|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.241.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 241/01 |
Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2009 fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Pollakki fir-rigward tat-tipi li ġejjin ta' mezzi li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu personali (għajnuna biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma): Prolimit Floating Vest Standard Waist, Prolimit Floating Jacket Waist FR u Prolimit Floating Jacket Waist STD ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 241/10 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 241/11 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Ottubru 2009
fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Pollakki fir-rigward tat-tipi li ġejjin ta' mezzi li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu personali (għajnuna biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma): Prolimit Floating Vest Standard Waist, Prolimit Floating Jacket Waist FR u Prolimit Floating Jacket Waist STD
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 241/01
1. In-notifika mill-awtoritajiet Pollakki
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/686/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (APP) jistipula li fejn Stat Membru jiżgura li l-apparat personali protettiv li jkollu l-marka CE u li jintuża għall-iskop maħsub tiegħu jista’ jikkomprometti s-sikurezza ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħi dan it-tip ta’ apparat personali protettiv mis-suq u jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq jew iċ-ċirkolazzjoni libera tiegħu.
Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, hija mitluba tiddikjara jekk issibx din il-miżura ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir ikkonċernat, skont l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 2(1).
Fid-9 ta’ Lulju 2008, l-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b’miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tipi li ġejjin ta' mezzi li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu personali (għajnuna biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma): Prolimit Floating Vest Standard Waist, Prolimit Floating Jacket Waist FR u Prolimit Floating Jacket Waist STD, immanifatturati minn Kubus Sports B.V., Amsterdamsestraatweg 19, 1411 AW Naarden, l-Olanda.
2. Ir-raġunijiet mogħtija għall-miżura nnotifikata
L-awtoritajiet Pollakki indikaw li l-mezzi li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu personali (għajnuna biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma) ikkonċernati ma tressqux għall-proċedura tal-eżami tat-tip KE u ma ġewx suġġetti għal Dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE kif mitlub mill-Artikoli 12 u 10 tad-Direttiva rispettivament.
Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet għall-użu kienu neqsin jew mhux kompluti.
L-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-fabbrikant kien naqas milli jġib il-prodott f’konformità meta ntalab biex jagħmel hekk skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva.
3. L-Opinjoni tal-Kummissjoni
Fil-11 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u stednitu biex jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Pollakki. Sa issa, ma waslet l-ebda risposta.
Fid-dawl tad-dokumentazzjoni li hemm, il-Kummissjoni tqis li l-Awtoritajiet Pollakki wrew li t-tipi li ġejjin ta' mezzi li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu personali (għajnuna biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma): Prolimit Floating Vest Standard Waist, Prolimit Floating Jacket Waist FR u Prolimit Floating Jacket Waist STD jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE.
Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura meħtieġa, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżura ta' projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet Pollakki hija ġustifikata.
Magħmula fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Günther VERHEUGEN
Viċi President
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/3 |
Lista ta' ħatriet imwettqin mill-Kunsill
Marzu, April, Mejju, Ġunju u Lulju 2009 (qasam soċjali)
2009/C 241/02
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja/Ħatra |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Appartenenza |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Carlos GUERVÓS MAÍLLO |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Spanja |
Is-Sur Raul RODRIGUEZ PORRAS |
Ministerio de Trabajo e Inmigración |
30.3.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Mohamed ANOURAR HAIDOUR |
Riżenja |
Membru |
Ħaddiema |
Spanja |
Is-Sinjura Paloma LÓPEZ BERMEJO |
Secretaria Confederal de Empleo y Migraciones de CCOO |
30.3.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Olli SORAINEN |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Finlandja |
Is-Sinjura Tiina OINONEN |
Ministeru tal-Impjieg u l-Ekonomija |
30.3.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura G. WIDERA -STEVENS |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Olanda |
Is-Sinjura Cristel van TILBURG |
Ministerie van Sociale Zaken en Werkgelegenheid |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Ute PLÖTZ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Ġermanja |
Is-Sur Christoph LINKERHÄGNER |
Bundesministerium des Innern |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Mirkka MYKKÄNEN |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Finlandja |
Is-Sinjura Wivi-Ann WAGELLO-SJÖLUND |
Ministeru tal-Intern ipartiment tal-Migrazzjoni |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Wivi-Ann WAGELLO-SJÖLUND |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Finlandja |
Is-Sinjura Mirkka MYKKÄNEN |
Ministeru tal-Intern ipartiment tal-Migrazzjoni |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Nikolay NIKOLOV |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Bulgarija |
Is-Sur Hristo SIMEONOV |
Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Josephine FARRUGIA |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Malta |
Is-Sinjura Maria BARTOLO GALEA |
Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħriġ |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Carlos GUERVÓS MAÍLLO |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Spanja |
Is-Sur Miguel Ángel AZNAR NIETO |
Consejero Técnico de la Secretaría General Técnica inisterio de Trabajo e Inmigración |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur János RÁCZ |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Min iħaddem |
Ungerija |
Is-Sur Dezső SZEIFERT |
Unjoni ta' Min Iħaddem fis-Settur Agrarju |
30.3.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sinjura Karin ZIMMERMANN |
Riżenja |
Membru |
Ħaddiema |
Awstrija |
Is-Sinjura Ingrid REIFINGER |
Österreichischer Gewerkschaftsbund |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Michael HENRY |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Irlanda |
Is-Sinjura Mary DORGAN |
Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Petar HADJISTOJKOV |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Bulgarija |
Is-Sinjura Darina KONOVA |
Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sinjura Barbro KÖHLER KRANTZ |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Svezja |
Is-Sur Mikael ODENBERG |
Awtorità Svediża għall-Ambjent tax-Xogħol |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sinjura Lea BATTISTONI |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Giuseppe MASTROPIETRO |
Ministeru tax-Xogħol, is-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Luigi CASANO |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Italja |
Is-Sinjura Fabiola LEUZZI |
CONFINDUSTRIA |
25.5.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Tony BRISCOE |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Min iħaddem |
Irlanda |
Is-Sinjura Theresa DOYLE |
IBEC |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sinjura Anna-Lena HULTGÅRD SANCINI |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Svezja |
Is-Sur Stefan HULT |
Ministeru tal-Impjiegi |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Sven BERGSTROM |
Riżenja |
Membru |
Ħaddiema |
Svezja |
Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT |
Arbetsmiljöombudsman |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Lorenzo FANTINI |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Michele LEPORE |
Skola tal-Inġinerija għas-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol “SAPIENZA” Università ta' Ruma |
27.7.2009 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti |
29.3.2011 |
Is-Sinjura Lucia PODHRADSKÁ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Repubblika Slovakka |
Is-Sinjura Etela KISSOVA |
Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika Slovakka |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur János RÁCZ |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Min iħaddem |
Ungerija |
Is-Sur Dezső SZEIFERT |
Unjoni ta' Min Iħaddem fis-Settur Agrarju |
30.3.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur Petar HADJISTOJKOV |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Bulgarija |
Is-Sinjura Darina KONOVA |
Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
25.5.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur Luigi CASANO |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Italja |
Is-Sinjura Fabiola LEUZZI |
CONFIDUSTRIA |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur Tony BRISCOE |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Irlanda |
Is-Sinjura Theresa DOYLE |
IBEC |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur Fernando RODRIGO CENCILLO |
Riżenja |
Membru |
Ħaddiema |
Spanja |
Is-Sur Pedro J. LINARES |
CCOO |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sinjura Anna-Lena HULTGÅRD SANCINI |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Svezja |
Is-Sur Stefan HULT |
Ministeru tal-Impjiegi |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sinjura Lea BATTISTONI |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Michele LEPORE |
School of Occupational Safety Engineering “SAPIENZA” University of Rome |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sinjura Elena PALIKOVÁ |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Repubblika Slovakka |
Is-Sur Michal IŠTVÁN |
Ministeru tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sur Juhani PEKKOLA |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Finlandja |
Is-Sur Antti NÄRHINEN |
Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sur Valerio SPEZIALE |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Michel MARTONE |
Studio Legale Martone |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sur Lorenzo FANTINI |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Francesco CIPRIANI |
Ministero del Lavoro, della Salute e delle Politiche Sociali |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sur Grigorios PELORIADIS |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Greċja |
Is-Sur Konstantinos PETINIS |
Ministeru tal-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali |
27.7.2009 |
|
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sur Konstantinos PETINIS |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Greċja |
Is-Sinjura Triantafyllia TOTOU |
Ministeru tal-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali |
27.7.2009 |
Il-Kummissjoni
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Ottubru 2009
2009/C 241/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4694 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,68 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4436 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,92490 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3610 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5150 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3640 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,680 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
267,90 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7089 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2180 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2685 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1625 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6512 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5546 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,3879 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0025 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0582 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 719,70 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,9850 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,0306 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2855 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 853,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0217 |
|
PHP |
Peso Filippin |
68,474 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,7065 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
49,041 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5925 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,8597 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,6060 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/9 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet mogħtija waqt il-149 laqgħa tiegħu fid-19 ta' April 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal- Każ COMP/M.4381 – JCI/VB/FIAMM
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 241/04
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u li għandha dimensjoni Komunitarja. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:
|
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq ġeografiċi rilevanti huma:
|
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata toħloq pożizzjoni dominanti fis-swieq li jkopru ż-ŻEE għal starter batteries OE għal karozzi/LCV u għal starter batteries OE għal trakkijiet/HCV (effetti mhux koordinati). |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata tfixkel il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq IAM Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki għal batteriji/LCV tal-karozzi u għal batteriji/HCV għat-trakkijiet rispettivament, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li wieħed ma jistenniex li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jiddeterjoraw bl-istess miżura fl-assenza tal-amalgamazzjoni, anki jekk dan iwassal għall-istralċ ta' FIAMMSBB. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ azzjoni xierqa ta’ rimedju mill-partijiet, l-effetti mistennija tal-amalgamazzjoni jkunu agħar b'mod sinifikanti fis-suq OE mill-effetti li mistennija joħorġu fil-każ li jkun hemm stralċ. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ azzjoni xierqa ta’ rimedju, l-effetti mistennija tal-amalgamazzjoni jkunu agħar b'mod sinifikanti fis-suq IAM mill-effetti ta’ nuqqas ta’ amalgamazzjoni (jiġifieri stralċ). |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li r-rimedji mtejba mressqa fid-29 ta’ Marzu 2007 għas-suq OE huma biżżejjed biex inaqqsu d-deterjorament tal-istruttura kompetittiva f’livell li għall-inqas jista' jitqabbel ma’ dak ta’ falliment u għalhekk l-impenji huma adattati biex jirrimedjaw għall-impedimenti sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq OE tul iż-ŻEE bħala riżultat tat-transazzjoni proposta. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji huma xierqa biex jirrimedjaw l-impedimenti sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq IAM Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki rispettivament bħala riżultat tat-transazzjoni proposta. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta, kif mibdula bl-impenji finali, ma toħloqx jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti biex, b'riżultat ta' dan, il-kompetizzjoni effettiva tkun imfixkla b'mod sinifikanti fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu u bħala riżultat tista’ tiġi dikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/11 |
Rapport Finali tal-Hearing Officer fil-Każ COMP/M.4381 – JCI/VB/FIAMM
(skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 241/05
Fis-26 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha VB Autobatterie GmbH (“VB”, il-Ġermanja), impriża kontrollata b'mod konġunt minn Johnson Controls Inc. (USA) u Robert Bosch GmbH (il-Ġermanja), tikseb il-kontroll waħdani tan-negozju ta' batteriji automotive starter FIAMM SpA. (“FIAMM SBB”, l-Italja).
Wara eżami tan-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni notifikata kienet tqajjem tħassib serju dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni, u ddeċidiet li tibda proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-4 ta' Diċembru 2006.
Fis-6 ta' Diċembru 2006 u fit-12 ta' Diċembru 2006 ngħata aċċess għal dokumenti ewlenin lill-parti li nnotifikat, skond il-paragrafu 45 ta' l-Aħjar Prassi tad-DĠ għall-Kompetizzjoni dwar it-tmexxija ta' proċeduri ta' kontroll ta' għaqdiet fil-KE.
Il-Kummissjoni bagħtet Stqarrija ta' Oġġezzjonijiet lil VB fit-12 ta' Frar 2007, li għaliha VB u FIAMM wieġbu t-tnejn fis-26 ta' Frar 2007. Il-partijiet ma talbux smigħ orali formali.
VB ingħatat aċċess għall-fajl wara l-ħruġ ta' l-Istqarrija ta' Oġġezzjonijiet. Matul il-proċedura ingħata aktar aċċess għar-riżultati ta' l-investigazzjoni tas-suq.
Fit-8 ta' Marzu 2007, il-parti li nnotifikat offriet impenji mfassla sabiex jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fl-Istqarrija ta' Oġġezzjonijiet, u sussegwentement ressqet proposta riveduta ta' impenji fid-29 ta' Marzu 2007.
Fid-dawl ta' l-Impenji offruti mill-parti li nnotifikat, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta ma tfixkilx il-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu b'mod sinifikattiv, partikolarment b'riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għall-abbozz ta' Deċiżjoni.
Fid-dawl ta' dan, inqis li d-drittijiet li jinstemgħu tal-parteċipanti f'dan il-proċediment ġew rispettati.
Brussell, id-19 ta’ April 2007
Karen WILLIAMS
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/12 |
Taqsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-10 ta' Mejju 2007
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/M.4381 – JCI/FIAMM)
(notifikata bid-dokument numru C(2007) 1863 finali)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 241/06
Fl-10 ta' Mejju 2007 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
I. DAĦLA
|
(1) |
Fis-26 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta li biha VB Autobatterie GmbH (“VB”), il-Ġermanja, impriża kkontrollata b'mod konġunt minn Johnson Controls Inc. (“JCI”), l-Istati Uniti u Robert Bosch GmbH (“Bosch”), il-Ġermanja, tikseb il-kontroll sħiħ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) tan-negozju tal-istarter batteries tal-vetturi FIAMM S.p.A. (“FIAMM SBB”), l-Italja. |
|
(2) |
JCI hija fornitur globali tal-komponenti tal-vetturi (is-sits, il-partijiet ta' ġewwa tal-vetturi u l-batteriji) u sistemi tal-kontroll tal-bini. Bosch hija attiva madwar id-dinja fl-oqsma tat-teknoloġija tal-vetturi, il-prodotti tal-konsum u t-teknoloġija tal-bini. VB hija impriża konġunta tal-batteriji tal-vetturi ta' JCI u Bosch. VB tipproduċi starter batteries għall-karozzi, vetturi kummerċjali, muturi u dgħajjes. Hija topera seba' impjanti ta' produzzjoni fil-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Repubblika Ċeka. |
|
(3) |
FIAMM, li hi proprjetà ta' familja, hija fornitur tal-komponenti tal-vetturi (ħornijiet, antenni u starter batteries) u batteriji industrijali (stand-by). It-transazzjoni tirrigwarda l-assi tan-negozju tal-istarter batteries tal-vetturi ta' FIAMM (FIAMM-SBB). |
|
(4) |
It-transazzjoni nnotifikata hija strutturata bħala ftehim li jinvolvi taħlita ta' ishma u assi. FIAMM-SBB bħalissa topera tliet impjanti tal-produzzjoni għall-istarter batteries tal-vetturi, tnejn fl-Italja u wieħed fir-Repubblika Ċeka. Huwa biss l-impjant tal-produzzjoni FIAMM SBB, f'Veronella (l-Italja) li huwa maħsub sabiex jiġi integrat fin-negozju tal-batteriji ta' VB. VB mhux se takkwista l-impjant tal-batteriji għall-vetturi ta' FIAMM fir-Repubblika Ċeka (la l-bini u lanqas il-makkinarju u t-tagħmir). Il-partijiet spjegaw li FIAMM se tikkonverti dan l-impjant f'impjant tal-batteriji industrijali fuq perjodu ta' żmien. Fir-rigward tal-istarter batteries li huma prodotti f'dan l-impjant bħalissa, VB (jew sussidjarja ta' VB) se tikkonkludi ftehim esklussiv ta' forniment għal perjodu sal-31 ta' Marzu 2008. Minbarra dan, VB se takkwista l-makkinarju u t-tagħmir tal-impjant tal-produzzjoni ta' FIAMM SBB f'Avezzano (l-Italja) iżda mhux l-art u l-bini ta' dan l-impjant, li se jinkrew minn VB. |
|
(5) |
It-transazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll sħiħ minn VB fuq FIAMM SBB. Għalhekk it-transazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
II. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
A. Valutazzjoni mill-aspett tal-kompetizzjoni
|
(6) |
Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li amalgamazzjoni ttellef il-kompetizzjoni effettiva b'mod sinifikanti f'numru ta' swieq: is-swieq ta' madwar iż-ŻEE kollha għall-forniment tal-istarter batteries tal-karozzi u t-trakkijiet lill-produtturi u l-fornituri tat-tagħmir oriġinali (“swieq OE”), u s-swieq nazzjonali Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki għall-forniment ta' starter batteries tal-karozzi u t-trakkijiet lis-“swieq indipendenti ta' wara l-bejgħ” (“swieq IAM”). |
Swieq OE madwar iż-ŻEE kollha
|
(7) |
Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni nnotifikata – mingħajr ma jitqiesu f'dan l-istadju l-effetti probabbli jekk FIAMM SBB toħroġ mis-suq minħabba falliment finanzjarju – toħloq pożizzjoni dominanti fis-swieq ta' madwar iż-ŻEE kollha għall-istarter batteries OE għall-karozzi u għall-istarter batteries OE għat-trakkijiet. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq l-osservazzjonijiet prinċipali li ġejjin: (i) it-transazzjoni nnotifikata tneħħi pressjoni kompetittiva qawwija u żżid b'mod sinifikanti l-livell ta' konċentrazzjoni tas-suq OE għall-istarter batteries għall-karozzi/LCV u minbarra dan tneħħi wkoll pressjoni kompetittiva sinifikanti mis-suq tal-istarter batteries OE għat-trakkijiet/HCV; (ii) wara l-amalgamazzjoni, l-abbiltà tal-klijienti tal-OE li jaqilbu għal fornituri alternattivi tkun limitata ħafna, partikolarment minħabba n-nuqqas ta' provvista żejda sinifikanti u l-ostakli eżistenti għall-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni; (iii) minbarra dan, ostakli sinifikanti għad-dħul jagħmluha improbabbli li jkun hemm dħul malajr fis-suq ta' fornituri ġodda; u (iv) mhux probabbli li l-effetti ta' ħsara għall-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-amalgamazzjoni jiġu kkumpensati permezz tas-“saħħa tax-xerrej” allegata tal-klijenti tal-OE. |
|
(8) |
Waqt il-proċedura l-partijiet qajmu l-kwistjoni li jekk ma sseħħx it-transazzjoni preżenti, il-grupp FIAMM kollu kemm hu se jiġi sfurzat joħroġ mis-suq minħabba l-kundizzjoni finanzjarja ħażina tiegħu. Dan allegatament iwassal għal deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq relevanti simili għall-effetti negattivi possibbli li jirriżultaw mill-amalgamazzjoni preżenti, jew mhux agħar minnhom. |
|
(9) |
Fuq il-bażi tal-prattika tagħha u s-sentenzi relevanti tal-Qorti, il-Kummissjoni tqis tliet elementi prinċipali bħala partikolarment relevanti sabiex jiġi stabbilit jekk “amalgamazzjoni ta' salvataġġ” tistax tkun permessa minkejja l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni: (i) dik id-ditta li allegatament tkun qiegħda tfalli tista' fil-futur qrib tiġi sfurzata barra mis-suq minħabba d-diffikultajiet finanzjarji jekk ma tiġix meħuda minn impriża oħra; (ii) m'hemmx bejgħ alternattiv li huwa antikompetittiv inqas mill-amalgamazzjoni li ġiet innotifikata; (iii) mingħajr l-amalgamazzjoni, l-assi tad-ditta li tkun qed tfalli inevitabbilment joħorġu mis-suq. Finalment, irid jiġi vvalutat jekk id-deterjorament tal-istruttura kompetittiva li jsegwi l-amalgamazzjoni jistax jingħad li jkun ġie kkawżat mill-amalgamazzjoni. Dan iseħħ meta l-istruttura kompetittiva tas-suq tkun se tiddeterjora għall-inqas sa l-istess punt mingħajr l-amalgamazzjoni. |
|
(10) |
Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li (i) FIAMM SBB – jekk ma titteħidx minn kumpanija oħra – tiġi sfurzata barra mis-swieq relevanti; (ii) jidher li huwa aktar probabbli milli le li m'hemmx bejgħ alternattiv li huwa antikompetittiv inqas mill-amalgamazzjoni li ġiet innotifikata; (iii) mhux stabbilit li – mingħajr l-amalgamazzjoni – l-assi tad-ditta li tkun qed tfalli inevitabbilment joħorġu mis-suq. Fil-fatt, assi individwali (makkinarju, linji ta' produzzjoni, ditti) jistgħu jinxtraw minn produtturi iżgħar matul il-proċess tal-likwidazzjoni u jistgħu jidħlu lura fis-suq b'xi dewmien (li jista' jirriżulta mill-proċess ta' likwidazzjoni flimkien maż-żmien meħtieġ sabiex ix-xerrej jaġġusta dawk l-assi għall-impjant tiegħu u jerġa' jagħmilhom produttivi). |
|
(11) |
Fir-rigward tal-kriterju globali sabiex jiġi vvalutat jekk it-transazzjoni proposta għandhiex titqies bħala l-kawża tal-impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva, il-Kummissjoni vvalutat jekk mingħajr l-amalgamazzjoni, “l-istruttura kompetittiva tas-suq tiddeterjorax għall-inqas sal-istess punt”, separatament għal kull wieħed mis-swieq relevanti li fihom ikun hemm impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva. |
|
(12) |
Fir-rigward tas-suq OE, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-likwidazzjoni ta' FIAMM SBB twassal għat-tmiem ta' SBB bħala impriża attiva u għal tnaqqis għal perjodu qasir fil-potenzjal produttiv tas-suq. L-ishma mis-suq mingħajr FIAMM ikunu probabbilment riallokati favur fornituri “approvati” ta' starter batteries OE li jimlew in-“nuqqas tal-potenzjal produttiv”. Huwa probabbli li l-akbar parti tmur għand JCI, iżda wkoll għand kompetituri oħra bħal Exide u Banner. Fi kwalunkwe każ, l-ishma kurrenti mis-suq ta' FIAMM, fuq medda qasira ta’ żmien, ma jmorrux awtomatikament għand JCI, filwaqt li dan ikun ir-riżultat l-aktar probabbli tax-“xenarju ta' amalgamazzjoni”. Minbarra dan, fornituri alternattivi jkollhom l-inċentiv u l-abbiltà sabiex jespandu jew jidħlu fis-suq. Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-istruttura kompetittiva tas-suq tiddeterjora anqas jekk ma ssirx l-amalgamazzjoni milli jekk din isseħħ. |
Swieq nazzjonali tal-IAM
|
(13) |
Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni nnotifikata – mingħajr, f'dan l-istadju, ma jitqiesu l-effetti probabbli jekk FIAMM SBB toħroġ mis-suq minħabba falliment finanzjarju – toħloq pożizzjoni dominanti fis-swieq Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki għall-istarter batteries IAM għall-karozzi u għall-istarter batteries IAM għat-trakkijiet. |
|
(14) |
F'dawn is-swieq, FIAMM għandha marki b'saħħithom b'pożizzjoni nazzjonali importanti. Min-naħa l-oħra, FIAMM m'għandhiex marki magħrufa fuq skala nazzjonali fi swieq oħra. Il-preżenza fis-suq ta' VB hija iktar omoġenja madwar l-Ewropa, u hija sinifikanti fl-erba' swieq nazzjonali fejn FIAMM hija b'saħħitha. |
|
(15) |
Fl-Italja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, perċentwal għoli ħafna tal-batteriji mibjugħa huma tad-ditta, pjuttost milli b'marka privata, ħafna aktar milli fi swieq Ewropej oħra. Il-valur tal-marki, inkluża dik ta' FIAMM, hija xi ħaġa li għandha għeruq b'saħħithom fil-preferenzi u l-kuxjenza tal-konsumaturi u li tista' tkompli wara t-tmiem tal-kumpanija li huma proprjetà tagħha. |
|
(16) |
Minbarra dan, id-distribuzzjoni u l-bejgħ lill-konsumaturi f'dawn il-pajjiżi huma orjentati aktar lejn tipi tradizzjonali ta' kanali ta' bejgħ lill-konsumaturi (garaxxijiet indipendenti, garaxxijiet tat-tiswija, pompi tal-petrol, speċjalisti tal-batteriji, bejjiegħa bl-ingrossa) minflok kanali 'moderni' ta' bejgħ lill-konsumatur (supermarkits, building centres, ċentri tal-karozzi, fast fitters/bejjiegħa tat-tajers lill-konsumaturi) jew lejn gruppi ta' xerrejja. Dan il-fattur iżid ir-relevanza tal-prodotti bil-marka: il-kanali tradizzjonali tad-distribuzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut għandhom it-tendenza li jittrattaw volumi iżgħar u jiddependu aktar fuq l-offerta tal-fornituri tagħhom f'termini ta' prodotti mibjugħa u kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni. |
|
(17) |
L-amalgamazzjoni tgħaqqad flimkien il-marki b'saħħithom ta' VB (Varta u Bosch) mal-marki nazzjonali b'saħħithom ta' FIAMM (FIAMM, Uranio u AAA fl-Italja, Bären fl-Awstrija u Akuma fir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka). L-ebda fornitur ieħor ma jkollu sensiela ta' marki bħal dawn: l-eqreb kompetitur wara l-amalgamazzjoni (Exide fl-Italja u s-Slovakkja, Banner fl-Awstrija u r-Repubblika Ċeka) jkun imbiegħed ħafna kemm f'termini ta' sehem mis-suq u kif ukoll f'termini ta' marki. Fornituri iżgħar u prodotti ta' marki privati ma jkunux jistgħu jikkompetu fil-parti l-aktar għolja tas-suq; l-investigazzjoni tas-suq fil-fatt ikkonfermat id-distakk kbir eżistenti fil-prezz bejn prodotti tad-ditta u dawk li mhumiex u kif ukoll ir-reżistenza tal-konsumaturi sabiex jaqilbu fil-każ ta' żidiet fil-prezzijiet. |
|
(18) |
Fir-rigward tas-swieq OE, il-Kummissjoni vvalutat jekk mingħajr l-amalgamazzjoni “l-istruttura kompetittiva tas-suq tiddeterjorax għall-inqas sal-istess punt”, separatament għal kull wieħed mis-swieq relevanti li għalih ikun hemm impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva. |
|
(19) |
Fuq dan l-aspett, id-deċiżjoni tqis li l-assi ewlenin li huma partikolarment relevanti għas-swieq tal-IAM huma l-marki ta' FIAMM. Minkejja li dawn issirilhom ħsara bil-likwidazzjoni ta' FIAMM, huwa probabbli li dawn il-marki jżommu parti kbira mill-valur tagħhom u jkunu jistgħu jinxtraw b'utilità mill-kompetituri ta' VB, li jippermettilhom li jikkompetu b'mod effettiv mal-marki b'saħħithom ta' VB. Dawn il-kompetituri normalment ma jkollhomx potenzjal produttiv kbir biżżejjed biex jipproduċu numru suffiċjenti ta' batteriji sabiex iservu s-swieq tal-IAM. |
|
(20) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-istruttura kompetittiva tas-suq tiddeterjora anqas jekk ma ssirx l-amalgamazzjoni milli jekk din isseħħ. |
B. Impenji
|
(21) |
Sabiex jiġi rrimedjat it-tħassib għall-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, il-partijiet ippreżentaw impenji fid-9 ta' Marzu 2007. |
|
(22) |
Il-biċċa l-kbira tat-tweġibiet tal-eżami tas-suq urew li l-impenji, filwaqt li huma biżżejjed sabiex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tal-IAM, mhumiex biżżejjed sabiex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tal-OE. |
|
(23) |
Wara li kienu informati mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-eżami tas-suq, il-partijiet immodifikaw l-impenji inizjali tagħhom għas-swieq tal-OE fid-29 ta' Marzu 2007. |
Swieq OE – l-impenji proposti fid-29 ta' Marzu 2007
|
(24) |
L-impenji mogħtija mill-partijiet jikkonsistu f'żewġ elementi ewlenin:
|
Swieq OE – Valutazzjoni tal-impenji
|
(25) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta mill-investigazzjoni u, b'mod partikolari, tar-riżultati tal-konsultazzjoni preċedenti tal-operaturi tas-suq, id-deċiżjoni tqis li l-impenji mmodifikati proposti mill-partijiet fid-29 ta' Marzu 2007 huma ċari u suffiċjenti sabiex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni, mingħajr il-ħtieġa li jsir test ieħor tas-suq, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
Swieq IAM – l-impenji proposti fid-9 ta' Marzu 2007
|
(26) |
Fis-swieq IAM, VB impenjat ruħha li ċċedi numru ta' marki u negozji, li jikkonsistu f'dawn li ġejjin: (i) il-marka u n-negozju [A] (2) fiż-ŻEE; (ii) il-marka u n-negozju [B] (2) fiż-ŻEE; (iii) il-marka u n-negozju [C] (2) fiż-ŻEE; u (iv) il-marka u n-negozju [D] (2) fiż-ŻEE; (v) il-marka u n-negozju [E] (2) fiż-ŻEE. Minbarra dan, VB u FIAMM impenjaw ruħhom, skont l-għażla tax-xerrej, li jidħlu fi ftehim temporanju tal-forniment jew tal-manifattura għal ħaddieħor għall-forniment mhux esklussiv jew għall-manifattura għal ħaddieħor ta' starter batteries għal total ta' mhux aktar minn [0-1 miljun] (2) batterija fuq perjodu ta' […] (2) |
Swieq IAM – valutazzjoni tal-impenji
|
(27) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tat-tagħrif ipprovdut mill-investigazzjoni u, b'mod partikolari, tar-riżultati tat-test tas-suq, id-deċiżjoni tqis li l-impenji proposti mill-partijiet fid-9 ta' Marzu 2007 huma biżżejjed sabiex jitneħħa t-tħassib dwar il-kompetizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:
|
III. KONKLUŻJONI
|
(28) |
Il-konċentrazzjoni kif innotifikata timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni f'numru ta' swieq. L-impenji offruti mill-partijiet fid-9 ta' Marzu 2007 u mmodifikati għas-swieq OE fid-29 ta' Marzu 2007 huma biżżejjed biex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, u suġġett għat-twettiq sħiħ mill-partijiet tal-impenji li ħadu, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni. |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1-22.
(2) Informazzjoni konfidenzjali.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/16 |
Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti
Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA biex ma tqajjimx oġġezzjonijiet
2009/C 241/07
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
27 ta’ Marzu 2009 |
||||
|
Numru tal-każ |
: |
65140 |
||||
|
Stat EFTA |
: |
L-Islanda |
||||
|
Titlu |
: |
Kategorija ta’ self tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar dwar tislief lill-banek, banek ta’ tfaddil u istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba finanzjament mill-ġdid temporanju għal self fuq ipoteka |
||||
|
Bażi legali |
: |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2008 tas-17 ta’ Lulju 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 458/1999 dwar kategoriji ta’ self tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, kif sostitwit sussegwentement mir-Regolament (KE) Nru 57/2009 dwar kategoriji ta’ self tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar |
||||
|
L-għan |
: |
Rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija |
||||
|
Forma ta' għajnuna |
: |
Tpartit ta’ assi |
||||
|
Baġit |
: |
ISK 30 biljun (madwar EUR 246 miljun) |
||||
|
Tul ta’ żmien |
: |
Tliet xhur, soġġett għal estensjonijiet sa massimu ta’ 12-il xahar, fuq talba tal-applikant |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Settur bankarju u finanzjarju |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħmel l-għotja |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/17 |
Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat
2009/C 241/08
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
31.3.2009 |
||||||
|
Numru tal-każ |
: |
65827 |
||||||
|
Stat EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||||
|
Reġjun |
: |
Nordland |
||||||
|
Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
: |
Route Development Fund Bodø |
||||||
|
Bażi legali |
: |
L-Artikolu 61(3)(c) ŻEE |
||||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema ta’ għajnuna |
||||||
|
Għan |
: |
Ħolqien ta’ rotot tal-arju internazzjonali ġodda għal Bodø |
||||||
|
Forma tal-għajnuna |
: |
|
||||||
|
Baġit |
: |
12 miljun NOK (appross. 1,2 miljun EUR) |
||||||
|
Intensità |
: |
L-għajnuna ma tistax teċċedi 50 % mill-ispejjeż totali eliġibbli għal sena partikolari u l-għajnuna totali ma tistax teċċedi medja ta’ 40 % tal-ispejjeż eliġibbli |
||||||
|
Tul ta’ żmien |
: |
Ħames snin |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Trasport tal-passiġġier bl-ajru |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħmel l-għotja |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu l-informazzjoni kunfidenzjali kollha tneħħiet, jinsab fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/18 |
Dikjarazzjoni min-Norveġja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
Dikjarazzjoni ta' stedina għall-applikazzjoni ta' liċenzi għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża – Għotjiet f'Żoni Predefiniti 2009
2009/C 241/09
Il-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija hawnhekk qiegħed iħabbar stedina għall-applikazzjoni għal liċenzi ta’ produzzjoni taż-żejt mhux raffinat b'konformità mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, Artikolu 3(2)(a).
Il-Liċenzji ta’ produzzjoni se jingħataw lil kumpaniji konġunti reġistrati fin-Norveġja jew fi stat ieħor imsieħeb fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE), jew lil persuni legali li huma residenti fi stat imsieħeb fil-Ftehim taż-ŻEE Il-kumpanija konġunta għandha jkollha kapital minimu f'ishma azzjonarji ta' NOK 1 miljun jew ammont ekwivalenti f'din il-munita, fil-munita tal-pajjiż fejn tinsab irreġistrata.
Kumpaniji li attwalment ma għandhomx liċenzja għal fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża jistgħu jingħataw liċenzi għall-produzzjoni jekk ikunu kwalifikati minn qabel bħala detenturi ta’ liċenzja għal fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża.
Il-kumpaniji li qegħdin jissottomettu applikazzjonijiet individwali u l-kumpaniji li qegħdin japplikaw bħala parti minn grupp se jiġu ttrattati bl-istess mod mill-Ministeru. L-applikanti li qegħdin jissottomettu applikazzjoni individwali, jew l-applikanti li jagħmlu parti minn grupp li qiegħed jissottometti applikazzjoni konġunta, se jkunu kkunsidrati lkoll bħala applikant għal liċenzja ta’ produzzjoni. Il-Ministeru jista', fuq il-bażi ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn gruppi jew applikanti individwali, jiddetermina l-kompożizzjoni tal-gruppi tal-liċenzi u jaħtar l-operatur għal gruppi bħal dawn.
L-għoti ta' interess għal parteċipazzjoni f’liċenzja ta’ produzzjoni se jkun soġġett għad-dħul fi Ftehim dwar Attivitajiet marbutin maż-Żejt mhux Raffinat, mid-detenturi ta' liċenzja, li jinkludi Ftehim Konġunt Operattiv u Ftehim ta' Kontabilità. Jekk il-liċenzja ta’ produzzjoni hija diviża b'mod stratigrafiku, id-detenturi taż-żewġ liċenzja diviżi b'mod stratigrafiku se jiġu mitluba wkoll jidħlu fi Ftehim Konġunt Operattiv bejniethom, f'dan ir-rigward.
Wara li l-ftehimiet imsemmija jkunu ġew iffirmati d-detenturi ta' liċenzja se jingħaqdu f'impriża konġunta li fiha d-daqs tal-interess għal parteċipazzjoni tagħhom dejjem se jibqa' identiku għall-interess ta' parteċipazzjoni tagħhom fil-liċenzja ta’ produzzjoni
Id-dokumenti tal-liċenzja se jkunu bbażati prinċipalment fuq dokumenti rilevanti mill-Għotjiet għal Żoni Definiti minn Qabel 2008. L-għan huwa li l-elementi prinċipali ta' kwalunkwe aġġustament fil-qafas, isir disponibbli għall-industrija qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni.
Il-kriterji għall-għoti ta' liċenzja ta’ produzzjoni
Sabiex tiġi promossa ġestjoni tar-riżorsi tajba u esplorazzjoni u produzzjoni rapida u effiċenti taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża, li tinkludi l-kompożizzjoni ta' gruppi ta' liċenzi sabiex dan jiġi żgurat, il-kriterji li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta' interessi għal parteċipazzjoni fil-liċenzi ta’ produzzjoni u għall-ħatra ta' operatur:
|
(a) |
Il-kompetenza teknika rilevanti tal-applikant, li tinkludi kompetenza relatata ma' ħidma għall-iżvilupp, mar-riċerka, mas-sigurtà u mal-ambjent, u kif din il-kompetenza tista' tikkontribwixxi b'mod attiv għall-esplorazzjoni ekonomika u, kif inhu xieraq, il-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fiż-żona ġeografika kkonċernata; |
|
(b) |
Li l-applikant għandu jkollu l-kapaċità finazjarja sodisfaċenti biex iwettaq l-esplorazzjoni għal, u kif inhu xieraq, il-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fiż-żona ġeografika kkonċernata; |
|
(c) |
L-għarfien ġeoloġiku tal-applikant dwar iż-żona ġeografika kkonċernata, u l-proposti tad-detenturi ta’ liċenzja dwar kif beħsiebhom iwettqu l-esplorazzjoni effiċjenti għaż-żejt mhux raffinat; |
|
(d) |
L-esperjenza miksuba mill-applikant fuq il-Blata Kontinetali Norveġiża jew esperjenza rilevanti ekwivalenti minn żoni oħra; |
|
(e) |
L-esperjenza tal-Ministeru fir-rigward tal-attivitajiet tal-applikant li huma marbutin maż-żejt mhux raffinat; |
|
(f) |
Meta applikant japplika bħala parti minn grupp, il-kompożizzjoni tal-grupp, l-operatur li ġie rakkomandat u l-kompetenza kollettiva tal-grupp se jiġu kkunsidrati lkoll; |
|
(g) |
Il-liċenzi għall-produzzjoni se jingħataw prinċiplament lil impriża konġunta li fiha, minn tal-inqas wieħed mill-parteċipanti ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew għandu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti fl-lokalità oħra, minn barra l-Blata Kontinentali Norveġiża; |
|
(h) |
Il-liċenzi ta' produzzjoni se jingħataw prinċipalment lil żewġ parteċipanti jew iżjed, fejn minn tal-inqas wieħed minnhom għandu esperjenza kif imsemmi taħt (g); |
|
(i) |
L-operatur maħtur għall-liċenzi għall-produzzjoni fil-Baħar Barents irid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti barra l-Blata Kontinentali Norveġiża; |
|
(j) |
L-operatur maħtur għall-liċenzji għall-produzzjoni fl-ibħra fondi jrid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti f’lokalità oħra, minn barra l-Blata Kontinentali Norveġiża; |
|
(k) |
L-operatur maħtur għall-liċenzji ta’ produzzjoni li fihom it-tħaffir tal-bjar ta' esplorazzjoni jimplika tħaffir b'pressjoni għolja u/jew b'temperaturi għoljin (HPHT) irid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti f’lokalità oħra, minn barra l-Blata Kontinentali Norveġiża. |
Blokki li għalihom tista' ssir applikazzjoni
Iż-żona ġeografika li għaliha jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, hija ż-żona li tinsab fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża, li ġiet iddefinita minn qabel għal din il-ronda ta' liċenzjar. Applikazzjonijiet għal interessi ta' parteċipazzjoni fil-liċenzji ta’ produzzjoni jistgħu jiġu sottomessi għal blokki li mhumiex liċenzjati fi ħdan żona ddefinita minn qabel, u għal blokki jew partijiet minn blokki li ġew rinunzjati fi ħdan żona ddefinita minn qabel, qabel ma tiskadi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
Mapep aġġornati li juru l-blokok disponibbli jistgħu jinsabu fuq websajt tad-Direttorat taż-Żejt mhux Raffinat Norveġiż (Mappep bil-fatti: http://www.npd.no/apa2009), jew billi tikkuntatja l-Ministeru għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija, tel. +47 22246209.
Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ produzzjoni taż-żejt mhux raffinat għandhom jintbagħtu lill-
|
Ministeru għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija |
|
P.O. Box 8148 Dep. |
|
0033 Oslo |
|
NORVEĠJA |
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa: 12.00 AM fil-15 ta' Settembru 2009.
L-għoti ta' liċenzji ta’ produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fl-Għotjiet għaż-Żoni Definiti minn Qabel 2009 fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża se jsir mhux qabel 90 jum mid-data li fiha se tiġi ppubblikata s-sejħa għall-applikazzjonijiet u huwa ppjanat li se jsir fl-aħħar tas-sena 2009/kmieni fl-2010, iżda mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar 2010.
It-test sħiħ tad-dikjarazzjoni, li tinkludi mapep iddettaljati taż-żoni disponibbli jistgħu jinkisbu billi żżur il-websajt http://www.npd.no/apa2009, jew billi tikkuntatja l-Ministeru Għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija, fuq in-numru tat-telfon +47 22246209.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/21 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/25/09
Azzjoni 4.1 – Appoġġ għal organizzazzjonijiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ
2009/C 241/10
1. OBJETTIVI U DESKRIZZJONI
Din is-sejħa għal proposti għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-attivitajiet permanenti ta’ korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ u tipprova tilħaq għan li hu ta’ interess ġenerali Ewropew.
Dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu biex iħeġġu liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw bħala ċittadini fil-ħajja pubblika, fis-soċjetà u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fuq skala Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ meħud fis-sens wiesa’ tiegħu.
Għotja annwali tista’ tingħata biex tgħin lil dawn il-korpi biex ilaħħqu mal-ispejjeż operattivi tagħhom. Dawn il-korpi jistgħu jkunu:
|
— |
organizzazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ li twettaq l-attivitajiet tagħha għaż-żgħażagħ fuq livell Ewropew; |
|
— |
netwerk Ewropea li jirrappreżenta korpi li jaħdmu għaż-żgħażagħ. |
Is-sejħa għal proposti hija mmirata lejn l-għażla ta' organizzazzjonijiet għall-konklużjoni ta' ftehimiet annwali ta' għotjiet ta’ ħidma li jkopru s-sena tal-baġit 2010.
Din is-sejħa għal proposti ma tikkonċernax lil dawk l-organizzazzjonijiet li diġà kkonkludew Ftehim Qafas ta’ Sħubija mal-Aġenzija għall-2008-2010.
2. KANDIDATI ELIĠIBBLI
2.1. Korpi eliġibbli
Sabiex korp ikun eliġibbli għal għotja ta’ ħidma, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin :
|
— |
ma jkunx korp tal-gvern; |
|
— |
ikun ilu legalment stabbilit għal talanqas sena mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet; |
|
— |
ikun mingħajr skopijiet ta’ qligħ; |
|
— |
ikun organizzazzjoni speċifikament għaż-żgħażagħ jew organizzazzjoni li tkun tinkludi attivitajiet aktar mifruxa iżda li parti minnhom tkun destinata lejn iż-żgħażagħ; |
|
— |
ikun jinvolvi liż-żgħażagħ fil-ġestjoni ta’ attivitajiet żviluppati u mmirati lejhom stess; |
|
— |
ikun hemm mill-anqas membru wieħed permanenti fost il-persunal tiegħu (bi ħlas jew mingħajr). Issir eċċezzjoni għal dawk il-korpi li jkunu għadhom qatt ma bbenefikaw minn għotjiet taħt din l-azzjoni u li jkollhom l-intenzjoni li jimpjegaw membru tal-persunal permanenti fil-każ li jingħataw din l-għotja. |
2.2. Pajjiżi eliġibbli
Il-korpi li huma stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli sabiex japplikaw:
|
— |
l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; |
|
— |
l-Istati ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Kummerċ Ħieles (EFTA) u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
|
— |
il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni: it-Turkija; |
|
— |
il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja; |
|
— |
il-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa: il-Belarus, il-Moldova, il-Federazzjoni Russa, l-Ukraina. |
Il-korpi li qed japplikaw għandu jkollhom organizzazzjonijiet attivi f’minn talanqas 8 pajjiżi msemmija hawnhekk.
3. ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI
L-organizzazzjonijiet għandhom jiskedaw fil-pjan ta’ ħidma annwali tagħhom għall-2010 serje ta’ attivitajiet li jikkonformaw mal-prinċipji li jirfdu l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam taż-żgħażagħ.
L-attivitajiet li aktarx li jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ u t-titjib tal-effiċjenza tal-azzjoni tal-Komunità huma dawn:
|
— |
Grupp 1: rappreżentazzjoni tal-fehmiet u l-interessi taż-żgħażagħ fid-diversità tagħhom fuq livell Ewropew; |
|
— |
Grupp 2: skambji ta’ żgħażagħ u servizzi volontarji; |
|
— |
Grupp 3: tagħlim mhux formali u informali u programmi ta' attivitajiet immirati lejn iż-żgħażagħ; |
|
— |
Grupp 4: promozzjoni ta’ tagħlim u fehim interkulturali; |
|
— |
Grupp 5: dibattitu dwar affarijiet Ewropej, politika tal-UE jew politika dwar iż-żgħażagħ; |
|
— |
Grupp 6: tixrid ta’ informazzjoni dwar azzjoni tal-Komunità; |
|
— |
Grupp 7: azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni u l-inizjattiva miż-żgħażagħ. |
4. KRITERJI GĦALL-GĦOTI
L-applikazzjonijiet għall-fondi ser jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn il-kriterji kwalitattivi:
|
— |
kemm huma adattati f’termini tal-objettivi tal-programm; |
|
— |
il-kwalità tal-attivitajiet ippjanati; |
|
— |
l-impatt u l-effett ta’ multiplikazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet fuq iż-żgħażagħ; |
|
— |
l-impatt ġeografiku tal-attivitajiet ippjanati; |
|
— |
l-involviment taż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni tal-korpi kkonċernati. |
u ta’ dawn il-kriterji kwantitattivi:
In-numru ta’ attivitajiet ippjanati:
|
— |
attivitajiet ippjanati; |
|
— |
gruppi ta’ attivitajiet involuti; |
|
— |
suġġetti koperti; |
|
— |
żgħażagħ li jieħdu sehem fl-attivitajiet, b’mod partikolari dawk b’inqas opportunitajiet; |
|
— |
il-pajjiżi involuti. |
5. BAĠIT
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-ħidma ta' korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ preżenti taħt is-Sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 1 400 000. Għajnuna finanzjarja Komunitarja ma tistax taqbeż 80 % tal-ispejjeż operattivi totali.
L-ogħla għotja Komunitarja għal kull korp hija ta’ EUR 35 000 fil-każ ta’ ftehim annwali ta’ ħidma.
Għall-kalkolazzjoni tal-ammont tal-għotja operattiva, l-organizzazzjonijiet applikanti jistgħu jagħżlu bejn żewġ sistemi ta’ finanzjament:
|
(1) |
finanzjament b’rata fissa |
|
(2) |
finanzjament tradizzjonali tal-ispejjeż eliġibbli skont il-baġit (kalkolu abbażi tal-baġit) |
6. SOTTOMISSJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom jiġu abbozzati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, permezz tal-formola elettronika mfassla speċifikament għal dan l-iskop.
Il-formola elettronika ta’ applikazzjoni mimlija kif suppost għandha tiġi sottomessa sad-9 ta' Diċembru 2009.
Il-verżjoni stampata tal-applikazzjoni, iffirmata oriġinali mill-persuna awtorizzata li tidħol f'impenji li jorbtu ġuridikament f'isem il-korp applikant għandha wkoll tintbagħat sad-9 ta' Diċembru 2009 fl-indirizz li ġej:
|
Education, Audiovisual & Culture Executive Agency |
|
Unità taż-Żgħażagħ(P6) – l-applikazzjoni ta’ Għotja – Azzjoni 4.1 – 2010 |
|
Avenue du Bourget 1 (BOUR — 4/29) |
|
1140 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
— |
bil-posta (data tat-timbru tal-posta), |
|
— |
b′servizz ta’ kurrier (data tal-wasla mis-servizz ta' kurrier twassal l-applikazzjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva). |
Applikazzjonijiet mibgħuta bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.
Dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu minn fuq l-Internet, fuq dan l-indirizz: http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm
7. IKTAR INFORMAZZJONI
L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Linji Gwida dwar l-Applikazzjoni – Sejħa għal proposti EACEA/25/09, u jridu jiġu ppreżentati permezz tal-formola ta’ applikazzjoni pprovduta għal dan l-iskop u jridu jinkludu l-annessi relevanti. Dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu minn fuq l-Internet, fuq dan l-indirizz:
Aġenzija: http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
|
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/24 |
DEĊIŻJONI Nru 581
tat-2 ta' Lulju 2009
dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali – riżorsi naturali ta' taħt l-art skont l-artikolu 2, paragrafu 1, taqsima 3 tal-att dwar ir-riżorsi naturali ta' taħt l-art, fil-blokka “Kilifarevo”, li tinsab fit-territorju tal-Bulgarija tat-tramuntana ċentrali u notifika li tikkonċerna l-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
2009/C 241/11
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI
Skont l-Artikolu 42, Paragrafu 1, Taqsima 1 u l-Artikolu 44, Paragrafu 3 flimkien mal-Artikolu 5, Taqsima 2 u l-Artikolu 7, Paragrafu 1, Taqsima 9 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art,
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA:
|
1. |
Li jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-Blokka “Kilifarevo”, b'superfiċe ta' 20 km2 u b'koordinati tal-punti tal-konfini 1 sa 4 skont l-Anness; |
|
2. |
Li jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni taħt it-Taqsima 1 se jkun imsejjes fuq kompetizzjoni; |
|
3. |
Li jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għall-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jkun jista’ jiġi estiż skont l-Artikolu 31, Paragrafi 3 u 4 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
4. |
Id-data tal-għeluq għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-16:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-fajl tal-kompetizzjoni jista' jinxtara mill-kamra Nru 427 tal-bini tal-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma, Maria Luisa Boulevard 22, Sofia. |
|
5. |
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-16:00 fil-135 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni jridu jiġu sottomessi fir-reġistru tal-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma, Maria Luisa Boulevard 22, Sofia. |
|
6. |
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti hija l-16:00 fil-155 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-offerti jridu jiġu sottomessi fir-reġistru tal-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma, Maria Luisa Boulevard 22, Sofia. |
|
7. |
L-offerti li jaslu sad-data tal-għeluq fit-Taqsima 6 għandhom jinfetħu mill-Kumitat skont it-Taqsima 10.2 fil-preżenza tar-rappreżentati tal-parteċipanti fil-156 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bini tal-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma, Maria Luisa Boulevard 22, Sofia. Fi żmien 14-il jum mid-data tal-ftuħ tal-offerti l-Kumitat għandu jeżamina u jevalwa l-offerti u jikklassifika l-parteċipanti. |
|
7.1. |
Jekk l-ebda waħda mill-offerti skont it-Taqsima 7 ma tilħaq ir-rekwiżiti tal-kompetizzjoni, il-Kumitat għandu jestendi d-data tal-għeluq sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jtejbu l-offerti tagħhom, li dwarhom se jkunu infurmati bil-miktub. |
|
7.2. |
Fi żmien 14-il jum mill-wasla tal-offerti skont it-Taqsima 7.1 il-Kumitat għandu jsejjaħ laqgħa li matulha se jeżamina u jevalwa l-offerti mtejba u jikklassifika l-parteċipanti. |
|
8. |
Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa ffissat għal BGN 15 000. |
|
8.1. |
Id-depożitu jrid jitħallas sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni skont it-Taqsima 5. |
|
8.2. |
Id-depożitu jitħallas fil-kont tal-bank indikat fil-fajl tal-kompetizzjoni. |
|
8.3. |
Id-depożitu tal-applikant li jintgħażel u d-depożiti tal-parteċipanti li naqsu milli jilħqu r-rekwiżiti tal-kompetizzjoni jinżammu. Id-depożiti tal-parteċipanti l-oħra jiġu rimborsati fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni lill-applikant li ntgħażel fil-Gazzetta tal-Istat. |
|
9. |
Il-Kunsill tal-Ministri għandu jistipula r-rekwiżiti l-oħra marbuta mal-kompetizzjoni: |
|
9.1. |
Fil-każ ta' appell skont l-Artikolu 47, Paragrafu 3 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, id-dati tal-għeluq fit-Taqsimiet 6 u 7 għandhom jiġu estiżi bl-għadd ta' jiem meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni dwar l-appell, dwar liema l-parteċipanti li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew aċċettati jiġu notifikati bil-miktub. |
|
9.2. |
Il-prezz għall-fajl tal-kompetizzjoni huwa BGL 13 500. |
|
9.3. |
Il-fajl tal-kompetizzjoni jista' jinxtara minn persuni bil-poter ta' rappreżentanza jew minn rappreżentanti awtorizzati. |
|
9.4. |
Il-kompetizzjoni sejra ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss. |
|
9.5. |
L-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23, Paragrafu 1 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
9.6. |
L-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandhom ikunu ppreparati u sottomessi skont l-Artikolu 46, Paragrafi 1 u 2 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art u l-kundizzjonijiet tal-fajl tal-kompetizzjoni. |
|
9.7. |
L-applikazzjonijiet għall-kompetizzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet indikati fil-fajl tal-kompetizzjoni. |
|
9.8. |
L-offerti għandhom jiġu evalwati kif stipulat fil-fajl tal-kompetizzjoni, imsejsa fuq il-kapaċitajiet finanzjarji u amministrattivi tal-applikanti, il-programmi ta' ħidma proposti, u r-riżorsi ddedikati għall-protezzjoni ambjentali u t-taħriġ jew l-innovazzjoni teknika. |
|
9.9. |
Jekk sad-data tal-għeluq skont it-Taqsima 5 ma tkun waslet l-ebda applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni jew ma ġiex aċċettat l-ebda applikant għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni, il-kompetizzjoni tiġi kkanċellata. |
|
10. |
Il-Ministru tal-Ambjent u l-Ilma huwa awtorizzat: |
|
10.1. |
li jibgħat it-test ta' din id-Deċiżjoni biex jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Istat, kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri; |
|
10.2. |
li jorganizza t-tmexxija tal-kompetizzjoni. Il-Ministru qiegħed hawnhekk jiġi appuntat bħala l-president tal-kumitat. Il-membri tal-kumitat għandhom ikunu appuntati mill-president skont l-Artikolu 44, Paragrafu 7 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
11. |
L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Prim Ministru
Sergei STANISHEV
Is-Segretarju prinċipali tal-kunsill tal-Ministri
Vesselin DAKOV
ANNESS
LISTA TAL-KOORDINATI TAL-PUNTI TAL-KONFINI TAL-BLOKKA “KILIFAREVO”
|
|
Lonġitudni |
Latitudni |
|
1. |
25° 40′ 03,70″ |
43° 01′ 37,27″ |
|
2. |
25° 40′ 03,70″ |
42° 59′ 48,21″ |
|
3. |
25° 44′ 46,93″ |
42° 59′ 48,21″ |
|
4. |
25° 44′ 46,93″ |
43° 01′ 37,27″ |