ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.251.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
21 ta' Ottubru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni

2009/C 251/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Chooz-B, fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 251/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 251/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5653 – GDA/Furukawa-Sky/Mitsui/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

3

2009/C 251/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5662 – NIBC/ABN AMRO Fund/MID Ocean Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

21.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Ottubru 2009

dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Chooz-B, fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2009/C 251/01

Fl-20 ta' April 2009, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern ta’ Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Chooz-B.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanzi bejn l-impjant nukleari u l-eqreb Stati Membri huma: 3,5 km fil-każ tal-Belġju, 70 km fil-każ tal-Lussemburgu, 95 km fil-każ tal-Ġermanja, 97 km fil-każ tal-Olanda u 270 km fil-każ tar-Renju Unit.

2.

Il-modifiki ppjanati sejrin jinvolvu tnaqqis kumplessiv fil-limiti għall-iskariki ta’ gass u likwidu, għajr għall-iskariki tat-tritium fil-forma ta’ likwidu, li huma previsti li jiżdiedu.

3.

F’kundizzjonijiet ta' operat normali, il-modifiki ppjanati mhumiex se jikkawżaw esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

4.

Fil-każ ta' rilaxxi mhux ippjanati ta' tnixxijiet radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn aċċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali oriġinali, il-modifiki ppjanati fis-sistema ta' ġestjoni tal-fjuwil ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

Madankollu, fil-każ li jseħħ xi aċċident aktar serju, id-dożi li jaslu fil-popolazzjoni jistgħu jilħqu livelli li jirrikjedu t-teħid ta' kontramiżuri mill-awtoritajiet kompetenti. Minħabba li t-territorju Belġjan jinstab tant qrib, id-dejta speċifika neċessarja għall-informazzjoni u l-protezzjoni tal-popolazzjoni għandha tasal għand l-awtoritajiet rilevanti tal-Belġju kmieni u bl-istess dettall daqs kemm tasal għand l-awtoritajiet Franċiżi. Il-Kummissjoni tinnota li fit-8 ta' Settembru 1998, il-gvernijiet ta' Franza u tal-Belġju ffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali speċifiku għas-sit, u b'hekk kisbu l-konformità meħtieġa skont ir-rakkomandazzjoni li saret f'dan ir-rigward fl-Opinjoni inizjali tal-Kummissjoni tal-1994.

B’konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Chooz-B, fi Franza, kemm fl-operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali, mhux mistenni li tirriżulta fit-tniġġis radjuattiv tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

21.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ottubru 2009

2009/C 251/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4971

JPY

Yen Ġappuniż

135,53

DKK

Krona Daniża

7,4436

GBP

Lira Sterlina

0,91170

SEK

Krona Żvediża

10,3690

CHF

Frank Żvizzeru

1,5121

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3225

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,718

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

264,59

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7078

PLN

Zloty Pollakk

4,1560

RON

Leu Rumen

4,2925

TRY

Lira Turka

2,1757

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6121

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5443

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,6025

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9835

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0814

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 745,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,9606

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,2200

HRK

Kuna Kroata

7,2230

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 065,91

MYR

Ringgit Malażjan

5,0370

PHP

Peso Filippin

69,880

RUB

Rouble Russu

43,6390

THB

Baht Tajlandiż

50,018

BRL

Real Brażiljan

2,6012

MXN

Peso Messikan

19,2153

INR

Rupi Indjan

69,0390


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

21.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5653 – GDA/Furukawa-Sky/Mitsui/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 251/03

1.

Fit-13 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Guangdong Dongyangguang Aluminum Co., Ltd. (“GDA”, parti minn Shenzhen Dongyangguang Group, China), Furukawa-Sky Aluminium Corp (“FSA”, il-Ġappun), u Mitsui & Co Ltd (“Mitsui”, Japan) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta’ Ruyuan Dongyangguang Fine Aluminum Foil Co., Ltd u ta’ Shaoguan Yangzhiguang Aluminum Foil Co., Ltd (flimkien “JV”, iċ-Ċina), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GDA: l-irfinar tal-aluminju u l-manifattura u l-bejgħ ta' prodotti tal-aluminju flat rolled, kif ukoll ta' folja tal-aluminju,

FSA: il-manifattura u l-bejgħ ta' prodotti tal-aluminju flat rolled, prodotti tal-aluminju iffurmati, kif ukoll prodotti tal-aluminju bil-forġa,

Mitsui: dar ta’ kummerċ involuta f’għadd ta’ negozji ta’ prodotti u negozju ieħor, inkluż il-bejgħ u x-xiri ta’ diversi prodotti tal-aluminju flat rolled u iffurmati,

JV: il-manifattura ta’ folja tal-aluminju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5653 – GDA/Furukawa-Sky/Mitsui/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


21.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5662 – NIBC/ABN AMRO Fund/MID Ocean Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 251/04

1.

Fid-9 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi NIBC MBF IB B.V., li hija parti minn NIBC Group (“NIBC”, l-Olanda) u ABN AMRO Participaties Fund I B.V., li hija parti minn ABN AMRO Group (“ABN AMRO”, l-Olanda), jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta’ MID Ocean Group B.V. u s-sussidjarji tagħha (“MOG”, l-Olanda).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal NIBC and ABN AMRO, investiment ta' ekwità privata,

għal MOG, is-sejba u l-importazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta' rigali tan-negozju u primjums.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5662 – NIBC/ABN AMRO Fund/MID Ocean Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.