ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.254.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2009/C 254/01 |
Rapport mill-Awditur estern tal-Kontijiet tal-Qorti tal-Awdituri għas-Sena Finanzjarja 2008 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Awdituri
23.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/1 |
RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN TAL-KONTIJIET TAL-QORTI TAL-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2008
(2009/C 254/01)
NOTA LILL-QARREJJA
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà għall-verifika tad-dħul u l-infiq tal-Komunità, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 276 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.
Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri pprepara fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji mill-1987 sal-1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
Skont deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, ir-rapporti tal-awditur estern minn dan iż-żmien kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-ewwel rapport kien dak dwar is-sena finanzjarja 1992.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Eduardo RUIZ GARCÍA
Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
IR-RENDIKONTI FINANZJARJI GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA’ DIĊEMBRU 2008
WERREJ
Rapport tal-Awditur Indipendenti
Karta tal-Bilanċ
Kont tar-Riżultat Ekonomiku
Rendikont tal-likwidità
Rendikont tal-bidliet fl-ekwità
Politika tal-kontabilità u noti dwar ir-rendikonti finanzjarji
1. |
Ġenerali |
2. |
Politika tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji |
3. |
Noti dwar il-karta tal-bilanċ |
4. |
Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku |
5. |
Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ |
Rapport ta' Assigurazzjoni Indipendenti
Rapport tal-Awditur Indipendenti
Lill-Maniġment tal-
Qorti Ewropea tal-Awdituri
Aħna vverifikajna r-rendikonti finanzjarji hawn annessi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-kont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-bidliet fl-ekwità u r-rendikont tal-likwidità għas-sena finanzjarja li ntemmet dakinhar u sommarju tal-politika tal-kontabilità prinċipali u noti oħrajn ta' spjegazzjoni.
Ir-responsabbiltà tal-maniġment għar-rendikonti finanzjarji
Il-Maniġment tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri huwa responsabbli għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta ta’ dawn ir-rendikonti finanzjarji, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju, 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru, 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Din ir-responsabbiltà tinkludi: it-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni ħażina materjali, kemm jekk minħabba frodi jew żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabilità xierqa; u l-kalkolu ta’ estimi tal-kontabilità raġonevoli fiċ-ċirkostanzi.
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Ir-responsabbiltà tagħna hi li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rendikonti finanzjarji abbażi tal-verifika tagħna. Aħna wettaqna l-verifika tagħna skont Standards Internazzjonali tal-Verifika kif adottati mill-“Institut des Réviseurs d'Entreprises”. Dawk l-istandards jeħtieġu illi aħna nikkonformaw ma' rekwiżiti tal-etika u nippjanaw u nwettqu l-verifika tagħna biex niksbu assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk ir-rendikonti finanzjarji humiex ħielsa minn dikjarazzjoni ħażina materjali.
Verifika tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija fir-rendikonti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-Awditur, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni ħażina materjali fir-rendikonti finanzjarji, kemm jekk minħabba frodi jew żball. Meta jagħmel dawk l-evalwazzjonijiet tar-riskju, l-Awditur jikkunsidra l-kontroll intern relevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji tal-entità sabiex ifassal proċeduri tal-verifika li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux bl-iskop li jesprimi opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni tal-entità.
Verifika tinkludi wkoll evalwazzjoni ta' kemm hija xierqa l-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-Maniġment tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tar-rendikonti finanzjarji.
Aħna nemmnu illi l-evidenza tal-verifika li aħna ksibna hija biżżejjed u xierqa sabiex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-verifika tagħna.
Opinjoni
Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru, 2008, u kif ukoll tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha u l-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju, 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru, 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Il-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju, 2009
PricewaterhouseCoopers SARL
Réviseur d’entreprises
Irrappreżentat minn
Marianne WEYDERT
Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2008
In-noti li jakkumpanjaw huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji
(EUR) |
|||
Attivi |
Nota |
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Attivi fissi mhux tanġibbli |
3.1. |
417 792 |
209 449 |
Attivi fissi tanġibbli |
3.2. |
35 080 585 |
33 283 667 |
Riċevibbli ta' skadenza twila |
|
525 |
550 |
Total attivi mhux kurrenti |
|
35 498 902 |
33 493 666 |
Riċevibbli ta' skadenza qasira |
3.3. |
1 455 781 |
1 679 772 |
Likwidità u ekwivalenti likwidi |
3.4. |
1 488 625 |
2 012 791 |
Total attivi kurrenti |
|
2 944 406 |
3 692 563 |
Total attivi |
|
38 443 308 |
37 186 229 |
(EUR) |
|||
Passivi |
Nota |
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Kapital |
|
–22 012 092 |
–13 098 711 |
Bilanċ kontra akkumulat |
|
–13 098 711 |
–11 418 315 |
Riżultat ekonomiku tas-sena — qligħ+/telf – |
|
–8 913 381 |
–1 680 396 |
Benefiċċji tal-impjegat |
3.5. |
52 533 398 |
41 867 460 |
Passivi oħrajn ta' skadenza twila |
3.6. |
175 000 |
175 000 |
Total passivi mhux kurrenti |
|
52 708 398 |
42 042 460 |
Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż |
3.7. |
— |
— |
Kontijiet pagabbli |
3.8. |
7 747 002 |
8 242 480 |
Total passivi kurrenti |
|
7 747 002 |
8 242 480 |
Total passivi |
|
38 443 308 |
37 186 229 |
Kont tar-riżultat ekonomiku għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008
(EUR) |
|||
|
Nota |
2008 |
2007 |
Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħrajn |
4.1. |
97 366 264 |
90 474 401 |
Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi |
4.2. |
17 487 342 |
16 339 509 |
Dħul operazzjonali ieħor |
4.3. |
143 540 |
210 887 |
Total dħul operazzjonali |
|
114 997 147 |
107 024 797 |
Spejjeż tal-persunal |
4.4. |
–88 868 529 |
–84 209 144 |
Spejjeż marbuta mal-attivi fissi |
3.1. -3.2. u 4.5. |
–3 307 315 |
–3 426 683 |
Spejjeż amministrattivi oħrajn |
4.6. |
–19 074 703 |
–21 386 771 |
Spejjeż operazzjonali |
|
–74 871 |
–32 486 |
Total spejjeż operazzjonali |
|
– 111 325 418 |
– 109 055 084 |
Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet operazzjonali |
|
3 671 729 |
–2 030 287 |
Dħul finanzjarju |
4.7. |
193 432 |
105 517 |
Spejjeż finanzjarji |
4.8. |
–15 067 |
–15 096 |
Moviment fil-pensjonijiet (– spejjeż, + dħul) |
3.5. u 4.9. |
–12 763 475 |
259 470 |
Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet mhux operazzjonali |
|
–12 585 110 |
349 891 |
Riżultat ekonomiku tas-sena |
|
–8 913 381 |
–1 680 396 |
In-noti li jakkumpanjaw huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji |
Rendikont tal-likwidità għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008
(EUR) |
||
|
2008 |
2007 |
Riżultat ekonomiku tas-sena |
–8 913 381 |
–1 680 396 |
Attivitajiet operazzjonali - Aġġustamenti |
||
Amortizzament (attivi fissi mhux tanġibbli) |
131 022 |
55 323 |
Deprezzament (attivi fissi tanġibbli) |
2 073 498 |
3 321 950 |
Żieda/(tnaqqis) fil-Proviżjonijiet għar-riskji u l-ispejjeż |
0 |
–80 789 |
Żieda/(tnaqqis) fit-Tnaqqis tal-Valur għad-debitu dubjuż |
1 790 |
0 |
(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza twila |
25 |
– 475 |
(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza qasira |
219 123 |
309 862 |
(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' entitajiet tal-KE |
3 078 |
3 144 |
Żieda/(tnaqqis) f'Passivi oħrajn ta' skadenza twila |
0 |
–26 995 |
Żieda/(tnaqqis) fil-Kontijiet pagabbli |
– 545 311 |
1 192 756 |
Żieda/(tnaqqis) fil-Passivi relatati mal-KE konsolidata |
49 834 |
49 208 |
(Qligħ)/telf mill-bejgħ ta' Proprjetà, impjanti u tagħmir |
1 360 |
666 205 |
Likwidità netta minn attivitajiet operazzjonali |
–6 978 962 |
3 809 793 |
Likwidità minn attivitajiet ta' investiment |
||
Xiri ta' attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli (-) |
–5 439 210 |
–1 362 613 |
Dħul minn attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli (+) |
1 228 068 |
38 030 |
Likwidità netta minn attivitajiet ta' investiment |
–4 211 142 |
–1 324 583 |
Żieda/(tnaqqis) fil-Benefiċċji tal-impjegat |
10 665 938 |
–2 279 511 |
Żieda/(tnaqqis) nett fil-likwidità u fl-ekwivalenti likwidi |
– 524 166 |
205 699 |
Likwidità u ekwivalenti likwidi fil-bidu tal-perijodu |
2 012 791 |
1 807 092 |
Likwidità u ekwivalenti likwidi fi tmiem il-perijodu |
1 488 626 |
2 012 791 |
In-noti li jakkumpanjaw huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji |
Ir-rendikont tal-bidliet fl-ekwità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2008
(EUR) |
|||
Kapital |
Bilanċ kontra akkumulat |
Riżultat ekonomiku tas-sena |
Kapital (total) |
Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2007 |
–11 418 315 |
–1 680 396 |
–13 098 711 |
Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku tas-sena ta' qabel |
–1 680 396 |
1 680 396 |
— |
Riżultat ekonomiku tas-sena |
|
–8 913 381 |
–8 913 381 |
Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2008 |
–13 098 711 |
–8 913 381 |
–22 012 092 |
In-noti li jakkumpanjaw huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji |
POLITIKA TAL-KONTABILITÀ U NOTI DWAR IR-RENDIKONTI FINANZJARJI
1. Ġenerali
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem “il-Qorti”) ġiet imwaqqfa bit-Trattat ta’ Brussell tat-22 ta’ Lulju 1975 u bdiet topera bħala korp tal-verifika esterna tal-Komunità f’Ottubru 1977, bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Lussemburgu.
Il-Missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Il-Qorti hija l-Istituzzjoni tal-UE mwaqqfa bit-Trattat sabiex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti tagħti servizzi tal-verifika li permezz tagħhom hija tevalwa l-ġbir u l-infiq tal-fondi tal-UE. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati tajjeb u jekk ingħatatx informazzjoni tajba dwarhom, jekk twettqux b’mod legali u regolari u kinux ġestiti sabiex jiżguraw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. Il-Qorti tikkomunika r-riżultati tal-verifiki tagħha f’rapporti ċari, relevanti u oġġettivi. Hija tagħti wkoll l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja.
Il-Qorti tippromwovi l-kontabilità u t-trasparenza u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari matul il-proċedura ta' kwittanza. Il-Qorti hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti 'l quddiem nett fl-iżviluppi fil-verifika u l-ġestjoni pubblika.
Is-sena finanzjarja tal-Qorti tibda fl-1 ta’ Jannar u tibqa' għaddejja sal-31 ta’ Diċembru.
2. Politika tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji
2.1. Bażi tal-preżentazzjoni
Il-kontijiet tal-Qorti huma ppreparati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament finanzjarju tal-Kunsill imsemmi.
Ir-rendikonti finanzjarji huma ppreparati skont ir-Regoli tal-Kontabilità tal-Komunitajiet Ewropej, li kienu ispirati mill-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS). Dawn ir-Regoli tal-Kontabilità huma adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn.
2.2. Valutazzjoni ta’ bilanċi u tranżazzjonijiet f’muniti barranija
Oġġetti monetarji b’denominazzjoni f’muniti oħrajn li mhumiex EUR jinqalbu għall-EUR bir-rata tal-kambju effettiva fid-data tar-rappurtar. Oġġetti mhux monetarji li għandhom prezz storiku b’denominazzjoni f’munita oħra li mhijiex EUR huma rrappurtati bir-rata tal-kambju fid-data tal-akkwist. Oġġetti mhux monetarji miżmuma b’valur ġust b’denominazzjoni f’munita oħra li mhijiex EUR huma rrappurtati bir-rati tal-kambju li kienu eżistenti meta l-valuri kienu ddeterminati.
2.3. Attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli
L-attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli huma mniżżla bil-prezz storiku li minnu jiġi mnaqqas id-deprezzament/l-amortizzament u d-deterjorament. Oġġetti ta’ valur baxx anqas minn EUR 420 huma ppreżentati bħala spejjeż matul is-sena tal-akkwist. Attivi mwassla matul is-sena tal-kontabilità iżda mhux imħallsa fi tmiem is-sena huma rrappurtati li huma “fil-proċess li jinbnew”. Id-deprezzament/l-amortizzament huwa kkalkulat bil-metodu ta' rata fissa, li jibda mix-xahar tal-akkwist u l-prezz jiġi allokat fuq stima tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:
Mhux tanġibbli (Liċenzji għas-softwer tal-kompjuter) |
4 snin |
Bini |
25 sena |
Impjant, makkinarju u għodod |
4, 8 snin |
Għamara u flotta tal-vetturi |
4, 8, 10 snin |
Hardwer tal-kompjuter |
4 snin |
Tagħmir speċifiku għall-bini mikri |
It-tul tal-kera |
Armar u tagħmir ieħor |
6 snin |
2.4. Benefiċċji tal-impjegat
Il-benefiċċji tal-impjegat jirrappreżentaw id-drittijiet għal pensjoni futuri tal-Membri tal-Qorti. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri (ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1), il-benefiċċji previsti f'din l-iskema ta' pensjoni jiddaħħlu fil-baġit tal-Komunitajiet u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b'mod konġunt il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji.
L-ammonti garantiti mill-Istati Membri huma bbażati, min-naħa, fuq ir-Regola tal-Kontabilità Nru 12 “Benefiċċji tal-impjegat” li ġiet adottata b'deċiżjoni tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, u, min-naħa l-oħra, abbażi ta' analiżi attwarja mwettqa mill-esperti tal-unità speċjalizzata fil-Eurostat.
2.5. Proviżjonijiet għal passivi u spejjeż
Proviżjonijiet għal passivi u spejjeż huma intenzjonati li jkopru telf jew dejn li n-natura tagħhom hija definita b’mod ċar u li, fid-data tal-karta tal-bilanċ x’aktarx li jiġġarrbu jew żgur li se jiġġarrbu iżda m’hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew dwar id-data meta se jseħħu.
3. Noti dwar il-karta tal-bilanċ
3.1. Attivi fissi mhux tanġibbli
Il-movimenti fl-attivi fissi mhux tanġibbli matul is-sena 2008 kienu:
(EUR) |
|||||||
|
Valur gross fil-kotba fil-1 ta’ Jannar 2008 |
Żieda |
Tnaqqis |
Tibdil ieħor |
Valur gross fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2008 |
Deprezzament akkumulat fil-31 ta' Diċembru 2008 |
Valur nett fil-kotba fil-31 ta' Diċembru 2008 |
Softwer tal-kompjuter |
290 514 |
339 366 |
— |
— |
629 880 |
– 212 088 |
417 792 |
Total |
290 514 |
339 366 |
0 |
0 |
629 880 |
– 212 088 |
417 792 |
3.2. Attivi fissi tanġibbli
Il- movimenti fl-attivi fissi tanġibbli matul is-sena 2008 kienu:
(EUR) |
|||||||
|
Valur gross fil-kotba fl-1 ta’ Jannar 2008 |
Żieda |
Tnaqqis |
Trasferiment bejn l-intestaturi |
Valur gross fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2008 |
Deprezzament akkumulat fil-31 ta' Diċembru 2008 |
Valur nett fil-kotba fil-31 ta' Diċembru 2008 |
Art |
776 630 |
— |
— |
— |
776 630 |
— |
776 630 |
Bini |
52 074 987 |
— |
— |
— |
52 074 987 |
–24 039 665 |
28 035 322 |
Impjant, makkinarju u għodda |
1 256 222 |
3 815 |
–1 566 |
–1 126 868 |
131 603 |
– 101 469 |
30 134 |
Hardwer tal-kompjuter |
4 362 412 |
706 392 |
– 816 204 |
–65 458 |
4 187 142 |
–3 034 323 |
1 152 819 |
Għamara u flotta tal-vetturi |
1 715 569 |
274 711 |
– 237 754 |
290 074 |
2 042 600 |
–1 318 473 |
724 127 |
Armar u tagħmir ieħor |
1 043 800 |
37 171 |
–83 856 |
902 252 |
1 899 367 |
–1 615 568 |
283 799 |
Attivi fil-proċess li jinbnew |
90 048 |
4 077 754 |
–90 048 |
— |
4 077 754 |
— |
4 077 754 |
Total |
61 319 668 |
5 099 843 |
–1 229 428 |
0 |
65 190 083 |
–30 109 498 |
35 080 585 |
It-“Trasferiment bejn l-intestaturi” huma riklassifikazzjonijiet ta’ attivi minn kategorija għal oħra fl-1 ta’ Jannar 2008.
“Attivi fil-proċess li jinbnew” is-soltu huma attivi mwassla iżda li għadhom ma ġewx fatturati fi tmiem is-sena. Meta l-fattura tiġi rċevuta, l-attivi relatati se jidhru maż-żidiet taħt il-kategorija korretta tal-attiv u mat-“tnaqqis” taħt “attivi fil-proċess li jinbnew”.
Attivi fil-proċess li jinbnew huma wkoll proġetti tal-bini kbar li għadhom fil-proċess fi tmiem is-sena li kien il-każ fil-31 ta’ Diċembru 2008 għall-bini l-ġdid K3 (studji), ix-xogħlijiet ta’ saħħa u sigurtà għall-bini K1 u kamra tal-konferenzi ġdida.
3.3. Riċevibbli ta' skadenza qasira
Riċevibbli ta' skadenza qasira
(EUR) |
||
|
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Riċevibbli kurrenti prinċipalment minħabba drittijiet tal-pensjoni nazzjonali mill-persunal |
504 166 |
628 778 |
Spejjeż diferiti għall-kiri tal-bini u kuntratti tal-IT |
614 114 |
560 782 |
Riċevibbli varji relatati prinċipalment ma’ pagamenti bil-quddiem ta' pagi u ta’ missjonijiet |
335 446 |
485 079 |
Riċevibbli minn entitajiet tal-KE (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) |
2 055 |
5 133 |
Total |
1 455 781 |
1 679 772 |
3.4. Likwidità u ekwivalenti likwidi
Likwidità u ekwivalenti likwidi
(EUR) |
||
|
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Kont imprest |
1 000 |
1 000 |
Kont bankarju kurrenti |
1 487 625 |
2 011 791 |
Total |
1 488 625 |
2 012 791 |
3.5. Benefiċċji tal-impjegat
Il-kalkolu tal-obbligi ta' pagamenti ta' pensjoni futuri huwa maħdum nett mit-taxxi rkuprati fuq il-pagamenti tal-pensjoni futuri. Ir-rata tat-taxxa hija aġġornata abbażi tar-rata tat-taxxa medja effettiva matul l-aħħar 3 snin.
Passiv tal-pensjoni u l-effett tar-rata tat-taxxa
(EUR) |
||
|
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Ammont gross |
63 730 921 |
50 871 762 |
Rata tat-taxxa (%) |
17,57 % |
17,70 % |
Taxxi |
11 197 523 |
9 004 302 |
Ammont nett mit-taxxi |
52 533 398 |
41 867 460 |
|
|
|
Varjazzjoni tal-passiv tal-pensjoni nett fl-2008 |
10 665 938 |
|
Il-passiv tal-benefiċċji tal-impjegat huwa kkalkulat fuq intitolamenti miksuba mill-Membri skont id-drittijiet differenti akkwistati, bħall-pensjonijiet għall-ħajja u konċessjonijiet tranżizzjonali, u kif ukoll fuq il-kategoriji tal-istatus tal-benefiċjarju assenjati.
Għas-sena 2008 l-Eurostat kien għall-ewwel darba responsabbli mill-kalkolu tal-passiv. L-impenn attwarju kien ikkalkulat skont ir-regola tal-kontabilità 12 tal-KE “Benefiċċji tal-impjegat”.
Iż-żieda tal-2008 ta’ EUR 10,7 miljun netti mit-taxxi tiġi primarjament mill-:
— |
inklużjoni għall-ewwel darba fl-2008 tal-benefiċċji ta’ konċessjoni tranżizzjonali miksuba ta’ Membri attivi tal-Qorti fil-kalkolu tal-passiv, li tirrifletti bidla fil-metodu tal-kontabilità sabiex ikun hemm konformità mar-regola tal-kontabilità 12, li ammontaw għal EUR 4,7 miljun, |
— |
evoluzzjoni normali tal-passiv tal-benefiċċji tal-impjegat, minħabba, pereżempju, bidliet fir-rata ta’ interessi u tabelli tal-ħajja, u ż-żieda ta’ benefiċjarji u benefiċċji ġodda li ammontaw għal EUR 4,5 miljun u |
— |
bidliet u korrezzjonijiet fid-database tal-persunal (l-istat maritali eċċ.) |
Il-mod kif l-informazzjoni hija murija mhux konformi mal-preżentazzjoni stabbilita fir-regola tal-kontabilità 12 tal-KE “Benefiċċji tal-impjegat” minħabba l-fatt li l-kalkoli attwarji dettaljati meħtieġa ma ngħatawx mill-Eurostat.
3.6. Passivi ta’ skadenza twila
L-ammont ta’ EUR 175 000 huwa dovut b’mod kuntrattwali fi tmiem il-kiri tal-bini K9.
3.7. Proviżjoni għal riskji u spejjeż
L-ammont li jikkorrispondi għall-valur, nett mit-taxxi, ta’ btajjel mhux meħuda dovuti lill-persunal fil-passat kien meqjus bħala “Proviżjoni għal riskji u spejjeż”. Mill-2008, btajjel annwali mhux meħuda huma meqjusa bħala “Spejjeż dovuti” (u mhux proviżjonijiet). Fil-Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2007, l-ammont ta’ EUR 1 927 531 kien muri taħt “Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż”. Issa huwa riklassifikat bħala “Spejjeż dovuti” u muri f'“Kontijiet pagabbli”:
Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż fil-31.12.2007
(EUR) |
|
|
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Proviżjoni għal riskji u spejjeż fil-Karta tal-bilanċ 31/12/2007 |
1 927 531 |
Proviżjonijiet ta' Riklassifikazzjoni għal riskji u spejjeż |
–1 927 531 |
Proviżjoni għal riskji u spejjeż fil-Karta tal-bilanċ 31/12/2007 wara r-riklassifikazzjoni |
0 |
Kontijiet pagabbli fil-31.12.2007
(EUR) |
|
|
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Kontijiet pagabbli fil-Karta tal-bilanċ 31/12/2007 |
6 314 949 |
Proviżjonijiet ta' Riklassifikazzjoni għal riskji u spejjeż |
1 927 531 |
Kontijiet pagabbli fil-Karta tal-bilanċ 31/12/2007 wara r-riklassifikazzjoni |
8 242 480 |
3.8. Kontijiet pagabbli
Kontijiet pagabbli
(EUR) |
||
|
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
il-31 ta’ Diċembru 2007 |
Spejjeż dovuti jikkonsistu fi spejjeż imġarrba imma li għadhom ma ġewx fatturati. L-ammont ta' btajjel li ma ttiħdux huwa inkluż ukoll hawn kemm għall-2007 u kif ukoll għall-2008 (ara n-Nota 3.7 hawn fuq) |
6 672 098 |
7 177 873 |
Pagabbli oħrajn marbuta mal-persunal |
427 175 |
522 592 |
Pagabbli kurrenti lill-fornituri |
540 605 |
484 724 |
Kontijiet pagabbli kontra entitajiet konsolidatati tal-KE prinċipalment il-Kunsill Ewropew u l-Parlament |
107 124 |
57 291 |
Total |
7 747 002 |
8 242 480 |
4. Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku
4.1. “Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħrajn”: l-ammont jikkorrispondi għas-sejħiet ta’ kull xahar għal fondi magħmula mill-Qorti lill-Kummissjoni biex timla l-kont bankarju tagħha mill-ġdid.
4.2. “Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi”: fil-parti l-kbira, din l-intestatura hija magħmula minn tnaqqis mis-salarji tal-Membri u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa u mal-kontribuzzjonijiet soċjali.
4.3. “Dħul operazzjonali ieħor” ġej fost oħrajn mill-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
4.4. “Spejjeż tal-persunal”: is-salarji tal-Membri u tal-persunal tal-Qorti jirrappreżentaw 96 % ta’ dan l-ammont. Il-bqija jinkludu s-salarji tal-aġenti kuntrattwali u tal-persunal temporanju.
4.5. L-“ispejjeż marbuta mal-attivi fissi” huma magħmula mid-deprezzament/amortizzament tal-attivi tanġibbli u mhux tanġibbli.
4.6. L-oġġetti l-aktar sinifikanti tal-“ispejjeż amministrattivi oħrajn”:
— |
kiri tal-bini u spejjeż relatati |
— |
IT u telekomunikazzjonijiet |
— |
spejjeż ta’ missjonijiet |
— |
servizzi ta’ tindif u ta’ sigurtà |
4.7. “Dħul finanzjarju” jikkonsisti f'imgħax tal-bank miksub fuq il-kont kurrenti tal-Qorti.
4.8. “Spejjeż finanzjarji” huma spejjeż bankarji intaxxati fuq il-kont kurrenti tal-Qorti.
4.9. “Movimenti fil-pensjoni” jinkludi:
Movimenti fil-pensjoni
(EUR) |
|
|
2008 |
Pagamenti tal-pensjoni tas-sena |
–2 097 537 |
Varjazzjoni tal-passiv tal-pensjoni netti tal-Membri |
–10 665 938 |
Total |
–12 763 475 |
5. Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ
5.1. Attivi kontinġenti
Il-garanziji bankarji li ġejjin ingħataw mill-fornituri wara obbligi kuntrattwali:
Garanzija bankarja rċevuta
(EUR) |
|
|
2008 |
Aġenzija tal-ivvjaġġar |
50 000 |
Kiri tal-flotta ta’ karozzi |
75 000 |
Kumpanija tal-assigurazzjoni |
1 361 |
Telekomunikazzjoni |
20 000 |
Total |
146 361 |
5.2. Impenji għall-finanzjament futur
Impenji għall-finanzjament futur
(EUR) |
|
|
il-31 ta’ Diċembru 2008 |
Bini K7 |
2 455 000 |
Bini K8 |
2 229 333 |
Bini K9 |
7 384 000 |
“Antenne” ta’ Brussell |
54 000 |
Foyer européen - Maison de l'Europe |
50 565 |
Subtotal |
12 172 898 |
Kiri operazzjonali għal karozzi u magni tal-fotokopja |
640 251 |
Oħrajn (Cetrel, …) |
89 698 |
Subtotal |
12 902 847 |
Impenji kontra approprijazzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsmati - RAL (“Restant à liquider”) -, wara t-tnaqqis tad-dovuti għall-2008 |
7 548 508 |
Total |
20 451 355 |
5.3. Il-proġetti tal-bini tal-Qorti
Il-Qorti okkupat il-bini tal-kwartieri ġenerali tagħha (il-bini “K1”) fl-1988 u xtratu u l-art li qiegħed fuqha b’mod totali fl-1990. Fl-1999, il-Qorti ffirmat ftehim qafas mal-Istat tal-Lussemburgu li permezz tiegħu hija ngħatat id-dritt li tuża t-tieni pakkett ta’ art għal 49 sena (li jiġġedded darba) għall-bini ta’ estensjoni (il-bini “K2”) għal pagament ta’ euro wieħed.
Il-Qorti ddeċidiet li tkompli bil-bini tat-tieni estensjoni, il-bini “K3” u, minħabba arranġamenti differenti għat-twettiq tal-proġett, l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti kkonkludew kuntratt qafas ġdid fit-22 ta’ Frar 2008.
Rigward iż-żewġ biċċiet ta’ art relattivi għaż-żewġ estensjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Istat biegħ dawn lill-Qorti għal euro wieħed simboliku. Min-naħa tagħha, jekk il-Qorti qatt tikkunsidra li ċċedi bini jew ieħor lil parti terza li ma tkunx korp jew istituzzjoni Komunitarja, il-Qorti trodd lura l-art lill-appartenenza tal-Istat għal euro wieħed simboliku, u dan tal-aħħar ikollu l-alternattiva li jixtri l-bini bi prezz li jkun determinat minn espert indipendenti. F’każ li l-Istat jiddeċiedi li ma jużax din l-alternattiva, huwa jagħti dritt għall-użu tal-art lix-xerrejja tal-bini.
Il-bini “K2” kien okkupat f’Novembru 2003. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni “K3” huwa skedat li jibda lejn l-aħħar tal-2009.
5.4. Responsabbiltà potenzjali għal litigazzjonijiet
L-ebda waħda.
Rapport ta' Assigurazzjoni Indipendenti
Lill-Maniġment tal-
Qorti Ewropea tal-Awdituri
Aħna eżaminajna li r-riżorsi finanzjarji assenjati mill-Kummissjoni Ewropea lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti”) intużaw għall-għanijiet li għalihom kienu intenzjonati u li l-proċeduri ta’ kontroll li ġew stabbiliti mill-uffiċjali li jawtorizzaw jagħtu l-garanziji meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għar-riżorsi finanzjarji magħmula disponibbli u użati fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.
Iż-żamma ta' kotba u reġistri u t-twaqqif u ż-żamma ta’ kontrolli xierqa huma r-responsabbiltà tal-Maniġment tal-Qorti. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu l-opinjoni tagħna abbażi tal-eżami tagħna.
Aħna wettaqna l-eżami tagħna skont l-Istandard Internazzjonali dwar Ingaġġi tal-Assigurazzjoni “Assurance Engagements other than Audits or Reviews of Historical Financial Information” (Ingaġġi tal-Assigurazzjoni li ma jinkludux Verifiki jew Reviżjonijiet ta’ Informazzjoni Finanzjarja Storika) (ISAE 3000) hekk kif adottat mill-“Institut des Réviseurs d'Entreprises”. Dan l-istandard jeħtieġ li aħna nippjanaw u nwettqu l-eżami tagħna b’tali mod li l-użu ħażin tar-riżorsi li jolqot il-kotba tal-Qorti b’mod materjali jinstab b'assigurazzjoni raġonevoli. Xogħolna kien jikkonsisti primarjament f’li neżaminaw fuq bażi ta’ test u ta' kampjun, evidenza li ssostni l-fatt illi:
— |
Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ntużaw għall-għanijiet li kienu intenzjonati għalihom; |
— |
Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli. |
Il-kriterji użati għall-eżami tagħna huma r-regoli u r-regolamenti li ġejjin:
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju, 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali (minn hawn ’il quddiem il-“Baġit”) tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”); |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru, 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju, 2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”); |
— |
Id-Deċiżjoni Nru 36/2007 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-Baġit tagħha adottati fit-12 ta’ Lulju, u fid-19 ta’ Lulju, 2007. Dawn id-dispożizzjonijiet huma parti mill-proċeduri stabbiliti mit-Trattati, jew ftehimiet magħmulin b'riżultat ta’ dan, li għandhom x’jaqsmu mal-proċess operazzjonali marbut mal-implimentazzjoni tal-Baġit. |
B’mod partikolari, ir-Regoli Interni li ġejjin intużaw bħala kriterji:
— |
L-Artikolu 7 – Firem – Kull parti involuta fl-abbozzar, il-kontroll u r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet biex ikun stabbilit u rkuprat dħul jew biex ammonti jkunu impenjati u jitwettqu pagamenti għandhom jiffirmaw u jiddataw l-involviment tagħhom. |
— |
L-Artikolu 9 – Proġetti ta’ Bini – Qabel ma l-Qorti tagħti l-approvazzjoni tagħha għal kwalunkwe intrapriża kuntrattwali dwar tali proġett, is-servizz responsabbli għandu jippreżenta dokument ta’ spjegazzjoni li jiġġustifika l-kompatibilità tal-proġett mal-qafas finanzjarju. |
— |
L-Artikolu 16 – It-twettiq tal-pagamenti – L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq l-ordnijiet ta’ pagament definiti fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju wara li huwa jkun iċċekkja d-dettalji mandatorji deskritti fl-Artikolu 103(1) u fl-Artikolu 104 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. |
— |
L-Artikolu 23.1 – Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet - Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprijazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom ikomplu jinqasmu f’artikoli u f'partiti. |
— |
L-Artikolu 23.2 – Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet – It-talbiet kollha għat-trasferimenti għandhom jispjegaw għaliex l-approprijazzjonijiet huma insuffiċjenti. It-talbiet għat-trasferimenti għandhom ikunu ffirmati mid-direttur responsabbli. |
— |
L-Artikolu 24 – Approprijazzjonijiet li jinġiebu ’l quddiem – L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jipprepara lista li turi l-bilanċ ta’ impenji disponibbli; dan il-bilanċ, għandu jkun aġġustat fil-kontijiet baġitarji billi jittieħdu inkonsiderazzjoni l-approprijazzjonijiet li għandhom jiġu annullati, u għandu juri l-approprijazzjonijiet li għandhom jinġiebu ’l quddiem. |
— |
L-Artikolu 26 – Inventarji tal-proprjetà – L-inventarju ta’ attivi tanġibbli għandu jinżamm f'database. |
— |
L-Artikolu 27 – Proċeduri ta’ maniġment u ta’ kontroll intern minimi – Il-proċeduri tal-ġestjoni u tal-kontroll intern jitħejjew mill-uffiċjali li jawtorizzaw skont l-istandards ta' kontroll intern minimi adottati mill-Qorti. Kull operazzjoni tal-baġit hija ttrattata (…) mill-persuna responsabbli għall-verifikazzjoni ex-ante. (…) Jekk il-persuna responsabbli mill-verifikazzjoni ex-ante tistabbilixxi li l-operazzjoni msemmija tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, hija tivvalidaha u tiddokumenta din il-validazzjoni. |
Aħna nemmnu li l-eżami tagħna jagħti bażi raġonevoli għall-opinjoni tagħna.
Abbażi ta’ xogħolna deskritt f’dan ir-rapport, xejn ma ġibed l-attenzjoni tagħna li jġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u abbażi tal-kriterji deskritti hawn fuq:
a) |
ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet li kienu intenzjonati għalihom; |
b) |
il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli. |
Ir-rapport tagħna qiegħed biss għall-għan imsemmi fl-ewwel paragrafu u għall-informazzjoni tiegħek, u m’għandux jintuża għal xi għan ieħor jew biex jitqassam lil xi partijiet oħra, ħlief għall-iskop ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali Ewropew.
Il-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju, 2009
PricewaterhouseCoopers S.à r.l.
Réviseur d’entreprises
Irrappreżentat minn
Marianne WEYDERT