ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.242.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
9 ta' Ottubru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 242/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2009/C 242/02

Rapport mill-kummissjoni dwar l-irradjazzjoni tal-ikel għas-sena 2007

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 242/03

Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma Persuni tal-2010, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

19

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 242/04

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (EK) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/C-3/39.530 – Microsoft (Tying) ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 242/05

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għas-Somerset Cider Brandy

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Ottubru 2009

2009/C 242/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4763

JPY

Yen Ġappuniż

130,46

DKK

Krona Daniża

7,4445

GBP

Lira Sterlina

0,92000

SEK

Krona Żvediża

10,3134

CHF

Frank Żvizzeru

1,5166

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3533

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,763

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

270,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7095

PLN

Zloty Pollakk

4,2335

RON

Leu Rumen

4,2800

TRY

Lira Turka

2,1580

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6346

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5619

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4414

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9954

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0533

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 723,09

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8703

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,0777

HRK

Kuna Kroata

7,2568

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 927,08

MYR

Ringgit Malażjan

5,0061

PHP

Peso Filippin

68,591

RUB

Rouble Russu

43,6939

THB

Baht Tajlandiż

49,183

BRL

Real Brażiljan

2,5784

MXN

Peso Messikan

19,6651

INR

Rupi Indjan

68,3820


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/2


Rapport mill-kummissjoni dwar l-irradjazzjoni tal-ikel għas-sena 2007

2009/C 242/02

1.   IL-BAŻI LEGALI U L-ISFOND

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni li tijonizza (1) jirrikjedi li kull sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

ir-riżultati tal-kontrolli li saru fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet ta' ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw

kif ukoll

ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni li tijonizza.

L-Artikolu 7(4) tal-istess Direttiva jimponi li l-Kummissjoni tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kif ukoll kull bidla fl-istat tagħhom

rapport dwar it-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza.

Ir-rapport kurrenti jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru.

L-informazzjoni dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel hija disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u l-Konsumatur (2).

1.1.   Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu rradjati biss ġewwa faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni hija mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-faċilitajiet tagħhom li huma approvati għall-irradjazzjoni (l-Artikolu 7(1)).

L-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel tista' biss issir permezz tas-sorsi li ġejjin:

Raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs

Raġġi-X iġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt livell ta' enerġija nominali (l-enerġija kwantum massima) ta' 5 MeV;

Elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt livell ta' enerġija nominali (l-enerġija kwantum massima) ta' 10 MeV;

Il-lista ta' faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kienet ippubblikata mill-Kummissjoni (3) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinstab fuq http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/irradiation/approved_facilities_en.pdf

1.2.   L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel irradjati

L-irradjazzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali hija awtorizzata fl-UE fuq livell Komunitarju (id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni li tijonizza (4)).

Barra minn hekk, seba' Stati Membri nnotifikaw li għandhom awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċertu ikel u ingredjenti tal-ikel skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni (5).

Kull prodott tal-ikel u ikel jew ikel kompost li fih ingredjent tal-ikel wieħed jew aktar irradjat għandu jkun immarkat bil-kliem “irradjat” jew “ittrattat b'radjazzjoni li tijonizza”. Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien mal-isem tal-prodott fuq sinjal jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti.

Sabiex jiġi nfurzat it-tikkettjar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, diversi metodi analitiċi ġew standardizzati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-KONTROLLI MWETTQA FIL-FAĊILITAJIET TAL-IRRADJAZZJONI

Din it-taqsima tar-rapport telenka r-riżultati tal-verifiki mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi amministrati.

L-Istati Membri ssottomettew l-informazzjoni li ġejja dwar il-faċilitajiet approvati u l-kontrolli mwettqa f'dawk il-faċilitajiet.

2.1.   Il-Belġju

Spezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 ikkonfermaw il-konformità tal-facilità tal-irradjazzjoni Sterigenics S.A. mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Koxox taż-żrinġijiet

1 521

5

Laħam

445

6-8

Tjur tal-irziezet

282

5

Ħut u frott tal-baħar

258

3-5

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

139

6-9

Demm deidratat

16

6-9

Ħxejjex

12

6

Lamtu

11

3

Trab tal-bajd

7

3

Oħrajn

108

0-10

Total

2 799

 

2.2.   Il-Bulgarija

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Bulgarija.

2.3.   Ir-Repubblika Ċeka

L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilità tal-irradjazzjoni Artim Spol S.R.O. mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

55

1-10

Total

55

 

2.4.   Il-Ġermanja

Matul il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm erba’ faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fil-Ġermanja. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati fl-2007 għal kull faċilità. B'kollox 331 tunnellata ta' prodotti kienu ttrattati fi tliet faċilitajiet tal-irradjazzjoni fil-Ġermanja fl-2007.

(a)   Gamma Service Produktbestrahlung GmbH, Radeberg

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

206

<10

Ħxejjex imnixxfin

24

<10

Total

230

 

121 tunnellata ta' prodotti irradjati kienu esportati lejn pajjiżi terzi.

(b)   BGS/Beta-Gamma Service GmbH & Co. KG, Wiehl

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

21

10-13

Ħxejjex imnixxfa

18

10-32

Total

39

 

Il-prodotti rradjati kollha ġew esportati lejn pajjiżi terzi.

(c)   Isotron Deutschland GmbH, Allershausen

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex

61

5-10

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

1

5-10

Total

62

 

Il-prodotti rradjati kollha ġew esportati lejn pajjiżi terzi.

(d)   Beta-Gamma-Service Gmbh & Co. KG, Bruchsal

L-ebda prodott ma ġie rradjat f’din il-faċilità fl-2007.

2.5.   Spanja

Fi Spanja, hemm żewġ faċilitajiet approvati għall-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

(a)   Ionmed Esterilización, S.A.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

216

<10

Total

216

 

(b)   Aragogamma, SA,

L-ebda prodott ma ġie rradjat f’din il-faċilità fl-2007.

2.6.   Franza

Fi Franza, hemm sitt faċilitajiet approvati għall-irradjazzjoni tal-ikel. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità ta' ħames faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE. Faċilità waħda kellha kummenti dwar il-kontroll tad-dożi tal-irradjazzjoni u l-istat tal-prodotti qabel u wara t-trattament.

Il-faċilità Ionisos SA, Domaine de Corbeville, 91400 Orsay, (referenza 91471 F) ma rradjatx ikel u ingredjenti tal-ikel matul l-2007. Il-faċilità ngħalqet.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati fil-faċilitajiet fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Tjur tal-irziezet

1 239

5

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati

687

5

Gomma arabika

131

3

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħxejjex imnixxfin

60

10

Kaseina

22

6

Total

2 139

 

2.7.   L-Ungerija

Fl-Ungerija, hemm faċilità waħda approvata għall-irradjazzjoni tal-ikel. Skont l-ispezzjoni uffiċjali li saret mill-awtorità kompetenti (L-Uffiċċju Ungeriż għall-Agrikoltura) fl-2007, il-faċilità tal-irradjazzjoni AGROSTER Besugárzó Rt. (Budapest, Jászberényi út 5.) kienet f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel irradjat f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar, bżar tal-ħwawar

5,9

4-6

Prodotti deidrati

0,5

3-4

Ħxejjex aromatiċi

14,5

3-6

Total

20,9

 

2.8.   L-Italja

L-unika faċilità tal-irradjazzjoni fl-Italja, Gammarad Italia Spa, kienet spezzjonata b'riżultati favorevoli. Matul l-2007 l-ebda ikel u ingredjenti tal-ikel ma kienu rradjati f'din il-faċilità tal-irradjazzjoni.

2.9.   L-Olanda

L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

Mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, Isotron NL ittrattat total ta' 2 323 tunnellata ta' ikel u ingredjenti tal-ikel fiż-żewġ faċilitajiet tagħhom fl-ibliet ta' Ede u Etten-Leur. It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f'dawn iż-żewġ faċilitajiet fl-2007.

(a)   Isotron NL – il-faċilità tal-irradjazzjoni f'Ede

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar/Ħxejjex aromatiċi

753

EI

Koxox taż-żrinġijiet

197

EI

Laħam tat-tjur tar-razzett (iffriżat)

154

EI

Ħxejjex iddeidrati

88

EI

Abjad tal-bajd

70

EI

Gambli (iffriżati)

45

EI

Kampjuni tal-ikel

10

EI

Total

1 317

 

(EI: Ebda informazzjoni mibgħuta dwar dan il-punt).

(b)   Isotron NL – il-faċilità tal-irradjazzjoni f'Etten-Leur

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex imnixxfa

791

EI

Koxox taż-żrinġijiet

146

EI

Ħwawar/Ħxejjex aromatiċi

48

EI

Laħam tat-tjur tar-razzett (iffriżat)

21

EI

Total

1 006

 

(EI: Ebda informazzjoni mibgħuta dwar dan il-punt).

2.10.   Il-Polonja

Fil-Polonja, hemm żewġ faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel irradjat f’faċilità waħda fl-2007.

(a)   L-Istitut tal-Kimika u t-Teknoloġija Nukleari, Varsavja

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar imnixxfin, ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar veġetali

269

7-10

Total

269

 

(b)   L-Istitut tal-Kimika Applikata tar-Radjazzjoni, l-Università Teknika ta’ Lodz

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet dwar din il-faċilità tal-irradjazzjoni.

2.11.   Il-Portugall

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Portugall.

2.12.   Ir-Rumanija

Fir-Rumanija hemm faċilità tal-irradjazzjoni approvata waħda biss li hija ċ-Ċentru IRASM fl-Istitut Nazzjonali tal-Fiżika u tal-Inġinerija Nukleari ta' Horia Hulubei. Is-sors tar-radjazzjoni li tijonizza huma raġġi Gamma 60Co. Il-faċilita hija awtorizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Attivitajiet Nukleari. Il-faċilità IRASM ma rradjat l-ebda ikel/ingredjenti tal-ikel matul l-2007.

2.13.   Ir-Renju Unit

Fir-Renju Unit, hemm faċilità waħda approvata għall-irradjazzjoni tal-ikel. Il-faċilità ma rradjajt l-ebda ikel skont it-termini tal-liċenzja tagħha fl-2007.

2.14.   Tabella ta' sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tipprovdi sommarju tal-kwantitajiet ta' ikel (f'tunnellati) ittrattat mir-radjazzjoni li tijonizza f'faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea.

Kategorija tal-prodotti

BE

CZ

DE

ES

FR

HU

NL

PL

Total

%

Kaseina

0

0

0

0

22

0

0

0

22

0,27

Demm deidratat

16

0

0

0

0

0

0

0

16

0,20

Trab tal-bajd

7

0

0

0

0

0

0

0

7

0,09

Abjad tal-bajd

0

0

0

0

0

0

70

0

70

0,86

Ħut u frott tal-baħar

258

0

0

0

0

0

45

0

303

3,72

Kampjuni tal-ikel

0

0

0

0

0

0

10

0

10

0,12

Koxox/partijiet taż-żrinġijiet

1 521

0

0

0

687

0

343

0

2 551

31,29

Gomma arabika

0

0

0

0

131

0

0

0

131

1,61

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar

139

55

228

216

60

21

801

269

1 789

21,94

Laħam

445

0

0

0

0

0

0

0

445

5,46

Tjur tal-irziezet

282

0

0

0

1 239

0

175

0

1 696

20,80

Lamtu

11

0

0

0

0

0

0

0

11

0,13

Ħxejjex

12

0

103

0

0

0

879

0

994

12,19

Oħrajn

108

0

0

0

0

1

0

0

109

1,34

Total

2 799

55

331

216

2 139

22

2 323

269

8 154

 

% tat- total

34,33

0,67

4,06

2,65

26,23

0,27

28,49

3,30

100,00

 

3.   IR-RIŻULTATI TAL-KONTROLLI LI SARU FL-ISTADJU TAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-PRODOTT U L-METODI UŻATI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ TRATTAMENT B'RADJAZZJONI LI TIJONIZZA

Fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-identifikazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni li tijonizza, l-Istati Membri ppreżentaw l-informazzjoni li ġejja.

3.1.   L-Awstrija

B’kollox, 115-il kampjun ġew analizzati. Fl-ebda minn dawn il-kampjuni ma seta' jkun ippruvat trattament b'radjazzjoni li tijonizza.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 115

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u Ħwawar

39

0

0

EN 1788, EN 13751

Te tal-ħxejjex aromatiċi

38

0

0

EN 1788, EN 13751

Tjur tal-irziezet

38

0

0

EN 1786

Total

115

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.2.   Il-Belġju

B’kollox, 89 kampjun ġew analizzati. Kampjun minnhom instab li huwa rradjat.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 89

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Instant noodles

21

0

1

EN 1788 (6)

Krustaċji u molluski

15

0

0

Ħxejjex aromatiċi ffriżati

15

0

0

Gambli

15

0

0

Ħxejjex imnixxfa

11

0

0

Frott

11

0

0

Total

88

0

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

98,88 %

00,00 %

1,12 %

 

3.3.   Il-Bulgarija

L-ebda informazzjoni dwar kontrolli fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma kienu mibgħuta mill-Bulgarija għall-2007.

3.4.   Ċipru

L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

3.5.   Ir-Repubblika Ċeka

B’kollox, 60 kampjun ġew analizzati. Żewġ kampjuni nstabu mhux konformi (pożittivi għall-irradjazzjoni u mhux immarkati b'mod xieraq).

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 60

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Frott frisk

15

0

0

EN 1788/EN 1785

Ħwawar

12

0

0

EN 1788

Supplimenti tal-ikel

8

0

1

EN 1788

Ħut u frott tal-baħar

7

0

0

EN 1785

Prodotti tat-te tal-ħxejjex aromatiċi

5

0

0

EN 1788

Instant noodles

3

0

1

EN 1788/EN 1785

Tjur tal-irziezet

6

0

0

EN 1785

Gambli

2

0

0

EN 1785

Total

58

0

2

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

96,67 %

00,00 %

3,33 %

 

3.6.   Il-Ġermanja

B'kollox 3 744 kampjun tal-ikel kienu eżaminati li minnhom 77 kienu rradjati. Żewġ kampjuni kienu rradjati u konformi mad-Direttivi tal-UE: Kampjun li jagħmel mal-kategorija “Ħwawar u Ħxejjex aromatiċi” u kampjun li jagħmel mal-kategorija “Sopop, zlazi, instant noodles”. Il-75 kampjun li jifdal ma kinux konformi.

21 kampjun jagħmlu ma' kategoriji li għalihom l-irradjazzjoni hija awtorizzata iżda dawn kellhom immarkar mhux konformi;

34 kampjun jagħmlu ma' kategoriji li għalihom l-irradjazzjoni mhix awtorizzata;

20 kampjun (l-aktar noodles u sopop imnixxfa) kienu rradjati, madankollu ma setax ikun iddeterminat liema ingredjenti f'dan l-ikel kompost kienu rradjati sabiex ikun iddeterminat jekk l-irradjazzjoni hijiex awtorizzata jew le.

Il-kategoriji bl-ogħla perċentwali ta' kampjuni mhux konformi kienu supplimenti tal-ikel, (16 %) u sopop u zlazi (11 %).

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 3744

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

1 022

0

2

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Te, prodotti simili għat-te

328

3

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Taħwir

288

0

2

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Sopop, zlazi, instant noodles

239

12

17

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Krustaċji, frott tal-baħar, annimali akwatiċi oħrajn inklużi l-prodotti tagħhom

180

1

2

EN 1786, EN 1788, EN 13751 (7)

Frott frisk

174

0

2

EN 1784, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Mżiewed, ġewż u żrieragħ li fihom iż-żejt

162

0

0

EN 1784, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Faqqiegħ, imnixxef jew prodotti tal-faqqiegħ

149

0

5

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Supplimenti tal-ikel

147

4

23

EN 1786, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Frott imnixxef jew prodotti ta’ frott

134

0

0

EN 1788, EN 13708 (7)

Ħut u prodotti tas-sajd

130

0

0

EN 1786, EN 1788

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

93

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Ħxejjex imnixxfin, prodotti tal-ħxejjex

88

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751 (7)

Tjur tal-irziezet

75

0

0

EN 1784, EN 1786, EN 1788

Ikliet li huma lesti biex jiġu servuti

72

0

1

EN 1786, EN 1788, EN 13751

Zalzett

67

0

0

EN 1784, EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħaxix frisk

52

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Faqqiegħ, frisk

47

0

0

EN 1787, EN 1788 EN 13751

Ġobon bil-ħxejjex aromatiċi

46

0

0

EN 1787, EN 1788

Patata, partijiet ta’ pjanti li fihom kontenut għoli ta’ lamtu

42

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Prodotti tal-laħam (ħlief iz-zalzett)

41

0

0

EN 1784, EN 1786

Laħam (minbarra tjur tal-irziezet, tajr salvaġġ)

15

0

1

EN 1786

Ġobon mingħajr ħxejjex aromatiċi

12

0

0

 (7)

Butir bil-ħxejjex aromatiċi

10

0

0

EN 1787, EN 1788

Kawkaw

10

0

0

EN 1787

Bajd u prodotti tal-bajd

9

0

0

EN 1784, EN 1785

Ħalib/prodotti tal-ħalib

8

0

0

EN 1787

Kafè

1

0

0

EN 13751

Oħrajn

28

0

0

EN 1787, EN 1788

Total

3 669

20

55

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

98,00 %

0,53 %

1,47 %

 

3.7.   Id-Danimarka

Fl-2007 ma saru l-ebda kontrolli analitiċi fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel fl-istadju tat-tqegħid fis-suq.

L-impriżi Daniżi huma, madankollu, obbligati jagħmlu l-kontrolli huma stess biex jiżguraw li jkunu konformi mar-regoli. L-Amministrazzjoni Daniża Veterinarja u dik għall-Ikel ivverifikat dawn l-attivitajiet ta' kontroll individwali permezz ta' kontrolli tad-dokumenti.

3.8.   L-Estonja

L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

Fl-2007 ma sar l-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel fl-istadju ta' tqegħid fis-suq fl-Estonja.

3.9.   Il-Greċja

B'kollox ġew analizzati 92 kampjun, u l-ebda wieħed minnhom ma ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 92

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

81

0

0

EN 13751 (PPSL)

Kawkaw

8

0

0

EN 13751 (PPSL)

Ċereali

2

0

0

EN 13751 (PPSL)

Soppa mnixxfa

1

0

0

EN 13751 (PPSL)

Total

92

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.10.   Spanja

B'kollox ġew analizzati 130 kampjun, tlieta minnhom ttestjaw pożittivi għall-irradjazzjoni. Il-kampjuni kollha mhux konformi kienu koxox taż-żrinġijiet.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 130

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

88

0

0

EN 1787, EN 1788

Frott imnixxef

25

0

0

EN 1786, EN 13708

Ħut, krustaċji u annimali akwatiċi oħrajn

9

0

3

EN 1786

Ħxejjex

5

0

0

EN 1787, EN 1788

Total

127

0

3

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

97,70 %

00,00 %

2,30 %

 

3.11.   Il-Finlandja

B'kollox 94 kampjun ġew analizzati. Ħames kampjuni ttestjaw pożittivi u ma kinux immarkati tali.

L-ebda wieħed mill-kampjuni pożittivi ma kien ittikkettjat kif suppost u l-faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma kellhomx l-approvazzjoni tal-UE.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 94

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin

73

0

1

EN 1788, EN 13751

Supplimenti tal-ikel

17

0

4

EN 1788, EN 13751

Frott tal-bosk

4

0

0

EN 1788

Total

89

0

5

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

94,68 %

00,00 %

5,32 %

 

3.12.   Franza

B'kollox, 117-il kampjun ġew analizzati u sitt kampjuni ttestjaw pożittivi għall-irradjazzjoni u ma kinux ittikkettjati korrettament.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 117

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Frott imnixxef

19

0

0

EN 1788

Patata

12

0

0

EN 1788

Sopop u zlazi deidratati

11

0

0

EN 1788

Ħxejjex

10

0

0

EN 1788

Instant noodles

9

0

3

EN 1788

Ġewż

9

0

0

EN 1788

Frott tal-baħar

7

0

1

EN 1788

Qastan

6

0

0

EN 1788

Laħam mit-tjur tal-irziezet irkuprat mekkanikament

6

0

0

EN 1788

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati

5

0

2

EN 1788

Tejiet

5

0

0

EN 1788

Laqx taċ-ċereali għall-prodotti tal-ħalib

4

0

0

EN 1788

Żinżel

4

0

0

EN 1788

Ħut imnixxef

2

0

0

EN 1788

Ħwawar

2

0

0

EN 1788

Total

111

0

6

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

94,87 %

00,00 %

5,13 %

 

3.13.   L-Ungerija

B'kollox ġew analizzati 139 kampjun u kampjun wieħed ittestja pożittiv għall-irradjazzjoni

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 139

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar

49

10

0

EN 1788

Tejiet

43

2

1 (8)

Supplimenti tal-ikel

26

8

0

Total

118

20

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

84,89 %

14,39 %

0,72 %

 

3.14.   L-Irlanda

L-analizi ta' 580 kampjun tal-ikel fl-2007 identifikat 21 prodott tal-ikel li kien irradjat u li ma kellux l-ittikkettjar skont ir-rekwiżiti.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 580

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

217

0

5

EN 13751 (eżaminar), EN 1788 (konferma)

Kafejiet u tejiet

115

0

0

Noodles

66

0

4

Frott u ħaxix

42

0

2

Sopop u zlazi

25

0

0

Taħwir u Stokk

22

0

2

Prodotti tal-goji berry

14

0

4

Żrieragħ

13

0

0

Supplimenti tal-ikel

12

0

1

Prodotti taċ-ċereali u tal-ħami

7

0

1

Diversi

26

0

2

Total

559

0

21

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

96,38 %

00,00 %

3,62 %

 

3.15.   L-Italja

105 kampjuni ġew analizzati. L-ebda wieħed minnhom ma nstab li huwa irradjat. Ir-riżultati kienu inkonklużivi fi 11-il każ.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 105

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar, ħxejjex aromatiċi u estratti veġetali

79

11

0

EN 13783, EN 1788

Ħxejjex ikkaboċċjati

7

0

0

EN 13783

Frott imnixxef

2

0

0

EN 13783

Frott - diversi

2

0

0

EN 13783

Taħlit ta' ħxejjex aromatiċi

2

0

0

EN 13783

Ġewż

2

0

0

EN 13783

Total

94

11

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

89,52 %

10,48 %

0,00 %

 

3.16.   Il-Latvja

Ġew meħuda żewġ kampjuni; Iż-żewġ kampjuni nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 2

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Soppa mnixxfa għal preparazzjoni ta' malajr

1

0

0

EN 1788

Te tal-ħxejjex aromatiċi

1

0

0

Total

2

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

0,00 %

0,00 %

 

3.17.   Il-Litwanja

Kienu ttestjati 89 kampjun, kull kampjun kien konformi.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 89

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, kampjuni ta' te, kampjuni ta' ħwawar

89

0

0

EN 13783:2004

Total

89

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.18.   Il-Lussemburgu

B’kollox, 20 kampjun ta' supplimenti tal-ikel ġew analizzati. Sitt kampjuni nstabu li huma rradjati. Ir-riżultati kienu inkonklużivi f'sitt każijiet.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 20

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel

8

6

6

EN 1788

Total

8

6

6

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

40,00 %

30,00 %

30,00 %

 

3.19.   Malta

B'kollox ġew analizzati 25 kampjun ta' ħxejjex aromatiċi u ħwawar. 21 kampjun instabu rradjati iżda ma kienux ittikkettjati bħala tali.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 25

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

4

0

21

EN 13751

Total

4

0

21

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

16,00 %

0,00 %

84,00 %

 

3.20.   L-Olanda

Fl-2007, ittieħdu u ġew analizzati 416-il kampjun. 33 kampjun nstabu li huma rradjati. Tlieta mill-kampjuni rradjati, kull suppliment djetetiku, kienu ttikkettjati korrettament bħala tali.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 416

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel

201

0

29

EN 1788, EN 13751

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

185

0

1

EN 1788, EN 13751

Total

386

0

30

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

92,79 %

00,00 %

7,21 %

 

3.21.   Il-Polonja

B'kollox, ġew analizzati 150 kampjun u kampjun minnhom ittestja pożittiv għall-irradjazzjoni u ma kienx ittikkettjat korrettament.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 150

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

66

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Ġewż inkluż karawett

25

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħxejjex

20

0

1

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Frott

19

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħut u frott tal-baħar

13

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Tjur tal-irziezet u prodotti tagħhom, bajd u prodotti tal-bajd

7

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Total

149

0

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

99,33 %

00,00 %

0,67 %

 

3.22.   Il-Portugall

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Portugall.

3.23.   Ir-Rumanija

Fl-2007, saru kontrolli fuq id-dokumenti (inkluż ittikkettjar) ta' prodotti tal-ikel (ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ħwawar, taħwir veġetali) f'2 014-il ħanut tal-bejgħ bl-imnut. Il-prodotti tal-ikel kollha li kienu spezzjonati ma kinux immarkati bħala rradjati. L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

3.24.   L-Iżvezja

Matul l-2007, b'kollox kienu analizzati sitt kampjuni: laħam tal-biżonti, ptarmigan, żrinġijiet, kukkudrilli, u żewġ tipi differenti ta' ġobon. Il-metodu wżat biex jiġi analizzat l-ikel irradjat huwa skont EN 1784. L-ebda mill-kampjuni ma nstabu rradjati.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 6

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Laħam

4

0

0

EN 1784

Ġobon

2

0

0

EN 1784

Total

6

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.25.   Ir-Repubblika tas-Slovakkja

B'kollox 41 kampjun ġew analizzati fir-Repubblika tas-Slovakkja fl-2007, u ebda wieħed minnhom ma ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 41

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Karawett u ġewż ieħor

25

0

0

EN 1784

Ġobon

12

0

0

EN 1784

Laħam (tiġieġ, papri)

3

0

0

EN 1784

Żerriegħa tal-peprin

1

0

0

EN 1784

Total

41

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.26.   Is-Slovenja

Mal-20 kampjun ġew ikkontrollati għat-trattament tar-radjazzjoni li tijonizza. Ebda kampjun ma nstab rradjat.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 20

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar

10

0

0

EN 13751

Supplimenti tal-ikel

10

0

0

EN 1788, EN 13751

Total

20

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.27.   Ir-Renju Unit

Fl-2007, ġew analizzati 407 kampjuni. Numru minn dawn il-prodotti kienu analizzati bħala komponenti separati (pereżempju noodles u l-pakkett ta' taħwir li jkun inkluż man-noodles) u kull parti ttrattata bħala kampjun individwali. Għaldaqstant, total ta’ 429 kampjun ġew analizzati li minnhom 48 instabu li kienu rradjati. Il-kampjuni rrappurtati bħala “inkonklużivi” ġew identifikati bħala intermedji permezz tal-metodu CEN EN 13751:2002 u ma ġewx analizzati aktar; jew kienu kampjuni ta' “sensittività baxxa” tant li l-proporzjon ta’ kontenut minerali tal-kampjuni ma kienx biżżejjed biex titwettaq analiżi preċiża.

Ikel analizzat

Numru ta' prodotti: 407

Għadd ta' kampjuni analizzati: 429

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

163

18

6

EN 13751, EN 1778

Supplimenti tal-ikel

83

7

31

EN 13751, EN 1778

Noodles u ikel Ażjatiku deidratat

30

2

4

EN 13751, EN 1778

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski u ppriservati (għajr dawk imnixxfa)

27

0

0

EN 13751, EN 1778

Frott (inkluż frott frisk u frott imnixxef)

23

0

1

EN 13751, EN 1778

Tejiet

14

0

3

EN 13751, EN 1778

Faqqiegħ

7

0

0

EN 13751

Ħut/ikel tal-baħar (gambli mnixxfin)

2

0

0

EN 13751

Zlazi (likwidi/iffriżati)

2

0

0

EN 13751

Laħam imnixxef

1

0

0

EN 13751

Għasel u prodotti oħrajn tan-naħal

1

0

3

EN 13751, EN 1778

Ħxejjex (basal imnixxef)

1

0

0

EN 13751

Total

354

27

48

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

82,52 %

6,29 %

11,19 %

 

3.28.   Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksuba għall-UE kollha kemm hi.

Stat Membru

Kampjuni konformi

Inkonklużivi

Kampjuni mhux konformi

Total tal-kampjuni

% mit-total tal-kampjuni tal-UE

AT

115

0

0

115

1,78

BE

88

0

1

89

1,38

BG

EI

EI

EI

EI

EI

CY

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

CZ

58

0

2

60

0,93

DE

3 669

20

55

3 744

57,93

DK

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

EE

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

EL

92

0

0

92

1,42

ES

127

0

3

130

2,01

FI

89

0

5

94

1,45

FR

111

0

6

117

1,81

HU

118

20

1

139

2,15

IE

559

0

21

580

8,97

IT

94

11

0

105

1,62

LV

2

0

0

2

0,03

LT

89

0

0

89

1,38

LU

8

6

6

20

0,31

MT

4

0

21

25

0,39

NL

383

0

33

416

6,44

PL

149

0

1

150

2,32

PT

EI

EI

EI

EI

EI

RO

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

SE

6

0

0

6

0,09

SK

41

0

0

41

0,63

SI

20

0

0

20

0,31

UK

354

27

48

429

6,64

EU TOTALI

6 176

84

203

6 463

 

F' %

95,56

1,30

3,14

 

 

EI: Ma ntbagħtet l-ebda informazzjoni mill-Istat Membru.

EKA: Ma twettqu l-ebda kontrolli analitiċi fl-2007.

4.   SINTEŻI

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru.

Skont l-informazzjoni li ntbagħtet, kien hemm 22 faċilità tal-irradjazzjoni approvati operattivi fi 11-il Stat Membru skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE. Faċilita tal-irradjazzjoni approvata ngħalqet. L-ebda faċilità tal-irradjazzjoni ġdida ma kienet approvata fl-2007, iżda żdiedet faċilità tal-irradjazzjoni mal-lista minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija. Sitt faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma rradjaw l-ebda ikel jew ingredjenti tal-ikel matul l-2007; ma ntbagħtitx informazzjoni dwar faċilità tal-irradjazzjoni waħda.

Matul l-2007, kwantità totali ta' 8 154 tunnellata ta' prodotti kienu ttrattati b'irradjazjoni li tijonizza f'16-il faċilità tal-irradjazzjoni approvata fi tmien Stati Membri. 89,29 % kienu rradjati fi tliet Stati Membri: il-Belġju (34,33 %), l-Olanda (28,49 %) u Franza (26,23 %). L-akbar tliet frazzjonijiet fil-kategoriji tal-prodotti rradjati kienu koxox taż-żrinġijiet (31,29 %), ħxejjex aromatiċi u ħwawar (21,94 %) u tiġieġ (20,80 %).

Fir-rigward tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti, 25 minn 27 Stat Membru bagħtu informazzjoni. Erba' Stati Membri ma wettqu l-ebda kontrolli analitiċi fil-kontroll u spezzjoni uffiċjali. Stat Membru ġibed l-attenzjoni li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, l-operaturi fil-kummerċ tal-ikel għandhom iwettqu kontrolli huma stess biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar l-irradjazzjoni tal-ikel.

Total ta' 6 463 kampjun kienu meħuda minn 21 Stat Membru. 6 176 kampjun (95,56 %) kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. 203 kampjuni (3,14 %) ma kinux konformi. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità spiss kienu relatati ma' ttikkettjar mhux korrett u l-irradjazzjoni ta' kategoriji li għalihom din mhix awtorizzata. 84 kampjun (1,30 %) ma wasslux għal riżultati konklużivi. Dan ġara l-aktar f'taħlit ta' ingredjenti fejn kien kultant impossibbli li wieħed jiddetermina liema mill-ingredjenti kienu rradjati biex jinstab jekk l-irradjazzjoni kinitx awtorizzata jew le.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  http://ec.europa.eu./food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm

(3)  ĠU C 187, 7.8.2003, p. 13.

(4)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

(5)  ĠU C 112, 12.5.2006, p. 6.

(6)  L-irradjazzjoni hija identifikata permezz tat-thermoluminescence dderivat mill-EN 1788.

(7)  Metodi oħrajn (pereżempju ir-riżonanza paramanjetika tal-elettroni) kienu wżati wkoll biex tkun identifikata r-radjazzjoni.

(8)  Il-kampjun tat-te li ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni kien ittikkettjat bħala tali, madankollu l-irradjazzjoni tat-te mhix awtorizzata fl-Ungerija.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/19


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2010, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2009/C 242/03

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skond il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2010, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Titlu tas-sejħa

Identifikatur tas-sejħa

Fondi ghar-Reintegrazzjoni

FP7-PEOPLE-2010-RG

Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma tal-2010 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5892, 29.7.2009.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/ fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/20


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (EK) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/C-3/39.530 – Microsoft (Tying)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 242/04

1.   DAĦLA

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fl-14 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet li biha bdiet proċeduri kontra Microsoft Corp., kumpanija inkorporata f'Redmond, fl-Istat ta' Washington, l-Istati Uniti (“Microsoft”). Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, li tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari fit-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, tispjega l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Microsoft kisret ir-regoli tat-Trattat tal-KE dwar l-abbuż minn pożizzjoni dominati (l-Artikolu 82) billi rabtet il-brawżer tagħha tal-internet, imsejjaħ Internet Explorer, mas-sistema operattiva tal-kompjuters personali tagħha, Windows, li għandha pożizzjoni dominanti.

(3)

Is-sistemi operattivi huma prodotti li jikkontrollaw il-funzjonijiet bażiċi tal-kompjuter. Il-kompjuters personali klijenti (PCs) huma kompjuters ta’ użu ġenerali maħsuba biex jintużaw minn persuna waħda u li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk tal-kompjuters.

(4)

Il-brawżers tal-internet huma prodotti tas-softwer li jintużaw minn utenti individwali ta' PCs klijenti, jew minn apparat ieħor, sabiex jinkiseb aċċess, u jkun hemm interazzjoni, ma' kontenut tal-World Wide Web li jkun jinsab fuq servers li jkunu konnessi ma' netwerks bħal ma hu l-internet.

(5)

Skont l-evalwazzjoni preliminari, Microsoft għandha pożizzjoni dominanti fis-suq fejn jidħlu s-sistemi operattivi ta' PCs klijenti. Id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet tfisser l-opinjoni premiminari tal-Kummissjoni li Microsoft teknikament u kuntrattwalment ilha li rabtet l-Internet Explorer mal-Windows sa mill-1996, billi tat liċenzja għall-użu tal-Windows dejjem bl-Internet Explorer miegħu. B’mod proviżorju, il-Kummisjoni tqis li din ir-rabta tikkostitwixxi abbuż minn pożizzjonijiet dominanti skont l-Artikolu 82.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(6)

Microsoft, il-parti soġġetta għall-proċedimenti, ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni.

(7)

L-impenji huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ppubblikati bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni f': http://ec.europa.eu/competition/index_mt.html

(8)

L-impenji offruti huma intenzjonati li jippermettu għażla mhux influwenzata, sew għall-manifatturi tal-kompjuters (“Original Equipment Manufacturers” (OEMs), kif ukoll għall-utenti finali, bejn il-brawżer ta' Microsoft u brawżers kompetituri. L-elementi prinċipali tal-impenji huma dawn li ġejjin:

(9)

Microsoft se tipprovdi mekkaniżmu fis-sistemi operattivi ta' PCs klijenti li jużaw il-Windows u li jintużaw fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ZEE) li permezz tagħha l-OEMs u l-utenti finali jkunu jistgħu jattivaw u jiddiżattivaw l-Internet Explorer. Jekk l-Internet Explorer ikun diżattivat, il-window tal-frejm tal-brawżer kif ukoll il-menus ma jkunu bl-ebda mod aċċessibbli lill-utenti jew lil xi ħadd ieħor (u lanqas għal prodotti ta' softwer).

(10)

L-OEMs se jkunu jistgħu liberament jistallaw minn qabel il-brawżer tal-internet tal-għażla tagħhom fil-PCs li jbiegħu, u jissettjawh bħala l-brawżer prinċipali. Microsoft mhix sejra ddur mal-impenji u mhix sejra tirritalja kontra l-OEMs talli jistallaw brawżers tal-internet kompetituri, jew b’xi mezzi oħra.

(11)

Microsoft se tqassam aġġornament tas-softwer “ballot screen” lill-utenti ta' Sistemi Operattivi ta' PCs klijenti li jaħdmu bil-Windows fi ħdan iż-ŻEE permezz ta' Windows Update. L-utenti li għandhom l-Internet Explorer issettjat bħala l-browżer ewlieni se tinġibdilhom l-attenzjoni permezz ta' dan il-ballot screen. Il-ballot screen se jagħti lill-utenti l-opportunità li jagħżlu, jekk ikunu jridu, li jistallaw brawżer jew brawżers kompetitur/i, u liema. Il-ballot screen se juri b’mod newtrali l-ikoni ta’, u informazzjoni bażika ta’ identifikazzjoni dwar, l-aktar brawżers tal-internet magħrufa.

(12)

L-impenn se jkun validu għal perjodu ta' ħames snin mid-data ta' adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Artikolu 9.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(13)

Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġett għall-ittestjar tas-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikjara l-impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti. Jekk ikun hemm tibdiliet sostanzjali għall-impenji, jitnieda test tas-suq ġdid.

(14)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimati ser ikunu rispettati.

(15)

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza COMP/C-3/39.530 – Microsoft (Tying), jew bl-e-mail (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/22


SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAS-SOMERSET CIDER BRANDY

2009/C 242/05

DAĦLA

Sas-26 ta' Mejju 2008, ir-Renju Unit kien applika għar-reġistrazzjoni tas-“Somerset Cider Brandy” bħala indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89.

Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-applikazzjoni hijiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Din il-verifika twettqet u skont l-Artikolu 17(6), is-servizzi tal-Kummissjoni ħabbru fis-96 laqgħa tal-Kumitat tax-xorb alkoħoliku tat-8 ta' Ġunju 2009 li l-applikazzjoni tikkonforma mar-Regolament.

Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-Serje C.

Skont l-Artikolu 17(7), fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-fajl tekniku, kwalunkwe persuna naturali jew legali li jkollha interess leġittimu tista' toġġezzjona għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III għar-raġunijiet li l-kundizzjonijiet previsti għaliha f'dan ir-Regolament ma jkunux ġew issodisfatti. L-oġġezzjoni, li għandha tkun debitament sostanzjata, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ikollha magħha traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦASSOMERSET CIDER BRANDY

Isem u l-kategorija tax-xarba alkoħolika inkluża l-indikazzjoni ġeografika:

Isem: Somerset Cider Brandy.

Kategorija tax-xarba alkoħolika: Spirtu tas-sidru [sajder](il-kategorija 10 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008).

Deskrizzjoni tas-Somerset Cider Brandy: Prodott minn sajder distillat.

Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi ewlenin:

Speċifikazzjoni tal-Prodott: ASV minimu: 40 % vol

Dehra: Kulur id-deheb għal kulur intens ta' għasel, ċar.

Riħa: Ħjiel ta' tuffieħ karamellizzat, b'laqtiet ta' frott imnixxef, għasel u ħwawar rikki.

Profil tat-togħma: Tuffieħ karamellizzat, frott imnixxef, u laqta ta' vanilla, aċidità bilanċjata, sensazzjoni ta' ħarir fil-ħalq u alkoħol matur.

Kuluri permessi: Ebda

Speċifikazzjoni tas-sustanzi volatili: Sustanzi volatili għandhom ikun daqs jew aktar minn 200 gm għal kull ettolittru ta' 100 % volum ta' alkoħol.

Ilma: Ma jiżdied ebda ilma, għajr għar-riduzzjoni finali qabel ma jiġi bbottiljat u jintuża ilma ddistillat.

ABV massimu barra mil-lampik: 72 % abv

ABV minimu: 65 % abv

Definizzjoni taż-żona ġeografika konċernata:

Il-kontea ta' Somerset l-Ingilterra

Il-metodu kif issir ix-xarba alkoħolika:

Is-sajder għad-distillazzjoni jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni tal-meraq frisk tal-frott billi jiġu magħsura sa 100 varjetà tradizzjonali u rrikonoxxuta ta' tuffieħ li jitkabbar f'Somerset.

Ma huma permessi l-ebda addittivi mal-meraq tal-frott u ma jiżdied l-ebda zokkor.

Il-fermentazzjoni tinbeda billi tiżdied ħmira li tipproduċi sajder li huwa karatteristiku tar-reġjun. Il-brandy tas-sajder jinkiseb permezz ta' distillazzjoni doppja ta' dan is-sajder u l-maturazzjoni fl-injam.

Kwalunkwe metodu awtentiku u li ma jinbidilx:

Immaturat fi btieti tal-ballut mill-anqas għal tliet snin,

Żmien tal-maturazzjoni: minimu ta' tliet snin,

Metodu tal-maturazzjoni: Btieti tal-ballut. Dan jista' jkun ballut mill-foresti ta' Limousin u Allier fi Franza u btieti ta' ballut abjad Amerikan li qabel seta' kien fihom xeri, jew port.

Il-varjetajiet tradizzjonali ta' tuffieħ tas-sajder li jintużaw jistgħu jkunu kklassifikati bħala qawwija, qawwija morra, ħelwin morra u ħelwin. Is-sajder li jintuża bħala materja prima għandu jkun magħmul minn tal-anqas għoxrin varjetà.

Il-varjetajiet tat-tuffieħ tas-sajder użati għad-distillazzjoni jitkabbru mingħajr iż-żieda ta' fertilizzant tan-nitroġenu fi kwalunkwe fażi taċ-ċiklu tat-tkabbir. Ir-rendiment ma għandux ikun akbar minn 25 tunnellata għal kull ettaru.

Il-varjetajiet tat-tuffieħ għall-produzzjoni tas-sajder ilhom jitkabbru f'dan ir-reġjun minn qabel l-1678, u fost il-mitt varjetà hemm inklużi:

Harry Masters Jersey

Stoke Red

Brown Snout

Kingston Black

Dabinett

Harry Masters

Yarlington Mill

Stembridge Jersey, u

Tremlett.

Tipi ta' btieti: Ballut

Daqs(ijiet) tal-btieti: ma jaqbżux is-700 litru

Stil ta' lampik(i): Lampiki bil-Kolonna u lampiki bil-Borma li jrendu inqas minn 100 Ettolitru kull 24 siegħa.

Dettalji li juru r-rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika:

Il-brandy tas-sajder ilu jsir f'Somerset għal xi 300 sena. It-taħlita tal-ħamrija u l-klima f'Somerset, flimkien mal-varjetajiet tradizzjonali tat-tuffieħ imkabbra f'ħafna mill-ġonna tas-siġar tal-frott f'Somerset għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-brandy tas-sajder, iwasslu għal produzzjoni ta' xarba alkoħolika ta' kwalità magħrufa mal-industrija tas-sajder tar-Renju Unit kollu. Huma dawn il-kundizzjonijiet li jagħtu lill-Brandy tas-Sajder ta' Somerset il-karatteristiċi uniċi tiegħu.

Il-Brandy tas-Sajder ta' Somerset jiġi prodott f'Somerset mill-varjetajiet tradizzjonali tat-tuffieħ imkabbra f'Somerset.

Il-brandy tas-sajder jiġi mmaturat f'btieti f'imħażen tad-dwana f'Somerset.

Kwalunkwe rekwiżit stabbilit mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità u/jew nazzjonali u/jew reġjonali

L-ebda rekwiżit ħlief għad-dispożizzjonijiet ġenerali fil-punt 10 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward tal-alkoħol tas-sajder.

Applikant

Isem l-Applikant: L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tas-Somerset Cider Brandy

Indirizz:

c/o The Somerset Cider Brandy Company Limited

Burrow Hill

Kingsbury Episcopi

Martock

Somerset

TA12 6BU

UNITED KINGDOM

Tagħrif supplimentari:

Sfond: It-tuffieħ ilu jiġi prodott fir-Renju Unit tal-anqas mill-medju evu, xi 600-700 sena ilu. L-ewwel reġistri miktuba tas-Cider Brandy imorru lura għall-1678, meta t-terminu “Cider Brandy” kien ġie ċitat fil-pubblikazzjoni “Treatise of Cider” ta' J. Woolridge. It-terminu “Cider Brandy” baqa' jintuża b'mod kontinwu mill-1678. Il-kotba dwar il-produzzjoni tas-sajder u t-tuffieħ fl-Ingilterra f'dawn l-aħħar tliet mitt sena kollha jiddeskrivu l-porċess tad-distillazzjoni.

It-terminu “Cider Brandy” ilu ddefinit mil-liġi tal-KE (direttament applikabbli fir-Renju Unit) għal dawn l-aħħar 25 sena. It-terminu jiddeskrivi prodott distint immaturat fil-btieti prodott fir-Renju Unit li jiġi distillat mis-sajder magħmul mill-fermentazzjoni tal-varjetajiet tradizzjonali tat-tuffieħ tas-sajder.