.25.

Nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern identifikati fil-kwalifiki msemmija hawn fuq, jirrappreżentaw riskju għar-regolarità tal-pagamenti li saru lill-benefiċjarji finali u għal pagamenti futuri lill-Aġenziji Nazzjonali. Segwitu kontinwu tal-kwalifiki, fil-forma ta’ żjarat ta’ monitoraġġ aktar bir-reqqa, u sorveljanza aktar mill-qrib mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-post annwali hija meħtieġa biex tagħti assigurazzjoni għas-snin li ġejjin li l-Aġenziji Nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-ġestjoni u tal-kontroll tan-nefqa.

9.25.

Il-pjan ta’ verifika 2009 jirrinforza ż-żjarat ta’ superviżjoni li jiffukaw fuq l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ġestjoni u kontrolli kif deskritti mill-Istati Membri.

Il-kontrolli ex-post fid-DĠ EAC

9.26.

Ir-Rapport tal-Attività Annwali għall-2008 tad-DĠ EAC jirrapporta li r-riżultati tal-verifiki finanzjarji tal-proġetti, imwettqa minn ditta privata tal-verifika f’isem il-Kummissjoni, juru medja ta’ żbalji ta’ 0,01 % fil-kuntratti vverifikati għal-LLP. Madankollu, rata ta’ żbalji kkalkolata fuq il-proġetti magħluqa matul is-sena tkun ħafna ogħla. Barra minn hekk, minħabba li dawn il-verifiki ġew prinċipalment imwettqa fil-livell tal-NA, li normalment ma jirċevix id-dokumenti kollha ta’ ġustifikazzjoni, dawn ma jkoprux il-kriterji kollha tal-eliġibilità.

9.26.

Ir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-Kummissjoni jkopri l-attività finanzjarja għas-sena u għalhekk janalizza l-ħlasijiet li saru matul is-sena (kemm ħlas bil-quddiem kif ukoll ħlasijiet finali). Il-Kummissjoni se teżamina mill-ġdid l-approċċ tagħha għal kif tiġi kkalkulata r-rata ta’ żball fir-Rapport ta’ Attività Annwali.

Minħabba l-fatt li l-benefiċjarji ġeneralment jirċievu sovvenzjonijiet żgħar, irid jittieħed kont tal-bilanċ korrett bejn l-għadd ta’ kontrolli u l-ispejjeż tagħhom.

Il-Fond tal-Fruntieri Esterni

9.27.

Il-programm qafas “Is-Solidarjetà u t-Tmexxija tal-Flussi tal-Migrazzjoni”, previst għall-perijodu 2007/2008 sal-2013, jirrappreżenta madwar 50 % tan-nefqa operazzjonali tad-DG JLS u huwa implimentat taħt ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri. Jikkonsisti f’erba’ strumenti finanzjarji (10), l-akbar fosthom huwa l-Fond tal-Fruntieri Esterni (EBF), li jirrappreżentaw 'il fuq minn 50 % tan-nefqa fi ħdan il-programm.

 

9.28.

Għalkemm l-EBF kien stabbilit għall-perijodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007, il-bażi legali kienet adottata biss fit-23 ta’ Mejju 2007 u r-regoli ta’ implimentazzjoni fil-5 ta’ Marzu 2008. Barra minn hekk, xi Stati Membri ppreżentaw il-verżjonijiet inizjali tad-Deskrizzjonijiet tas-Sistemi ta’ Ġestjoni u ta’ Kontroll (MCS) kif ukoll id-dokumenti ta’ programmar b’dewmien sostanzjali jew kwalità fqira. Konsegwentement l-ewwel pagamenti ta’ finanzjament bil-quddiem lill-Istati Membri ma setgħux isiru mill-Kummissjoni qabel l-aħħar xhur tal-2008.

 

9.29.

Fil-kuntest tad-DAS tal-2008, għalhekk, il-verifika tal-Qorti kienet ristretta għar-reviżjoni tad-DĠ JLS tad-Deskrizzjonijiet tas-Sistemi tat-Tmexxija u Kontroll (MCS) ippreżentati mill-Istati Membri b’relazzjoni mal-EBF. L-ebda dgħufija sinifikanti ma ġiet identifikata f’din ir-reviżjoni; imma l-effettività attwali tal-MCS tkun tista’ tiġi evalwata biss ladarba dawn is-sistemi jkunu operazzjonali.

 

Id-DĠ Komunikazzjoni

9.30.

Il-Qorti eżaminat ir-Rapport tal-Attività Annwali tad-DĠ Komunikazzjoni għall-2008, li wera (ara wkoll l- Anness 9.2 ) rata ta’ żbalji ta’ 0,05 % li nstabet permezz tal-kontrolli ex-ante tad-DĠ fuq it-tieni livell. Dan jista’ jindika li l-kontrolli regolari ex-ante tjiebu mis-sena l-oħra ’l hawn.

 

IL-KONKLUŻJONIJIET U R-RAKKOMANDAZZJONIJIET

9.31.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza kienu ħielsa minn żbalji materjali. Madankollu, l-ittestjar tal-Qorti jagħti x’jifhem li l-pagamenti interim u finali kienu milquta minn żbalji materjali.

9.31.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti li l-ħlasijiet għas-sena li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp ta’ politika dwar Edukazzjoni u Ċittadinanza ma kienx fihom żbalji materjali. Dan huwa progress notevoli fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f’4 minn 21 ħlas interim u finali li ġew eżaminati.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji li nstabu mill-Qorti, u fejn xieraq, il-ħlasijiet li saru bi żball jiġu rkuprati.

9.32.

Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza huma parzjalment effettivi biex jassiguraw ir-regolarità tal-pagamenti.

9.32.

Is-sistema ta’ superviżjoni u kontroll li tqiegħdet fil-post għall-perjodu 2007-2013 tipprovdi qafas b’saħħtu. Fl-2008, sar progress sinjifikanti għad-DĠ EUK fl-implimentazzjoni permezz ta’ analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ex-post u żjajjar ta’ superviżjoni u verifiki intensifikati.

9.33.

Kif intqal fil-paragrafu 9.21, il-gwida maħruġa għall-Aġenziji Nazzjonali hija żviluppata tajjeb biex tintuża bħala manwal tal-proċeduri. Madankollu, m’hemm l-ebda gwida bħal din għall-Awtoritajiet Nazzjonali u huwa rakkomandat li l-Kummissjoni tintroduċi qafas aktar preskrittiv li juri l-azzjonijiet speċifiċi li jridu jsiru.

9.33.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-Qorti tikkunsidra l-Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali bħala żviluppata tajjeb. Il-Kummissjoni taqbel li jistgħu jsiru iktar passi lejn approċċ iktar sempliċi u armonizzat għall-Awtoritajiet Nazzjonali, li jieħdu kont tas-sitwazzjoni speċifika fi Stati Membri differenti.

9.34.

Kif intqal fil-paragrafi 9.22 sa 9.25, il-Qorti tikkunsidra li l-proċedura tad-dikjarazzjonijiet tal-NAU LLP, u s-sistema ta’ kontroll li fuqha għandha tkun mibnija, tista’ tipprovdi bażi adegwata għall-assigurazzjoni fil-futur. Iżda, għalkemm sar progress, l-implimentazzjoni preżenti tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll għadha ma tagħtix assigurazzjoni sodisfaċenti li żbalji ta’ regolarità se jiġu evitati jew misjuba u korretti. Għalhekk huwa rakkomandat li l-Kummissjoni twettaq sorveljanza aktar mill-qrib tal-proċess annwali tad-dikjarazzjonijiet ex-post, bi żjarat ta’ monitoraġġ aktar bir-reqqa u verifikazzjoni diretta li l-kontrolli deskritti huma adegwati u applikati b’mod sħiħ.

9.34.

Il-Kummissjoni tilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Qorti dwar l-adegwatezza tas-sistema integrata ta’ kontroll u superviżjoni li hemm fil-post.

Il-Kummissjoni taqbel li hemm ħtieġa għal superviżjoni iktar mill-qrib tad-dikjarazzjonijiet annwali ex-post. Għalhekk, il-pjan ta’ verifika 2009 jirrinforza ż-żjarat ta’ superviżjoni li jiffukaw fuq l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ġestjoni u kontrolli kif deskritti mill-Istati Membri.


(1)  Li għandhom relazzjoni kuntrattwali mal-Kummissjoni.

(2)  L-Artikolu 7(3) ta’ C(2007) 1807 finali, Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ 26/IV/2007 li għandha x’taqsam mar-responsabilitajiet rispettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenziji Nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013).

(3)  Is-sitt aġenziji kkonċernati kienu EPOS vzw – Europese Programma’s voor Onderwijs, Opleiding en Samenwerking – Agentschap (Il-Belġju), DAAD – Deutscher Akademischer Austauschdienst (Il-Ġermanja), FRSE – Fundacja Rozwoju Systemu Edukacji (Il-Polonja), OAPEE – Organismo Autónomo Programas Educativos Europeos (Spanja), Léargas (L-Irlanda) and ISFOL – Istituto per lo Sviluppo della Formazione e dell’Orientamento Professionale dei Lavoratori (L-Italja).

(4)  L-organizzazzjonijiet parteċipanti normalment huma universitajiet, skejjel jew kulleġġi li jġestu l-pagamenti lill-benefiċjarji bħal studenti jew għalliema.

(5)  Dan ma jinkludix l-erba’ pagamenti klassifikati bħala “pagamenti interim” imma jirrappreżenta kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż amministrattivi tal-aġenziji u, bħall-avanzi lill-aġenziji, kondizzjonali biss fuq l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.

(6)  Inklużi erba’ pagamenti interim (ara l-paragrafu 9.9).

(7)  C(2007) 1807 finali.

(8)  Id-Deċiżjoni nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).

(9)  “Lifelong Learning and Youth in Action programmes 2007-2013, Yearly Declaration of Assurance 2008, Guidelines for National Authorities”, Brussell, 2.3.2009. (programmi ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013, id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni Annwali tal-2008, Linji Gwida għall-Awtoritajiet Nazzjonali.

(10)  L-erba’ strumenti huma: il-Fond tal-Fruntieri Esterni, il-Fond ta’ Integrazzjoni, il-Fond għar-Ritorn u l-Fond Ewropew tar-Refuġjati.

(11)  Hemm rapport dwar il-verifika tan-nefqa amministrattiva fil-Kapitolu 11.

(12)  Erba’ pagamenti interim, li jirrappreżentaw il-kontribuzzjonijiet amministrattivi lill-aġenziji, huma miġbura ma’ pagamenti bil-quddiem li huma soġġetti għall-kondizzjonijiet simili.

L-ANNESS 9.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR

Il-PARTI 1:   Il-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻATI FUQ KAMPJUNI

1.1 —   Id-daqs tal-kampjun

Sena

L-għadd ta’ tranzazzjonijiet ittestjati

2008

150

2007

150


1.2 —   L-istruttura tal-kampjun

Il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

15

L-Edukazzjoni u l-Kultura

16

Il-Komunikazzjoni

18

Il-Ħelsien, il-Ġustizzja u s-Sigurtà

Total

Pagamenti finali/interim

6,7

4,0

3,3

14,0

37

Pagamenti bil-quddiem

66,7

0,0

19,3

86,0

63

Total

73,3

4,0

22,7

100,0

100


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

15

16

18

Total

Il-frekwenza tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu affettwati minn żbalji

7 % {8}

17 % {1}

18 % {6}

10 % {15}

21 % {31}

Il-frekwenza tal-iżbalji li huma kwantifikabbli

18 % {2}

0 % {0}

25 % {2}

20 % {4}

26 % {10}

L-impatt tal-iżbalji kwantifikabbli:

Ir-rata tal-iżbalji li probabbilment taqa' l-aktar fil-medda (1)

Taħt 2 %

Taħt 2 %

Bejn 2 % u 5 %

IL-PARTI 2:   L-EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   L-Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

M/A

Mhux applikabbli: ma japplikax jew mhux evalwat

Is-sistema LLP rigward

L-Awtorità Nazzjonali

L-Aġenzija Nazzjonali

Il-Kummissjoni

Evalwazzjoni ġenerali

Il-Belġju (EPOS)

 

 

 

 

Il-Ġermanja (DAAD)

 

 

 

 

Spanja (OAPEE)

 

 

 

 

L-Irlanda (Léargas)

 

 

 

 

L-Italja (ISFOL)

 

 

 

 

Il-Polonja (FRSE)

 

 

 

 


L-Evalwazzjoni ġenerali

2008

2007

 

M/A


(1)  Il-Qorti tiddistingwi tliet meded għar-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli: bejn 2 % u 5 %, 'il fuq minn 5 %.

Il-ċifri fil-brekits {} huma numri assoluti.

L-ANNESS 9.2

IS-SEGWITU TA' OSSERVAZZJONIJIET TAD-DAS PREĊEDENTI

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-osservazzjoni 1:   Dgħufijiet fil-proċedura tad-dikjarazzjoni ex-ante għal-LLP

Il-Qorti nnutat in-nuqqasijiet li ġejjin fil-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-ante għal-LLP li jnaqqsu l-valur tal-proċedura bħala element tas-sistema ta’ sorveljanza u ta’ kontroll.

approċċi differenti meħuda mill-Awtoritajiet Nazzjonali biex jiksbu bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante u differenzi fil-grad ta’ informazzjoni mogħtija dwar il-proċeduri wassal għal differenzi fuq kemm il-Kummissjoni setgħet isserraħ fuq dawn id-dikjarazzjonijiet;

it-tħaddim effettiv tas-sistemi u l-kontrolli ma kienx ivverifikat mill-Kummissjoni minħabba li l-evalwazzjoni tagħha kienet limitata għal desk review;

il-Kummissjoni approvat dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri b’diversi kwalifiki li jridu jiġu rimedjati sal-aħħar tal-2007 mingħajr l-inklużjoni ta’ miżura ta’ prekawzjoni fir-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Aġenziji. Ma kienx hemm segwitu rigoruż tal-azzjonijiet korrettivi, ta’ sikwit l-iskadenzi ma ġewx osservati u għadd importanti (240) ta’ kwalifiki kienu għadhom ma tneħħewx sa tmiem l-2007;

ċerti kriterji użati mill-Kummissjoni fil-proċedura ta’ evalwazzjoni ma ġewx definiti b’mod xieraq u b’hekk ikkawżaw inċertezza dwar it-tifsira tal-kompletazzjoni tal-proċess ta’ evalwazzjoni u l-miżuri ta’ prekawzjoni.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 9.16 u 9.17)

Id-DĠ EAC jinnota li d-dikjarazzjoni ex-ante kienet rekwiżit ġdid u ‘operazzjoni ta’ darba’ fil-bidu tal-programmi l-ġodda. Sadanittant, id-DĠ EAC impenja ruħu bl-azzjonijiet li ġejjin sabiex jirranġa dan in-nuqqas:

Inħarġu linji gwida aktar preċiżi għad-dikjarazzjonijiet annwali u ġew organizzati laqgħat speċifiċi mal-Awtoritajiet Nazzjonali f’Marzu u f’Novembru tal-2008.

Ġew organizzati aktar żjarat fuq il-post (inklużi verifiki finanzjarji u l-bidu tal-programm tal-kontrolli ta’ sorveljanza).

Ġie assigurat segwitu mtejjeb tal-azzjonijiet korrettivi permezz tal-użu tal-metodu tal-klassifikazzjoni.

Ġiet stabbilita konnessjoni ċara bejn il-miżuri ta’ klassifikazzjoni u ta’ prekawzjoni li jridu jittieħdu.

Għalkemm il-Kummissjoni vera ħarġet xi linji gwida f’Marzu tal-2009, iż-żjarat fuq il-post tal-Qorti wrew li l-Awtoritajiet Nazzjonali għadhom jinterpretaw il-mod ta’ kif iwettqu l-kontrolli sekondarji b’mod differenti.

Fl-2008, iż-żjarat fuq il-post lill-Aġenziji u lill-Awtoritajiet Nazzjonali saru fi 11-il pajjiż. Anke għall-pajjiżi li saritilhom żjara fuq il-post, il-Kummissjoni ma ċċekkjatx ir-realtà tal-kontrolli primarji u sekondarji li hemm referenza għalihom fid-dikjarazzjonijiet annwali.

Il-Kummissjoni issa għandha segwitu mobbli tal-kwalifikazzjonijiet għal kull Stat Membru, imma numru kbir (162) ta’ kwalifikazzjonijiet LLP kienu għadhom ma tneħħewx sal-aħħar tal-2008.

Fi Frar 2008 kienu diġà ħarġu linji gwida u ġew aġġornati fl-2009. Jeżistu l-objettivi tal-kontroll iżda l-mod biex jintlaħqu jiddependi mill-Awtorità Nazzjonali b’kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri.

Iż-żjajjar ta’ superviżjoni tas-sistemi kienu jinkludu kontrolli tar-realtà u l-kwalità tal-kontrolli primarji u sekondarji u xi drabi rriżultaw f’riżervi.

B’konformità mal-istrateġija ta’ superviżjoni orjentata fuq il-proċess, ir-riżervi jistgħu jitneħħew jew jiżdiedu matul is-sena. Dan juri li x-xogħol isir kontinwament u li r-riżervi huma segwiti b’mod sistematiku.

In-numru medju ta’ riżervi miftuħa kien ta’ madwar 4 għal kull Aġenzija Nazzjonali fl-aħħar tal-2008.

L-osservazzjoni 2:   Kontrolli ta’ sorveljanza parzjalment effettivi li saru mill-Kummissjoni għall-ERF II

L-evalwazzjoni preliminari tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għall-ERF II li saru mill-Kummissjoni ma kinitx kompletament effettiva. Il-Qorti nnutat dan li ġej: jeżistu nuqqasijiet fid-deskrizzjonijiet tal-proċeduri ta’ ġestjoni u ta' kontroll mogħtija mill-Istati Membri: twettaq numru limitat biss ta' żjarat ta' monitoraġġ lill-Istati Membri u ħafna drabi ir-regola tat-12-il xahar ma kinitx irrispettata; il-proċedura ta’ segwitu biex il-progress magħmul mill-Istati Membri jkun sorveljat mhijiex sistematika.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 9.20 u 9.21)

Skont ir-RAA (Ir-Rapport ta' Attività Annwali) 2008 tad-DĠ JLS: (Iż-żjarat ta’ monitoraġġ fl-14-il Stat Membru (jiġifieri dawk li għadhom ma nżarux) saru kollha fl-2008. Permezz tal-konklużjonijiet ta’ dawn iż-żjarat għandna stampa ġeneralment ċara u sodisfaċenti tas-sitwazzjoni u anke jekk xi Stati Membri jkollhom xi nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u tal-kontroll tagħhom. Wara dawn iż-żjarat ta’ monitoraġġ id-DĠ JLS iqis li assigurazzjoni raġjonevoli nkisbet f’4 każijiet, assigurazzjoni aċċettabbli f’7 każijiet, u assigurazzjoni limitata fi 3 każijiet. Għal dawn tal-aħħar, minħabba li prinċipalment kien hemm dgħufijiet fl-indipendenza tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, il-JLS waqqaf pjan ta’ azzjoni adegwat: 2 kienu soġġetti għall-kontroll ex-post u l-proċedura kontradittorja għadha għaddejja, u t-tielet Stat Membru attwalment irreveda s-sistema ta' kontroll tiegħu skont l-indikazzjonijiet tal-JLS.

Ma ġew innutati ebda problemi.

 

L-osservazzjoni 3:   Sistema ineffettiva ta’ kontrolli ex-ante għan-nefqa fuq il-Komunikazzjoni.

Ħafna mill-iżbalji li nstabu mill-Qorti (7 minn 12) li kellhom x’jaqsmu man-nefqa tal-Komunikazzjoni ma kinux ġew identifikati mill-kontrolli ex-ante tal-Kummissjoni.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 9.22 u 9.23)

Skont it-RAA (Ir-Rapport ta' Attività Annwali ) 2008 tad-DĠ Comm, id-DĠ: “… għamlet użu tal-listi tal-verifikazzjoni. Sabiex dawn jintużaw b’manjiera aktar koerenti u l-kwalità tal-verifiki titjieb qabel pagament, ser jingħata taħriġ aktar profond lid-diretturi subdelegati, lill-kapijiet tal-amministrazzjoni u lill-persunal operattiv.”

Id-DĠ COMM juża sistema ta’ kontrolli ex-ante tat-tieni livell, ibbażata fuq l-MUS. Skont ir-RAA tal-2008 tad-DĠ COMM, 5 % tat-tranżazzjonijiet li jirrappreżentaw 43 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet, kienu soġġetti għal kontroll ex-ante tat-tieni livell fl-2008, bir-riżultat segwenti: “Ir-rata ta’ żbalji ġenerali li nstabet fit-tranżazzjonijiet ikkontrollati hija ta’ 9,4 % fl-għadd u ta’ 0,05 % fil-valur dirett.y”

Ir-rata baxxa ta’ żbalji (fil-valur) osservata matul il-kontrolli ex-ante fit-tieni livell tissuġġerixxi li l-kontrolli ex-ante normali tjiebu mis-sena l-oħra ’l hawn.

Ġie implimentat pjan ta’ azzjoni biex titjieb il-kwalità tal-operazzjonijiet u, b’mod partikolari, għaddej it-taħriġ.


IL-KAPITOLU 10

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

WERREJ

Ħarsa ġenerali

L-Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Introduzzjoni

L-ambitu tal-verifika

Ir-riskju ewlieni għar-regolarità

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-effettività tas-sistemi

Id-desk checks ex-ante fuq talbiet ta’ pagament

Iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti tal-ispejjeż tal-proġett

Kontrolli ex-post

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Ir-Riżultati tal-Verifika tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni

Ir-Riżultati tal-Verifika tal-Kefa f'Likwidazzjoni

Segwitu ta' osservazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

ĦARSA ĠENERALI

10.1.

Il-Kapitolu 10 huwa magħmul minn erba’ partijiet. L-ewwel, fih l-evalwazzjoni speċifika tal-grupp tal-politika L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (ara l-paragrafi 10.2 sa 10.31). Din hija segwita mir-riżultati tal-verifiki rikorrenti dwar il-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni (ara l-paragrafi 10.32 sa 10.36) u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f’Likwidazzjoni (ara l-paragrafi 10.37 sa 10.41). Il-kapitolu jikkonkludi b’segwitu ta’ osservazzjonijiet mis-snin ta’ qabel.

 

L-EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

Introduzzjoni

10.2.

Din il-parti tippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-grupp tal-politika L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li jkopri l-oqsma ta’ politika segwenti: 01 - L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 02 - L-Intrapriża, 03 - Il-Kompetizzjoni, 12 - I-Is-Suq Intern, u 20-Il-Kummerċ. Tingħata informazzjoni dettaljata fit- Tabella 10.1 dwar l-attivitajiet koperti, l-infiq għas-sena u t-tip ta’ ġestjoni involuta.

 

It-Tabella 10.1 —   L-Approprijazzjonijiet tal-pagament u tal-impenn għall-2008

(miljuni ta' euro)

It-Titolu tal-Baġit

Il-Qasam tal-politika

Id-Deskrizzjoni

Il-Pagamenti magħmula fl-2008

Il-Mod ta’ Ġestjoni tal-Baġit

1

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

In-Nefqa amministrattiva (20)

59

Ċentralizzat u dirett

L-Unjoni ekonomika u monetarja

13

Ċentralizzat u dirett

L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

42

Ċentralizzat u dirett

L-Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

172

Ċentralizzat, indirett jew konġunt

 

286

 

2

L-Intrapriża

In-Nefqa amministrattiva (20)

110

Ċentralizzat u dirett

Il-Kompetittività, il-politika industrijali, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat

94

Ċentralizzat u dirett

Is-Suq intern għall-prodotti, u politika settorjali

142

Ċentralizzat u dirett

Il-Koperazzjoni – spazju u sigurtà

131

Ċentralizzat u dirett

 

477

 

3

Il-Kompetizzjoni

In-Nefqa amministrattiva (20)

79

Ċentralizzat u dirett

Il-Kartels, l-anti-trust u l-liberalizzazzjoni

8

Ċentralizzat u dirett

 

87

 

12

Is-Suq Intern

In-Nefqa amministrattiva (20)

52

Ċentralizzat u dirett

L-Istrateġija tal-politika u koordinazzjoni għad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern

6

Ċentralizzat u dirett

Is-Suq intern għas-servizzi

0

Ċentralizzat u dirett

 

58

 

20

Il-Kummerċ

In-Nefqa amministrattiva (20)

63

Ċentralizzat u dirett

Il-Kummerċ

13

 

 

76

 

Total

984

 

Total tan-nefqa amministrattiva

363

 

Total tan-nefqa operazzjonali

621

 

Total tal-pagamenti għas-sena

984

 

Total tal-impenji għas-sena

1 131

 

10.3.

Il-programmi ewlenin f’dan il-grupp tal-politika, li jirrappreżentaw kważi 80 % (jew 493 miljun euro) tat-total tan-nefqa operazzjonali tal-grupp, huma ffinanzjati mill-oqsma tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u 02-L-Intrapriża. Dawn il-programmi huma ppreżentati fit- Tabella 10.2 .

 

It-Tabella 10.2 —   Il-Programmi ewlenin tal-grupp tal-politika L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

It-Titolu tal-Baġit

Il-Programmi

Il-Pagamenti 2008

(miljuni ta' euro)

Il-% tat-total tan-nefqa operazzjonali

01

L-Istrumenti finanzjarji taħt il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-Programm Multiannwali għall-Intrapriża u l-Intraprenditorjat (MAP)

139

22 %

01

L-Assistenza makroekonomika

41

7 %

02

Il-Finanzjament ta’ Aġenziji tal-UE (21)

111

18 %

02

Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP7)

77

12 %

02

Il-Programm ta’ qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) – Programm għall-intraprenditorija u l-innovazzjoni (EIP)

76

12 %

02

Is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6)

49

8 %

Total

493

79 %

10.4.

Il-programmi CIP u MAP iffinanzjati mill-qasam tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji għandhom il-għan li jsostnu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li għandhom aċċess għal ekwità, kapital ta’ riskju u finanzi tas-self, permezz ta’ strumenti finanzjarji Komunitarji mħaddma f’isem il-Kummissjoni mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (1). L-assistenza Makroekonomika hija strument finanzjarju għas-sostenn ta’ bilanċ tal-pagamenti lil pajjiżi terzi. Hija tieħu l-għamla ta’ self fuq terminu ta’ żmien medju/twil u/jew għotjiet. L-assistenza tingħata sakemm il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika u finanzjarja jiġu segwiti.

 

10.5.

L-għan tal-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni (EIP), iffinanzjat mill-qasam tal-politika 02-L-Intrapriża, huwa li titrawwem il-kompetittività tal-intrapriżi, u partikolarment l-SMEs, biex tippromovi l-innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni, u ssostni l-intrapriża u r-riforma amministrattiva.

 

10.6.

L-għan tal-azzjonijiet mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità (2007-2013) huwa li jsostnu programm spazjali Ewropew u li jiżviluppaw teknoloġiji u għarfien għall-ħarsien taċ-ċittadini minn theddid bħat-terroriżmu kif ukoll mill-impatt u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal diżastri naturali jew inċidenti industrijali. Minbarra s-sostenn għal proġetti spazjali Ewropej, is-Sitt Programm ta’ Qafas Komunitarju (2002-2006) ffinanzja wkoll azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika, l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka u t-twaqqif ta’ negozji tat-teknoloġija fi ħdan il-Komunità u r-reġjuni kollha tagħha.

 

L-ambitu tal-verifika

10.7.

Din l-evalwazzjoni speċifika hija bbażata fuq:

a)

ittestjar sostantiv ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 80 pagament magħmul mill-Kummissjoni fl-2008;

b)

evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li ġejjin:

desk checks ex-ante għall-pagamenti ta’ għotjiet u kuntratti ta’ akkwist mill-Kummissjoni, prinċipalment permezz ta’ eżami ta’ kampjun ta’ 120 pagament;

ċertifikazzjoni tal-verifika ta’ rendikonti tal-ispejjeż tal-proġetti mogħtija minn awdituri indipendenti;

kontrolli ex-post, speċjalment fil-kuntest tal-istrateġija tal-verifika tas-Sitt Programm ta’ Qafas (FP6).

 

10.8.

Il-pagamenti eżaminati inkludew għotjiet lill-benefiċjarji finali (2), trasferimenti għall-kontijiet fiduċjarji (3)taħt il-programmi MAP u CIP, iż-żieda fil-kapital tal-FEI, trasferimenti liż-żewġ Aġenziji tal-UE u pagamenti relatati ma’ kuntratti tal-akkwist jew tas-servizz.

 

10.9.

Il-verifika twettqet fil-livell tal-benefiċjarju finali għal 10 mit-80 pagament. It-tranżazzjonijiet li kien jifdal, inklużi l-pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji taħt il-MAP u s-CIP u liż-żewġ aġenziji tal-UE, kienu vverifikati fil-livell tal-Kummissjoni.

 

10.10.

Il-kampjun ta’ pagamenti msemmija fil-paragrafu 10.7.a) kien jinkludi wkoll pagament wieħed magħmul lill-OECD taħt ftehim ta’ għoti (4). Il-Kummissjoni f’isem il-Komunitajiet Ewropej daħlet fi ftehim mal-OECD biex tistabbilixxi l-kwistjonijiet amministrattivi għall-proġetti Komunitarji implimentati mill-OECD. L-OECD qiegħda tinterpreta dan il-ftehim b’mod li jillimita s-setgħat tal-verifika tal-Qorti. F’dan il-każ speċifiku, il-verifika twettqet mill-awditur intern tal-OECD. Il-Qorti evalwat ir-riżultati ta’ din il-verifika billi eżaminat id-dokumenti ta’ ħidma tal-verifika u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn disponibbli kollha.

10.10.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-klawżola li “jagħmlu ħilithom” inkluża fin-nota ta’ tifsir tal-ittra interpretattiva ddatata s-17 ta’ Novembru 1994 ma tillimitax il-poteri tal-Qorti biex tipproċedi bl-ispezzjonijiet, kif stipulat fit-Trattat. Il-Kummissjoni se tikkuntattja lil OECD biex tiżgura li ma jiġux limitati l-poteri ta’ verifika tal-Qorti.

Ir-riskju ewlieni għar-regolarità

10.11.

Il-biċċa l-kbira tal-għotjiet taħt il-grupp tal-politika jitħallsu abbażi ta’ rendikonti tal-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji. Ir-riskju ewlieni għal-legalità u r-regolarità huwa li l-ispejjeż eliġibbli fir-rendikonti tal-ispejjeż huma ddikjarati iżjed u li dan ma jinstabx mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni. Minħabba l-għadd sinifikanti ta’ rendikonti tal-ispejjeż, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tiċċekkja kull wieħed fuq il-post fil-livell tal-benefiċjarju. Għalhekk ir-riskju għar-regolarità tal-pagamenti li jsiru abbażi ta’ rendikonti tal-ispejjeż jitqies mill-Qorti bħala wieħed għoli.

10.11.

Ir-riskju li l-benefiċjarji jiddikjaraw iżżejjed l-ispejjeż jinbet l-aktar minħabba il-kumplessità inerenti tal-mekkaniżmi ta' finanzjament ipprovduti mill-qafas regolatorju applikabbli li huma bbażati fuq ir-rimbors tal-ispejjeż attwali. Din il-komplessità tillimità wkoll l-ambitu tar-reviżjonijiet ibbażati fuq dokumenti li jista’ jsir qabel ir-rimbors tan-nefqa.

Il-maġġoranza tal-iżbalji huma attribwibbli għal dikjarazzjoni ħażina relatata ma’ spejjeż tal-persunal u spejjeż ġenerali. Il-Kummissjoni ma tistax issib dawn l-iżbalji qabel ma twettaq il-pagament u b’hekk tistabbilixxi strateġija ta’ kontroll u żviluppat verifiki ex-post. L-azzjoni korrettiva li ttieħdet hi mmirata biex tnaqqas ir-rata tal-iżbalji. Inbdiet azzjoni korrettiva addizzjonali għall-FP7, b’mod partikolari rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika. Il-Kummissjoni tirkupra kull ammont imħallas żejjed lill-benefiċjarji verifikati.

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

10.12.

Jingħata sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet fl- Anness 10.1 . Il-Qorti sabet li 14 % tal-pagamenti (11 minn 80) kienu milquta minn 13-il żball. 46 % (6 minn 13) ta’ dawn l-iżbalji kienu dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ddikjarata. Il-Qorti tqis li r-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli hija ftit aktar minn 2 %. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-iżbalji kellhom x’jaqsmu ma’ proġetti ffinanzjati mis-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6). Dan ir-riżultat jikkonferma l-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 10.11 u huwa kkorroborat mis-sejbiet tal-kontrolli ex-post tal-Kummissjoni (5), il-konklużjoni tal-Qorti fil-Kapitolu 10 tar-Rapport Annwali 2007 u s-sejbiet tal-verifika tal-Qorti rrappurtati fil-Kapitolu 7.

10.12.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-kwantifikazzjoni tal-Qorti dwar żewġ kawżi, fejn kien sar xogħol, ir-riżultati tax-xogħol aċċettat u l-ispejjeż li saru, b’hekk jiġġustifikaw rimbors parzjali. Madankollu l-Qorti, fuq il-bażi tal-interpretazzjoni tagħha tal-ftehim kontrattwali f’dawn iż-żewġ kawżi, ikkunsidrat bosta mill-ispejjeż iddikjarati bħala mhux eliġibbli. Jekk tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rata tal-iżbalji għal dawn iż-żewġ kawżi, r-rata ġenerali ta’ żbalji għal dan il-qasam ta' politika taqa’ taħt it-2 %.

10.13.

Bħalma wieħed jista’ jara f’ 1.3 tal- Anness 10.1 , ir-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli għal dan il-grupp tal-politika hija dovuta l-iktar għall-iżbalji misjuba fil-pagamenti tal-FP6. Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji għandhom x’jaqsmu mar-rimborż mill-Kummissjoni tal-ispejjeż eliġibbli ddikjarati iżjed mill-benefiċjarji fir-rendikonti tal-ispejjeż tagħhom. L-iżbalji li nstabu kienu dovuti għal:

10.13.

Il-valutazzjoni tal-Qorti hi bbażata fuq il-verifika ta’ 80 tranżazzjoni, li fihom instabu biss ħames żbalji kwantifikabbli f’pagamenti taħt l-FP6. Barra minn hekk l-FP6 jirrappreżenta biss 8 % tal-pagamenti (ara t-tabella 10.2 — Programmi prinċipali tal-grupp ta’ politika tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). L-osservazzjonijiet kollha li jikkonċernaw in-nefqa tal-FP6 huma simili għal dawk fil-Kapitolu 7.

Il-Kummissjoni qed tieħu l-azzjoni neċessarja biex tirkupra l-ammonti ta' finanzjament li jirrigwardaw l-ispejjeż mhux eliġibbli.

evidenza inadegwata jew nieqsa biex tiġġustifika l-ispejjeż iddikjarati (eż. l-ebda fattura);

Il-Kummissjoni taqbel li x-xhieda ta' sostenn ma kinetx dejjem disponibbli. Madankollu hi tikkunsidra li l-iżbalji għandhom impatt finanzjarju inqas minn dak ikkunsidrat mill-Qorti. Għalkemm ċertu spejjeż ma kinux sostnuti b’mod sħiħ minn dokumenti formali, ix-xogħol xorta waħda kien sar u kien hemm xhieda ta' pagament.

l-użu ta' estimi baġitarji jew spejjeż medji li ma kinux jaqblu mar-rekwiżiti kuntrattwali li jintużaw l-ispejjeż reali;

Il-Kummissjoni taqbel ma’ din is-sejba, li hi relatata mar-riskju speċifiku msemmi mill-Qorti fil-paragrafu 10.11. Il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ta’ kontroll ex-post komprensiva li timmira li tnaqqas b’mod sinifikanti r-rata tal-iżbalji.

dikjarazzjonijiet ta' spejjeż imġarrba barra l-perijodu ta' eliġibilità;

Il-Kummissjoni taqbel ma’ din is-sejba, li hi relatata ma’ riskju speċifiku msemmi mill-Qorti fil-paragrafu 10.11. Il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ta’ kontroll ex-post komprensiva li timmira li tnaqqas b’mod sinifikanti r-rata tal-iżbalji.

inklużjoni ta’ bosta spejjeż ineliġibbli (eż. spejjeż imġarrba minn parti terza) jew spejjeż li ma jeżistux;

Fi tnejn mill-proġetti fejn instabu xi żbalji, il-benefiċjarji tal-għotja tal-UE kienu SMEs bi struttura legali kumplessa. Għalkemm l-ebda kuntratti ta’ impjieg ma kienu disponibbli, ġiet prodotta xhieda ta’ relazzjoni kontrattwali bejn il-benefiċjarju u n-nies li qed iwettqu x-xogħol.

kalkolu ħażin tal-ammont ta’ għoti finali mill-Kummissjoni.

Il-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni huma mfassla biex jevitaw dan it-tip ta’ sitwazzjonijiet.

10.14.

38 % tal-iżbalji (5 mit-13) (klassifikati kollha bħal kwistjonijiet oħra ta’ konformità) laqtu l-qasam tal-politika 20-Il-Kummerċ u nħolqu min-nuqqas ta’ dokumenti li jagħmlu parti mill-proċeduri ta’ akkwist. Dan kien imissu nstab mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni.

10.14.

Il-Kummissjoni aċċettat l-osservazzjonijiet tal-Qorti, iżda se tiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li ħafna mill-iżbalji nnotati mill-Qorti huma relatati ma’ proċeduri ta’ prokura li saru fl-2004 jew 2005.

Minn dak in-nhar il-proċeduri ta’ kontroll ġew imsaħħa b’mod sinifikanti u l-Kummissjoni mhix qed tistenna li se jerġgħu jsiru żbalji bħal dawn. Verifika reċenti dwar proċeduri ta’ prokura fid-DĠ TRADE li saret mill-KVI (Kapaċitajiet ta’ Verifika Interna) kkonfermat din il-valutazzjoni interna.

L-effettività tas-sistemi

10.15.

Il-Kummissjoni waqqfet bosta kontrolli sabiex ittaffi r-riskju li jsiru pagamenti irregolari. Dawk ewlenin huma:

desk checks ex-ante fuq talbiet ta’ pagament;

ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti tal-ispejjeż tal-proġett; u

kontrolli ex post wara pagamenti interim jew finali mwettqa fuq kampjun ta' benefiċjarji.

 

10.16.

Jingħata sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjoni mill-Qorti tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl- Anness 10.1 , il-Parti 2 . L-evalwazzjoni ffukat fuq tliet oqsma tal-politika li tirrappreżenta kważi l-pagamenti kampjun kollha fl-2008.

10.16.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispezzjonijiet ex-ante fuq il-pagamenti huma effettivi. Id-dgħjufijiet li nstabu mill-Qorti, li jikkonċernaw l-immarkar tal-kaxxi fiċ-checklists ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq l-effikaċja tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll (ara wkoll il-paragrafu 10.19).

Id-desk checks ex-ante fuq talbiet ta’ pagament

10.17.

L-għan tal-kontrolli ex-ante huwa biex ikun ivverifikat jekk l-operazzjoni hix legali, regolari u konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Għandhom ukoll il-għan li jiżguraw li l-kompiti kollha twettqu tajjeb u b’konformità mar-rekwiżiti tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għoti, qabel ma sar il-pagament.

 

10.18.

Il-Qorti evalwat iċ-ċirkuwiti finanzjarji fid-Direttorati-Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 02-L-Intrapiża u 20-Il-Kummerċ (6). L-applikazzjoni konsistenti taċ-ċirkuwitu finanzjarju u l-adegwatezza tad-desk checks ex-ante kienu eżaminati għal kull pagament magħżul għal dawn it-tliet DĠs fil-kampjun tat-80 pagament imsemmi fil-paragrafu 10.7. Il-kampjun addizzjonali ta’ 120 pagament intuża biex tkun evalwata l-effettività tal-operazzjoni tal-kontrolli ex-ante fi tliet programmi ġestiti mid-DĠ Intrapriża u Industrija (7)u fi 30 pagament magħmul mid-DĠ Kummerċ.

 

10.19.

Il-Qorti sabet li fil-każ tal-qasam tal-politika 02-L-Intrapriża, intużaw listi ta’ kontroll u dokumenti ta’ kalkolu bil-għan, fost affarijiet oħra, ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni ta’ żbalji fir-rendikonti tal-ispejjeż. Madankollu, kienu nnutati d-dgħufijiet li ġejjin:

10.19.

Il-Kummissjoni hi konvinta li s-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ huma ekonomikament effiċjenti u proporzjonali, u li ċ-checklists huma għodda essenzjali għall-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet. Id-dgħjufijiet innotati ma għandhom l-ebda implikazzjonijiet għal applikazzjoni konsistenti taċ-ċirkwit finanzjarju u l-adekwatezza tal-ispezzjonijiet ex-ante tad-dokumenti.

Checklist mhix għan minnha nnifisha. L-għan prinċipali taċ-checklists hu li jiġi żgurat li jitwettqu l-kontrolli neċessarji kollha.

mhux dejjem ingħataw biżżejjed dettalji dwar il-kontrolli mwettqa mill-aġenti ta’ verifikazzjoni ex-ante  (8),

Il-kontrolli kollha huma proporzjonati u relevanti mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjoni. Il-Valutazzjoni tal-Qorti tapplika għal: (i) checklists fejn it-tieni aġent għall-verifikazzjoni jkun iffirma biss iżda ma jkunx immarka l-kaxxi individwali u (ii) ħames ċirkustanzi fejn il-Qorti kkunsidrat li xi kaxxi ġew immarkati b’mod mhux korrett. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ebda waħda minn dawn l-osservazzjonijiet mhu ser ikollha impatt sinifikanti fuq l-effikaċja tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll. B'mod aktar speċifiku:

i)

It-tfassil taċ-checklists hu r-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega. Il-firma tal-aġent għall-verifikakazzjoni tikkonferma li l-kontrolli twettqu. L-istabbiliment ta’ checklists li fuqhom jiġu kkonfermati l-kontrolli permezz ta’ mmarkar jew firma ma għandu l-ebda impatt fuq l-effikaċja tal-kontrolli ex-ante.

ii)

F’xi ċirkustanzi, xi kaxex fiċ-checklists setgħu ġew immarkati b’mod mhux korrett iżda mhemmx xhieda li — lil hinn minn din il-formalità bl-ebda impatt finanzjarju — l-ispezzjonijiet twettqu b’mod mhux korrett.

Minbarra dan, intbagħtet nota ta’ tfakkir lill-persunal kollu li qed jipparteċipa fit-tqassim tax-xogħol biex jiġi żgurat li ċ-checklists kollha jimtlew b’mod komprensiv wara li jitwettqu l-ispezzjonijiet.

il-lista ta’ kontroll użata għar-reviżjoni taċ-ċertifikati tal-verifika esterna mibgħuta mill-benefiċjarji ma kinitx tinkludi ħarsa ġenerali lejn ix-xogħol mwettaq fuq kull ċertifikat eżaminat; u

Iċ-ċertifikati ta’ verifika għal kull imsieħeb li hu marbut bil-kuntratt huma diġà inklużi fil-fajl għal verifikazzjoni ex-ante. Iċ-checklist li intużat biex jiġu eżaminati ċ-ċertifikati ta’ verifika jiġbru fil-qosor il-verifikazzjonijiet li twettqu.

L-istabbiliment ta’ checklists li jikkorrispondu mal-livell ta’ riskju involut hu r-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li hu ekonomikament effiċjenti li jkun hemm checklist għal kull ċertifikat individwali ta’ verifika.

żewġ każijiet ta’ kontrolli ex-ante insuffiċjenti mwettqa fuq it-trasferiment ta’ fondi lejn Aġenzija tal-UE li wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji fi stadju iktar tard.

Il-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni huma mfassla biex kemm jista' jkun jevitaw dan it-tip ta’ sitwazzjonijiet.

F’waħda miż-żewġ ċirkustanzi l-iżball instab mill-ewwel wara l-pagament, li jindika li diġà hemm fis-seħħ biżżejjed kontrolli biex jiġi żgurat ambjent xieraq ta' kontroll. Ittieħdet azzjoni korrettiva qabel ma l-Qorti bdiet tanalizza l-fajl. Ma kien hemm l-ebda riskju finanzjarju, għaliex dawn kienu pagamenti ta’ qabel il-finanzjament u għaliex aġenziji tal-UE jroddu lura, sena b’sena, kull ammonti rċevuti li jmorru lil hinn mill-infiq tagħhom.

10.20.

Il-Qorti nnutat ukoll li 30 % tal-pagamenti magħmula taħt żewġ programmi (9)ma sarux fi ħdan l-iskadenza tal-pagament speċifikata fir-Regoli Implimentattivi. Fir-rigward tat-tielet programm eżaminat ma kien innutat l-ebda dewmien.

10.20.

Il-Kummissjoni naqqset b’mod sinifikanti d-dwemien fil-pagament u għadha taħdem biex tnaqqas aktar l-arretrati. Il-pagamenti fl-eżempju li għalihom tirreferi l-Qorti saru mid-DĠ Intrapriża u Industrija, li kiseb għal darb’ oħra titjib sinifikanti fl-ewwel nofs tal-2009 (6 % biss tal-pagamenti ddewmu) kontra r-riżultati tal-2008 (13 % ddewmu) u 2007 (34 % ddewmu). Dan is-suċċess kien possibbli biss wara li firxa kbira ta’ miżuri ġew stabbiliti biex jiġu inklużi proċeduri aktar ċari u riveduti b’mod sħiħ, kontrolli ex-ante effiċjenti u tqassim tax-xogħol simplifikat.

10.21.

Fir-rigward tal-għotjiet u l-pagamenti mwettqa għall oqsma tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u 20-Il-Kummerċ, ma nstabet l-ebda dgħufija sinifikanti fl-operat tal-kontrolli ex-ante.

 

Iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti tal-ispejjeż tal-proġett

10.22.

L-Artikolu 180 tar-Regoli Implimentattivi (10)jitlob il-ħruġ ta’ ċertifikat minn awditur approvat għar-rendikonti tal-ispejjeż ‘il fuq minn ċertu limitu, li jikkonferma l-preċiżjoni, l-okkorrenza u l-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati. Dawn iċ-ċertifikati tal-verifika huma kontroll ewlieni għall-Kummissjoni fi proġetti ffinanzjati taħt il-qasam tal-politika 02-L-Intrapriża.

 

10.23.

Għall-pagamenti vverifikati għand il-benefiċjarju fejn kien ingħata ċertifikat, il-Qorti qabblet ir-riżultati tal-verifika tagħha stess maċ-ċertifikat. F’ 71 % tal-każijiet (5 minn 7) li għalihom kienet ħarġet opinjoni mingħajr kwalifika mill-awditur approvat, il-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli (11). Il-biċċa l-kbira ta’ dawk il-proġetti kienu ffinanzjati taħt l-FP6. Din is-sejba hija konsistenti mar-riżultati tas-sena ta’ qabel (12)u mar-riżultati tal-Kapitolu 7, u turi li ċ-ċertifikati tal-verifika huma affidabbli parzjalment biss.

10.23.

Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti dwar il-korrettezza taċ-ċertifikati ta’ verfika tal-FP6 li ma jipprovdux b’mod sħiħ iċ-ċertezza addizzjonali li kienet mistennija fil-bidu dwar il-legalità u r-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-ispiża. Madankollu, hu ċar li dan l-istrument ikkontribwixxa bil-kbir għall-prevenzjoni u għall-korrezzjoni bikrija tal-iżbalji, li rriżultaw fi tnaqqis sinifikanti fir-rati ta’ żbalji fl-FP6 meta mqabbel mal-FP5.

Kontrolli ex-post

10.24.

Primarjament minħabba l-għadd kbir ta’ pagamenti, id-Direttorati-Ġenerali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-oqsma tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u 02-L-Intrapriża waqqfu funzjonijiet ta’ kontroll ex-post.

10.24.

Rigward id-Direttorat-Ġenerali inkarigat mill-implimentazzjoni tal-qasam tal-politika 02-Intrapriża, funzjonijiet ta’ kontroll ex-post ġew stabbiliti għax huma element neċessarju tal-qafas ta’ kontroll intern integrat jekk parti sinifikanti tan-nefqa hi bbażata fuq għotjiet fil-qasam tar-riċeka.

10.25.

Dwar il-qasam tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, il-Qorti sabet li ma kien twaqqaf l-ebda programm ta’ xogħol għall-2008 għall-kontrolli ex-post. Il-biċċa l-kbira mir-riżorsi użati għal kontrolli ex-post kienu ddedikati għal kontroll wieħed speċifiku biss, iżda xorta waħda importanti, u b’riżultat ta’ dan hemm xogħol b’lura ta’ kontrolli pendenti.

10.25.

Parti mix-xogħol pendenti tlesta fl-2008 u l-bqija għandu jitlesta matul l-2009.

Programm ta’ xogħol rivedut li hu approvat mill-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Kontroll Intern tad-DĠ ECFIN fl-Lulju 2007 stabbilixxa minn qabel il-prijoritajiet, li l-ewwel fosthom kienu l-ispezzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-addizzjonalità fil-Faċilità ta' Garanzija għall-SME li jinvolvu ammonti kbar. Il-programm ta’ xogħol rivedut enfasiza n-nuqqas ta’ ċertezzi rigward il-limitu ta’ żmien tal-kontrolli.

Fl-aħħar tal-2007, dawn l-ispezzjonijiet ta’ prijorità għolja kienu għadhom ma tlestewx, dan minħabba raġunijiet varji relatati mal-kumplessità tal-materji inkwistjoni. Konsegwentament, minħabba li l-prijoritajiet stabbiliti f’Lulju 2007 kienu għadhom validi, l-istrateġija miftehma kienet li jitlesta l-programm 2007.

Dwar ix-xogħol pendenti, il-kontroll speċifiku msemmi mill-Qorti kien estremament importanti u wassal għal titjib sinifikanti fl-istruttura tal-kontroll integrat fis-seħħ għall-programm suċċessiv.

Twettaq xogħol addizzjonali ta’ kontroll rigward l-Istħarriġiet dwar in-Negozju u l-Konsumaturi u kif ukoll rigward il-Programm PRINCE.

10.26.

Fir-rigward tal-qasam tal-politika 02-Intrapriża, is-sies tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll għan-nefqa tar-riċerka hija l-programm tagħha ta’ verifiki finanzjarji ex-post (jiġifieri wara r-rimborż) għand il-benefiċjarji. Il-verifika jitwettqu minn awdituri tal-Kummissjoni u minn kumpaniji tal-verifika esterna taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. L-għan ta’ verifiki ex-post huwa li jinstabu u jiġu kkorreġuti żbalji li ma ġewx evitati jew misjuba minn kontrolli iktar bikrija. Rapporti tal-Qorti dwar il-verifiki ex-post fuq proġetti ffinanzjati taħt l-FP6 jinstabu fil-paragrafi 7.28 sa 7.34 tal-Kapitolu 7.

 

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

10.27.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, ħlief għall-pagamenti li saru taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6) (13), il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-grupp tal-politika L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kienu ħielsa minn żbalji materjali.

10.27.

Peress li l-FP6 jirrappreżenta biss 8 % tal-pagamenti (irreferi għat-tabella 10.2 Il-Programmi prinċipali tal-grupp ta’ politika għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata totali tal-iżbalji tat-tranżazzjoni f’dan il-qasam ta’ politika, meta kkalkulat f'daqqa, ma għandu l-ebda żball materjali.

Rigward il-pagamenti tal-FP6 l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti f’dan il-kapitolu huma simili għal dawk fil-Kapitolu 7.

10.28.

Il-Qorti eżaminat tliet sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Filwaqt li tnejn minnhom kienu evalwati bħala effettivi, wieħed minnhom kien evalwat bħala parzjalment effettiv biss (14)fl-assigurazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti.

10.28.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ huma adekwati u li ċ-checklists jikkontribwixxu għal kontroll essenzjali fl-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet. Id-dgħjufijiet innotati ma għandhom l-ebda implikazzjoni fuq l-applikazzjoni konsistenti taċ-ċirkwit finanzjarju u l-adekwatezza tal-eżaminar ex-ante tad-dokumenti.

Rakkomandazzjonijiet

10.29.

Il-Kummissjoni għandha tintensifika l-azzjonijiet tagħha bil-għan li tnaqqas l-iżbalji li jinħolqu bħala riżultat tad-dikjarazzjoni ta’ spejjeż ineliġibbli fir-rendikont tal-ispejjeż tal-benefiċjarji taħt is-Sitt u s-Seba’ Programmi ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

10.29.

Il-Kummissjoni se tispezzjona liema azzjoni addizzjonali tista’ tittieħed biex tnaqqas l-iżbalji, waqt li tqis il-konsiderazzjonijiet tal-benefiċċji u l-piżijiet/żvantaġġi relevanti. Normalment il-Kummissjoni taqbel dwar il-ħtieġa ġenerali għal azzjoni aktar profonda u titlob lil-leġiżlatur biex isostni l-adattamenti għall-bażi legali li jistgħu jkunu meħtieġa rigward dan għat-preparament tat-Tmien Programm Qafas. L-FP7 diġà ġab miegħu numru ta’ simplifikazzjonijiet sinifikanti u l-Kummissjoni qed tkompli taħdem fuq l-issimplifikar tas-sistema għar-rimbors tal-ispiża.

10.30.

Tnejn mir-raġunijiet ewlenin għall-iżbalji fir-rendikonti tal-ispejjeż huma: a) in-nuqqas persistenti tal-benefiċjarji biex jifhmu r-regoli tal-eliġibbilità u b) il-fatt li dawn ir-regoli mhumiex applikati b’mod strett. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha:

10.30.

Ħafna mill-iżbaliji li saru mill-benefiċjari ma jistgħux jinstabu mill-Kummissjoni qabel ma jagħmlu l-pagamenti. Biex tegħleb din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni timplimenta strateġija ta’ kontroll ex-post biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-pagamenti fuq bażi multiannwali. Hi bbażata fuq kxif u korrezzjoni sistematika ta’ kull żball li ma jistax jiġi identifikat qabel ma tagħmel il-pagamenti. Dan jinkiseb billi jiżdied l-isforz tal-verifika ex-post li hi komponent importanti tal-istrateġija ta’ kontroll u tirkupra b'mod sħiħ kull ammont li nstab li tħallas żejjed lill-benefiċjarji awditjati.

żżid l-isforzi ta’ informazzjoni biex tkabbar l-għarfien tal-benefiċjarji dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà; u

Barra minn hekk se jittieħdu passi biex il-benefiċjarji u kif ukoll l-awdituri li jiċċertifikaw jiġu infurmati dwar il-ħtieġa li jużaw spejjeż attwali u li tiġi pprovduta xhieda ta’ appoġġ biex issostni l-ispejjeż iddikjarati u kif ukoll dwar żbalji li jsiru b’mod frekwenti.

xxerred b’mod attiv tipoloġija tal-iżbalji l-iktar frekwenti lill-awdituri li jiċċertifikaw sabiex tkabbar l-għarfien tagħhom u ttejjeb l-affidabbiltà li tista’ titpoġġa fuq iċ-ċertifikati tal-verifika.

Meta jinstabu żbalji sinifikanti fiċ-ċertifikati ta’ verifika, l-awdituri li jiċċertifikaw huma infurmati b’ittra dwar l-ammonti u l-metodoloġija korretta u huma mistiedna biex jikkunsidraw dan għal ċertifikazzjonijiet suċċessivi.

Minħabba li l-benefiċjarji jistgħu jagħżlu liema awditur ta’ ċertifikazzjoni jixtiequ, il-Kummissjoni se tfakkar bil-miktub lill-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jinfurmaw lill-awdituri ta’ ċertifikazzjoni tagħhom bir-regoli u bir-regolamenti speċifiċi li jigvernaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż fil-programmi ta’ riċerka u dwar l-informazzjoni li hi disponibbli fuq il-CORDIS dwar l-iżbalji li huma l-aktar frekwenti.

10.31.

Barra dan, il-Kummissjoni għandha ttejjeb aktar l-applikazzjoni tas-sistemi tagħha ta’ sorveljanza u kontroll, partikolarment billi tgħolli l-kwalità tal-proċeduri ex-ante tagħha.

10.31.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll huma adekwati, ekonomikament effiċjenti u applikati strettament.

IR-RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-FOND TA’ GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI

10.32.

L-għan tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni (il-Fond) (15), li jiggarantixxi self lill-pajjiżi terzi, huwa sabiex ikunu rimborżati l-kredituri Komunitarji (16)fl-eventwalità li l-benefiċjarju ma jħallasx u sabiex jiġu evitati sejħiet diretti mill-baġit Komunitarju. It-tmexxija amministrattiva tal-Fond hija mwettqa mid-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) waqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor.

 

10.33.

Fil-31 ta’ Diċembru 2008, it-total tar-riżorsi tal-Fond kien ta’ 1 091 miljun euro, meta mqabbel ma’ 1 152 miljun euro fil-31 ta’ Diċembru 2007. It-tnaqqis fit-total tar-riżorsi tal-Fond huwa dovut prinċipalment għall-ħlas lura tal-Fond ta’ 126 miljun euro lill-baġit Komunitarju. Il-ħlas lura kien ir-riżultat tal-fatt li l-valur tal-Fond fil-31 ta’ Diċembru 2006 kien iktar mill-ammont mixtieq (17). Ma saret l-ebda sejħa għall-garanzija lill-Fond fis-sena tar-reviżjoni.

 

10.34.

Il-BEI u l-Kummissjoni jużaw indiċi standard biex jirrevedu l-prestazzjoni annwali tal-Fond. Id-dħul fuq il-portafoll tal-Fond fl-2008 ammonta għal 6,4 %, meta mqabbel mad-dħul standard ta’ 7,5 %. Il-BEI jattribwixxi dan in-nuqqas relattiv ta’ prestazzjoni ta’ 1,1 % għall-fatt li l-istrumenti finanzjarji inklużi fl-istandard intlaqtu inqas mill-kriżi finanzjarja.

 

10.35.

Il-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa mid-DĠ ECFIN fuq ir-restrizzjonijiet fuq l-investiment stabbiliti mill-ftehim ta’ ġestjoni. Madankollu, fil-każijiet irreveduti ma kien hemm l-ebda impatt fuq ir-riżultati tal-kontrolli dwar il-konformità.

10.35.

Kontrolli relevanti dwar il-konformità ma’ restrizzjonijiet ta’ investiment stabbiliti bil-Ftehim ta’ Amministrazzjoni saru b’mod regolari mid-DĠ ECFIN. Huma wrew li l-investimenti kienu konformi mar-restrizzjonijiet relevanti tal-investiment stabbiliti fil-Ftehim. Wara l-verifika tal-Qorti, ġie introdott kontroll addizzjonali biex tissaħħaħ il-konformità saħansitra fuq kwistjonijiet marġinali li jaqgħu barra r-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim ta’ Amministrazzjoni.

10.36.

B’mod ġenerali, il-Qorti tikkunsidra li l-Fond ta’ Ġaranzija kien ġestit matul l-2008 b’mod sodisfaċenti u li ttieħdu azzjonijiet xierqa biex jissorveljaw l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-portafoll tal-Fond.

 

IR-RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-KEFA F'LIKWIDAZZJONI

10.37.

Wara li skada t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fit-23 ta' Lulju 2002, l-attiv u l-passiv tal-KEFA kienu trasferiti lill-Komunità Ewropea (18). Il-valur nett tagħhom, li ssir referenza għalih bħala l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f'Likwidazzjoni (KEFA f'L.), huwa allokat għar-riċerka fl-industrija tal-faħam u l-azzar.

 

10.38.

Fil-31 ta’ Diċembru 2008, it-total tal-attiv tal-KEFA f’L. kien ta’ 2 045 miljun euro, meta mqabbel ma’ 2 152 miljun euro fil-31 ta’ Diċembru 2007. It-telf nett għall-2008 kien ta’ 14,8 miljun euro meta mqabbel ma’ qligħ nett ta’ 5,3 miljun euro fl-2007. It-telf nett kien dovut prinċipalment għal telf fil-valur ġust tad-derivattivi finanzjarji użati għal miżuri biex jittaffew ir-riskji fl-operazzjonijiet finanzjarji tal-KEFA f’L.

10.38.

It-telf nett mid-derivattivi jirrelata primarjament ma’ telf fil-kontabbiltà fuq tranżazzjoni ta’ skambju (swap) bejn il-valuti (EUR/GBP) li serviet ta' kopertura għal pożizzjoni f'muniti relatata mas-self li daħlet fiha l-KEFA madwar 19-il sena ilu. Il-kuntratt ta’ skambju inkwistjoni skada fit-13 ta’ Marzu 2009 mingħajr ma kien hemm l-ebda telf attwali għal din l-operazzjoni ta' kopertura. Fil-kotba tal-KEFA i.L mhemm l-ebda tranżazzjonijiet ta’ skambju oħrajn.

10.39.

Il-valur nett tal-investimenti tal-KEFA f’L. fl-2008 ammonta għal 56 miljun euro u se jkun disponibbli għall-baġit Komunitarju ghall-finanzjament tar-riċerka għal proġetti ta’ faħam u azzar. Il-Qorti nnutat li fil-31 ta’ Diċembru 2008 l-baġit mhux użat li kien disponibbli għall-finanzjament tar-riċerka tal-faħam u l-azzar kien akkumula għal 235 miljun euro (19).

10.39.

Il-Programm ta’ Riċerka li hu ffinanzjat mill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (l-FRFA) tad-DĠ RTD jintuża b'mod esklussiv għar-riċerka, barra l-Programm ta' Qafas, fis-setturi relatati mal-industriji tal-faħam u tal-azzar, skont il-bażi legali tiegħu (il-Protokoll mehmeż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-atti adottati sussegwentament fuq din il-bażi). L-ammont ta’ EUR 235 miljun jinkludi:

minn naħa, l-allokazzjonijiet għall-2010 (EUR 56 miljun) u l-allokazzjonijiet għall-2009 li għadhom ma ġewx impenjati; kif ukoll

minn naħa oħra, ammonti konsiderevoli relatati ma’ kuntratti ffirmati sa mill-2003 (il-bidu tal-Programm ta’ Riċerka FRFA) li għalihom ma kienx għadu tlesta l-għeluq tal-kontijiet.

10.40.

Il-prestazzjoni tal-portafoll tal-KEFA f’L. kienet 5,4 % għas-sena 2008 filwaqt li dħul tal-istandard, li serva bħala rata ta' referenza għall-KEFA f'L., kien 7,4 %. In-nuqqas relattiv ta’ prestazzjoni ta’ 2 % kien dovut prinċipalement għad-dħul iktar baxx fuq bonds minn Stati Membri ġodda tal-UE li ma kienx inkluż fl-istandard.

10.40.

Il-portafoll tal-KEFA i.L. jalloka b’mod regolari parti mill-investimenti tiegħu għal titoli maħruġa mill-Istati Membri l-ġodda, sew bl-għan li tittejjeb id-diversifikazzjoni u kif ukoll bil-għan li jinkiseb xi qligħ addizzjonali fuq tul ta' żmien.

Il-kriżi finanzjarja (li bdiet f’Lulju 2007 u li żviluppat aktar fl-2008) wasslet għal żieda fil-proċess ta’ moviment lejn il-kwalità/likwidità li kien il-fattur prinċipali tar-rendiment relattiv matul dak il-perjodu. F’dan il-proċess it-titoli maħruġa mill-Istati Membri l-ġodda (meqjusa mis-suq bħala inqas likwidi u inqas sikuri minn dawk maħruġa minn pajjiżi “prinċipali” bħal Ġermanja u Franza) kienu milquta aktar.

Madankollu l-portafoll tal-KEFA i.L. mar tajjeb ħafna f’termini ta’ qligħ assolut, għalkemm kien hemm il-kriżi finanzjarja, billi sab ruħu fit-tielet post f’termini assoluti mill-bidu tal-kejl tar-rendiment: + 5,4 %, riżultat megħlub biss fl-2002 (+ 6,3 %) u fl-2004 (+ 5,8 %).

10.41.

L-istralċ tal-operat finanzjarju tal-KEFA f'L. qiegħed isir b'konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti, inklużi l-linji gwida finanzjarji multiannwali. Il-Qorti nnutat li kienu ttieħdu azzjonijiet xierqa għall-monitoraġġ tal-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-attiv tal-KEFA f’L.

 

SEGWITU TA' OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

10.42.

Ara l- Anness 10.2 .

 


(1)  Il-FEI huwa l-istituzzjoni speċjalizzata tal-Komunità għall-forniment ta’ kapital ta’ riskju u strumenti ta’ garanzija għall-SMEs. Dawn il-programmi huma ġestiti mill-FEI taħt ftehimiet fiduċjarji u ta’ ġestjoni.

(2)  L-iktar, pagamenti bil-quddiem għall-FP7 u pagamenti interim u finali għall-FP6.

(3)  Għat-twettiq tal-programmi, il-fondi huma trasferiti mill-Baġit Ġenerali għal kontijiet fiduċjarji miżmuma mill-FEI biex ikopru pagamenti futuri possibbli.

(4)  Dan il-ftehim ta’ għoti jagħti sostenn Komunitarju lill-proġett għal regolazzjoni aħjar fl-Ewropa u evalwazzjoni tal-OECD dwar il-kapaċità regolatorja fi 15-il Stat Membru.

(5)  Ara r-riżerva dwar ir-rata ta’ żbalji residwi fir-rigward tal-preċiżjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż f’għotjiet tal-FP6 fid-Dikjarazzjoni tal-Uffiċjal li Jawtorizza b’Delega fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2008 tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija.

(6)  Il-verifika kienet limitata għaż-żewġ Direttorati-Ġenerali tal-akbar oqsma tal-politika u għal wieħed mill-oqsma żgħar tal-politika.

(7)  It-tliet programmi ġestiti mid-DĠ Intrapriża u Industrija kienu għotjiet imħallsa taħt l-FP6, in-netwerks tal-intrapriża ffinanzjati taħt il-MAP u għotjiet imħallsa għall-istandardizzar u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

(8)  Pereżempju, fil-każ tal-istandardizzar u l-approssimazzjoni ta’ pagamenti ta’ leġiżlazzjoni, il-lista ta’ kontroll użata ma tatx traċċa tax-xogħol imwettaq mill-aġent ta’ verifikazzjoni ex-ante u fil-każ ta’ pagamenti tal-FP6, il-kontrolli kienu indikati bħala li twettqu għalkemm, abbażi tad-dokumentazzjoni disponibbli, ma setgħux twettqu.

(9)  Iż-żewġ programmi huma l-FP6 u l-istandardizzar u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(11)  L-iżbalji relatati mal-kalkolu ħażin tal-ispejjeż eliġibbli (eż. spejjeż tal-persunal iddikjarati iżjed) u spejjeż ineliġibbli (eż. nefqa mhux sostnuta b’fatturi). Dawn l-iżbalji kien imisshom ġew identifikati mill-awdituri approvati.

(12)  Ara r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 10.27 sa 10.30 (ĠU C 286, 10.11.2008).

(13)  Il-pagamenti tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jirrappreżentaw kważi 8 % tan-nefqa operazzjonali totali tal-grupp ta’ politika.

(14)  Dan huwa dovut l-iktar għas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1).

(16)  Prinċipalment il-BEI, imma wkoll is-self estern tal-Euratom u s-self tal-assistenza makro-finanzjarja tal-KE (MFA) lill-pajjiżi terzi.

(17)  L-ammont mixtieq huwa stabbilit għal 9 % tas-self pendenti lil pajjiżi terzi mogħti jew garantit mill-Komunità, kif ukoll l-imgħax dovut mhux imħallas. Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 jgħid li kull eċċess bejn l-ammont mixtieq u l-valur tal-attiv nett tal-Fond fis-sena n-1 għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sena “n+1”.

(18)  Protokoll tal-konsegwenzi finanzjarji tal-għeluq taż-żmien tat-Trattat tal-KEFA u l-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU C 80, 10.3.2001, p. 67).

(19)  Inklużi l-allokazzjonijiet ta’ 52 miljun euro għall-2009 u ta’ 54 miljun euro għall-2010.

(20)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 11.

(21)  Iż-żewġ aġenziji tal-UE huma l-Aġenzija Ewropea tal-Kimika (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA). Il-Qorti toħroġ rapporti tal-verifika annwali dwar iż-żewġ aġenziji.

ANNESS 10.1

IL-PARTI 1:   IL-KARATTERISTIĊI EWLENIN TA’ TTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET ABBAŻI TA’ KAMPJUNI

1.1 —   Id-daqs tal-kampjun

Sena

Għadd ta’ tranżazzjonijiet ttestjati

2008

80

2007

55


1.2 —   L-istruttura tal-kampjun

Perċentwal ta’ tranżazzjonijiet ttestjati li kienu

2008

2007

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

L-Intrapriża

Il-Kompetizzjoni

Is-Suq Intern

Is-Suq Intern

Total

Il-pagamenti finali/interim

35 %

16 %

1 %

0 %

4 %

56 %

72 %

Il-pagamenti bil-quddiem

0 %

44 %

0 %

0 %

0 %

44 %

27 %

Total

35 %

60 %

1 %

0 %

4 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus tal-iżbalji

Żbalji

2008

2007

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Kummerċ, Kompetizzjoni u s-Suq Intern

L-Intrapriża

Total

Il-frekwenza tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu milquta minn żbalji

9 % {3}

17 % {8}

14 % {11}

7 % {4}

Il-frekwenza tal-iżbalji li huma kwantifikabbli

0 % {0}

88 % {7}

54 % {7}

43 % {3}

L-impatt tal-iżbalji kwantifikabbli

Ir-rata ta' żbalji l-iktar probabbli taqa’ fil-medda (1)

Ma japplikax

Bejn 2 % u 5 %

Bejn 2 % u 5 % (2)

Taħt it-2 %


1.4 —   It-tipi ta’ żbalji fil-kampjun

Il-perċentwal u l-għadd ta’ żbalji fit-tranżazzjonijiet ittestjati li jirrigwardaw

2008

2007

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Kummerċ, Kompetizzjoni u s-Suq Intern

L-Intrapriża

Total

Eliġibbiltà

0 %

0

75 %

6

46 %

6

29 %

2

Okkorrenza

0 %

0

0 %

0

0 %

0

0 %

0

Preċiżjoni

0 %

0

12,5 %

1

8 %

1

29 %

2

Oħrajn

100 %

5

12,5 %

1

46 %

6

42 %

3

Total

100 %

5

100 %

8

100 %

13

100 %

7

PARTI 2:   EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula

Sistema dwar

Kontrolli interni prinċipali (servizzi tal-Kummissjoni)

Evalwazzjoni ġenerali

Kontrolli ex-ante

Ċertifikazzjoni tal-verifika

Verifiki finanzjarji ex-post

Il-Pagamenti taħt il-qasam tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

 

Ma japplikax

 

 

Il-Pagamenti taħt il-qasam tal-politika 02-L-Intrapriża

 

 

Ma japplikax

 

Il-Pagamenti taħt il-qasam tal-politika 20-Il-Kummerċ

 

Ma japplikax

Ma japplikax

 

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

Ma japplikax

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat


(1)  Il-Qorti tiddistingwi tliet meded għar-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli: taħt it-2 %, bejn 2 % u 5 %, ’il fuq minn 5 %

(2)  Is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6) jirrappreżenta parti sproporzjonatament kbira tar-rata ġenerali ta’ żbalji (ara l-paragrafu 10.27).

Iċ-ċifri fil-parentesi { } huma numri assoluti.

ANNESS 10.2

SEGWITU TAL-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI TAL-QORTI

L-Osservazzjoni tal-Qorti

L-Azzjoni meħuda

L-Analiżi tal-Qorti

Ir-Risposta tal-Kummissjoni

1.   L-Operazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju (OKR) – il-forniment ta’ kapital tar-riskju permezz ta’ fondi ta’ investiment

Il-verifika tal-Qorti wriet li l-fondi ta' investiment inklużi fil-portafoll tal-OKR ma kinux konformi għal kollox mar-Regolament MEDA billi:

il-portafoll kien jinkludi fondi ta’ investiment li kienu barra l-UE;

il-fondi ta’ investiment għamlu investimenti barra l-lista ta’ territorji u pajjiżi sħab eliġibbli. Dan kien notevolment minħabba l-fatt li r-regoli ta' investiment tal-fondi ma kinux jinkludu r-restrizzjoni għall-investiment meħtieġa.

Barra dan, ma kienx hemm proċedura ta' kontroll fir-rigward ta' investimenti li jaqsmu bejn il-fondi. Għalhekk kien diffiċli li wieħed jiċċekkja li l-massimi totali kienu ġew rispettati.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 11.8 u 11.9)

Sa mill-2003 l-Kummissjoni tiżgura li l-provvedimenti ta’ eliġibbiltà tar-Regolament MEDA dwar il-pożizzjoni ġeografika kemm tal-fondi ta’ investiment kif ukoll tar-reġjun mixtieq tal-fondi ta’ investiment jiġu ssorveljati waqt l-approvazzjoni.

Il-Kummissjoni tinterveni wkoll waqt l-approvazzjoni meta hija temmen li l-investimenti li jaqsmu għandhom mnejn ikunu ta’ problema.

Kemm għall-2007 kif ukoll għall-2008, il-Kummissjoni rċeviet ukoll mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) rapporti annwali dwar l-OKR li kien fihom informazzjoni dwar l-investimenti li attwalment saru.

Il-kontrolli ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni ttejbu b’mod sinifikanti waqt l-approvazzjoni tal-fond ta’ investiment, iżda għandu jittejjeb il-monitoraġġ tal-pożizzjoni ġeografika u tal-investimenti li jaqsmu matul it-tul ta’ żmien tal-fondi.

Barra dan, ir-rapporti annwali mogħtija mill-BEI ma jagħtux informazzjoni dettaljata dwar l-investimenti ffinanzjati minn self globali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tivverifika l-konformità ma’ dawn il-provvedimenti għal dak li jirrigwarda self globali.

IL-Ftehim Qafas il-ġdid bejn il-BEI u l-Kummissjoni, li attwalment qed jiġi nnegozjati, se jiżgura li l-informazzjoni operattiva u ta’ kontabbiltà provduta mill-BEI jippermettu monitoraġġ aħjar tal-lokazzjoni ġeografika u investimenti inkroċati matul il-ħajja tal-fondi. Dan se jinkludi informazzjoni li tirrigwarda self globali.

2.   L-Operazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju (OKR) – id-dgħufijiet fl-evalwazzjoni tal-OKR

L-OKR huma miżmuma bħala spejjeż storiċi minbarra kwalunkwe dispożizzjoni għal taħsir. Il-provvedimenti għat-taħsir kienu bbażati fuq write-offs proviżorji jew definittivi. It-tali metodu ma kienx applikat b'mod konsistenti. Il-Qorti sabet xi każijiet fejn estimi proviżorji għal taħsir disponibbli għall-BEI ma kinux ġew kkomunikati lill-Kummissjoni. Dan wera li l-konvenzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI kellha bżonn tkun aġġornata sabiex il-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni relevanti kollha fil-ħin biex tippermettilha li tieħu kont tal-applikazzjoni tar-regoli ta' kontabilità tagħha. Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha timmonitorja b'mod aktar attiv l-applikazzjoni tal-konvenzjoni minflok toqgħod kompletament fuq l-informazzjoni fornuta mill-BEI.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 11.11)

Fir-risposta tagħha għall-osservazzjoni tal-Qorti, il-Kummissjoni ddikjarat li l-BEI u l-Kummissjoni kienu qegħdin isegwu żviluppi u jirrevedu s-sitwazzjoni flimkien, ifittxu l-aqwa soluzzjoni li toffri bilanċ bejn in-nefqa u l-benefiċċju. Fl-ewwel tliet xhur tal-2009, il-Kummissjoni u l-BEI kienu għadhom qegħdin jirrevedu s-sitwazzjoni u jfittxu li jsibu soluzzjoni li toffri bilanċ bejn in-nefqa u l-benefiċċju.

Il-Qorti nnutat li ma sarx progress. Il-Kummissjoni għandha timmira li ssolvi din il-kwistjoni qabel għeluq is-sena finanzjarja 2009.

Ir-rekwiżit tal-Kummissjoni ser ikun inkluż fil-Ftehim Qafas il-ġdid.

3.   L-obbligu ta' rappurtar lejn l-Awtoritajiet tal-Baġit

Sa mill-bidu tal-programm MEDA fl-1996 l-Kummissjoni kienet mitluba li tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tagħti informazzjoni dwar il-miżuri ffinanzjati matul is-sena (l-Artikolu 15 tar-Regolament MEDA). Filwaqt li l-Kummissjoni ppubblikat rapport annwali ġenerali dwar il-koperazzjoni tal-iżvilupp, dan ir-rapport ma tax biżżejjed informazzjoni dwar il-progress miksub permezz tal-istrumenti finanzjarji.

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 11.14.)

Il-Kummissjoni kompliet tippubblika rapport annwali ġenerali dwar il-koperazzjoni tal-iżvilupp u mhux rapport speċifiku għal kull bażi legali.

Il-livell ta’ informazzjoni mogħtija fuq il-MEDA fir-rapport annwali ġenerali huwa pjuttost varjat. Il-Qorti tikkunsidra li l-Kummissjoni kien imissha bagħtet biżżejjed informazzjoni fir-rapporti annwali kif meħtieġ mir-Regolament tal-MEDA.

Fl-2001, il-EuropeAid iddeċidiet li tipproduċi rapport ġenerali minflok rapport speċjali għal kull bażi legali. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex isir użu aħjar mir-riżorsi umani limitati li huma għad-dispożizzjoni tagħha. Fis-snin sussegwenti, l-EuropeAid ikkunsidrat l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet baġitarji meta kienet qed tfassal ir-rapport.


IL-KAPITOLU 11

In-nefqa amministrattiva u nefqa oħra

WERREJ

Introduzzjoni

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Il-konformità tas-sistemi mar-Regolament Finanzjarju

Osservazzjonijiet speċifiċi

Il-Parlament

Il-Kunsill

Il-Kummissjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Awdituri

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat tar-Reġjuni

L-Ombudsman Ewropew

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Konklużjonijiet

L-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea

L-Iskejjel Ewropej

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

11.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-evalwazzjoni speċifika tal-Qorti tan-nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet. Informazzjoni dettaljata tinstab fit- Tabella 11.1 li telenka l-Istituzzjonijiet koperti, il-pagamenti skont is-sena ta' nfiq u l-mod li bih jiġi ġestit il-baġit.

 

Tabella 11.1 —   Analiżi tal-ħlasijiet fil-qasam tal-politika

(miljun euro)

Titolu tal-Baġit

Qasam ta' Politika

Deskrizzjoni

Ħlasijiet 2008

Mod ta' Kif Ġie Ġestit il-Baġit

24–27 u 29

Administrative and other expenditure

Il-Parlament Ewropew

1 489

Ċentralizzat dirett

Il-Kunsill

618

Ċentralizzat dirett

Il-Kummissjoni

5 867

Ċentralizzat dirett

Il-Qorti tal-Ġustizzja

288

Ċentralizzat dirett

Il-Qorti tal-Awdituri

116

Ċentralizzat dirett

Il-Kumitati Ekonomiku u Soċjali Ewropew

114

Ċentralizzat dirett

Il-Kumitat tar-Reġjuni

79

Ċentralizzat dirett

L-Ombudsman Ewropew

8

Ċentralizzat dirett

Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data

4

Ċentralizzat dirett

Nefqa amministrattiva totali

8 583

 

Nefqa operazzjonali totali

0

 

Ħlasijiet totali għas-sena

8 583

 

Impenji totali għas-sena

8 826

 

11.2.

In-nefqa amministrattiva prinċipalment tinkludi nefqa għar-riżorsi umani u nefqa fuq il-bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni u teknoloġija tal-informazzjoni. Dan il-kapitolu jkopri wkoll in-nefqa kkunsidrata bħala operattiva fil-baġit ġenerali għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-iskop u l-objettiv tagħha huwa l-funzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni aktar milli t-twettiq tal-politika (1).

 

11.3.

Ġie ttestjat kampjun ta' 57 tranżazzjoni, meħuda każwalment min-nefqa amministrattiva kollha msemmija fil-paragrafu 11.2 (ara wkoll 1.1 fl- Anness 11.1 ). Barra minn hekk, il-Qorti evalwat il-konformità tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll applikati minn kull Istituzzjoni mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti vverifikat ukoll suġġetti magħżula (2).

 

11.4.

Il-Qorti tal-Awdituri hija vverifikata minn ditta tal-verifika esterna u indipendenti (3)li ħarġet rapport ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Qorti, u dwar il-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 (ara l-paragrafu 11.15).

 

11.5.

Dan il-kapitolu jagħti wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki tal-Qorti tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea u korpi deċentralizzati oħrajn kif ukoll tal-Iskejjel Ewropej.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.6.

Il-verifika tal-kampjun ta' 57 tranżazzjoni sabet li kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

IL-KONFORMITÀ TAS-SISTEMI MAR-REGOLAMENT FINANZJARJU

11.7.

Il-verifika tal-Qorti dwar il-konformità tas-sistemi mfassla biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju (ara l-paragrafu 11.3) ma sabet ebda nuqqasijiet materjali.

 

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

11.8.

L-osservazzjonijiet speċifiċi li jsegwu u li huma ppreżentati mill-Istituzzjoni huma bbażati fuq il-verifika tal-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll applikati minn kull Istituzzjoni u fuq is-suġġetti magħżula (ara l-paragrafu 11.3). Dawn is-sejbiet ma jpoġġux f'diskussjoni l-evalwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 11.6 u 11.7.

 

Il-Parlament

11.9.

Il-Parlament iffirma kuntratt f'Diċembru 2007 dwar xogħlijiet fuq bini, li ddispona li l-fatturi kellhom jiġu ppreżentati kull xahar wara kull perijodu, abbażi tax-xogħol ffinalizzat. Il-verifika ta' din in-nefqa wriet li fattura ddatata s-17 ta' Novembru 2008 kienet kontrofirmata “iċċertifikat korrett” u “mgħoddija għall-pagament”, meta fil-fatt kienet tirrappreżenta avvanzi għal xogħol li kien għadu ma sarx. L-ammont totali mħallas b'mod irregolari bil-quddiem kien ta' 1 547 915 euro.

11.9.

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-fattura Nru 8101025356 għas-somma ta' EUR 1 547 915,33 saret u ħarġet fis-17 ta' Novembru 2008 u kienet irreġistrata uffiċjalment mill-Uffiċjal tal-Kontabilità fid-19 ta' Novembru 2008. Din is-somma suppost li ħarġet fir-rigward ta' xogħlijiet li saru f'Diċembru 2008, skont ir-rapport perjodiku dwar il-progress Nru EA 008 ivvalidata minn konsulent estern u minn żewġ aġenti tal-Parlament awtorizzati kif dovut fl-4 ta' Diċembru 2008 meta l-fattura ġiet approvata u ċċertifikata korretta u għaddiet biex isir il-ħlas. L-ordni tal-pagament rigward dan il-ħlas ġiet ivvalidata mill-Uffiċjal Iddelegat biex Jawtorizza fid-9 ta' Diċembru 2008.

Hu rikonoxxut li dan il-ħlas sar b'mod irregolari minn qabel ma twettqu x-xogħlijiet għall-perjodu msemmi. Dan il-ħlas kien ibbażat fuq valutazzjoni żbaljata tar-riskji marbuta man-nuqqas ta' użu tal-approprjazzjonijiet trasferiti mill-2007 għall-2008 qabel tmiem l-2008. Il-ħlas kien kopert b'garanzija bankarja li saret mill-kuntrattur u għalhekk ma kien hemm l-ebda konsegwenza baġitarja negattiva għall-istituzzjoni.

Dawn iċ-ċirkostanzi inġiebu għall-attenzjoni tal-Uffiċjal Iddelegat biex Jawtorizza wara li saru l-kontrolli mill-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-preparazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) tal-2008. Wara li ddiskuta l-kwistjoni mal-Awditur Intern u wara li għarraf lis-Segretarju Ġenerali, l-Uffiċjal Iddelegat biex Jawtorizza, wara li rrikonoxxa l-iżball u wara li assuma r-responsabilità għalih, ddeċieda li jirreferi l-kwistjoni huwa stess fl-20 ta' Mejju 2009 lill-Panel għall-Irregolaritajiet Finanzjarji, skont l-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

Sadanittant, il-Bureau ddeċieda li jagħmel tibdiliet strutturali kbar fid-DĠ INLO li se jkollhom l-effett li jiċċentralizzaw dawn ir-responsabilitajiet fil-livell ta' Direttur Ġenerali.

Il-Kunsill

11.10.

Id-data mmirata għat-tmiem tas-Sistema Ewropea Protetta għall-Messaġġi Awtomatiċi (SESAME) użata biex jiġu ppreparati l-baġits annwali (4)tal-Kunsill kienet ottimista żżejjed b'mod konsistenti. Riżultat ta' dan, il-baġit annwali għal SESAME kien stmat iż-żejjed kull sena sal-2008. Għall-perijodu 2005 sal-2008, in-nefqa fuq SESAME mill-Kunsill ammontat għal anqas minn 2 miljun euro, filwaqt li matul l-istess perijodu il-baġit tal-Kunsill alloka 59 miljun euro. L-ibbaġitjar żejjed li rriżulta ta' 57 miljun euro mbagħad kien disponibbli għal trasferiment lejn linji oħrajn tal-baġit tal-Kunsill. L-ibbaġitjar żejjed kontinwu għal SESAME, li wera nuqqas fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tiegħu, ma kkonformax mal-prinċipju tal-baġit tal-preċiżjoni meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 5(3)), minħabba li ħafna mill-ammonti inklużi fil-baġit inizjali ta' kull sena għal SESAME ma ġewx użati kif suppost.

11.10.

IR-RISPOSTA MILL-KUNSILL

1.

Il-Kunsill jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri wara l-proċedura kontradittorja fir-rigward tal-programm SESAME (ara l-anness) u bi pjaċir jinnota li ma sar l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-kontijiet għall-2008.

2.

L-objettiv bażiku ta' dan il-programm innovattiv huwa li s-sistemi ta' komunikazzjoni attwali CORTESY u ESDP-NET jiġu sostitwiti b'sistema integrata unika, bi tqassim fil-klassifikazzjoni tan-netwerk: l-ewwel saff tas-sistema għandu jippermetti l-ittrattar ta' informazzjoni sa RESTREINT UE, it-tieni ta' informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE u SECRET UE. Il-programm huwa għalhekk aktar minn proġett ta' sostituzzjoni; ser jiġu introdotti strutturi ta' komunikazzjoni u funzjonijiet ta' negozju addizzjonali.

3.

L-ammonti fil-baġit dejjem kienu bbażati fuq l-estimi tan-nefqa għas-sena li jmiss f'konformità mad-deċiżjonijiet ta' politika miftiehma. Ir-raġunijiet għad-dewmien, u ż-żerżieq konsegwenzjali fil-baġit fis-snin reċenti, jirriżultaw prinċipalment minn tibdil fl-ambitu tal-programm wara d-data li fiha s-Segretarjat introduċa l-proposta għas-sena baġitarja li jmiss u n-numru ta' partijiet interessati u l-korpi preparatorji tal-Kunsill involuti.

Issa teżisti ferm aktar ċertezza dwar l-iżilupp tal-programm fil-futur; ir-rekwiżiti ġew stabbiliti u l-passi prinċipali tal-programm ġew approvati. Għalhekk hemm prospett raġonevoli li l-programm dalwaqt ser jimxi għall-fażi li jmiss.

4.

Fid-dawl ta' din l-esperjenza, il-Kunsill bħalissa qed jikkunsidra mezzi ta' kif jista' jtejjeb il-koordinazzjoni tiegħu fir-rigward ta' strutturi għall-governanza ta' proġetti kbar tal-IT bħas-SESAME.

Il-Kummissjoni

L-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Informazzjoni tad-Drittijiet Individwali

11.11.

F'Ġunju 2008 l-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Intitolamenti Individwali (PMO) implimenta sistema ġdida msejħa s-Sistema ta' Informazzjoni dwar id-Drittijiet Individwali (IRIS) għall-ġestjoni ta' intitolamenti tal-persunal, inklużi s-salarji. It-trasferiment lejn IRIS irriżulta f'ħafna problemi fil-kalkolu tas-salarji. Task force imwaqqfa mill-PMO stmat li aktar minn 8 000 fajl tal-membri tal-persunal jista' jkun fih data żbaljata li tista' taffettwa l-kalkolu tas-salarji. Ix-xogħol biex kull fajl individwali jiġi ċċekkjat għadu għaddej. Miżuri ta' emerġenza għall-korezzjoni tal-inkonsistenzi inkludew interventi manwali fis-sistema tal-kalkolu tal-salarji, li ma kinux sorveljati b'mod adegwat. Kien hemm ittestjar insuffiċjenti tas-sistema ta' IRIS, u s-sistemi l-qodma u l-ġodda ma tmexxewx b'mod parallel sakemm inkisbet evidenza li s-sistema l-ġdida kienet qed topera b'mod sodisfaċenti.

11.11.

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

It-tnedija tas-sistema l-ġdida IRIS, li tagħti l-inputs għas-sistema li tikkalkola r-remunerazzjoni, żvelat diskrepanzi bejn id-dejta storika, partikolarment fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-familji u d-dejta użata għall-ħlas tas-salarji. L-effett prinċipali ta' dawn id-diskrepanzi kien li s-sistema tal-kalkolu tal-pagi warrbet id-dejta l-antika.

Dan irriżulta fi tħassir retroattiv tal-ammonti mħallsa abbażi ta' din id-dejta. Il-Kummissjoni ssuġġeriet iċ-ċifra ta' 8 000 fuq il-bażi ta' analiżi ta' fajls li potenzjalment fihom l-iżbalji, u li kellhom jiġu analizzati f'aktar dettall fil-futur.

Sakemm ikun hemm korrezzjoni tad-dejta, il-kalkolu tal-intitolamenti retroattivi kien ibblukkat sabiex jiġu evitati rkupri mhux ġustifikati. Dan diġà għamilha possibbli li jiġu limitati n-numru ta' fajls li fihom l-iżbalji. Il-periklu li dejta inkonsistenti twassal għal ħlasijiet mhux korretti għalhekk inżamm taħt kontroll, iżda l-iżvantaġġ huwa li din il-miżura bblukkat ukoll il-korrezzjonijiet retroattivi li kienu dovuti, u li għadhom ibblukkati. Kontrolli fuq dejta inkonsistenti jinsabu għaddejjin u jistgħu jaffettwaw xi ħlasijiet antiki, iżda mhux il-pagi preżenti.

Xi fajls ġew ikkoreġuti direttament permezz ta' kodifikazzjoni manwali fis-sistema tal-kalkolu tal-ħlasijiet, iżda dan minn dejjem kien possibbli u l-proċeduri normali ta' kontroll ġew segwiti. Madankollu, dan il-metodu jinvolvi riskju akbar u l-użu tiegħu għandu għalhekk jinżamm għall-minimu.

Saru numru kbir ta' testijiet fuq perjodu twil ħafna u r-riżultat kien finalment meqjus bħala sodisfaċenti f'nofs l-2008. Meta wieħed iħares lura, għandu jiġi rikonoxxut li r-riżultat ma ssodisfax għal kollox l-aspettattivi li kien hemm. Fil-futur, il-PMO se jivvaluta t-testijiet b'mod ħafna aktar strett qabel ma jaċċetta t-tnedija ta' sistema ġdida jew il-modifikazzjoni ta' sistema eżistenti.

Trasferiment tad-drittijiet akkwiżiti tal-pensjoni

11.12.

F'xi każijiet, l-Istituzzjonijiet ikollhom iroddu lura porzjon tal-valur kapitali tad-drittijiet trasferiti tal-pensjoni lill-membri tal-persunal (5). L-eżami tal-Qorti tal-kontrolli implimentati biex ikun żgurat li l-kalkoli jsiru b'mod korrett u li r-rimborżi huma rkuprati f'każ ta' kalkoli żbaljati, identifika nuqqas. Il-verifika sabet li l-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) bi żball kien radd lura ammont totali ta' 138 000 euro lill-żewġ membri tal-persunal u li dawn il-każijiet kienu għadhom ma ġewx riżolti.

11.12.

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Hekk kif il-Qorti tal-Awdituri identifikat dawn iż-żewġ każijiet u fformulat il-konklużjonijiet tagħha, il-PMO ħa miżuri xierqa. Huwa mmodifika l-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni u pprepara l-irkupru tar-rimborsi mhux dovuti. Dan jirrigwarda l-irkupru ta' parti mill-kapital trasferit li kellu jipproduċi drittijiet ta' pensjonijiet addizzjonali fl-iskema tal-pensjonijiet tal-Komunità Ewropea, minflok jitħallas lura lill-benefiċjarji.

Aktar fit-tul (minn perspettiva attwarja) l-impatt finanzjarju huwa newtrali għall-baġit tal-Komunità, għaliex ir-rimborsi mhux dovuti se jiġu kkumpensati permezz ta' ħlasijiet iżgħar ta' pensjonijiet fil-futur u, min-naħa l-oħra, l-irkupri se jiġu kkumpensati permezz tal-attribuzzjoni ta' drittijiet supplimentari tal-pensjonijiet.

B'mod parallel, ittieħdet azzjoni sabiex jissaħħaħ il-kontroll intern fil-qasam tat-trasferimenti tad-drittijiet tal-pensjonijiet.

Skema tal-Pensjonijiet għall-persunal lokali fid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni

11.13.

Fl-1996, id-Direttorat tas-Servizzi Esterni tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni stabbilixxa skema ta' pensjonijiet għall-persunal lokali impjegat fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni. L-iskema tiddependi fuq fond kostitwit minn kontribuzzjonijiet kull xahar mill-persunal ikkonċernat u mill-Kummissjoni. Sa mill-1996, din l-iskema kienet amministrata abbażi ta' regoli provviżorji. Dawn ir-regoli jonqsu milli jindirizzaw il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għas-salvagwardja u għar-ritorn tal-attiv tal-fond, u lanqas ma jiddefinixxu d-dispożizzjonijiet dettaljati għall-ħlasijiet tad-drittijiet tal-persunal. L-attiv tal-fond kien valutat għal madwar 34 miljun euro fi tmiem l-2008.

11.13.

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Il-Local Staff Provident Fund inħoloq sabiex joffri għall-inqas sigurtà soċjali bażika għal persunal lokali tal-Kummissjoni li jaħdem fid-delegazzjonijiet. Huwa fond kumplimentari ġestit barra mill-baġit tal-UE li jaħdem bil-kapitalizzazzjoni ta' kontribuzzjonijiet predefiniti. Il-persunal lokali jinżamm aġġornat dwar il-Provident Fund u jista' jeżerċita kontroll sa limitu ġustifikabbli. Il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora kif tagħmel din l-iskema waħda permanenti, u l-implikazzjonijiet legali u finanzjarji ta' dan. L-assi kurrenti tal-fond huma meqjusa bħala suffiċjenti sabiex ikopru d-drittijiet individwali tal-persunal lokali. Studju attwarju dettaljat huwa ppjanat fid-dawl tal-proposta leġiżlattiva.

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.14.

Fl-2008, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet kuntratt għall-għotja ta' servizzi, wara proċedura miftuħa konġunta tas-sejħa għall-offerti għall-akkwisti ma' Stat Membru. Il-verifika tal-Qorti tal-kuntratt wriet nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll interna biex titwettaq din il-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Dawn wasslu għal skadenza qasira ħafna biex dawk li jitfgħu l-offerti jiksbu l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta (6), u tal-avviż fin-notifika tal-kuntratt kemm l-obbligu li jippreżentaw l-offerta b'lingwa waħda biss (7)u kif ukoll li saret laqgħa magħluqa għall-ftugħ tal-offerti (8). Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi proċeduri għall-akkwist aħjar sabiex tgħin lis-servizzi li jawtorizzaw jorganizzaw proċeduri għas-sejħiet għall-offerti u osservanza tal-kontroll mal-obbligi regolatorji.

11.14.

IR-RISPOSTA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Filwaqt li tfakkar li l-proċedura għall-għoti ta' kuntratt li għaliha tagħmel riferiment il-Qorti tal-Awdituri tikkonċerna l-kumpless ta' bini ġdid u kienet tikkostitwixxi l-ewwel esperjenza għall-Qorti tal-Ġustizzja ta' kuntratt konġunt ma' Stat Membru fis-sens tad-dispożizzjonijiet reċenti tal-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tagħmel il-preċiżazzjonijiet segwenti fir-rigward tan-nuqqasijiet osservati mill-Qorti tal-Awdituri f'din il-proċedura.

Fir-rigward, qabel kollox, tal-iskeda taż-żmien tal-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti konġunti kellhom jikkonċiljaw, kemm fl-interess tagħhom u kif ukoll fl-interess tal-offerenti, il-ħtieġa li jagħtu l-kuntratt f'data li kienet tippermetti lill-persuna li tingħata l-kuntratt sabiex tibda topera malli ssir il-kunsinna tal-kumpless ta' bini ġdid ikkonċernat, mal-ħtieġa, fid-dawl tal-kumplessità tal-kuntratt, li jkun previst terminu twil biżżejjed li kien jippermetti lill-offerenti jippreparaw l-offerta tagħhom f'kundizzjonijiet adegwati.

Dan jispjega għalfejn l-iskeda taż-żmien, filwaqt li kienet tirrispetta t-termini formalment previsti mir-Regolament Finanzjarju, kienet inevitabbilment ristretta fir-rigward tat-terminu mogħti lill-kandidati eventwali sabiex jitolbu d-dokumenti tas-sejħa għal offerti.

Fir-rigward tan-nuqqasijiet marbuta ma' żewġ partijiet speċifiċi tal-avviż ta' kuntratt, dawn huma żbalji amministrattivi u naturalment ma kinux intenzjonati. Fir-rigward tas-sistema lingwistika, huwa biss nuqqas ta' koordinazzjoni li jista' jispjega għaliex l-avviż ta' kuntratt kien jipprovdi li l-offerti kellhom jiġu ppreżentati biss bil-Franċiż (prassi użata fl-Istat Membru kkonċernat) filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jipprovdu li l-offerti setgħu jsiru f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (prassi applikata mill-Qorti tal-Ġustizzja). Fir-rigward tal-laqgħa tal-kumitat li fetaħ l-offerti, għandu jingħad li, li kieku xi offerenti kienu preżenti, dawn kienu naturalment jitħallew jattendu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-titjib tal-għajnuna mogħtija lid-dipartimenti tal-uffiċjali li jawtorizzaw fejn jidħlu proċeduri ta' sejħa għal offerti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà bdiet tieħu, sa minn Ġunju 2008 u b'risposta għal rakkomandazzjoni tal-awditur intern tagħha, miżuri konkreti f'dan is-sens. Il-Qorti tal-Ġustizzja ser tkompli bl-isforzi tagħha, fil-limitu tar-riżorsi umani disponibbli, sabiex ittejjeb il-proċeduri tagħha f'dan il-qasam.

Il-Qorti tal-Awdituri

11.15.

Ir-rapport tal-awditur estern (ara l-paragrafu 11.3) jiddikjara li, fl-opinjoni tal-awdituri, “dawn ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2008, kif ukoll tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha u l-likwidità tagħha għas-sena li għalqet f'dik id-data, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri”. Ir-rapport se jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

11.16.

Il-verifika ma identifikat ebda nuqqas li jista' jiġi rrappurtat rigward is-suġġetti vverifikati.

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

11.17.

Il-verifika ma identifikat ebda nuqqas li jista' jiġi rrappurtat rigward is-suġġetti vverifikati.

 

L-Ombudsman Ewropew

11.18.

Il-verifika ma identifikat ebda nuqqas li jista' jiġi rrappurtat rigward is-suġġetti vverifikati.

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.19.

Il-verifika ma identifikat ebda nuqqas li jista' jiġi rrappurtat rigward is-suġġetti vverifikati.

 

KONKLUŻJONIJIET

11.20.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 għan-nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet kienu ħielsa minn żbalji materjali (ara l-paragrafu 11.6).

 

11.21.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll għan-nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju (ara l-paragrafi 11.7 sa 11.19).

 

L-AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

11.22.

Il-verifiki tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea u korpi deċentralizzati oħrajn huma s-suġġett ta' Rapporti Annwali Speċifiċi li huma ppublikati b'mod separat fil-Ġurnal Uffiċjali (9). Il-Qorti vverifikat 29 Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008. Il-baġits tagħhom laħqu total ta' 1 488,5 miljun euro fl-2008. Id-data prinċipali dwar l-aġenziji hija elenkata fit- Tabella 11.2 .

 

11.23.

Il-Qorti ħarġet opinjonijiet mhux kwalifikati dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-Aġenziji kollha ħlief għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.

 

L-ISKEJJEL EWROPEJ

11.24.

Ir-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti fuq l-Iskejjel Ewropej (mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) jintbagħat lill-Bord tal-Gvernaturi bħala l-awtorità ta' kwittanza. Il-baġit tal-2008 għall-Iskejjel ta' 258,0 miljun euro kien prinċipalment iffinanzjat minn għotja tal-Kummissjoni (138,9 miljun euro) u minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri (54,5 miljun euro) (10). Id-data prinċipali li tikkonċerna lill-Iskejjel Ewropej hija spjegata fit- Tabella 11.3 .

 

11.25.

Il-Qorti ma sabet l-ebda żbalji materjali li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet li hija vverifikat (l-iskejjel ta' Karlsruhe u Mol u l-Uffiċċju Ċentrali), li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-24 ta' Ottubru 2006 applikabbli għall-baġit tal-Iskejjel Ewropej, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom dawn il-kontijiet. Iżda, abbażi tar-reviżjoni tal-Qorti, il-kontijiet konsolidati mhumiex ippreżentati b'mod ġust u trasparenti, fl-aspetti materjali kollha, skont l-istandards tal-kontabilità relevanti, fir-rigward ta' (a) l-applikazzjoni mhux sodisfaċenti tal-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti u (b) l-inklużjoni tal-bilanċ favur tas-sena ta' qabel bħala dħul tas-sena preżenti.

 

Tabella 11.2 —   L-Aġenziji tal-UE – Data prinċipali

Aġenziji u korpi deċentralizzati oħrajn tal-Unjoni Ewropea

Kwartieri Ġenerali

L-ewwel sena ta' awtonomija finanzjarja

Baġit  (11)

(miljun euro)

Karigi awtorizzati

2008

2007

2008

2007

Aġenziji

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Lussemburgu

1960

0,3

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali

Tessalonika

1977

18,3

17,4

99

97

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

Dublin

1977

21,0

20,2

101

94

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Copenhagen

1994

37,1

35,1

123

116

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Turin

1994

22,4

25,5

96

100

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

Liżbona

1995

15,1

13,8

82

82

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Londra

1994

182,9

163,1

481

441

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Lussemburgu

1995

59,9

46,1

233

200

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Angers

1995

12,5

13,4

43

42

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Alicante

1995

318,4

276,0

643

647

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Bilbao

1996

14,9

14,9

44

42

L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Vienna

1998

15,0

14,5

49

46

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni

Tessalonika

2000

235,0

250,0

93

108

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija

Bramshill

2006

8,7

7,4

22,5

22,5

Il-Eurojust

The Hague

2002

24,8

18,4

175

147

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Kolonja

2003

102,0

72,0

452

467

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Liżbona

2003

50,2

48,2

181

153

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel

Parma

2003

66,4

52,2

335

300

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Heraklion

2005

8,4

8,3

44

44

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

Valenciennes

2006

18

16,6

116

116

Iċ-Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard

Stokkolma

2005

40,6

28,9

130

90

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni tat-Tmexxija fil-Fruntieri Esterni

Varsavja

2006

71,2

42,2

94

49

L-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS

Brussell (12)

2006

10,5

7,0

50

39

L-Aġenzija Kommunitarja għall-kontroll tas-Sajd

Vigo

2007

9,5

5,0

47

38

L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika (13)

Helsinki

2008

66,4

-

220

-

Aġenziji Eżekuttivi

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni

Brussell

2006

11,5

6,9

36

35

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura

Brussell

2006

38,2

36,0

92

83

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (14)

il-Lussemburgu

2007

4,4

4,1

42

28

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (13)

Brussell

2008

5,2

32

2

Total

1 488,5

1 243,5

4 155,5

3 626,5

Tabella 11.3 —   L-Iskejjel Ewropej – Data prinċipali

L-Iskola Ewropea

Pajjiż

Baġit  (15)  (16)

(miljun euro)

Għotja rċevuta mill-Kummissjoni  (16)

(miljun euro)

Popolazzjoni fl-Iskola  (17)

2008

2007

2008

2007

2008

2007

Uffiċċju

Il-Belġju

9,2

9,3

7,0

7,5

Il-Lussemburgu I

Il-Lussemburgu

37,4

35,1

22,8

21,1

3 437

3 376

Il-Lussemburgu II

Il-Lussemburgu

7,0

7,0

3,4

2,9

888

897

Brussell I (Uccle)

Il-Belġju

32,1

30,4

22,7

21,0

3 057

3 045

Brussell II (Woluwé)

Il-Belġju

31,5

29,3

21,5

19,2

2 904

2 893

Brussell III (Ixelles)

Il-Belġju

29,1

26,2

19,8

16,7

2 649

2 621

Brussell IV

Il-Belġju

5,5

2,4

3,4

1,8

438

172

Mol

Il-Belġju

11,3

11,2

6,0

6,0

718

657

Varese

L-Italja

18,7

17,9

9,3

8,8

1 341

1 317

Karlsruhe

Il-Ġermanja

12,9

11,9

2,4

3,5

979

1 001

Munich

Il-Ġermanja

19,5

18,9

0,6

0,4

1 756

1 666

Frankfurt

Il-Ġermanja

10,6

10,3

3,9

3,8

1 053

978

Alikante

Spanja

11,9

11,3

5,2

4,2

1 029

1 017

Bergen

L-Olanda

9,8

9,8

5,1

4,6

565

554

Culham

Ir-Renju Unit

11,4

11,1

5,7

5,9

835

827

Total

258,0

242,1

138,9

127,4

21 649

21 021

N. B.: Varjazzjonijiet fit-totali huma minħabba l-effetti tat-tqarrib taċ-ċifri.


(1)  Din in-nefqa tinkludi t-titoli tal-baġit ġenerali li ġejjin: it-titolu 24 (“il-ġlieda kontra l-frodi”), it-titolu 25 (“il-koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u konsulenza legali”), it-titolu 26 (“amministrazzjoni tal-Kummissjoni”), it-titolu 27 (“baġit”) u t-titolu 29 (“statistika”). Xi wħud minn dawn it-titoli jinkludu wkoll nefqa operattiva. It-Titolu 27 għall-2008 jinkludi ammont ta' 200 miljun euro bħala “Kumpens temporanju u ħlas f'ammont wieħed għall-Istati Membri l-ġodda”.

(2)  Is-suġġetti magħżula vverifikati huma s-segwenti: kuntratti ta' akkwist fl-Istituzzjonijiet kollha ħlief l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; ġestjoni tal-akkwist ta' kuntratti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni fil-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; estensjoni tal-kuntratti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni; penali għal ħlasijiet tardivi fl-Istituzzjonijiet kollha; ħlasijiet fuq approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem fil-Parlament; trasferiment ta' drittijiet akkwiżiti tal-pensjoni fl-Istituzzjonijiet kollha ħlief l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(3)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d'Entreprises (PricewaterhouseCoopers, Kumpanija b'responsabbiltà limitata, Tivverifika l-Intrapriżi).

(4)  SESAME hija sistema ta' kommunikazzjoni protetta li ilha tiġi żviluppata mill-Kunsill mill-2002. Id-data inizjali mmirata għall-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida kienet Lulju 2004. F'Jannar 2009, id-data mmirata għall-implimentazzjoni ġiet posposta għal darb'oħra sal-aħħar tal-2012. Kien hemm ħafna tibdil fid-disinn tal-proġett inizjali, u sal-aħħar tal-2008, l-ippjanar għal SESAME xorta kien għadu ma ġiex iffinalizzat minħabba n-nuqqas ta' qbil bejn id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri f'wieħed mill-kumitati prinċipali fuq kif għandha tiġi trattata ċertu tip ta' informazzjoni sensittiva. Il-proċedura rigoruża ta' akkreditazzjoni sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tas-sigurtà mill-Kunsill, u l-kumplessità teknika tal-proġett fil-bidu kienu sottovalutati.

(5)  L-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jgħid illi l-uffiċjali jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni akkwistati matul impjieg preċedenti għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali Ewropej (PSEO). Il-valur kapitali tad-drittjiet tal-pensjoni trasferiti huwa mibdul fi snin ta' servizz bil-pensjoni fil-PSEO. Il-verifika eżaminat jekk l-Istituzzjonijiet għandhomx proċeduri adegwati biex jivvalutaw b'mod korrett id-drittijiet tal-pensjoni trasferiti u biex iwettqu t-trasferimenti b'mod adegwat. Filwaqt li l-proċeduri joperaw b'mod sodisfaċenti f'ħafna mill-każijiet, il-kumplessità tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-pensjoni jirriżultaw fid-dewmien tal-ipproċessar tat-trasferimenti individwali u f'għadd ta' żbalji klerikali fil-kalkolazzjonijiet.

(6)  L-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju jgħid li l-arranġamenti dwar il-preżentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu tali li jiżguraw li hemm kompetizzjoni ġenwina. Ir-Regoli ta' Implimentazzjoni korrispondenti (RI) jistabbilixxu l-iskadenzi tal-ħin minimi li jridu jiġu osservati mill-awtoritajiet kontraenti.

(7)  L-Artikolu 125c tar-Regoli ta' Implimentazzjoni (IR) tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi li, fil-każ ta' akkwist konġunt bejn Istituzzjoni waħda u l-awtorità kontraenti minn Stat Membru wieħed jew aktar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-proċedura applikabbli għall-Istituzzjoni, li jinkludu r-reġim lingwistiku.

(8)  L-Artikolu 118(3) IR jistabbilixxi li, fil-każ ta' proċedura miftuħa, il-laqgħa tal-kumitat li jiftaħ l-offerti għandha tkun miftuħa għal dawk li tefgħu l-offerti.

(9)  Ir-rapporti annwali tal-Qorti fuq il-kontijiet tal-Aġenziji huma ppreżentati fuq is-sit tagħha (http://www.eca.europa.eu) u se jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, ħlief għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom.

(10)  Sors L-Iskejjel Ewropej, clôtures des comptes 2008 (għeluq il-kontijiet 2008).

(11)  Approprijazzjonijiet tal-pagament.

(12)  Sede provviżorja.

(13)  Aġenzija li kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fl-2008.

(14)  Magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva dwar is-Saħħa Pubblika sa Mejju 2008.

(15)  Dħul u nefqa totali kif prevista fil-baġit ta' kull Skola Ewropea u tal-Uffiċċju inkluż it-tibdil kollu li sar fil-baġits adottati fil-bidu.

(16)  Sors: Skejjel Ewropej, clôture des comptes 2008 (għeluq tal-kontijiet 2008).

(17)  Sors: Ir-Rapport Annwali tal-2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej.

N. B.: Varjazzjonijiet fit-totali huma minħabba l-effetti tat-tqarrib taċ-ċifri.

ANNESS 11.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR

IL-PARTI 1:   I-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻATI FUQ KAMPJUNI

1.1 —   Daqs tal-kampjun

Sena

Numru ta’ tranżazzjonijiet ittestjati

2008

57

2007

56


1.2 —   Struttura tal-kampjun

Perċentwal tat-tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

Spejjeż relatati mal-persunal tal-istituzzjonijiet

Spejjeż relatati ma’ bini

Spejjeż oħrajn

Total

Ħlasijiet finali/interim

55

19

26

100

100

Ħlasijiet bil-quddiem

0

0

0

0

0

Total

55

19

26

100

100

IL-PARTI 2:   EVALWAZZJONI ĠENERALI TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL

2.1 —   Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll magħżula

Evalwazzjoni ġenerali

2008

2007

 

 

Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

M/A

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat

ANNESS 11.2

IS-SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAD-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-azzjoni meħuda

L-analiżi tal-Qorti

Ir-risposta tal-Istituzzjoni

Fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għas-salarji

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 11.7 sa 11.11:

 

 

Risposti tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal li jikkonċernaw il-fattur tal-multiplikazzjoni bl-istess mod kif japplikawhom Istituzzjonijiet oħrajn. Dan irriżulta fl-għoti ta’ vantaġġ finanzjarju lill-persunal tagħhom, li l-Istituzzjonijiet l-oħrajn ma jagħtux, u fi spejjeż ogħla.

Il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ikomplu japplikaw il-prattika kurrenti tagħhom filwaqt li jistennew id-deċiżjonijiet finali tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-każijiet rigward din il-kwistjoni mressqa quddiemha mill-persunal tal-Istituzzjonijiet.

Il-Qorti tal-Awdituri se tissorvelja s-segwitu għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Parlament Ewropew jikkondividi bis-sħiħ l-approċċ kawt kif definit mill-Qorti u se jkompli jeżamina s-sustanza tal-kwistjoni.

Rimborż tal-ispejjeż ta' akkomodazzjoni imġarrba waqt missjoni

Ir-Rapport Annwali dwar is-snin finanzjarji 2004 sa 2007, li riċenti ħafna kien l-Anness 11.2 tar-Rapport tal-2007;

 

 

Risposti tal-Parlament Ewropew

Ir-Regolamenti tal-Persunal emendati, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004, jistipulaw li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mġarrba waqt il-missjonijiet jiġu rimborżati sa massimu ffissat għal kull pajjiż, meta jiġu preżentati d-dokumenti ta' sostenn (l-Artikolu 13 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal). Kuntrarju għal din ir-regola, l-Istituzzjonijiet kollha, ħlief il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri u l-Ombudsman, fir-regoli interni tagħhom ipprevedew il-pagament ta' somma rata fissa, li tvarja minn 30 għal 60 % tal-ammont massimu permissibbli, lill-persunal li ma jipproduċix provi li kien ġarrab spejjeż ta' akkomodazzjoni.

Il-Bureau tal-Parlament ikkonferma s-sostenn tiegħu għall-iskema eżistenti ta’ rimborż b’rata fissa filwaqt li qabel ma’ bidla fis-sistema. Riżultat ta’ dan il-Parlament ikompli jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni fuq bażi ta’ somma f’daqqa għal talbiet li jirrelataw ma’ waqfiet ta’ lejl wieħed fil-Lussemburgu, Strasburgu u Brussell.

Il-Parlament għandu jiżgura li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mġarrba waqt missjoni jiġu rimborżati skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Fil-kuntest tal-proċedura tad-DAS għall-2007, il-Parlament indika li kien se jirrevedi ċerti aspetti tar-regoli tiegħu dwar il-missjonijiet, wara rapport mill-Awditur Intern tal-istituzzjoni.

Filwaqt li l-Bureau tal-Parlament, wara li kkunsidra d-diffikultajiet partikolari li kellha ma' wiċċha l-istituzzjoni, (u li nġibdet l-attenzjoni tal-Qorti għalihom fi tweġibiet preċedenti), afferma mill-ġdid l-appoġġ kontinwu tiegħu għal sistema ta' rata fissa (flat-rate), it-tħaddim ta' din is-sistema ġie mmodifikat.

Wara bidla fir-regoli interni rilevanti, mill-1 ta' Settembru 2008, l-iljieli mgħoddija biss f'ċerti ħinijiet iċċertifikati ta' xogħol tista' ssir klejm għalihom fuq il-bażi ta' rata fissa.

Barra minn hekk, fir-rebbiegħa 2009 ġew stabbiliti numru ta’ regoli ġodda ta’ implimentazzjoni u regoli interni ġodda sabiex is-sitwazzjoni tiġi ċċarata.

Dan il-pakkett għandu jidħol fis-seħħ kmieni f’Settembru 2009.

Risposti tal-Parlament Ewropew

Fl-aħħar, fil-kuntest tal-baġit għall-2010, ir-rimarki tal-baġit dwar il-Partita 3000 “Nefqa għall-missjonijiet tal-istaff” ġew emendati. Il-Partita 3000 tal-Baġit fil-ġejjieni se tkun intitolata “Nefqa għall-missjonijiet tal-istaff u għall-ivvjaġġar b'xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol”, filwaqt li r-rimarki jistqarru b'mod espliċitu li l-approprjazzjonijiet huma intiżi biex ikopru l-ispiża għall-ivvjaġġar b'xogħol mill-istaff tal-istituzzjoni, l-esperti nazzjonali ssekondati u l-apprendisti bejn il-post tal-impjieg u kull wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, il-belt tal-Lussemburgu u Strażburgu) kif ukoll għal missjonijiet għal kull lokalità oħra li mhix waħda mit-tliet postijiet tax-xogħol, biex hekk ikun hemm bażi baġitarja għar-regoli li l-Parlament japplika għall-ivvjaġġar bejn it-tliet postijiet tax-xogħol.

Finalment, il-Parlament għandu l-intenzjoni li jipproponi emendi għar-Regoli tal-Istaff tal-Uffiċjali f’dan il-kuntest sabiex jiżgura li n-natura partikolari tal-ivvjaġġar b’xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tkun distinta b’mod xieraq mill-missjonijiet normali.

Konċessjonijiet għall-assistenza lill-Membri Parlamentari Ewropej (MPE)

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 10.10 sa 10.12 u l-Anness 11.2 tar-rapport tal-2007:

 

 

Risposti tal-Parlament Ewropew

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2006, il-Qorti tal-Awdituri kkunsidrat li kien hemm dokumentazzjoni insuffiċjenti biex jintwera li l-MPE attwalment impjegaw jew użaw is-servizzi tal-assistenti, u li d-doveri u s-servizzi msemmija fil-kuntratti ffirmati mill-MPE attwalment twettqu. Il-Bureau għandu jieħu azzjoni sabiex jikseb id-dokumenti li huma kkunsidrati essenzjali biex ikun provat li n-nefqa kienet iġġustifikata.

Skont ir-regoli emendati ta’ Diċembru 2006 tal-Bureau, m’għadx hemm bżonn li MPE jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ fatturi u prezzijiet maħruġa mill-aġenti li jħallsu u fornituri tas-servizz, imma xorta jridu jżommuhom. Minflok l-MPE huma meħtieġa jippreżentaw kopji tar-rendikonti tan-nefqa u rendikonti tal-ammonti ffatturati maħruġa mill-aġenti li jħallsu. Dawn ir-regoli l-ġodda japplikaw għal perijodi minn Lulju 2004.

Fir-Rapport Annwali għall-2007 kien hemm rakkomandazzjoni li l-Parlament għandu jkompli jtejjeb il-kontrolli fuq il-konċessjoni għall-assistenza parlamentari, inklużi kontrolli każwali fuq fatturi li l-MPE għandhom fil-pussess tagħhom;

Mit-terminu parlamentari l-ġdid li beda fl-2009, se tingħata assistenza lill-Membri minn assistenti parlamentari akkreditati magħżula mill-MPE, impjegati mill-Parlament, u minn aġenti lokali impjegati mill-Membri.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1) emenda l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u ħoloq kategorija għal assistenti parlamentari akkreditati, li se jiġu impjegati mill-bidu tat-terminu parlamentari l-ġdid. Dawn se jiġu magħżula mill-MPE, impjegati mill-Parlament Ewropew u mħallsa skont l-iskali standard tal-pagi. Se jkunu bbażati fl-uffiċċji tal-Parlament u se jassistu lill Membri Parlamentari speċifiċi.

Miżuri ta’ implimentazzjoni għal assistenti lokali impjegati mill-Membri Parlamentari, għat-terminu parlamentari l-ġdid, ġew adottati mill-Uffiċċju fis-7 ta’ Lulju 2008. Il-Membri Parlamentari huma obbligati li jużaw l-aġenti li jħallsu; pagamenti lill-membri tal-familji tal-MPE huma esklużi; u l-aġenti li jħallsu jeħtieġ li jippreżentaw dikjarazzjonijiet annwali tan-nefqa mit-30 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

L-amministrazzjoni tal-Parlament kisbet 'il fuq minn 98 % tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u l-ammonti fatturati għall-2004 u għall-2005; ’il fuq minn 99 % għall-2006 u għall-2007, u 87 % għall-2008. Is-servizzi tal-Parlament għadhom qed jiffinalizzaw il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-2008.

Il-Parlament wettaq kontrolli ex post każwali fl-2008 fuq dikjarazzjonijiet irċevuti mill-Membri relatati mal-ħlasijiet tal-2007, u fuq il-proċeduri interni użati mis-servizzi tal-Parlament biex jiproċessaw dawn id-dikjarazzjonijiet b’mod korrett. F’xi wħud mill-każijiet biss, dawn il-kontrolli inkludew l-eżami tal-fatturi li kienu għand l-MPE b’sostenn għar-rendikonti fil-qosor.

Il-Qorti se tissorvelja l-awtorizzazzjoni mill-Parlament tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Membri Parlamentari Ewropej relatati mas-snin finanzjarji 2004-2007.

Għas-sena finanzjarja 2008, il-Parlament għandu jlesti d-dikjarazzonijiet kollha, inklużi l-kontrolli fuq il-fatturi oriġinali.

L-eżerċizzju ta' regolarizzazzjoni għall-Ispejjeż tal-Assistenza Parlamentari mħallsa fis-snin 2004 u 2006 huwa lest 100 %. Għas-snin 2005 u 2007, hemm fajl wieħed miftuħ għal kull waħda minn dawn is-snin, għal ammont ta' madwar 10 000 euro (inqas minn 0,1 % tan-nefqa totali). B'mod speċifiku, rigward il-fajl miftuħ għall-2005, is-servizzi tal-PE qegħdin jistennew ir-rimborż mill-Amministrazzjoni Belġjana tas-Sigurtà Soċjali ta' ammont imħallas żejjed. Il-fajl tal-2007 huwa s-suġġett ta' tilwima u bħalissa qiegħed jiġi ttrattat mis-Servizzi Legali.

Risposti tal-Parlament Ewropew

F'kull każ fejn kien hemm xi dubju dwar l-informazzjoni, is-servizzi talbu spjegazzjonijiet xierqa mingħand il-Membri, fosthom il-preżentazzjoni ta' kontijiet u ta' fatturi. Fejn instab li saru żbalji formali, fejn l-allowances stabbliti ma ntużawx tajjeb jew fejn kien għad fadal xi dubji, il-Membri ntalbu jagħtu rimborż. F'każijiet speċifiċi, il-kwistjoni ngħatat f'idejn l-OLAF.

Rigward is-sena finanzjarja 2008, il-Parlament qies li kien hemm bżonn li jinżammu f’posthom l-arranġamenti ta' verifika li ppermettew riżultati apprezzabbli ħafna għas-snin bejn l-2004 u l-2007. B'mod inċidentali, it-twaqqif tas-sistema ta' assistenza parlamentari ġdida teħtieġ ir-riżorsi kollha disponibbli, u għalhekk ma kienx ikun f'waqtu, jekk ma kienx ikun ukoll kontroproduttiv, li l-arranġamenti jinbidlu għall-2008.

Ukoll, sa mil-leġiżlatura l-ġdida tal-Parlament li bdiet fl-14.7.2009, is-sistema tal-Allowance għall-Assistenza Parlamentari nbidlet biex tinkludi żewġ kategoriji differenti ta' assistenti. B'mod partikolari, bir-regoli l-ġodda, l-assistenti akkreditati (li jaħdmu fil-bini tal-Parlament) se jkollhom l-istess status bħal aġenti oħrajn tal-istituzzjoni. Se jkunu impjegati b'kuntratti konklużi mal-Parlament u jkunu suġġetti għal proċeduri ta' ħlas bħal dawk ta' staff ieħor li jaħdem mal-istituzzjoni. Dan itaffi l-ħtieġa ta' dokumenti ta' regolarizzazzjoni. Assistenti lokali li jaħdmu fl-Istat Membru tal-Membri eletti se jkomplu jikkonkludu bil-liġi privata kuntratti mal-Membri li jkunu rregolati bil-liġi nazzjonali applikabbli. Madankollu, ir-regoli l-ġodda jipprevedu li, minn issa 'l quddiem, il-kuntratti kollha għandhom ikunu ġestiti b'mod obbligatorju minn aġent tal-ħlas li jkun awtorizzat b'mod xieraq. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi li jaħdmu għal rashom minn issa 'l quddiem se jitħallsu biss jekk jippreżentaw fatturi jew kontijiet li jkunu ċċertifikati mill-aġent tal-ħlas bħala li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli qabel jgħaddu għand is-servizzi tal-Parlament biex jitħallsu. Fl-istess ħin, il-qafas legali l-ġdid hu mistenni jiggarantixxi l-konformità xierqa mar-regoli u l-prinċipji rilevanti u, f'ħafna aspetti, imur aktar lilhinn minn dak li tista' tasal għalih proċedura ta' kontroll ex-post billi proċedura bħal din, bid-definizzjoni tagħha stess, tkun limitata biss għal għażla ta' każijiet. Aktar minn hekk, l-applikazzjoni ġenerali tal-proċedura l-ġdida b'aktar rekwiżiti fil-bidu taċ-ċiklu tal-ħlas, tipprevedi l-aqwa garanzija ta' trasparenza, ta' legalità u ta' ġestjoni finanzjarja soda tal-allowance għall-assistenza parlamentari.

Risposti tal-Parlament Ewropew

Il-qafas il-ġdid li għadu kemm ġie stabbilit għandu jintlaqa' speċjalment għax jikkostitwixxi pass importanti biex is-salvagwardji stabbiliti jkomplu jiżviluppaw u jitjiebu u biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija aktar 'il fuq, filwaqt li tkun evitata l-burokrazija żejda.

Skema ta' pensjoni addizzjonali għall-Membri tal-Parlament Ewropew

Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, it-Tabella 10.2 u l-Anness 11.2 tar-rapport tal-2007:

 

 

Risposti tal-Parlament Ewropew

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari fl-iskema li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Parlament Ewropew u tal-membri tal-iskema f'każ ta' defiċit.

Fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-Fondi tal-Pensjoni ġarrbu defiċit attwarju ta’ 121 844 000 euro. Fl-istess data, il-Fondi evalwaw li l-benefiċċji li kien għadhom iridu jitħallsu lill-Membri tal-Iskema kienu ta’ 276 984 000 euro.

F’Marzu tal-2009, is-Servizz Legali tal-Parlament ħareġ opinjoni dwar l-applikazzjoni tal-Istatut il-ġdid għall-Membri Parlamentari, li jiddikjara li l-Parlament huwa marbut li jiggarantixxi drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti.

B’segwitu għal dan t’hawn fuq, l-Uffiċċju ħa diversi deċiżjonijiet waqt il-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ April 2009:

a)

li jgħolli l-età tal-irtirar mix-xogħol minn 60 għal 63 sena, kondizzjonali għal xi miżuri tranżitorji;

b)

li jelimina l-għażla li persuna tieħu pensjoni mnaqqsa mill-età ta’ 50;

c)

li jelimina l-għażla li persuna tirċievi somma sħiħa ekwivalenti għal 25 % tad-drittijiet tal-pensjoni.

Il-passivi tal-Parament ġew riflessi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-31.12.2008, kif irrakkomandat mill-Qorti fl-opinjoni tagħha Nru 5/99 (il-paragrafu 1.23).

Għandu jsir studju attwarju ġdid sabiex jiġi evalwat l-impatt tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju dwar il-miżuri applikabbli għall-membri tal-iskema.

Il-Parlament għandu jiċċara l-irwol tiegħu fil-ġestjoni u fis-sorveljanza tal-attiv tal-Fond.

Ir-responsabilitajiet tal-Parlament huma riflessi fir-rapporti finanzjarji sal-31.12.2008.

Il-Parlament se jikkummissjona studju attwarju indipendenti ġdid biex jevalwa l-impatt tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Bureau waqt il-laqgħa tiegħu tal-1 ta' April 2009 u tal-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri. Dan l-istudju għandu jservi b'mod partikolari biex jikkalkula l-impenji tal-Parlament, li għandhom ikunu riflessi fil-bilanċ annwali tiegħu.

Is-sehem tal-Parlament Ewropew fil-ġestjoni u fis-superviżjoni tal-attiv tal-Fond huwa marbut bil-qafas legali attwali li jirregola l-korpi indipendenti tal-Fond. Barra minn hekk, għandu jkun enfasizzat li wara talba li saret lill-Qorti minn xi membri tal-Fond, il-kwistjoni qiegħda sub judice. Għalhekk mhuwiex f'waqtu li tittieħed azzjoni f'dan il-qasam, sakemm toħroġ is-sentenza tal-Qorti.

Madankollu, il-President tal-Parlament Ewropew, b'ittra tal-4 ta’ Mejju 2009, talab uffiċjalment lill-President tal-Fond biex jiżgura li jkun hemm strateġija ta' investiment prudenti biex ikunu salvagwardati l-interessi tal-Parlament.

Segwitu tal-konċessjonijiet tal-familja mill-Kummissjoni

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 10.12; 2006, it-tabella 10.2; u l-2007, l-Anness 11.2:

 

 

Ir-risposta tal-Kummissjon

Il-persunal li jirċievi l-konċessjoni tal-familja u li m'għandux tfal dipendenti mhuwiex regolarment mitlub li jaġġorna l-informazzjoni. Ma kien hemm l-ebda evidenza li 676 minn 1 605 persunal tal-Kummissjoni kkonċernati bbażati fi Brussell kienu ntalbu jikkonfermaw jew jaġġornaw id-dikjarazzjonijiet oriġinali tagħhom.

Twettqu wkoll verifiki insuffiċjenti fuq każijiet fejn konċessjonijiet nazzjonali tat-tfal dipendenti setgħu ġew irċevuti u, jekk iva, kien imisshom tnaqqsu mill-konċessjonijiet mħallsa skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Minn Settembru 2008, skrivan amministrattiv qiegħed jaħdem full time jiċċekkja l-intitolamenti għall-konċessjoni tal-familja għal aġenti li m’ghandhomx tfal. Dan wassal għall-irkupru ta’ 88 000 euro fl-2008. Iżda ma kien hemm ebda evidenza li 926 minn 2 001 persunal tal-Kummissjoni kkonċernat bbażat fi Brussell fl-2008 kienu ntalbu jikkonfermaw jew jaġġornaw is-sitwazzjoni oriġinali tagħhom.

Kontrolli fuq dawk li jirċievu l-konċessjoni nazzjonali tat-tfal dipendenti jibqgħu insuffiċjenti fl-2008.

Il-Kummissjoni għandha tkompli dawn il-kontrolli.

Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni ulterjuri biex tiċċekkja każijiet bħal dawn.

Il-PMO bħalissa qed ifassal, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, strateġija ta' kontroll ex-ante u ex-post ta' prestazzjoni għolja (ekonomikament effiċjenti, effiċjenti u effikaċi) għall-intitolamenti kollha assoċjati mat-teħid ta' post tax-xogħol u għall-benefiċċji kollha tal-familja.

Hija se tinkludi strateġija ta' kontroll għall-benefiċċji tal-familja riċevuti minn sorsi oħra.

Il-kontrolli fuq il-benefiċċju domestiku għall-membri tal-persunal miżżewġin iżda mingħajr tfal għadhom għaddejjin.

Pagamenti ta’ salarji (PMO)

Ir-Rapporti Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 11.17:

 

 

Ir-risposta tal-Kummissjon

Kontrolli ex-post imwettqa mill-PMO wrew li, wara żball ta’ pproċessar ta’ fajl, f’Jannar 2007 ammont totali ta’ ’l fuq minn 365 000 euro tħallas lil 118-il aġent temporanju preċedenti, anke jekk dawn ma kinux għadhom jaħdmu mal-Kummissjoni. L-iżball ma nstabx mill-kontrolli ex-ante qabel il-kalkolu tal-paga finali. L-irkupri kienu għadhom qegħdin isiru fl-2008.

F’ħafna mill-każijiet, il-Kummissjoni rkuprat l-ammonti li ħallset bi żball.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta kontrolli ex-ante aktar effiċjenti biex tevita r-riskju ta’ pagamenti mhux dovuti lill-persunal li telqu mill-Istituzzjoni.

L-iżball tal-ħlas kien ir-riżultat ta' korrezzjoni żbaljata tad-dejta tal-NAP (new payroll application) fid-29 ta' Diċembru, il-jum tal-kalkolu definittiv tal-ħlas, meta l-kontrolli ex-ante dwar id-dejta emendata kienu diġà tlestew. Wara dan l-inċidenti, il-PMO ħareġ diversi tfakkiriet dwar il-konformità mal-proċeduri maqbula lill-persunal responsabbli għall-input fl-NAP, sabiex jiġi evitat il-ħlas tal-ammonti mhux dovuti.


ANNESS I

Informazzjoni finanzjarja

WERREJ

INFORMAZZJONI TA' SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.

Oriġini tal-baġit

2.

Bażi legali

3.

Prinċipji baġitarji kif stabbiliti fit-Trattati u fir-Regolament Finanzjarju

4.

Kontenut u struttura tal-baġit

5.

Finanzjament tal-baġit (dħul baġitarju)

6.

Tipi ta' approprijazzjonjiet mill-baġit

7.

Implimentazzjoni tal-baġit

7.1.

Responsabbilità għall-implimentazzjoni

7.2.

Implimentazzjoni tad-dħul

7.3.

Implimentazzjoni tan-nefqa

7.4.

Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

8.

Preżentazzjoni tal-kontijiet

9.

Verifika esterna

10.

Kwittanza u segwitu

NOTI TA' SPJEGA

Sorsi ta' data finanzjarja

Unità monetarja

Abbrevjazzjonijiet u simboli

DIJAGRAMMI

INFORMAZZJONI TA' SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.   ORIĠINI TAL-BAĠIT

Il-baġit jinkludi l-infiq tal-Komunità Ewropea u tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom). Huwa jinkludi wkoll in-nefqa amministrattiva tal-koperazzjoni fl-oqsma tal-“ġustizzja u affarijiet interni” u tal-politika komuni tal-affarijiet barranin u s-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe nefqa oħra illi l-Kunsill jikkunsidra bħala waħda illi għandha tiġi sostnuta mill-baġit bl-iskop tal-implimentazzjoni ta' din il-politika.

2.   BAŻI LEGALI

Il-baġit huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati ta' Ruma (1)  (2) (l-Artikoli 268 sa 280 tat-Trattat KE u l-Artikoli 171 sa 183 tat-Trattat Euratom) u mir-regolamenti finanzjarji (3).

3.   PRINĊIPJI BAĠITARJI KIF STABBILITI FIT-TRATTATI U FIR-REGOLAMENT FINANZJARJU

Id-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità għandu jiġi inkluż ġo baġit wieħed (unità u preċiżjoni). Il-baġit huwa awtorizzat għal sena finanzjarja waħda biss (annwalità). Id-dħul u l-infiq tal-baġit għandhom jibbilanċjaw (ekwilibriju). Il-kontijiet huma stabbiliti, implimentati u ppreżentati fil-euro (unità ta' kont). Id-dħul għandu jiġi użat mingħajr distinzjoni sabiex jiffinanzja n-nefqa kollha u, bħan-nefqa, għandu jiġi rreġistrat sħiħ fil-baġit u sussegwentement fir-rendikonti finanzjarji mingħajr l-aġġustament ta' punt partikolari kontra ieħor (universalità). L-approprijazzjonijiet huma mmirati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu, il-kapitoli huma suddiviżi f'artikoli u punti (speċifikazzjoni). L-approprijazzjonijiet baġitarji għandhom jintużaw skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività (ġestjoni finanzjarja tajba). Il-baġit huwa stabbilit u implimentat u l-kontijiet huma ppreżentati fl-osservanza tal-prinċipju tat-trasparenza (trasparenza). Hemm ċerti eċċezzjonijiet minuri għal dawn il-prinċipji ġenerali.

4.   KONTENUT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

Il-baġit jikkonsisti f''Rendikont sommarju tad-dħul u l-infiq' u f'taqsimiet diviżi f'”Rendikonti tad-dħul u l-infiq“ għal kull istituzzjoni. It-tmien taqsimiet huma: (I) il-Parlament; (II) il-Kunsill; (III) il-Kummissjoni; (IV) il-Qorti tal-Ġustizzja; (V) il-Qorti tal-Awdituri; (VI) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; (VII) il-Kumitat tar-Reġjuni (VIII) l-Ombudsman Ewropew u (IX) l-Uffiċjal Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

F’kull taqsima, punti ta' dħul u ta' nfiq huma klassifikati taħt intestaturi tal-baġit (titoli, kapitoli, artikoli, u fejn applikabbli, punti) skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih ikunu ser jiġu applikati.

5.   FINANZJAMENT TAL-BAĠIT (DĦUL BAĠITARJU)

Il-baġit huwa ffinanzjat prinċipalment mir-riżorsi tal-Komunitajiet stess: riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN, riżorsi proprji li jiġu mill-VAT, dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor u l-isoglukosju (4).

Minbarra r-riżorsi proprji, hemm ukoll punti oħra ta' dħul marġinali; (ara d- Dijagramma I ).

6.   TIPI TA' APPROPRIJAZZJONJIET MILL-BAĠIT

Sabiex tiġi koperta n-nefqa stmata, it-tipi ta' approprijazzjonijiet mill-baġit li ġejjin huma distinti fil-baġit:

a)

approprijazzjonijiet differenzjati (DA) jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati attivitajiet multi-annwali f'ċerti oqsma tal-baġit. Huma jinkludu approprijazzjonjiet ta' impenji (CA) u approprijazzjonijiet ta' pagamenti (PA):

l-approprijazzjonijiet ta' impenji jippermettu illi jiġu kuntrattati obbligazzjonijiet legali waqt sena finanzjarja għal attivitajiet illi l-implimentazzjoni tagħhom tkun testendi fuq numru ta' snin finanzjarji;

l-approprijazzjonijiet ta' pagamenti jippermettu illi tiġi koperta nefqa illi toħroġ minn impenji li jkunu ġew assunti waqt is-snin finanzjarji kurrenti jew preċedenti;

b)

approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) jippermettu illi jiġi assigurat l-impenn u l-pagament tan-nefqa relatata mal-attivitajiet annwali waqt kull sena finanzjarja.

Għalhekk huwa importanti illi jiġu stabbiliti ż-żewġ somom totali li ġejjin għal kull sena finanzjarja:

a)

it-total ta' approprijazzjonijiet għall-impenji (AFC) (5) = Approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprijazzjonjiet ta' impenji (CA) (5);

b)

it-total ta' approprijazzjonijiet għall-pagament (AFP) (5) = approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprijazzjonijiet ta' pagamenti (PA) (5).

Id-dħul miġbur fil-baġit huwa ntiż sabiex jiġu koperti l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti kollha. L-approprijazzjonijiet ta’ impenji m'għandhomx bżonn jiġu koperti mid-dħul.

Il-preżentazzjoni simplifikata li ġejja (bl-ammonti illustrattivi) turi l-impatt ta' dawn it-tipi ta' approprijazzjonijiet f'kull sena tal-baġit.

Image

7.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

7.1.   Responsabbilità għall-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbiltà tagħha stess skont ir-Regolament Finanzjarju u fil-parametri tal-approprijazzjonijiet allokati; hija wkoll tikkonferixxi lill-istituzzjonijiet l-oħra l-poteri neċessarji għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom (6). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-proċeduri tal-implimentazzjoni u, partikolarment, ir-responsabbilitajiet tal-uffiċċjali li jawtorizzaw, l-uffiċjali tal-kontabilità, l-amministraturi ta' kontijiet imprest u l-awdituri interni tal-istituzzjonijiet. Fl-akbar żewġt oqsma tan-nefqa (il-Garanzija FAEGG u l-Fondi Strutturali), il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji hija maqsuma mal-Istati Membri.

7.2.   Implimentazzjoni tad-dħul

Id-dħul stmat jiġi mdaħħal fil-baġit soġġett għal tibdil li joħroġ minn baġits ta' emenda.

L-implimentazzjoni baġitarja tad-dħul tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ intitolazzjonijiet u l-irkupru tad-dħul dovut lill-Komunitajiet (riżorsi proprji u dħul ieħor). Hija rregolata minn ċerti dispożizzjonijiet speċjali (7). Id-dħul reali ta' sena finanzjarja jikkonsisti fit-total tas-somom miġbura kontra l-intitolazzjonjiet stabbiliti waqt is-sena finanzjarja kurrenti, u s-somom miġbura kontra l-intitolazzjonijiet illi għad iridu jiġu rkuprati minn snin finanzjarji preċedenti.

7.3.   Implimentazzjoni tan-nefqa

In-nefqa stmata hija mdaħħla fil-baġit.

L-implimentazzjoni baġitarja tan-nefqa, jiġifieri l-evoluzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-approprijazzjonijiet, tista' tiġi deskritta fil-qasir b'dan il-mod:

a)

approprijazzjonijiet għall-impenji:

(i)   evoluzzjoni ta' approprijazzjonijiet: l-approprijazzjonijiet totali għall-impenji disponibbli f'sena finanzjarja huma magħmulha kif ġej: baġit inizjali (NDA u CA) + baġits ta' emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprijazzjonijiet ta' impenji trasferiti mis-sena finanzjarja preċedenti + trasferimenti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja preċedenti li għadhom ma ġewx impenjati + approprijazzjonijiet ta' impenji meħlusa minn snin finanzjarji preċedenti u li saru disponibbli mill-ġdid;

(ii)   utilizzazzjoni ta' approprijazzjonijiet: l-approprijazzjonijiet finali għall-impenji huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall-użu taħt forma ta' impenji assunti (approprijazzjonijiet għall-impenji utilizzati = l-ammont ta' impenji assunti);

(iii)   approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprijazzjonjiet ta’ sena finanzjarja li ma ġewx użati jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni mill-istituzzjoni kkonċernata. Approprijazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat huma awtomatikament miġjuba ’l quddiem;

(iv)   annullament ta' approprijazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

b)

approprijazzjonijiet għall-pagament:

(i)   evoluzzjoni tal-approprijazzjonijiet: it-total tal-approprijazzjonijiet għall-pagament disponibbli għas-sena finanzjarja huma magħmulin kif ġej: baġit inizjali (NDA u PA) + baġits ta' emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti fil-forma ta' ammonti miġjuba ’l quddiem awtomatikament jew ammonti miġjuba ’l quddiem mhux awtomatikament;

(ii)   l-użu ta' approprijazzjonijiet tas-sena finanzjarja: l-approprijazzjonijiet għall-pagament tas-sena finanzjarja huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall- użu bħala pagamenti. Huma ma jinkludux approprijazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (approprijazzjonijiet użati għall-pagamenti = ammont tal-pagamenti mwettqa kontra l-approprijazzjonijiet tas-sena finanzjarja);

(iii)   approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprijazzjonijiet mhux użati tas-sena finanzjarja jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni tal-istituzzjoni kkonċernata. Approprijazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat jinġiebu ’l quddiem awtomatikament;

(iv)   annullament ta' approprijazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

(v)   pagamenti totali waqt is-sena finanzjarja: pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti;

(vi)   nefqa reali attribwita għal sena finanzjarja: nefqa fir-rendikonti konsolidati fuq l-implimentazzjoni baġitarja (ara l-paragrafu 7.4) = pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja miġjuba ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss.

7.4.   Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ppreparati wara l-għeluq ta' kull sena finanzjarja. Huma jiddeterminaw il-bilanċ tas-sena, li jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss permezz ta' baġit ta’ emenda.

8.   PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Il-kontijiet għal sena finanzjarja partikolari jiġu mibgħuta lill-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri; dawn il-kontijiet jinkludu rendikonti finanzjarji u rendikonti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien ma' rapport fuq il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Il-kontijiet provviżorji jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara; ir-rendikonti finali jridu jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Il-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej għall-2007 huma t-tielet sett ta' kontijiet ippreparati skont ir-regoli tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti li ġew introdotti mill-Komunitajiet Ewropej fl-2005. L-2007 rat ukoll l-aġġornament tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u l-verżjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2007.

Wieħed għandu jinnota, li fil-kontijiet finali konsolidati tal-2007:

l-assi totali żdiedu minn 67,332 miljun euro fl-2006 għal 75,720 miljun euro, bl-obbligi totali jiżdiedu minn 131,550 miljun euro għal 131,646 miljun euro. Id-differenza bejn l-assi u l-obbligi, ser tiġi ffinanzjata, fuq skadenza qasira minn fondi baġitarji li diġà ġew ivvotati, jew inkella, permezz ta’ garanzija mill-Istati Membri fuq skadenza twila permezz ta’ garanzija mill-Istati Membri,

I-riżultat ekonomiku għas-sena żdied minn bilanċ favur ta’ 197 miljun euro fl-2006 għal bilanċ favur ta’ 10 120 miljun euro fl-2007.

9.   VERIFIKA ESTERNA

Sa mill-1977 il-verifika esterna tal-baġit ġiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (8). Il-Qorti tal-Awdituri teżamina l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-baġit. Hija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Hija tikkunsidra wkoll jekk id-dħul ġiex irċevut u n-nefqa ġietx magħmula b'mod legali u regolari, u jekk il-ġestjoni finanzjarja kinitx waħda tajba. Il-verifiki jistgħu jsiru qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja involuta u jiġu magħmula fuq bażi ta' reġistri u, fejn hemm bżonn, fuq il-post mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Il-Qorti tal-Awdituri tagħmel rapport annwali għal kull sena finanzjarja u tista' wkoll, fi kwalunkwe żmien, tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha fuq kwistjonijiet speċifiċi u tagħti opinjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe istituzzjoni tal-Komunitajiet.

10.   KWITTANZA U SEGWITU

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma applikabbli sa mill-1977 (9). il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 ta' April tat-tieni sena li ssegwi s-sena finanzjarja kkonċernata, jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha tal-baġit. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament wara xulxin jeżaminaw il-kontijiet ippreżentati mill-Kummissjoni u r-rapport annwali u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri. L-isitituzzjonijiet għandhom jieħdu l-azzjoni adattata b'risposta għall-kummenti li jidhru fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u jirrappurtaw fuq il-miżuri li jkunu ttieħdu.

NOTI TA' SPJEGA

SORSI TA' DATA FINANZJARJA

Id-data finanzjarja li tinsab f'dan l-Anness ġiet meħuda mill-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej u minn reġistri finanzjarji oħra pprovduti mill-Kummissjoni. Id-distribuzzjoni ġeografika hija skont il-kodiċi tal-pajjiżi fis-sistema ta' informazzjoni tal-kontabilità tal-Kummissjoni (ABAC). Kif tinnota l-Kummissjoni, il-figuri kollha mogħtija mill-Istati Membri — kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq — huma r-riżultat ta' aritmetika illi tagħti stampa inkompleta tal-benefiċċji illi kull Stat jieħu mill-Unjoni. Għalhekk huma għandhom jiġu interpretati bi prudenza.

UNITÀ MONETARJA

Id-data finanzjarja kollha hija ppreżentata f'miljuni ta' euro. It-totali huma mqarrba sal-eqreb numru sħiħ u għalhekk ma jirrappreżentawx neċessarjament is-somma taċ-ċifri proprja.

ABBREVJAZZJONIJIET U SIMBOLI

AFC

Approprijazzjonijiet għall-impenji

AFP

Approprijazzjonijiet għall-pagament

AT

Awstrija

BE

Belġju

BG

Bulgarija

CA

Approprijazzjonijiet ta' impenji

CY

Ċipru

CZ

Repubblika Ċeka

DA

Approprijazzjonijiet Differenzjati

DE

Ġermanja

DIA

Dijagramm li ssir referenza għalih f’dijagrammi oħrajn (eż. DIA III)

DK

Danimarka

EAEC jew Euratom

Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

EC

Komunità Ewropea / Komunitajiet Ewropej

EE

Estonja

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

EFTA

Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kummerċ Ħieles

EL

Greċja

ES

Spanja

EU

Unjoni Ewropea

EU-27

Total għas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

FI

Finlandja

FR

Franza

FINREG

Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002

GNI

Dħul Gross Nazzjonali

HU

Ungerija

IE

Irlanda

IT

Italja

LT

Litwanja

LU

Lussemburgu

LV

Latvja

MT

Malta

NDA

Approprijazzjonjiet mhux differenzjati

NL

Olanda

ĠU

Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

PA

Approprijazzjonijiet ta' pagamenti

PL

Polonja

PT

Portugall

RO

Rumanija

S

Taqsima tal-Baġit

SE

Żvezja

Sl

Slovenja

SK

Slovakkja

T

Titolu tal-baġit

UK

Renju Unit

VAT

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

0,0

Data bejn 0 u 0,05

Nuqqas ta' data

DIJAGRAMMI

BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007 U IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT WAQT IS-SENA FINANZJARJA 2007

DIA I

Baġit 2007 – Dħul stmat u approprijazzjonijiet għall-pagamenti finali

DIA II

Baġit 2007 – Approprijazzjonijiet għall-impenji

DIA III

Approprijazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom,

DIA IV

Approprijazzjonijiet għall-pagamenti disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom,

DIA V

Rizorsi propji fl-2007 - Dħul reali minn kull Stat Membru

DIA VI

Pagamenti mwettqa fl-2007, f'kull Stat Membru

IL-KONTIJIET FINALI KONSOLIDATI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007

IG VII

Karta tal-bilanċ konsolidata

DIA VIII

Kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat

Image

Image

Dijagramma III

Approprijazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2008 u l-użu tagħhom

(miljuni ta' euro u %)

Taqsimiet (S.) u Titoli (T.) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2008 u intestaturi tal-qafas finanzjarju

Qafas Finanzjarju

Approprijazzjonijiet finali

Użu tal-approprijazzjonijiet

Ammont (10)

Rata

(%)

Impenji irreġistrati

Rata ta' utilizzazzjoni

(%)

miġjuba 'l quddiem għall- 2009 (11)

Rata

(%)

Annul lamenti

Rata

(%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(b)

(d)

(d)/(b)

(e) = (b) – (c) – (d)

(e)/(b)

Nomenklatura baġitarja

I

Parlament (S. I)

 

1 556,2

 

1 472,3

94,6

41,6

2,7

42,2

2,7

II

Kunsill (S. II)

 

743,3

 

693,8

93,3

34,6

4,6

15,0

2,0

III

Kummissjoni (S. III) (12)

 

137 660,0

 

131 748,3

95,7

5 062,0

3,7

849,7

0,6

III.1

Affarijiet ekonomiċi u monetarji (T.01)

 

284,4

 

278,8

98,0

1,3

0,5

4,2

1,5

III.2

Intrapriża (T.02)

 

659,5

 

620,4

94,1

31,1

4,7

7,9

1,2

III.3

Kompetizzjoni (T.03)

 

95,8

 

93,7

97,8

1,5

1,6

0,6

0,6

III.4

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

 

11 061,8

 

11 029,7

99,7

9,2

0,1

22,9

0,2

III.5

Agrikoltura u żvilupp rurali (T.05)

 

61 570,0

 

57 905,3

94,0

3 555,3

5,8

109,4

0,2

III.6

Enerġija u trasport (T.06)

 

2 894,0

 

2 830,2

97,8

54,7

1,9

9,2

0,3

III.7

Ambjent (T.07)

 

425,7

 

394,1

92,6

17,4

4,1

14,1

3,3

III.8

Riċerka (T.08)

 

4 646,8

 

4 355,4

93,7

286,7

6,2

4,7

0,1

III.9

Soċjetà tal-informazzjoni u media (T.09)

 

1 634,7

 

1 568,6

96,0

62,4

3,8

3,7

0,2

III.10

Riċerka diretta (T.10)

 

708,2

 

403,2

56,9

298,7

42,2

6,2

0,9

III.11

Sajd u affarijiet marittimi (T.11)

 

1 020,8

 

974,5

95,5

3,6

0,4

42,7

4,2

III.12

Suq intern (T.12)

 

64,0

 

62,7

98,1

1,0

1,5

0,3

0,4

III.13

Politika reġjonali (T.13)

 

37 335,2

 

37 291,1

99,9

24,9

0,1

19,3

0,1

III.14

Tassazzjoni u unjoni doganali (T.14)

 

128,2

 

119,3

93,1

1,8

1,4

7,1

5,6

III.15

Edukazzjoni u kultura (T.15)

 

1 547,9

 

1 432,1

92,5

108,9

7,0

6,9

0,4

III.16

Komunikazzjoni (T.16)

 

210,9

 

206,6

98,0

1,3

0,6

3,0

1,4

III.17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

 

703,2

 

690,2

98,2

7,9

1,1

5,1

0,7

III.18

Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

 

804,7

 

704,2

87,5

84,3

10,5

16,2

2,0

III.19

Relazzjonijiet esterni (T.19)

 

4 151,0

 

4 090,4

98,5

29,4

0,7

31,1

0,8

III.20

Kummerċ (T.20)

 

79,9

 

75,8

94,9

1,1

1,4

3,0

3,7

III.21

Żvilupp u relazzjonijiet mal-pajjiżi ACP (T.21)

 

1 759,1

 

1 402,8

79,7

352,6

20,0

3,6

0,2

III.22

Tkabbir (T.22)

 

1 217,3

 

1 164,4

95,7

51,0

4,2

1,9

0,2

III.23

Għajnuna umanitarja (T.23)

 

958,5

 

955,8

99,7

2,1

0,2

0,7

0,1

III.24

Ġlieda kontra l-frodi (T.24)

 

74,4

 

72,5

97,4

0,0

0,0

1,9

2,6

III.25

Politika ta' koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

 

185,7

 

180,4

97,1

3,3

1,8

2,1

1,1

III.26

Amministrazzjoni tal-Kummissjoni (T.26)

 

1 051,1

 

987,6

94,0

42,5

4,0

21,1

2,0

III.27

Baġit(T.27)

 

274,7

 

265,5

96,6

1,4

0,5

7,9

2,9

III.28

Verifika (T.28)

 

10,7

 

10,2

95,4

0,3

2,6

0,2

2,0

III.29

Statistika (T.29)

 

135,1

 

124,9

92,5

2,6

1,9

7,6

5,6

III.30

Pensjonijiet (T.30)

 

1 080,5

 

1 049,5

97,1

31,0

2,9

III.31

Servizzi tal-Lingwa (T.31)

 

434,8

 

408,4

93,9

23,7

5,5

2,7

0,6

III.40

Riżervi (T.40)

 

451,6

 

451,6

100,0

IV

Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

 

296,6

 

291,3

98,2

1,6

0,6

3,7

1,2

V

Qorti tal-Awdituri (S. V)

 

133,3

 

120,8

90,7

0,3

0,2

12,1

9,1

VI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

 

118,3

 

113,2

95,6

0,3

0,2

4,9

4,1

VII

Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

 

93,1

 

80,8

86,8

10,8

11,6

1,5

1,6

VIII

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

 

8,5

 

7,8

91,5

0,7

8,5

IX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

 

5,3

 

4,6

86,1

0,7

13,9

Total ġenerali tal-approprijazzjonijiet għall-impenji

132 797,0

140 614,7

105,9

134 532,9

95,7

5 151,2

3,7

930,6

0,7

Qafas Finanzjarju

1

Tkabbir Sostenibbli

57 653,0

59 879,3

 

58 514,2

97,7

820,5

1,4

544,6

0,9

2

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

59 193,0

63 037,9

 

59 306,6

94,1

3 571,3

5,7

159,9

0,3

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 362,0

1 722,2

 

1 565,5

90,9

133,3

7,7

23,5

1,4

4

L-UE bħala parteċipanta globali

7 002,0

7 973,3

 

7 512,9

94,2

435,2

5,5

25,2

0,3

5

Amministrazzjoni

 (13)7 380,0

7 795,4

 

7 427,0

95,3

190,9

2,4

177,5

2,3

6

Kumpensazzjoni

207,0

206,6

 

206,6

100,0

Total ġenerali tal-approprijazzjonijiet għall-impenji

132 797,0

140 614,7

105,9

134 532,9

95,7

5 151,2

3,7

930,6

0,7

Total ġenerali tal-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

129 681,0

125 659,9

96,9

116 544,5

92,7

7 333,3

5,8

1 782,2

1,4


Dijagramma IV

Approprijazzjonijiet għall-pagamenti disponibbli fl-2008 u l-użu tagħhom

(miljuni ta' euro u %)

Taqsimiet (S) u titoli (T) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2008 u intestaturi tal-qafas finanzjarju

Approprijazz- jonijiet finali (14)

Użu tal-approprijazzjonijiet

Pagamenti magħmula fl-2008

Rata ta' użu

(%)

Trasferimenti għall- 2009

Rata

(%)

Annul lamenti

Rata

(%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(a)

(d) = (a)-(b)-(c)

(d)/(a)

Nomenklatura tal-baġit

I

Parlament (S. I)

1 807,4

1 488,9

82,4

244,6

13,5

74,0

4,1

II

Kunsill (S. II)

798,5

618,1

77,4

154,7

19,4

25,7

3,2

III

Kummissjoni (S. III) (15)

122 362,1

113 827,9

93,0

6 880,1

5,6

1 654,1

1,4

III.1

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

358,1

285,9

79,8

17,5

4,9

54,6

15,3

III.2

Intrapriża(T.02)

603,1

477,3

79,1

64,4

10,7

61,4

10,2

III.3

Kompetizzjoni (T.03)

103,6

87,4

84,4

14,4

13,9

1,7

1,6

III.4

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

9 414,9

9 092,0

96,6

25,6

0,3

297,3

3,2

III.5

Agrikoltura u żvilupp rurali (T.05)

58 507,9

53 803,2

92,0

4 499,8

7,7

204,9

0,4

III.6

Enerġija u trasport (T.06)

2 168,6

1 784,5

82,3

126,7

5,8

257,4

11,9

III.7

Ambjent (T.07)

319,2

263,9

82,7

25,8

8,1

29,5

9,2

III.8

Riċerka (T.08)

5 146,4

4 438,5

86,2

686,1

13,3

21,8

0,4

III.9

Soċjetà tal-informazzjoni u media (T.09)

1 889,7

1 708,4

90,4

170,7

9,0

10,6

0,6

III.10

Riċerka diretta (T.10)

671,7

389,4

58,0

269,0

40,1

13,2

2,0

III.11

Sajd u affarijiet marittimi (T.11)

931,5

878,9

94,3

8,3

0,9

44,4

4,8

III.12

Suq intern (T.12)

69,2

58,4

84,3

8,1

11,7

2,8

4,0

III.13

Politika reġjonali (T.13)

27 891,2

27 674,5

99,2

195,2

0,7

21,5

0,1

III.14

Tassazzjoni u unjoni doganali (T.14)

121,0

105,3

87,0

10,3

8,5

5,4

4,5

III.15

Edukazzjoni u kultura (T.15)

1 554,6

1 377,7

88,6

147,2

9,5

29,7

1,9

III.16

Komunikazzjoni (T.16)

223,8

186,3

83,2

18,5

8,3

19,1

8,5

III.17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

603,7

515,1

85,3

38,2

6,3

50,5

8,4

III.18

Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

549,7

444,6

80,9

19,9

3,6

85,2

15,5

III.19

Relazzjonijiet esterni (T.19)

3 603,8

3 449,1

95,7

71,8

2,0

82,9

2,3

III.20

Kummerċ (T.20)

85,2

75,3

88,3

7,2

8,4

2,8

3,2

III.21

Kummerċ u relazzjonjiet ma' l-Istati ACP (T.21)

1 400,7

1 229,0

87,7

118,5

8,5

53,2

3,8

III.22

Tkabbir (T.22)

1 642,5

1 554,6

94,6

57,5

3,5

30,4

1,8

III.23

Għajnuna umanitarja (T.23)

903,6

895,1

99,1

6,8

0,8

1,7

0,2

III.24

Ġlieda kontra l-frodi (T.24)

76,2

62,8

82,4

5,9

7,7

7,5

9,9

III.25

Politika ta' Koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

200,9

176,9

88,0

21,0

10,4

3,0

1,5

III.26

Amministrazzjoni tal-Kummissjoni(T.26)

1 181,6

970,9

82,2

171,1

14,5

39,6

3,4

III.27

Baġit (T.27)

283,7

263,4

92,8

11,7

4,1

8,6

3,0

III.28

Verifika (T.28)

11,5

10,3

89,3

0,9

8,0

0,3

2,8

III.29

Statistika (T.29)

130,3

109,6

84,1

14,5

11,2

6,2

4,8

III.30

Pensjonijiet (T.30)

1 080,5

1 049,5

97,1

31,0

2,9

III.31

Servizzi tal-Lingwa (T.31)

462,3

410,3

88,7

47,4

10,2

4,6

1,0

III.40

Riżervi (T.40)

171,2

171,2

100,0

IV

Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

309,6

288,5

93,2

16,3

5,3

4,8

1,6

V

Qorti tal-Awdituri (S. V)

142,1

116,5

81,9

12,6

8,9

13,0

9,2

VI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

125,6

114,0

90,7

5,9

4,7

5,7

4,6

VII

Kumitat tar-reġjuni (S. VII)

99,2

78,7

79,3

17,6

17,8

2,9

2,9

VIII

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

9,1

7,7

84,6

0,6

6,7

0,8

8,7

IX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

6,3

4,3

68,1

0,9

14,3

1,1

17,6

Total ġenerali tal-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

125 659,9

116 544,5

92,7

7 333,3

5,8

1 782,2

1,4

Qafas Finanzjarju

1

Tkabbir Sostenibbli

47 743,4

45 611,4

95,5

1 431,1

3,0

700,9

1,5

2

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

59 431,4

54 812,7

92,2

4 361,1

7,3

257,7

0,4

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 533,2

1 310,6

85,5

91,3

6,0

131,3

8,6

4

L-UE bħala parteċipanta globali

8 251,6

7 310,7

88,6

527,3

6,4

413,6

5,0

5

Amministrazzjoni

8 493,7

7 292,5

85,9

922,5

10,9

278,8

3,3

6

Kumpensazzjoni

206,6

206,6

100,0

Total ġenerali tal-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

125 659,9

116 544,5

92,7

7 333,3

5,8

1 782,2

1,4


Dijagramma V

Riżorsi proprji fl-2008, skont l-Istat Membru

(Miljun euro u %)

Ir-riżultat tad-dħul

Image

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

EL

ES

FR

IT

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK (16)

EU 27

Riżorsi proprji tradizzjonali

1 820,2

86,3

206,9

343,6

3 337,0

33,9

201,1

230,6

1 189,7

1 568,5

1 648,6

45,0

29,1

60,0

14,8

113,3

12,6

2 032,8

201,6

450,6

134,0

199,9

89,9

111,7

166,7

454,3

2 500,1

17 282,9

Riżorsi mill-VAT

465,9

52,5

221,4

322,3

3 336,3

23,7

260,1

394,5

1 655,0

2 991,6

2 907,1

25,5

35,3

53,1

44,8

152,8

9,0

910,6

389,4

562,9

251,5

168,5

60,6

72,8

246,1

453,8

2 940,5

19 007,7

Riżorsi mid-DGN

2 041,5

196,2

843,9

1 420,6

15 139,9

89,0

974,4

1 482,0

6 189,7

11 742,3

9 186,1

95,2

131,9

190,3

172,0

591,7

33,6

3 643,4

1 567,5

2 157,8

940,1

741,1

226,5

360,7

1 126,8

2 269,0

10 925,2

74 478,5

Korrezzjoni għar-Renju Unit

303,4

28,6

123,7

214,7

402,1

14,7

141,0

220,8

931,7

1 722,6

1 402,6

14,2

19,3

25,8

27,8

89,3

4,9

81,9

36,0

301,2

140,2

108,1

31,4

49,8

170,4

45,9

–6 252,0

400,0

TOTAL

4 631,0

363,7

1 396,0

2 301,2

22 215,3

161,2

1 576,6

2 327,9

9 966,1

18 025,1

15 144,5

179,9

215,6

329,2

259,4

947,1

60,1

6 668,7

2 194,4

3 472,5

1 465,7

1 217,6

408,5

594,9

1 710,0

3 223,1

10 113,9

111 169,1

 

4,2 %

0,3 %

1,3 %

2,1 %

20,0 %

0,1 %

1,4 %

2,1 %

9,0 %

16,2 %

13,6 %

0,2 %

0,2 %

0,3 %

0,2 %

0,9 %

0,1 %

6,0 %

2,0 %

3,1 %

1,3 %

1,1 %

0,4 %

0,5 %

1,5 %

2,9 %

9,1 %

100,0 %


Dijagramma VI

Pagamenti mwettqa fl-2008, f'kull Stat Membru (17)

Nota: Pagamenti mwettqa fl-2008 = pagamenti kontra approprijazzjonijiet operattivi tal-2008 flimkien ma' pagamenti kontra ammonti miġjuba 'l quddiem mill-2007.

(Miljun euro u %)

Intestaturi tal-qafas finanzjarju

Image

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

EL

ES

FR

IT

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

Pajjiżi terzi u varji. (18)

Total

Tkabbir Sostenibbli

1 178,5

271,7

1 742,8

239,5

4 124,7

251,4

296,1

4 868,5

4 785,6

3 288,5

4 569,3

61,0

401,0

808,8

73,2

1 250,9

51,0

1 112,6

450,9

4 738,7

2 684,1

695,7

273,0

848,7

420,6

391,1

2 994,8

2 738,8

45 611,4

Kompetittività

781,1

48,6

63,4

141,5

1 042,7

14,4

82,5

156,1

538,9

975,9

880,5

13,7

17,6

178,6

63,5

62,3

7,0

441,8

219,0

129,9

115,3

47,2

38,3

39,2

206,9

237,4

894,5

2 662,8

10 100,7

Koeżjoni

397,4

223,0

1 679,4

98,0

3 082,1

237,0

213,6

4 712,4

4 246,7

2 312,6

3 688,7

47,3

383,4

630,2

9,6

1 188,6

43,9

670,8

231,9

4 608,7

2 568,9

648,5

234,6

809,5

213,7

153,7

2 100,3

76,0

35 510,7

Pres. tar-Riżorsi Nazzjonali

984,8

420,1

699,5

1 245,6

6 641,2

97,4

1 849,6

3 539,7

7 332,1

10 151,5

6 351,9

55,7

227,6

253,2

53,0

728,3

13,7

1 082,9

1 228,9

2 663,1

1 428,8

1 060,5

192,5

392,3

868,1

989,8

4 087,6

173,5

54 812,7

Ċitt., libertà, sigurtà u ġustizzja

115,6

5,0

12,4

11,6

81,1

8,2

7,5

117,5

58,4

116,3

125,5

8,7

9,6

27,0

9,4

27,0

16,7

53,6

32,6

82,7

27,0

16,9

22,8

11,2

11,7

52,6

205,4

36,7

1 310,6

L-UE bħala parteċipanta globali

152,2

201,5

6,1

2,2

26,1

3,4

0,2

3,4

19,5

34,1

24,5

15,0

3,8

34,6

2,1

15,2

0,1

10,3

5,1

125,3

4,3

744,9

3,4

11,6

3,4

12,1

52,6

5 793,5

7 310,7

Kumpensazzjonijiet

64,0

142,7

206,6

TOTAL

2 431,1

962,3

2 460,9

1 498,9

10 873,1

360,4

2 153,4

8 529,1

12 195,6

13 590,5

11 071,1

140,4

641,9

1 123,6

137,6

2 021,4

81,4

2 259,4

1 717,6

7 609,8

4 144,2

2 660,7

491,6

1 263,8

1 303,8

1 445,6

7 340,4

8 742,5

109 252,0

 

2,2 %

0,9 %

2,3 %

1,4 %

10,0 %

0,3 %

2,0 %

7,8 %

11,2 %

12,4 %

10,1 %

0,1 %

0,6 %

1,0 %

0,1 %

1,9 %

0,1 %

2,1 %

1,6 %

7,0 %

3,8 %

2,4 %

0,4 %

1,2 %

1,2 %

1,3 %

6,7 %

8,0 %

100,0 %


Dijagramma VII

Karta tal-Bilanċ Konsolidata

(miljun euro)

 

31.12.2008

31.12.2007

Attiv mhux kurrenti:

Attiv fiss mhux tanġibbli

56

44

Propjetà, impjanti u apparat

4 881

4 523

Investimenti ta' skandenza twila

2 078

1 973

Self

3 565

1 806

Prefinanzjament ta' skadenza twila

29 023

14 015

Riċevibbli ta' skadenza twila

45

127

 

39 648

22 488

Attiv kurrenti:

Inventarji

85

88

Investimenti ta' skadenza qasira

1 553

1 420

Prefinanzjament ta' skadenza qasira

10 262

20 583

Riċevibbli ta' skadenza qasira

11 920

12 051

Flus likwidi u ekwivalenti

23 724

18 756

 

47 544

52 898

Attiv totali

87 192

75 386

Obbligi mhux kurrenti

Pensjonijiet tal-persunal

–37 556

–33 480

Proviżjonijiet ta' skadenza twila

–1 341

–1 079

Obbligi finanzjarji ta' skadenza twila

–3 349

–1 574

Obbligi oħrajn fit-tul

–2 226

–1 989

 

–44 472

–38 122

Obbligi kurrenti:

Proviżjonijiet ta' skadenza qasira

– 348

– 369

Obbligi finanzjarji ta' skadenza qasira

– 119

– 135

Kontijiet pagabbli

–89 677

–95 380

 

–90 144

–95 884

Obbligi totali

– 134 616

– 134 006

Attiv nett

–47 424

–58 620

Riżervi

3 115

2 806

Ammonti li għandhom jinġabru mill-Istati Membri:

Benefiċċji tal-impjegati

–37 556

–33 480

Ammonti oħrajn

–12 983

–27 946

Attiv nett

–47 424

–58 620


Dijagramma VIII

Kont tar-Riżultat Ekonomiku Konsolidat

(miljun euro)

 

31.12.2008

31.12.2007

Dħul operattiv

Dħul minn riżorsi proprji u kontribuzzjonijiet

112 713

112 084

Dħul operattiv ieħor

9 731

9 080

 

122 444

121 164

Spejjeż operattivi

Spejjeż amministrattivi

–7 720

–7 120

Spejjeż operattivi

–97 214

– 104 682

 

– 104 934

– 111 802

Bilanċ favur minn attivitajiet operattivi

17 510

9 362

Dħul finanzjarju

698

674

Spejjeż finanzjarji

– 467

– 354

Moviment fl-obbligi tal-pensjonijiet tal-impjegati

–5 009

–2 207

Sehem tal-bilanċ favur (kontra) nett ta' intrapriżi assoċjati u konġunti

–46

–13

Riżultat ekonomiku għas-sena

12 686

7 462


(1)  It-Trattat ta’ Ruma (25 ta’ Marzu 1957): It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE).

(2)  It-Trattat ta’ Ruma (25 ta’ Marzu 1957): It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika

(3)  Prinċipalment ir-Regolament Finanzjarju (FINREG) tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002).

(4)  Atti legali prinċipali dwar ir-riżorsi proprji: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tat-23 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 163, 23.06.2007); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 (ĠU L 253, 7.10.2000); ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 130, 31.5.2000); ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 (ĠU L 155, 7.6.1989); id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006); id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (ĠU L 49, 21.2.1989), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 181, 19.7.2003).

(5)  Huwa importanti li wieħed jinnota d-differenza bejn “approprijazzjonijiet għall-impenji” u “approprijazzjonijiet ta’ impenji” u bejn “approprijazzjonijiet għall-pagamenti” u “approprijazzjonijiet ta’ pagament”. Dawn iż-żewġ termini “approprijazzjonijiet ta’ impenji” u “approprijazzjonijiet ta’ pagamenti” huma użati esklussivament fil-kuntest ta’ approprijazzjonijiet differenzjati.

(6)  Ara l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE, l-Artikolu 179 tat-Trattat tal-Euratom u l-Artikolu 50 tal-FINREG.

(7)  Ara l-Artikoli 69 sa 74 tal-FINREG u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(8)  Ara l-Artikoli 246, 247 u 248 tat-Trattat KE, l-Artikoli 160a, 160b, u 160c tat-Trattat Euratom u l-Artikoli 139 sa 147 tal-FINREG.

(9)  Ara l-Artikoli 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom.

(10)  Approprijazzjonijiet tal-baġit finali wara li jittieħdu in konsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, approprijazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat jew simili u approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti. Konsegwenza ta' dan il-livell massimu għal xi intestaturi tal-qafas finanzjarju huwa maqbuż mill-approprijazzjonijiet disponibbli.

(11)  Inklużi approprijazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat jew simili.

(12)  Għat-taqsima III (Kummissjoni) it-titoli (T) jikkorrispondu mal-attivitajiet/ l-oqsma tal-politika kif definiti mill-istituzzjoni għall-implimentazzjoni tal-attività bbażata fuq il-baġit (ABB)

(13)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tal-2006 fl-anness tiegħu jgħid li l-livell massimu għal din l-intestura huwa ppreżentat nett mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal lill-iskema tal-pensjonijiet, sa massimu ta' 500 miljun euro bi prezzijiet tal-2004 għall-perijodu 2007-2013. Fl-2008 dan it-tnaqqis jammonta għal 77,3 miljun euro.

(14)  Approprijazzjonjiet finali tal-baġit wara li ttieħdu in konsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, approprijazzjonjiet li jikkorrispondu ma' dħul assenjat jew simili u approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

(15)  Għat-Taqsima III (Kummissjoni) it-titoli (T) jikkorrispondu mal-attivitajiet/oqsma ta' politika kif definiti mill-istituzzjoni għall-implimentazzjoni ta' attività bbażata fuq il-baġit(ABB)

(16)  Għar-Renju Unit, tiġi applikata korrezzjoni (6 252 miljun euro) fuq l-ammont gross tar-riżorsi proprji (16 365,9 million euro). Il-finanzjament ta' dan l-aġġustament jiġġarrab mill-Istati Membri l-oħra. Din il-korrezzjoni hija assenjata unikament għall-elementi tal-VAT u d-DGN tar-riżorsi proprji gross skont l-ammonti rispettivi tagħhom.

(17)  L-analiżi ġeografika mhix skont il-pagamenti magħmula lill-Istati Membri imma skont in-nefqa skont id-data fis-sistema ta' kontabilità kompjuterizzata ABAC tal-Kummissjoni

(18)  L-ammonti taħt “Pajjiżi Terzi u varji” prinċipalment jinkludu nefqa relatata mal-proġetti implimentati barra l-Unjoni u parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi. Nefqa li ma setgħetx issir distribuzzjoni ġeografika dwarha hija inkluża wkoll.


L-ANNESS II

Lista tar-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti tal-Awdituri sa mill-aħħar Rapport Annwali:

Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2008 – Il-cross compliance hija politika effettiva?

Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2008 – L-effettività tal-għajnuna tal-UE fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għall-Belarus, il-Moldova u l-Ukraina

Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2008 – L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara

Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2008 – Il-ġestjoni tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea għax-xogħlijiet ta’ ħażna pubblika taċ-ċereali

Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2008 – l-Istrument għall-Politika Strutturali ta’ Qabel l-Adeżjoni (ISPA), 2000-2006

Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2009 – Il-miżuri bankarji fiż-żona tal-Mediterran fil-kuntest tal-programm MEDA u l-protokolli preċedenti

Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2009 – Il-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-Unjoni Ewropea (2003 - 2007): mod effettiv biex itejjeb is-saħħa?

Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2009 – L-effettività tal-infiq tal-Miżuri Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi għall-perijodi ta’ programm 1994-1999 u 2000-2006

Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2009 – Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-involviment ta’ Atturi Mhux tal-Istat fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tal-KE

Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2009 – Il-Ġestjoni tat-Teżor tal-Kummissjoni

Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2009 – L-għajnuna alimentari tal-Unjoni Ewropea għal persuni fil-bżonn: evalwazzjoni tal-objettivi, il-mezzi u l-metodi użati

Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2009 – Il-ġestjoni tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni tal-programm Galileo

Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2009 – “Netwerks ta’ eċċellenza” u “Proġetti integrati” fil-Politika tar-Riċerka tal-Komunità: dawn laħqu l-objettivi tagħhom?

Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2009 – L-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet tas-selezzjoni tal-persunal imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2009 – Azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli

Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2009 – Is-sostenibilità u l-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-proġetti tal-LIFE-Natura

Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2009 – L-effettività tal-proġetti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni għall-Balkani tal-Punent

Ir-Rapport Speċjali Nru 13/2009 – Id-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-aġenziji eżekuttivi: alternattiva ta’ suċċess?

Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2009 – L-għodda tal-ġestjoni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?

Dawn ir-rapporti huma aċċessibbli għall-konsultazzjoni jew jistgħu jiġu mniżla minn fuq is-sit tal-Internet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew verżjoni fuq CD-ROM tista’ tinkiseb fuq talba lill-Qorti ta’ l-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel: + (352) 4398-1

e-mail: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola elettronika tal-ordnijiet fuq EU-Bookshop.


10.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/257


IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIS-SEBA’, IT-TMIEN, ID-DISA’ U L-GĦAXAR FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP (FEI)

2009/C 269/02

Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI)

WERREJ

Introduzzjoni

Il-Kapitolu II – L-implimentazzjoni tas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI

L-implimentazzjoni finanzjarja

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-seba’ sal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Il-Kapitolu II – Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri fuq il-FEI

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar is-seba', it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2008

Informazzjoni dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Ir-Rapport ta’ Attività Annwali u d-Dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid

L-effettività tas-sistemi

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) huma r-riżultat ta' konvenzjonijiet jew ftehimiet (1)internazzjonali bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u ċerti Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa l-oħra, u ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji lil hinn mix-xtut Ewopej (OCT).

 

2.

Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà għal u tieħu l-inkarigu tal-ġestjoni tal-parti l-kbira tan-nefqa tal-FEI. Il-faċilità ta’ investiment tal-FEI ġiet ġestita kompletament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1 ta’ April 2003. Din il-faċilità mhix koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew (2)  (3).

 

3.

L-istruttura tal-FEI hija ppreżentata fid- Dijagramma 1 . Il-FEI huma ġestiti skont arranġamenti differenti: il-modalitajiet ta’ ġestjoni ċentralizzata, konġunta u deċentralizzata (4). Fil-modalità ta’ ġestjoni ċentralizzata, il-Kummissjoni ġġesti proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u pagamenti lill-benefiċjarji finali hija stess. Fil-modalità ta’ ġestjoni konġunta, ċerti kompiti ta’ implimentazzjoni huma fdati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kundizzjoni li l-proċeduri ta’ kontabilità, ta’ verifika, ta’ kontroll u ta’ akkwist tal-organizzazzjonijiet joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment. Fil-modalità ta’ ġestjoni deċentralizzata, il-ġestjoni ta’ kuljum hija żgurata mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni Nazzjonali (NAO) (5)ta’ kull pajjiż benefiċjarju u mill-Kummissjoni (ara d-see Dijagramma 2 ). Huma responsabbli milli:

a)

jiċċekkjaw regolarment li l-operazzjonijiet ġew implimentati tajjeb;

b)

jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u n-nuqqas ta’ konformità gravi ma’ liġijiet u regolamenti u, jekk hemm bżonn, jiftħu proċedimenti legali sabiex jirkupraw fondi li jkunu tħallsu meta ma kinux dovuti.

 

Dijagramma 1 — Struttura tal-FEI (skont il-valur tal-kuntratti)

Image

Dijagramma 2 — Il-Prinċipji ta' ġestjoni deċentralizzata

Image

4.

Fil-Kummissjoni, kważi l-programmi kollha tal-FEI huma ġestiti mill-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ EuropeAid), li huwa wkoll responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tan-nefqa tar-Relazzjonijiet Esterni u l-Iżvilupp ffinanzjata mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (6). Parti żgħira tal-proġetti tal-FEI (7)għandha x’taqsam mal-għajnuna umanitarja u hija ġestita mid-Direttorat-Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO).

 

IL-KAPITOLU I —   

L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SEBA’, IT-TMIEN, ID-DISA’ U L-GĦAXAR FEI

L-implimentazzjoni finanzjarja

5.

Fl-2008, is-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI kienu implimentati fl-istess waqt. L-Uffiċjal li Jawtorizza tal-FEI għalaq is-seba’ FEI fil-31 ta’ Awwissu 2008 (8). Fl-għeluq kienu tħallsu 10 381 miljun euro (98,3 % tal-10 559 miljun euro allokati lil miżuri ta’ għajnuna). Il-bilanċ ta’ 178 miljun euro kien trasferit lid-disa’ FEI.

5.

Fl-interess ta' tmexxija finanzjarja soda tal-EDF, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha li tagħlaq proġetti ġodda, u s-seba' EDF ingħalaq kif kien ippjanat fil-31 ta' Awwissu 2008.

6.

L-għaxar FEI li jkopri l-perijodu mill-2008 sal-2013 u li jiddisponi għall-għajnuna Komunitarja ta’ 22 682 miljun euro daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008. Minn dan l-ammont, 21 966 miljun euro huwa allokat lill-pajjiżi AKP, 286 miljun euro lil OCTs. Dawn l-ammonti jinkludu 1 500 miljun euro u 30 miljun euro lill-Faċilità ta’ Investiment ġestita mill-BEI għall-pajjiżi AKP u OCTs rispettivament. Fl-aħħar, 430 miljun euro huma previsti għan-nefqa tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-FEI.

 

7.

It- Tabella 1 turi l-użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEI ġestiti mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom. Il- Grafiċi I u II juru r-riżorsi kumulattivi u d-deċiżjonijiet kumulattivi skont is-settur ta' intervent. Fl-2008 l-previżjonijiet tal-implimentazzjoni finanzjarja ffissati mill-Kummissjoni għall-impenji globali, impenji individwali u pagamenti kollha nqabżu, u laħqu livelli rekord ta’ impenji globali (4 723 miljun euro), impenji individwali 2 649 miljun euro) u pagamenti netti (3 143 miljun euro). Min-naħa dan huwa spjegat mill-fatt li l-implimentazzjoni tal-għaxar FEI kellha bidu mgħaġġel, u miż-żieda b’saħħitha fl-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-baġit, b’impenji globali u pagamenti jlaħħqu l- 2 583 miljun euro u 606 miljun euro rispettivament. Il-pagamenti pendenti żdiedu bi 15 %, li huwa raġonevoli meta wieħed iqis il-livell rekord ta’ impenji milħuq matul is-sena. Fl-istess ħin, pagamenti pendenti antiki jew reqdin naqsu bi 33 %.

7.

Din is-sena l-Kummissjoni reġgħet marret tajjeb ħafna fejn jidħlu l-impenji u l-ħlasijiet u fil-ġestjoni ta' ammonti li kienu għadhom pendenti. Dan iservi ta' prova li l-isforzi li saru fl-aħħar snin biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi taw il-frott.

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-seba’ sal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

8.

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI (9)jeħtieġ lill-Kummissjoni li tirrapporta kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEI. Fl-opinjoni tal-Qorti, ir-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja jippreżenta deskrizzjoni preċiża tal-kisba tal-objettivi operattivi tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja (b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni finanzjarja u tal-attivitajiet ta’ kontroll), tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-ġrajjiet li kellhom influwenza kbira fuq l-attivitajiet li twettqu fl-2008.

 

Tabella 1 —   Użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEI fil-31 ta' Diċembru 2008

(miljun euro)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2007

Implimentazzjoni tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2008

Sitwazzjoni fi tmiem l-2008

Ammont globali

Rata ta' implementazzjoni (40)

is-7 FEI

it-8 FEI

id-9 FEI

l-10 FEI

Ammont globali

Is-7 FEI Magħluq

it-8 FEI

id-9 FEI

l-10 FEI

Ammont globali  (41)

Rata ta' implementazzjoni (40)

A —

RIŻORSI  (39)

37 328,7

 

– 765,0

–53,4

725,4

21 260,1

21 167,1

0,0

10 785,9

16 631,8

21 260,1

48 677,7

 

B —   UŻU

1.

Impenji finanzjarji

37 279,4

99,9 %

– 765,0

–53,4

774,7

4 766,4

4 722,7

0,0

10 785,8

16 631,8

4 766,4

32 184,1

66,1 %

2.

Impenji legali individwali

32 046,0

85,8 %

– 699,2

54,6

3 163,2

130,4

2 649,1

0,0

10 539,2

14 207,4

130,4

2 649,1

51,1 %

3.

Ħlasijiet

26 700,0

71,5 %

– 522,8

323,1

3 253,0

89,8

3 143,1

0,0

9 928,6

10 006,7

89,8

20 025,1

41,1 %

C —

Ħlasijiet pendenti (B1-B3)

10 579,4

28,3 %

 

 

 

 

 

0,0

857,3

6 625,1

4 676,6

12 159,0

25,0 %

D —

Bilanċ disponibbli (A-B1)

49,3

0,1 %

 

 

 

 

 

0,0

0,0

0,0

16 493,7

16 493,7

33,9 %

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, abbażi tar-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2008.

Image

IL-KAPITOLU II —   

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI TAL-AWDITURI FUQ IL-FEI

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar is-seba', it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2008

I.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat il-Qorti vverifikat:

a)

il-“Kontijiet annwali finali tas-sena finanzjara 2008 għas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp” li jinkludu r-rendikonti finanzjarji konsolidati  (10) u r-rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni tas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI; u

b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fi ħdan il-qafas legali tal-FEI fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEI li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja tagħha  (11).

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

II.

Skont ir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI, il-maniġment  (12) huwa responsabbli mill-implimentazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali finali tal-FEI u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi:

a)

Ir-responsabbiltà tal-maniġment dwar il-kontijiet annwali finali tal-FEI tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabilità xierqa, abbażi tar-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEI  (13) , u l-kalkolu ta’ stimi tal-kontabilità li huma raġonevoli fiċ-ċirkostanzi. Il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet annwali finali tal-FEI.

b)

Il-mod li bih il-Kummissjoni tħaddem ir-responsabbiltà tagħha għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi jiddependi fuq il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-FEI. Fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta, il-kompiti ta’ implimentazzjoni huma mwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Taħt il-ġestjoni deċentralizzata l-kompiti ta’ implimentazzjoni huma ddelegati lil pajjiżi terzi u taħt il-ġestjoni ċentralizzata indiretta lil korpi oħrajn. Fil-każ ta’ ġestjoni konġunta, il-kompiti ta’ implimentazzjoni huma maqsuma bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, li jeħtieġ tfassil, implimentazzjoni u żamma ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti li jinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa biex jipprevenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk hemm bżonn, proċeduri legali biex jiġu rkuprati fondi mħallsa jew użati ħażin. Ikun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni applikat, il-Kummissjoni tħaddan ir-responsabbiltà finali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li l-kontijiet tal-FEI huma bbażati fuqhom.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

III.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, abbażi tal-verifika tagħha, tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-INTOSAI. Dawn l-istandards jeħtieġu li l-Qorti tippjana u twettaq il-verifika sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali finali tal-FEI humiex ħielsa minn żball materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi, fit-totalità tagħhom, humiex legali u regolari.

IV.

Fil-kuntest deskritt fil-paragrafu III, verifika tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet finali konsolidati u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li jinkludi evalwazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fil-kontijet finali konsolidati u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-FEI, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta jagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, l-awditur jikkunsidra kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet finali konsolidati, u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati biex jassiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li jixirqu ċ-ċirkostanzi. Verifika f’dan il-kuntest tinkludi wkoll evalwazzjoni ta’ kemm hija xierqa l-politika tal-kontabilità użata u kemm huma raġonevoli l-kalkoli tal-kontabilità, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet finali konsolidati u r-rapporti ta’ attività annwali.

V.

Il-Qorti ma kisbitx l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja dwar 10 pagamenti meħuda fil-kampjun li saru lil organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal din ir-raġuni, il-Qorti mhix kapaċi tesprimi opinjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa li tammonta għal 190 miljun euro, jew 6,7 % tan-nefqa annwali.

VI.

Soġġetta għal-limitazzjoni msemmija fil-paragrafu V, il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

VII.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet finali tas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEI fil-31 ta’ Diċembru 2008, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-likwidità għas-sena finanzjarja li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

VIII.

Mingħajr ma tikkwalifika l-opinjoni espressa fil-paragrafu VII, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-metodu użat biex tistma l-proviżjoni għall-ispejjeż imġarrba mhux validu għal ċerti tipi ta’ kuntratti u għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tirfinah mis-sena finanzjarja 2009 ‘l quddiem.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IX.

Fl-opinjoni tal-Qorti, id-dħul u l-impenji tas-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 kienu ħielsa minn żball materjali.

X.

Mingħajr ma tpoġġi f’diskussjoni l-opinjoni espressa fil-paragrafu IX, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-inċidenza għolja ta’ żball mhux kwantifikabbli li seħħet fl-impenji ta’ appoġġ għall-baġit għalkemm li mhix inkluża fl-istima tal-iżball totali.

XI.

Fl-opinjoni tal-Qorti l-pagamenti mis-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 kienu milquta minn żball materjali.

XII.

Il-Qorti identifikat titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-Kummissjoni. Il-Qorti tinnota li hemm lok għal konklużjonijiet aktar ċari dwar kif ir-riżultati tal-kontrolli varji jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali u biex itejbu t-tfassil u/jew l-implimentazzjoni ta’ ċerti sistemi. Il-Qorti tiġbed ukoll l-attenzjoni għall-bżonn li l-Kummissjoni tkompli ssegwi l-isforzi tagħha biex tissostanzja d-deċiżjonijiet tagħha dwar l-eliġibbiltà tal-appoġġ għall-baġit. Dan jeħtieġ wirja strutturata u formalizzata li l-pajjiżi li jirċievu għandhom programm ta’ riforma rilevanti.

Is-16 u s-17 ta’ Settembru 2009

Vítor Manuel da Silva Caldeira

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, L-1615 Luxembourg

Informazzjoni dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

9.

L-osservazzjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEI, stabbiliti fil-paragrafi VII u VIII tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, huma bbażati fuq verifika tar-rendikonti finanzjarji konsolidati (14)u r-rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni tas-seba', it-tmien, id-disa' u l-għaxar FEI (15). Il-verifika inkludiet firxa xierqa ta' proċeduri tal-verifika mfassla sabiex jeżaminaw, fuq bażi ta' test, l-evidenza relatata mal-ammonti u l-informazzjoni mogħtija. Hija inkludiet evalwazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità użati, l-estimi sinifikanti magħmula mill-maniġment u l-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet konsolidati.

 

10.

L-osservazzjonijiet dwar ir-regolarità (16)tat-tranżazzjonijiet imniżżla fil-paragrafi IX sa XII tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, huma bbażati fuq il-komponenti li ġejjin:

a)

ittestjar sostantiv ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 225 element, li jikkorrispondu għal 45 impenn finanzjarju u individwali legali u 180 pagament li saru lis-servizzi ċentrali u lid-Delegazzjonijiet tal-EuropeAid, li jinkludu 40 pagament bil-quddiem. Fejn kien neċessarju, l-organizzazzjonijiet implimentattivi ġew miżjura fuq il-post sabiex jiġu vverifikati pagamenti ta’ bażi ddikjarati fir-rapporti finanzjarji jew fir-rendikonti tal-ispejjeż;

b)

evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u fid-Delegazzjonijiet, inkluż is-segwitu ta’ osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni preċedenti (ara l- Anness 2 ):

i)

kontrolli ex-ante ta’ kuntratti u pagamenti mill-uffiċjali li jawtorizzaw,

ii)

monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet implimentattivi,

iii)

verifiki esterni,

iv)

monitoraġġ tas-servizzi ċentrali tal-EuropeAid,

v)

verifika interna;

c)

evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Attività Annwali u d-Dikjarazzjoni mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid.

 

11.

Fil-kuntest tal-verifika, tmien pajjiżi saritilhom żjara fuq il-post sabiex titwettaq verifika dettaljata tat-tranżazzjonijiet: l-Angola, ir-Repubblika tal-Kongo, il-Malawi, il-Możambik u l-Mawritanja.

 

12.

Il-verifika tal-Qorti inkludiet reviżjoni tal-proċeduri fis-seħħ fir-rigward tal-kontabilità u s-sorveljanza ta’ ordnijiet ta’ rkupru maħruġa.

 

L-affidabbiltà tal-kontijiet

13.

Il-kontijiet annwali tal-2008 huma r-raba’ sett ta’ kontijiet ippreparti skont ir-regoli tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti. Il-Qorti indikat fir-Rapporti Annwali preċedenti tagħha li s-sistema ta’ kontabilità tal-FEI ma kelliex il-karatteristiċi kollha neċessarji għal rappurtar effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni ekonomika fuq bażi tad-dovuti, li żżid ir-riskju ta’ żbalji tal-kontabilità riżultat tal-operazzjonijiet manwali estensivi meħtieġa biex data bbażata fuq il-flus kontanti tinbidel f’kontijiet annwali bbażati fuq id-dovuti. Iżda, minkejja dan ir-riskju, il-verifika tal-Qorti sabet li l-kontijiet kienu ħielsa minn żball materjali.

13.

L-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' kontabbiltà fl-2009 għelbet il-limitazzjonijiet li kellha fil-passat. Is-sistema l-ġdida għandha l-karatteristiċi kollha meħtieġa għal rappurtaġġ effiċjenti u effettiv ibbażat fuq id-dovuti. Fis-sena finanzjarja 2008, bħal fis-snin ta' qabel, l-ipproċessar manwali huwa soġġett għal kontrolli rigorużi sabiex jitnaqqsu r-riskji.

14.

Is-sistema l-ġdida ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti ABAC FED infetħet fi Frar 2009. Id-data operazzjonali, finanzjarja u tal-kontabilità kollha tal-FEI kienet trasferita fis-sistema l-ġdida. Dan għandu jkompli jsaħħaħ l-ambjent ta’ kontabilità tal-FEI.

 

15.

Il-kontijiet annwali fihom proviżjoni ta’ 2 113-il miljun euro għall-ispejjeż imġarrba fil-perijodu ta’ rappurtar iżda li għalihom ma kienet irċevuta ebda fattura fi tmiem is-sena. Din il-proviżjoni hija stmata abbażi ta’ għadd ta’ suppożizzjonijiet, b’mod partikolari l-linearità tan-nefqa tal-kuntratt. Kif imħabbar fir-risposta tagħha għar-Rapport Annwali tal-Qorti fuq il-FEI dwar is-sena finanzjarja 2007 (17), il-Kummissjoni wettqet studju li kkonferma li din is-suppożizzjoni mhix valida għal ċerti tipi ta’ kuntratti. Kif indikat fin-Noti dwar il-kontijiet annwali, il-Kummissoni ddeċidiet li tirfina l-metodu tagħha mis-sena finanzjarja 2009.

15.

Sar studju biex tiġi vverifikata l-validità tal-metodu użat biex jiġi stmat il-provvediment għal fatturi riċevibbli. Dan wasal għall-konklużjoni li l-metodu kien validu fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-istudju, il-Kummissjoni se tirfina l-metodu ta' għeluq għall-2009.

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

16.

Il-karatteristiċi prinċipali u r-riżultati tal-ittestjar sostantiv ibbażat fuq il-kampjun huma ppreżentati fl- Anness 1 .

 

Id-dħul

17.

Il-verifika tal-Qorti tat-tranżazzjonijiet tad-dħul sabet li kienu ħielsa minn żball materjali.

 

L-impenji tal-proġetti

18.

Il-verifika tal-Qorti tal-impenji tal-proġetti sabet li kienu ħielsa minn żball materjali.

 

L-impenji tal-appoġġ għall-baġit

19.

Il-verifika tal-Qorti tal-impenji tal-appoġġ għall-baġit sabet li kienu milquta minn livell għoli ta’ żbalji mhux kwantifikabbli. B’paragun mas-snin preċedenti l-Qorti sabet li l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-konformità mal-ħtiġijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou qegħdin jitjiebu; din tintwera b’mod aktar strutturat u formalizzat, b’mod partikolari fil-Kuntratti tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju (MDG). Madanakollu, il-Qorti xorta sabet każijiet frekwenti fejn il-Kummissjoni ma writx b’mod strutturat u formalizzat li l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi kienet trasparenti, responsabbli u effettiva biżżejjed (ara l-paragrafi 44 sa 46).

19.

Il-Kummissjoni tilqa' tajjeb l-għarfien li ngħata mill-Qorti li l-isforzi kontinwi dejjem għaddejjin tagħha biex jitjiebu ċ-ċarezza u l-istruttura ta' l-evalwazzjonijiet ta' konformità mal-Ftehim ta' Cotonou fejn tidħol l-eliġibbiltà ta' sostenn għall-baġit (l-Artikolu 61 tal-Ftehim) qed jagħtu riżultati li jidhru. L-attenzjoni tal-Kummissjoni hija fuq it-tkomplija tal-proċess ta' titjib fi sforż biex jiġi eliminat kull każ ta' ambigwità fl-evalwazzjonijiet tagħha. Dan għandu jinkiseb permezz ta' aktar irfinar fil-gwida għas-sostenn għall-baġit, bit-taħriġ u bil-promozzjoni tal-għarfien tal-importanza li l-eliġibbiltà tiġi ppruvata b'mod strutturat u formali.

Sabiex tkompli ttejjeb l-analiżi tagħha tal-kredibbiltà tal-programmi ta' riforma tal-benefiċjarji fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni qed tiżviluppa metodoloġija ta' evalwazzjoni biex tintuża mid-Delegazzjonijiet.

Il-pagamenti tal-proġetti

20.

Il-verifika tal-Qorti ta’ pagamenti bil-quddiem sabet li kienu ħielsa minn żball materjali.

 

21.

Minkejja l-intervent tal-Kummissjoni sabiex tiffaċilita x-xogħol tal-verifika li għandu jitwettaq, il-Qorti ma kisbitx l-informazzjoni neċessarja kollha u d-dokumentazzjoni dwar 10 tranżazzjonijiet ġestiti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali (18). Il-Qorti għalhekk mhix f’pożizzjoni li tesprimi opinjoni dwar ir-regolarità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Il-Qorti tinnota li min jivverifika, b’mandat mill-Kummissjoni biex iwettaq missjoni ta’ verifikazzjoni f’waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet (19), kien irrapporta problema simili.

21.

Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ mat-talbiet tal-Qorti għall-informazzjoni. Hija tagħraf li fil-każ ta' żewġ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw ħames tranżazzjonijiet id-dokumentazzjoni mitluba waslet tard wisq minkejja l-intervent tal-Kummissjoni. Madankollu, dawn l-organizzazzjonijiet qegħdin ikunu dejjem aktar disposti li jikkooperaw. Il-Kummissjoni intant fakkret lil dawn l-organizzazzjonijiet bl-importanza li l-informazzjoni mitluba tingħata fil-ħin minħabba l-iskandenzi qosra li l-Kummissjoni għandha fil-ħidma tagħha.

22.

Il-verifika tal-Qorti żvelat livell materjali ta’ żball li jolqot l-ammont ta’ pagamenti vverifikati (20). Il-frekwenza u t-tipi ta’ żbalji, u kif ukoll l-impatt ta’ żbalji kwantifikabbli, huma ppreżentati fl- Anness 1 (il- Parti 1 , 1.3 u 1.4 ).

22.

Il-Kummissjoni stabbiliet sistema ta' kontroll ibbażata fuq ix-xogħol ta' awdituri esterni, superviżuri, kif ukoll kontrolli interni li ma jħallux li jsir, jew jiżvelaw u jikkoreġu ħafna żbalji qabel ma jsiru l-ħlasijiet. Wieħed irid jagħraf, madankollu, li xi Delegazzjonijiet ikollhom jaħdmu f'ċirkostanżi partikolarment diffiċli, kif kien il-każ fl-Angola li jifforma parti mill-verifika tal-Qorti. Il-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistema tagħha ta' kontroll, billi tfittex bilanċ xieraq fl-effettività tal-ispejjeż ħalli tipprovdi serħan il-moħħ raġjonevoli.

23.

It-tipi prinċipali ta’ żbalji kwantifikabbli misjuba huwa dawn li ġejjin:

a)

ta’ eliġibbiltà: nefqa mġarrba barra mill-perijodu ta’ implimentazzjoni, li teċċedi l-baġit awtorizzat, jew għandha x’taqsam ma’ elementi ineliġibbli;

b)

ta’okkorrenza: nuqqas ta’ fatturi jew dokumenti ta’ sostenn oħrajn;

c)

ta’ preċiżjoni: żbalji ta’ kalkolu.

 

24.

L-iżbalji mhux kwantifikabbli misjuba jikkonċernaw prinċipalment il-konformità ma’ garanziji bankarji mitluba mil-liġi, it-tip ta’ kuntratt użat, il-viżibilità tas-sostenn finanzjarju tal-FEI, l-approvazzjoni minn qabel ta’ dokumenti tal-akkwist u l-iskadenzi kontrattwali għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji.

24.

Wara r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti, il-Kummissjoni ħadet miżuri biex tissikka l-verifiki dwar il-garanziji bankarji, u qed jiġu ffinalizzati struzzjonijiet ġodda dwar il-viżibbiltà. Il-punti l-oħra li tqajmu mill-Qorti huma marbuta ħafna mal-implimentazzjonijiet tal-proġetti u għaldaqstant ma' restrizzjonijiet fuq il-post.

25.

Il-parti l-kbira tal-iżbalji jmisshom instabu u ġew ikkoreġuti mis-sorveljaturi lokali jew mill-uffiċjali li jawtorizzaw qabel mal-pagamenti ġew awtorizzati (ara l-paragrafi 33 u 34). Il-parti l-kbira tal-każijiet ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn nieqsa għandhom x’jaqsmu mal-għeluq ta’ proġetti antiki tas-seba’ FEI fl-Angola, li kienu ġew implimentati f’perijodu ta’ kunflitt bl-armi u inkwiet politiku. Il-kuntest diffiċli u t-tul ta’ żmien minn meta ntemmu l-proġetti fisser li kien tassew diffiċli għad-Delegazzjoni, li fuq kollox ma kinitx responsabbli mill-ġestjoni ta’ dawn il-proġetti, li tirkupra d-dokumenti ta’ sostenn neċessarji kollha.

25.

Hemm riskji speċifiċi fil-ġestjoni tal-kooperazzjoni f'pajjiżi li huma affettwati minn diffikultajiet partikolari bħal ma huma gwerer, irvellijiet, eċċ., bħal ma kien il-każ fl-Angola. Id-daqs tal-problema ta' dokumentazzjoni nieqsa li nnutat il-Qorti fl-Angola m'għandu bl-ebda mod jitqies bħala r-regola ġenerali fil-ġestjoni kollha tal-kooperazzjoni fl-AKP, kif deher mir-riżultati eċċellenti fl-entitajiet l-oħra li saritilhom verifika.

Il-Pagamenti tal-appoġġ għall-baġit

26.

Il-verifika tal-Qorti tal-pagamenti tal-appoġġ għall-baġit sabet li kienu milquta minn livell għoli ta’ żbalji mhux kwantifikabbli. Il-każijiet misjuba jinkludu nuqqas ta’ evidenza li t-trasferimenti ta’ kambju barrani kienu ġew irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli, evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet iffissati abbażi ta’ data skaduta jew inkella evalwazzjonijiet li ma twettqux, analiżi insuffiċjenti ta’ fatturi li jfixklu l-implimentazzjoni tal-programm ta’ riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-użu ta’ perijodu ta’ referenza ħażin għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-indikaturi (ara l-paragrafi 44 sa 46).

26.

Il-Kummissjoni tinnota li f'għadd ta' każijiet dawn l-iżbalji mhux kwantifikabbli saru minħabba nuqqas ta' ċarezza fi ftehimiet ta' ffinanzjar li kienu tfasslu qabel ma ġiet adottata l-aħħar gwida fl-2007. Ftehimiet ta' ffinanzjar aktar reċenti mfassla f'konformità mal-gwida tal-2007 huma strutturati aħjar. Hu mistenni li l-ħlasijiet li saru abbażi ta' dawn il-ftehimiet l-aktar reċenti se jwasslu għal evalwazzjonijiet aktar ċari u għal tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta' żbalji. Barra minn dan, il-Kummissjoni qed isseddaq għarfien wiesa' madwar is-servizzi tagħha tal-bżonn ta' approċċ aktar strutturat u formali fl-evalwazzjoni ta' ħlasijiet għal sostenni għall-baġit.

B'żieda ma' dan, fi Frar 2009, il-Kummissjoni rrivediet iċ-ċirkwiti finanzjarji għal ħlasijiet ta' sostenn għall-baġit biex issaħħaħ ir-rwol ta' verifika finanzjarja fil-proċess ta' approvazzjoni. Dan mistenni li jkompli jtejjeb ir-rigorożità tal-evalwazzjonijiet tal-pagamenti u għaldaqstant tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta' ffinanzjar.

Ir-Rapport ta’ Attività Annwali u d-Dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid

27.

Fl-eżami tagħha tar-rapporti ta’ attività annwali u tad-dikjarazzjonijiet tad-Direttur-Ġenerali tal-EuropeAid għas-sena finanzjarja 2008, il-Qorti evalwat il-punt safejn dawn jagħtu stampa ġusta (jiġifieri mingħajr distorsjonijiet sinifikanti) tal-effettività tal-proċeduri fis-seħħ. B'mod partikolari, hija eżaminat jekk is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll jagħtux l-assigurazzjoni meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati.

 

28.

Kif indikat fil-paragrafu 4, il-missjoni tal-EuropeAid hija li timplimenta l-parti l-kbira tal-istrumenti ta’ assistenza esterna (21)ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Komunità Ewropea u mill-FEI. Ir-rapport ta’ attività annwali u d-dikjarazzjoni ma jagħmlux distinzjoni bejn il-Baġit Ġenerali u l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEI, li jippreżentaw l-istess riskji inerenti u fil-biċċa l-kbira huma rregolati minn arranġamenti ta’ implimentazzjoni simili. Għaldaqstant, jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-osservazzjonijiet tal-Qorti li jikkonċernaw ir-rapport ta’ attività annwali u d-dikjarazzjoni, u kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, jirreferu għall-qasam kollu ta’ responsabbiltà tal-EuropeAid.

 

29.

Ir-rapport ta’ attività annwali huwa konsistenti mas-sejbiet tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-seħħ. B’paragun mas-snin preċedenti, il-Qorti tinnota li l-kwalità tar-rapport ta’ attività annwali tjiebet b’mod sinifikanti: huwa strutturat aħjar, b’mod aktar ċar u aktar informattiv, prinċipalment b’użu akbar ta’ indikaturi kwantitattivi. Iżda, hemm ambitu għal konklużjonijiet aktar espliċiti dwar kif ir-riżultati tal-varji kontrolli jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali. Indikatur prinċipali biex jistma l-impatt finanzjarju tal-iżbalji residwali wara li l-kontrolli ex-ante u ex-post kollha jkun ġew implimentati kieku jipprovdi wkoll lid-Direttur-Ġenerali b’bażi aktar b’saħħitħa biex jiddetermina jekk dan jibqax taħt il-kriterju ta’ materjalità ffissat.

29.

Il-Kummissjoni tagħraf li bħala parti mill-isforzi kontinwi biex titjieb is-sistema ġenerali ta' kontroll intern, hemm bżonn ta' aktar ħidma fejn tidħol l-arkitettura tas-sistemi ta' kontroll għal għajnuna esterna u l-kontribuzzjoni ta' dawn għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali. B'din l-intenzjoni, u f'rabta mal-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-riskju tollerabbli, EuropeAid se tniedi aġġornament tal-istrateġija tagħha ta' kontroll fl-2010.

30.

Ir-rapport ta’ attività annwali jirreferi għal limitazzjonijiet sinifikanti tal-persunal (22). Il-proporzjon għoli ta’ persunal ta’ terminu qasir fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u l-bdil marbut mar-reklutaġġ jingħad li jirriżultaw f’telf ta’ memorja tal-istituzzjoni, li għandu effetti dannużi fuq il-kontinwità u l-viżibbiltà tal-ġestjoni operattiva u fuq l-użu effiċjenti tar-riżorsi. Fid-Delegazzjonijiet, ir-rata ta’ karigi battala hija ppreżentata bħala għolja u għalhekk perikoluża u għandha tendenza li tiżdied.

30.

Il-kwistjoni tal-bdil tal-persunal hija marbuta mar-restrizzjoni kkawżata mill-perjodu massimu ta' tliet snin għall-aġenti kontrattwali fi Brussell. Sabiex jonqos ir-riskju li tintilef il-memorja istituzzjonali minħabba l-bdil tal-persunal, EuropeAid ħadet għadd ta' miżuri: aġġornamenti, noti obbligatorji ta' hand-over fil-qafas tal-Istandards tal-Kontroll Intern, superviżjoni sistematika tal-Aġenti Kuntrattwali minn uffiċjali fid-Delegazzjoni.

31.

Fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2007 il-Qorti rrakkomandat li titwettaq reviżjoni biex jiġi evalwat jekk is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u d-Delegazzjonijiet għandhomx il-livell u t-tip ta’ riżorsi umani meħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-kontroll (23). Hija rrakkomandat ukoll li għandha tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani abbażi ta’ analiżi tal-ħila u tat-tagħrif meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni tal-appoġġ għall-baġit b’konsiderazzjoni għaż-żieda fl-importanza tiegħu (24).

31.

F'sitwazzjoni fejn mhu se jkun hemm l-ebda żieda ta' postijiet fil-Kummissjoni sal-2013, EuropeAid qed tindirizza kwistjonijiet marbuta mal-persunal permezz ta' tliet elementi:

 

Evalwazzjoni dettaljata ta' dak li hemm bżonn abbażi ta' evalwazzjonijiet tal-ammont ta' xogħol li jsiru kull sena sew għas-sezzjoni ta' Operazzjoni u kif ukoll dik tal-Finanzi, Kuntratti u Verifika fid-Delegazzjonijiet. L-għażla u l-ingaġġ ta' persunal bi kwalifiki u ħiliet li huma meħtieġa biex jilqgħu għall-ħtiġijiet; il-bordijiet ta' għażla huma magħmula mis-servizzi kollha relevanti ġeografiċi u tematiċi; programm estensiv ta' taħriġ li jirrispondi għall-ħtiġijiet preżenti ta' ġestjoni ta' għajnuna esterna fid-Delegazzjoni u fil-kwartieri ġenerali.

 

Il-kandidati għal postijiet marbuta mas-sostenn għall-baġit jiġu eżaminati u magħżula abbażi ta' għarfien u ħiliet ippruvati fejn jidħol is-sostenn għall-baġit. It-taħriġ dwar is-sostenn għall-baġit li ngħata f'dan il-qasam żdied minn 7 korsijiet disponibbli fl-2006 għal 14 fl-2007 u 24 fl-2008. Dan b'żieda ma' taħriġ fil-kwartieri ġenerali, fejn il-parteċipazzjoni medja mid-Delegazzjonijiet hi ta' 40 %. Jiġu wkoll organizzati seminars reġjonali kull sena għal dawk direttament involuti fis-sostenn għall-baġit.

32.

Id-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid jiddikjara li huwa kiseb assigurazzjoni raġonevoli illi l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li l-verifika tal-Qorti kixfet livell materjali ta’ żball. Il-Qorti sabet li, filwaqt li kompla jsir progress sinifikanti, l-effett ta’ ċerti miżuri riċenti kien għadu mhux viżibbli kompletament fl-2008 u hemm lok għal titjib fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ ċerti kontrolli (ara l-paragrafi 33 sa 43). Sommarju tar-riżultati tas-segwitu tal-Qorti tal-osservazzjonijiet prinċipali fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni jista’ jinstab fl- Anness 2 .

32.

EuropeAid fasslet il-kontrolli tagħha b'mod li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tal-proġetti multiannwali tagħha b'mod li tkun tista' tipprevjeni jew tiskopri u tikkoreġi l-biċċa l-kbira tal-iżbalji finanzjarji matul l-iżvolġiment normali tal-kontrolli tagħha. Il-kontroll tal-Kummissjoni ex-post jikkonfermaw — u jkomplu jnaqqsu — dan il-livell baxx ħafna ta' żball reżidwali, li jinforma d-Dikjarazzjoni ta' Assikurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali ta' EuropeAid.

Madankollu, il-Kummissjoni taċċetta li l-effetti ta' titjieb reċenti fl-arkitettura ġenerali ta' kontroll ma kinux għadhom jidhru għal kollox fl-2008 u li għad hemm lok għal aktar titjib.

L-effettività tas-sistemi

Il-kontrolli ex-ante mill-uffiċjali li jawtorizzaw

33.

Il-Qorti evalwat li l-kontrolli ex-ante huma parzjalment effettivi biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kalkolu tal-ammonti ddikjarati, id-disponibbiltà tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa u l-konformità mar-regoli tal-akkwist. Kif indikat fil-paragrafu 25, l-iżbalji li nstabu fl-Angola huma minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ma jpoġġux f’diskussjoni s-sistema ta’ kontrolli ex-ante tad-Delegazzjoni.

 

Il-Monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet implimentattivi

34.

Bħal fis-snin preċedenti, instabu nuqqasijiet sinifikanti fil-proċeduri finanzjarji u l-kontrolli ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi, sorveljaturi u l-Uffiċjali Nazzjonali li Jawtorizzaw (NAOs):

a)

in-nuqqasijiet prinċipali fl-organizzazzjonijiet implimentattivi kienu proċeduri mhux xierqa dwar is-sostenn tad-dokumenti u s-sistemi ta’ arkivjar u kontabilità li ma jiżgurawx li n-nefqa hija rreġistrata u rrappurtata tajjeb;

b)

f’xi każijiet, il-kwalità tal-kontrolli mwettqa mis-sorveljaturi fuq kuntratti ta’ xogħol ma kinitx xierqa;

c)

in-nuqqas ta’ kapaċità jew appartenenza fil-parti l-kbira tas-servizzi tan-NAO tirriżulta f’kontrolli b’dokumentazzjoni fqira u ineffettivi.

34.

L-appoġġ lil organizzazzjonijiet li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-EDF diġa huwa sinifikanti u jinkludi l-għoti ta' linji-gwida stampati, websajt miżmuma tajjeb tal-EuropeAid dwar il-finanzi u l-kuntratti, taħriġ fil-qasam u pariri fuq il-post mill-persunal tal-finanzi u l-kuntratti fid-Delegazzjonijiet. Fir-reġjun tal-AKP kien hemm 150 jum ta' taħriġ dwar finanzi u kuntratti u 20 taħriġ dwar il-verifika fil-qasam fl-2008 li fihom 94 % tal-postijiet ittieħdu minn persunal tal-UNV, ministeri tekniċi u persunal konness ma' proġetti.

a)

Il-Kummissjoni żviluppat għadd ta' strumenti ta' informazzjoni u ta' ġestjoni, immirati l-aktar lejn assistenti tekniċi (gwida speċifika), kif ukoll lejn NGOs (sar seminar fit-23 u l-24 ta' Marzu 2009 mal-grupp Concorde dwar dawn il-kwistjonijiet). Hija qed tkompli bl-isforzi tagħha biex fil-futur mhux imbiegħed tipprovdi għajnuna dwar il-ġestjoni finanzjarja lil organizzazzjonijiet benefiċjarji

b)

Il-Kummissjoni fasslet termini ta' referenza speċifiċi għall-verifika teknika tal-infrastruttura, li ilhom disponibbli għand id-delegazzjonijiet mill-2009.

c)

Kuntratt ġdid ta' taħriġ ġie ffirmat fl-2009 biex tiġi garantita l-kontinwità tat-taħriġ għas-servizzi tal-UNV. B'żieda ma' dan, ġew stabbiliti għadd kbir ta' programmi b'appoġġ għall-UNV sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom.

35.

B’mod ġenerali, id-Delegazzjonijiet kienu konxji minn dawn in-nuqqasijiet u l-affidabbiltà li kienu poġġew fuq dawn il-kontrolli kienet limitata. Huma kienu ħadu wkoll miżuri xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati, b’mod partikolari billi ħtieġu verifiki mandatorji u verifikazzjonijiet tan-nefqa qabel l-għeluq finanzjarju tal-proġetti, billi kkummissjonaw verifiki tekniċi ta’ kuntratti ta’ xogħol għaddejjin u billi taw assistenza teknika biex tissaħħaħ il-kapaċità tas-servizzi tan-NAO. Barra dan, fl-2008 l-EuropeAid beda xogħol immirat biex jipproduċi għodod aħjar ta’ gwida u komunikazzjoni biex jindirizzaw nuqqasijiet rikorrenti identifikati fil-livell tal-benefiċjarji finali u tal-organizzazzjonijiet implimentattivi.

35.

Il-Kummissjoni tilqa' tajjeb l-istima li għamlet il-Qorti tal-miżuri meħuda mid-delegazzjonijiet biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati fis-servizzi tal-UNV u tax-xogħol ta' appoġġ għall-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw.

Il-verifiki esterni

36.

Il-verifiki finanzjarji u tas-sistemi ta’ proġetti qabel ma jsiru l-pagament finali huma komponent prinċipali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid (25). Għalkemm ma kinux kompletament operattivi fl-2008, peress li dik kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, l-użu ta’ termini ta’ referenza ġodda standardizzati għal madwar żewġ terzi tal-verifiki mnedija u l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (Verifika CRIS) huma passi importanti ’l quddiem biex jiżguraw rappurtar aktar konsistenti minn awdituri u monitoraġġ xieraq ta’ attivitajiet tal-verifika u analiżi tar-riżultati tal-verifika (26).

36.

L-użu mifrux tat-termini ta' referenza standardizzati u ta' Verifika CRIS se jikkontribwixxu biex titjib il-konsistenza tal-kwalità tal-verifiki u l-konsolidazzjoni tar-riżultati tal-verifika.

37.

Il-verifika tal-Qorti sabet li d-Delegazzjonijiet ma kinux isegwu b’mod konsistenti l-linji gwida operattivi tal-EuropeAid meta jippreparaw il-pjan ta’ verifika annwali tagħhom għall-2008 u li ma kienx ċar kif intgħażlu l-verifiki bbażati fuq ir-riskju u, għaldaqstant, il-punt safejn dawn jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali. Madanakollu, il-EuropeAid huwa konxju ħafna tal-bżonn li jagħmel titjib f’dan ir-rigward; ta prijorità lill-Istandard tal-Kontroll Intern Nru 6 Ġestjoni tar-Riskju fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tiegħu għall-2008 u ġew adottati għadd ta’ azzjonijiet, b’mod partikolari t-taħriġ tal-persunal, biex tiġi assigurata implimentazzjoni effettiva ta’ dan l-istandard.

37.

Sabiex tiżdied il-konsistenza fil-kontribuzzjoni tad-Delegazzjonijiet għall-Pjan Annwali ta' Verifika, l-użu ta' format armonizzat se jsir obbligatorju mill-PAV tal-2010. L-analiżi ta' riskju tipprevedi grad ta' flessibbiltà li huwa neċessarju f'kuntest ta' għajnuna esterna li huwa kumpless u dejjem ivarja. Madankollu, iridu jiġu rispettati prinċipji bażiċi fil-metodoloġija. Il-Kummissjoni temmen li dawn ir-reviżjonijiet se jżidu t-trasparenza u l-konsistenza tal-PAV.

38.

Il-livell ta’ implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-verifika annwali kien baxx: 56 % tal-verifiki fil-pjan tal-verifika annwali għall-2008 ġew imnedija matul is-sena, l-oħrajn ġew posposti jew xi kultant annullati, u 67 % fil-pjan ta’ verifika annwali għall-2007 tlestew sa tmiem l-2008. Dan huwa parzjalment minħabba ppjanar mhux xieraq tal-pjan tal-verifika annwali, it-tul tal-proċess tal-verifika u l-kapaċità limitata tad-Delegazzjonijiet biex jorganizzaw u jsegwu l-verifiki.

38.

Il-Kummissjoni għandha tisħaq fuq il-progress kostanti li sar fl-implimentazzjoni tal-pjani annwali ta' verifika. Tabilħaqq, fl-2008 ġew finalizzat 455 verifika, li hija żieda ta' 35 % fuq l-2007 (337).

Sa minn Ġunju 2008, l-eżekuzzjoni tal-PAV ġiet monitorjata regolarment mit-tmexxija ta' EuropeAid.

Is-servizzi ċentrali ta' EuropeAid se jkomplu jipprovdu assistenza lid-Delegazzjonijiet biex jitjieb l-ippjanar tagħhom tal-verifika. Fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-PAV tal-2009, id-Delegazzjonijiet ġew mitluba jagħtu attenzjoni speċifika lejn id-disponibbiltà tar-riżorsi.

39.

Minkejja li s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid fakkru repetuttivament, ħafna Delegazzjonijiet ma rreġistrawx id-data fil-Verifika CRIS b’mod komplet u f’waqtu, li jfixkel l-utilità ta’ din is-sistema. Il-linji gwidi tal-EuropeAid ta’ Novembru 2008 għall-maniġers tal-kompiti tal-verifika indirizzaw dan in-nuqqas.

39.

L-2008 kienet l-ewwel sena tal-użu obbligatorju tal-Verifika CRIS. Kollox ma' kollox, il-Verifika CRIS ġiet użata kif suppost. Il-Kummissjoni tagħraf madankollu li jrid isir progress fl-upload fil-ħin tad-Dokumenti.

Il-monitoraġġ mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid

40.

Il-verifiki meħtieġa mis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid skont il-ftehim ta’ kuntratt qafas huma soġġetti għal reviżjoni tal-kwalità. Il-EuropeAid janalizza wkoll ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u ssegwi s-sejbiet rikorrenti fil-livell tal-benefiċjarju finali u l-imsieħba implimentattivi, kif intqal fil-paragrafu 35. Huwa wettaq ukoll reviżjoni tal-kwalità fuq kampjun ta’ verifiki meħtieġa mid-Delegazzjonijiet. L-ebda analiżi ġenerali tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifiki meħtieġa mid-Delegazzjonijiet għada ma twettqet.

40.

Sa mill-2009, is-servizzi ċentrali ta' EuropeAid se jiffokaw il-kontroll ta' kwalità tagħhom fuq rapporti ta' verifika fuq kuntratturi mhux ta' qafas. Barra minn dan, permezz ta' għadd ta' titjib li għandu jiġi inkorporat fil-Verifika CRIS se jkun eħfef li jiġu analizzati r-riżultati li jkollhom l-awdituri barra l-kuntratt ta' qafas.

41.

L-introduzzjoni tal-Verifika Cris għandha tiġi milqugħa. Għad jonqsu jsir ċertu rfinar biex jippermetti evalwazzjoni tal-kopertura tal-verifika tan-nefqa u użu aktar effiċjenti ta’ din is-sistema biex tinġabar, tiġi analizzata u tittieħed azzjoni fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika.

41.

Il-funzjonalitajiet tal-Verifika CRIS qegħdin jiġu mtejba l-ħin kollu fi sforz biex isir l-aħjar użu mid-database.

42.

Fl-2008 s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid wettqu tmien missjonijiet ta’ monitoraġġ. Dawn il-missjonijiet kienu mfassla tajjeb u identifikaw rakkomandazzjonijiet rilevanti biex itejbu l-kontroll intern fid-Delegazzjonijiet eżaminati.

 

43.

Kif indikat fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2007 (27), is-sistema ta’ kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet ta’ EuropeAid tipprovdi mekkaniżmu effettiv għall-identifikazzjoni ta’ żbalji ta’ konformità li jolqtu t-tranżazzjonijiet iżda hija inqas effettiva biex tidentifika żbalji li għandhom impatt fuq l-ammont tal-pagament. Il-Qorti nnutat li, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-FEI, id-Direttorat responsabbli kien estenda l-ambitu ta’ dawn il-kontrolli matul l-2008: huwa wettaq kontrolli sistematiċi fuq kampjun ta’ dokumenti li jsostnu n-nefqa ddikjarata u fuq il-preċiżjoni tal-kalkoli dwar ir-reviżjonijiet tal-prezz. Barra dan, huwa introduċa segwitu ta’ nofs is-sena tal-azzjonijiet meħuda mid-Delegazzjonijiet b’reazzjoni għas-sejbiet ta’ dawn il-kontrolli. Dan it-tip ta’ approċċ x'aktarx itejjeb ir-rilevanza u l-effettività tal-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżami tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli ex-ante imwettqa mill-uffiċjali li jawtorizzaw.

43.

Fejn jidħlu kontrolli transazzjonali ex post, EuropeAid bħalissa qed tevalwa jekk il-kontrolli li saru mid-Direttorat responsabbli mill-pajjiżi tal-AKP jistgħux jiġu estiżi għal oqsma oħra ta' attivitajiet. Madankollu, dan se jkun soġġett għal allokazzjonijiet ta' prijorità u għal restrizzjonijiet ta' riżorsi.

L-appoġġ għall-baġit

44.

Il-Ftehim ta’ Cotonou jgħid li l-appoġġ għall-baġit għandu jingħata fejn il-ġestjoni tan-nefqa pubblika tkun biżżejjed trasparenti, responsabbli u effettiva (28). Il-Kummissjoni tinterpreta din il-kundizzjoni b’mod dinamiku (29). Il-Kummissjoni tinterpreta din il-kundizzjoni b’mod dinamiku . Fl-opinjoni tagħha, in-nuqqasijiet li jaffettwaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fiż-żmien tad-deċiżjoni ta' finanzjament ma jipprekludux it-tnedija ta' programm ta' għajnuna mill-baġit, ladarba jeżisti impenn għar-riforma u r-riformi ppjanati huma kkunsidrati bħala sodisfaċenti. Il-Parlament Ewropew staqsa dwar l-‘interpretazzjoni dinamika’ tal-Kummissjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-appoġġ għall-baġit u qal li l-appoġġ għall-baġit għandu jseħħ biss f’pajjiżi li diġà jissodisfaw standard minimu ta’ ġestjoni kredibbli tal-finanzi pubbliċi (30).

44.

Il-Kummissjoni ġġustifikat b'mod estensiv dan l-approċċ li tevalwa l-eliġibbilità għal sostenn għall-baġit bħala reazzjoni għall-pożizzjonijiet adottati mill-Qorti u mill-Parlament rispettivament. B'mod partikolari, l-ittra mill-Kummissarju Michel tad-9 ta' Jannar 2009 lill-Qorti, kopja lill-Parlament Ewropew, tfisser l-isfond iddettaljat għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Hija tenfasizza li l-approċ tal-Kummssjoni huwa konformi ma' dak ta' donaturi oħra ċentrali (pereż. l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji). Fl-istess ħin, tinnota li approċ ibbażat fuq standards minimi ma jkunx konsistenti mal-linji-gwida tal-OPCD dwar is-sostenn tar-riformi fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, jew mal-prinċipji ta' Pariġi u ta' Akkra dwar l-effettività tal-għajnuna.

45.

Fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2006 (31)u 2007 (32), il-Qorti rrakkomandat li l-osservanza tal-Ftehim ta’ Cotonou għandha tiġi pparagunata mar-rekwiżiti ta’ bażi. Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni għax ikkunsidrat li mhux xieraq li jiġu ffissati standards minimi komuni biex jiġu applikati b’mod uniformi fil-pajjiżi kollha. Bħalma tenna l-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2007 (33), dan l-approċċ jagħti lill-Kummissjoni grad għoli ta’ diskrezzjoni li għandu jiġi bbilanċjat bi grad ugwalment għoli ta’ trasparenza. Kif intqal mill-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 2/2005 dwar l-appoġġ għall-baġit mill-FEI għall-pajjiżi AKP (34), dan jeħtieġ li l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou tiġi ppreżentata b’mod strutturat u formalizzat.

45.

Il-Kummissjoni tilqa' tajjeb u taċċetta t-talba li jkun hemm anki aktar trasparenza fit-trattatment tas-sostenn għall-baġit. F'dan il-kuntest il-Kummissjoni qed tipproponi li tipprovdi kopertura aktar fil-fond ta' kwistjonijiet dwar is-sostenn għall-baġit f'rapporti annwali tal-futur dwar “Il-Linji ta' Politika tal-Komunità Ewropea dwar l-Iżvilupp u l-Assistenza Esterna u l-Implimentazzjoni tagħhom”.

Il-Kummissjoni tagħraf li t-titjib jista' jsir billi jittieħed approċ aktar strutturat u formalizzat lejn l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà għal sostenn għall-baġit, f'konformità mal-Ftehim ta' Cotonou. Il-Kummissjoni għalhekk tinsab fil-proċess li tkompli tirfina l-linji ta' gwida tagħha dwar is-sostenn għall-baġit biex issaħħaħ dan l-approċ.

46.

Kif intqal fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2007 (35)il-ftehimiet ta’ finanzjament ta’ programmi ta’ sostenn tal-baġit taħt id-disa’ FEI ta’ sikwit huma inkompleti u mhux ċari, u għalhekk ma jipprovdux qafas ċar biżżejjed biex titwettaq evalwazzjoni strutturata u formalizzata bħal din. Fl-2008 l-Qorti nnutat titjib sinifikanti fil-ftehimiet finanzjarji tal-programm tal-appoġġ għall-baġit iffinanzjati taħt l-għaxar FEI. F’xi każijiet hemm ambitu għal aktar titjib fl-identifikazzjoni kemm ta’ miżuri ta’ prijorità tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li għandhom jiġu implimentati mill-pajjiż li jirċievi u kif ukoll ta’ sorsi ta’ informazzjoni biex jiċċekkjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet miftehma.

46.

Il-Kummissjoni tilqa' tajjeb l-għarfien tal-Qorti tat-titjib fiċ-ċarezza tal-ftehimiet riċenti dwar l-iffinanzjar. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tagħraf ukoll li jistgħu jsiru aktar żviluppi u għalhekk qed tkompli tirfina l-linji-gwida tagħha sabiex tindirizza l-punti li qajmet il-Qorti fejn jidħol l-istabbiliment ta' aspettattivi ta' riforma ċari fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-monitoraġġ tal-progress f'dawn l-oqsma.

Il-verifika interna

47.

Il-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) ħadmet b’mod effettiv u b’konformità mal-objettiv primarju li tipprovdi lid-Direttur-Ġenerali b’assigurazzjoni dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, tal-kontroll u tat-tmexxija interna fil-EuropeAid. Fl-opinjoni tal-IAC, ir-riżultati tax-xogħol imwettaq fl-2008 jindikaw li m’hemmx nuqqas sistematiku importanti li jista’ jolqot b’mod negattiv il-ħidma tas-sistema ta’ kontroll intern kollha kemm hi. Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-verifika IAC ma setgħetx tikseb assigurazzjoni sħiħa fir-rigward tal-kapaċità tas-sistema CRIS-FEI li tipproduċi data b’informazzjoni dwar il-ħidma affidabbli u preċiża minn Jannar 2009.

47.

Meta kienet tlestiet il-verifika IAC, is-sistema l-ġdida CRIS kienet għadha fl-istadju li tiġi żviluppata. Madankollu, il-miżuri neċessarji kollha ttieħdu biex is-sistema tkun tista' tibda kmieni fl-2009. Il-migrazzjoni lejn is-sistema l-ġdida CRIS/ABAC saret skont il-pjan maħsub u l-operazzjonijiet bdew b'mod normali kmieni fl-2009.

48.

Is-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni (IAS) wettaq verifika konġunta mal-IAC dwar il-proċeduri ta’ ġestjoni finanzjarja tad-Direttorat responsabbli mill-pajjiżi AKP, dwar id-delegazzjonijiet devoluti tiegħu, u verifika oħra fuq l-irkupri (36). Is-sejbiet tal-verifika huma bħal dawk tal-Qorti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tal-garanziji bankarji (ara l-paragrafu 24), l-utilizzazzjoni tal-Verifika CRIS (ara l-paragrafu 39) u s-segwitu ċentralizzat ta’ verifiki meħtieġa mid-Delegazzjonijiet (ara l-paragrafu 40).

 

49.

L-IAS wettqet verifika ta’ segwitu fuq l-implimentazzjoni tal-FAFA (37). Huwa jikkonkludi li l-ambjent tal-kontroll għandu jissaħħaħ, kemm fil-livell tal-imsieħeb u kif ukoll fil-livell tal-proġett, b’mod partikolari billi titjieb il-koordinazzjoni u l-fehma mal-korpi tan-NU dwar kwestjonijiet ta’ verifikazzjoni u assigurazzjoni.

49.

Ir-rapport għaraf il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet. Il-kwistjoni tal-verifika ġiet diskussa fis-sitt laqgħa tal-FAFA fi Brussell (f'April 09). It-termini ta' referenza huma użati b'mod konsistenti mill-Kummissjoni matul il-missjonijiet ta' verifika fi sħab tan-Nazzjonijiet Uniti.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

50.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEI għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEI u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-likwidità tagħhom għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità. Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjoni fil-paragrafu 15 dwar il-proviżjoni għall-ispejjeż imġarrba.

 

51.

Minħabba ċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 21, il-Qorti ma setgħetx tivverifika bis-sħiħ l-10 pagamenti magħżula fil-kampjun li saru lil ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk, il-Qorti ma tistax tesprimi opinjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa, li tammonta għal 190 miljun euro, jiġifieri 6,7 % tan-nefqa annwali.

 

52.

Soġġetta għal-limitazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti u abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008:

52.

a)

id-dħul u l-impenji tal-FEI kienu ħielsa minn żball materjali; u

 

b)

il-pagamenti tal-FEI kienu milquta minn żball materjali. Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli qiegħda bejn it-2 % u l-5 %.

b)

Il-Kummissjoni trid tindika li r-rata ġenerali ta' żbalji kienet affettwata b'mod qawwi ħafna minn delegazzjoni waħda li kellha taħdem f'ambjent ta' wara kunflitt.

53.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid huma parzjalment effettivi biex jassiguraw ir-regolarità tal-pagamenti. L- Anness 1 , il- Parti 2 tagħti ħarsa lejn l-evalwazzjoni tal-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid (38).

 

54.

Fl-2008 EuropeAid kompla jagħmel titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tiegħu. Huwa beda juża t-termini ta’ referenza ġodda għall-verifiki u implimenta sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni, il-Verifika CRIS, li għandha ttejjeb il-kapaċità tal-EuropeAid biex jippjana u jissorvelja l-verifiki, u kif ukoll janalizza u jsegwi s-sejbiet tal-verifika u r-rakkomandazzjonijiet. Ir-Rapport ta’ Attività Annwali huwa strutturat aħjar, huwa aktar ċar u informattiv, partikolarment minħabba użu akbar ta’ indikaturi kwantitattivi. Hemm ambitu għal istruzzjonijiet aktar ċari dwar kif ir-riżultati tal-varji kontrolli jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali u biex jiġi żviluppat indikatur prinċipali biex jistma l-impatt finanzjarju tal-iżbalji residwali wara li l-kontrolli ex-ante u ex-post kollha jkunu ġew implimentati.

54.

Il-Kummissjoni tagħraf li bħala parti mill-isforzi kontinwi biex titjieb is-sistema ġenerali ta' kontroll intern, hemm bżonn ta' aktar ħidma fejn tidħol l-arkitettura tas-sistemi ta' kontroll għal għajnuna esterna u l-kontribuzzjoni ta' dawn għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali. B'din l-intenzjoni, u f'rabta mal-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-riskju tollerabbli, EuropeAid se tniedi aġġornament tal-istrateġija tagħha ta' kontroll fl-2010.

55.

EuropeAid waqqaf strateġija tal-kontroll komprensiva u qiegħed isegwi l-isforzi tiegħu biex jassigura implimentazzjoni aktar effiċjenti u effettiva tal-kontrolli. Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati f'dan il-kuntest:

55.

a)

il-kontrolli ex-ante għandhom jittejbu billi jkun hemm fok akbar fuq ir-riskji prinċipali;

a)

Kontrolli ex-ante ta' kull transazzjoni, waħda waħda, qabel ma tkun awtorizzata hija l-mekkaniżmu ta' assikurazjoni primarju biex kollox jimxi skont ir-regoli. Kontrolli ex-ante huma importanti peress li dawn iwarrbu l-iżbalji u jevitaw il-ħtieġa ta' azzjoni korrettiva ex-post. Il-livell ta' riskju jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-kontrolli li jsiru. EuropeAid implimentat għadd ta' miżuri b'mod partikolari fejn jidħol it-taħriġ sabiex tieħu f'kunsiderazzjoni aħjar ir-riskji rikorrenti.

b)

għandhom jiġu ppreparati pjanijiet tal-verifika annwali abbażi ta’ analiżi tar-riskju aktar strutturata u evalwazzjoni aktar realistika tar-riżorsi disponibbli għal dan il-għan;

b)

L-analiżi ta' riskju li għandha ssir bi tħejjija għall-Pjan Annwali ta' Verifika tipprevedi grad ta' flessibbiltà li huwa neċessarju f'kuntest ta' għajnuna esterna li huwa kumpless u dejjem ivarja. Madankollu, iridu jiġu rispettati prinċipji bażiċi fil-metodoloġija.

Fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-PAV tal-2009, id-Delegazzjonijiet ġew mitluba jagħtu attenzjoni speċifika lejn id-disponibbiltà tar-riżorsi.

c)

l-implimentazzjoni ta’ pjanijet tal-verifika annwali għandha tkun issorveljata mill-qrib matul is-sena sabiex jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti u tittieħed azzjoni korrettiva f’waqtha;

c)

Sa minn Ġuju 2008, l-eżekuzzjoni tal-PAV ġiet monitorjata regolarment mit-tmexxija ta' EuropeAid. Bil-qsim tal-implimentazzjoni skont iż-żona ġeografika u skont il-kwartieri/Delegazzjonijiet tkun tista' tittieħed azzjoni korrettiva xierqa.

d)

il-funzjonalitajiet tal-Verifika CRIS għandhom ikunu żviluppati biex jippermettu sorveljanza aktar effiċjenti u effettiva tal-attivitajiet tal-verifika kif ukoll analiżi u segwitu tas-sejbiet tal-verifika u r-rakkomandazzjonijiet;

d)

Il-Verifika CRIS qed tittejjeb fuq bażi regolari.

Pereżempju, mill-bidu tal-2009, kull verifika li saret bil-CRIS hija awtomatikament marbuta ma' numru tal-Verifika CRIS, li bih jiġi komplut il-proċess ta' reġistrazzjoni fil-Verifika CRIS.

Titjib ieħor huwa ppjanat għax-xhur li ġejjin, bħal reġistrazzjoni aktar preċiża tar-riżultati tal-verifiki, u ta' nefqa ineliġibbli.

e)

il-EuropeAid għandu jassigura li d-Delegazzjonijiet jirreġistraw id-data fil-Verifika CRIS b’mod komprensiv u f’waqtu;

e)

Fil-bidu tal-2008, intbagħtet nota istruttiva mid-Direttur-Ġenerali li biha talab lis-servizzi kkonċernati (kwartieri u Delegazzjonijiet) biex idaħħlu l-verifiki kollha fil-Verifika CRIS. Dan kien monitorat fl-2009 u l-unitajiet responsabbli b'mod regolari fakkru lill-Managers tal-Kompiti tal-Verifika b'dan l-obbligu.

f)

fid-dawl tar-riżultati tal-approċċ adottat mid-Direttorat responsabbli mill-pajjiżi AKP, il-EuropeAid għandu jwettaq reviżjoni tas-sistema ta’ kontroll ex-post bil-ħsieb li jiġi evalwat il-bżonn u l-vijabbiltà ta’ estensjoni fl-ambitu ta’ tali kontrolli.

f)

Fejn jidħlu kontrolli transazzjonali ex post, EuropeAid bħalissa qed tevalwa jekk il-kontrolli li saru mid-Direttorat responsabbli mill-pajjiżi tal-AKP jistgħux jiġu estiżi għal Direttorati oħra. Madankollu, dan se jkun soġġett għal allokazzjonijiet ta' prijorità u għal restrizzjonijiet ta' riżorsi.

56.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ għall-baġit, il-Qorti tirrakkomanda li l-EuropeAid:

56.

a)

isegwi l-isforzi tiegħu biex isostni d-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-eliġibbiltà tal-appoġġ għall-baġit billi juri b’mod strutturat u formali li l-pajjiż li jirċievi għandu programm ta’ riforma rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet kollha sinifikanti fuq skeda ta’ żmien prevedibbli u li jkun hemm impenn min-naħa tal-pajjiż biex jimplimentah;

a)

Il-Kummissjoni taqbel u qed tkompli tirrevedi l-linji ta' gwida tagħha biex tindirizza dan il-punt. Hu mistenni li dan ikun lest sa tmiem l-2009. Il-Kummissjoni beħsiebha wkoll li tkompli ttejjeb it-trasparenza tas-sostenn tagħha għall-baġit billi ttejjeb is-sistema tagħha ta' kif tirrapporta.

b)

jiżgura li l-ftehimiet ta’ finanzjament kollha futuri jagħtu bażi komprensiva u ċara għall-evalwazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ pagament.

b)

Il-Kummissjoni qed tkompli tirrevedi l-linji ta' gwida tagħha biex tindirizza dan il-punt. Hu mistenni li dan ikun lest sa tmiem l-2009.

(1)  Il-Konvenzjoni ta’ Yaoundé I tiddata mill-1964. Il-ftehim l-aktar reċenti (Cotonou) jiddata mit-23 ta’ Ġunju 2000 u kien revedut fil-25 ta’ Ġunju 2005.

(2)  Ara l-Artikoli 118, 125 u 134 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI (ĠU L 78, 19.3.2008. Fl-Opinjoni tagħha Nru 9/2007 dwar il-proposta għal dan ir-Regolament (ĠU C 23, 28.1.2008), il-Qorti enfasizzat illi dawn id-dispożizzjonijiet inaqqsu l-ambitu tal-poteri ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew.

(3)  Ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI li hemm referenza għalih hawn fuq) jiffissa r-regoli għall-verifika ta' dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti.

(4)  L-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI.

(5)  Il-Ftehim ta’ Cotonou, l-Anness IV, l-Artikolu 35.

(6)  Ara l-Kapitolu 8 tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit dwar is-sena finanzjarja 2008.

(7)  Tirrappreżenta 0,6 % tal-pagamenti tal-2008.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni PE/2008/4803 tad-29.8.2008.

(9)  L-Artikoli 118 u 124.

(10)  Ir-rendikonti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-likwidità u t-tabella tal-partiti pagabbli lill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp. Ir-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni mogħtija mill-BEI mhumiex koperti minn din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (ara n-nota tal-qiegħ 11).

(11)  Skont l-Artikoli 1 u 103(3) tar-Regolment Finanzjarju applikabbli għad-disa’ FEI u l-Artikoli 2, 3, 4 u 125(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tad-disa’ u l-għaxar FEI li huma ġestiti mill-BEI u li huwa responsabbli għalihom.

(12)  Fil-livell tal-Kummissjoni, il-maniġment jinkludi l-Membri tal-Istituzzjoni, l-Uffiċjali li Jawtorizzaw b’delegazzjoni u b’subdelegazzjoni, l-Uffiċjal tal-Kontabilità u l-persunal prinċipali tal-unitajiet finanzjarji, tal-verifika jew tal-kontroll. Fil-livell tal-Istati Benefiċjarji, il-maniġment jinkludi Uffiċjali Nazzjonali li Jawtorizzaw, l-Uffiċjali tal-Kontabilità, l-Aġenti tal-Pagament u l-persunal prinċipali tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw.

(13)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-FEI huma dedotti mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom Standards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir- “Rendikonti finanzjarji konsolidati” għas-sena finanzjarja 2008 huma ppreparati abbażi tar-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEI, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti għall-ambjenti speċifiku tal-Komunitajiet, filwaqt li r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-FEI ikomplu jkunu bbażati primarjament fuq movimenti tal-flus kontanti.

(14)  Ara l-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI: ir-rendikonti finanzjarji għandhom jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tad-dħul u l-infiq tal-flus, u t-tabella tal-elementi pagabbli lill-FEI.

(15)  Ara l-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI: ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandhom jinkludu tabelli li jiddeskrivu l-approprijazzjonijiet, l-impenji u l-pagamenti.

(16)  Għall-qosor, it-termimu “ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet” jintuża tul ir-rapport biex jirrappreżenta “il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi”.

(17)  Il-paragrafu 17.

(18)  L-Unjoni Afrikana, il-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(19)  L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(20)  Il-Qorti tiffissa l-limitu ta’ materjalità għal 2 %.

(21)  Minbarra l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, l-għajnuna lill-Balkani tal-Punent, l-għajnuna umanitarja, l-għajnuna makrofinanzjarja, il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (CFSP) u l-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida.

(22)  Il-paġna 43.

(23)  Il-paragrafu 55(b).

(24)  Il-paragrafu 56(f).

(25)  Il-verifiki jinkludu kemm verifiki tal-assigurazzjoni u kif ukoll tipi ta’ inkarigi oħrajn, b’mod partikolari kontrolli tal-konformità (erba’ pilastri) fuq il-kontabilità ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kontroll intern, il-verifika u l-proċeduri tal-akkwist ma’ standards aċċettati internazzjonalment u missjonijiet ta’ verifikazzjoni sussegwenti.

(26)  Titjib aktar riċenti, li se jidħol fis-seħħ mill-2009, jikkonċerna proċess ta’ ppjanar modifikat għall-pjan tal-verifika annwali u gwida ġdida għall-Maniġers tal-Kompitu tal-Verifika maħruġa f’Novembru 2008.

(27)  Il-paragrafu 46.

(28)  L-Artikolu 61(2)(a).

(29)  Ara l-paragrafi 28 u 29 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2005 dwar l-għajnuna mill-baġit tal-FEI lill-pajjiżi AKP (ĠU C 249, 7.10.2005).

(30)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2008 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 32 (ĠU L 88, 31.3.2009).

(31)  Il-paragrafu 55 (ĠU C 259, 31.10.2007).

(32)  Il-paragrafu 56(a) (ĠU C 286, 10.11.2008).

(33)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafi 46 u 47.

(34)  Il-paragrafu 85.

(35)  Il-paragrafu 27.

(36)  Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Ir-Rapport Annwali lill-Awtorità ta’ Kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2008 (COM(2009) 419 finali tal-5.8.2009).

(37)  Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv.

(38)  Ara l-Kapitolu 8, Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir, tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 għal evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ECHO.

(39)  Allokazzjonijiet inizjali għas-7, it-8, id-9 u l-10 FEI, interessi, riżorsi varji u trasferimenti minn FEI preċedenti.

(40)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(41)  Dawn il-figuri ma jinkludux ammont ta' 9 818 miljun euro għas-7 FEI li ngħalaq matul is-sena.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, abbażi tar-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2008.


ANNESS 1

IL-PARTI 1:   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET IBBAŻAT FUQ IL-KAMPJUN

1.1 —   Daqs tal-kampjun

Sena

Għadd ta' Impenji ttestjati

Għadd ta' tranżazzjonijiet ta' Ħlas ittestjati

2008

45

170

2007

60

148


1.2 —   Struttura tal-kampjun

Perċentwal ta' tranżazzjonijiet ittestjati li kienu

2008

2007

Proġetti

Appoġġ għall-baġit

TOTAL

Impenji

Impenji globali

33 %

22 %

56 %

50 %

Impenji legali individwali

44 %

0 %

44 %

50 %

Total

78 %

22 %

100 %

100 %

Ħlasijiet

Ħlasijiet Bil-quddiem

24 %

0 %

24 %

0 %

Interim/finali

65 %

12 %

76 %

100 %

Total

88 %

12 %

100 %

100 %


1.3 —   Il-frekwenza u l-impatt meqjus ta' żbalji fil-kampjun ta' pagamenti interim/finali

Żbalji

2008

2007

Proġetti

Appoġġ għall-baġit

TOTAL

Frekwenza tal-iżball:

25 %

{27}

40 %

{8}

27 %

{35}

37 %

{55}

Frekwenza tal-iżbalji kwantifikabbli:

38 %

{15}

9 %

{1}

31 %

{16}

53 %

{31}

Impatt tal-iżbalji kwantifikabbli:

Ir-rata tal-żball l-aktar probabbli li taqa' fil-firxa (1)

Bejn 2 % u 5 %

Taħt it-2 %

Bejn 2 % u 5 %

Bejn 2 % u 5 %


1.4 —   Tipi ta' żbalji fil-kampjun ta' ħlasijiet interim/finali

Perċentwal ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet ittestjati li jikkonċernaw

2008

2007

Proġetti

Appoġġ għall-baġit

TOTAL

Żbalji kwantifikabbli

Ta' eliġibbiltà

47 %

0 %

44 %

68 %

Ta' okkorrenza

47 %

0 %

44 %

23 %

Ta' preċiżjoni

7 %

100 %

13 %

10 %

Total

100 %

100 %

100 %

100 %

Żbalji mhux kwantifikabbli

Żbalji mhux kwantifikabbli li jista' jkollhom impatt finanzjarju

20 %

60 %

31 %

79 %

Żbalji mhux kwantifikabbli fejn l-impatt finanzjarju mhux possibbli li jiġi kkwantifikat

32 %

40 %

34 %

0 %

Żball mhux kwantifikabbli bl-ebda impatt finanzjarju

48 %

0 %

34 %

21 %

Total

100 %

100 %

100 %

100 %

IL-PARTI 2:   EVALWAZZJONI TAS-SISTEMI TA' SORVELJANZA U KONTROLL MAGĦŻULA

Sistema kkonċernata

Kontrolli ex-ante

Verifika esterna

Monitoraġġ

Verifika interna

Evalwazzjoni ġenerali

 

Kwalità

Kwantità/implimentazzjoni tal-pjan tal-verifika

Missjonijiet ta' monitoraġġ

Kontrolli ex-post

Verifika

 

 

Kwalità

Kwantità

 

Segwitu għas-sejbiet tal-verifika individwali/Proċeduri ta' rkupru effettivi

Monitoraġġ ġenerali mis-servizzi ċentrali ta' verifiki kkummissjonati mid-Delegazzjonijiet

Servizzi Ċentrali tal-EuropeAid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Delegazzjonijiet

 

 

 

M/A

M/A

M/A

 

M/A

 

 


Kodiċi:

 

Effettiv

 

Parzjalment effettivi

 

Mhux effettiv

M/A

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat


(1)  Il-Qorti tiddistingwi tliet firxiet għar-rata ta' żball l-aktar probabbli: taħt it-2 %, bejn 2 % u 5 %, 'il fuq minn 5 %.

Il-ċifri fil-parenteżi {} huma numri assoluti.


ANNESS 2

IS-SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAD-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

 

L-osservazzjoni tal-Qorti

L-analiżi tal-Qorti

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

Ir-risposta tal-Kummissjoni

1.

L-istrateġija ta’ kontroll tal-EuropeAid għandha tinkludi indikaturi prinċipali li jsostnu l-livell ta’ assigurazzjoni li għandu jingħata mid-Direttur-Ġenerali, il-kopertura ta’ xi kontrolli, il-koordinazzjoni bejn kontrolli ex-ante u l-kontrolli ex-post, kif ukoll ir-riżorsi umani meħtieġa.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(a))

Fl-2008 EuropeAid kompla jagħmel titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tiegħu. Beda juża t-termini ta’ referenza ġodda għall-verifiki u implimenta sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni, il-Verifika CRIS, li għandha ttejjeb il-kapaċità tal-EuropeAid biex jippjana u jissorvelja l-verifiki, u kif ukoll biex janalizza u jsegwi s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika. Ir-Rapport ta’ Attività Annwali huwa strutturat aħjar, b’mod aktar ċar u aktar informattiv, b’mod partikolari minħabba l-użu ta’ indikaturi kwantitattivi.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 54)

EuropeAid waqqaf strateġija tal-kontroll komprensiva u qiegħed isegwi l-isforzi tiegħu biex jassigura implimentazzjoni aktar effiċjenti u effettiva ta’ xi kontrolli.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 55)

Hemm ambitu għal istruzzjonijiet aktar ċari dwar kif ir-riżultati tal-varji kontrolli jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali u biex jiġi żviluppat indikatur prinċipali biex jistma l-impatt finanzjarju tal-iżbalji residwali wara li l-kontrolli ex-ante u ex-post kollha jkunu ġew implimentati.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 54)

Il-Kummissjoni tagħraf li bħala parti mill-isforzi kontinwi biex titjieb is-sistema ġenerali ta' kontroll intern, hemm bżonn ta' aktar ħidma fejn tidħol l-arkitettura tas-sistemi ta' kontroll għal għajnuna esterna u l-kontribuzzjoni ta' dawn għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali. B'din l-intenzjoni, u f'rabta mal-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-riskju tollerabbli, EuropeAid se tniedi aġġornament tal-istrateġija tagħha ta' kontroll fl-2010.

2.

Għandha titwettaq reviżjoni biex jiġi evalwat jekk is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u d-Delegazzjonijiet għandhomx il-livell u t-tip ta’ riżorsi umani meħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-kontrolli.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(b))

Ir-rapport ta’ attività annwali jirreferi għal limitazzjonijiet sinifikanti tal-persunal. Il-proporzjon għoli ta’ persunal ta’ terminu qasir fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u l-bdil marbut mar-reklutaġġ jingħad li jirriżultaw f’telf ta’ memorja tal-istituzzjoni, li għandu effetti dannużi fuq il-kontinwità u l-viżibbiltà tal-ġestjoni operattiva u fuq l-użu effiċjenti tar-riżorsi. Fid-Delegazzjonijiet, ir-rata ta’ karigi battala hija ppreżentata bħala għolja u għalhekk perikoluża u għandha tendenza li tiżdied.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 30)

F'sitwazzjoni fejn mhu se jkun hemm l-ebda żieda ta' postijiet fil-Kummissjoni sal-2013, EuropeAid qed tindirizza kwistjonijiet marbuta mal-persunal permezz ta' tliet elementi:

Evalwazzjoni dettaljata ta' dak li hemm bżonn abbażi ta' evalwazzjonijiet tal-ammont ta' xogħol li jsiru kull sena sew għas-sezzjoni ta' Operazzjoni u kif ukoll dik tal-Finanzi, Kuntratti u Verifika fid-Delegazzjonijiet. L-għażla u l-ingaġġ ta' persunal bi kwalifiki u ħiliet li huma meħtieġa biex jilqgħu għall-ħtiġijiet; il-bordijiet ta' għażla huma magħmula mis-servizzi kollha relevanti ġeografiċi u tematiċi; programm estensiv ta' taħriġ li jirrispondi għall-ħtiġijiet preżenti ta' ġestjoni ta' għajnuna esterna fid-Delegazzjoni u fil-kwartieri ġenerali.

(Ir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 31 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2008).

Ittieħdet azzjoni sodisfaċenti fil-kuntest tal-ambjent ta' tkabbir żero.

 

3.

Il-ġestjoni tal-organizzazzjonijiet implimentattivi għandha tkun sostnuta aħjar. Din għandha tinvolvi preżenza akbar ta’ persunal tad-Delegazzjoni fil-qasam, sistemi tal-kontabilità ta' sostenn u taħriġ speċjalment għal proġetti implimentati minn estimi tal-programm;

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(c))

B’mod ġenerali, id-Delegazzjonijiet kienu konxji minn dawn in-nuqqasijiet u l-affidabbiltà li kienu poġġew fuq dawn il-kontrolli kienet limitata. Huma kienu ħadu wkoll miżuri xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati, b’mod partikolari billi ħtieġu verifiki mandatorji u verifikazzjonijiet tan-nefqa qabel l-għeluq finanzjarju tal-proġetti, billi kkummissjonaw verifiki tekniċi ta’ kuntratti ta’ xogħol għaddejjin u billi taw assistenza teknika biex tissaħħaħ il-kapaċità tas-servizzi tan-NAO. Barra dan, fl-2008 l-EuropeAid beda xogħol immirat biex jipproduċi għodod aħjar ta’ gwida u komunikazzjoni biex jindirizzaw nuqqasijiet rikorrenti identifikati fil-livell tal-benefiċjajri finali u tal-organizzazzjonijiet implimentattivi.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 35)

Ittieħdet azzjoni sodisfaċenti.

 

4.

Il-kontrolli mwettqa mid-Delegazzjonijiet qabel ma jiġu awtorizzati l-pagamenti għandhom janalizzaw aktar bir-reqqa t-talbiet għall-pagamenti u jiffukaw aktar fuq ir-realtà, l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa. Il-kwalità tax-xogħol imwettaq mis-sorveljaturi u l-awdituri għandha tiġi ssorveljata aħjar.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(d))

Il-Qorti evalwat li l-kontrolli ex-ante huma parzjalment effettivi biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kalkolu tal-ammonti ddikjarati, id-disponibbiltà tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa u l-konformità mar-regoli tal-akkwist. Kif indikat fil-paragrafu 25, l-iżbalji li nstabu fl-Angola huma minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ma jpoġġux f’diskussjoni s-sistema ta’ kontrolli ex-ante tad-Delegazzjoni.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 33)

Il-kontrolli ex-ante għandhom jittejbu billi jsir fok akbar fuq ir-riskji prinċipali

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 55(a))

Kontroli ex-ante ta' kull tranżazzjoni, waħda waħda, qabel ma tkun awtorizzata huwa l-mekkaniżmu ta' assikurazjoni primarju biex kollox jimxi skont ir-regoli. Kontrolli ex-ante huma importanti peress li dawn iwarrbu l-iżbalji u jevitaw il-ħtieġa ta' azzjoni korrettiva ex-post. Il-livell ta' riskju jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-kontrolli li jsiru.

Il-Kummissjoni ddefiniet termini ta' referenza speċifiċi għall-verifika teknika tal-infrastruttura, li ilhom disponibbli għad-Delegazzjonijiet mill-2009.

Barra minn dan, is-servizzi ċentrali ta' EuropeAid qed jagħmlu analiżi ta' kwalità tar-rapporti ta' verifika.

5.

L-implimentazzjoni tal-Verifika CRIS għandha tippermetti sorveljanza tal-kopertura tal-verifika u r-riżultati tal-verifika. Informazzjoni kwalitattiva fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet magħmula u t-titjib li għandu jidħol fis-seħħ biex jindirizza s-sejbiet hija importanti ħafna biex tassigura li l-objettivi aħħarija tal-ikkommissjonar tal-verifiki jintlaħqu.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(e))

Għalkemm ma kinux kompletament operattivi fl-2008, peress li dik kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, l-użu tat-termini ta’ referenza ġodda standardizzati għal madwar żewġ terzi tal-verifiki mnedija u l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (Verifika CRIS) huma passi importanti ’l quddiem biex jiżguraw rappurtar aktar konsistenti minn awdituri u monitoraġġ xieraq ta’ attivitajiet tal-verifika u analiżi tar-riżultati tal-verifika.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 36)

Il-funzjonalitajiet tal-Verifika CRIS għandhom ikunu żviluppati biex jippermettu sorveljanza aktar effiċjenti u effettiva tal-attivitajiet tal-verifika kif ukoll analiżi u segwitu tas-sejbiet tal-verifika u r-rakkomandazzjonijiet.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 55(d))

Il-Verifika CRIS qed tittejjeb fuq bażi regolari u qed jitħaddmu funzjonalitajiet ġodda (rabta ta' kuntratt ta' verifika CRIS ma' numru ta' verifika CRIS) mill-2009. Titjib ieħor huwa ppjanat għax-xhur li ġejjin, bħal reġistrazzjoni aktar preċiża tar-riżultati tal-verifiki, u tal-infiq ineliġibbli.

6.

Il-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu eżami aħjar ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn biex jassiguraw li t-tranżazzjonijiet mhumiex milquta minn żbalji ta’ eliġibbiltà jew ta’ okkorrenza u kif ukoll biex jivverifikaw jekk il-kontrolli mwettqa qabel ġie awtorizzat il-pagament kinux xierqa.

(Ir-Rapport Annwali 2007, il-paragrafu 55(f))

Is-sistema ta’ kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet ta’ EuropeAid tipprovdi mekkaniżmu effettiv għall-identifikazzjoni ta’ żbalji ta’ konformità li jolqtu t-tranżazzjonijiet iżda hija inqas effettiva biex tidentifika żbalji li għandhom impatt fuq l-ammont tal-pagament. Il-Qorti nnutat li, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-FEI, id-Direttorat responsabbli għall-pajjiżi AKP kien estenda l-ambitu ta’ dawn il-kontrolli matul l-2008: huwa wettaq kontrolli sistematiċi fuq kampjun ta’ dokumenti li jsostnu n-nefqa ddikjarata u fuq il-preċiżjoni tal-kalkoli dwar ir-reviżjonijiet tal-prezz. Barra dan, huwa introduċa segwitu ta’ nofs is-sena tal-azzjonijiet meħuda mid-Delegazzjonijiet b’reazzjoni għas-sejbiet ta’ dawn il-kontrolli. Dan it-tip ta’ approċċ aktarx itejjeb ir-rilevanza u l-effettività tal-kontrolli ex-post tat-tranżazzjonijiet kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżami tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli ex-ante imwettqa mill-uffiċjali li jawtorizzaw.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 43)

Fid-dawl tar-riżultati tal-approċċ adottat mid-Direttorat responsabbli għall-pajjiżi AKP, il-EuropeAid għandu jwettaq reviżjoni tas-sistema ta’ kontroll ex-post bil-ħsieb li jiġi evalwat il-bżonn u l-vijabbiltà ta’ estensjoni fl-ambitu ta’ tali kontrolli.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 55(f))

Fejn jidħlu kontrolli transazzjonali ex post, EuropeAid bħalissa qed tevalwa jekk il-kontrolli li saru mid-Direttorat responsabbli mill-pajjiżi tal-AKP jistgħux jiġu estiżi għal reġjuni oħra. Madankollu, dan se jkun soġġett għal allokazzjonijiet ta' prijorità u għal restrizzjonijiet ta' riżorsi.

7.

Il-metodoloġija standardizzata biex tissorvelja l-missjonijiet għandha tiġi finalizzata u l-għadd ta’ tali missjonijiet għandu jiżdied. Il-metodoloġija l-ġdida għandha żżomm il-fok fuq l-eżami tat-twaqqif u l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 55(g))

Fl-2008 s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid wettqu tmien missjonijiet ta’ monitoraġġ. Dawn il-missjonijiet kienu mfassla tajjeb u identifikaw rakkomandazzjonijiet rilevanti biex itejbu l-kontroll intern fid-Delegazzjonijiet eżaminati.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 42)

Ittieħdet azzjoni sodisfaċenti.

 

8.

L-osservanza tal-Ftehim ta’ Cotonou għandha titqabbel mar-rekwiżiti bażiċi, bħad-disponibbiltà ta’ kontijiet ippubblikati u vverifikati fil-ħin, u għandhom ikunu ssodisfati qabel ma jingħata l-appoġġ għall-baġit.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(a))

EuropeAid għandu jassigura, qabel il-bidu ta’ programm ta’ appoġġ għall-baġit, li hemm evalwazzjoni ċara u kompleta tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u li l-pajjiż destinatarju għandu programm ta’ riforma kredibbli u rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet kollha sinifikanti skont skeda ta’ żmien prevedibbli;

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(d))

Fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2006 u 2007 , il-Qorti rrakkomandat li l-osservanza tal-Ftehim ta’ Cotonou għandha tiġi pparagunata mar-rekwiżiti ta’ bażi. Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni għax ikkunsidrat li mhux xieraq li jiġu ffissati standards minimi komuni biex jiġu applikati b’mod uniformi fil-pajjiżi kollha. Bħalma tenna l-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, dan l-approċċ jagħti lill-Kummissjoni grad għoli ta’ diskrezzjoni li għandu jiġi bbilanċjat bi grad ugwalment għoli ta’ trasparenza. Kif intqal mill-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 2/2005 dwar l-appoġġ għall-baġit mill-FEI għall-pajjiżi AKP, dan jeħtieġ li l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou tiġi ppreżentata b’mod strutturat u formalizzat.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 45)

EuropeAid għandu jsegwi l-isforzi tiegħu biex isostni d-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-eliġibbiltà tal-appoġġ għall-baġit billi juri b’mod strutturat u formali li l-pajjiż li jirċievi għandu programm ta’ riforma rilevanti biex jindirizza n-nuqqasijiet kollha sinifikanti fuq skeda ta’ żmien prevedibbli u li jkun hemm impenn min-naħa tal-pajjiż biex jimplimentah.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 56(a))

Il-Kummissjoni taqbel u qed tkompli tirrevedi l-linji ta' gwida tagħha biex tindirizza dan il-punt. Hu mistenni li dan ikun lest sa tmiem l-2009.

9.

L-indikaturi tal-prestazzjoni użati għandhom jippermettu li toħroġ evidenza ċara tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fejn dan ikun xieraq. Dan ikun jista' jinkiseb bit-tisħiħ ta’ indikaturi li jkejlu l-progress tar-riżultati fuq firxa ta' żmien, flimkien ma’ indikaturi tal-proċess fuq il-prestazzjoni ta' avvenimenti ta' darba.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(b))

Il-Qorti se ssegwi dawn l-osservazzjonijiet fil-verifiki mhux tad-DAS tagħha

 

10.

Sabiex tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi b'mod strutturat, il-Kummissjoni għandha tassigura illi d-data użata bħala bażi għad-deċiżjonijiet tal-infiq tkun affidabbli u għandha sserraħ aktar fuq il-kejl ta' avvenimenti li jkunu diġà seħħew milli fuq previżjonijiet ta' avvenimenti fil-ġejjieni.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(c))

Il-Qorti se ssegwi dawn l-osservazzjonijiet fil-verifiki mhux tad-DAS tagħha

 

11.

Il-kwalità tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament għandha tittejjeb billi jiġu inklużi kundizzjonijiet ġenerali fil-każijiet kollha, stipulazzjonijiet mhux ambigwi u rekwiżiti ċari għall-progress tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(e))

Kif intqal fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar il-FEI għas-sena finanzjarja 2007, il-ftehimiet ta’ finanzjament ta’ programmi ta’ sostenn tal-baġit taħt id-disa’ FEI ta’ sikwit huma inkompleti u mhux ċari, u għalhekk ma jipprovdux qafas ċar biżżejjed biex titwettaq evalwazzjoni strutturata u formalizzata bħal din. Fl-2008 l-Qorti nnutat titjib sinifikanti fil-ftehimiet finanzjarji tal-programm tal-appoġġ għall-baġit iffinanzjati taħt l-għaxar FEI. F’xi każijiet hemm lok għal aktar titjib fl-identifikazzjoni kemm ta’ miżuri ta’ prijorità ta' ġestjoni finanzjarja pubblika li għandhom jiġu implimentati mill-pajjiż li jirċievi u kif ukoll ta’ sorsi ta’ informazzjoni biex jiċċekkjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet miftehma.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 46)

Il-EuropeAid għandu jiżgura li l-ftehimiet ta’ finanzjament kollha futuri jagħtu bażi komprensiva u ċara għall-evalwazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ pagament.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008, il-paragrafu 56(b))

Il-Kummissjoni tilqa' tajjeb l-għarfien mill-Qorti li l-isforzi li qed tagħmel bħalissa biex titjib iċ-ċarezza u l-istruttura ta' evalwazzjonijiet ta' eliġibbiltà qed jagħtu r-riżultati. L-attenzjoni tagħna hija fuq it-tkomplija tal-proċess ta' titjib bil-għan li jiġi eliminat kull każ ta' ambigwità fl-evalwazzjonijiet tagħna. Dan għandu jinkiseb permezz ta' aktar irfinar fil-linji ta' gwida għas-sostenn għall-baġit, bit-taħriġ u bil-promozzjoni tal-għarfien tal-importanza li l-eliġibbiltà tiġi ppruvata b'mod strutturat u formali.

12.

Għandha tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani abbażi ta’ analizi tal-ħila u t-tagħrif meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni tal-appoġġ għall-baġit b’konsiderazzjoni għaż-żieda fl-importanza tiegħu.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2007, il-paragrafu 56(f))

Il-kandidati għal postijiet marbuta mas-sostenn għall-baġit jiġu eżaminati u magħżula abbażi ta' għarfien u ħiliet ippruvati fejn jidħol is-sostenn għall-baġit. It-taħriġ dwar is-sostenn għall-baġit li ngħata f'dan il-qasam żdied minn 7 korsijiet disponibbli fl-2006 għal 14 fl-2007 u 24 fl-2008. Dan b'żieda ma' taħriġ fil-kwartieri ġenerali, fejn il-parteċipazzjoni medja mid-Delegazzjonijiet hi ta' 40 %. Jiġu wkoll organizzati seminars reġjonali kull sena għal dawk direttament involuti fis-sostenn għall-baġit.

(Ir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 31 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008).

Ittieħdet azzjoni sodisfaċenti.