|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.267.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2009/C 267/01 |
||
|
2009/C 267/02 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2009/C 267/03 |
||
|
2009/C 267/04 |
||
|
2009/C 267/05 |
||
|
2009/C 267/06 |
||
|
2009/C 267/07 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti |
|
|
2009/C 267/08 |
||
|
2009/C 267/09 |
Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Prim’Istanza |
|
|
2009/C 267/10 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
|
Il-Qorti tal-Prim' Istanza |
|
|
2009/C 267/11 |
||
|
2009/C 267/12 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2009/C 267/13 |
||
|
2009/C 267/14 |
||
|
2009/C 267/15 |
||
|
2009/C 267/16 |
||
|
2009/C 267/17 |
||
|
2009/C 267/18 |
||
|
2009/C 267/19 |
||
|
2009/C 267/20 |
||
|
2009/C 267/21 |
||
|
2009/C 267/22 |
||
|
2009/C 267/23 |
||
|
2009/C 267/24 |
||
|
2009/C 267/25 |
||
|
2009/C 267/26 |
||
|
2009/C 267/27 |
||
|
2009/C 267/28 |
||
|
2009/C 267/29 |
||
|
2009/C 267/30 |
||
|
2009/C 267/31 |
||
|
2009/C 267/32 |
||
|
2009/C 267/33 |
||
|
2009/C 267/34 |
||
|
2009/C 267/35 |
||
|
2009/C 267/36 |
||
|
2009/C 267/37 |
||
|
2009/C 267/38 |
||
|
2009/C 267/39 |
||
|
2009/C 267/40 |
||
|
2009/C 267/41 |
||
|
2009/C 267/42 |
||
|
2009/C 267/43 |
||
|
2009/C 267/44 |
||
|
2009/C 267/45 |
||
|
2009/C 267/46 |
||
|
2009/C 267/47 |
||
|
2009/C 267/48 |
||
|
2009/C 267/49 |
||
|
2009/C 267/50 |
||
|
2009/C 267/51 |
||
|
2009/C 267/52 |
||
|
2009/C 267/53 |
||
|
2009/C 267/54 |
||
|
2009/C 267/55 |
||
|
2009/C 267/56 |
||
|
2009/C 267/57 |
||
|
2009/C 267/58 |
||
|
2009/C 267/59 |
||
|
2009/C 267/60 |
||
|
2009/C 267/61 |
||
|
2009/C 267/62 |
||
|
2009/C 267/63 |
||
|
2009/C 267/64 |
||
|
2009/C 267/65 |
||
|
2009/C 267/66 |
||
|
2009/C 267/67 |
||
|
2009/C 267/68 |
||
|
2009/C 267/69 |
||
|
2009/C 267/70 |
||
|
2009/C 267/71 |
||
|
2009/C 267/72 |
||
|
2009/C 267/73 |
||
|
2009/C 267/74 |
||
|
2009/C 267/75 |
||
|
2009/C 267/76 |
||
|
2009/C 267/77 |
||
|
2009/C 267/78 |
||
|
2009/C 267/79 |
||
|
2009/C 267/80 |
||
|
2009/C 267/81 |
||
|
2009/C 267/82 |
||
|
2009/C 267/83 |
||
|
2009/C 267/84 |
||
|
2009/C 267/85 |
||
|
2009/C 267/86 |
||
|
2009/C 267/87 |
||
|
2009/C 267/88 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Prim' Istanza |
|
|
2009/C 267/89 |
||
|
2009/C 267/90 |
||
|
2009/C 267/91 |
||
|
2009/C 267/92 |
||
|
2009/C 267/93 |
||
|
2009/C 267/94 |
||
|
2009/C 267/95 |
||
|
2009/C 267/96 |
||
|
2009/C 267/97 |
||
|
2009/C 267/98 |
||
|
2009/C 267/99 |
||
|
2009/C 267/00 |
||
|
2009/C 267/01 |
||
|
2009/C 267/02 |
||
|
2009/C 267/03 |
||
|
2009/C 267/04 |
||
|
2009/C 267/05 |
||
|
2009/C 267/06 |
||
|
2009/C 267/07 |
||
|
2009/C 267/08 |
||
|
2009/C 267/09 |
||
|
2009/C 267/10 |
||
|
2009/C 267/11 |
||
|
2009/C 267/12 |
||
|
2009/C 267/13 |
||
|
2009/C 267/14 |
||
|
2009/C 267/15 |
||
|
2009/C 267/16 |
||
|
2009/C 267/17 |
||
|
2009/C 267/18 |
||
|
2009/C 267/19 |
Kawża T-315/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD) |
|
|
2009/C 267/20 |
Kawża T-317/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Concord Power Nordal vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/21 |
Kawża T-318/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI) |
|
|
2009/C 267/22 |
Kawża T-320/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2009 — Planet vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/23 |
Kawża T-321/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2009 — skytron energy vs UASI (arraybox) |
|
|
2009/C 267/24 |
Kawża T-327/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2009 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/25 |
||
|
2009/C 267/26 |
||
|
2009/C 267/27 |
Kawża T-330/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2009 — RapidEye vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/28 |
||
|
2009/C 267/29 |
Kawża T-332/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2009 — Electrabel vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/30 |
Kawża T-333/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/31 |
||
|
2009/C 267/32 |
||
|
2009/C 267/33 |
||
|
2009/C 267/34 |
||
|
2009/C 267/35 |
Kawża T-347/09: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/36 |
||
|
2009/C 267/37 |
Kawża T-350/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2009 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/38 |
||
|
2009/C 267/39 |
||
|
2009/C 267/40 |
||
|
2009/C 267/41 |
||
|
2009/C 267/42 |
Kawża T-359/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Jurašinović vs Il-Kunsill |
|
|
2009/C 267/43 |
||
|
2009/C 267/44 |
||
|
2009/C 267/45 |
||
|
2009/C 267/46 |
||
|
2009/C 267/47 |
||
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2009/C 267/48 |
||
|
2009/C 267/49 |
||
|
2009/C 267/50 |
||
|
2009/C 267/51 |
||
|
2009/C 267/52 |
||
|
2009/C 267/53 |
Kawża F-73/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 — Sukup vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/54 |
Kawża F-74/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 — Gowitzke vs Europol |
|
|
2009/C 267/55 |
Kawża F-75/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 267/56 |
||
|
2009/C 267/57 |
||
|
2009/C 267/58 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/1 |
2009/C 267/01
L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/1 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja
2009/C 267/02
Wara l-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej permezz tad-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, tal-25 ta’ Frar 2009 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015, M. Safjan u D. Šváby ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2009.
Wara l-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej permezz tad-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta’ Lulju 2009 (2), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2012, M. Berger ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2009.
Wara l-ħatra ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej permezz tad-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, tal-25 ta’ Frar 2009 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015, N. Jääskinen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2009.
(1) ĠU L 63 tas-7 ta’ Marzu 2009, p. 13
(2) ĠU L 181 tal-14 ta’ Lulju 2009, p. 26
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/2 |
Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja
2009/C 267/03
Fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2009, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej eleġġew, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil M. Skouris bħala President tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2012.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/2 |
Elezzjoni tal-Presidenti tal-Awli
2009/C 267/04
Fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2009, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Tizzano, J.N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts u J.-C. Bonichot bħala Presidenti rispettivament tal-Ewwel, tat-Tieni, tat-Tielet u tar-Raba’ Awli b’ħames imħallfin, għal perijodu ta’ tliet snin li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2012.
Fil-laqgħa tat-8 ta’ Ottubru 2009, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil E. Levits, P. Lindh, R. Silva de Lapuerta u C. Toader bħala Presidenti rispettivament tal-Ħames, tas-Sitt, tas-Seba’ u tat-Tmien Awli bi tliet imħallfin, għal perijodu ta’ sena li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2010.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/2 |
Ħatra tal-Avukat Ġenerali Prinċipali
2009/C 267/05
Il-Qorti tal-Ġustizzja ħatret, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għal perijodu ta’ sena li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2010, P. Mengozzi bħala l-Avukat Ġenerali Prinċipali.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/2 |
Assenjazzjoni tal-Imħallfin
2009/C 267/06
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħat tagħha tat-8 u tad-9 ta’ Ottubru 2009, li tassenja l-imħallfin lill-awli bil-mod li ġej:
|
|
L-Ewwel Awla A. Tizzano, President, A. Borg Barthet, M. Ilešič, E. Levits, J.-J. Kasel, M. Safjan u M. Berger, Imħallfin |
|
|
It-Tieni Awla J.N. Cunha Rodrigues, President, A. Rosas, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh u P. Lindh u A. Arabadjiev, Imħallfin |
|
|
It-Tielet Awla K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, G. Arestis, J. Malenovský, T. von Danwitz u D Šváby, Imħallfin |
|
|
Ir-Raba’ Awla J.-C. Bonichot, President, C.W.A. Timmermans, K. Schiemann, P. Kūris L. Bay Larsen u C. Toader, Imħallfin |
|
|
Il-Ħames Awla E. Levits, President, A. Borg Barthet, M. Ilešič, J.-J. Kasel, M. Safjan u M. Berger, Imħallfin |
|
|
Is-Sitt Awla P. Lindh, President, A. Rosas, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh u A. Arabadjiev, Imħallfin |
|
|
Is-Seba’ Awla R. Silva de Lapuerta, President, E. Juhász, G. Arestis, J. Malenovský, T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin |
|
|
It-Tmien Awla C. Toader, President, C.W.A. Timmermans, K. Schiemann, P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/3 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti
2009/C 267/07
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009, il-lista msemmija fl-Artikolu 11b(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:
|
— |
C.W.A. Timmermans |
|
— |
M. Berger |
|
— |
A. Rosas |
|
— |
D. Šváby |
|
— |
R. Silva de Lapuerta |
|
— |
M. Safjan |
|
— |
K. Schiemann |
|
— |
J.-J. Kasel |
|
— |
P. Kūris |
|
— |
C. Toader |
|
— |
E. Juhász |
|
— |
A. Arabadjiev |
|
— |
G. Arestis |
|
— |
T. von Danwitz |
|
— |
A. Borg Barthet |
|
— |
P. Lindh |
|
— |
M. Ilešič |
|
— |
M. Bay Larsen |
|
— |
J. Malenovský |
|
— |
A. Ó Caoimh |
|
— |
U. Lõhmus |
|
— |
E. Levits |
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2009, il-listi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11c(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli komposti minn ħames imħallfin, kif ġej:
|
|
L-Ewwel Awla A. Borg Barthet M. Berger M. Ilešič M. Safjan E. Levits J.-J. Kasel |
|
|
It-Tieni Awla A. Rosas A. Arabadjiev U. Lõhmus P. Lindh A. Ó Caoimh |
|
|
It-Tielet Awla R. Silva de Lapuerta D. Šváby E. Juhász T. von Danwitz G. Arestis J. Malenovský |
|
|
Ir-Raba’ Awla C.W.A. Timmermans C. Toader K. Schiemann L. Bay Larsen P. Kūris |
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2009, il-listi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11c(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli komposti minn tliet imħallfin, kif ġej:
|
|
Il-Ħames Awla A. Borg Barthet M. Ilešič J.-J. Kasel M. Safjan M. Berger |
|
|
Is-Sitt Awla A. Rosas U. Lõhmus A. Ó Caoimh A. Arabadjiev |
|
|
Is-Seba’ Awla E. Juhász G. Arestis J. Malenovský T. von Danwitz D. Šváby |
|
|
It-Tmien Awla C.W.A. Timmermans K. Schiemann P. Kūris M. Bay Larsen |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/5 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
2009/C 267/08
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fil-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2009, għażlet, għall-perijodu ta’ sena li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2010, it-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b tar-Regoli.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/5 |
Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Prim’Istanza
2009/C 267/09
Wara l-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta’ Frar 2009 (1) u tat-8 ta’ Lulju 2009 (2), H. Kanninen, għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010 u J. Schwarcz, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010, ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2009.
(1) ĠU L 56 tat-28 ta’ Frar 2009, p. 17
(2) ĠU L 181 tal-14 ta’ Lulju 2009, p. 25
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/5 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
2009/C 267/10
Wara l-ħatra ta’ Mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2009 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2015, M.I. Rofes i Pujol ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2009.
(1) ĠU L 156 tad-19 ta’ Ġunju 2009, p. 56
Il-Qorti tal-Prim' Istanza
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/6 |
Elezzjoni ta’ President ta’ Awla
2009/C 267/11
Fis-7 ta’ Ottubru 2009, wara r-riżenja tal-President ta’ Awla V. Tiili, u skont l-Artikoli 7(3) u 15 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim’Istanza eleġġiet lil I. Wiszniewska-Białecka bħala President tal-Ewwel Awla komposta minn ħames Imħallfin u minn tliet Imħallfin għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2009 u l-31 ta’ Awwissu 2010.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/6 |
Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli
2009/C 267/12
Fis-7 ta’ Ottubru 2009, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet, minn naħa, wara d-dħul fil-kariga ta’ Mħallef ta’ H. Kanninen u J. Schwarcz, u, min-naħa l-oħra, wara l-ħatra ta’ I. Wiszniewska-Białecka bħala President tal-Ewwel Awla, li temenda d-deċiżjonijiet tal-Konferenza Plenarja tal-25 ta’ Settembru 2007, tat-8 ta’ Lulju 2008 u tas-17 ta’ Settembru 2008 dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.
Għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Awwissu 2010, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli segwenti:
|
|
L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: I. Wiszniewska-Białecka, President tal-Awla, F. Dehousse, K. Jürimäe, S. Soldevila Fragoso u H. Kanninen, Imħallfin. |
|
|
L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: I. Pelikánová, President tal-Awla, F. Dehousse, K. Jürimäe, S. Soldevila Fragoso u H. Kanninen, Imħallfin. |
|
|
It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: J. Azizi, President tal-Awla, E. Cremona, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen u K. O’Higgins, Imħallfin. |
|
|
It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: O. Czúcz, President tal-Awla, E. Cremona, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen u K. O’Higgins, Imħallfin. |
|
|
Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: M. Vilaras, President tal-Awla, E. Moavero Milanesi, M. Prek, V. Ciucă u J. Schwarcz, Imħallfin. |
|
|
Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: A.W.H Meij, President tal-Awla, V. Vadapalas, T. Tchipev, A. Dittrich u L. Truchot, Imħallfin. |
|
|
Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin: A.W.H Meij, President tal-Awla;
|
|
|
Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: N.J. Forwood, President tal-Awla, E. Moavero Milanesi, M. Prek, V. Ciucă u J. Schwarcz, Imħallfin. |
|
|
Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
|
|
|
It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: M.E. Martins Ribeiro, President tal-Awla, S. Papasavvas, N. Wahl, T. Tchipev u A. Dittrich, Imħallfin. |
|
|
It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin: M.E Martins Ribeiro, President tal-Awla;
|
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Minister voor Vreemdelingenzaken en Integratie vs T. Sahin
(Kawża C-242/06) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Moviment liberu tal-ħaddiema - Introduzzjoni ta’ ħlas sabiex jinkiseb permess ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti - Ksur tal-klawsola ta’ “standstill” stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni)
2009/C 267/13
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister voor Vreemdelingenzaken en Integratie
Konvenut: T. Sahin
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nederlandse Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU L 293, p.1) — Obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż amminstrattivi għall-eżami tat-talba ta’ estensjoni tal-permess ta’ residenza — Estensjoni mitluba wara ż-żmien.
Dispożittiv
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-introduzzjoni, mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew ta’ proroga tal-validità tiegħu jiddependi fuq il-pagament ta’ ħlasijiet, meta l-ammont ta’ dawn il-ħlasijiet sostnut miċ-ċittadini Torok huwa sproporzjonat meta mqabbel ma’ dak mitlub miċ-ċittadini Komunitarji.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-411/06) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Vjaġġi ta’ skart - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 133 KE u 175(1) KE)
2009/C 267/14
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana, M. Huttunen u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u U. Rösslein, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam u G. Le Bras, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, E. O’Neil u S. Behzadi-Spencer, aġenti, A. Dashwood, barrister)
Suġġett
Annullament tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) — Għażla tal-bażi ġuridika — Att li jsegwi żewġ għanijiet jew li għandu żewġ komponenti u li jinneċessita numru ta’ bażijiet ġuridiċi (Artikoli 175(1) KE u 133 (KE))
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
3) |
Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — il-Portugall) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd vs Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
(Kawża C-42/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Operazzjoni ta’ logħob tal-ażżard fuq l-internet)
2009/C 267/15
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd
Konvenut: Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva lil entità partikolari d-dritt li topera, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u l-lotteriji u li tikkunsidra bħala reat l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u teħid, inkluż bl-internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Impriża li teżerċita l-attività ta’ operazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji online u li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor ipprojbita milli tippromwovi, torganizza u topera dawn l-imħatri u lotteriji bl-internet u milli tqiegħed għad-dispożizzzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-prezzijiet
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lil operaturi, bħal Bwin International Ltd, stabbiliti fi Stati Membri oħra, fejn jipprovdu legalment servizzi analogi, milli jipproponu logħob tal-ażżard bl-internet fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-269/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Bonus ta’ inċentiv għal pensjoni ta’ tfaddil - Intaxxar integrali tat-taxxa”)
2009/C 267/16
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C. Blaschke u M. Lumma, aġenti, W. Wellisch, Rechtsanwalt)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 12, 18, u 39 KE, kif ukoll tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bonus ta’ inċentiv għal pensjoni ta’ tfaddil li tissuġġetta l-għoti tal-bonus għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabli tkun suġġetta integralment għat-taxxa fl-Istat Membru, li tipprevedi l-ħlas lura tal-bonus minn meta l-persuna ma tibqax suġġetta għat-taxxa, u li ma tippermettix li jiġi użat il-kapital ikkostitwit fil-kuntest ta’ din is-sistema għax-xiri ta’ dar okkupata mis-sid, ħlief jekk din tkun tinsab fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
|
1) |
Billi adottat u billi żammet id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-pensjonijiet supplimentari stabbiliti fl-Artikoli 79 sa 99 tal-Liġi Federali dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 39 KE u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, kif ukoll skont l-Artikolu 18 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet:
|
|
2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-416/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 91/628/KEE u 93/119/KE - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u fil-ħin tat-tbiċċir jew tal-qtil tagħhom - Ksur strutturat u ġeneralizzat tar-regoli Komunitarji”)
2009/C 267/17
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Charitaki, S. Papaïoannou u E.-M. Mamouna, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 5, 8, 9 u 18(2) tad-Direttiva 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17) — Ksur tal-Artikoli 5(4), 6(1), 13(3) u (4), 15(1), 25, 26 u 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU 2005 L 3, p. 1) — Ksur tal-Artikoli 3, 5(1), 6(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil (ĠU L 340, p. 21)
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji:
ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5A(2)(d)(i) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003, tal-14 ta’ April 2003, u skont il-punt 48(7)(b) tal-Kapitolu VII tal-Anness tal-istess Direttiva, kif emendata mir-Regolament Nru 806/2003, kif ukoll skont l-Artikoli 3, 5(1)(d), 6(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati żewġ terzi mill-ispejjeż. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati terz mill-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ente per le Ville Vesuviane (C-445/07 P), Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-455/07 P)
(Kawża C-445/07 P u C-455/07 P) (1)
(Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Titjib tal-infrastrutturi għal finijiet ta’ żvilupp tal-attività turistika fir-Reġjun ta’ Campania (l-Italja) - Waqfien tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Entità reġjonali jew lokali - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lil din l-entità)
2009/C 267/18
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. Dal Ferro, avvocato) (C-445/07 P), Ente per le Ville Vesuviane (rappreżentant: E. Soprano, avvocato) (C-455/07 P)
Appellati: Ente per le Ville Vesuviane (rappreżentant: E. Soprano, avvocato) (C-455/07), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. Dal Ferro, avvocato) (C-445/07 P)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007, Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni (T-189/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2002)810111, tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali f’Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vesuvjani (ERDF Nru 86/05/04/054)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta’ Lulju 2007, Ente per le Ville vesuviane vs Il-Kummissjoni (T-189/02), hija annullata sa fejn din tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat minn Ente per le Ville Vesuviane għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2002) 810111, tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali f’Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vesuvjani. |
|
2) |
Ir-rikors ta’ Ente per le Ville Vesuviane għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
3) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tal-appell ippreżentat minn Ente per le Ville Vesuviane. |
|
4) |
Ente per le Ville Vesuviane hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza kif ukoll għal dawk marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Modena — l-Italja) — Alberto Severi, f’ismu u bħala rappreżentant legali ta’ Cavazzuti e figli SpA, li saret Grandi Salumifici Italiani SpA vs Regione Emilia-Romagna
(Kawża C-446/07) (1)
(Direttiva 2000/13/KE - Ittikkettjar ta’ prodotti tal-ikel li għandhom jiġu mqassma bħala tali lill-konsumatur - Ittikkettjar li jista’ jqarraq bix-xerrej fir-rigward tal-oriġini jew tal-provenjenza tal-prodott tal-ikel - Ismijiet ġeneriċi fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 - Rilevanza)
2009/C 267/19
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Modena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alberto Severi, f’ismu u bħala rappreżentant legali ta’ Cavazzuti e figli SpA, li saret Grandi Salumifici Italiani SpA
Konvenuta: Regione Emilia-Romagna
Fil-presenza ta’: Associazione fra Produttori per la Tutela del “Salame Felino”
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale civile di Modena — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU L 208, p. 1), li saru l-Artikoli 3(1) u 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/06 — Isem ta’ prodott tal-ikel li jevoka isem ta’ post li mhuwiex irreġistrat bħala DOP u IĠP fis-sens tar-regolament iċċitat qabel — Possibbiltà għall-produtturi li kienu użawh b’bona fede u b’mod kostanti qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament li jużaw dan l-isem fis-suq komuni — “Salame Felino”
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 tal-20 ta’ Diċembru 2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-isem ta’ prodott tal-ikel li fih referenzi ġeografiċi, li kien is-suġġett ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens tar-Regolament Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ġeneriku sakemm eventwalment tiġi kkomunikata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mill-awtoritajiet nazzjonali. In-natura ġenerika ta’ isem, fis-sens tar-Regolament Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2081/92, ma tistax tkun preżunta, sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ddeċidietx dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem, jekk ikun il-każ, billi tiċħad din l-applikazzjoni speċifikament minħabba li l-imsemmi isem ikun sar ġeneriku. |
|
2) |
L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti [prodotti] tal-ikel, għandhom jiġi interpretati fis-sens li l-isem ta’ prodott tal-ikel li jkun jinkludi referenzi ġeografiċi, li mhuwiex irreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, jista’ jkun legalment użat, bil-kundizzjoni li l-ittikkettjar tal-prodott hekk imsemmi ma jqarraqx bil-konsumatur medju, normalment informat, u raġonevolment attent u avżat. Sabiex jevalwaw jekk dan ikunx il-każ, il-qrati nazzjonali jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni t-tul ta’ żmien tal-użu tal-isem. Min-naħa l-oħra, l-eventwali bona fede tal-produttur jew tal-bejjiegħ bl-imnut mhijiex rilevanti f’dan ir-rigward. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-457/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Prodotti għall-bini - Proċedura nazzjonali ta’ approvazzjoni - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċertifikati ta’ konformità maħruġa fi Stati Membri oħra - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża - Tkabbir sussegwenti - Inammissibbiltà)
2009/C 267/20
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, N. Ruiz u C. Farinhas, advogados)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2005 fil-Kawża C-432/03 — Talba sabiex jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — l-Awstrija) — Budejovicky Budvar National Corporation vs Rudolf Ammersin GmbH
(Kawża C-478/07) (1)
(Trattati bilaterali bejn Stati Membri - Protezzjoni fi Stat Membru ta’ indikazzjoni ta’ provenjenza ġeografika ta’ Stat Membru ieħor - Isem “Bud” - Użu tat-trade mark American Bud - Artikoli 28 KE u 30 KE - Regolament (KE) Nru 510/2006 - Qafas ta’ regoli Komunitarji ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka - Miżuri tranżitorji - Regolament (KE) Nru 918/2004 - Kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema Komunitarja - Natura eżawrjenti)
2009/C 267/21
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budejovicky Budvar National Corporation
Konvenuta: Rudolf Ammersin Gmbh.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Handelsgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 918/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jintroduċi arranġamenti transitorji għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ismijiet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel b’konnessjoni mal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja (ĠU L 163, p. 88) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, p. 12) — Isem li la jindika reġjun u lanqas parti mit-territorju tal-Istat ta’ oriġini, protett f’dan l-Istat Membru bħala indikazzjoni ġeografika kklassifikata u li jgawdi wkoll mill-protezzjoni tat-trade marks — Kundizzjonijiet, stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Novembru 2003, Budejovický Budvar (C-216/01), li fihom il-protezzjoni assoluta ta’ isem bħal dan bħala indikazzjoni ġeografika tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-Artikolu 28 KE — Effett tan-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ isem bħal dan fuq livell Komunitarju fuq iż-żamma tal-protezzjoni nazzjonali tagħha li kienet teżisti minn qabel u ta’ dik iggarantita minn ftehim bilaterali fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
|
1) |
Mill-punt 101 tas-sentenza tat-18 ta’ Novembru 2003, Budějovický Budvar (C-216/01) jirriżulta li:
|
|
2) |
Il-qafas ta’ regoli Komunitarji ta’ protezzjoni li jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel għandu natura eżawrjenti b’mod li dan ir-regolament jipprekudi l-applikazzjoni ta’ qafas ta’ regoli ta’ protezzjoni previst minn trattati li jorbtu żewġ Stati Membri, bħat-trattati bilaterali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jagħtu lil isem, rikonoxxut skont il-liġi ta’ Stat Membru bħala li jikkostitwixxi denominazzjoni tal-oriġini, protezzjoni fi Stat Membru ieħor fejn din il-protezzjoni hija effettivament mitluba minkejja li ma kinitx saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal din id-denominazzjoni tal-oriġini skont dan ir-regolament. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV
(Kawża C-519/07 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali - Deċiżjoni Nru 2003/515/KE - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2009/C 267/22
Lingwa tal-proċedura: L-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Noë, aġenti)
Appellata: Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (rappreżentanti E. Pijnacker Hordijk u W. Geursen, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods NV (li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni (T-348/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), sa fejn dan jeskludi mill-iskema tranżitorja l-operaturi li, fid-data tal-11 ta’ Lulju 2001, kienu diġà ressqu quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża talba għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni li dwarha kienet għadha ma tteħditx deċiżjoni sa din l-istess data.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni (T-348/03), hija annullata. |
|
2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs MTU Friedrichshafen GmbH
(Kawża C-520/07 P) (1)
(“Appell - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Responsabbiltà in solidum”)
2009/C 267/23
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Appellata: MTU Friedrichshafen GmbH (rappreżentanti: Th. Lübbig u M. le Bell, Rechtsanwälte)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża), tat-12 ta’ Settembru 2007, fil-kawża T-196/02, MTU Friedrichshafen vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2002/898/KE tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ April 2002, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil SKL Motoren- und Systembautechnik GmbH, safejn din tordna l-ħlas lura in solidum minn MTU Friedrichshafen GmbH ta’ ammont ta’ EUR 2.71 miljuni — Limiti u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ inġunzjoni ta’ informazzjoni.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja)) — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa
(Kawża C-573/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban - Għoti mingħajr sejħa għal offerti - Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat)
2009/C 267/24
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sea s.r.l.
Konvenuta: Comune di Ponte Nossa
Fil-preżenza ta’: Servizzi Tecnologici Comuni — Se. T. Co. SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 49 u 86 KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Servizz pubbliku ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban — Għoti direttament lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 49 KE, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom ma jipprekludux l-attribuzzjoni diretta ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizzi lil kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm hu pubbliku ladarba l-awtorità pubblika li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u li din il-kumpannija twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew l-awtoritajiet li lilhom tappartjeni.
B’riżerva għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tan-natura operanti tad-dispożizzjonijiet statutorji kkonċernati, il-kontroll eżerċitat mill-awtoritajiet azzjonisti fuq din il-kumpannija jista’ jiġi kkunsidrat bħala analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn:
|
— |
l-attività ta’ din il-kumpannija hija limitata għat-territorju ta’ dawn l-awtoritajiet u hija essenzjalment eżerċitata għall-benefiċju tagħhom, u |
|
— |
permezz ta’ organi statutorji komposti minn rappreżentanti ta’ dawn l-awtoritajiet, huma jeżerċitaw influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti ta’ din il-kumpannija |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, London — ir-Renju Unit) — RCI Europe vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-37/08) (1)
(“Sitt Direttiva tal-VAT - Konnessjoni fiskali - Provvista ta’ servizzi konnessi ma’ proprjetà immobbli - Servizzi li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-iskambju minn individwi li għandhom dritt ta’ użu fuq proprjetà immobbli li tintuża għall-vaganzi”)
2009/C 267/25
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RCI Europe
Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(a) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Determinazzjoni tal-post ta’ konnessjoni fiskali — Provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-iskambju minn individwi li għandhom dritt ta’ użu fuq proprjetà immobbli li tintuża minn persuni li jkunu għal vaganzi, li huma membri ta’ assoċjazzjoni stabbilita mill-persuna taxxabbli għal dan il-għan, mad-drittijiet ta’ individwi oħra
Dispożittiv
L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post fejn servizzi jiġu pprovduti minn assoċjazzjoni li l-attività tagħha tikkonsisti fl-organizzazzjoni ta’ skambju bejn il-membri tagħha tad-drittijiet tagħhom ta’ timeshare fuq akkomodazzjonijiet għal vaganzi, u li għalihom l-assoċjazzjoni tirċievi mingħand il-membri tagħha, ħlas ta’ reġistrazzjoni, abbonament annwali kif ukoll miżata ta’ skambju, huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli li fuqha l-membru kkonċernat ikollu dritt ta’ timeshare.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus — Il-Finlandja) — Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry et vs Fujitsu Siemens Computers Oy
(Kawża C-44/08) (1)
(“Proċeduri għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/59/KE - Approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sensji kollettivi - Artikolu 2 - Protezzjoni tal-ħaddiema - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema - Grupp ta’ impriżi - Kumpannija parent - Kumpannija sussidjarja”)
2009/C 267/26
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry et
Konvenuta: Fujitsu Siemens Computers Oy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva 98/59/KE tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi [ĠU L 225, p.16] — Determinazzjoni tal-mument tal-ħolqien tal-obbligu ta’ kumpannija sussidjarja li tipproċedi bil-konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-persunal tagħha — Pjanijiet jew deċiżjonijiet adottati fi ħdan grupp ta’ impriżi dwar il-bidla tal-attivitajiet ta’ waħda mill-kumpanniji sussidjarji ta’ dan il-grupp.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [sensji] kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-adozzjoni, fi ħdan grupp ta’ impriżi, ta’ deċiżjonijiet strateġiċi jew ta’ modifiki ta’ attivitajiet li jġegħlu lil min iħaddem li jipprevedi jew li jipproġetta sensji kollettivi jagħtu lok għall-obbligu ta’ konsultazzjoni ta’ min iħaddem mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. |
|
2) |
L-oriġini tal-obbligu ta’ min iħaddem li jibda konsultazzjonijiet fuq is-sensji kollettivi previsti ma jiddependix fuq il-fatt li dan ikun diġà f’pożizzjoni li jforni lir-rappreżentanti tal-ħaddiema l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 (3)(b) tad-Direttiva 98/59. |
|
3) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tal-imsemmija direttiva, għandu jkun interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi magħmula minn kumpannija parent u minn kumpannija sussidjarja waħda jew aktar, l-obbligu tal-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jibdiex, fil-konfront tal-kumpannija sussidjarja li għandha l-kwalità ta’ min iħaddem, ħlief meta tkun identifikata din il-kumpannija sussidjarja li fi ħdanha jkun hemm possibbiltà li jseħħu sensji kollettivi. |
|
4) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi, il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tiġi konkluża mill-kumpannija sussidjarja kkonċernata minn sensji kollettivi qabel mal-imsemmija kumpannija sussidjarja, jekk ikun il-każ fuq struzzjoni diretta tal-kumpannija parent tagħha, tittermina l-kuntratti tal-ħaddiema previsti minn dawn is-sensji. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-76/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Kaċċa fir-rebbiegħa - Projbizzjoni - Deroga mis-sistema ta’ protezzjoni - Kundizzjoni marbuta mal-assenza ta’ “soluzzjoni oħra sodisfaċenti” - Aspettattivi leġittimi)
2009/C 267/27
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia, D. Lawunmi u P. Oliver, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri, D. Mangion, aġenti u J. Bouckaert, advocaat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti mid-Direttiva għall-għoti ta’ deroga li tawtorizza l-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u għall-gamiem.
Dispożittiv
|
1) |
Billi awtorizzat il-ftuħ tal-kaċċa għas-summien (Coturnix coturnix) u għall-gamiem (Streptopelia turtur) matul il-perijodu tal-migrazzjoni tar-rebbiegħa tas-snin 2004 sa 2007, mingħajr ma osservat il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata, għas-snin 2004 sa 2006, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003, tal-14 ta’ April 2003, u, għas-sena 2007, bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-97/08 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81(1) KE - Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Grupp ta’ impriżi - Imputabbiltà tal-ksur - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mill-kumpanniji sussidjarji tagħha - Influwenza deċiżiva eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni juris tantum fil-każ ta’ proprjetà tal-ishma kollha)
2009/C 267/28
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, M. van der Woude u M. Mollica, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, fil-Kawża T-112/05, Akzo Nobel NV et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tiċħad talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE tad-9 ta’ Diċembru 2004 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Klorur tal-kolin) (ĠU L 190, p. 22), fir-rigward ta’ numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftehma li kienu jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u azzjonijiet miftehma kontra l-kompetituri fis-suq Ewropew tal-klorur tal-kolin — Kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud |
|
2) |
Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV u Akzo Nobel Functional Chemicals BV huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-100/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Leġiżlazzjoni dwar iż-żamma u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ għasafar imwielda u mrobbija fil-magħluq imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra)
2009/C 267/29
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u R. Troosters, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne, aġent, G. Van Calster, avocat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 28 KE — Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi — Projbizzjoni taż-żamma ta’ ċerti għasafar imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Renju tal-Belġju,
|
|
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-tribunal de première instance de Liège — Il-Belġju) — Jacques Damseaux vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-128/08) (1)
(“Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni ta’ beni mobbli - Ftehim dwar ħelsien mit-taxxa doppja - Obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 293 KE”)
2009/C 267/30
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jacques Damseaux
Konvenut: L-Istat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 58 u 293 KE — Tassazzjoni fuq id-dħul minn proprjetà mobbli ta’ oriġini barranija ogħla mit-tassazzjoni fuq id-dħul minn proprjetà mobbli mħallsa minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza — Ostaklu għall-moviment liberu tal-kapital — Portata tal-konvenzjonijiet dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja — Obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 293 KE
Dispożittiv
Sakemm id-dritt Komunitarju, fl-istat attwali tiegħu u f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ma jipprovdix kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fil-Komunità Ewropea, l-Artikolu 56 KE ma jipprekludix lil ftehim fiskali bilaterali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, permezz ta’ liema d-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil azzjonist residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu intaxxati fiż-żewġ Stati Membri, u li ma jipprovdix li l-Istat Membru li fih huwa residenti l-azzjonist huwa bilfors obbligat li jimpedixxi t-taxxa doppja legali li tirriżulta.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Glaxo Wellcome GmbH & Co. vs Finanzamt München II
(Kawża C-182/08) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il kumpanniji - Xiri ta’ ishma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Kundizzjonijiet tat-teħid inkunsiderazzjoni, fid-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tax-xerrej, tal-iżvalutar tal-ishma minħabba d-distribuzzjoni ta’ dividendi)
2009/C 267/31
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glaxo Wellcome GmbH & Co.
Konvenuta: Finanzamt München II
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 56 KE — Xiri, minn persuna taxxabbli li tibbenefika minn kreditu ta’ taxxa fuq il-kumpanniji, ta’ ishma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju suġġetta għal obbligu fiskali illimitat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni, meta tiġi ddeterminata l-bażi taxxabbli tax-xerrej, tal-iżvalutar tal-ishma minħabba t-tqassim ta’ dividendi fil-każ ta’ xiri mingħand detentur ta’ ishma li jibbenefika minn kreditu ta’ taxxa fuq il-kumpanniji, iżda li teskludi dan it-tnaqqis fil-bażi taxxabbli fil-każ ta’ xiri minn detentur ta’ ishma li ma jibbenefikax minn dan il-kreditu ta’ taxxa.
Dispożittiv
L-Artikolu 73 B tat-Trattat (li sar l-Artikolu 56 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tipprovdi li l-iżvalutar tal-ishma tal kumpannija minħabba d-distribuzzjoni ta’ dividendi ma jaffettwax il-bażi ta’ stima tat-taxxa ta’ persuna residenti li tħallas it taxxa, meta din tal-aħħar xtrat ishma f’kumpannija b’kapital azzjonarju residenti, mingħand detentur ta’ ishma mhux residenti, filwaqt li, fil-każ ta’ xiri mingħand detentur ta’ ishma residenti, tali żvalutar inaqqas il-bażi taxxabbli tax-xerrej.
Din il-konstatazzjoni tapplika fil-każijiet fejn tali leġiżlazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi protett tqassim ibbilanċjat tas-setgħa fiskali bejn l-Istati Membri kif ukoll il-prevenzjoni ta’ arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u li l-uniku għan tagħhom huwa l-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali mhux dovut. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hijiex limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Dr. Erhard Eschig vs UNIQA Sachversicherung AG
(Kawża C-199/08) (1)
(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera ta’ avukat mill-persuna assigurata - Limitazzjoni kuntrattwali - Diversi persuni assigurati li sofrew danni mill-istess avveniment - Għażla ta’ rappreżentant legali mill-assiguratur)
2009/C 267/32
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dr. Erhard Eschig
Konvenuta: UNIQA Sachversicherung AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, p. 77) — Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-assigurazzjoni għall-spejjeż legali li, f’każ dannu sostnut minn numru kbir ta’ persuni assigurati u li jirriżulta mill-istess avveniment, tintitola lill-assiguratur jagħżel rappreżentant legali u li għalhekk tillimita d-dritt tal-individwu assigurat li jagħżel l-avukat tiegħu (imsejħa “klawżola ta’ dannu kollettiv”)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assiguratur tal-ispejjeż legali ma jistax jirriżerva d-dritt, meta numru kbir ta’ persuni assigurati jkunu sofrew dannu mill-istess avveniment, li jagħżel huwa stess ir-rappreżentant legali ta’ kull persuna assigurata kkonċernata.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Finanzgericht, Kassel — il-Ġermanja) — Plantanol GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Darmstadt
(Kawża C-201/08) (1)
(Direttiva 2003/30/KE - Promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli fit-trasport - Direttiva 2003/96/KE - Qafas Komunitarju dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Taħlita ta’ żejt veġetali, ta’ additiv u ta’ karburant - Bijokarburanti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Eżenzjoni fiskali - Sostituzzjoni tal-eżenzjoni b’obbligu ta’ osservanza ta’ parti minima ta’ bijokarburant fil-karburanti - Konformità mad-Direttivi 2003/30/KE u 2003/96/KE - Prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2009/C 267/33
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessisches Finanzgericht, Kassel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Plantanol GmbH & Co.KG
Konvenut: Hauptzollamt Darmstadt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (ĠU L 123, p. 42), kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissostitwixxi, qabel l-iskadenza tal-limitu previst mil-leġiżlazzjoni preċedenti, sistema ta’ eżenzjonijiet fiskali tal-bijokarburanti li jinsabu fil-kompożizzjoni ta’ karburanti mħallta, b’obbligu li jiżdiedu bijokarburanti għall-karburanti konvenzjonali, b’effett li jiżvantaġġa ekonomikament il-produtturi li jkunu bbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli teskludi mis-sistema ta’ eżenzjoni fiskali prevista minn din favur il-bijokarburanti, prodott, bħal dak fil-kawża prinċipali, li jirriżulta minn taħlita ta’ żejt veġetali, nafta fossili u addittivi speċifiċi. |
|
2) |
Il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludux bħala regola li Stat Membru, fir-rigward ta’ prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jħassar, qabel id-data tal-iskadenza prevista inizjalment mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, is-sistema ta’ eżenzjoni fiskali li kienet applikabbli għalih. Fi kwalunkwe każ, tali tħassir ma jeżiġix l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali li għandha ssir in concreto, jekk l-imsemmija prinċipji ġewx irrispettati fil-kawża prinċipali filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti għal din. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Oberlandesgericht — il-Ġermanja) — Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha) vs Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH
(Kawża C-206/08) (1)
(“Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali - Servizz pubbliku ta’ distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb u ta’ pproċesar tad-dranaġġ - Konċessjoni ta’ servizzi - Kunċett - Trasferiment lill-parti kontraenti tar-riskju marbut mal-użu tas-servizz inkwistjoni”)
2009/C 267/34
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Thüringer Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha)
Konvenuta: Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH
Fil-preżenza ta’: Stadtwirtschaft Gotha GmbH, Wasserverband Lausitz Betriebsführungs GmbH (WAL)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Thüringer Oberlandesgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) u tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1) — Sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista, taħt forma ta’ konċessjonijiet pubbliċi ta’ servizzi, ta’ servizz għall-pubbliku fil-qasam tal-produzzjoni, tat-trasport u tad-distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb kif ukoll fil-qasam tal-ħruġ u tat-trattament tal-ilma użat — Kriterji ta’ distinzjoni bejn kuntratt pubbliku ta’ servizzi u konċessjoni pubblika ta’ servizz
Dispożittiv
Il-fatt li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar servizzi, il-parti kontraenti mhijiex direttament imħallsa mill-awtorità kontraenti iżda għandha d-dritt li tirċievi remunerazzjoni mingħand terzi, huwa biżżejjed sabiex dan il-kuntratt jiġi kkwalifikat bħala “konċessjoni ta’ servizzi”, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, peress li l-parti kontraenti tkun responsabbli għar-riskju kollu jew għal parti sostanzjali mir-riskju tal-operat inkors mill-awtorità kontraenti, anki jekk dan ir-riskju jkun, oriġinarjament, limitat ħafna minħabba l-modalitajiet tad-dritt pubbliku tal-organizzazzjoni tas-servizz.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA
(Kawża C-277/08) (1)
(“Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor”)
2009/C 267/35
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Vicente Pereda
Konvenuta: Madrid Movilidad SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Madrid — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 229, p. 9) — Ħaddiem bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit mill-impriża, minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel il-leave annwali — Dritt tal-ħaddiem li jieħu l-leave annwali tiegħu matul perijodu differenti
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali jew ftehim kollettivi li jipprovdu li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża li magħha huwa impjegat m’għandux dritt, wara li jfieq, igawdi l-leave annwali tiegħu f’perijodu differenti minn dak inizjalment stabbilit, jekk ikun hemm bżonn f’perijodu differenti mill-perijodu ta’ referenza korrispondenti.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-286/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttivi 2006/12/KE u 91/689/KEE - Skart perikoluż - Obbligu li jitfassal u jiġi adottat pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż - Obbligu li jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart perikoluż)
2009/C 267/36
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU L 377, p. 20), u tal-Artikoli 5(1) u (2), 7(2), 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9), [li qabel kienet id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-8 ta’ Marzu 1991] — Ksur tal-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’miżbla] (ĠU L 182, p. 1) — Nuqqas milli jitfassal pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż inkonformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u milli jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż — Nuqqas milli jitwettqu l-obbligi fir-rigward tal-immaniġġar u tar-rimi f’miżbla tal-iskart
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Repubblika Ellenika,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, fl-ewwel lok, taħt l-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż, moqrija flimkien mal-Artikoli 5(1) u (2), kif ukoll mal-Artikolu 7(1), tad-Direttiva 2006/12, fit-tieni lok, taħt l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12, kif ukoll, fit-tielet lok, taħt l-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — German Graphics Graphische Maschinen GmbH vs Alice van der Schee, bħala likwidatriċi ta’ Holland Binding BV
(Kawża C-292/08) (1)
(Falliment - Applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru li fih jinfetħu l-proċedimenti - Riserva ta’ titolu - Post tal-assi)
2009/C 267/37
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: German Graphics Graphische Maschinen GmbH
Konvenuta: Alice van der Schee, bħala likwidatriċi ta’ Holland Binding BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(2)(b), 7(1) u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta’ falliment (ĠU L 160, p.1) u tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p.1) — Kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolamenti — Dtittijiet tal-“Istat tal-ftuħ” tal-proċedimenti — Riserva ta’ titolu — Post tal-assi — Esklużjoni taal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell I
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “basta illi dik il-Konvenzjoni tkun applikabbli” ifissru li, qabel ma jista jiġi deċiż li jiġu applikati r-regoli ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għas-sentenzi li mhumiex dawk previsti mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk is-sentenzi ma jinsabux barra mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 44/2001. |
|
2) |
L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, għandha tiġi interpretata, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(b) ta’ dan l-aħħar regolament, fis-sens li din ma tapplikax għal azzjoni ta’ bejjiegħ eżerċitata taħt klawżola ta’ riserva ta’ titolu kontra xerrej f’sitwazzjoni ta’ falliment, meta l-assi li huma s-suġġett ta’ tali klawżola jinsabu fl-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fiż-żmien tal-ftuħ ta’ dawn il-proċedimenti kontra l-imsemmi xerrej. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Feldkirch — L-Awstrija) — Vorarlberger Gebietskrankenkasse vs WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG
(Kawża C-347/08) (1)
(“Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 9(1)(b) u 11(2) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Aċċident tat-traffiku - Trasferiment ipso jure tad-drittijiet tal-vittma favur korp tas-sigurtà soċjali - Rikors għal kumpens kontra l-assiguratur tal-persuna allegatament responsabbli - Għan tal-protezzjoni tal-parti l-anqas b’saħħitha”)
2009/C 267/38
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Feldkirch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vorarlberger Gebietskrankenkasse
Konvenuta: WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgerichts Feldkirch (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(1)(b) u 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p.1) — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni — Azzjoni mressqa bis-saħħa ta’ surroga legali minn korp ta’ sigurtà soċjali quddiem qorti tal-post fejn huwa stabbilit dan il-korp kontra assiguratur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
Ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għall-Artikolu 9(1)(b) tal-istess regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ta’ sigurtà soċjali, li lilu ġew ittrasferiti ipso jure d-drittijiet tal-persuna li ġiet leża direttament f’aċċident tat-traffiku, ma jistax iressaq rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit kontra l-assiguratur tal-persuna li allegatament hija responsabbli għall-imsemmi aċċident u li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München — Il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Adolf Darbo AG
(Kawża C-366/08) (1)
(“Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 95/2/KE - Parti A tal-Anness III - Direttiva 2001/113/KE - It-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I - Ġamm extra li għandu kontenut ta’ materjal xott solubbli ta’ 58 % u li fih is-sorbat tal-potassju (E 202) bħala preservattiv - Kunċett ta’ “ġamm b”ammonti żgħar ta’ zokkor’”)
2009/C 267/39
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Konvenuta: Adolf Darbo AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht München — Interpretazzjoni tal- Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, p. 1), u tat-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, p. 67) — Possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni, taħt id-denominazzjoni “ġamm extra”, ta’ ġamm bi 58 % tal-kontenut li huwa materjal solubbli niexef u li għandu s-sorbat tal-potassju (E 202) bħala preservattiv– Kunċett ta’ “ġamm b’ammonti żgħar ta’ zokkor”
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “ġamm b’ammonti żgħar ta’ zokkor”, imsemmi fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar tal-1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa, kif emendata bid-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Ottubru 1998, jinkludi l-ġamm msejjaħ “ġamm” u “ġamm extra” b’ammont ta’ zokkor li huwa kunsiderevolment iżgħar meta mqabbel mal-valur ta’ referenza ta’ 60 %. Prodotti msejħa “ġamm extra” b’ammont ta’ zokkor ta’ 58 % ma jistgħux jitqiesu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħala li għandhom ammont żgħir ta’ zokkor.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/23 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2009 — Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
(Kawża C-498/08 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għal preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Inammissibbiltà minħabba tardività - Appell manifestament infondat)
2009/C 267/40
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Fornaci Laterizi Danesi SpA (rappreżentant: M. Salvi, avukat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Fornaci Laterizi Danesi vs Il-Kummissjoni (T-224/08) — li permezz tiegħu l- Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/25/KEE, tat-13 ta’ Novembru 2007, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Kontinentali (ĠU L 12, p. 383) safejn hija inkluża fl-imsemmi elenku, taħt ir-referenza IT20A0018, art li hija proprjetà tar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Fornaci Laterizi Danesi SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/24 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2008 minn Nuova Agricast Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Marzu 2008 fil-Kawża T-443/07, Nuova Agricast Srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-225/08 P)
2009/C 267/41
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Nuova Agricast Srl (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
B’digriet tad-29 ta’ Ġunju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/24 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2009 minn Cofra srl mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-15 ta’ April 2008 fil-Kawża T-478/07, Cofra srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-295/08 P)
2009/C 267/42
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cofra srl (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Ġunju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/24 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2008 minn Devrajan Srinivasan mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħti fit-3 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-196/08, Srinivasan vs Ombudsman
(Kawża C-580/08 P)
2009/C 267/43
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellant: Devrajan Srinivasan (rappreżentant: J. Morton, Solicitor)
Appellat: Ombudsman Ewropew
Permezz ta’ digriet tal-25 ta’ Ġunju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/24 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2009 minn Daniela Marinova mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħti fil-5 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-213/08, Marinova vs Université Libre de Bruxelles u Il-Kummissjoni
(Kawża C-29/09 P)
2009/C 267/44
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Daniela Marinova (rappreżentant: G. Gerogiev, avukat)
Partijiet oħra fil-kawża: Université Libre de Bruxelles, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Permezz tad-digriet tal-1 ta’ Lulju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/24 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2008 minn Hasbro, Inc. kontra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) li tinsab fl-ittra tat-22 ta’ Settembru 2008 fil-Kawża T-472/07: Enercon vs UASI
(Kawża C-59/09 P)
2009/C 267/45
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Hasbro, Inc. (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)
Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Lulju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Lulju 2009 — Wienand Meilicke, Heidi Christa Weyde u Marina Stöffler vs Finanzamt Bonn-Innenstadt
(Kawża C-262/09)
2009/C 267/46
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wienand Meilicke, Heidi Christa Weyde u Marina Stöffler
Konvenut: Finanzamt Bonn-Innenstadt
Domandi preliminari
|
1) |
Il-moviment liberu tal-kapital, stabbilit fl-Artikolu 56(1) KE u fl-Artikolu 58(1)(a) u (3) KE, kif ukoll il-prinċipju tal-effiċjenza u l-prinċipju tal-effettività, jipprekludu regola, bħall-punt 3 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 36(2) tal-Einkommensteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul, iktar ’il quddiem l-“EstG”) (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati) li tipprovdi li t-taxxa fuq il-kumpanniji tittieħed bħala tpaċija fil-konfront tat-taxxa fuq id-dħul, sa 3/7 tad-dividendi grossi, sakemm dawn id-dividendi ma joriġinawx minn ħlasijiet li fir-rigward tagħhom jitqies li ntuża l-kapital rispettiv msemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 30(2) tal-Körperschaftsteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”) (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati), u dan minkejja li t-taxxa fuq il-kumpanniji effettivament imħallsa li tolqot lid-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor ma tistax tiġi ddeterminata fil-prattika u tista’ tkun ogħla? |
|
2) |
Il-moviment liberu tal-kapital, stabbilit fl-Artikolu 56(1) KE u fl-Artikolu 58(1)(a) u (3) KE, kif ukoll il-prinċipju tal-effiċjenza u l-prinċipju tal-effettività, jipprekludu regola, bħall-punt (b) tar-raba’ sentenza tal-punt 3 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 36(2) tal-EstG (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati) li tipprovdi li t-tpaċija tat-taxxa fuq il-kumpanniji teħtieġ li tiġi prodotta dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji msemmija fl-Artikoli 44 et seq tal-KStG (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati) li għandha tindika b’mod partikolari l-ammont li jista’ jiġi paċut mit-taxxa fuq il-kumpanniji kif ukoll il-kompożizzjoni tal-ħlas filwaqt li jiġu speċifikati d-diversi partijiet tal-kapital rispettiv li jista’ jintuża bbażati fuq id-diviżjoni speċjali tal-kapital rispettiv li tinsab fl-Artikolu 30 KStG (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati), u dan minkejja li fil-prattika jkun impossibbli li tiġi determinata t-taxxa barranija fuq il-kumpanniji effettivament imħallsa li għandha tiġi paċuta u minkejja li jkun impossibbli li tiġi prodotta d-dikjarazzjoni marbuta mad-dividendi barranin? |
|
3) |
Jekk ikun effettivament impossibbli li tiġi prodotta d-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 44 tal-KStG (fil-verżjoni fis-seħħ matul is-snin ikkonċernati) u jekk ma tkunx tista’ tiġi determinata t-taxxa fuq il-kumpanniji effettivament imħallsa li tolqot id-dividendi barranin, il-moviment liberu tal-kapital, stabbilit fl-Artikolu 56(1) KE u fl-Artikolu 58(1)(a) u (3) KE jeżiġi li tiġi kkalkolata r-rata imposta bħala taxxa fuq il-kumpanniji u, jekk ikun il-każ, li jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward it-taxxi li jkunu ġew imposti indirettament fi stadji preċedenti bħala taxxa fuq il-kumpanniji? |
|
4) |
|
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (L-Olanda) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Vereniging Mileudefensie en Vereniging Goede Waar & Co. vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, partijiet oħra fil-proċedura: Bayer CropScience BV u Nederlandse Stichting voor Fytopharmacie
(Kawża C-266/09)
2009/C 267/47
Lingwa tal-kawża: L-Olandiz
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Vereniging Mileudefensie en Vereniging Goede Waar & Co.
Konvenuta: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, andere partijen: Bayer CropScience BV en Nederlandse Stichting voor Fytopharmacie.
Partijiet oħra fil-proċedura: Bayer CropScience BV u Nederlandse Stichting voor Fytopharmacie
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ tagħrif dwar l-ambjent fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/4/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-tagħrif li jingħata fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni (jew l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni) ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont massimu ta’ pestiċida, ta’ komponent tagħha jew prodotti ta’ trasformazzjoni tiegħu, li jistgħu jinsabu fl-ikel jew fix-xorb? |
|
2) |
Fil-każ li tingħata riposta pożittiva għall-ewwel mistoqsija: x’inhi r-relazzjoni bejn l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE (2) u d-Direttiva 2003/4/KE, f’dak li huwa rilevanti għall-applikazzjoni tat-tagħrif kif deskritt fid-domanda preċedenti, u b’mod partikolari: din ir-relazzjoni hija tali li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE japplika biss sakemm ma jikkawżax preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE? |
|
3) |
Jekk mir-risposti għall-ewwel żewġ domandi jirriżulta li l-konvenuta f’din il-proċedura hija marbuta li tapplika l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE, dan l-artikolu b’hekk ifisser li l-ibbilanċjar li huwa jippreskrivi bejn l-interess ġenerali permezz tal-iżvelar u bejn l-interess partikolari permezz tar-rifjut tal-iżvelar għandu jsir meta qed issir l-applikazzjoni, jew dak l-ibbilanċjar jista’ jsir fil-leġiżlazzjoni nazzjonjali? |
(1) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, p. 26)
(2) Id-Direttiva Tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (l-Iskozja), Edinburgh (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Lulju 2009 — Macdonald Resorts Limited vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-270/09)
2009/C 267/48
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Session (l-Iskozja), Edinburgh
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Macdonald Resorts Limited
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
|
1) |
Meta r-rikorrenti, skont id-dispożizzjonijiet tal-istatuti tal-klabb u l-kuntratti relatati magħha, tipprovdi drittijiet kuntrattwali (“drittijiet għal punti”) li jintitolaw lix-xerrej għal punti li jistgħu jissarrfu kull sena fid-dritt li jokkupa u juża akkomodazzjoni timeshare fil-kumplessi ta’ residenza tar-rikorrenti, din il-provvista għandha tiġi kkunsidrata:
|
|
2) |
Tista’ r-risposta għad-domanda 1 tiġi affettwata mill-fatt li:
|
|
3) |
Meta persuna taxxabbli tipprovdi s-servizzi deskritti fid-domandi 1 u 2 hawn fuq,
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (l-Olanda) fis-16 ta’ Lulju 2009 — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid
(Kawża C-273/09)
2009/C 267/49
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Premis Medical BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (1), b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa validu, fis-sens li l-anness riprodott fir-rettifika huwa l-anness il-validu? Jekk dan huwa l-każ: |
|
2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni llimitat, f’dan ir-regolament, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 9021? Jekk ir-regolament huwa validu: |
|
3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod inkorrett ir-“rollator” [apparat bir-roti li jgħin lill-persuni b’mobilità limitata sabiex jimxu] fin-Nomenklatura Magħquda? |
(1) (ĠU L 113, p. 5)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts München (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2009 — Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler vs Zweckverband für Rettungsdienst und Feuerwehralarmierung Passau — Intervenjenti: Malteser Hilfsdienst e.V. u Bayerisches Rotes Kreuz
(Kawża C-274/09)
2009/C 267/50
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgerichts München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler
Konvenuti: Zweckverband für Rettungsdienst und Feuerwehralarmierung Passau
Intervenjenti: Malteser Hilfsdienst e.V. u Bayerisches Rotes Kreuz
Domandi preliminari
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 234 KE, tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej id-domandi preliminari li ġejjin sabiex tinterpreta d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1) [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi]:
|
1) |
Kuntratt dwar servizzi (f’dan il-każ, servizzi ta’ għajnuna tal-emerġenza) li, fid-dawl tal-kontenut tiegħu, ma jipprevedix li l-awtorità kontraenti tħallas direttament lill-kuntrattur, iżda jipprovdi li
għandu jiġi kkunsidrat għal din ir-raġuni biss bħala konċessjoni ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) tad-direttiva? |
|
2) |
Jekk għall-ewwel domanda preliminari tingħata risposta negattiva, ikun każ ta’ konċessjoni ta’ servizzi meta r-riskju ta’ operazzjoni marbuta mas-servizz pubbliku jkun limitat, minħabba li
iżda l-kuntrattur jassumi bis-sħiħ dan ir-riskju limitat? |
(1) ĠU L 134, p. 114.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Belġju) fil-21 ta’ Lulju 2009 — Brussels Hoofdstedelijk Gewest et vs Vlaamse Gewest. Intervenjenti: Brussels International Airport Company NV, li issa saret The Brussels Airport Company NV
(Kawża C-275/09)
2009/C 267/51
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest et
Konvenut: Vlaamse Gewest
Intervenjenti: Brussels International Airport Company NV, li issa saret The Brussels Airport Company NV
Domandi preliminari
|
1) |
Meta permessi differenti għal żvilupp huma meħtieġa, minn naħa, għal xogħlijiet infrastrutturali ta’ ajruport b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 metru jew iktar, u, min-naħa l-oħra, għat-tħaddim ta’ dan l-ajruport, u dan il-permess ta’ żvilupp tal-aħħar — il-permess ambjentali — jingħata biss għal perijodu speċifikat, it-terminu “bini”, imsemmi fil-paragrafu 7(a) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 għandu jiġi interpretat li għandha ssir stima tal-impatt ambjentali mhux biss sabiex isiru x-xogħlijiet ta’ infrastruttura iżda wkoll għat-tħaddim tal-ajruport? |
|
2) |
Din l-istima obbligatorja tal-impatt ambjentali hija meħtieġa wkoll għat-tiġdid tal-permess ambjentali għall-ajruport, kemm fil-każ fejn dan it-tiġdid ma jinkludix xi bidla jew estensjoni għat-tħaddim tal-ajruport u kif ukoll fejn tali bidla jew estensjoni hija fil-fatt maħsuba? |
|
3) |
Jagħmel differenza għall-istima obbligatorja tal-impatt ambjentali fil-kuntest tat-tiġdid ta’ permess ambjentali għal ajruport jekk stima tal-impatt ambjentali tkunx saret qabel, fir-rigward ta’ permess preċedenti għat-tħaddim tal-ajruport, u jekk l-ajruport kienx diġà qed jitħaddem fiż-żmien meta l-istima tal-impatt ambjentali ġiet imdaħħla mil-leġiżlatur Ewropew jew minn dak nazzjonali? |
(1) ĠU L 175, p. 40.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (England and Wales) fl-20 ta’ Lulju 2009 — T-Mobile (UK) Ltd vs The Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-276/09)
2009/C 267/52
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division) (England and Wales)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T-Mobile (UK) Ltd
Konvenuta: The Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs.
Domandi preliminari
|
1) |
Liema huma l-karatteristiċi ta’ servizz eżentat li għandu “l-effett li jitrasferixxi fondi u li jinvolvi tibdiliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja”? B’mod partikolari:
|
|
2) |
L-eżenzjoni fl-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva (1) għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” japplikaw għal servizz ta’ kisba u pproċessar ta’ pagamenti permezz ta’ karti ta’ kreditu u ta’ debitu, bħal dawk imwettqa mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża? B’mod partikolari, meta t-trażmissjoni, mill-persuna taxxabbli, tal-fajls ta’ saldu fl-aħħar ta’ kull ġurnata jkollha l-effett li awtomatikament tikkawża d-debitu tal-kont tal-klijent u l-kreditu tal-kont tal-persuna taxxabbli, dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(3)? |
|
3) |
Ir-risposta għat-tieni domanda tiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk il-persuna taxxabbli nnifisha tiksibx il-kodiċijiet ta’ awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni sussegwenti jew jekk hija tiksibx dawn il-kodiċijiet permezz ta’ aġenzija tal-bank akkwirenti tagħha? |
|
4) |
L-eżenzjoni fl-Artikolu 13B(d)(1) tas-Sitt Direttiva għal “negozjar ta’ kreditu” tapplika għal servizzi bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża fir-rigward ta’ pagamenti magħmulin b’karti ta’ kreditu, fejn minħabba dawn is-servizzi, il-kont tal-karta ta’ kreditu tal-klijenti jiġi ddebitat permezz ta’ ammonti supplimentari ta’ kreditu? |
|
5) |
L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi ta’ aċċettazzjoni u pproċessar ta’ pagamenti li jkunu saru permezz ta’ aġenti terzi, bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli permezz tal-Uffiċċju tal-Posta u permezz ta’ PayPoint f’din il-kawża? |
|
6) |
L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi ta’ kisba u pproċessar ta’ pagamenti magħmula permezz ta’ ċekk mibgħut lill-persuna taxxabbli jew lill-aġent tagħha, liema pagamenti għandhom jiġu pproċessati mill-persuna taxxabbli u l-bank tagħha? |
|
7) |
L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi, bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża, li jikkonsistu fir-riċezzjoni u fl-ipproċessar ta’ pagamenti li jkunu saru għand kaxxier f’bank sabiex jiġi kkreditat, permezz tas-sistema bankarja, il-kont bankarju tal-persuna taxxabbli? |
|
8) |
Liema huma l-fatturi partikolari li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi deċiż jekk tariffa (bħat-tariffa għall-ipproċessar tal-pagament f’din il-kawża) li tiġi applikata minn persuna taxxabbli lil klijient tagħha fir-rigward tal-għażla tal-klijent li jagħmel pagament lill-persuna taxxabbli billi juża metodu ta’ pagament partikolari, u li hija individwalment identifikata fid-dokument kuntrattwali u ddettaljata b’mod separat fuq fattura maħruġa lill-klijienti, hijiex provvista separata għall-finijiet tal-VAT? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (L-Iskozja), Edinburgh (Ir-Renju Unit) fl-21 ta’ Lulju 2009 — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH
(Kawża C-277/09)
2009/C 267/53
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Session (L-Iskozja), Edinburgh
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Konvenut: RBS Deutschland Holdings GmbH
Domandi preliminari
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, fejn:
|
a) |
sussidjarja Ġermaniża ta’ bank tar-Renju Unit xtrat karozzi fir-Renju Unit bil-għan li tikrihom lil kumpannija mhux konnessa magħha fir-Renju Unit, u ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawn l-akkwisti; |
|
b) |
skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit rilevanti, il-provvisti li kienu jikkonsistu fil-kiri tal-karozzi ġew ittrattati bħala servizzi pprovduti fil-Ġermanja u għaldaqstant mhux suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud fir-Renju Unit. Skont il-liġi Ġermaniża, dawn il-provvisti ġew ittrattati bħala provvista ta’ prodotti imwettqa fir-Renju Unit u għaldaqstant mhux suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-Ġermanja. Il-konsegwenza kienet li ma nġabritx taxxa tal-output fuq dawn il-provvisti fl-ebda Stat Membru; |
|
c) |
il-bank tar-Renju Unit għażel lis-sussidjarja Ġermaniża tiegħu bħala persuna li tikri u ddetermina t-terminu tal-kuntratti tal-leasing sabiex jikseb il-benefiċċju li ma jkunx hemm VAT applikabbli fuq il-kirja:
|
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill (77/388/KE) tas- 17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2009 — DEB Deutsche Energiehandels- und Beratungsgesellschaft mbH vs Ir-Repubblika tal-Ġermanja
(Kawża C-279/09)
2009/C 267/54
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DEB Deutsche Energiehandels- u Beratungsgesellschaft mbH
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej intalbet, skont l-Artikolu 234 KE, tiddeċiedi fir-rigward ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari:
Peress li l-istruttura nazzjonali tal-kundizzjonijiet legali għall-għoti ta’ kumpens għal danni u tal-proċedura għal kawża għad-danni kontra l-Istat abbażi tad-dritt Komunitarju, ma tistax tagħmel il-kisba ta’ kumpens għad-danni, abbażi tal-prinċipju tar-responsabbilità tal-istat, prattikament impossibbli jew eċċezzjonalment diffiċli, huwa problematiku li leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ rimedju legali għall-ħlas ta’ depożitu fuq l-ispejjeż u tipprovdi li ma tistax tingħata għajnuna legali lil persuna ġuridika li ma tkunx tinsab f’pożizzjoni li tħallas dan id-depożitu?
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Proċeduri kriminali kontra R
(Kawża C-285/09)
2009/C 267/55
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Parti fil-kawża prinċipali
R
Domanda preliminari
|
1) |
L-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) għandha tiġi rrifjutata fir-rigward ta’ kunsinna ta’ merkanzija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li huwa stabbilit li seħħet iżda li fir-rigward tagħha huwa stabbilit ukoll, fid-dawl ta’ provi oġġettivi, li l-bejjiegħ suġġett għat-taxxa
|
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Brussel (Il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF
(Kawża C-291/09)
2009/C 267/56
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Brussel.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Guarnieri & Cie.
Konvenuta: Vandevelde Eddy VOF
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 28, 29 u 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tal-25 ta’ Marzu 1957, jipprekludu li rikorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li jressaq proċeduri legali għall-ħlas ta’ kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ “twister-glazen” u ta’ xemgħat żgħar u aċċessorji, ikun meħtieġ, fuq talba ta’ konvenut ta’ nazzjonalità Belġjana, jagħti garanzija għall-ħlas ta’ spejjeż u ta’ danni li jirriżultaw mill-proċeduri li huwa jista’ jiġi kkundanat iħallas? |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fid-29 ta’ Lulju 2009 — Vlaamse Gemeenschap vs M. Baesen
(Kawża C-296/09)
2009/C 267/57
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vlaamse Gemeenschap
Konvenut: M. Baesen
Domandi preliminari
|
1. |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament Nru 1408/71 (1), il-kunċett ta’ “ħaddiema fis-servizz ċivili u persuni ttrattati bħalhom” għandu jiġi interpretat abbażi tas-sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali li hija assoċjata magħha l-persuna kkonċernata? |
|
2. |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-persuna kkonċernata li, permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol, hija impjegata minn persuna li tħaddem fis-settur pubbliku, u li, skont is-sistema nazzjonali applikabbli għal ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali skont l-Artikolu 4(1) tar-regolament, tkun suġġetta għas-sistema ta’ sigurtà soċjali għal ħaddiema, filwaqt li, fir-rigward tal-oqsma tas-sigurtà soċjali pprovduti fl-Artikolu 4(1)(e) tar-regolament, tkun suġġetta għal sistema speċjali għal ħaddiema fis-servizz ċivili, għandha titqies bħala persuna ttrattata bħal ħaddiema fis-servizz ċivili skont l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament Nru 1408/71? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővarósi Bíróság Gazdasági Kollégiuma (L-Ungerija) fid-29 ta’ Lulju 2009 — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft
(Kawża C-298/08)
2009/C 267/58
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővarósi Bíróság Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RANI Slovakia s.r.o..
Konvenuta: Hankook Tire Magyarország Kft.
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-Artikoli 3(ċ) u 59 tat-Trattat ta’ Ruma, huwa possibbli li l-premessa 19 tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) tiġi interpretata fis-sens li — fir-rigward tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju — Stat Membru jista’ jistabbilixxi fid-dritt nazzjonali tiegħu l-kundizzjonijiet li huma imposti fuq min iħaddem (l-impriża) sabiex ikun awtorizzat jeżerċita attività bħal din fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni, u f’dan il-kuntest, id-dritt nazzjonali jista’ jillimta l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju lill-kumpanniji stabbiliti fit-territorju nazzjonali? |
|
2) |
L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-impriża stabbilita fl-Istat Membru inkwistjoni tista’, għal dak li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni sabiex teżerċita l-attività, tgawdi minn trattament iktar vantaġġuz minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor? |
|
3) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 59, 62 u 63 tat-Trattat ta’ Ruma, moqrija flimkien, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li r-restrizzjonijiet eżistenti fil-mument tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu applikabbli, u m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala li jmorru kontra d-dritt Komunitarju sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta programm u direttiva sabiex jimplementah, bil-għan li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għal-liberalizzazzjoni tal-kategorija ta’ servizzi inkwistjoni? |
|
4) |
Jekk ir-risposta għad-domandi preċedenti hija negattiva, jeżisti interess ġenerali li jippermetti li tiġi ġġustifikata r-restrizzjoni li tirriżulta mill-fatt li l-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju tista’ tiġi eżerċitata biss minn kumpannija stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni, u b’hekk din ir-restrizzjoni hija kompatibbli mal-Artikoli 59 u 65 tat-Trattat ta’ Ruma? |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud fit-30 ta’ Lulju 2009 — DAR Duale Abfallwirtschaft und Verwertung Ruhrgebiet GmbH vs Ministerstvo životního prostředí
(Kawża C-299/09)
2009/C 267/59
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DAR Duale Abfallwirtschaft und Verwertung Ruhrgebiet GmbH.
Konvenut: Ministerstvo životního prostředí.
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien tal-Artikolu 2(i) u (k) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea, tal-Artikolu 1(e) u (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart u tal-punti D 10 tal-Anness II A u R 1 tal-Anness II B, ta’ din l-istess Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ewwel wieħed mill-kriterji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Frar 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-458/00, Ġabra p. I-1553), li jipperemetti li l-inċinerazzjoni tal-iskart jiġi kkwalifikat bħala rkupru ta’ skart sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija fis-sens tal-punt R 1 tal-Anness II B tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq (jiġifieri li l-għan prinċipali tal-operazzjoni tkun li tippermetti li l-iskart iwettaq funzjoni utli, jiġifieri l-produzzjoni tal-enerġija) jista’ jiġi sodisfatt anki fin-nuqqas taċ-ċirkustanzi msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza msemmija iktar ’il fuq bħala fatturi li juru li jkun seħħ l-irkupru tal-iskart, jiġifieri fil-każ fejn il-ħlas għal din l-operazzjoni favur il-fornitur tal-iskart ma jsirx mill-operatur tal-installazzjoni fejn ser titwettaq l-inċinerazzjoni tagħhom u fejn din l-installazzjoni lanqas m’hija teknikament adattata sabiex, fil-każ ta’ provvista insuffiċjenti ta’ skart, tkun tista’ tkompli titħaddem billi tuża sorsi ta’ enerġija primarji? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, taħt liema kundizzjonijiet, f’tali każ, l-operazzjoni inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala operazzjoni ta’ rkupru tal-iskart?
|
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-30 ta’ Lulju 2009 — Staatsecretaris van Justitie vs F. Toprak
(Kawża C-300/09)
2009/C 267/60
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatsecretaris van Justitie
Parti oħra: F. Toprak
Domanda preliminari
|
1) |
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li tisħiħ ta’ dispożizzjoni li daħlet fis-seħħ wara l-1 ta’ Diċembru 1980 u li kienet tipprovdi għal laxkar tad-dispożizzjoni applikabbli fl-1 ta’ Diċembru 1980 tikkostitwixxi wkoll kundizzjoni ġdida fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta dan it-tisħiħ ma fih l-ebda deterjorazzjoni meta mqabbel mad-dispożizzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1980? |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Lulju 2009 — Staatssecretaris van Justitie vs I. Oguz
(Kawża C-301/09)
2009/C 267/61
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie
Konvenut: I. Oguz.
Domanda preliminari
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem [“]projbizzjoni ġdida[”], fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi tisħiħ ta’ dispożizzjoni li daħlet fis-seħħ wara l-1 ta’ Diċembru 1980 u li kienet tipprovdi għal laxkar tad-dispożizzjoni applikabbli fl-1 ta’ Diċembru 1980, anki meta dan it-tisħiħ ma jimplika ebda deterjorazzjoni meta mqabbel mad-dispożizzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1980?
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-3 ta’ Awwissu 2009 — Vicoplus SC PUH; il-parti l-oħra: Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg
(Kawża C-307/09)
2009/C 267/62
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vicoplus SC PUH.
Parti l-oħra: Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg.
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikoli 49 u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen u tal-Artikolu 1e(1)(c) tad-digriet li jimplementaha, li tipprovdi li l-kollokament ta’ ħaddiema kif previst fl-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE (1) jeħtieġ permess ta’ xogħol? |
|
2. |
Fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk kienx hemm kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE? |
(1) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE, tas-16 ta' Diċembru 1996, dwar l-impjieg [kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fit-3 ta’ Awissu 2009 — B.A.M. Vermeer Contracting sp. Zoo, il-parti l-oħra: Ministre des Affaires sociales et de l’Emploi
(Kawża C-308/09)
2009/C 267/63
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (L-Olanda).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B.A.M. Vermeer Contracting sp. zoo.
Parti l-oħra: Ministre des Affaires sociales et de l’Emploi.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 49 KE u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu liġi nazzjonali, bħalma hija dik li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen moqri flimkien mal-Artikolu 1e(1)(ċ) tad-digriet li jimplementaha, li tipprovdi li l-kollokament ta’ ħaddiema, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE (1), għandu bżonn permess tax-xogħol? |
|
2) |
Liema huma l-kriterji li fuqhom għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE? |
(1) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p.1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-3 ta’ Awissu 2009 — Olbek Industrial Services sp. Zoo, parti l-oħra: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid
(Kawża C-309/09)
2009/C 267/64
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (l-Olanda).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Olbek Industrial Services sp. zoo.
Parti l-oħra: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid.
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikoli 49 u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li regola interna bħal dik li tidher fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen u flimkien ma’ dik tal-Artikolu 1e(1)(c) tad-digriet ta’ implementazzjoni tiegħu, li teħtieġ li l-kollokament ta’ ħaddiema hekk kif previst fl-Artikolu 1(3)(ċ), tad-Direttiva 96/71/KE (1) jeħtieġ permess ta’ xogħol? |
|
2. |
Fuq il-bażi ta’ liema kriterji għandu jiġi stabbilit jekk hemmx kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE ? |
(1) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Awwissu 2009 — Stadt Graz vs Strabag AG, Teerag-Asdag AG, Bauunternehmung Granit GesmbH
(Kawża C-314/09)
2009/C 267/65
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof (l-Awstrija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stadt Graz.
Konvenuti: Strabag AG, Teerag-Asdag AG, Bauunternehmung Granit GesmbH.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 1(1) u 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (1) jew dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-talbiet għad-danni li jsiru minħabba ksur mill-awtorità kontraenti tad-dritt Komunitarju tal-kuntratti pubbliċi jkunu suġġetti għal kundizzjoni ta’ ħtija, fil-każ fejn din il-leġiżlazzjoni tapplika fis-sens li hemm lok, fil-prinċipju, għall-preżunzjoni ta’ ħtija tal-korpi tal-awtorità kontraenti u li l-invokazzjoni minn din tal-aħħar ta’ nuqqas ta’ kapaċitajiet individwali, u għaldaqstant ta’ nuqqas ta’ ħtija suġġettiva, hija eskluża? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 2(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi għandu jiġi interpretat fis-sens li, skont l-obbligu tal-effettività tal-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati fi proċeduri ta’ reviżjoni, kif ipprovdut f’din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni ta’ awtorità li tistħarreġ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għandha torbot lill-partijiet kollha fil-proċeduri, inkluż l-awtorità kontraenti? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda: Huwa legali, skont l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, li l-awtorità kontraenti ma tieħux inkunsiderazzjoni deċiżjoni finali ta’ bord li jistħarreġ il-kuntratti pubbliċi jew saħansitra għandha l-obbligu li ma tieħux inkunsiderazzjoni tali deċiżjoni, u jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet? |
(1) ĠU L 395, p. 33
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2009 — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH
(Kawża C-316/09)
2009/C 267/66
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MSD Sharp & Dohme GmbH
Konvenuta: Merckle GmbH
Domanda preliminari
Id-domanda li ġejja, rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008 (2), tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej:
L-Artikolu 88(1)(a) tad-Direttiva dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jipprjobixxi wkoll reklamar lill-pubbliku għal prodotti mediċinali li huma disponibbli biss fuq riċetta medika li jinkludi biss l-informazzjoni kkomunikata lill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u li hija f’kull każ aċċessibbli lil kull min jixtri l-prodotti, u meta din l-informazzjoni ma tiġix ippreżentata lill-persuna interessata jekk din ma titlobhiex iżda hija aċċessibbli fuq l-Internet biss lil dak li jipprova jiksibha?
(1) ĠU L 311, p. 67
(2) ĠU L 81, p. 51
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/36 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 minn ArchiMEDES mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawżi magħquda T-396/05 u T-397/05, ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-317/09 P)
2009/C 267/67
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Architecture, Microclimat, Énergies Douces Europe et Sud, sarl (ArchiMEDES) (rappreżentant: P.-P. Van Gehuchten, avocat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet
ArchiMEDES titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tannulla s-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawżi magħquda T-396/05 u T-397/05 u sabiex tilqa’ r-rikorsi promoturi tal-appellanti li permezz tagħhom hija talbet:
|
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, inkluża f’ittra tal-5 ta’ Ottubru 2005, innotifikata lill-appellanti fl-10 ta’ Ottubru 2005, li tordna tpaċija tad-djun reċiproki tagħhom, kif ukoll |
|
— |
l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rkupru inkluża fl-ittri tat-30 ta’ Awwissu 2005 u tan-nota ta’ debitu Nru 3240705638 tat-23 ta’ Awwissu 2005, innotifikati lill-appellanti fit-2 ta’ Settembru 2005, |
|
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-kuntratt, tat-30 ta’ Awwissu 2005, |
|
— |
li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 125 906, flimkien mal-interessi moratorji legali b’effett mit-12 ta’ Frar 2002, |
|
— |
sussidjarjament, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 103 551,90 flimkien mal-interessi moratorji legali b’effett mit-12 ta’ Frar 2002, |
u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.
Aggravji u argumenti prinċipali
ArchiMEDES tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, dwar it-talba tagħha intiża għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-tpaċija tad-djun, inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2005, l-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-Artikolu 230 KE, tal-Artikolu 1291 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż u żball jew nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata. Skont l-appellanti, fil-fatt, id-deċiżjoni ta’ tpaċija hija att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 230 KE, u d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni f’dan il-każ ġiet adottata bi ksur tal-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 1291 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż li jirregola l-kuntratt konkluż bejn ArchiMEDES u l-Kummissjoni li jipprovdi li, fil-każ li jkun hemm dejn ikkontestat, dan tal-aħħar isir ċert b’effett mid-data ta’ sentenza li tordna lid-debitur iħallas l-imsemmi dejn lill-kreditur. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dispożizzjonijiet iċċitati meta qieset li l-appellanti ma kellhiex iktar interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ottubru 2005 peress li din tal-aħħar kienet tikkostitwixxi att unilaterali illegali.
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-prinċipju ġenerali ta’ litis denuntiatio, tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza rrifjutat, mingħajr ma pprovdiet motivazzjoni, milli tilqa’ t-talba tagħha intiża għall-intimazzjoni tal-partijiet kontraenti l-oħra u għall-fatt li s-sentenza tkun tapplika fir-rigward tal-partijiet kontraenti kollha. Dan ir-rifjut joħloq ostakolu de facto għall-opportunitajiet ugwali tal-partijiet f’kuntratt li jkun jgħaqqad lill-Kummissjoni ma’ diversi msieħba, peress li l-Kummissjoni tista’, jekk ikun il-każ, tippreżenta r-rikors tagħha kontra l-partijiet kontraenti tagħha kollha, filwaqt li din il-possibbiltà ma teżistix fis-sitwazzjoni fejn ir-rikors jiġi ppreżentat minn waħda mill-partijiet kontraenti.
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, kompost minn żewġ partijiet, l-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-Artikoli 1134 u 1165 tal-Kodiċi Ċivili, tal-prinċipju li att għandu jiġi interpretat skont it-termini tiegħu, tal-Artikoli 1.1 u 10 tal-kuntratt BU/209/95, tal-Artikoli 2.1, 2.2, 21.2 u 21.4 tal-Anness II tal-istess kuntratt, kif ukoll in-nuqqas jew l-iżball ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, minn naħa, billi firdet id-drittijiet u l-obbligi mid-diversi partijiet kontraenti minkejja li huma responsabbli flimkien u in solidum għat-twettiq tal-kuntratt BU/209/95, u min-naħa l-oħra, billi evalwat lill-appellanti bħala terz għall-kuntratt minħabba l-istatus tagħha bħala sub-appaltatur, minkejja li hija tabilħaqq parti kontraenti.
Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-Artikoli 1134 u 1184 tal-Kodiċi Ċivili, tal-prinċipju li att għandu jiġi interpretat skont it-termini tiegħu, tal-Artikolu 5 tal-Anness II tal-kuntratt BU/209/95 kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni u kontradizzjoni tas-sentenza appellata inkwantu din il-qorti rrikonoxxiet lill-Kummissjoni d-dritt li ttemm b’mod unilaterali l-imsemmi kuntratt fit-30 ta’ Awwissu 2005, minkejja li ddikjarat li r-rapport finali kien taċitament approvat mill-Kummissjoni iktar minn tliet snin qabel.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/37 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awissu 2009 minn A2A SpA, preċedentement ASM Brescia SpA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża), tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-189/03, ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-318/09 P)
2009/C 267/68
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: A2A SpA, preċedentement ASM Brescia SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina, C. Croff, G. Pizzonia, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza fil-Kawża T-189/03, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju u b’mod partikolari tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE, kif ukoll minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, fil-parti li fiha tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna mill-Istat; |
|
— |
tannulla s-sentenza minħabba applikazzjoni żbaljata u kontradittorja tad-dritt Komunitarju, fil-parti li fiha ma tikkwalifikax l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna eżistenti; |
|
— |
tannulla s-sentenza, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju, fil-parti li fiha tikkonferma l-leġittimità tal-ordni tal-irkupru mogħtija mid-deċiżjoni; u konsegwentement, |
|
— |
tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni (1) fil-parti li fiha tafferma li hija għajnuna mill-Istat u inkompatibbli mas-suq komuni, is-sistema tranżitorja ta’ kontinwità fiskali għall-impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (Artikolu 2 tad-deċiżjoni), u/jew fil-parti li fiha timponi lill-Italja sabiex tirkupra l-imsemmija għajnuna mingħand il-benefiċjarji (Artikolu 3 tad-deċiżjoni); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Bl-ewwel aggravju, A2A S.p.A tallega l-ksur tal-Artikolu 87(1) KE mill-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni, fil-parti li fiha s-sentenza tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, skont l-appellanti, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni, ma wrietx l-eżistenza, f’din il-kawża, ta’ tnejn mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 87(1) KE, jiġifieri d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma vverifikatx b’mod korrett ir-rekwiżiti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-kwalifikazzjoni ta’ “għajnuna”, kif kellha tagħmel għal stħarriġ “komplet” kif mitlub mill-ġurisprudenza Komunitarja.
Bit-tieni aggravju, sussidjarjament, l-appellanti tallega l-ksur tal-Artikolu 88 KE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti tal-Prim’Istanza u, fl-istess ħin, titlob l-annullament tas-sentenza li fiha tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala “għajnuna ġdida”. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza, billi rrepetiet kelma b’kelma l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni, ma ppermettietx li l-miżuri ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal tliet snin lil impriżi tas-servizz pubbliku li saru kumpanniji b’kapital azzjonarju jiġu kkunsidrati bħala “għajnuna eżistenti”. Min-naħa l-oħra, kienet tintlaħaq konklużjoni differenti kieku kellu jiġi kkunsidrat li s-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KE, kienet tapplika għall-impriżi tas-servizz pubbliku li, kif tammetti l-istess Kummissjoni, jikkostitwixxu l-istess entità ekonomika bħall-kumpanniji tal-Liġi Nru 142/90.
Fl-aħħar nett, A2A, bit-tielet aggravju tagħha, u iktar sussidjarjament, titlob l-annullament tas-sentenza, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju u tal-prinċipji inklużi fih, fil-parti li fiha tikkonferma l-leġittimità tal-ordni tal-irkupru mogħtija bid-deċiżjoni. Skont l-appellanti, is-sentenza għandha tiġi annullata inkwantu, kuntrarjament għas-sentenzi preċedenti tal-qorti Komunitarja, tappoġġja l-leġittimità tan-natura ġenerika tad-deċiżjoni u sostanzjalment tafferma li l-awtoritajiet nazzjonali kellhom nuqqas totali ta’ diskrezzjoni.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/38 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2009 minn ACEA SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-297/02, ACEA SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-319/09 P)
2009/C 267/69
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: ACEA SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, A. Giardina u T. Ubaldi, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ACSM Como SpA, AEM-Azienda Energetica Metropolitana Torino — SPA
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija fil-Kawża T-297/02 sa fejn din ma tissanzjonax in-nuqqas ta’ eżami differenzjat tal-każijiet differenti ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin u tikkonferma li l-imsemmija eżenzjoni għandu jkollha l-klassifikazzjoni ġenerali u astratta ta’ għajnuna mill-Istat; |
|
— |
tannulla s-sentenza sa fejn din ma tirrikonoxxix fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1); |
|
— |
tannulla s-sentenza sa fejn din tikkonferma l-legalità tal-ordni ta’ rkupru previst fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (2); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka erba’ aggravji tal-appell insostenn tat-talbiet tagħha.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE tar-Regolament KE Nru 659/1999, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tan-nuqqas ta’ eżami differenzjat tal-każijiet differenti ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin prevista fl-Artikolu 3(70) tal-Liġi Nru 549/1995 u fl-Artikolu 66(14) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 331/1993. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi u naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha inkwantu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ u tal-informazzjoni li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha, hija ma ssanzjonatx in-natura astratta u inkompleta tal-investigazzjoni u l-konklużjonijiet li għalihom waslet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, f’dak li jirrigwarda l-każijiet differenti li fihom l-eżenzjoni fiskali kienet tapplika.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-artikolu 87(1) KE, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn din ikkonfermat li l-eżenzjoni għal tliet snin kellu jkollha l-klassifikazzjoni ġenerali u astratta ta’ għajnuna mill-Istat. Il-Qorti tal-Prim’Istanza, b’mod partikolari, ma vverifikatx b’mod korrett iċ-ċirkustanzi tal-każ u l-preżunzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni bbażat ruħha sabiex tikklassifika l-miżura inkwistjoni bħala għajnuna, kif kellha tagħmel skont is-setgħa ta’ stħarriġ sħiħ li hija għandha. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meta ma ntwerietx l-eżistenza ta’ tnejn mill-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 87(1) KE, tal-inqas f’dak li jirrigwarda ċerti setturi kkonċernati mill-eżenzjoni: il-fatt li l-għajnuna thedded li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas u n-natura kontradittorja tal-motivazzjoni, kif ukoll fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 88(1) KE u tal-Artikolu 1(b) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, inkwantu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin ġiet ikklassifikata bħala għajnuna ġdida. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ssanzjonatx il-fatt li l-eżenzjoni ma ġietx ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, minkejja li mill-kuntest u miċ-ċirkustanzi tal-każ jirriżulta li l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna ġdida, tal-inqas fir-rigward ta’ ċerti setturi kkonċernati mill-eżenzjoni għal tliet snin, ma kinitx iġġustifikata.
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-legalità tal-ordni ta’ rkupru previst fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball meta qieset li l-ordni ta’ rkupru previst fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kellu portata ġenerali u ma kien suġġett għal ebda kundizzjoni, meta l-imsemmija deċiżjoni kienet tinkludi biss evalwazzjoni astratta, ġenerika u inkompleta tal-eżenzjoni mit-taxxa.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu tat-Trattat KE (ĠU 1999 L 83, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 2).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/39 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awissu 2009 minn A2A SpA, preċedentement ASM Brescia SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-301/02, AEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-320/09 P)
2009/C 267/70
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: A2A SpA, preċedentement ASM Brescia SpA (rappreżentanti: A. Giardina, A. Santa Maria, C. Croff u G. Pizzonia, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza fil-Kawża T-301/02, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju u b’mod partikolari tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE, kif ukoll minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, fil-parti li fiha tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna mill-Istat; |
|
— |
tannulla s-sentenza, minħabba applikazzjoni żbaljata u kontradittorja tad-dritt Komunitarju, fil-parti li fiha ma tikkwalifikax l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna eżistenti; |
|
— |
tannulla s-sentenza, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju, fil-parti li fiha tikkonferma l-leġittimità tal-ordni tal-irkupru mogħtija mid-deċiżjoni (1); u konsegwentement, |
|
— |
tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni fil-parti li fiha tafferma li hija għajnuna mill-Istat u inkompatibbli mas-suq komuni, is-sistema tranżitorja ta’ kontinwità fiskali għall-impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (Artikolu 2 tad-deċiżjoni), u/jew fil-parti li fiha timponi lill-Italja sabiex tirkupra l-imsemmija għajnuna mingħand il-benefiċjarji (Artikolu 3 tad-deċiżjoni); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Bl-ewwel aggravju, A2A S.p.A tallega l-ksur tal-Artikolu 87(1) KE mill-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni, fil-parti li fiha s-sentenza tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, skont l-appellanti, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni, ma wrietx l-eżistenza, f’din il-kawża, ta’ tnejn mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 87(1) KE, jiġifieri d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma vverifikatx b’mod korrett ir-rekwiżiti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-kwalifikazzjoni ta’ “għajnuna”, kif kellha tagħmel għal stħarriġ “komplet” kif mitlub mill-ġurisprudenza Komunitarja.
Bit-tieni aggravju, sussidjarjament, l-appellanti tallega l-ksur tal-Artikolu 88 KE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti tal-Prim’Istanza u, fl-istess ħin, titlob l-annullament tas-sentenza li fiha tikkwalifika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji għal tliet snin bħala “għajnuna ġdida”. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza, billi rrepetiet kelma b’kelma l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni, ma ppermettietx li l-miżuri ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal tliet snin lil impriżi tas-servizz pubbliku li saru kumpanniji b’kapital azzjonarju jiġu kkunsidrati bħala “għajnuna eżistenti”. Min-naħa l-oħra, kienet tintlaħaq konklużjoni differenti kieku kellu jiġi kkunsidrat li s-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KE, kienet tapplika għall-impriżi tas-servizz pubbliku li, kif tammetti l-istess Kummissjoni, jikkostitwixxu l-istess entità ekonomika bħall-kumpanniji tal-Liġi Nru 142/90.
Fl-aħħar nett, A2A, bit-tielet aggravju tagħha, u iktar sussidjarjament, titlob l-annullament tas-sentenza, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju u tal-prinċipji inklużi fih, fil-parti li fiha tikkonferma l-leġittimità tal-ordni tal-irkupru mogħtija bid-deċiżjoni. Skont l-appellanti, is-sentenza għandha tiġi annullata inkwantu, kuntrarjament għas-sentenzi preċedenti tal-qorti Komunitarja, tappoġġja l-leġittimità tan-natura ġenerika tad-deċiżjoni u sostanzjalment tafferma li l-awtoritajiet nazzjonali kellhom nuqqas totali ta’ diskrezzjoni.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/40 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division fit-12 ta’ Awwissu 2009 — L'Oréal SA, Lancôme parfums et beauté & Cie SNC, Laboratoire Garnier & Cie, L’Oréal (UK) Limited vs eBay International AG, eBay Europe SARL, eBay (UK) Limited, Stephan Potts, Tracy Ratchford, Marie Ormsby, James Clarke, Joanna Clarke, Glen Fox, Rukhsana Bi
(Kawża C-324/09)
2009/C 267/71
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L’Oréal SA, Lancôme parfums et beauté & Cie SNC, Laboratoire Garnier & Cie, L’Oréal (UK) Limited
Konvenuti: eBay International AG, eBay Europe SARL, eBay (UK) Limited, Stephan Potts, Tracy Ratchford, Marie Ormsby, James Clarke, Joanna Clarke, Glen Fox, Rukhsana Bi
Domandi preliminari
|
1) |
Il-provvista b’xejn, lid-distributuri awtorizzati tal-proprjetarju tat-trade mark, ta’ fwieħa u kożmetiċi (jiġifieri kampjuni użati sabiex jiġu murija prodotti lill-konsumaturi fil-ħwienet) u kampjuni fil-forma ta’ fliexken (jiġifieri kontenituri li minnhom ikunu jistgħu jittieħdu kwantitajiet żgħar sabiex jingħataw lill-konsumaturi bħala kampjuni b’xejn), li mhumiex intiżi għall-bejgħ lill-konsumaturi (u spiss ikollhom miktub “mhux għall-bejgħ” jew “mhux għal bejgħ individwali”), dawn il-prodotti jikkostitwixxu “[tqegħid fis-suq]” skont is-sens tal-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1) tal-21 ta’ Diċembru 1988 (“id-Direttiva dwar it-trade marks”) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (2) tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (“ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”)? |
|
2) |
Meta l-imballaġġ (jew imballaġġ estern ieħor) ikunu tneħħew mill-fwejjaħ u kożmetiċi mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, dan jikkostitwixxi “raġuni leġittima” sabiex il-proprjetarju ta’ trade mark jopponi li tkompli l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti maħruġin mill-imballaġġ skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
|
3) |
Ir-risposta għat-tieni domanda tagħmel differenza jekk:
|
|
4) |
Ir-risposta għat-tieni domanda iktar ’il fuq tagħmel differenza jekk it-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni tikkawża dannu, jew hemm probabbiltà li tikkawża dannu, għall-immaġni tal-prodotti u għalhekk għar-reputazzjoni tat-trade mark? Jekk ikun il-każ, dan l-effett għandu jiġi preżunt, jew huwa meħtieġ li jiġi ppruvat mill-proprjetarju tat-trade mark? |
|
5) |
Fejn kummerjċant li jopera fuq suq online jixtri l-użu ta’ sinjal li huwa identiku għal trade mark irreġistrata bħala terminu prinċipali għar-riċerka, mingħand operatur ta’ mutur tar-riċerka, b’mod li s-sinjal huwa muri lil utenti mill-mutur tar-riċerka f’link sponsorizzat għas-sit tal-operatur tas-suq online, il-wiri tas-sinjal fil-link sponsorizzat jikkostitwixxi “użu” tas-sinjal fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
|
6) |
Meta l-ikklikkjar fuq il-link sponsorizzat imsemmi fil-ħames domanda iktar ’il fuq iwassal lil utent direttament għal reklami jew offerti għall-bejgħ ta’ prodotti identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark hija rreġistrata taħt is-sinjal impoġġi fuq is-sit minn terzi, li uħud minnhom jiksru t-trade mark u uħud minnhom ma jiksrux it-trade mark minħabba l-istatus differenti tal-prodotti rispettivi, dan jikkostitwixxi użu tas-sinjal mill-operatur tas-suq online “fejn għandhom x’jaqsmu” mal-prodotti li jiksru t-trade mark skont is-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
|
7) |
Meta l-prodotti rreklamati u offerti għall-bejgħ fuq is-sit imsemmija fis-sitt domanda iktar ’il fuq ikunu jinkludu prodotti li ma jkunux tqiegħdu fuq is-suq fiż-ŻEE minn jew bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, huwa biżżejjed għal użu bħal dan li jaqa’ fil-marġni tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u barra mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, b’mod li r-reklamar jew offerta għal bejgħ ikunu diretti lejn konsumaturi fit-territorju kopert mit-trade mark jew għandu l-proprjetarju tat-trade mark juri li r-reklam jew l-offerta għal bejgħ neċessarjament tfisser li jitqiegħdu l-prodotti inkwistjoni fis-suq fit-territorju kopert mit-trade mark? |
|
8) |
Ir-risposti għall-ħames, is-sitt u s-seba’ domandi iktar ’il fuq jagħmlu differenza jekk l-użu li jilmenta dwaru l-proprjetarju tat-trade mark jikkonsisti fil-wiri tas-sinjal fuq is-sit tal-operatur tas-suq online stess minflok fil-link sponsorizzat? |
|
9) |
Sabiex tali użu jaqa’ fil-marġni tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u barra mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar it-trade marks u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, ikun biżżejjed li r-reklam jew l-offerta għal bejgħ ikunu diretti lejn konsumaturi fit-territorju kopert mit-trade mark:
|
|
10) |
Fejn is-servizzi ta’ intermedjarju bħal operatur ta’ sit ikunu ġew użati minn terza persuna sabiex jiksru trade mark reġistrata, l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (“id-Direttiva fuq l-infurzar tad-drittijiet”) jeħtieġ l-Istati Membri jiżguraw li l-proprjetarju tat-trade mark ikun jista’ jikseb ordni kontra l-intermedjarju sabiex jimpedixxi iktar ksur tal-imsemmija trade mark, meta mqabbel mal-kontinwazzjoni ta’ dak l-att speċifiku ta’ ksur, u jekk ikun il-każ x’inhi l-portata tal-ordni li għandha ssir disponibbli? |
(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ĠU L 40, p. 1
(2) ĠU L 11, p. 1
(3) Direttiva tal-Kunsill, tas-27 ta’ Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi ĠU L 262, p. 169
(4) ĠU L 157, p. 45
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/41 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2009 minn Iride SpA, li qabel kienet AMGA SpA, kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-300/02, AMGA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-329/09 P)
2009/C 267/72
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Iride SpA, li qabel kienet AMGA SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo u T. Ubaldi, avvocati)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza fil-Kawża T-300/02 minħabba żnaturament tal-atti tal-proċess u żball fil-konsegwenzi legali li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet minn dawn l-atti fil-parti fejn tiddikjara li Azienda Mediterranea Gas e Acqua S.p.A (AMGA) mhijiex individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata (1) u li r-rikors li hija ppreżentat fil-Kawża T-300/02 huwa inammissibbli; |
|
— |
tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat fil-Kawża T-300/02 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni aggravju wieħed insostenn tal-appell tagħha, ibbażat fuq żnaturament tal-atti tal-proċess u żball fil-konsegwenzi legali li l-Qorti tal-Prim’Istanza ikkonkludiet mill-konstatazzjonijiet ineżatti magħmula fis-sentenza, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u l-ġurisprudenza Komunitarja rilevanti. Skont Iride, b’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat kompletament l-atti li hija ppreżentat għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tikkonferma il-klassifikazzjoni ta’ AMGA bħala benefiċjarja effettiva ta’ għajnuna individwali mogħtija abbażi tal-iskema inkwistjoni u li l-irkupru tagħha ġie ordnat mill-Kummissjoni. Minħabba l-iżnaturament tal-atti tal-proċess, il-Qorti tal-Prim’Istanza għalhekk żbaljatament ikkonkludiet il-konsegwenza legali li hija ma kinitx individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk, li r-rikors tagħha kien inammissibbli.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE tal-5 ta’ Ġunju 2002 dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003 L 77 p. 21)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/42 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Meiningen (il-Ġermanja) fit-24 ta’ Awwissu 2009 — Frank Scheffler vs Landkreis Wartburgkreis
(Kawża C-334/09)
2009/C 267/73
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Meiningen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frank Scheffler
Konvenut: Landkreis Wartburgkreis
Domandi preliminari
Skont l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva 91/439/KEE, (1) jista’ Stat Membru jeżerċita l-awtorità tiegħu taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439/KEE — sabiex japplika id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan għal possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor — fir-rigward ta’ ċertifikat ta’ kapaċità ta’ sewqan ippreżentat mill-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk iċ-ċertifikat kien maħruġ wara d-data ta’ ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan u huwa wkoll ibbażat fuq eżami tal-parti kkonċernata magħmul wara l-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, imma huwa relatat ma’ fatti li saru qabel il-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan.
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/42 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Awissu 2009 minn Acegas-APS SpA, preċedentement Acqua, Elettricità, Gas e servizi SpA (Acegas) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-309/02, Acegas vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-341/09 P)
2009/C 267/74
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Acegas-APS SpA, preċedentement Acqua, Elettricità, Gas e servizi SpA (Acegas) (rappreżentanti: F. Ferletic u F. Spitaleri, avvocati, L. Daniele, professore)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Kawża T-309/02, ACEGAS APS vs Il-Kummissjoni, u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għad-drittijiet u l-ispejjeż tal-kawża ta’ annullament u tirriżerva d-deċiżjoni dwar id-drittijiet u l-ispejjeż tal-kawża tal-ewwel istanza; Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-kawża qegħda fi stat li jippermettilha tiddeċiedi hija l-mertu tal-kawża, |
|
— |
tannulla totalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE (1), tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn timponi fuq l-Istat Taljan li jirkupra l-għajnuna mogħtija mingħand il-benefiċjarji; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunità Europea għall-ħlas tad-drittijiet u l-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-kawża tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE — Esklużjoni tal-interess individuali ta’ ACEGAS-APS minħabba elementi ta’ fatt żbaljati u irrilevanti.
ACEGAS-APS issostni li l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tissuġġetta rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar skemi ta’ għajnuna għal żewġ kundizzjonijiet: ir-rikorrent għandu jkun benefiċjarju effettiv tal-għajnuna mogħtija bis-saħħa tal-iskema li tkun is-suġġett tad-deċiżjoni; id-deċiżjoni għandha tinkludi ordni ta’ rkupru tal-għajnuna. ACEGAS-APS tosserva li f’dan il-każ iż-żewġ kundizzjonijiet kienu sodisfatti. Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta ddikjarat ir-rikors bħala inammissibbli, billi rreferiet għal fatti żbaljati, irrilevanti u li ma jidħlux fil-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza.
It-tieni aggravju: ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE — Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-interess individwali tar-rikorrenti, teħid inkunsiderazzjoni b’mod żbaljat ta’ fatti u ċirkustanzi li seħħew wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni
ACEGAS-APS issostni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-interess ġuridiku għandhom ikunu jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti tal-Prim’Istanza għalhekk żbaljat meta eskludiet l-interess ġuridiku individwali ta’ ACEGAS-APS, billi bbażat ruħha fuq fatti sussegwenti li jikkonċernaw il-proċedura mibdija mill-awtoritajiet kompetenti Taljani għall-irkupru tal-għajnuna allegatament mogħtija.
It-tielet aggravju: ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti — ksur tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza li jikkawża preġudizzju għall-interessi tar-rikorrenti — żnaturament tal-provi — nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u kontradittorja
Matul il-proċedura fl-ewwel istanza, il-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet żewġ mistoqsijiet bil-miktub lil ACEGAS-APS u lir-Repubblika Taljana rispettivament, li permezz tagħhom talbet l-ammont tal-allegata għajnuna li rċeviet ir-rikorrenti. Billi għamlet dawn il-mistoqsijiet, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ ACEGAS-APS. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat il-kontenut tat-tweġibiet mogħtija, li kienu jikkonfermaw li r-rikorrenti kienet “benefiċjarja effettiva” tal-iskema ta’ eżenzjoni IRPEG ikkontestata mill-Kummissjoni.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/43 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2009 minn Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-151/08: Guedes — Indústria e Comércio vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs
(Kawża C-342/09 P)
2009/C 267/75
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellant: Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA (rappreżentanti: B. Braga da Cruz, avukat)
Partijiet l-oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs
Talbiet tal-appellant
L-appellanti jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-151/08 (deċiżjonijiet relatati: deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2008 mogħtija fil-Każ R 986/2007-2 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern; deċiżjoni tas-27 ta’ April 2007 tad-Dipartiment tat-Trade Marks tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern rigward il-Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni Nru B 828 634), u skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt Komunitarju; |
|
— |
tirrifjuta li titħalla r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 710 597 fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 29 u 31; |
|
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fid-deċiżjoni mogħtija mid-Dipartiment tat-Trade Marks tal-UASI ġie meqjus li wħud mill-prodotti inkwistjoni huma identiċi jew manifestament jixxiebhu, iżda ġie ddikjarat li t-trade marks kunfliġġenti huma distinti, mingħajr ma ġiet stabbilita r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti “GALLO”.
It-Tieni Bord tal-Appell mexa fuq din il-konklużjoni, filwaqt li sostna li għalkemm kien hemm prova tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti “GALLO”, it-trade marks inkwistjoni kienu distinti.
Il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej qablet mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għal dak li jirrigwarda l-fatt li t-trade marks inkwistjoni fihom differenzi mill-aspetti fonetiċi, grafiċi u kunċettwali.
L-appellant ma jaqbilx ma’ din il-konklużjoni, peress li jikkunsidra li t-trade marks GALLO u GALLECS jindikaw prodotti li huma identiċi jew li manifestament jixxiebhu u huma simili.
Fil-fatt, jeżistu diversi deċiżjonijiet tal-qrati Komunitarji fejn huwa stabbilit li trade marks li għandhom l-istess elementi inizjali joħolqu konfużjoni minħabba x-xebh tagħhom u għaldaqstant, ma jistgħux jeżistu flimkien fis-suq.
Barra minn hekk, ġie kkunsidrat u rikonoxxut li t-trade mark GALLO għandha reputazzjoni, li fil-Portugall tirrendi lit-trade mark preċedenti iktar distintiva.
Għaldaqstant, hemm possibbiltà vera li l-appellat jieħu vantaġġ inġust mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti Portugiża tal-appellant “GALLO”.
L-appellant, għalhekk, isostni li s-sentenza appellata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/44 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fis-26 ta’ Awwissu 2009 — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport
(Kawża C-343/09)
2009/C 267/76
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Afton Chemical Limited.
Konvenut: Secretary of State for Transport.
Domandi preliminari
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-addittivi metalliċi fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) (1):
|
1. |
B’riferiment għal dik il-parti tal-Artikolu 1(8) li tintoduċi Artikolu 8(a)(2) ġdid fid-Direttiva 98/70 (2) li jillimita l-użu tal-methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl fil-karburant għal 6 mg Mn kull litru mill-1 ta’ Jannar 2011 u għal 2 mg mill-1 ta’ Jannar 2014, l-impożizzjoni ta’ tali il-limiti hija:
|
|
2. |
B’riferiment għal dik il-parti tal-Artikolu 1(8) li tintroduċi Artikolu 8(a)(4), (a)(5) u (a)(6) ġdid fid-Direttiva 98/70 li jeħtieġ l-ittikettjar tal-karburanti kollha li fihom additivi metalliċi bil-frażi “fih additivi metalliċi”, tali rekwiżit ta’ tikettjar huwa:
|
(1) ĠU L 140, p. 88
(2) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 li tirrigwarda l-kwalitá tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KE, (ĠU L 350, p. 58).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/45 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-351/09)
2009/C 267/77
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, K. Xuereb, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika ta’ Malta,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 15(2) tad-direttiva, ir-rapporti sommarji tal-programmi għall-monitoraġġ kellhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Marzu 2007. Barra minn dan, l-obbligu li jiġi ppreżentat ir-rapport sommarju dwar il-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni għandu jiġi osservat indipendentement mill-obbligu li jiġi ppreżentat il-Pjan tal-Immaniġġar tal-Catchment tal-Ilma. Sal-lum ir-rapport sommarju dwar il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni għadu ma ntbagħtx. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 15(2) tad-direttiva.
Barra minn hekk, fid-dawl tal-informazzjoni msemmija iktar ’il fuq ipprovduta mir-Repubblika ta’ Malta, u tan-nuqqas ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rapport sommarju li r-Repubblika ta’ Malta kellha tippreżenta fir-rigward tal-programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, il-Kummissjoni tqis li, sal-lum, ir-Repubblika ta’ Malta għadha ma stabbilietx u għamlet operazzjonali programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-direttiva. Dawn il-programmi huma essenzjali sabiex tiġi stabbilita deskrizzjoni ġenerika koerenti u komprensiva tal-istat tal-ilma fi ħdan kull distrett ta’ baċin (2).
(1) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma
ĠU L 327, p. 1
(2) Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/60/KE
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/45 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2009 minn Perfetti Van Melle SpA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-16/08: Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
(Kawża C-353/09 P)
2009/C 267/78
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Perfetti Van Melle SpA (rappreżentant: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tilqa’ l-appell u, konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-16/08, fl-intier tagħha, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura; |
|
— |
tiddeċiedi l-kawża definittivament — jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu dan — billi tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973065 u tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-UASI. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. Motivi legali
Permezz ta’ dan l-appell, Perfetti Van Melle S.p.A. tikkontesta s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-16108 tal-1 ta’ Lulju 2009, li ġiet innotifikata fit-2 ta’ Lulju 2009.
Insostenn tal-appell, l-appellanti tqis li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza appellata f’din il-kawża, hija vvizzjata b’interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK) (1), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess Regolament.
1.1. Fuq l-ewwel aggravju: l-appellanti tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma eżaminatx it-trade marks inkwistjoni abbażi tal-kriterji ta’ “evalwazzjoni globali” jew “impressjoni ġenerali”.
Huwa prinċipju stabbilit li l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, fir-rigward tax-xebh viżiv, fis-smigħ jew kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġenerali prodotta mit-trade marks, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-elementi distintivi u dominanti tagħhom. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma applikatx il-prinċipju msemmi hawn fuq u, b’mod partikolari, iddeċidiet li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, billi bbażat l-evalwazzjoni tagħha esklużivament fuq il-fatt li t-tnejn fihom l-element komuni “CENTER”.
Is-sentenza appellata naqset milli teżamina t-trade marks fid-dawl ta’ “evalwazzjoni globali” u l-“impressjoni ġenerali” li jagħtu. Minflok, is-sentenza appellata ħadet approċċ analitiku u, għamlet eżami bejn it-trade mark “CENTER” minn naħa u l-ewwel parti verbali tat-trade mark ikkontestata “CENTER” min-naħa l-oħra, filwaqt li naqset milli tagħti importanza lit-tieni parti verbali “SHOCK”. Huwa veru li s-sentenza appellata rreferiet għall-kriterji ta’ evalwazzjoni globali u tal-impressjoni ġenerali, iżda huwa veru wkoll li mhuwiex biżżejjed li jiġi ċċitat u rripetut kriterju ġurisprudenzjali: sabiex qorti taġixxi kif suppost, jeħtieġ li dan jiġi segwit u applikat b’mod korrett fil-każ ineżami. Dan ma sarx fis-sentenza appellata. Is-sentenza appellata llimitat ruħha sabiex tiddeċiedi li ż-żewġ trade marks inkwistjoni huma simili peress li t-tnejn fihom l-element verbali “CENTER”, mingħajr ma spjegat għaliex l-element verbali “SHOCK” mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti ssostni wkoll li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’distorsjoni tal-fatti u bil-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
1.2. Fuq it-tieni aggravju: l-appellanti ssostni li fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tqis ċerti fatturi estremament importanti u rilevanti.
Is-sentenza appellata kisret ukoll l-Artikolu 8(1)(b) billi naqset milli tevalwa fatturi li kienu estremament rilevanti sabiex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-koeżistenza għal tul ta’ żmien tat-trade marks inkwistjoni u n-nuqqas ta’ konfużjoni attwali, kif ġie spjegat fit-tul fir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma evalwatx, b’mod korrett, fattur importanti ieħor, dak tal-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti. Fil-fatt, ma kienx loġiku għall-Qorti tal-Prim’Istanza li tiddeċiedi li konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u prudenti jonqos milli josserva l-preżenza tal-kelma “SHOCK” u milli jagħraf li t-trade marks inkwistjoni, mhux biss huma differenti viżwalment u fonetikament iżda għandhom ukoll tifsira differenti peress li t-trade mark “CENTER” hija kelma li tindika “il-punt fin-nofs ta’ xi ħaġa”, u t-trade mark “CENTER SHOCK”, minħabba l-preżenza tal-element distintiv “SHOCK”, hija espressjoni li tindika idea ta’ sensazzjoni qawwija (xokk) li l-konsumatur iħoss meta jomgħod iċ-ċentru taċ-chewing gum.
2. Talbiet:
|
— |
tilqa’ l-appell u, konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, fl-intier tagħha, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura; |
|
— |
tiddeċiedi l-kawża definittivament, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu dan, billi tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973065 u tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-UASI, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċeduri; |
|
— |
sussidjarjament, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża ma jippermettux dan, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex din tagħti deċiżjoni skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) ĠU L 11, p. 1
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/46 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Settembru 2009 — Saïd Shamilovich Kadzoev vs Ministertsvo na vatreshnite raboti
(Kawża C-357/09)
2009/C 267/79
Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Saïd Shamilovich Kadzoev.
Konvenut: Ministertsvo na vatreshnite raboti.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
|
2) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-perijodi stabbiliti ta’ detenzjoni f’ċentru speċjalizzat bil-għan ta’ tneħħija, fis-sens tal-imsemmija direttiva, ma għandux jiġi inkluż il-perijodu li matulu tkun ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija mill-Istat Membru skont dispożizzjoni speċifika, minħabba appell pendenti kontra l-imsemmija deċiżjoni, minkejja li matul din il-proċedura huwa jkun baqa’ jirrisjedi f’dan l-istess ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, meta iċ-ċittadin ma jkollux dokumenti tal-identità validi, u konsegwentement ikun jeżisti dubju dwar l-identità tiegħu jew meta ma jkollux mezzi ta’ għixien jew inkella meta jkollu imġiba aggressiva? |
|
3) |
L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tneħħija mhijiex raġonevolment possibbli meta:
|
|
4) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġu interpretat fis-sens li jekk, fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni bil-għan tat-tneħħija tal-persuna kkonċernata lejn pajjiż terz, jiġi kkonstatat li ma jkunx jeżisti motiv raġonevoli għat-tneħħija tagħha u li l-motivi għall-estensjoni tad-detenzjoni tiegħu jkunu ġew eżawriti, f’każ bħal dan:
|
(1) ĠU L 348, p. 98.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/48 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-363/09)
2009/C 267/80
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 38 tal-Liġi 43/2002, tal-20 ta’ Novembru 2002, dwar il-protezzjoni tal-pjanti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE (1) |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Direttiva 91/414/KEE tissodisfa l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għal dan il-għan hija tistabbilixxi regoli uniformi fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti.
L-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva jiddetermina l-leġiżlazzjoni fir-rigward, minn naħa, tad-data li għandha tintbgħat mill-applikanti li jitolbu l-awtorizzazzjoni ta’ prodott speċifiku għall-protezzjoni tal-pjanti u, min-naħa l-oħra, tal-użu u tal-protezzjoni ta’ din id-data billi jiggarantixxi, ħlief għal-ċerti eċċezzjonijiet, il-kunfidenzjalità tagħha.
Id-direttiva tikkostitwixxi armonizzazzjoni sħiħa u, konsegwentement, Stat Membru jista’ jadotta leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-operaturi ekonomiċi jiżvelaw id-data mibgħuta mal-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(7).
Madankollu, l-Artikolu 38 tal-Liġi 43/2002 jippermetti aċċess għal data li tkun ġejja minn studji u esperimenti mwettqa barra mill-kuntest tal-każijiet espliċitament previsti mid-direttiva.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li peress li r-Renju ta’ Spanja ma kellu ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dritt nazzjonali u peress li ma beda ebda proċedura sabiex iħassar l-imsemmija dispożizzjoni, l-introduzzjoni ta’ deroga mis-sistema ta’ aċċess għad-data li tinsab fil-fajls tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni, ladarba tali deroga mhijiex prevista mill-imsemmija direttiva, tikkostitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju.
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ĠU L 230, p. 1
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/48 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 minn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-226/08 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Schwarzbräu GmbH
(Kawża C-364/09 P)
2009/C 267/81
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Schwarzbräu GmbH
Talbiet tal-appellanti
|
1. |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Lulju 2009, fil-Kawża T-226/08; |
|
2. |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 1124/2004-4); |
|
3. |
tikkanċella t-trade mark Komunitarja Nru 505 503“ALASKA” kollha kemm hi minħabba l-eżistenza ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut; |
|
4. |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
B’mod sussidjarju għat-talba indikata iktar ’il fuq fin-numru 3, l-appellanti titlob li t-trade mark Komunitarja Nru 505503 “ALASKA” tiġi ddikjarata invalida għall-inqas fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: “Ilma minerali u ilma bil-gass, u xorb ieħor mingħajr alkoħol li jaqgħu fil-klassi 32”
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ April 2008. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Bord tal-Appell ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti fir-rigward tat-trade mark verbali Komunitarja “ALASKA” għall-prodotti kollha koperti mir-reġistrazzjoni (Ilma minerali u ilma bil-gass, u xorb ieħor mingħajr alkolħol; xorb tal-frott u meraq tal-frott, xroppi u taħlitiet oħra għall-preparazzjoni ta’ xorb).
Essenzjalment, in-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk teżistix raġuni assoluta għal rifjut fil-forma tar-rekwiżit li tinżamm disponibbli indikazzjoni tal-oriġini ġeografika.
Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti qiegħda ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 40/94”), u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza.
Skont il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 40/94, sabiex tiġi eskluża r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja huwa biżżejjed jekk din tkun tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti inklużi fl-applikazzjoni. Minn dan isegwi li anki indikazzjonijiet ġeografiċi li jistgħu jintużaw minn impriżi għandhom jinżammu disponibbli bħala indikazzjonijiet tal-oriġini ġeografika tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat. Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija tar-Regolament Nru 40/94 mhuwiex meħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta’ disponibbiltà konkret, attwali jew serju.
Li kieku l-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-każ ineżami, applikat mingħajr żbalji ta’ liġi l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, hija kien ikollha tikkonstata li l-Alaska hija l-ikbar riżerva ta’ ilma tax-xorb tal-Istati Uniti tal-Amerika, li l-pubbliku rilevanti jassoċja l-Alaska ma’ żona naturali abbundanti ta’ ilma pur fid-diversi forom tiegħu, li fl-Alaska ssir produzzjoni ta’ ilma minerali fi kwantitajiet ekonomikament rilevanti u li dan l-ilma diġà huwa kkummerċjalizzat fil-Komunità u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata serjament il-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni ulterjuri. Għaldaqstant, huwa ċar li l-indikazzjoni “ALASKA” tista’ fil-futur tintuża minn kompetituri bħala indikazzjoni tal-oriġini.
Minflok, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza fil-liġi sa fejn, permezz ta’ eżami tal-opportunità, jiġifieri ta’ jekk id-distribuzzjoni ta’ ilma minerali mill-Alaska tagħmilx sens jew le minn perspettiva ekonomika (is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni, l-ispejjeż tat-trasport), hija stabbiliet rekwiżiti addizzjonali li jmorru lil hinn mill-prinċipji msemmija. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali, fid-dawl tal-Artikolu 7(1)(ċ), tal-formulazzjoni tiegħu u b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, għandhom jitqiesu bħala eċċessivi u jwasslu għal interpretazzjoni li hija wiesgħa wisq u li mhijiex kompatibbli mal-għan tad-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/49 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 minn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-225/08, Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Schwarzbräu GmbH
(Kawża C-365/09 P)
2009/C 267/82
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Schwarzbräu GmbH
Talbiet tal-appellanti
|
1. |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009, fil-Kawża T-225/08; |
|
2. |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 877/2004-4) |
|
3. |
tikkanċella t-trade mark Komunitarja Nru 505 502“ALASKA” kollha kemm hi minħabba l-eżistenza ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut; |
|
4. |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell sar mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-8 ta’ April 2008. L-appellanti tallega li permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Bord tal-Appell ikkonferma ċ-ċaħda tat-talba tal-appellanti sabiex it-trade mark Komunitarja figurattiva “ALASKA” tiġi ddikjarata invalida. It-talba tal-appellanti kienet diretta kontra l-prodotti kollha fil-klassi 32 li huma koperti mir-reġistrazzjoni (ilma minerali u ilma bil-gazz u xorb ieħor mingħajr alkolħol; xorb tal-frott u meraq tal-frott; ġulepp u taħlitiet oħra għall-preparazzjoni ta’ xorb).
Essenzjalment, in-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk teżistix raġuni assoluta għal rifjut fil-forma tar-rekwiżit li tinżamm disponibbli indikazzjoni tal-oriġini ġeografika.
Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti qiegħda ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 40/94”), u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza.
Skont il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 40/94, sabiex tiġi eskluża r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja huwa biżżejjed jekk din tkun tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti inklużi fl-applikazzjoni. Minn dan isegwi li anki indikazzjonijiet ġeografiċi li jistgħu jintużaw minn impriżi għandhom jinżammu disponibbli bħala indikazzjonijiet tal-oriġini ġeografika tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat. Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija tar-Regolament Nru 40/94 mhuwiex meħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta’ disponibbiltà konkret, attwali jew serju.
Li kieku l-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-każ ineżami, applikat mingħajr żbalji ta’ liġi l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, hija kien ikollha tikkonstata li l-Alaska hija l-ikbar riżerva ta’ ilma tax-xorb tal-Istati Uniti tal-Amerika, li l-pubbliku rilevanti jassoċja l-Alaska ma’ żona naturali abbundanti ta’ ilma pur fid-diversi forom tiegħu, li fl-Alaska ssir produzzjoni ta’ ilma minerali fi kwantitajiet ekonomikament rilevanti u li dan l-ilma diġà huwa kkummerċjalizzat fil-Komunità, u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata serjament il-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni ulterjuri. Għaldaqstant, huwa ċar li l-indikazzjoni “ALASKA” tista’ fil-futur tintuża minn kompetituri bħala indikazzjoni tal-oriġini.
Minflok, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza fil-liġi sa fejn, permezz ta’ eżami tal-opportunità, jiġifieri ta’ jekk id-distribuzzjoni ta’ ilma minerali mill-Alaska tagħmilx sens jew le minn perspettiva ekonomika (is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni, l-ispejjeż tat-trasport), hija stabbiliet rekwiżiti addizzjonali li jmorru lil hinn mill-prinċipji msemmija. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali, fid-dawl tal-Artikolu 7(1)(ċ), tal-formulazzjoni tiegħu u b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, għandhom jitqiesu bħala eċċessivi u jwasslu għal interpretazzjoni li hija wiesgħa wisq u li mhijiex kompatibbli mal-għan tad-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/50 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-370/09)
2009/C 267/83
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Margeli u M. Karanasou Apostolopoulou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), jew billi ma nnotifikatx kompletament l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE fid-dritt nazzjonali skada fl-1 ta’ Mejju 2008.
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/50 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division fl-14 ta’ Settembru 2009 — Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs vs Isaac International Limited
(Kawża C-371/09)
2009/C 267/84
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuta: Isaac International Limited
Domandi preliminari
|
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, fejn importatur huwa stabbilit u jopera f’żewġ Stati Membri u jimporta oġġetti f’wieħed mill-Istati Membri u immedjatament jittrasportahom għal Stat Membru l-ieħor, l-awtorizzazzjoni ta’ użu partikolari meħtieġa għall-iskop li tinkiseb eżenzjoni mid-dazju antidumping skont l-Artikolu 14(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 88/97 (1) tinvolvi iktar minn awtorità doganali waħda għall-finijiet tal-Artikolu 292(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (2)? |
|
2) |
F’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, fejn importatur naqas milli jikseb l-awtorità neċessarja għall-proċedura ta’ użu partikolari msemmija fl-Artikoli 14(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 88/97, tista’ madankollu tapplika eżenzjoni mid-dazju antidumping skont l-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92? (3) |
|
3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun affermattiva, fl-evalwazzjoni jekk kummerċjant f’sitwazzjoni bħal dik ta’ Isaac kienx manifestament negliġenti,
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, ĠU L 17, p. 17
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, ĠU L 253, p. 1
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ĠU L 302, p. 1
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/51 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-376/09)
2009/C 267/85
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u E. Depasquale, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi ma waqfitx l-użu mhux kritiku ta’ aloni f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti u billi ma rkupratx dawn l-aloni, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1); |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament Nru 2037/2000, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni, jirriżulta li r-Repubblika ta’ Malta kienet obbligata twaqqaf, qabel l-1 ta’ Mejju 2004, l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ta’ estingwituri tan-nar li jkun fihom aloni, ħlief għall-użu kritiku elenkat fl-Anness VII tar-Regolament, u kienet obbligata wkoll tirkupra dawn l-aloni bl-użu ta’ teknoloġiji adegwati.
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni fis-sens li r-Repubblika ta’ Malta waqfet l-użu mhux kritiku ta’ aloni f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti kollha elenkati fil-lista annessa mar-risposta tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni u fis-sens li rkuprat dawn l-aloni, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament.
(1) ĠU L 244, p. 1
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/52 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-547/07) (1)
2009/C 267/86
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/52 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-72/08) (1)
2009/C 267/87
Lingwa tal-kawża: Il-Polakk
Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/52 |
Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Carlos Cloet, Jacqueline Cloet vs Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI)
(Kawża C-129/08) (1)
2009/C 267/88
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti tal-Prim' Istanza
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/53 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/05) (1)
(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Tneħħija ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti kollha tal-ħalib għal Ceuta u għal Melilla - Kundizzjonijiet - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”)
2009/C 267/89
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Cárcamo u M. Muñoz Pérez, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 154, p. 10), sa fejn l-Anness tiegħu jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.
Dispożittiv
|
1) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, huwa annullat sa fejn jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/53 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Transnáutica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/05) (1)
(“Unjoni doganali - Operazzjonijiet ta’ tranżitu Komunitarju estern - Tagħbija tabakk u alkoħol etiliku destinata lejn pajjiżi terzi - Frodi - Talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Klawżola ta’ ekwità - Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari - Garanzija globali”)
2009/C 267/90
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, D. Ortigão Ramos u B. Aniceto Silva, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta l-ħlas lura u r-remissjoni ta’ ċerti dażji doganali.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/54 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Phildar vs UASI — Comercial Jacinto Parera (FILDOR)
(Kawża T-99/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali FILDOR - Trade mark nazzjonali semi-figurattiva preċedenti PHILDAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FILDOR - Trade mark nazzjonali verbali u semi-figurattiva preċedenti PHILDAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), Artikoli 62 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b), l-Artikoli 64 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 267/91
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Phildar SA (Roubaix, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Comercial Jacinto Parera SA (Barċellona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Phildar SA u Comercial Jacinto Parera, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/54 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Hipp & Co vs UASI — Laboratorios Ordesa (Bebimil)
(Kawża T-221/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Bebimil - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL 1 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Riskju ta’ konfużjoni”)
2009/C 267/92
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hipp & Co KG (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Laboratorios Ordesa, SL (Sant Boi de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: R. Thierie u E. Sugrañes Coca, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2006 (Każ R571/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ordesa, SL u Hipp & Co. KG.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hipp & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/55 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Dongguan Nanzha Leco Stationery vs Il-Kunsill
(Kawża T-296/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Determinazzjoni tal-marġini ta’ dumping - Status ta’ impriża li jevolvi f’ekonomija tas-suq - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali - Artikolu 2(7)(a) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)
2009/C 267/93
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd (Dongguan, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Bentley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Gerrisch, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); IML Industria Meccanica Lombarda Srl (Offanengo, l-Italja); Interkov spol. s r.o. (Bráník, ir-Repubblika Ċeka); MI.ME.CA. Srl (Ricengo, l-Italja); u NIKO — kovinarsko podjetje, d.d., Železniki (Železniki, l-Islovenja) (rappreżentanti: R. Bierwagen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 205, p. 1), sa fejn japplika għar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Europea, ta’ IML Industria Meccanica Lombarda Srl, ta’ Interkov spol. s r.o., ta’ MI.ME.CA. Srl u ta’ NIKO — kovinarsko podjetje, d.d., Železniki. |
|
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/55 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Arcandor vs UASI — dm drogerie markt (S-HE)
(Kawża T-391/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali S-HE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHE, trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti She u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti She - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
2009/C 267/94
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Arcandor AG, li qabel kienet Karstadt Quelle AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, W. Renck u T. Dolde, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: dm drogerie markt GmbH (Wals, l-Awstrija) (rappreżentanti: N. Dyck u M. Dick, avocats)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każ R 301/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Karstadt Quelle AG u dm drogerie markt GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Arcandor AG, li qabel kienet Karstadt Quelle AG, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/56 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Zero Industry vs UASI — zero Germany (zerorh+)
(Kawża T-400/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva zerorh+ - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti zero - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/95
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zero Industry Srl (Mariano Comense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Rapisardi u N. Colombo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: zero Germany GmbH & Co. KG, li qabel kienet zero International Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W.-D. Kuntze, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 958/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Germany GmbH & Co KG u Zero Industry Srl.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Zero Industry Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/56 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — JanSport Apparel vs UASI (BUILT TO RESIST)
(Kawża T-80/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUILT TO RESIST - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/96
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JanSport Apparel Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, C. Casalonga u K. Dimidjian-Lecompte, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, sussegwentement O. Mondéjar Ortuño, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1090/2006-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BUILT TO RESIST bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
JanSport Apparel Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/56 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Fratex Indústria e Comércio vs UASI — USA Track & Field (TRACK & FIELD USA)
(Kawża T-103/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRACK & FIELD USA - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TRACK & FIELD - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/97
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fratex Indústria e Comércio, Ltda (San Paolo, Brażil) (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: USA Track & Field, Inc. (Indiana, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1061/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fratex Indústria e Comércio, Ltda u Comércio, Ltda u USA Track & Field, Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Fratex Indústria e Comércio, Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/57 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-162/07) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Unjoni doganali - Prova tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti tas-sajd marittimu - Impossibbiltà li jiġu prodotti ċerti dokumenti bħala prova - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ imġieba illegali tal-korpi tagħha”)
2009/C 267/98
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Pigasos Alieftiki Naftiki Etairia (Moschato, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Skandamis u E. Perakis, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u M.-M. Joséphidès, sussegwentement F. Florido Gijón u M. Balta, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment E. Cujo, S. Schønberg u M. Konstantinidis, sussegwentement S. Schønberg u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni bil-għan li jitħallsu d-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti tas-sajd marittimu dokumenti oħra minbarra l-formola T2M prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/57 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Promomadrid vs UASI (MADRIDEXPORTA)
(Kawża T-180/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MADRIDEXPORTA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/99
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Promomadrid Desarrollo Internacional de Madrid S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1) dwar talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva MADRIDEXPORTA bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/58 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-183/07) (1)
(“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Terminu ta’ tliet xhur - Kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87”)
2009/C 267/100
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement T. Nowakowski, sussegwentement T. Kozek, sussegwentement M. Dowgielewicz u fl-aħħar M. Dowgielewicz, M. Jarosz u M. Nowacki, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, R. Somssich u M. Fehér, aġenti); Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: Z. Bryanston-Cross u C. Gibbs, aġenti, assistiti minn H. Mercer, barrister, sussegwentement minn I. Rao u S. Ossowski, aġenti, assistit minn J. Maurici, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tat-26 ta’ Marzu 2007, li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).
Dispożittiv
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tat-26 ta’ Marzu 2007, li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, hija annullata. |
|
2. |
Il-Kummissjoni għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika tal-Polonja. |
|
3. |
Ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/58 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2009 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07) (1)
(“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja - Remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Negliġenza manifesta - Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)
2009/C 267/101
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Thomson Sales Europe (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: F. Goguel u F. Foucault, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: fil-Kawża T-225/07, X. Lewis, H. van Vliet u S. Schønberg, u fil-Kawża T-364/07, X. Lewis u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-225/07, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remmissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll, fil-Kawża T-364/07, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
2) |
Thomson Sales Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/59 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-263/07) (1)
(“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012 - Kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni - Trattament ugwali - Artikolu 9(1) u (3), u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87”)
2009/C 267/102
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u T. Tamme, avukati)
Partjiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: inizjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment Z. Bryanston-Cross, sussegwentement L. Seeboruth, u fl-aħħar S. Ossowski, bħala aġenti, assistiti minn J. Maurici, barrister)
Suġġett
L-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha stess, dawk tar-Repubblika tal-Estonja. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
(1) ĠU C 223, 22.9.2007 (Rattifika ĠU C 247, 20.10.2007)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/59 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe vs UASI — Byass (ALFONSO)
(Kawża T-291/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALFONSO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti PRINCIPE ALFONSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar in-natura integrali tal-appell - Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 2007/2009]”)
2009/C 267/103
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA (Cenicero, Spanja) (rappreżentanti: M. Lobato García-Miján u B. Díaz de Escauriaza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Laporta Insa, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: González Byass, SA (Cádiz, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA u González Byass, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/60 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Offshore Legends vs UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar)
(Kawżi magħquda T-305/07 u T-306/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-abjad u bl-iswed, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Nuqqas ta’ talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”)
2009/C 267/104
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Offshore Legends (Nevele, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliart-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Acteon (Saint-Tropez, Franza) (rappreżentant: M. Milon, avukat)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każijiet R 1031/2006-2 u R 1038/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acteon u Offshore Legends.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
2) |
Offshore Legends hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/60 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Alber vs UASI (Manku)
(Kawża T-391/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Aplikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Manku - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Prinċipju tal-eżami tal-fatti ex officio - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2009/C 267/105
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Alfons Alber (Verano, l-Italja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 361/2007-4), kif ukoll kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2007, f’dan l-istess każ, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4396727 għal ċerti prodotti koperti minnha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Alfons Alber huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/60 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — France Télécom vs UASI (UNIQUE)
(Kawża T-396/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UNIQUE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament KE Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009”)
2009/C 267/106
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Potot u C. Bertheux Scotte, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 585/2007-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali UNIQUE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
France Télécom hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/61 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Cohausz vs UASI — Izquierdo Faces (acopat)
(Kawża T-409/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva acopat - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COPAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
2009/C 267/107
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Helge B. Cohausz (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment I. Friedhoff, sussegwentement S. von Petersdorff-Campen u H. Timmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: José Izquierdo Faces (Bilbao, Spanja) (rappreżentant: H. Bock, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2007 (Każ R 289/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra Helge B. Cohausz u José Izquierdo Faces.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Helge B. Cohausz huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/61 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 16 ta’ Settembru 2009 — Dominio de la Vega vs UASI — Ambrosio Velasco (DOMINIO DE LA VEGA)
(Kawża T-458/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/108
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dominio de la Vega, SL (Requena, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ambrosio Velasco, SA (Dicastillo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2) dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dominio de la Vega, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/62 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — GlaxoSmithkline et vs UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawżi T-493/07, T-26/08 u T-27/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FAMOXIN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti LANOXIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-użu - Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2009/C 267/109
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GlaxoSmithkline SpA (Verona, l-Italja); Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda (Algés, il-Portugall); u The Wellcome Foundation Ltd (Greenford, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Serono Genetics Institute SA (Évry, Franza)
Suġġett
Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2007 (Każ R 8/2007-1), tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 10/2007-1) u tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 9/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda u The Wellcome Foundation Ltd u, min-naħa l-oħra, Serono Genetics Institute SA.
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kawżi T-493/07, T-26/08 u T-27/08 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza. |
|
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
GlaxoSmithkline SpA, Laboratórios Wellcome de Portugal, Lda u The Wellcome Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/62 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Evets vs UASI (DANELECTRO u QWIK TUNE)
(Kawżi magħquda T-20/08 u T-21/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Trade marks Komunitarji verbali DANELECTRO u figurattiva QWIK TUNE - Nonosservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba għat-tiġdid tat-trade marks - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Reformatio in pejus - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Artikolu 61(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73, u l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 63(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 75, u l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/110
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evets Corp. (Irvine, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Ryan, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2007 (Każijiet R 603/2007-4 u R 604/2007-4), relatati ma’ applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
2) |
Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/62 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Gres La Sagra vs UASI — Ceramicalcora (VENATTO MARBLE STONE)
(Kawża T-130/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva VENATTO MARBLE STONE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VENETO CERÁMICAS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 267/111
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gres La Sagra, SL (Alameda de la Sagra, Spanja) (rappreżentanti: Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ceramicalcora, SA (Alcora, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1609/2006-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ceramicalcora, SA u Gres La Sagra, SL.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gres La Sagra, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/63 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2009 — The Smiley Company vs UASI (Xbiha tan-nofs ta’ tbissima ta’ smiley)
(Kawża T-139/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nofs ta’ tbissima ta’ smiley - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 146(1) u Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 151(1) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/112
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Frar 2008 (R 958/2007-4) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nofs ta’ tbissima ta’ smiley.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
The Smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mas-sostituzzjoni tagħha ma’ Franklin Loufrani. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/63 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Boudova et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-271/08 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ex membri tal-persunal temporanju - Ħatra - Klassifikazzjoni fil-grad - Kompetizzjonijiet ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni mill-ġdid minn istituzzjoni oħra tal-uffiċjali tagħha - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermattiv - Nuqqas ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà”)
2009/C 267/113
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Stanislava Boudova (Howald, il-Lussemburgu); Iveta Adovica (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Juraj Kuba (Konz, il-Ġermanja); Heinrihs Puciriuss (il-Lussemburgu); Agnieszka Strzelecka (Arlon, il-Belġju); Izabela Szyprowska (Berbourg, il-Lussemburgu); Timea Tibai (il-Lussemburgu); u Birute Vaituleviciene (il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ April 2008, Boudova et vs Il-Kummissjoni (F-78/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan il-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Stanislava Boudova, Iveta Adovica, Juraj Kuba, Heinrihs Puciriuss, Agnieszka Strzelecka, Izabela Szyprowska, Timea Tibai u Birute Vaituleviciene għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f’din l-istanza. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/64 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Settembru 2009 — E.ON Ruhrgas u E.ON Földgáz Trade vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-57/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni - Impenji - Ittri tal-Kummissjoni dwar l-impenji - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”)
2009/C 267/114
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: E.ON Ruhrgas International AG (Essen, il-Ġermanja); u E.ON Földgáz Trade Zrt (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: G. Wiedemann u T. Lübbig, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li allegatament jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2006 u tas-16 ta’ Jannar 2007 dwar l-impenji assunti minn E.ON Ruhrgas International AG, imsemmija fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005, li permezz tagħha din tal-aħħar iddikjarat konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Kawża COMP/M.3696 — E.ON/MOL).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
E.ON Ruhrgas International AG u E.ON Földgáz Trade Zrt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/64 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Settembru 2009 — Pioneer Hi-Bred International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-139/07) (1)
(“Approssimazzjoni tal-liġijiet - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tpoġġija fis-suq- Nuqqas tal-Kummissjoni li tressaq quddiem il-kumitat regolatorju abbozz ta’ miżuri - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Telf tas-suġġett tal-kawża - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 267/115
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International, Inc. (Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Temple Lang, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment D. Lawunmi u C. Zadra, aġenti, sussegwentement P. Oliver u C. Zadra, aġenti)
Suġġett
Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 232 KE, li billi naqset milli tressaq quddiem il-kumitat regolatorju, skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, p. 23), abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tan-notifika tar-rikorrenti dwar it-tpoġġja fis-suq ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament 1507, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
M’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Pioneer Hi-Bred International, Inc |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/64 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Settembru 2009 — LPN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-186/08) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Għeluq ta’ ilment - Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Aċċess għal dokumenti - Regolament KE 1049/2001 - Manifestament inammissibbli - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 267/116
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Liga para a Protecção da Natureza (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: P. Vinagre e Silva, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, T. Moreira u A. de Oliveira Mendonça, aġenti, assistiti minn D. Abecasis u A. Marques, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, kif imsemmija fl-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2008, indirizzata lir-rikorrenti bir-riferiment ENV.A.2/MAS/mm/D (2008) 5542, li permezz tagħha hija ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħlaq l-ilment tagħha dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-proġett ta’ bini ta’ diga fuq ix-xmara Sabor (il-Portugall) mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) (ilment Nru 2003/4523 — proġett ta’ diga ta’ “Baixo Sabor”) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni allegatament impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti, u talba għad-danni.
Dispożittiv
|
1) |
M’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors inkwantu jitlob l-annullament ta’ deċiżjoni allegatament impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
3) |
Il-Liga para a Protecção da Natureza (LPN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
4) |
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/65 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-375/08 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2004 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)
2009/C 267/117
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)
Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-26 ta’ Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-108/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/65 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Sanyō Denki vs UASI — Telefónica O2 Germany (eneloop)
(Kawża T-309/09)
2009/C 267/118
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sanyō Denki Kabushiki Kaisha (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. De Zorti, M. Koch u T. Grimm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (Munich, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 794/2008-2; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
|
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “eneloop” għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni Nru 4 620 225)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: fost l-oħrajn, it-trade mark verbali Ġermaniża “LOOP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (Trade mark Nru 30 416 654,5 )
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/66 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)
(Kawża T-315/09)
2009/C 267/119
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Oliver Hoelzer (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother u J. Vogtemier, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008-4); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk marbuta mal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “SAFELOAD” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 12 (Applikazzjoni Nru 6 330 831)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma jiddeskrivix il-karatteristiċi tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/66 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Concord Power Nordal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-317/09)
2009/C 267/120
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Concord Power Nordal GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Hammerstein, C.-S. Schweer u C. Wünschmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta CAB D (2009), tat-12 ta’ Ġunju 2009, sa fejn tikkonċerna l-proġett tal-bini tal-pipeline Ostseepipeline-Anbindungsleitung (iktar ’il quddiem l-“OPAL”); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, li hija responsabbli għall-proġett tal-pipeline NORDAL, tikkontesta ittra li l-Kummissjoni indirizzat lill-awtorità regolatorja Ġermaniża tal-enerġija, il-Bundesnetzagentur, fit-12 ta’ Ġunju 2009, li fiha l-Kummissjoni titlob lil din tal-aħħar sabiex tibdel ċerti aspetti tal-eżenzjoni mogħtija għall-OPAL skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55 (1). Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma mmotivatx l-oġġezzjoni tagħha kontra l-eżenzjoni mir-regoli mogħtija lil kapaċitajiet speċifiċi ta’ trasport tal-OPAL lejn ir-Repubblika Ċeka.
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha.
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-OPAL ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/55 għaliex mhuwiex interkonnessjoni, ma jsaħħaħx il-kompetizzjoni u ma jtejjibx is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll għaliex ir-riskju marbut mal-investiment mhuwiex barra min-normal u l-OPAL jikser il-prinċipju ta’ separazzjoni tal-attivitajiet. F’dan ir-rigward, hija ssostni wkoll li l-eżenzjoni tippreġudika l-kompetizzjoni, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-funzjonament effettiv tas-sistema rregolata.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet li bihom hija marbuta l-eżenzjoni u li huma intiżi sabiex jipprevjenu l-preġudizzju għall-kompetizzjoni mhumiex adattati jew ma jistgħux jitwettqu.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 82 KE, ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha (jiġifieri l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt ta’ proprjetà), kif ukoll tal-prinċipju ta’ lealtà Komunitarja.
(1) Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, p. 57)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/67 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)
(Kawża T-318/09)
2009/C 267/121
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja), Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-14 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 226/2007-1; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TDI” għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 179 058)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ li nkiseb bl-użu tagħha; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ; |
|
— |
ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jaċċetta l-proposta għal provi mressqa mir-rikorrenti; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/67 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2009 — Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/09)
2009/C 267/122
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Planet AE Anonymi Etairia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (rappreżentant: avv. V. Christianos)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla ż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (OLAF) li permezz tagħhom intalbet ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti, l-ewwel fil-kategorija W1, u mbagħad fil-kategorija W1b tas-sistema ta’ twissijiet bikrija (EWS) |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa intiż sabiex, fl-ewwel lok, jinkiseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li talbet li r-rikorrenti tiġi rreġistrata fil-kategorija W1 tas-sistema ta’ twissijiet bikrija (iktar ’il quddiem “EWS”), u fit-tieni lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li talbet li l-ewwel deċiżjoni ċċitata tinbidel sabiex ir-rikorrenti tiġi rreġistrata, mill-25 ta’ Mejju 2009, fil-kategorija iktar sfavorevoli W1b tal-EWS.
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizjati minn ksur tal-forom proċedurali sostanzjali għaliex ma josservawx il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni 2008/969/KE (1) f’dak li jirrigwarda r-regoli proċedurali li għandhom jiġu osservati sabiex ir-reġistrazzjonijiet fl-EWS ikunu konformi mad-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tenfasizza li, skont l-Artikolu 8(1) ta’ din id-deċiżjoni, il-korp kompetenti tal-Kummissjoni, li huwa responsabbli mill-firma ta’ kuntratt, għandu minn qabel jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha tkun intalbet ir-reġistrazzjoni ta’ twissija fl-EWS bl-eventwali reġistrazzjoni tad-data li tikkonċernaha. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1)(c) tad-deċiżjoni kkontestata, ir-reġistrazzjoni għandha tkun immotivata b’mod adegwat.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2008/969/KE jikser kemm prinċipji bażiċi kif ukoll drittijiet fundamentali rikonoxxuti mid-dritt Komunitarju. Skont ir-rikorrenti, l-aġir tal-Kummissjoni jikser il-prinċipju, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-amministrazzjoni tajba għaliex il-Kummissjoni la informatha u lanqas ma mxiet skont kif hemm stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2008/969/KE, bil-konsegwenza li r-rikorrenti ġiet miċħuda mill-possibbiltà li tagħti l-fehma tagħha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni, skont ir-rikorrenti, kisret ukoll l-obbligu tagħha ta’ diliġenza. Barra minn hekk, l-aġir tal-Kummissjoni jikser l-Artikolu 1 tal-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ minn qabel, id-drittijiet tad-difiża u d-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza għaliex ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà tagħti l-fehma tagħha u l-oġġezzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjonijiet relattivi għar-reġistrazzjoni tagħha fl-EWS li l-korp kompetenti tal-Kummissjoni adotta.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 344, p. 125)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/68 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2009 — skytron energy vs UASI (arraybox)
(Kawża T-321/09)
2009/C 267/123
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1680/2008-1; |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “arraybox” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37, 38 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 710 479)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni mhuwiex deskrittiv u għandu l-karattru distintiv meħtieġ.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/68 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2009 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/09)
2009/C 267/124
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza), Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza) u EARL de Cavagnan (Bouglon, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali tat-28 ta’ Jannar 2009 (1), li permezz tagħha il-Kummissjoni ddikjarat bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-“pjanjiet ta’ kontinġenza” sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u talbet u li ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-243/09, Fedecom vs Il-Kummissjoni (2).
(1) ĠU L 127, p. 11 — ippubblikat taħt in-Nru 2009/402/KE.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/69 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2009 — Producteurs de Légumes de France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-328/09)
2009/C 267/125
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Les Producteurs de Légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: O. Fachin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009 (1), li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikkjarat inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-“pjanijiet ta’ kontinġenza” sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u li kienet ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa’ tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi bbażati:
|
— |
fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, safejn il-fatt li l-Kummissjoni setgħet tkun taf matul il-perijodu mill-1992 sal-2002 bl-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza mingħajr madankollu ma bdiet proċedura seta’ jagħti lok għall-aspettattivi tal-produtturi fir-rigward tar-regolarità ta’ dawn il-pjanjijiet; |
|
— |
fuq żball fl-ammont ta’ restituzzjonijiet mitluba fir-rigward tas-sena 2001, li jaffettwa l-ammont globali tar-restituzzjonijiet kif ukoll l-interessi dovuti. |
(1) ĠU L 127, p. 11 — ippubblikata taħt in-Nru 2009/402/KE.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/69 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awissu 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Kwadru konvess ta’ kulur kannella)
(Kawża T-329/09)
2009/C 267/126
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fédération Internationale des Logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Champagner Katz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 0202/2009-1 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark li tirrappreżenta kwadru konvess ta’ kulur kannella għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 — applikazzjoni Nru 6 468 722
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li r-rappreżentazzjoni ta’ kwadru bil-ġnub konvessi ta’ kulur kannella partikolari u speċifiku huwa distint fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, sa fejn dawn l-elementi jagħtu aspett partikolari lit-trade mark għal dawn il-prodotti u servizzi.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/69 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2009 — RapidEye vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-330/09)
2009/C 267/127
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RapidEye AG (Brandenburg an der Havel, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Jestaedt, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ “Għajnuna mill-Istat CP 183/2009 — Il-Ġermanja, RapidEye AG (Kontroll ex-post MSR 1998 — N 416/2002)” sa fejn permezz tagħha l-Kummissjoni ssostni li intensità ta’ għajnuna mill-Istat ta’ 35 % tal-ekwivalenti għas-sussidju gross u għajnuna mill-Istat ta’ EUR 44 199 321,36 huma inammissibbli, u li għajnuna mill-Istat li teċċedi intensità ta’ għajnuna ta’ 30.22 % jew ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 37 316 000 teħtieġ notifika ġdida; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-Deċiżjoni C (2002) 3570 finali tat-2 ta’ Ottubru 2002 tagħha, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna mill-Istat favur RapidEye AG (Għajnuna mill-Istat Nru 416/2002 — Il-Ġermanja (Brandenburg), għajnuna lil RapidEye AG) skont il-kuntest multisettorali dwar għajnuna reġjonali għall-istabbiliment ta’ proġetti ta’ investiment kbar (1), li fiha hemm stabbiliti l-intensità massima ta’ għajnuna mill-Istat u l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Istat (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2002”).
Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti tikkontesta l-ittra tal-Kummissjoni D (2009) 569 tad-9 ta’ Ġunju 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat CP 183/2009 — Il-Ġermanja, RapidEye AG (Kontroll ex-post MSR 1998 — N 416/2002). F’din l-ittra, l-awtoritajiet Ġermaniżi ntalbu, b’mod partikolari, sabiex jikkonformaw ruħhom mal-intensita’ tal-għajnuna u mal-ammont tal-għajnuna awtorizzati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2002 u sabiex jikkonfermaw li l-ammonti mħallsa lill-benefiċjarja li jeċċedu dawn l-ammonti massimi ser jiġu rkuprati.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikoli 87 KE u 88 KE u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) peress li, fil-fehma tagħha, għajnuna mill-Istat b’intensità ta’ għajnuna ta’ 35 % hija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2002.
Sussegwentement, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta abbużat mill-poteri tagħha sa fejn, kuntrarjament għad-deċiżjoni tat-2 ta’ Ottubru 2002, hija rrifjutat li tawtorizza għajnuna b’intensità ta’ 35 % mingħajr notifika ġdida.
It-tielet nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li, minħabba l-għajnuna li ngħatatilha, ir-rikorrenti għamlet investimenti bl-aspettattiva li għajnuna bl-intensità ta’ 35 % kienet ser tiġi awtorizzata.
Barra minn hekk, sussidjarjament, qiegħed jiġi invokat ksur tal-Artikolu 88(3) KE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li anke jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2002 tkun interpretata fis-sens li tawtorizza biss intensità massima ta’ għajnuna ta’ 30.22 %, iż-żieda għal intensità ta’ 35 % tammonta għal bidla insinjifikanti, li ma teħtieġx notifika ġdida.
Fl-aħħar nett, sussidjarjament, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 (3). Hija ssostni li, fir-rigward ta’ żieda tal-ammont ta’ għajnuna għal 35 % ta’ intensità massima ta’ għajnuna, il-Kummissjoni teħtieġ notifika ġdida mingħajr ma tivverifika jekk l-għajnuna hijiex eżenti skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 800/2008.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-[Artikolu 88] tat-Trattat tal-KE (ĠU 1999 L 83, p. 1)
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU 2008 L 214, p. 3)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/70 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2009 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)
(Kawża T-331/09)
2009/C 267/128
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanochemia Pharmazeutika AG
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni R 1601/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-18 ta’ Ġunju 2009; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sanochemia Pharmazeutika AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TOLPOSAN” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 134 383)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “TONOPAN” għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 227 508)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 207/2009 (1) għaliex ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/71 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2009 — Electrabel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-332/09)
2009/C 267/129
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Electrabel (rappreżentanti: M. Pittie u P. Honoré, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata jew għall-inqas tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tal-ispejjeż kollha marbutin mar-rikors preżenti sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4416 finali, tal-10 ta’ Ġunju 2009, li biha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kienet kisret l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 4064/89 (1) meta wettqet konċentrazzjoni b’dimensjoni Komunitarja qabel ma nnotifikatha u qabel ma ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni. Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament jew għall-inqas it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi bbażati fuq:
|
— |
klassifikazzjoni inkorretta tal-ksur minħabba, b’mod partikolari, konfużjoni bejn ksur li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ notifika u ksur li jikkonsisti f’implementazzjoni kmieni wisq ta’ konċentrazzjoni u għaldaqstant minħabba kontradizzjoni tal-motivi bejn il-klassifikazzjoni tal-ksur u l-evalwazzjoni fil-mertu tat-tul tal-ksur; |
|
— |
ksur tal-Artikoli 3(3) u 14(2) tar-Regolament Nru 4064/89, kif ukoll tal-linji gwida tiegħu dwar il-kunċett ta’ konċentazzjoni, meta qieset illi mit-23 ta’ Diċembru 2003 Electrabel ħadet de facto l-kontroll esklużiv ta’ Compagnie Nationale du Rhône. Ir-rikorrenti ssostni illi l-Kummissjoni i) ma semmietx elementi rilevanti għal dan il-każ, b’mod partikolari n-natura pubblika ta’ Compagnie Nationale du Rhône ii) applikat it-tifsira ta’ kontroll esklużiv de facto, li hija stabbiliet fil-linji gwida tagħha dwar il-kunċett ta’ konċentrazzjoni, b’mod mhux komplut u żbaljat u iii) għamlet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar, b’mod partikolari, il-korpi tat-tmexxija ta’ Compagnie Nationale du Rhône; |
|
— |
preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni f’dan il-każ u |
|
— |
ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ amministrazzjoni tajba u tal-aspettativi leġittimi billi imponiet fuq ir-rikorrenti multa daqstant għolja, għal ksur li ma kellu l-ebda effet fuq il-kompetizzjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 395, p.1; ippubblikat integralment mill-ġdid fil-ĠU 1990, L 257, p.13, hekk kif irrettifikat)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/71 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-333/09)
2009/C 267/130
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tiddikjara l-annullament tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/444/KE, tal-10 ta’ Ġunju 2009, li tiffissa l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-snin 2009-2012 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4375) (1), sa fejn tiddetermina l-allokazzjoni lill-Istati Membri għas-sena 2012, tal-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni skont l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti talbet l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/444/KE billi bbażat ir-rikors tagħha fuq is-segwenti sottomissjonijiet.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti allegat ksur tal-prinċipju tal-ġerarkija tan-normi legali permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li huma kuntrarji għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 73/2009 (2). F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata qasmet il-kwoti previsti għall-perijodu kollu 2009-2012 esklużivament bejn 15-il pajjiż tal-Komunità, filwaqt li l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 73/2009 jipprevedi li mill-2012 dawn l-Istati mhumiex ser ikunu l-uniċi Stati Membri li ser ikunu milquta minn din il-modulazzjoni. B’riferenza għal dak li jippreċedi, fl-opinjoni tar-rikorrenti, l-Istati Membri ġodda għandhom ikunu suġġetti għal dak il-mekkaniżmu fir-rigward tas-sena 2012.
It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li kien hemm ksur tal-prinċipju li l-fondi għandhom jiġu allokati mill-modulazzjoni skont kriterji oġġettivi, liema prinċipju jirriżulta mill-Premessa 14 tal-preambolu tar-Regolament Nru 73/2009 u mill-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-regolament, u kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà.
It-tielet nett, ir-rikorrenti tallega li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie miksur, sa fejn, skont ir-rikorrenti, il-kriterji applikati mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni tal-fondi mill-modulazzjoni għall-2012 (bħad-data ta’ adeżjoni ta’ Stat Membru partikolari fl-Unjoni Ewropea u l-livell ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Stat Membru partikolari għall-allokazzjoni ta’ fondi mill-modulazzjoni), li wasslu għall-esklużjoni tar-Repubblika tal-Polonja u tal-Istati l-Membri ġodda mill-allokazzjonijiet taħt dawn il-fondi, mhumiex oġġettivi u ma jiżgurawx distribuzzjoni proporzjonali tal-piżijiet u tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-mekkaniżmu tal-modulazzjoni.
Ir-raba’ nett, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 253 KE billi r-raġunijiet għall-esklużjoni tal-Istati Membri ġodda mid-distribuzzjoni għas-sena 2012 fir-rigward tal-fondi allokati mill-modulazzjoni, li kellhom jiġu mqassma skont kriterji oġġettivi bejn l-Istati Membri kollha li japplikaw il-mekkaniżmu tal-modulazzjoni, ma ġewx indikati mill-Kummissjoni fil-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari fil-preambolu tagħha, jew fil-kors tal-ħidmiet preparatorji fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata.
Il-ħames nett, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni tal-konvenuta kisret rekwiżit proċedurali sostanzjali minħabba l-adozzjoni tad-deċiżjoni per se b’mod mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament proċedurali tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti u kif ukoll tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komumità Ekonomika Ewropea (3). Ir-rikorrenti sostniet li l-Kummissjoni ma pprovditx lir-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Polonja b’abbozz tad-deċiżjoni kkontestata bil-Pollakk, minkejja li ġiet mitluba tagħmel dan, li għamilha diffiċli għar-rikorrenti biex tevalwa dan l-abbozz tad-deċiżjoni u biex tagħmel il-konsultazzjonijiet neċessarji.
(1) ĠU L 148, tal-11 ta’ Ġunju 2009, p. 29.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, tal-31 ta’ Jannar 2009, p. 16).
(3) ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01, p. 5-6.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/72 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awissu 2009 — Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril — Construção vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-335/09)
2009/C 267/131
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiz
Partijiet
Rikorrenti: Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril — Construção, ACE (Póvoa de Varzim, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-Nota ta’ Debitu Nru 3230905272, tat-12 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll tad-deċiżjoni li tinsab fin-notifika tat-3 ta’ Awwissu 2009, li jordnaw lir-rikorrenti tħallas din in-nota f’terminu ta’ 15-il jum, miżjuda bl-interessi ta’ dewmien, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt AH 04/2004, konkluż għall-kostruzzjoni ta’ parti minn triq bejn Tangiers u Saïda (“Projet de la Rocade Méditerranéenne”), iffinanzjat mill-Komunità fil-kuntest tal-programm MEDA I; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-atti jistgħu jiġu kkontestati, peress li huma ta’ natura deċiżjonali u definittiva u ta’ natura vinkolanti, u l-partijiet huma leġittimi.
Iż-żewġ atti huma vvizjati:
|
|
B’inkompetenza assoluta: il-konvenuta mhijiex “Pouvoir adjudicateur (Proprjetarja tal-kostruzzjoni)”, peress li ma teżisti ebda dispożizzjoni kuntrattwali li tissostanzja l-imġiba tal-konvenuta. B’hekk, mhux biss il-konvenuta m’għandhiex kompetenza, iżda wkoll m’għandhiex setgħat taħt dawn il-proċeduri. |
|
|
Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, b’mod partikolari tal-obbligu ta’ motivazzjoni: Skont l-Artikolu 253 tat-Trattat, l-atti Komunitarji għandhom ikunu ssostanzjati. Fid-dawl tal-ġurisprudenza, din il-motivazzjoni għandha tkun espliċita, ċara, koerenti u rilevanti. L-att ma jistax ikun impliċitament jew taċitament immotivat u lanqas ma jista’ jippreżenta nuqqas ta’ kjarezza. Ma jistax ikun hemm kontradizzjoni bejn il-motivi nnifishom jew bejn il-motivi u d-dispożittiv. Id-deċiżjonijiet ikkontestati huma kompletament neqsin minn motivazzjoni. Barra minn hekk, hemm ksur tal-forom proċedurali sostanzjali ta’ indikazzjoni tar-rimedji disponibbli. |
|
|
Ksur tar-regoli tat-Trattat, b’mod partikolari tal-Artikoli 211 sa 219 tar-Regolament tal-Proċedura tal-konvenuta nnifisha u tal-prinċipju ta’ “pacta sunt servanda”. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/73 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2009 — Müller-Boré & Partner vs UASI — Popp et (MBP)
(Kawża T-338/09)
2009/C 267/132
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Müller-Boré & Partner (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E. Popp (Munich, il-Ġermanja), W. E. Sajda (Munich), J. Bohnenberger (Munich), V. Kruspig (Munich)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-23 ta’ Ġunju 2009, fil-Każ R 1176/2007-4, u li tbiddilha fis-sens li l-appell u l-oppożizzjoni jiġu miċħuda kompletament; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MBP” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 1 407 857)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: E. Popp, W. E. Sajda, J. Bohnenberger u V. Kruspig
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “ip_law@mbp.” għal servizzi fil-klassi 42 (Trade mark Komunitarja Nru 667 105), kif ukoll l-isem kummerċjali speċifiku “mbp.de” fis-sens tal-Markengestetz (liġi Ġermaniża dwar it-trade marks)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) għaliex ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/73 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2009 — Evropaïki Dynamiki vs L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-340/09)
2009/C 267/133
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-OPOCE li tiċħad l-offerti tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti Nru 10017 “CORDIS” Lott B “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni” u Lott C “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali” u li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti Nru 10017 “CORDIS” Lott E “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, għall-għoti tal-imsemmi kuntratt pubbliku, bħala t-tielet kuntrattur tal-mekkaniżmu kaskata (ĠU 2008/S 242-321376 corrigendum fil-ĠU 2009/S 40-057377), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 u d-deċiżjonijiet ulterjuri kollha relatati tal-OPOCE inkluża dik li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-kuntratturi li l-offerta tagħhom irnexxiet; |
|
— |
tikkundanna lill-OPOCE jħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti minħabba l-proċedura tas-sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta’ EUR 7 215 405 (EUR 5 291 935 għal-Lott B, EUR 975 000 għal-Lott C u EUR 948 470 għal-Lott E); |
|
— |
tikkundanna lill-OPOCE għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra inkorsi fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-OPOCE li (a) tiċħad l-offerti tar-rikorrenti, ippreżentati b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti Nru 10017 “CORDIS” Lott B “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni” u Lott C “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali”, (b) tagħżel l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti Nru 10017 “CORDIS” Lott E “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, għall-għoti tal-imsemmi kuntratt pubbliku, bħala t-tielet kuntrattur tal-mekkaniżmu kaskata (ĠU 2008/S 242-321376 kif emendat bil-ĠU 2009/S 40-057377).
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni, fir-rigward tal-Lott B, li t-trattament bejn l-offerenti kien diskriminatorju, peress li wieħed mill-membri tal-konsorzju li ntgħażel ma kienx jissodisfa l-kriterji ta’ esklużjoni u, għaldaqstant, kellu jiġi ddikjarat li kien serjament kiser l-obbligi kuntrattwali tiegħu fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 93(1)(f) u 94 tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba ġew miksura mill-awtorità kontraenti u li l-Kummissjoni kellha timponi s-sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikoli 133a u 134b tar-regoli tal-implimentazzjoni tagħha (2).
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti naqset milli tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom l-offerta tal-offerent li ntgħażel ġiet meqjusa bħala aħjar minn tagħha.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta eżaminat l-offerta tagħha u ssostni li hija kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta introduċiet kriterji ġodda għall-għoti tal-kuntratti li ma kinux indikati fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-awtorità kontraenti kisret l-Artikolu 148(1) u (3) tar-regoli ta’ implimentazzjoni, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Fir-rigward tal-Lott C, ir-rikorrenti sostni li t-trattament bejn l-offerenti kien diskriminatorju peress li wieħed mill-membri tal-konsorzju li ġie t-tielet fil-mekkaniżmu kaskata ma kienx jissodisfa l-kriterji ta’ esklużjoni u, għaldaqstant, fir-rigward tiegħu kellu jiġi ddikjarat li kien serjament kiser kuntratti preċedenti. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti naqset milli tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom l-offerta tal-offerent li ntgħażel ġiet meqjusa bħala aħjar minn tagħha, u kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Fir-rigward tal-Lott E, ir-rikorrenti tallega li wieħed mill-membri tal-konsorzju li ntgħażel ma kienx jissodisfa l-kriterji ta’ esklużjoni u li, fir-rigward tiegħu, kellu jiġi ddikjarat li kien serjament kiser kuntratt preċedenti u li membru ieħor tal-istess konsorzju kellu jiġi eskluż mis-sejħiet għal offerti kollha għal sentejn peress li nstab ħati ta’ attivitajiet illegali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li wieħed mill-membri tal-konsorzju li ntgħażel uża kuntratturi li mhumiex membri tad-WTO/GPA (3), u b’hekk kiser l-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-Artikoli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rikorrenti ssostni li kumpanniji li mhumiex membri tad-WTO/GPA la għandhom jitħallew jipparteċipaw, u lanqas għandhom jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti tal-Istituzzjonijiet Ewropej direttament jew indirettament, u lanqas għandhom iwettqu xogħol bħala subkuntratturi li jaqgħu taħt ir-Regolament Finanzjarju jew id-Direttiva 2004/18/KE (4).
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti naqset milli tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, wettqet numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, introduċiet kriterji ġodda għall-għoti tal-kuntratti li ma kinux indikati fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti u li, fl-evalwazzjoni tal-offerta tagħha u dik ta’ offerent ieħor, kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007 (ĠU 2007 L 111, p. 13)
(3) Ftehim Multilaterali dwar l-Akkwisti Pubbliċi konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
(4) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU 2004 L 134, p. 114)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/75 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2009 — Amecke Fruchtsaft vs UASI — Beate Uhse (69 Sex up)
(Kawża T-343/09)
2009/C 267/134
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beate Uhse Einzelhandels GmbH
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkunsidra ammissibbli r-rikors ippreżentat mid-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2009, fil-Każ R 1728/2008-1; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Beate Uhse Einzelhandels GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “69 Sex up” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 41 (Applikazzjoni Nru 5 274 303)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “sex:h:up”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 30 531 669), filwaqt li l-oppożizzjoni kienet intiża biss kontra r-reġistrazzjoni ta’ prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: d-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 billi hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/75 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-347/09)
2009/C 267/135
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG Greffe (2009) D/3985 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru NN 8/2009, tat-2 ta’ Lulju 2009, sa fejn il-miżuri nnotifikati huma klassifikati bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5080, fis-seħħ b’effett mit-2 ta’ Lulju 2009, dwar għajnuna mill-Istat li tikkonsisti, minn naħa, fi trasferimenti mingħajr ħlas ta’ ċerti żoni naturali ta’ patrimonju nazzjonali, li huma proprjetà tal-Gvern Federali, u min-naħa l-oħra, ta’ miżuri ta’ sostenn għal proġetti kbar għal protezzjoni tal-ambjent (għajnuna mill-Istat NN 8/2009 — Il-Ġermanja — Żoni ta’ protezzjoni). F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ssostni li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) KE. Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-miżuri inkwistjoni huma kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 87(1) KE fir-rigward ta’ numru ta’ aspetti. Dwar dan, hija ssostni, inter alia, li l-konvenuta tikklassifika b’mod żbaljat organizzazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent bħala impriżi u naqset, b’mod żbaljat, milli twettaq evalwazzjoni ġenerali tal-miżuri inkwistjoni. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent ma kisbu ebda vantaġġ oneruż permezz tal-miżuri inkwistjoni. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li hemm applikazzjoni żbaljata tar-raba’ kriterju kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizja fis-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, fil-Kawża C-280/00 (Altmark Trans und Regierungspräsidkum Magdeburg, Ġabra p. I-7747).
Sussidjarjament, qiegħed jiġi invokat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/76 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2009 — PAGO International vs UASI — Tirol Milch (Pago)
(Kawża T-349/09)
2009/C 267/136
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PAGO International GmbH (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Hauer u C. Schumacher, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
temenda d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Lulju 2009 dwar il-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni Nru 2025 C (trade mark Komunitarja Nru 915 488), sabiex l-ilment imressaq minn Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta’ Awwissu 2008 jiġi miċħud, u li Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet rreġistrata, tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċedimenti. |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell u tirrinvija l-każ quddiem l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex jagħti deċiżjoni mill-ġdid. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva tal-kulur “Pago” għal prodotti fil-klassi 32 (Trade mark Komunitarja Nru 915 488)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni parzjali tar-revoka tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tad-dikjarazzjoni tar-revoka tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 51 moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li, b’mod żbaljat, l-użu ġenwin tat-trade mark li hija s-suġġett tal-proċedimenti ma ġiex ippruvat. |
|
— |
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-drittijiet fundamentali tas-sistema ġuridika Komunitarja, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ xieraq. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/76 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2009 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/09)
2009/C 267/137
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICO Satellite Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Tupper, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 230 KE u 231 KE; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.u tagħti kwalunkwe ordni ieħor li hija tqis xieraq. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (“MSS”) (1).
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ċċaħħadha mid-drittijiet ta’ proprjetà tagħha li hija leġittimament għandha skont il-liġi internazzjonali. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija kontra l-liġi peress li l-Kummissjoni:
|
a) |
iddiskriminat kontra r-rikorrenti billi involviet l-ex president ta’ Inmarsat Ventures Limited Council (“Inmarsat”) fil-proċess deċiżjonali, u b’hekk kisret ir-rekwiżiti proċedurali sostanzjali u l-prinċipju tat-trattament ugwali; u |
|
b) |
aġixxiet b’mod irraġonevoli, billi għażlet lil Inmarsat u Solaris Mobile Limited minflok ir-rikorrenti meta din tal-aħħar allegatament tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex tipprovdi l-MSS. |
Skont ir-rikorrenti, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni aġġixxiet b’mod sproporzjonat u b’mod diskriminatorju u kuntrarju għall-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi wkoll ksur tad-drittijiet tagħha għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti tagħha kif protetti mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), kif ukoll tad-dritt għat-tgawdija tad-drittijiet ċivili tagħha, inklużi d-drittijiet ta’ proprjetà u d-dritt tagħha għal smigħ imparzjali u pubbliku, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB.
(1) 2009/449/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3746) (ĠU L 149, p. 65).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/77 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/09)
2009/C 267/138
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novácke chemické závody, a.s. (Nováky, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentant: A. Černejová, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tar-rikorrenti u konsegwentement tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti; jew |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni jew għall-inqas tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti b’mod sinjifikattiv, u |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2009 (Każ Nru COMP/F/39.396 — Reaġenti tal-kalċju u tal-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass) li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikorrenti flimkien ma’ impriżi oħra kienu responsabbli għal ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE permezz ta’ tqassim tas-swieq, kwoti, tqassim tal-klijentela, iffissar tal-prezzijiet u skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva bejn il-fornituri ta’ granulati tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju. Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuqha skont l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.
Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin:
|
|
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali, li huma prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, billi imponiet multa eċċessiva u sproporzjonata fuq ir-rikorrenti. |
|
|
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tinvestiga l-kapaċità tar-rikorrenti li tħallas il-multa u r-riskju li l-multa tista’ twassal għall-falliment tagħha. Ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni naqset milli tosserva r-rekwiżiti proċedurali essenzjali, li hija ma eżaminatx kif jixraq il-provi mressqa mir-rikorrenti li juru riskju imminenti ta’ falliment jekk il-Kummissjoni timponi multa fuqha. Għalhekk, huwa sottomess li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqset li tistabbilixxi r-riskju msemmi hawn fuq u meta naqset ukoll li tapplika l-paragrafu 35 tal-Linji Gwida fir-rigward tar-rikorrenti. |
|
|
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-impożizzjoni tal-multa fuqha ser tikkawża direttament il-falliment tagħha kif ukoll l-eliminazzjoni tagħha bħala kompetitur fis-suq rilevanti. B’hekk, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(1)(g) KE peress li kkawżat id-distorsjoni jew l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/78 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Association Fédération Club B2A
(Kawża T-356/09)
2009/C 267/139
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u N. Bambara, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avocat)
Konvenuta: Association Fédération Club B2A (Étupes, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkundanna lil Fédération, irrappreżentata mill-President tagħha, tħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR […] li jikkorrispondi għas-somma prinċipali ta’ EUR 62 500 u għas-somma ta’ EUR […] bħala interessi moratorji dovuti fil-[…]; |
|
— |
tikkundanna lil Fédération tħallas is-somma ta’ EUR 7 000 sabiex tkopri l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tirkupra d-dejn tagħha; |
|
— |
tikkundanna lil Fédération għall-ispejjeż tal-kawża preżenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, ikkonkludiet mal-konvenuta kuntratt ta’ sussidju dwar proġett ta’ “ħolqien u ġestjoni ta’ federazzjoni Grand Est ta’ netwerks reġjunali ta’ Business Angels”. Il-proġett, li matulu l-Kummissjoni ħallset, bħala depożitu, is-somma ta’ EUR 625 000 lill-konvenuta, ġie komplut fit-30 ta’ Settembru 2002.
F’dan il-kuntratt, il-konvenuta intrabtet, inter alia, li tipprovdi rapport finali. Peress li ġie ppreżentat rapport mhux komplut, il-Kummissjoni intimat lill-konvenuta sabiex tippreżenta rapport konformi mal-għanijiet. Peress li l-konvenuta ma weġbitx għal din l-intimazzjoni, kif ukoll għal numru ta’ ittri oħra, il-Kummissjoni indirizzat nota ta’ debitu u sussegwentement ordni ta’ rkupru tal-ammont ta’ EUR 62 500 lill-konvenuta.
Peress li dan id-dejn għadu dovut, il-Kummissjoni titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas is-somma dovuta kif ukoll kumpens għad-dannu subit sabiex tkopri l-ispejjeż kollha li l-Kummissjoni kellha ssostni sabiex tirkupra d-dejn tagħha billi tinvoka dan li ġej: i) il-konvenuta ma osservatx l-obbligi tagħha previsti fil-kuntratt billi ma ppreżentatx rapport finali komplut u ii) il-ħlas tas-somma ta’ EUR 62 500 magħmul mill-Kummissjoni sar bħala depożitu sakemm jiġi approvat ir-rapport finali.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/78 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2009 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)
(Kawża T-357/09)
2009/C 267/140
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emilio Pucci International BV (Baarn, l-Olanda) (rappreżentanti: M. Boletto, E. Gavuzzi, G. Lazzeretti u P. Roncaglia, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Ġunju 2009 fil-Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2, sa fejn din taċċetta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 679 594“Emidio Tucci” għall-prodotti u servizzi kollha li hija tkopri fil-klassijiet 1, 2, 4-17, 19, 20, 21, 22, 23, 26-45. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż li għamlet ir-rikorrenti matul dawn il-proċeduri; u |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż li għamlet ir-rikorrenti matul il-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Emidio Tucci”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-45.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “Emilio Pucci” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 18 u 24; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Taljana “EMILIO PUCCI” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18, 21, 24, 25 u 33, reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Taljana “EMILIO PUCCI” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 18, 20, 26, 27 u 34; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Taljana “Emilio Pucci” irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 24 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment fil-Każijiet R 826/2008-2 u R 770/2008-2; u appell miċħud għall-kumplament.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonkluda li dawn id-dispożizzjonijiet ġuridiċi ma setgħux japplikaw għall-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata fil-klassijiet 1, 2, 4-17, 19, 20, 21 (in parti), 22,23 u 26-45.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/79 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2009 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
(Kawża T-358/09)
2009/C 267/141
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti Sociedad Agricola Requingua Ltda (Santiago, Ċilì) (rappreżentant: E. Vorbuchner, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (Toro, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1117/2008-2; |
|
— |
Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jiġifieri l-ispejjeż tal-proċidementi ta’ oppożizzjoni, tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ dawn il-proċeduri; u |
|
— |
Tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TORO DE PIEDRA”, għal prodotti fil-klassi 33
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “D. ORIGEN TORO” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Denominación de Origen TORO” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 u tad-dritt ta’ smigħ peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jisma’ l-aħħar sottomissjonijiet tar-rikorrenti; ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti raġunijiet għaliex astjena milli jieħu inkunsiderazzjoni l-aħħar sottomissjonijiet tar-rikorrenti.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/80 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Jurašinović vs Il-Kunsill
(Kawża T-359/09)
2009/C 267/142
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: A. Beguin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni espliċita tas-17 ta’ Ġunju 2009 u d-deċiżjoni impliċita sussegwenti li biha r-rikorrent inċaħad l-aċċess għad-dokumenti li ġejjin:
|
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Segretarjat Ġenerali sabiex jippermetti l-aċċess, fil-forma elettronika, għad-dokumenti mitluba; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 2 000 mingħajr taxxa jew EUR 2 392 bit-taxxa inkluża bħala kumpens proċedurali bir-rati ta’ imgħax tal-BĊE fil-jum tal-preżentata tar-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni espliċita tas-17 ta’ Ġunju 2009 u d-deċiżjoni impliċita sussegwenti tal-Kunsill li tiċħadlu l-aċċess għar-rapporti ta’ osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fiż-żona ta’ Knin, mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Awwissu 1995 u d-dokumenti bir-referenza “ECMM RC Knin Log Reports”.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi bbażati:
|
— |
fuq nuqqas ta’ ħsara għall-ħarsien tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), sa fejn:
|
|
— |
fuq nuqqas ta’ ħsara għall-ħarsien ta’ proċedimenti fil-qrati u pariri legali skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn:
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
(ĠU L 145, p. 43).
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/80 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2009 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (RESVEROL)
(Kawża T-363/09)
2009/C 267/143
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gruppo Lepetit SpA (Lainate, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tilqa’ ir-rikors; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Lulju 2009 fil-Każ R-1204/2008-2 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja 5 244 512 imressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Longevity Health Products Inc (Nassaw, il-Baħamas)
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “RESVEROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark nazzjonali tat-trade mark “LESTEROL” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2006 sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda, b’mod żbaljat, li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/81 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2009 — Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki vs UASI — Free (FREE)
(Kawża T-365/09)
2009/C 267/144
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Koliothomas u K. Papadiamantis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Free SAS (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1346/2008-1; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza; u |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawk il-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FREE” għal prodotti fil-klassi 16
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark verbali “FREE” għal servizzi fil-klassi 38; Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark figurattiva “FREE — LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda, b’mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati;,ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jeżisti xebh bejn il-prodotti fil-klassi 16 koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata u s-servizzi fil-klassi 38 koperti mit-trade mark preċedenti.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/82 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2009 — Tecnoprocess Srl vs Il-Kummissjoni u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Repubblika tan-Niġerja
(Kawża T-367/09)
2009/C 267/145
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Repubblika tan-Niġerja.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, in-nuqqas tad-Delegazzjoni tal-UE ta’ Abuja u tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
— |
tiddikjara, abbażi tal-Artikolu 288 tat-Trattat, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tad-Delegazzjoni u tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rikorrenti, u tikkundannhom, anki in solidum, għall-kumpens tad-dannu fil-konfront tagħha stess għal ammont ta’ EUR 600 000 (sittin elf). |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-kumpannija rikorrenti f’din il-kawża hija l-istess waħda bħal dik fil-Kawża T-264/09 Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Renju tal-Marokk (1).
Is-suġġett tal-kawża huma l-kundizzjonijiet applikabbli għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt “EuropeAid 123511/D/SUP/NG — Supply, Installation, delivery, Comisioning and After-Sale Service of 11 427 Kva Generators to the EC Assisted Prime Project in Nigeria”, intiż sabiex jiżgura l-provvista u l-installazzjoni ta’ mija u erbatax-il ġeneratur ta’ 27 Kva, kif ukoll it-twettiq ta’ servizzi ta’ assistenza ta’ wara l-bejgħ, favur in-“National Authorising Officer, National Planning Commission” u, b’mod partikolari l-uffiċċji tal-awtorità msemmija li jinsabu f’sitta miż-żoni ġeografiċi prinċipali tan-Niġerja.
Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti ma kinux diliġenti fl-istħarriġ tal-kundizzjonijiet li twettaq fihom il-kuntratt inkwistjoni, billi naqsu milli jimplementaw soluzzjoni sodisfaċenti għall-interessi tagħha fid-dawl tan-nuqqasijiet gravi li jistgħu jiġu kkonstatati fit-twettiq tiegħu.
Insostenn tat-talbiet tagħha, hija tinvoka motivi u argumenti prinċipali li jixbħu lil dawk invokati fil-Kawża T-264/09, iċċitata iktar ’il fuq.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009, p. 16.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/82 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Settembru 2009 — Fjord Seafood Norway et vs Il-Kunsill
(Kawża T-113/06) (1)
2009/C 267/146
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/82 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Settembru 2009 — Ryanair vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/07) (1)
2009/C 267/147
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/83 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Brown vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-37/05) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni - Eliġibbiltà - Membri tal-persunal awżiljarju - Rifjut ta’ kandidatura)
2009/C 267/148
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michael Brown (Overijse, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni COM/PB/04, kompetizzjoni ta’ trasferiment minn kategorija C għal B, li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ selezzjoni minn qabel tal-imsemmija kompetizzjoni, għar-raġuni li huwa ma jissodisfax il-kundizzjoni statutorja mitluba fid-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-kanditaturi
Dispożittiv tal-kawża
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 193, 6.8.2005, p. 36 (kawża li inizjalment ġiet irreġistrata fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-208/05 u mbagħad ġiet ittrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/83 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Van Arum vs Il-Parlament
(Kawża F-139/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Portata tal-ilment imsemmi fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal)
2009/C 267/149
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rinse Van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: J. F. De Wachter, C. Burgos u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-bdil, jew sussidjarjament għall-annullment tar-rapport ta’ evalwazzjoni, u għall-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tas-somma simbolika ta’ EUR 1 bħala danni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
(1) ĠU C 92, 12.4.2009, p. 49.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/83 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-9/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid - Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali - Reklutaġġ fil-grad tal-kompetizzjoni - Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Moviment liberu tal-ħaddiema)
2009/C 267/150
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eckehard Rosenbaum (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Simm u M. Bauer, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Servizz Pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad A6/A7, sa fejn din tagħtih il-grad AD 6/2 u, min-naħa l-oħra, talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
E. Rosenbaum huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/84 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Schell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Għoti ta’ punti ta’ promozzjoni mid-Diretturi-Ġenerali - Proċedura ta’ promozzjoni)
2009/C 267/151
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Arno Schnell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u l-annullament tar-rapport ta’ promozzjoni 2007 tiegħu.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
A. Schell huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 142, 7.6.2008, p. 40.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/84 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2009 — Hartwig vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/06) (1)
(Ħatra - Membru tal-persunal temporanju maħtur uffiċjal - Kandidat imniżżel fuq lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid - Klassifikazzjoni fi grad bl-applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Miżuri tranżitorji tal-Anness XIII tal-Istatut)
2009/C 267/152
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Hartwig (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: T. Bontinck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew li ġew fis-seħħ fis-16/04/2006 li permezz tagħhom ir-rikorrenti, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad B*7 u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/34/B, ġie maħtur uffiċjal bil-klassifikazzjoni B*3, skala 2, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tal-Istatut.
Dispożittiv
|
1) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-141/06, Hartwig vs Il-Kummissjoni. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 20, 27.1.2007, p. 40.
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/84 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 — Sukup vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-73/09)
2009/C 267/153
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Viktor Sukup (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Stéphane Rodriguez u Christophe Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali” tal-Kummissjoni Ewropea li ma tagħtix lir-rikorrent la l-allowance għat-tfal dipendenti u lanqas l-allowance għall-edukazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-22 ta’ Jannar 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent u, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni meħuda fid-29 ta’ Mejju 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/85 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 — Gowitzke vs Europol
(Kawża F-74/09)
2009/C 267/154
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Werner Siegfried Gowitzke (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-5 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Europol li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/85 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-75/09)
2009/C 267/155
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Georges-Albert Dal u Dominique Voillemot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tat-23 ta’ Settembru 2008 għal għajuna mill-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2008.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba għal għajuna tar-rikorrent tat-23 ta’ Settembru 2008 bil-għan li l-Kummissjoni Ewropea tassistih fil-kuntest tal-ksur tad-drittijiet tiegħu li huwa sofra minħabba l-pubblikazzjoni ta’ artiklu offensiv u malafamatorju ppublikat fis-7 ta’ Settembru 2008 fuq is-sit internet tal-gazzetta Ingliża Sunday Times u l-aġir illegali tal-awturi tiegħu; |
|
— |
Jekk tkun ikkunsidrata bħala deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tat-talba għal għajnuna mressqa mir-rikorrent, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2008 sa fejn din tiċħad it-talba għal għajuna tar-rikorrent fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-“Worst Conflicts of Interest Award” li tefgħet dell ikrah fuqu u li attakat l-integrità tiegħu u l-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu; |
|
— |
Tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tad-danni morali u finanzjarji tiegħu; |
|
— |
Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/85 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Settembru 2009 — Perez Santander vs Il-Kunsill
(Kawża F-32/05) (1)
2009/C 267/156
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 193, 6.5.2008, p. 32. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-201/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ digriet tal-15.12.2005)
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/86 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Settembru 2009 — Caleprico vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-38/07) (1)
2009/C 267/157
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007, p. 45
|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/86 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Settembru 2009 — Avogadri et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-58/08) (1)
2009/C 267/158
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir ta’ isem Monica Leva mil-lista tar-rikorrenti.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008, p. 74