ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.249.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
17 ta' Ottubru 2009

Avviż Nru

Werrej

Paġna

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

2009/C 249/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2009 fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta’ miżura ta’ projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Pollakki fir-rigward ta’ lbies protettiv għas-sewwieqa tal-muturi, BF motorcycle hardwear bi protezzjoni kontra l-impatt, tat-tip Tested PR ( 1 )

1

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

2009/C 249/02

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2009/C 249/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perċentwal finali ta' użu, matul is-sena 2009, tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

4

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

2009/C 249/04

Att tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2009 li jaħtar mill-ġdid Viċi Direttur tal-Europol

5

Il-Kummissjoni

2009/C 249/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 249/06

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ( 1 )

8

2009/C 249/07

13

V   Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

2009/C 249/08

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

18

2009/C 249/09

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping

19

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

2009/C 249/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5654 – Brookfield/BBI) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/1

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Ottubru 2009

fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta’ miżura ta’ projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Pollakki fir-rigward ta’ lbies protettiv għas-sewwieqa tal-muturi, “BF motorcycle hardwear” bi protezzjoni kontra l-impatt, tat-tip “Tested PR”

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 249/01

1.   In-notifika mill-awtoritajiet Pollakki

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/686/KEE (1) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (APP) jistipula li fejn Stat Membru jiżgura li t-tagħmir personali protettiv bil-marka CE u użat għall-iskop maħsub tiegħu jista’ jikkomprometti s-sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħi mis-suq dan l-apparat personali protettiv, u jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq jew iċ-ċirkolazzjoni libera tiegħu.

Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, hija mistennija tiddikjara jekk issibx din il-miżura ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa kollha fir-rigward tal-apparat ikkonċernat, bi qbil mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 2(1).

Fit-8 ta’ Awwissu 2008 l-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b’miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lbies protettiv għas-sewwieqa tal-muturi “BF motorcycle hardwear” bi protezzjoni kontra l-impatt għall-minkbejn, għad-dirgħajn, għall-irkopptejn u għan-naħa ta’ fuq tal-qasba tar-riġlejn, tat-tip “Tested PR”.

Il-fajl li ntbagħat lill-Kummissjoni kien fih “dikjarazzjoni tal-marka CE” magħmula minn Ashan (UK) Ltd, ta’ 68, Greal Eastern Street, Londra, EC2A 3JT, Ir-Renju Unit f’isem M/S Havaba Bikewear, Metzingen, il-Ġermanja, bl-Annessi li jidhru hawn taħt li jistqarru li l-ilbies protettiv jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Direttiva:

l-Anness “A” Ilbies li jipproteġi l-ispallejn tat-tip HB-S-E

l-Anness “C” Ilbies li jipproteġi l-irkopptejn tat-tip HB-K-E

l-Anness “D” Ilbies li jipproteġi d-dahar tat-tip HB-B-E

l-Anness “E” Ilbies li jipproteġi l-ġenbejn tat-tip HB-H-E

2.   Ir-raġunijiet mogħtija għal din il-miżura nnotifikata

L-awtoritajiet Pollakki stqarrew li l-ilbies protettiv ikkonċernat ma kienx ġie ppreżentat għall-proċedura tal-eżami tat-tip EC stipulata fl-Artikolu 10 tad-Direttiva.

Barra minn hekk kienu neqsin l-istruzzjonijiet tal-użu.

L-awtoritajiet Pollakki stqarrew ukoll li l-manifattur ma kienx irranġa l-prodott biex ġabu konformi meta ġie mitlub li jagħmel hekk skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva.

3.   L-opinjoni tal-Kummissjoni

Fid-9 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni kitbet lil Ashan (UK) Ltd. u stednitu jibgħat il-kummenti tiegħu dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Pollakki. Sa issa, ma waslet l-ebda risposta.

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli u tal-kummenti tal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-Awtoritajiet Pollakki wrew li l-ilbies protettiv “BF moltorcyle hardwear” bi protezzjoni kontra l-impatt, tat-tip “Tested PR”, għas-sewwieqa tal-muturi, mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE.

Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura meħtieġa, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżura ta' projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet Pollakki hija ġustifikata.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Günther VERHEUGEN

Viċi President

(1)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/3

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 249/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 22/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

L-Irlanda ta' Fuq

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

The Renewables Obligation — Northern Ireland

Il-bażi legali

Energy (Northern Ireland) Order 2003 as amended by Energy (Amendment) Order 2009; Renewables Obligation Order (Northern Ireland) 2007 as amended

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq

L-estimi

Baġit annwali: 1,8 miljun GBP

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.3.2027

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Enterprise, Trade and Investment for Northern Ireland

Netherleigh Massey Avenue

Belfast

BT4 2JP

Northern Ireland

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/4

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perċentwal finali ta' użu, matul is-sena 2009, tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

2009/C 249/03

Il-perċentwal finali ta' użu għal kull kwota, stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, gћas-snin 2008 u 2009, tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP), li huma parti mir-reġjun Cariforum, u mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (1), matul is-sena 2009, huwa ffissat kif ġej.

Oriġini/Prodott

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2009

Stati li huma parti mir-reġjun Cariforum (l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

Kodiċijiet NM 1006, għajr il-kodiċi NM 1006 10 10

09.4220

69,37 %

OCT (l-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

Kodiċi NM 1006

(a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba

09.4189

16,2 %

(b)

L-OCT l-anqas żviluppati

09.4190

0 %

(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/5

ATT TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Ottubru 2009

li jaħtar mill-ġdid Viċi Direttur tal-Europol

2009/C 249/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tagħha,

Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni,

Billi:

(1)

Il-mandat ta' viċi Direttur tal-Europol maħtur bl-Att tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2006 (2), wasal biex jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2010.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (3), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu disposizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur jew ta' Viċi Direttur tal-Europol.

(3)

Il-Viċi Diretturi tal-Europol jinħatru għal perijodu ta' erba’ snin li jista' jiġi mtawwal darba skont l-Artikolu 38(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) (“Deċiżjoni dwar l-Europol”) (4).

(4)

Skont l-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni dwar l-Europol, japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ikun il-każ mill-1 ta' Jannar 2010, skont l-Artikolu 64(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Europol. Skont l-Artikolu 47(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, l-impjieg ta' persunal temporanju jintemm fi tmiem ix-xahar li fih il-ħaddiem jilħaq l-età ta' 65 sena.

(5)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta opinjoni unanima lill-Kunsill li tipproponi li l-Viċi Direttur attwali tal-Europol, is-Sur Michel QUILLÉ jinħatar mill-ġdid.

(6)

Abbażi tal-opinjoni mogħtija mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jaħtar mill-ġdid lis-Sur Michel QUILLÉ bħala Viċi Direttur.

(7)

Kmieni kemm jista' jkun wara d-data li minnha tapplika d-Deċiżjoni Europol, il-Kunsill ser jiddetermina l-grad u l-iskala li fihom is-Sur Michel QUILLÉ nħatar mill-ġdid.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Michel QUILLÉ hu b'dan maħtur mill-ġdid Viċi Direttur tal-Europol mill-31 ta' Awwissu 2010 sat-30 ta' April 2014.

Artikolu 2

Dan l-Att għandu jkollu effett mill-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Huwa għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-9 ta' Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON

(1)  ĠU C 316 tas-27.11.1995, p. 2.

(2)  Id-dok. tal-Kunsill 11819/06 EUROPOL 69.

(3)  L-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26 tat-30.1.1999, p. 23).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009, ĠU L 121 tal-15.5.2009, p. 37.

Il-Kummissjoni

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/7

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Ottubru 2009

2009/C 249/05

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4869

JPY

Yen Ġappuniż

135,60

DKK

Krona Daniża

7,4443

GBP

Lira Sterlina

0,91175

SEK

Krona Żvediża

10,3907

CHF

Frank Żvizzeru

1,5180

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

8,3500

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,771

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

267,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7077

PLN

Zloty Pollakk

4,2133

RON

Leu Rumen

4,2882

TRY

Lira Turka

2,1768

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6213

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5458

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5235

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0138

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0762

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 733,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,9476

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,1508

HRK

Kuna Kroata

7,2445

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 974,08

MYR

Ringgit Malażjan

5,0131

PHP

Peso Filippin

69,384

RUB

Rouble Russu

43,6990

THB

Baht Tajlandiż

49,729

BRL

Real Brażiljan

2,5562

MXN

Peso Messikan

19,5379

INR

Rupi Indjan

68,8430

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/8

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 249/06

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 8/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Piemonte (ITC1)

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Piemonte

Artikolu 87(3)(c)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Piemonte — Direzione regionale Istruzione, Formazione Professionale e Lavoro Settore Attività Formativa via Magenta, 12 — 10128 Torino TO, ITALIA e le amministrazioni provinciali come da allegata scheda in pdf.

http://www.regione.piemonte.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Direttiva relativa alla Formazione Continua — Legge 236/93 — Piani aziendali, settoriali e territoriali concordati tra le Parti Sociali — Periodo 2008/2010

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Deliberazione della Giunta Regionale n. 12-9530 del 2.9.2008 di parziale modifica ed integrazione della D.G.R n. 34-8845 del 26.5.2008

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.regione.piemonte.it/formaz/dirreg08.htm

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XT 68/08

Tul

30.6.2008-30.6.2010

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 3,10 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

60 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 9/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Piemonte

Artikolu 87(3)(c)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Piemonte — Direzione regionale Istruzione, Formazione Professionale e Lavoro Settore Attività Formativa via Magenta, 12 — 10128 Torino TO, ITALIA e le amministrazioni provinciali come da scheda pdf allegata

http://www.regione.piemonte.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Direttiva relativa alla formazione dei lavoratori occupati — 2008/2010

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Deliberazione della Giunta Regionale n. 13-9531 del 2.9.2008

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.regione.piemonte.it/formaz/dirreg08.htm

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

3.9.2008-30.6.2011

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 19,30 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Fondo Sociale Europeo — EUR 22,80 (f′miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME F’ %

Għajnuna għal konsulenza favur l- SMEs (Art. 26)

50 %

Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

60 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 11/08

Stat Membru

Il-Finlandja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

2161/312/2008

Isem tar-Reġjun (NUTS)

SUOMI/FINLAND

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30, FI-00023 Valtioneuvosto, FINLAND

http://www.mmm.fi

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon kehittämisen avustaminen pienten ja keskisuurten yritysten neuvontaan ja messuille osallistumiseen liittyen

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Valtioneuvoston asetus maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon kehittämisen avustamisesta (606/2008)

Valtionavustuslaki (688/2001) 6–8 pykälä

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.mmm.fi/fi/index/etusivu/maatalous/tuet/markkinoinnin_kehittaminen.html

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

1.1.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 0,20 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna filmunita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna għal konsulenza favur l- SMEs (Art. 26)

50 %

Għajnuna għall-SMEs għall-parteċipazzjoni ġo fieri (Art.27)

50 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 12/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Umbria

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Umbria

Via Mario Angeloni, 61 — 06124 Perugia PG, ITALIA

http://www.formazionelavoro.regione.umbria.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Aiuti di Stato all’occupazione

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

D.G.R. n. 1119 del 3.9.2008

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.formazionelavoro.regione.umbria.it/canale.asp?id=598

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

4.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 1,20 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

POR FSE 2007-2013 Regione Umbria — codice CCI2007IT052PO013 approvato con decisione della Commissione europea n. C(2007) 5498 dell′8.11.2007 — 0,36 milioni EUR

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna filmunita nazzjonali

Bonuses lill-SME F’ %

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

10 %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 13/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Umbria

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Umbria

Via Mario Angeloni, 61 — 06124 Perugia PG, ITALIA

http://www.formazionelavoro.regione.umbria.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Aiuti di Stato all’assunzione di soggetti svantaggiati e disabili

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

D.G.R. n. 1120 del 3.9.2008

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.formazionelavoro.regione.umbria.it/canale.asp?id=598

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

4.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 1,20 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni —

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

POR FSE 2007-2013 Regione Umbria — codice CCI2007IT052PO013 approvato con decisione della Commissione europea n. C(2007) 5498 dell′8.11.2007 — 0,36 milioni EUR

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna filmunita nazzjonali

Bonuses lill-SME F’ %

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi (Art. 40)

50 %

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi (Art. 41)

75 %

Għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali meta jiġu impjegati ħaddiema b'diżabilità (Art. 42)

100 %

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/13

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 249/07

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 2/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Umbria

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Umbria

Via Mario Angeloni 61 — 06124 Perugia PG, ITALIA

http://www.regione.umbria.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Regime di aiutoa favore degli investimenti delle PMI

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Por FESR Regione Umbria 2007-2013

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

3.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

16,00 EUR (f’miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Self, Sussidju fuq ir-rata ta' interessi, Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

FESR — 22,00 EUR (f’miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’%

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

20 %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

20 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 3/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Umbria

Oqsma mhux assistiti

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Umbria

Via Mario Angeloni 61 — 06100 Perugia PG, ITALIA

http://www.regione.umbria.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Regime di aiuto a favore della ricerca industriale e dello sviluppo sperimentale

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Legge n. 598/94, articolo 11

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.sviluppoeconomico.regione.umbria.it

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

3.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

12,00 EUR (f’miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

FESR — 17,00 EUR (f’miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’%

Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

10 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

10 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 4/08

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Umbria

Oqsma mhux assistiti

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Umbria

Via Mario Angeloni 61 — 06124 Perugia PG, ITALIA

http://www.regione.umbria.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Regime di aiuto alle PMI per servizi ex artt. 26,27 e e 33 Reg. (CE) n. 800/2008

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Por FESR Regione Umbria 2007-2013

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.sviluppoeconomico.regione.umbria.it

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

3.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

5,50 EUR (f’miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

FESR — 10,00 EUR (f’miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’%

Għajnuna għal konsulenza favur l- SMEs (Art. 26)

50 %

Għajnuna għall-SMEs għall-parteċipazzjoni ġo fieri (Art.27)

50 %

Għajnuna għal spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art.33)

60 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 7/08

Stat Membru

Il-Litwanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Lithuania

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Gedimino pr. 38/2, LT-01104 Vilnius, LIETUVA

http://www.ukmin.lt

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Sanglaudos skatinimo veiksmų programos I prioriteto „Vietinė ir urbanistinė plėtra, kultūros paveldo ir gamtos išsaugojimas bei pritaikymas turizmo plėtrai“ priemonė „Ekologinio (pažintinio) turizmo, aktyvaus poilsio ir sveikatos gerinimo infrastruktūros kūrimas ir plėtra“

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Lietuvos Respublikos ūkio ministro 2008 m. rugsėjo 11 d. įsakymas Nr. 4–415 „Dėl priemonės „Ekologinio (pažintinio) turizmo, aktyvaus poilsio ir sveikatos gerinimo infrastruktūros kūrimas ir plėtra“ projektų finansavimo sąlygų aprašo ir kvietimo teikti paraiškas dokumentų patvirtinimo“ (Žin., 2008, Nr. 107–4107)

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=327192&p_query=Ekologin*&p–tr2=2

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

11.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Arti, divertiment u rikreazzjoni, Attivitajiet ta' sport u attivitajiet ta' mogħdija ta' żmien u rikreazzjoni

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

26,15 LTL (f’miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2008 m. liepos 23 d. nutarimas Nr. 787

„Dėl sanglaudos Skatinimo veiksmų programos patvirtinimo“ – 140,40 LTL (f’miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’%

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

50 %

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 15/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Bayern

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Bayern

Artikolu 87(3)(c)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Bayerisches Staatsministerium für Wirtschaft, Infrastruktur, Verkehr und Technologie

Prinzregentenstraße 28, 80525 München, DEUTSCHLAND

http://www.stmwivt.bayern.de

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Richtlinie zur Durchführung des bayerischen regionalen Förderprogramms für die gewerbliche Wirtschaft

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

BayHO, BayVwVfG, Richtlinie vom 27.8.2008 zur Durchführung des bayerischen regionalen Förderprogramms für die gewerbliche Wirtschaft (AllMBl S. 523)

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna

http://www.stmwivt.bayern.de/pdf/foerderprogramme/BRF_2008.pdf

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

1.9.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

100,00 EUR (f’miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Sussidju fuq ir-rata ta' interessi, Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

EFRE — EUR 12,00 (f’miljuni)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’%

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

20 %

V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/18

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

2009/C 249/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għall-okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għal reviżjoni.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 04/92, B-1049 Brussell (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza

Fibri prinċipali tal-polijester

Repubblika tal-Korea

Dazju kontra d-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17) kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1)

18.3.2010

(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Faks +32 22956505.

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/19

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping

2009/C 249/09

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għall-okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għal reviżjoni.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 04/92, 1049 Brussell (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza

Fibri prinċipali tal-polijester

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

l-Arabja Sawdija

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1)

18.3.2010

(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Faks +32 22956505.

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/20

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5654 – Brookfield/BBI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 249/10

1.

Fid-9 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Brookfield Asset management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada) jakkwistaw fi ħdan it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll indirett, permezz ta' soċjetà limitata imsejħa Brookfield Infrastructure Partners LP (“BIP”) tat-totalità ta’ Babcock & Brown infrastructure Limited (“BBIL”) u ta’ Babcock & brown Infrastructure trust (“BBIT”), li flimkien jiffurmaw Babcock & Brown infrastructure (“BBI”, l-Awstralja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Brookfield: ġestur ta’ assi globali b’investimenti fi proprjetà u assi oħra infrastrutturali,

għal BBI: fond ta' infrastruttura li jiġġestixxi portfolio internazzjonali ta' assi infrastrutturali l-aktar fis-settur tat-trasport u s-settur tad-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5654 – Brookfield/BBI, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.