ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.244.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
10 ta' Ottubru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 244/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 233, 26.9.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 244/02

Kawża C-246/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Susanne Bulicke vs Deutsche Büro Service GmbH

2

2009/C 244/03

Kawża C-283/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fit-23 ta’ Lulju 2009 — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

2

2009/C 244/04

Kawża C-312/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio (Ċipru) fil-5 ta’ Awwissu 2009 — Georgios Michalias vs Christina A. Ioannou-Michalia

3

2009/C 244/05

Kawża C-321/09 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awissu 2009 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-33/07, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

3

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 244/06

Kawża T-273/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Associazione ‘Giùlemanidallajuve vs Il-Kummissjoni

4

2009/C 244/07

Kawża T-276/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Kavaklidere-Europe vs UASI — Yakult Honsha (Yakut)

4

2009/C 244/08

Kawża T-277/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 — Trasys vs Il-Kummissjoni

5

2009/C 244/09

Kawża T-281/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)

6

2009/C 244/10

Kawża T-284/09 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 minn Herbert Meister mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Mejju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi Magħquda F-138/06 u F-37/08, Meister vs UASI

6

2009/C 244/11

Kawża T-289/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (preċedentement Yamanouchi Pharma) (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)

7

2009/C 244/12

Kawża T-290/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (li qabel kienet Yamanouchi Pharma) (OMNICARE)

7

2009/C 244/13

Kawża T-292/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

8

2009/C 244/14

Kawża T-293/09: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — CNIEL vs Il-Kummissjoni

9

2009/C 244/15

Kawża T-301/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2009 — IG Communications vs UASI — Citicorp and Citibank (CITIGATE)

10

2009/C 244/16

Kawża T-302/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — CNIPT vs Il-Kummissjoni

10

2009/C 244/17

Kawża T-303/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2009 — CIVR et vs Il-Kummissjoni

11

2009/C 244/18

Kawża T-304/09: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2009 — Tilda Riceland vs UASI — Siam Grains (BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE)

11

2009/C 244/19

Kawża T-305/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Unicid vs Il-Kummissjoni

12

2009/C 244/20

Kawża T-306/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Val’hor vs Il-Kummissjoni

12

2009/C 244/21

Kawża T-307/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

13

2009/C 244/22

Kawża T-310/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Fuller & Thaler Asset Management vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING)

13

2009/C 244/23

Kawża T-313/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2009 — Onidol vs Il-Kummissjoni

14

2009/C 244/24

Kawża T-314/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni

14

2009/C 244/25

Kawża T-316/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2009 — Google vs UASI (ANDROID)

15

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 244/26

Kawża F-8/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Apostolov vs Il-Kummissjoni

16

2009/C 244/27

Kawża F-52/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Da Silva Pinto Branco vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

16

2009/C 244/28

Kawża F-70/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

16

2009/C 244/29

Kawża F-71/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2009 — Caminiti vs Il-Kummissjoni

17

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


2009/C 244/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 233, 26.9.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 220, 12.9.2009

ĠU C 205, 29.8.2009

ĠU C 193, 15.8.2009

ĠU C 180, 1.8.2009

ĠU C 167, 18.7.2009

ĠU C 153, 4.7.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Susanne Bulicke vs Deutsche Büro Service GmbH

(Kawża C-246/09)

2009/C 244/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Bulicke

Konvenuta: Deutsche Büro Service GmbH

Domanda preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu sabiex jintalab bil-miktub id-dritt għal kumpens u/jew għad-danni minħabba diskriminazzjoni fir-reklutaġġ huwa ta’ xahrejn wara li jkun ġie rċevut l-avviż ta’ rifjut — jew, skont interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, wara li l-persuna ssir taf bid-diskriminazzjoni — tikser id-dritt Komunitarju primarju (li jiggarantixxi protezzjoni ġudizzjarja effettiva) u/jew il-projbizzjoni fid-dritt Komunitarju tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, id-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 (1), meta taħt id-dritt nazzjonali, talbiet ekwivalenti huma suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin u/jew għall-projbizzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/87/KE, meta dispożizzjoni nazzjonali preċedenti tipprovdi għal terminu ta’ dekadenza itwal f’każ ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16).


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fit-23 ta’ Lulju 2009 — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

(Kawża C-283/09)

2009/C 244/03

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Artur Weryński

Konvenut: Mediatel 4B Spółka

Domanda preliminari

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, il-qorti rikjesta għandha d-dritt titlob lill-qorti rikjedenti somma flus bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud li jkun xehed (1), jew għandha tkopri dan l-indennizz bir-riżorsi finanzjarji tagħha stess?


(1)  ĠU 2001 L 174, p. 1.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio (Ċipru) fil-5 ta’ Awwissu 2009 — Georgios Michalias vs Christina A. Ioannou-Michalia

(Kawża C-312/09)

2009/C 244/04

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio (Repubblika ta’ Ċipru)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georgios Michalias

Konvenuta: Christina A. Ioannou-Michalia

Domanda preliminari

Skont interpretazzjoni u applikazzjoni tajba tal-Artikoli 2(1), 42 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000, il-qrati ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Ċipru) għandhom ġurisdizzjoni:

(a)

fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju mibdija mir-raġel quddiem il-qrati tal-Istat X (Ċipru) f’April 2003, wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fl-1 ta’ Marzu 2001, iżda qabel ma dan l-Istat (Ċipru) sar Stat Membru fl-1 ta’ Mejju 2004, u

(b)

fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju mibdija mill-mara wara l-1 ta’ Mejju 2004 quddiem il-qrati ta’ Stat ieħor (ir-Renju Unit), li kien Stat Membru matul il-perijodu kollu rilevanti?

Matul il-perijodu kollu rilevanti, iż-żewġ konjuġi kellhom ir-residenza permanenti tagħhom fl-Istat Y (ir-Renju Unit).

Matul il-perijodu kollu rilevanti, iż-żewġ konjuġi kellhom iċ-ċittadinanza tal-Istat X (Ċipru).


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awissu 2009 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-33/07, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-321/09 P)

2009/C 244/05

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: I.Chalkias)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell preżenti u l-aggravji invokati;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

tilqa’ parzjalment l-appell;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li:

(1)

il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat u applikat ħażin il-priniċpju taċ-ċertezza legali, inkwantu hija qieset, fis-sentenza appellata, li l-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet kienet, bla dubju, partikolarment twila peress li bdiet fid-9 ta’ Novembru 1999, waqt l-ewwel investigazzjoni, u spiċċat fil-15 ta’ Diċembru 2006, il-ġurnata li fiha ġiet ippubblikata s-sentenza appellata, iżda madankollu kkunsidrat inġustament li din il-kontestazzjoni għandha titqiegħed fil-kuntest tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u qieset li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali;

(2)

is-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim’Istanza fiha motivazzjoni żbaljata u kontradittorja inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ammettiet b’mod ċar li l-Kummissjoni interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament Nru 1201/89 u li l-motiv invokat mir-Repubblika Ellenika kien fondat u kellu jintlaqa’, iżda qieset li l-bażi tal-korrezzjoni finanzjarja ma kinitx, minħabba dan, ikkontestata.


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/4


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Associazione ‘Giùlemanidallajuve vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/09)

2009/C 244/06

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione ‘Giùlemanidallajuve (Cerignola, l-Italja) (rappreżentanti: L. Misson, G. Ernes u A. Pel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2009, annessa ma’ dan ir-rikors;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea twettaq investigazzjoni sabiex tikkonstata l-ksur tal-FIGC, tal-CONI, tal-UEFA u tal-FIFA għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE bil-għan li:

tannulla r-regoli li jiksru l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE u s-sanzjonijiet imposti mill-FIGC, mill-CONI u mill-UEFA fuq Juventus FC S.P.A. ta’ Turin;

tordna lill-FIGC, lill-CONI, lill-UEFA u lill-FIFA jħallsu kumpens ekwivalenti għall-ħsara li sofriet realment l-Assoċjazzjoni minħabba l-ksur tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat minn dawn l-impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi;

tordna kull sanzjoni xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3916 tat-12 ta’ Mejju 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet, minħabba nuqqas ta’ interess leġittimu u nuqqas ta’ interess Komunitarju, l-ilment tar-rikorrenti dwar allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE mwettaq mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), mill-Comitato Olimpico Nazionale Italiano (CONI), mill-Union of European Football Associations (UEFA) u mill-Fédération Internationale de Football Association (FIFA) fir-rigward ta’ miżuri dixxiplinari imposti fuq il-Juventus Football Club S.p.A. ta’ Turin (iktar ’il quddiem “Juventus”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka numru ta’ motivi bbażati:

fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u tal-funzjoni tagħha ta’ implementazzjoni u ta’ orjentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi fattwali u ta’ liġi esposti fl-ilment imressaq mir-rikorrenti li jgħid li d-deċiżjonijiet adottati mill-FIGC, mill-CONI, mill-UEFA u mill-FIFA li Juventus titqiegħed fis-serje B tal-kampjonat tal-futbol Taljan u li din tiġi prekluża milli tipparteċipa fiċ-Champions League jiksru l-Artikoli 81 u 82 KE;

fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, peress li d-deċiżjonijiet adottati mill-FIGC, mill-CONI, mill-UEFA u mill-FIFA għandhom jitqiesu bħala deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi peress li mhumiex deċiżjonijiet purament sportivi, u peress li għandhom l-effett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq komuni kollu, sa fejn dawn jaffettwaw ħażin kemm l-interessi tal-konsumaturi ta’ oġġetti u ta’ servizzi fis-suq tal-futbol, u kif ukoll l-istruttura kompetittiva tas-suq komuni permezz tal-impatt tagħhom fuq Juventus.

fuq abbuż ta’ pożizzjoni dominanti mill-FIGC, mill-CONI, mill-UEFA u mill-FIFA bi ksur tal-Artikolu 82 KE peress li dawn adottaw deċiżjonijiet diskriminatorji, sproporzjonati u li jiksru d-drittijiet tad-difiża ta’ Juventus.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/4


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Kavaklidere-Europe vs UASI — Yakult Honsha (Yakut)

(Kawża T-276/09)

2009/C 244/07

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kavaklidere-Europe N.V. (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: I.D. Tygat u J.A. Vercraeye, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kabushiki Kaisha Yakult Honsha (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-8 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 1396/2008-4;

tiddikjara li hemm lok għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “Yakut” bħala trade mark Komunitarja; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Yakut” għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja “Yakult” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark preċedenti “YAKULT” li hija allegatament magħrufa sew fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata “YAKULT” li hija allegatament protetta fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li saru l-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstatata li l-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni kellhom jitqiesu li jixxiebħu u li hemm livell għoli ta’ xebh viżwali u fonetiku bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li t-trade mark Komunitarja kkonċernata tieħu vantaġġ indebitu minn, jew tkun ta’ dannu għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark invokata fil-proċedimenti tal-oppożizzjoni.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/5


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 — Trasys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-277/09)

2009/C 244/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trasys (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Martens u P. Hermant, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għal-Lots C u E fis-Sejħa għal offerti Nru 10017 u li tagħti l-kuntratt lill-kuntratturi magħżula.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerta tagħha magħmula għal Lots C u E bħala tweġiba għal sejħa għal offerti pubblika insostenn tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u t-taqsima CORDIS tagħha għall-provvista ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni u komunikazzjoni (1) u li tagħti l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikoli 100 u 89(1) tar-Regolament Finanzjarju (2), billi b’mod mhux raġonevoli llimitat l-aċċess għal informazzjoni essenzjali u konsegwentement ċaħħdet lir-rikorrenti mill-opportunità li tifhem sewwa l-metodu użat sabiex jiġu evalwati l-offerti u r-raġunijiet għalfejn l-offerta tagħha inċaħdet.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-offerta tagħha kienet suġġetta għal metodoloġija ta’ evalwazzjoni ta’ offerta li tmur kontra l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju, bħall-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza.

It-tielet nett, hija ssostni li l-kundizzjonijiet għal offerta ma kinux ċari biżżejjed, u li l-aħħar kjarifiki ġew ipprovduti tard wisq mill-awtorità tal-kuntratti u, konsegwentement, ir-rikorrenti ma kinitx fil-pożizzjoni li tippjana l-offerta tagħha u li tieħu inkunsiderazzjoni l-metodu ta’ kif kienet ser issir l-evalwazzjoni.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-offerta tagħha kienet suġġetta għal evalwazzjoni mhux raġonevoli u sproporzjonata mill-awtorità tal-kuntratti li wassal għal żbalji fl-evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni finali.


(1)  ĠU 2008/S 242-321376

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/6


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)

(Kawża T-281/09)

2009/C 244/09

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer AG (Frechen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1429/2008-4), sa fejn hija tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassijiet 19 u 11;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CHROMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 19 u 37 (Applikazzjoni Nru 6 731 103)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li l-kelma “Chroma” ma għandhiex sinjifikat direttament deskrittiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/6


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 minn Herbert Meister mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Mejju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi Magħquda F-138/06 u F-37/08, Meister vs UASI

(Kawża T-284/09 P)

2009/C 244/10

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Parti oħra fil-proċedimenti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża F-37/08, Meister vs UASI;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Mejju 2009 fil-Kawżi Magħquda F-138/06 u F-37/08, Meister vs UASI, li permezz tagħha, fost l-oħrajn, ġew miċħuda t-talbiet tal-appellant fil-Kawża F-37/08.

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant isostni, fl-ewwel lok, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dmir tiegħu ta’ newtralità u ta’ oġġettività, ma wettaqx evalwazzjoni preċiża tal-fatti tal-każ, iżda wettaq evalwazzjoni preġudikata, u żnatura l-fatti tal-każ. Barra minn hekk, huwa jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq tfixkil proċedurali inammissibbli tas-suġġetti rispettivi tal-Kawża F-138/06 u tal-Kawża F-37/08. Minbarra dan, l-appellant jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja fil-liġi fis-sentenza tiegħu fuq il-fatti tal-każ. Fl-aħħar nett, l-appellant jikkritika d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-appellant huwa tal-fehma li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, bil-ksur tiegħu, kiser ukoll id-dmir tiegħu li jipprovdi motivi xierqa għas-sentenza appellata.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/7


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (preċedentement Yamanouchi Pharma) (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)

(Kawża T-289/09)

2009/C 244/11

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Astellas Pharma GmbH (preċedentement Yamanouchi Pharma GmbH) (Heidelberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 401/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti f’dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH”, għal servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark “OMNICARE” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell sostna, b’mod żbaljat, li: (a) it-trade marks kienu jixxiebhu; (b) kien hemm użu ġenwin tat-trade mark invokata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni; (ċ) is-servizzi li għalihom intwera li kien hemm użu ġenwin kienu jixxiebhu; u (d) konsegwentement, kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/7


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (li qabel kienet Yamanouchi Pharma) (OMNICARE)

(Kawża T-290/09)

2009/C 244/12

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Astellas Pharma GmbH (li qabel kienet Yamanouchi Pharma GmbH) (Heidelberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-14 ta’ Mejju 2009, fil-Kawża R 402/2008-4; u

tordna l-ħlas lir-rikorrenti tal-ispejjeż tagħha relatati ma’ dan l-appell quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “OMNICARE”, għal servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża “OMNICARE”, irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat (a) li t-trade marks inkwistjoni kienu jixxiebhu; (b) li kien hemm użu ġenwin tat-trade mark imsemmija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, (ċ) li s-servizzi li għalihom intwera li kien hemm użu ġenwin kienu jixxiebhu u li, għalhekk (d) kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/8


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/09)

2009/C 244/13

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Muhamad Mugraby (rappreżentanti: J. Regouw u L. Spigt, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

(1)

tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi fuq:

(i)

it-talba tar-rikorrent li l-Kummissjoni tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar is-sospensjoni ta’ assistenza Komunitarja għal-Libanu hekk kif jipprovdi l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006, liema miżuri huma kemm meħtieġa kif ukoll disponibbli taħt l-imsemmi regolament;

(ii)

it-talba tar-rikorrent li l-Kummissjoni, bħala l-aġenzija direttament responsabbli għall-implementazzjoni tal-programmi varji ta’ assistenza tal-Unjoni għal-Libanu, tissospendi l-implementazzjoni ta’ dawn il-programmi sakemm jintemm il-ksur kontinwu mil-Libanu tad-drittijiet fundamentali, b’mod iktar speċifiku dawk tar-rikorrent;

(2)

tikkonstata li l-Kunsill, fil-kwalità tiegħu ta’ parti mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu, naqas milli jaġixxi fuq it-talba tar-rikorrent sabiex jistieden lill-Kummissjoni sabiex jirrakkomanda li l-Kunsill jieħu miżuri speċifiċi u effettivi dwar l-assistenza tal-Unjoni għal-Libanu taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Libanu u l-Komunità, sabiex jissodisfa l-obbligi tal-partijiet taħt il-Ftehim;

(3)

tikkonstata li l-Komunità, il-Kummissjoni, fil-kwalità tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati u ta’ aġenzija direttament responsabbli għall-implementazzjoni tal-programmi varji ta’ assistenza tal-Unjoni għal-Libanu, u l-Kunsill, fil-kwalità tiegħu ta’ parti mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu, għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali għad-danni li sofra r-rikorrent bħala riżultat tan-nuqqas konsistenti tagħhom minn Diċembru 2002 ’il quddiem li jużaw b’mod effettiv ir-riżorsi u l-istrumenti disponibbli għall-infurzar effettiv tal-klawżola fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(4)

tordna lill-Kummissjoni, in parti bħala kumpens in natura, li tipproponi lill-Kunsill is-sospensjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu, sakemm il-Libanu jibda josserva l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tar-rikorrent;

(5)

tordna lill-Kummissjoni tillimita l-eżekuzzjoni tal-programmi attwali ta’ assistenza (li jiġu eżegwiti u/jew sorveljati mill-Kummissjoni) għal dawk il-programmi li huma mmirati speċifikament għall-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u li ma jammontawx għal għajnuna finanzjarja għall-awtoritajiet Libaniżi, sakemm il-Libanu jibda josserva l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tar-rikorrent;

(6)

tordna lill-Kunsill jistiden lill-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjoni kif isemma’ fil-punt 4 iktar ’il fuq, u sabiex jaġixxi permezz tal-istituzzjonijiet tal-ftehim ta’ Assoċjazzjoni għal dan il-għan;

(7)

tordna lill-konvenuti jikkumpensaw id-danni materjali u morali tar-rikorrent, f’ammont li għandu jiġi stabbilit ex aequo et bono ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000 u sabiex iħallsu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, Dr Muhammad Mugraby, avukat Libaniż speċjalizzat fid-drittijiet tal-bniedem u attivist f’dan il-qasam, isostni li kien il-vittma ta’ persekuzzjoni, fastidju u ċaħda ta’ ġustizzja, mill-awtoritajiet Libaniżi, minħabba xogħolu fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie allegatament miċħud id-dritt li jipprattika l-professjoni tiegħu u ġie miċħud minn drittijiet fundamentali varji, bħad-dritt għall-proprjetà privata, għal smigħ xieraq u aċċess għal rimedju legali effettiv.

Ir-rikorrent isostni li fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu (1), il-Komunità għandha tagħti l-attenzjoni meħtieġa sabiex tipprevjeni d-danni li qed jiġu kkawżati mil-Libanu kontra individwi bħar-rikorrent, billi jiġu imposti miżuri restrittivi kontra l-awtoritajiet Libaniżi, bħas-sospensjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Fil-fatt, ir-rikorrent isostni li l-benefiċċji disponibbli għal-Libanu taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiddependu mill-konformità mal-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u li fil-każ ta’ ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, l-Artikolu 2 tal-Ftehim għandu l-għan li jagħmilha possibbli għall-Komunità sabiex tieħu miżuri restrittivi kontra l-Libanu b’mod proporzjonat skont is-serjetà tal-ksur. Sadanittant, ir-rikorrent isostni li s’issa, il-Komunità naqset milli teżerċita pressjoni effettiva fuq l-awtoritajiet Libaniżi sabiex jimplementaw l-obbligi tagħhom sabiex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem.

Ir-rikorrent isostni li huwa talab formalment lill-konvenuti fid-29 ta’ April 2009 sabiex jaġixxu, filwaqt li l-konvenuti ċaħdu t-talba tiegħu permezz ta’ ittri tas-26 ta’ Mejju 2009 u tad-29 ta’ Mejju 2009. Ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq il-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sabiex jistabbilixxi l-illegalità tan-nuqqas konsistenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill milli effettivament jinfurzaw il-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-Libanu.

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li l-konvenuti kisru l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, inkluż l-obbligu li jiġi promoss ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħha, li għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet tal-individwi. Huwa jsostni li hemm rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu min-naħa tal-konvenuti u d-danni li huwa sofra u b’hekk huwa intitolat għal kumpens. Skont ir-rikorrent, l-awtoritajiet Libaniżi kienu probabbilment itemmu l-fastidju illegali fil-konfront tar-rikorrent, kieku kienu iffaċċjati b’sitwazzjoni fejn jitilfu aċċess għall-assistenza Komunitarja. B’hekk, huwa jsostni li d-danni li jammontaw għal telf ta’ dħul li subixxa r-rikorrent probabbilment ma kinux iseħħu bl-istess portata, kieku l-konvenuti aġixxew f’waqtu u b’mod xieraq.


(1)  Il-ftehim interim dwar il-kummerċ u l-materji li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, mill-parti l-oħra (ĠU 2002 L 262, p. 2)


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/9


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — CNIEL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/09)

2009/C 244/14

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre National Interprofessionnel de l’Économie Laitière (CNIEL) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Cabanes u V. Kostrzewski-Pugnat, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Diċembru 2008, fil-Każ N 561/2008 — Franza (Azzjonijiet imwettqa mill-IPO);

sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-għajnuna kif prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 7846 finali (1) tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur il-produtturi primarji u l-impriżi attivi fit-tkabbir u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli, iffinanzjati minn taxxi volontarji li jsiru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali (iktar ’il quddiem “CVO”) imposti fuq il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi bbażati:

fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni bi ksur tal-Artikolu 87(1) KE, minħabba li ċ-CVO ma jikkostitwixxux riżorsi tal-Istat u l-miżuri meħuda mhumiex imputabbli lill-Istat u ma joħolqux vantaġġ għall-benefiċjarji finali;

fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma tkunx indikat ir-raġunijiet li minħabba fihom hija tkun ikkonkludiet li ċ-CVO jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat jew kif il-kummerċ bejn l-Istati Membri kien ser jiġi affettwat jew kif kien se jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni;

fuq ksur tal-Artikolu 88(3) KE sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE fin-nuqqas tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tan-natura tal-iskema qafas inkwistjoni.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/10


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2009 — IG Communications vs UASI — Citicorp and Citibank (CITIGATE)

(Kawża T-301/09)

2009/C 244/15

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IG Communications (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Beard, Solicitor u M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citicorp and Citibank, N.A. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ April 2009, fil-Każ R 821/2005-1 fl-intier tagħha jew, sussidjarjament, parzjalment; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti ta’ dan l-appell quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CITIGATE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali “CITI” għal servizzi fil-klassi 36; l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “citi” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITICORP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIGROUP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIBOND” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 38; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIEQUITY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 42; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIGARANT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36 u 42; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIBANK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITICARD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “CITIGOLD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali “CITIBANK” għal servizzi fil-klassi 36; ir-reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark verbali “CITIBANK” għal servizzi fil-klassi 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “THE CITI NEVER SLEEPS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell qies, b’mod żbaljat, li kien hemm familja ta’ trade marks preċedenti, u konsegwentement, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell qies, b’mod żbaljat, li kien hemm familja ta’ trade marks preċedenti, u konsegwentement, li kien hemm kunflitt bejn it-trade marks ikkonċernati.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/10


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — CNIPT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/09)

2009/C 244/16

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Comité national interprofessionel de la pomme de terre (CNIPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7849 finali (1), tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu mwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, finanzjata permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali (iktar ’il quddiem il-“KVO”) li għandhom jinġabru mingħand il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.

Minbarra dan, ir-rikorrent isostni ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod ġenerali u unitarju diversi skemi distinti ta’ KVO.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/11


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2009 — CIVR et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/09)

2009/C 244/17

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conseil interprofessionnel des vins du Roussillon — CIVR (Perpignan, Franza), Comité national des interprofessions des vins à appellation d’origine et à indication géographique — CNIV (Pariġi, Franza), Interprofession nationale porcine — Inaporc (Pariġi) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u Y. Trifounovitch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Diċembru 2008, għajnuna mill-Istat Nru 561/2008 — Franza — Azzjonijiet imwettqa mill-interprofessjonali, C(2008) 7846 finali, sa fejn tikklassifika bħala għajnuna mill-Istat l-azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonjiet interprofessjonali agrikoli fil-qasam tal-assistenza teknika, tal-għajnuna għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodotti ta’ kwalità, tar-riċerka u żvilupp kif ukoll tar-reklamar u safejn tikklassifika bħala riżorsi tal-Istat il-kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji li jiffinanzjaw tali azzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali (1), tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni qieset li l-iskema qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jitwettqu minn interprofessjonijiet agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur il-produtturi primarji u l-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli, iffinanzjati minn taxxi volontarji li jsiru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali u li huma imposti fuq il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonjiet interprofessjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2009 C 116 p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/11


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2009 — Tilda Riceland vs UASI — Siam Grains (BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE)

(Kawża T-304/09)

2009/C 244/18

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, S. Sills u N. Urwin, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Siam Grains Company Limited (Bangkok, it-Tajlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Marzu, fil-Każ R 513/2008-1, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva “BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE” għal prodotti fil-klassi 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali mhux irreġistrata “BASMATI” użata għar-ross u sinjal li jikkostitwixxi l-kelma “BASMATI” użata fil-kummerċ sabiex tiddeskrivi klassi ta’ prodott, jiġifieri r-ross.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell micħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikou 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, b’mod żbaljat, fuq interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li ma tiħux inkunsiderazzjoni regoli nazzjonali u deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija fl-Istat Membru kkonċernat; it-tieni nett, il-Bord tal-Appell ma applikax id-dritt ta’ Stat Membru, jiġifieri r-Renju Unit, dwar il-forma ta’ rikors magħrufa bl-isem ta’ “forma estiża ta’ falsifikazzjoni”; it-tielet nett, il-Bord tal-Appell wettaq żball meta eżiġa li r-rikorrenti tkun proprjetarja ta’ drittijiet ta’ proprjetà fuq is-sinjal “BASMATI”; u fl-aħħar nett, il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li l-kelma “BASMATI” kienet kelma ġenerika.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/12


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Unicid vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/09)

2009/C 244/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union nationale interprofessionnelle cidricole (Unicid) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 7846 finali (1) tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur il-produtturi primarji u l-impriżi attivi fit-tkabbir u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli, iffinanzjati minn taxxi volontarji li jsiru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali imposti fuq il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawżi T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni, u T-302/09, CNIPT vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/12


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Val’hor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/09)

2009/C 244/20

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Val’hor (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7846 finali (1), tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu mwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, finanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali, li għandhom jinġabru mingħand il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni, u T-302/09, CNIPT vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/13


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

(Kawża T-307/09)

2009/C 244/21

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd. (Ryde, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Cover, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 27/2009-2 u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja kkonċernata tista’ tiġi ppubblikata u rreġistrata; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “NATURALLY ACTIVE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 16, 18, 35 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra l-frażi “Naturally Active” bħala normali fil-lingwa Ingliża u li għalhekk kien terminu ta’ tifħir li seta’ faċilment jinftiehem mill-pubbliku ġenerali, għalhekk mingħajr karattru distintiv intrinsiku.; ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell: (i) żbalja meta kkunsidra li t-trade mark ikkonċernata ma kinitx kisbet karattru distintiv permezz ta’ użu; u (ii) ma tax l-importanza li kienet tistħoqq lill-evidenza oġġettiva pprovduta mir-rikorrenti u li għalhekk ma kellux raġunijiet tajba u adegwati sabiex jasal għall-konklużjoni tiegħu fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni; ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell żbalja meta applika t-test għal din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta’ dak li hija sabet għall-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, għall-Istati Membri kollha tal-UE, minflok ma applikat dan it-test lil dawk l-Istati Membri biss fejn b’mod predominanti jiġi mitkellem l-Ingliż.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/13


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Fuller & Thaler Asset Management vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING)

(Kawża T-310/09)

2009/C 244/22

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fuller & Thaler Asset Management, Inc. (San Mateo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ April 2009 fil-Każ R 323/2008-G; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BEHAVIOURAL INDEXING” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 billi l-Bord tal-Appell (i) żbalja fir-rigward tat-tifsira u s-sintassi tat-trade mark, kif ukoll fir-rigward tal-idoneità tagħha jew le bħala terminu deskrittiv immedjat u dirett għall-prodotti u s-servizzi inkwistjoni; (ii) naqas milli jistabbilixxi fatti ex officio li juru li t-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet deskrittiva għall-pubbliku rilevanti, għalkemm ikkonkluda b’mod korrett li l-pubbliku rilevanti kien speċjalizzat; u (iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku li abbażi tiegħu ngħatat din ir-raġuni għal rifjut u naqas milli jistabbilixxi abbażi tal-provi li kien hemm, fil-qasam speċjalizzat rilevanti, probabbiltà raġonevoli li negozjanti oħra f’dak il-qasam ikunu jridu jużaw it-trade mark Komunitarja kkonċernata fil-futur.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/14


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2009 — Onidol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/09)

2009/C 244/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Organisation nationale interprofessionnelle des graines et fruits oléagineux (Onidol) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u L. Olza Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali (1) tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet kkunsidrat li l-qafas kwadru tas-sistema tal-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi involuti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, iffinanzjata mill-ħlas volontarju li sar obbligatorju bid-digriet interministerjali li jitħallas mill-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti principali invokati mir-rikorrenti huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/14


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/09)

2009/C 244/24

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Intercéréales (Pariġi, Franza) u Alain Grossi (Nîmes, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u L. Olza Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7846 finali (1), tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema gwida ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu mwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, finanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali, li għandhom jinġabru mingħand il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2009, C 116, p. 14.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/15


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2009 — Google vs UASI (ANDROID)

(Kawża T-316/09)

2009/C 244/25

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google, Inc. (Mountain View, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 1622/2008-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob sabiex:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tas-26 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 1622/2008-2 fir-rigward tal-prodotti “materjal informatiku u softwer tal-kompjuter li jintuża b’konnessjoni ma’ apparat mobbli, smart phones, assistenti personali diġitali portabbli (PDAs)”; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob sabiex:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tas-26 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 1622/2008-2 u terġa’ tibgħat il-każ quddiem l-UASI sabiex dan jeżamina ulterjorment il-lista ta’ prodotti “materjal informatiku u softwer tal-kompjuter li jintuża b’konnessjoni ma’ apparat mobbli, smart phones, assistenti personali diġitali portabbli (PDAs)”.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “ANDROID” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet deskrittiva tal-prodotti inkwistjoni u għaldaqstant ma setgħetx tiġi rreġistrata; ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja billi m’eżaminax il-perċezzjoni tal-pubbliku li jitkellem bl-Ingliż fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/16


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Apostolov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-8/09)

2009/C 244/26

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Svetoslav Apostolov (Saarwellingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addaeh-Mensah, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent li jikkontesta d-deċiżjoni li jiġi eskluż mill-kompetizzjoni miftuħa EPSO/CAST27/4/07.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Ottubru 2008;

jobbliga lill-Kummissjoni Ewropea u lid-dipartimenti speċjalizzati tagħha, partikolarment l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO), sabiex iqis r-risposti mogħtija mir-rikorrent għall-mistoqsijiet 9, 30 u 32 tat-test ta’ kompenza tal-14.12.2007 bħala korretti;

sussidjarjament, tippermetti lir-rikorrent jerġa’ jagħmel it-test ta’ kompetenza;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/16


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Da Silva Pinto Branco vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-52/09)

2009/C 244/27

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Delfina Da Silva Pinto Branco (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Erniquin, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti titkeċċa. It-tieni nett, it-talba li tiġi nnominata uffiċjal jew, sussidjarjament li terġa’ titpoġġa fil-funzjonijiet tagħha bħala uffiċjal taħt prova. Fl-aħħar nett, it-talba għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali sostnuti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-Awtorità tal-Ħatra datata l-24 ta’ Ottubru 2008, kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Rapporti datata t-8 ta’ Ottubru 2008, iż-żewġ rapporti dwar il-perijodu ta’ prova stabbiliti mill-evalwatur, datati, rispettivament t-22 ta’ Frar 2008 u l-10 ta’ Ġunju 2008, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li jiġi estiż il-perijodu ta’ prova, datata it-18 ta’ April 2008;

tinnomina lir-rikorrenti bħala uffiċjal sa mill-1 ta’ Marzu 2008, kif ukoll tagħtiha d-dritt għal kumpens li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kienet tirċievi kieku ġiet innominata uffiċjal fl-1 ta’ Marzu 2008 u l-emolumenti li hija effettivament irċeviet sa minn dik id-data sad-data tas-sentenza; inkella, sussidjarjament, terġa’ tpoġġi lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha bħala uffiċjal taħt prova fi ħdan is-servizz li kienet taħdem fih qabel ma tkeċċiet jew f’servizz ieħor tal-istituzzjoni sabiex tkun tista’ twettaq perijodu ta’ prova ġdid;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali sostnuti, li jammontaw għal EUR 5 000;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/16


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/09)

2009/C 244/28

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Nikolchov (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Hammouche, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg li tistabbilixxi il-post fejn kien reklutat f’Aix-la-Chapelle (il-Ġermanja) u li tistabbilixxi t-tul tal-allowances ta’ kuljum għal 120 ġurnata.

Motivi u argumenti prinċipali

tiddikjara li hemm ksur tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2004 li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relattiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

konsegwentement, tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg Nru R/9/09, tal-21 ta’ April 2009, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti li jitlob li jiġi stabbilit il-post fejn kien reklutat tiegħu fil-Bulgarija u li jiġi stabbilit it-tul tal-allowances ta’ kuljum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10(2)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-allowances ta’ kuljum dovuti sal-ammont ta’ EUR 6 942,32, jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mill-Qorti tal-Prim’Istanza, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-preżentata tal-ilment sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/17


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2009 — Caminiti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/09)

2009/C 244/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Caminiti (Tubize, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 4 b’fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1 u, konsegwentement, ir-reintegrazzjon tar-rikorrent fil-grad AST 9, skala 2 b’żamma tal-fattur ta’ multiplikazzjoni 1,071151

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 4, b’fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1, misjuba fil-karta tas-salarju tar-rikorrent ta’ Marzu 2009;

konsegwentement, tintegra mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 2 b’żamma tal-fattur ta’ multiplikazzjoni 1,071151, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2009;

tirreintegra kompletament il-karriera tar-rikorrent b’effett retroattiv mill-1 ta’ Marzu 2009 sad-data tal-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad u skala hekk mibdula (inkluża ż-żieda fl-esperjenza tiegħu fil-klassifikazzjoni hekk mibdula, id-drittijiet tiegħu għall-avvanzament u d-drittijiet tal-pensjoni), inkluż il-ħlas tal-interessi moratorji abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti, fuq l-ammonti kollha korrispondenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrespondi għall-klassifikazzjoni tiegħu li tidher fid-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni li għaliha huwa jmissu kellu dritt sad-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni regolari tiegħu; sussidjarjament, l-għoti ta’ punti ta’ promozzjoni lir-rikorrent li jikkorrispondu għall-bidla tal-fattur ta’ multiplikazzoni fil-fattur “żmien”;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.