ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.233.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
26 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 233/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 220, 12.9.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 233/02

Kawża C-198/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2009 — IFB Stroder Srl vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

2

2009/C 233/03

Kawża C-223/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

3

2009/C 233/04

Kawża C-228/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

3

2009/C 233/05

Kawża C-240/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Najvyšší súd Slovenskej republiky, Slovakkja fit-3 ta’ Lulju 2009 — Lesoochranárske Zoskupenie VLK vs Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

3

2009/C 233/06

Kawża C-243/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Günter Fuß vs Stadt Halle (Saale)

4

2009/C 233/07

Kawża C-244/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

4

2009/C 233/08

Kawża C-247/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2009 — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

5

2009/C 233/09

Kawża C-251/09: Rikors ippreżentat fis-7 tal-Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

5

2009/C 233/10

Kawża C-253/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

6

2009/C 233/11

Kawża C-265/09 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-23/07, BORCO-Marken-Import Matthiesen vs UASI (α)

7

2009/C 233/12

Kawża C-271/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

8

2009/C 233/13

Kawża C-282/09 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 mill-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fl-20 ta’ Mejju 2009 fil-Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07, CFCMCEE vs UASI

8

2009/C 233/14

Kawża C-286/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Luigi Ricci vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

9

2009/C 233/15

Kawża C-287/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Aduo Pisaneschi vs Istituto nazionale della previdenza sociale

9

2009/C 233/16

Kawża C-290/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (l-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 –Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna

10

2009/C 233/17

Kawża C-292/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Isabella Calestani vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

10

2009/C 233/18

Kawża C-293/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (L-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Paolo Lunardi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

11

2009/C 233/19

Kawża C-306/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (Il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2009 — I.B. vs Il-Kunsill tal-Ministri

11

2009/C 233/20

Kawża C-310/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique vs Société Accor

11

2009/C 233/21

Kawża C-322/09 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2009 minn NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) mogħtija fid-9 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-152/06: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

12

2009/C 233/22

Kawża C-330/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

13

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 233/23

Kawża T-498/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Perijodu ta’ prova — Estensjoni tal-perijodu ta’ prova — Rapport ta’ tmiem il-perijodu ta’ prova — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

14

2009/C 233/24

Kawża T-94/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ġunju 2009 — Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ilment — Deċiżjoni li ttemm l-ilment — Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

14

2009/C 233/25

Kawża T-279/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs BĊE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE — Ċaħda ta’ offerta u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Raġuni għall-esklużjoni — Awtorizzazzjoni li għandha tingħata minn awtorità nazzjonali — Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli)

15

2009/C 233/26

Kawża T-159/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Bayer (LIVENSA) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

15

2009/C 233/27

Kawża T-176/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — infeurope vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar il-manutenzjoni tas-sistemi informatiċi tal-UASI — Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni — Talbiet ġodda — Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni — Inammissibbiltà manifesta)

15

2009/C 233/28

Kawża T-188/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Infeurope vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, awditjar u studji — Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni — Talbiet ġodda — Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni — Inammissibbiltà manifesta)

16

2009/C 233/29

Kawża T-300/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Lulju 2009 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Att li jilqa’ t-talbiet kollha tar-rikorrenti — Inammissibbiltà)

16

2009/C 233/30

Kawża T-340/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Timmer vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Fatti ġodda u sostanzjali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

17

2009/C 233/31

Kawża T-371/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni ta’ ħatra tas-superjur tar-rikorrent — Kompetizzjoni interna — Elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal — Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2006 — Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

17

2009/C 233/32

Kawża T-376/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2005/2006 — Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2007 — Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha — Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

17

2009/C 233/33

Kawża T-196/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni li tirrigwarda l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

18

2009/C 233/34

Kawża T-297/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs EASA

18

2009/C 233/35

Kawża T-298/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 233/36

Kawża T-308/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 233/37

Kawża T-311/09 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awissu 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fl-4 ta’ Awissu 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-73/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

20

2009/C 233/38

Kawżi magħquda T-530/93, T-531/93, T-87/94, T-91/94, T-106/94, T-120/94 u T-124/94: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Kat et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

21

2009/C 233/39

Kawża T-533/93: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Bouma et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

21

2009/C 233/40

Kawżi magħquda T-4/94, T-73/94, T-372/94, T-52/97, T-60/97, T-64/97 u T-144/97: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Wilman et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

21

2009/C 233/41

Kawża T-86/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Lulju 2009 — Studio Bichara et vs Il-Kummissjoni

21

2009/C 233/42

Kawża T-48/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Lulju 2009 — Fusco vs OHMI — Fusco International (FUSCOLLECTION)

21

2009/C 233/43

Kawża T-129/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Sahlstedt et vs Il-Kummissjoni

21

2009/C 233/44

Kawża T-156/09: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Ġunju 2009 — Four Ace International vs UASI (skiken)

21

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 233/45

Kawża F-78/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Locchi vs Il-Kummissjoni

22

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/1


2009/C 233/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 220, 12.9.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 205, 29.8.2009

ĠU C 193, 15.8.2009

ĠU C 180, 1.8.2009

ĠU C 167, 18.7.2009

ĠU C 153, 4.7.2009

ĠU C 141, 20.6.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2009 — IFB Stroder Srl vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-198/09)

2009/C 233/02

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IFB Stroder Srl

Konvenuta: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

(1)

Wara d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE], li jiddefinixxu r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi fis-sens li d-determinazzjoni tal-prezz ta’ prodott mediċinali, jew iż-żieda ta’ dan il-prezz, issir wara l-indikazzjonijiet mogħtija minn tal-ewwel iżda sa fejn l-awtorità responsabbli taċċettahom, jiġifieri abbażi ta’ djalogu bejn l-impriżi stess u l-awtoritajiet li jikkontrollaw l-infiq farmaċewtiku, l-Artikolu 4(1) [tad-Direttiva] jirregola l-“friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali”, imsejsa bħala miżura ta’ karattru ġenerali li għandha tiġi vverifikata, tal-inqas darba f’sena, sabiex jiġi deċiż jekk tinżammx, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi li jinsabu fl-Istat Membru. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta’ disgħin jum sabiex iħabbru liema żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet ikunu saru, jekk ikun il-każ. Fir-rigward tal-parti fejn din tirreferi għal “tnaqqis fil-prezzijiet […], jekk ikun il-każ”, din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem fis-sens li, barra mill-miżura ta’ karattru ġenerali kkostitwita mill-friża tal-prezzijiet fuq il-prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali, hija tawtorizza wkoll l-applikazzjoni ta’ miżura oħra ta’ natura ġenerali li tikkonsisti fit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali, jew fis-sens li l-kliem “tnaqqis fil-prezzijiet […], jekk ikun il-każ” jirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li huma diġà suġġetti għal friża tal-prezzijiet?

(2)

Sa fejn jobbliga lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, fil-każ ta’ friża tal-prezzijiet, li jivverifikaw, tal-inqas darba f’sena, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx iż-żamma ta’ din il-friża, l-Artikolu 4(1) [tad-Direttiva] jista’ jiġi interpretat fis-sens li, jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li t-tnaqqis fil-prezzijiet huwa permess, l-applikazzjoni ta’ din il-miżura tkun tista’ ssir anki iktar minn darba f’sena u dan matul diversi snin (mill-2002 sal-2010)?

(3)

Fir-rigward tal-Artikolu 4, iċċitat iktar ’il fuq, [tad-Direttiva 89/105/KEE] — moqri fid-dawl tal-premessi tad-Direttiva li jirreferu għall-għan ewlieni tal-miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali li huwa li “tinġieb ’il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta’ prodotti mediċinali bi prezz raġonevoli [u li jiġu evitati] miżuri li jkunu differenti minn xulxin [li] jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ prodotti mediċinali”, l-adozzjoni ta’ miżuri li jirreferu għall-ammonti ta’ nfiq “stmati” pjutost milli “ikkonstatati” tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju (din id-domanda tikkonċerna ż-żewġ każijiet)?

(4)

Ir-rekwiżiti relatati mal-osservanza tal-limiti tal-infiq farmaċewtiku li kull Stat Membru għandu d-dritt li jiddefininxxi għandhom jkunu marbuta speċifikament mal-infiq farmaċewtiku biss jew huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri għandhom kull diskrezzjoni li jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll elementi li jikkonċernaw infiq ieħor tas-saħħa?

(5)

Il-prinċipji, li jirriżultaw mid-Direttiva, ta’ trasparenza u ta’ partiċipazzjoni tal-impriżi kkonċernati fil-miżuri ta’ friża jew ta’ tnaqqis ġeneralizzat tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandha tiġi prevista dejjem u f’kull każ possibbiltà ta’ deroga mill-prezz impost (Artikolu 4(2) tad-Direttiva [89/105] u partiċipazzjoni konkreta tal-impriża applikanti, bil-konsegwenza li l-awtorità amministrattiva tkun marbuta timmotiva rifjut eventwali?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-223/09)

2009/C 233/03

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: O. Beynet u M. Kaduczak)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li,

jiġi ddikjarat li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2006, dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (1) billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din id-direttiva jew, f’kull każ, milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-24 ta’ Frar 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva jew, f’kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 33, p. 22.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-228/09)

2009/C 233/04

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi inkludiet l-ammont tal-“opłata rejestracyjna” (taxxa ta’ reġistrazzjoni) fl-ammont taxxabbli tal-VAT imposta fil-Polonja fuq il-provvista, l-akkwist intra-Komunitarju jew l-importazzjoni ta’ karozza għall-użu personali, ir-Repubblika tal-Polonja ma wettqitx l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 78, 79, 83 u 86 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ilment imressaq f’dan ir-rikors jirrigwarda l-inklużjoni min-naħa tar-Repubblika tal-Polonja tal-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fl-ammont taxxabbli tal-VAT fil-każ meta l-provvista, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ karozzi għall-użu personali mhux irreġistrati jseħħu f’dak l-Istat Membru.

Skont il-Kummissjoni hemm xebh fundamentali bejn it-taxxa/ l-imposta Pollakka inkwistjoni f’din il-kawża u t-taxxa/l-imposta Daniża fil-Kawża C-98/05 De Danske Bilimportører. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-taxxa/l-imposta ta’ reġistrazzjoni ma taqax taħt l-ammont taxxabbli tal-VAT.

Il-Kummissjoni ssostni li s-sistema tal-ġbir tat-taxxa Pollakka ta’ reġistrazzjoni fil-każ ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi li jirrigwardaw l-istess vettura qabel ir-reġistrazzjoni tindika li essenzjalment din hija taxxa/imposta ta’ reġistrazzjoni u mhux taxxa fuq il-bejgħ, hekk kif tafferma r-Repubblika tal-Polonja. Il-persuna taxxabbli tista’ għalhekk tnaqqas l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni mill-ammont tat-taxxa dovuta. Dan ifisser li fl-aħħar mill-aħħar, permezz tas-sistema ta’ tnaqqis tat-taxxa imħallsa qabel, it-taxxa/l-imposta tinġabar darba biss.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni huwa l-bejjiegħ, dak li jagħmel akkwist intraKomunitarju jew l-importatur tal-karozza u mhux il-persuna li f’isimha ġiet irreġistrata l-karozza.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Najvyšší súd Slovenskej republiky, Slovakkja fit-3 ta’ Lulju 2009 — Lesoochranárske Zoskupenie VLK vs Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

(Kawża C-240/09)

2009/C 233/05

Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky, Slovakkja

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lesoochranárske Zoskupenie VLK

Konvenut: Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

Domandi preliminari

(1)

Huwa possibbli li tiġi rikonoxxuta l-applikabbiltà immedjata (self executing effect) li għandhom il-konvenzjonijiet internazzjonali, tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-25 ta’ Ġunju 1998, u b’mod partikolari, tas-subartikolu 3 tiegħu, meta jitqies l-għan prinċipali ta’ din il-konvenzjoni internazzjonali, jiġifieri li tbiddel id-definizzjoni klassika ta’ locus standi billi tagħti wkoll lill-pubbliku, jew lill-pubbliku kkonċernat, il-kwalità ta’ parti fil-proċeduri, peress li sa issa, għalkemm l-Unjoni Ewropea aderixxiet mal-imsemmija konvenzjoni internazzjonali fis-17 ta’ Frar 2005, għadha ma adottatx miżuri Komunitarji għall-implementazzjoni tagħha?

(2)

Huwa possibbli li jiġi rikonoxxut li l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u, b’mod partikolari, is-subartikolu 3 tiegħu, li huwa attwalment integrat fis-sistema Komunitarja, għandu applikabbiltà diretta jew effett dirett ta’ dritt Komunitarju, fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja?

(3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi 1 u 2, huwa possibbli li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jiġi interpretat, fid-dawl tal-għan prinċipali ta’ din il-konvenzjoni internazzjonali, b’tali mod li l-espressjoni “atti ta’ awtoritajiet pubbliċi” tinkludi wkoll l-att li tingħata deċiżjoni, bil-konsegwenza li l-possibbiltà li l-pubbliku jieħu azzjoni quddiem il-qrati, tinkludi wkoll id-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni stess tal-awtorità pubblika li l-illegalità tagħha għandha impatt fuq l-ambjent?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Günter Fuß vs Stadt Halle (Saale)

(Kawża C-243/09)

2009/C 233/06

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Günter Fuß

Konvenut: Stadt Halle (Saale)

Domandi preliminari

(1)

Id-detriment [iktar ’il quddiem, “dannu”] imsemmi fl-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat b’mod oġġettiv jew suġġettiv?

(2)

Hemm dannu fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, meta uffiċjal ta’ dipartiment ta’ intervent, minħabba t-talba tiegħu sabiex iżomm il-ħin massimu tax-xogħol, jiġi ttrasferit kontra r-rieda tiegħu għal pożizzjoni oħra li essenzjalment tinvolvi xogħol klerikali?

(3)

Salarju inqas għandu jiġi kkunsidrat bħala dannu fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, meta t-trasferiment jirriżulta fi tnaqqis tas-sigħat ta’ xogħol diffiċli (iljieli, Ħdud u festi) u, għaldaqstant, tnaqqis fil-ħlas iktar għal kundizzjonijiet diffiċli ta’ xogħol li jikkorrispondi għal dawn is-sigħat ta’ xogħol?

(4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermativ għat-tieni domanda jew għat-tielet domanda, dannu li jirriżulta minn trasferiment jista’ jiġi kkumpensat permezz ta’ vantaġġi oħra marbuta ma’ pożizzjoni ġdida, bħal ħin tax-xogħol inqas jew iktar taħriġ?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-244/09)

2009/C 233/07

Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal und W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE billi llimitat id-deprezzament digressiv minħabba l-użu, taħt l-Artikolu 7(5) tal-Einkommensteuergesetz (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul), għall-proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz) li jipprovdu li, għall-finijiet tat-trattament fiskali ta’ proprjetà immobbli, l-hekk imsejjaħ deprezzament digressiv minħabba użu, jiġifieri l-applikazzjoni ta’ rati ta’ deprezzament ogħla minn rati lineari matul fażi inizjali ta’ perijodu ta’ deprezzament, japplika biss għall-proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali.

Dan it-trattament disrkiminatorju bejn proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali u dik li ma tinsabx fit-territorju nazzjonali jikser il-moviment liberu tal-kapital iggarantit fl-Artikolu 56 KE. Skont ġurisprudenza stabbilita, dan l-artikolu jipprojbixxi kull miżura li tqiegħed fi żvantaġġ moviment ta’ kapital transkonfinali meta mqabbel ma’ moviment ta’ kapital purament nazzjonali u għalhekk tiskoraġġixxi lil residenti milli jwettqu tranżazzjonijiet li jinvolu moviment ta’ kapital transkonfinali.

Minħabba l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-investituri suġġetti għat-taxxa tkun iktar sfavorevoli fil-każ ta’ proprjetà immobbli li ma tkunx tinsab fit-territorju nazzjonali milli fil-każ ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fit-territorju nazzjonali. Dan iwassal sabiex investimenti fi proprjetà immobbli li ma tkunx tinsab fit-territorju nazzjonali ma jkunux attraenti meta mqabbla ma’ investimenti fi proprjetà immobbli li tkun tinsab fit-territorju nazzjonali u għalhekk l-investituri jkunu skoraġġuti milli jibnu jew jakkwistaw proprjetà immobbli fi Stati Membri oħra. Skont il-ġurisprudenza, il-vantaġġ fil-pożizzjoni ta’ likwidità li jirriżulta minn investiment fi proprjetà immobbli li tkun tinsab fit-territorju nazzjonali jammonta għal vantaġġ fiskali li jista’ jitqies permissibbli sa fejn jittratta b’mod paragunabbli sitwazzjonijiet purament nazzjonali u sitwazzjoni transkonfinali.

Għalkemm l-effett tal-leġiżlazzjoni diskriminatorja inkwistjoni huwa limitat għal proprjetà immobbli li fir-rigward tagħha l-applikazzjoni għall-bini jew il-kuntratt ta’ xiri saru qabel l-1 ta’ Jannar 2006, dan ma jeliminax ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital peress li d-deprezzament digressiv minħabba l-użu jammonta għal sitwazzjoni permanenti.

Skont il-Gvern Federali, din ir-restrizzjoni hija ġustifikata abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku sa fejn il-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kostruzzjoni ta’ proprjetà għall-kiri fil-Ġermanja.

F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-promozzjoni tal-ekonomija nazzjonali ma tammontax għal għan li jista’ jiġġustifika restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali. Anki jekk l-għan li tiġi promossa l-kostruzzjoni ta’ proprjetà għall-kiri jitqies bħala għan li mhuwiex ekonomiku, il-limitazzjoni stretta tad-deprezzament digressiv għall-proprjetà immobbli li tkun tinsab fit-territorju nazzjonali la hija neċessarja u lanqas proporzjonata. Il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proprjetà għall-kiri fil-Ġermanja ma tkunx affettwata jekk id-deprezzament digressiv jingħata wkoll fir-rigward ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stati Membri oħra.

Għalhekk, il-Gvern Federali ma ressaq ebda raġuni li tista’ tiġġustifika r-restrizzjoni msemmija għall-moviment liberu tal-kapital.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2009 — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

(Kawża C-247/09)

2009/C 233/08

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alketa Xhymshiti

Konvenut: Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

Domandi preliminari

(1)

Fil-każijiet li ċittadin ta’ pajjiż terz jirresjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u jaħdem fil-Konfederazzjoni Żvizzera, dan iċ-ċittadin, l-istess bħal martu, ċittadina ta’ pajjiż terz, huwa suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 859/2003/KE (1), bil-konsegwenza li l-Istat Membru ta’ residenza huwa obbligat japplika r-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 (2) u 574/72 (3) għall-imsemmi impjegat u għal martu?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: fiċ-ċirkustanzi msemmiija fl-ewwel domanda, l-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-Istat Membru ta’ residenza, l-għoti tal-allowance tal-familja jista’ jiġi rrifjutat lil omm, ċittadina ta’ pajjiż terz, minħabba l-fatt li hija għandha n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, minkejja li binha huwa ċittadin tal-Unjoni?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU L 124, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, p. 1).


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Rikors ippreżentat fis-7 tal-Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-251/09)

2009/C 233/09

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u I. Khatzigiannis)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva 93/38/KEE (1) u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 92/13/KEE (2);

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Qed jiġi allegat li l-Arkhi Ilektrikou Kiprou (l-Awtorità tal-Elettriku ta’ Ċipru) kisret id-Direttivi 93/38/KEE u 92/13/KEE fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti bin-numru ta’ referenza 40/2005 li kienet tirrigwarda kuntratt għad-disinn, forniment u kostruzzjoni tar-raba’ unità taċ-ċentrali elettrika ta’ Vasilikos.

Il-Kummissjoni ssostni li l-ksur tal-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva 93/38 huwa dovut għar-raġunijiet għar-rifjut tal-offerta tal-lanjant u l-aċċettazzjoni tal-offerta tal-offerent l-ieħor abbażi ta’ kriterju li ma saritx referenza ċara għaih fis-sejħa għal offerti.

Għal dak li jirrigwarda l-ksur tad-Direttiva 92/13, miżura proċedurali, il-Kummissjoni ssostni (i) li, sa fejn l-awtorità kontraenti stess ħolqot, bl-aġir tagħha, sitwazzjoni ta’ inċertezza rigward l-interpretazzjoni li għandha tingħata lir-raġunijiet li rriżultaw fir-rifjut tal-offerta tal-lanjant, hija kisret id-Direttiva 92/13 kif interpretata fid-dawl tal-għan ta’ effettività mfittex minn din id-direttiva, u (ii) li l-awtorità kontraenti ma tistax tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha billi sempliċiment tirreferi għal rapporti ta’ evalwazzjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU 1993 L 199, p. 84).

(2)  Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU 1992 L 76, p. 14).


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/6


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-253/09)

2009/C 233/10

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u K. Ritzné Talabér, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi pprovdiet, fir-rigward ta’ xiri ta’ abitazzjoni li tinsab fl-Ungerija bħala sostituzzjoni ta’ abitazzjoni li tinsab fi Stat ieħor trattament inqas favorevoli għal dak mogħti fix-xiri ta’ abitazzjoni li tinsab fl-Ungerija bħala sostituzzjoni ta’ abitazzjoni li tinsab f’dan l-istess Stat, ir-Repubblika tal-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE u l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ din il-kawża hija l-liġi fiskali Ungeriża li, sabiex tiġi stabbilita l-bażi taxxabbli li għandha titħallas fil-mument ta’ xiri ta’ abitazzjoni li tinsab fil-pajjiż, tippermetti biss li jitnaqqas mill-valur tal-abitazzjoni mixtrija l-prezz tal-abitazzjoni mibjugħa jekk din tinsab ġewwa l-pajjiż.

Din il-liġi tmur kontra l-moviment liberu tal-persuni u l-libertà ta’ stabbiliment taħt l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE u l-Artikoli 28 u 32 tal-Ftehim ŻEE.

L-għan tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju huwa li jiffaċilita liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-eżerċizzju ta’ attività professjonali ta’ kwalunkwe tip fi kwalunkwe post fil-Komunità, u fl-istess ħin, jipprekludi kwalunkwe miżura li b’konsegwenza tagħha ċ-ċittadini ta’ kull Stat Membru tal-Komunità li, filwaqt li jagħmlu użu mid-dritt tal-moviment liberu tagħhom, jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ. Hija ġurisprudenza stabbilita li d-dispożizzjonijiet li jimpedixxu jew jiddisswadu lil ċittadin ta’ Stat Membru milli jitlaq il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu jikkostitwixxu ostakoli għal din il-libertà anki meta jiġu applikati mingħajr riferiment għaċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati.

Madankollu, il-liġi fiskali Ungeriża li hija s-suġġett ta’ din il-kawża tikkostitwixxi dispożizzjoni li għandha dawn il-karatteristiċi. Fil-fatt, minħabba l-esklużjoni ta’ dan il-vantaġġ fiskali, iċ-ċittadini barranin jew Ungeriżi li, filwaqt li jagħmlu użu mid-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, jirrisjedu għal xi żmien fi Stat Membru ieħor u hemmhekk jixtru abitazzjoni, ikollhom inqas inċentivi sabiex jixtru abitazzjoni fl-Ungerija meta pparagunati ma’ dawk li jirrisjedu fl-Ungerija u jkunu xtraw abitazzjoni ġdida minflok dik li diġà kellhom fil-pajjiż. B’dan il-mod, il-liġi Ungeriża tista’, evidentement, tipproduċi l-effett li jiddisswadi liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli jistabbilixxu ruħhom fl-Ungerija. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-persuni, li eventwalment ikunu diġà ħallsu taxxi għal ammont simili fl-Istat tar-residenza preċedenti tagħhom meta jkunu xtraw l-abitazzjoni tagħhom, isibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħal dawk li jkunu xtraw l-abitazzjoni tagħhom preċedentement fl-Ungerija. Konsegwentement, dawn il-persuni għandhom jingħataw l-istess trattament. Peress illi, madankollu, il-liġi Ungeriża tqiegħed f’sitwazzjoni iktar ta’ żvantaġġ dawk il-persuni li jixtru fl-Ungerija abitazzjoni li tissostitwixxi l-abitazzjoni li tinsab fi Stat Membru ieħor meta pparagunati ma’ dawk li wkoll ikunu xtraw abitazzjoni u diġà kellhom abitazzjoni fil-pajjiż, din tittratta sitwzzjonijiet oġġettivament identiċi b’mod mhux ugwali u, b’dan il-mod, tikkostitwixxxi liġi diskriminatorja.

L-unika talba magħmula mill-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija ma tistax tiġġustifika tali ksur tad-dritt Komunitarju.

L-ewwel nett, fir-rigward tal-oġġezzjoni dwar il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-koeżjoni tas-sistema fiskali, għandu jiġi osservat li, f’din il-kawża, ma nstabet l-ebda relazzjoni diretta bejn il-vantaġġ fiskali inkwistjoni u l-kumpens ta’ dan il-vantaġġ permezz ta’ bażi taxxabbli stabbilita, fejn din, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi rekwiżit biex il-ħtieġa invokata sabiex tiġi ggarantita l-koeżjoni tas-sistema fiskali tkun tista’ tikkostitwixxi limitazzjoni ġġustifikata tal-eżerċiżżju tal-libertajiet fundamentali. Mill-aspett ekonomiku, ma teżisti ebda relazzjoni diretta bejn ix-xiri ta’ abitazzjoni oħra u l-obbligu li titħallas it-taxxa, u l-bejgħ tal-ewwel abitazzjoni u t-taxxi mħallsa preżentement, elementi li l-leġiżlatur Ungeriż biss jorbot ma’ xulxin.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument mill-Gvern Ungeriż li sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-proprjetà immobbli fi Stati Membri oħra u t-taxxi mħallsa fil-mument tax-xiri tagħhom u l-prevenzjoni tal-abbużi mwettqa eventwalment f’dawn l-operazzjonijiet jinħolqu diversi diffikultajiet amministrattivi, il-Kummissjoni tindika li d-diffikultajiet amministrattivi potenzjali bl-ebda mod ma jistgħu jiġġustifikaw il-ksur tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mid-dritt Komunitarju. Ir-Repubblika tal-Ungerija ċertament għandha l-possibbiltà li timponi rekwiżiti partikolari sabiex titlob l-informazzjoni meħtieġa, iżda dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux ikunu sproporzjonati fir-rigward tal-għan imfittex.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/7


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-23/07, BORCO-Marken-Import Matthiesen vs UASI (α)

(Kawża C-265/09 P)

2009/C 233/11

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider)

Appellata: BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 fil-Każ R 808/2006-4, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kemm tal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll tal-proċedura tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell sar mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006, li kienet ċaħdet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal “α” tal-appellata. Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li l-Bord tal-Appell għamel applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, meta kkonkluda li s-sinjal ippreżentat kien nieqes minn karattru distintiv biss minħabba n-nuqqas tiegħu ta’ tibdil jew ornamenti grafiċi fir-rigward tal-forma ta’ kitba Times New Roman, mingħajr ma pproċeda għal eżami konkret tal-kapaċità tiegħu li jiddistingwi, mill-perspettiva tal-pubbliku ta’ riferiment, il-prodotti inkwistjoni minn dawk li joriġinaw minn kompetituri tal-appellata.

Insostenn tal-appell qed jiġi invokat ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. L-UASI huwa tal-fehma li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat ħażin din id-dispożizzjoni bi tliet modi.

Fl-ewwel lok, l-UASI jafferma li, kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-eżami għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 mhux dejjem jirrikjedi li l-karattru distintiv ta’ sinjal jiġi vverifikat permezz ta’ eżami konkret, magħmul fir-rigward ta’ prodotti differenti. Għal ċerti kategoriji ta’ sinjali (pereżempju, sinjali tridimensjonali, trade marks ta’ kuluri, slogans, ismijiet ta’ domains), il-ġurisprudenza aċċettat verifika tal-karattru distintiv konkret fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 permezz ta’ dikjarazzjonijiet ġenerali dwar il-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-kundizzjonament tagħhom, u għalhekk mingħajr ma jsir, ħafna drabi, eżami konkret tal-prodotti u s-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Il-ġurisprudenza rrikonoxxiet ukoll li s-sinjali li jappartjenu għal ċerti kategoriji jistgħu biss, bħala regola ġenerali, jiksbu karattru distintiv bl-impożizzjoni tagħhom fuq il-pubbliku.

Fit-tieni lok, l-UASI jikkritika lill-Qorti tal-Prim’Istanza li injorat il-fatt li l-eżami tal-karattru distintiv jikkostitwixxi deċiżjoni bbażata fuq previżjoni u li għalhekk din ikollha dejjem in-natura ta’ suppożizzjoni.

Fit-tielet lok, l-UASI jsostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza injorat it-tqassim tal-oneru tal-preżentata tal-każ fil-kuntest tal-eżami għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta kkunsidrat li l-UASI kellu dejjem juri n-nuqqas ta’ karattru distintiv fuq il-bażi ta’ fatti konkreti. Il-proċediment ta’ reġistrazzjoni huwa proċediment amministrattiv u mhux kontradittorju, li fil-kuntest tiegħu l-UASI huwa marbut li jġib il-prova tar-raġunijiet għal rifjut. Għalhekk, meta applikant isostni li, b’mod kuntrarju għall-evalwazzjoni tal-UASI, it-trade mark proposta għar-reġistrazzjoni jkollha karattru distintiv, huwa l-applikant li għandu juri, permezz ta’ affermazzjonijiet konkreti u fondati, li l-imsemmija trade mark hija intrinsikament distintiva jew li din tkun kisbet karattru distintiv permezz tal-użu.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-271/09)

2009/C 233/12

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Herrmann)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li,

jiġi ddikjarat li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE, billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 143, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 136, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 136a tal-Liġi tat-28 ta’ Awwissu 1997 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-fondi ta’ pensjoni (ustawa o organizacji i funkcjonowaniu funduszy emerytalnych) li jillimitaw l-investiment barrani tal-fondi miftuħa [open-ended funds] ta’ pensjoni Pollakki;

ir-Repubblika tal-Polonja tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Artikolu 143 tal-Liġi tat-28 ta’ Awwissu 1997 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-fondi ta’ pensjoni (iktar ’il quddiem: il-Liġi tal-Fondi ta’ Pensjoni) jirrestrinġi l-valur tal-investimenti barra mir-Repubblika tal-Polonja li, taħt it-tieni parti ta’ din id-dispożizzjoni, il-fondi miftuħa [open-ended funds] tal-pensjoni (otwarte fundusze emerytalne, OFE, iktar ’il quddiem l-FMP) jistgħu jagħmlu, għal biss 5 % tal-valur tal-assi tal-FMP rispettivi. Barra minn dan, il-lista tat-tipi ta’ investiment barrani fl-Artikolu 143(1) tal-Liġi tal-Fondi ta’ Pensjoni ma tinkludix is-serje ta’ kategoriji ta’ investiment barrani previsti għal investimenti tal-FMP fir-Repubblika tal-Polonja.

Skont l-Artikolu 136(3) tal-Liġi tal-Fondi ta’ Pensjoni, il-valur tal-investimenti f’ishma, maħruġa minn fond komuni ta’ investiment stabbilit barra mill-pajjiż skont l-Artikolu 143(1) ta’ dan l-Att, mhuwiex meħud inkunsiderazzjoni sabiex jiġu stabbiliti l-assi netti tal-FMP. Min-naħa l-oħra, l-ispejjeż amministrattivi tal-FMP huma kkalkolati fuq il-bażi tal-valur tal-assi netti tal-FPM. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital skont l-Artikolu 56 KE, għaliex tiddiswadi lill-FMP mill-investiment tal-assi f‚ fondi barranin ta’ investiment.

L-Artikolu 136a(2) tal-Att tal-Fondi ta’ Pensjoni jipprovdi li l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet magħmula fir-rigward ta’ entitajiet ta’ ħlas [settlement entities] barranin jistgħu jkunu koperti mill-assi tal-FMP biss sal-ammont tal-ispejjeż korrispondenti tal-entitajiet domestiċi ta’ ħlas. Din id-dispożizzjoni tista’ tiddiswadi lill-FMP milli jagħmel investiment barrani għaliex mhuwiex possibbli li jiġi kopert l-ammont kollu tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni mill-assi tal-FMP, kif huwa l-każ għall-investiment domestiku.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Artikolu 56 KE japplika fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investiment tal-FMP li huma parti mis-sistema Pollakka ta’ pensjoni bbażata fuq il-kapitalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-FMP. Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital inkwistjoni ma jistgħu jiġu ġġustifikati la permezz ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ superviżjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 58 KE, u lanqas għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku. Restizzjonijiet skont it-tip u l-kwantità mhumiex fil-fatt miżuri xierqa li jippermettu li tiġi ggarantita b’mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja tal-kontribuzzjonijiet miġbura mill-FMP mingħand il-membri tagħhom. F’kull każ, il-miżuri kollha inkwistjoni huma sproporzjonati.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 mill-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fl-20 ta’ Mejju 2009 fil-Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07, CFCMCEE vs UASI

(Kawża C-282/09 P)

2009/C 233/13

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) (rappreżentanti: P. Greffe u L. Paudrat, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2009 tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sa fejn din ċaħdet parzjalment ir-rikors tal-appellanti u kkonfermat id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fl-10 ta’ Lulju 2007 (Każ R 119/2007-1) u fit-12 ta’ Settembru 2007 (Każ R 120/2007-1), sa fejn dawn ċaħdu l-applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji PAYWEB CARD Nru 003861051 u P@YWEB CARD Nru 003861044 fir-rigward tal-prodotti u servizzi li ġejjin:

“kards tal-memorja jew b’mikroproċessur, kards manjetiċi, kards manjetiċi jew b’mikroproċessur ta’ identifikazzjoni, kards manjetiċi jew b’mikroproċessur ta’ ħlas, ta’ kreditu jew ta’ debitu, mekkaniżmi għall-ħlas bil-quddiem għal apparati tat-televiżjoni” fil-klassi 9,

“affarijiet dwar proprjetà immobbli, assigurazzjoni kontra l-inċidenti, aġenziji ta’ rkupru ta’ dejn, analiżi finanzjarja, assigurazzjoni, evalwazzjoni (stima) tal-proprjetà immobbli, ħruġ ta’ titoli ta’ valur, fond tas-sigurtà soċjali, operazzjonijiet ta’ kambju, verifika ta’ ċekkijiet, ħruġ ta’ ċekkijiet tal-ivvjaġġar, konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju, senserija f’assigurazzjonijiet, senserija fi proprjetà immobbli, senserija fil-Borża, depożitu ta’ oġġetti ta’ valur, depożiti f’kaxxaforti, stimi u evalwazzjonijiet finanzjarji (assigurazzjoni, banek, proprjetà immobbli), informazzjoni finanzjarja (assigurazzjoni, banek, proprjetà immobbli), amministrazzjoni ta’ patrimonji, informazzjoni finanzjarja, irkupru ta’ kirjiet, assigurazzjoni tal-mard, assigurazzjoni marittima, assigurazzjoni fuq il-ħajja, servizzi ta’ informazzjoni finanzjarji online, servizzi ta’ informazzjoni finanzjarji interattivi informatiċi” fil-klassi 36,

“komunikazzjonijiet permezz ta’ terminals tal-kompjuters, trażmissjoni ta’ messaġġi, spedizzjoni ta’ messaġġi, informazzjoni dwar telekomunikazzjonijiet, sistema elettronika ta’ messaġġi, trażmissjoni ta’ messaġġi, trażmissjoni ta’ messaġġi u ta’ stampi bl-għajnuna ta’ kompjuter, trażmissjoni bis-satellita” fil-klassi 38.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka essenzjalment żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, hija ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha — u, b’hekk, kisret l-Artikoli 253 KE u 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1) — billi ma ċċensuratx id-deċiżjonijiet ikkuntestati tal-UASI minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Fil-fatt, f’dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar, il-Bord tal-Appell tal-UASI kien wettaq evalwazzjoni ġenerali tal-karattru distintiv tas-sinjali verbali PAYWEB CARD u P@YWEB CARD fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi previsti, mingħajr ma mmotiva d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward ta’ kull wieħed minnhom. Issa, motivazzjoni ġenerali hija biss possibbli jekk il-prodotti u s-servizzi jippreżentaw bejniethom rabta suffiċjentement diretta u konkreta, sal-punt li jifformaw kategorija jew grupp suffiċjentement omoġenu, li jidher li mhuwiex il-każ, fil-każ ineżami, peress li l-prodotti u s-servizzi previsti fit-talba għal reġistrazzjoni jissodisfaw funzjonijiet differenti.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkonstesta l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanża li skontha hemm ċerta sovrapożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tar-raġunijiet assoluti għal rifjut stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) sa (d) tar-Regolament Nru 40/94. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull waħda mir-raġunijiet għal rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament hija fil-fatt indipendenti mill-oħrajn u teħtieġ eżami separat. Il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet b’hekk wettqet żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b), fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 9, billi ma wettqitx eżami individwali reali tar-raġuni għal rifjut prevista minn din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU 1994, L 11, p. 1.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Luigi Ricci vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-286/09)

2009/C 233/14

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luigi Ricci

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikoli 17 KE, 39 KE u 42 KE u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1408/71 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-perijodi kollha ta’ assigurazzjoni għall-ftuħ, il-kisba u ż-żamma tad-dritt għall-benefiċċju — prinċipju attwat bl-adozzjoni, min-naħa tal-Kunsill, tar-Regolament Nru 1408/71 — għandu jkun applikabbli fil-każijiet kollha fejn huwa neċessarju li jsir użu mis-sistema tal-aggregazzjoni u tal-kalkolu pro rata għar-rikonoxximent tad-dritt għal benefiċċju partikolari, bil-konsegwenza li għal dan il-għan għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru, kif ukoll il-perijodi ta’ assigurazzjoni li ġew ikkompletati taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-persunal tal-istituzzjonijiet Komunitarji?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Aduo Pisaneschi vs Istituto nazionale della previdenza sociale

(Kawża C-287/09)

2009/C 233/15

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aduo Pisaneschi

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domandi preliminari

L-Artikoli 17 KE, 39 KE U 42 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-perijodi kollha tal-assigurazzjoni għall-intitolament, għall-kisba u għaż-żamma tal-benefiċċji — prinċipju introdott permezz tal-adozzjoni, mill-Kunsill, tar-Regolament Nru 1408/71 — għandu jiġi applikat kull darba li jkun neċessarju li wieħed jirrikorri għas-sistema ta’ aggregazzjoni u ta’ kalkolu pro rata sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt għal benefiċċju mogħti, li jimplika li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan il-għan kemm il-perijodi ta’ assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru, kif ukoll dawk imwettqa fil-kuntest tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (l-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 –Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna

(Kawża C-290/09)

2009/C 233/16

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) (fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċI [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi]), kif indikati fil-punt 10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil grupp temporanju ta’ impriżi li fosthom hemm ukoll amministrazzjoni statali, tat-tip deskritt fil-punt 12, milli jipparteċipaw f’kuntratt għal servizzi, bħas-servizz ta’ dokumentazzjoni, diffużjoni u twettiq tas-“Sistema omoġenea ta’ identità viżiva tal-postijiet u tal-istituti tal-kultura: Patrimonju Kulturali ta’ Sardenja” li huwa s-suġġett ta’ sejħa għall-offerti maħruġa mir-Regione Sardegna?

(2)

Id-dispożizjonijiet tal-Artikolu 3(22) u (19) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, approvat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 (li jipprovdi li, rispettivament, il-frażi “operatur ekonomiku” tinkludi l-imprenditur, il-fornitur u min jipprovdi s-servizz jew grupp jew konsorzju ta’ dawn tal-aħħar; u “l-frażijiet ‘imprenditur’, ‘fornitur’ u ‘min jipprovdi s-servizz’ jindikaw persuna fiżika, persuna ġuridika jew entità mingħajr personalità legali, inkluż il-Grupp Ewropew b’Interess Ekonomiku (GEIE) stabbilit bis-saħħa tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 240, tat-23 ta’ Lulju 1991, li joffri fis-suq, rispettivament, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew proġetti, il-provvista ta’ prodotti, il-provvista ta’ servizzi”), u dawk tal-Artikolu 34 tal-istess Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi (li jelenka l-persuni li jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi), imorru kontra d-Direttiva 2004/18/KE jekk jiġu interpretati fis-sens li jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għall-fornituri professjonali ta’ tali attivitajiet biss, bl-esklużjoni ta’ entitajiet pubbliċi li l-għan tagħhom ikun prinċipalment differenti minn dak ta’ lukru, bħal, pereżempju, ir-riċerka?


(1)  GU L 134, p. 114


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Isabella Calestani vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

(Kawża C-292/09)

2009/C 233/17

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabella Calestani

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

Domanda preliminari

Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 19 tad-DPR Nru 633/72 jmur kontra d-dritt Komunitarju u l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, u b’mod partikolari hemm nuqqas ta’ implementazzjoni tas-Sitt Direttiva Nru 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, sa fejn id-dritt intern ma jipprovdix għat-tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri minn persuni li jwettqu provvisti eżentati?


(1)  ĠU L 145, p. 1


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (L-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Paolo Lunardi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

(Kawża C-293/09)

2009/C 233/18

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paolo Lunardi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 (5) tad-DPR Nru 633/72 imorru kontra d-dritt Komunitarju u l-prinċipju tan-newtralità tal-VAT u, b’mod partikolari, hemm traspożizzjoni żbaljata tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) tas-17 ta’ Mejju 1977, sa fejn il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għat-tnaqqis tal-VAT fuq xiri ta’ beni kapitali, minħabba l-kalkolu tal-pro-rata, minn persuni taxxabbli li jwettqu, skont il-liġi, transazzjonijiet li huma eżenti mill-VAT?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (Il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2009 — I.B. vs Il-Kunsill tal-Ministri

(Kawża C-306/09)

2009/C 233/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I.B.

Konvenut: Il-Kunsill tal-Ministri

Domandi preliminari

(1)

Il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija in absentia mingħajr ma l-persuna kkundannata tkun ġiet informata bid-data u l-post tas-seduta, u kontra liema din il-persuna għad għandha rimedju, għandu jiġi kkunsidrat mhux bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/JHA tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [kunsinna] bejn l-Istati Membri (1), iżda bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ prosekuzzjoni, skont l-Artikolu 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 4(6) u 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li ma jippermettux lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-kunsinna lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat li joħroġ il-mandat ta’ persuna residenti fit-territorju tagħhom, li hija s-suġġett, fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, ta’ mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, għall-kundizzjoni li din il-persuna tintbagħat lura fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex hemmhekk tiskonta s-sentenza ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija b’mod definittiv fil-konfront tagħha fl-Istat li joħroġ il-mandat?

(3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, dawn l-istess Artikoli jiksru l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 3 u 4 tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk hemm raġunijiet validi sabiex jiġi maħsub li l-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-effett li tikser id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU L 190, p. 1.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique vs Société Accor

(Kawża C-310/09)

2009/C 233/20

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Konvenuta: Société Accor

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-Artikoli 56 u 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema fiskali, li l-għan tagħha huwa li telimina t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi, li:

(i)

tippermetti lil kumpannija parent li tnaqqas mit-taxxa f’ras il-għajn, li hija suġġetta għaliha waqt it-tqassim mill-ġdid lill-azzjonisti ta’ dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji tagħha, il-kreditu ta’ taxxa marbut mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi fil-każ fejn joriġinaw minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Franza,

(ii)

żda li ma toffrix din il-possibbiltà fil-każ fejn id-dividendi joriġinaw minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, peress li din is-sistema ma tagħtix id-dritt, f’dan il-każ, għall-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa marbut mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi minn din il-kumpannija sussidjarja, peress li tali sistema tippreġudika, fiha nfisha u fil-konfront tal-kumpannija parent, il-prinċipji tal-moviment liberu tal-kapital jew tal-liberta’ ta’ stabbiliment?

(b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, dawn l-artikoli għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu madankollu tali sistema peress li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll is-sitwazzjoni tal-azzjonisti peress li, fid-dawl tal-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn, l-ammont tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji tagħha u mqassma mill-ġdid minn din il-kumpannija parent lill-azzjonisti tagħha huwa differenti skont fejn jinsabu dawn il-kumpanniji sussidjarji, fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, b’mod li din is-sistema tiddiswadi lill-azzjonisti milli jinvestu f’din il-kumpannija parent u, sussegwentement, taffettwa l-ġbir tal-kapital minn din il-kumpannija u tista’ tiddiswadi lil din il-kumpannija milli talloka kapital lil kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra Franza jew milli toħloq f’dawn l-Istati tali kumpanniji sussidjarji?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal a) jew għal b) tal-ewwel domanda u peress li l-artikolu 56 u 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu s-sistema fiskali tat-taxxa f’ras il-għajn kif deskritta iktar ’il fuq u li, sussegwentement, l-amministrazzjoni hija, bħala prinċipju, marbuta li tħallas lura s-somom miġbura abbażi tagħha inkwantu dawn tħallsu bi ksur tad-dritt Komunitarju, dan id-dritt, f’sistema bħal din li, fiha nfisha, ma timplikax neċessarjament il-ġbir ta’ taxxa fuq terz mill-persuna taxxabbli, jipprekludi:

(a)

lill-amministrazzjoni milli tkun tista’ tipprojbixxi r-rimbors tas-somom imħallsa mill-kumpannija parent minħabba li dan il-ħlas lura jimplika, fil-konfront ta’ din tal-aħħar, arrikkament indebitu,

(b)

u, fil-każ ta’ risposta negattiva, il-fatt li s-somma mħallsa mill-kumpannija parent ma tikkostitwixxix, għaliha, spiża ta’ kontabbiltà jew fiskali iżda titnaqqas biss mis-somom kollha li jistgħu jiġu mqassma mill-ġdid lill-azzjonijisti tagħha jista’ jiġi invokat sabiex ma jiġix ordnat il-ħlas lura ta’ din is-somma lil kumpannija ?

(3)

Fid-dawl tar-risposta mogħtija lid-domandi msemmija fil-punti 1) u 2), il-prinċipji Komunitarji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jipprekludu li l-ħlas lura ta’ somom li jista’ jiggarantixxi l-applikazzjoni tal-istess sistema fiskali għad-divideni li jagħtu lok għat-tqassim mill-ġdid mill-kumpannija parent, indipendentement minn jekk dawn id-dividendi joriġinawx minn somom imqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha stabbiliti fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, ikun suġġett għal kundizzjoni, bla ħsara, skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet dwar il-bdil ta’ informazzjoni tal-konvenzjoni bilaterali applikabbli bejn Franza u l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija sussidjarja, li l-persuna taxxabbli tipproduċi provi, li hija biss għandha u li huma relatati, għal kull dividend inkwistjoni, b’mod partikolari mar-rata ta’ taxxa effettivament applikata u mal-ammont ta’ taxxa effettivament imħallas minħabba l-profitt magħmula mill-kumpanniji sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri tal-Komunità Ewropea minbarra Franza, minkejja li, għal kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Franza, il-provi, magħrufa mill-amministrazzjoni, mhumiex meħtieġa?


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2009 minn NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) mogħtija fid-9 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-152/06: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-322/09 P)

2009/C 233/21

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avvocati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tiddikjara l-azzjoni ta’ Destination Stockholm fil-Kawża T-152/06 ammissibbli u fondata, u għaldaqstant tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Sussidjarjament:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u tiddikjara l-azzjoni ta’ Destination Stockholm fil-Kawża T-152/06 ammissibbli;

tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim’Istanza għall-eżami tal-mertu tal-każ;

tirriżerva l-ispejjeż tal-kawżi tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li, fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza:

applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 230 KE billi manifestament żnaturat il-kontenut tal-ittri kkontestati, l-intenzjoni tal-awtur tagħhom u l-provi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza;

ikklassifikat b’mod żbaljat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri kkontestati bħala preliminari u użat raġunament kontradittorju għall-istess kwistjoni;

għamlet riferiment inadegwat għall-Artikolu 88(1) KE billi qieset li l-Kummissjoni ċaħdet talba li tirrakomanda miżuri xierqa;

applikat b’mod żbaljat l-Artikoli 4, 10, 13 u 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999 (1), b’mod partikolari billi ddeċidiet li l-klassifikazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri kkontestati bħala għajnuna eżistenti tipprevjeni ċ-ċaħda ta’ lment milli tiġi kkontestata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1)


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/13


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-330/09)

2009/C 233/22

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u M. Adam, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1) billi naqset milli tadotta b’mod sħiħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa din id-direttiva jew milli tikkomunikahom b’mod sħiħ lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-24 ta’ Frar 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva, jew, f’kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 157, p. 87


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/14


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-498/07 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Perijodu ta’ prova - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Rapport ta’ tmiem il-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”)

2009/C 233/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Erika Krcova (Trnava, is-Slovakja) (rappreżentant: J. Rooy, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Schauss, sussegwentament minn A. V. Placco, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tat-18 ta’ Ottubru 2007, Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-112/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Erika Krcova għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/14


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ġunju 2009 — Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/05) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ttemm l-ilment - Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 233/24

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Athinaïki Techniki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Diċembru 2004, li ttemm l-ilment tar-rikorrenti li jirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju ta’ Hyatt Regency fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku “Casino Mont Parnès”.

Dispożittiv

(1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/15


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs BĊE

(Kawża T-279/06) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE - Ċaħda ta’ offerta u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Raġuni għall-esklużjoni - Awtorizzazzjoni li għandha tingħata minn awtorità nazzjonali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”)

2009/C 233/25

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u G. Gruber, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-31 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/15


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Bayer (LIVENSA)

(Kawża T-159/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 233/26

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2008 (Każ R 960/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bayer AG u The Procter & Gamble Company.

Dispożittiv

(1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/15


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — infeurope vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/08) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar il-manutenzjoni tas-sistemi informatiċi tal-UASI - Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni - Talbiet ġodda - Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta”)

2009/C 233/27

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: infeurope (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija astjeniet illegalment milli tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti qafas tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) wara l-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/042/05 għall-manutenzjoni tas-software relatat mas-sistemi tal-attività prinċipali tal-UASI fir-rigward tat-trade marks u disinni, kif ukoll li ttemm il-ftehim speċifiku konkluż wara dawn il-kuntratti qafas u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv tar-rikorrenti tat-2 ta’ Diċmebru 2007 fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti u, it-tieni nett, talba intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-allegati nuqqasijiet illegali tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Infeurope hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/16


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Infeurope vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-188/08) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, awditjar u studji - Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni - Talbiet ġodda - Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta”)

2009/C 233/28

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: infeurope (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija astjeniet illegalment milli tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti qafas wara l-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/026/06 tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, awditjar u studji kif ukoll li ttemm il-ftehim speċifiku konkluż wara dawn il-kuntratti qafas u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv tar-rikorrenti tat-13 ta’ Diċembru 2007 fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti u, it-tieni nett, talba intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-allegati nuqqasijiet illegali tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Infeurope hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/16


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Lulju 2009 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-300/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Att li jilqa’ t-talbiet kollha tar-rikorrenti - Inammissibbiltà”)

2009/C 233/29

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Tresplain Investments Ltd (Tsing Yi, Hong-Kong) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1) fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Hoo Hing Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Timmer vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-340/08 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Fatti ġodda u sostanzjali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

2009/C 233/30

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Marianne Timmer (Saint-Sauves-d’Auvergne, Franza) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Steiner u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008, Timmer vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-123/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Marianne Timmer għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-371/08 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta’ ħatra tas-superjur tar-rikorrent - Kompetizzjoni interna - Elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2006 - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat”)

2009/C 233/31

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u J. Vermer, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-5/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-376/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2005/2006 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2007 - Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat”)

2009/C 233/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-1/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni li tirrigwarda l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 233/33

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TerreStar Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Olofsson, avukat, u J. Killick, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, assistiti minn K. Platteau u D. Van Liedekerke, avukati)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/18


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs EASA

(Kawża T-297/09)

2009/C 233/34

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Atheni, il-Greċja) (irrapreżentata minn: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet ta’ EASA li jagħżlu l-offerti tar-rikorrenti, ippreżentati b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti EASA.2009.OP.02 Lott 1, Lott 2, Lott 3 u Lott 5 dwar servizzi tal-ICT (ĠU 2009/S 22-030588) bħala t-tieni u t-tielet appaltatur tal-cascade mechanism, ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ erbgħa ittri separati tat-12 ta’ Mejju 2009, tat-8 ta’ Lulju 2009, tat-13 ta’ Lulju 2009 u tal-15 ta’ Lulju 2009 u kull deċiżjoni ulterjuri relatata ta’ EASA inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-appaltatur li l-offerta tiegħu rnexxiet;

tordna lil EASA tħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta' sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta’ EUR 6 100 000;

tikkundanna lil EASA għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f’dak li għandu x'jaqsam ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud..

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-rikorrenti li tagħżel l-offerti tagħha ppreżentati b’risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti ta’ servizzi tal-ICT (EASA.2009.OP.02) bħala t-tieni u t-tielet appaltatur tal-cascade mechanism, u li tagħti l-kuntratt lill-appaltatur li l-offerta tiegħu rnexxiet. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għal danni li hija allegatament ġarrbet minħabba l-proċedura ta' sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trattament ugwali peress li naqset milli tosserva l-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti mill-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju (1) billi ma eskludietx mill-proċedura ta' sejħa għal offerti wieħed mill-membri tal-konsorzju magħżul li qed jiġi akkużat mill-aworitajiet nazzjonali u li anki ammetta li kien ħati li wettaq attivitajiet illegali u b’mod speċifiku ħati ta’ frodi u ta’ korruzzjoni passiva u attiva, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt minn awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, u internazzjonalment, kif ukoll tal-falsifikazzjoni ta’ kontabbiltà kif ukoll appaltatur ieħor li naqas b’mod serju li jwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea. Minħabba dan, il-konvenuta kisret ukoll l-Artikoli 133a u 134 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni (2) u l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (3).

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tinvoka kondotta professjonali ħażina allegata tal-konvenuta minħabba l-użu potenzjali ta’ subappaltaturi li ma jaqgħux taħt WTO/GPA minn wieħed mill-appaltaturi li l-offerta tiegħu rnexxiet.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha bi ksur tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Implementazzjoni tiegħu kif ukoll bi ksur tad-Direttiva 2004/18/KE u tal-Artikolu 253 KE. Hija ssostni li l-konvenuta kisret ukoll il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li wieħed mill-offerenti li l-offerta tiegħu rnexxiet ma ssodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 357, p. 1)

(3)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU 2004 L 134, p. 114)


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-298/09)

2009/C 233/35

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Atene, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jagħżlu l-offerti tar-rikorrenti, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti EAC/01/2008 għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP-ISEP) Lott 1 “Żvilupp u manutenzjoni IS” u Lott 2 “Studji, Eżaminazzjoni, Taħriġ u Għajnuna IS” (ĠU 2008/S 158-212752) bħala t-tieni appaltatur tal-cascade mechanism, ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ żewġ ittri separati tat-12 ta’ Mejju 2009, u kull deċiżjoni ulterjuri relatata tal-Kummissjoni inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratti jingħataw lill-appaltatur li l-offerta tiegħu rnexxiet;

tordna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta' sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta’ EUR 9 554 480;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-rikorrenti li tagħżel l-offerti tagħha, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP-ISEP) (EAC/01/2008) bħala t-tieni appaltatur tal-cascade mechanism, u li tagħti l-kuntratti lill-appaltaturi li l-offerta tagħhom rnexxiet. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għal danni li hija allegatament ġarrbet minħabba l-proċedura tas-sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trattament ugwali peress li naqset milli tosserva l-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti mill-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju (1) billi ma eskludietx mill-proċedura tas-sejħa għal offerti wieħed mill-membri tal-konsorzju magħżul minħabba ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu lejn il-konvenuta. Minħabba dan, il-konvenuta kisret ukoll l-Artikoli 133a u 134 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni (2).

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju peress li naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-kummenti magħmula mill-Kummissjoni kienu ġeneriċi, qarrieqa u vagi.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni estendiet illegalment il-validità tal-offerti bi ksur tal-Artikolu 130 tar-Regolament Finanzjarju u bi ksur tal-priniċpji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007, tat-23 ta’ April 2007 (ĠU 2007 L 111, p. 13)


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/09)

2009/C 233/36

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea Nru 4263 tal-20/05/2009 — Direttorat Ġenerali Politika Reġjonali, li għandha bħala suġġett: “Programm Operazzjonali Reġjonali “Campania” 2000-2006. Numru tal-applikazzjoni għall-ħlas Sysfin 2009/0154 Adonis A/723 tat-12/01/2009” li tinkludi din id-deċiżjoni: “L-ammont ta’ EUR 18 544 968,79 fir-rigward tan-nefqa sostnuta wara s-17/05/2006 fil-kuntest tal-miżura 1.7, li għandha bħala suġġett is-sistema reġjonali ta’ ġestjoni u rimi tal-iskart, huwa inammissibbli”.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-99/09 L-Italja vs Il-Kummissjoni (1).

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari:

Il-ksur tal-Artikoli 32 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, (2) sa fejn il-konvenuta naqqset il-ħlas tan-nefqa ċċertifikata fuq il-miżura 1.7 “bi stennija għar-riżultat tal-Kawża T-99/09” kif ukoll li rikors pendenti fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet preċedenti tal-proċedura ta’ ħlas ma jinsabx fost l-ipoteżi imperattivi ta’ tnaqqis tal-ħlasijiet strutturali previsti fl-artikoli msemmija iktar ’il fuq.

Il-ksur tal-Artikolu 230 KE. Qed jiġi sostnut f’dan ir-rigward li, jekk fil-fatt, talli l-Istati Membri ppreżentaw rikors ġudizzjarju kien hemm il-possibbiltà li fil-konfront tagħhom jonqsu l-ħlasijiet intermedji suċċessivi, dawn ma jkunux iktar ħielsa li jeżerċitaw id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 102, 1.5.09, p. 34

(2)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/20


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awissu 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fl-4 ta’ Awissu 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-73/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-311/09 P)

2009/C 233/37

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

Fi kwalunkwe każ:

tannulla in toto d-digriet appellat.

tiddikjara ammissibbli r-rikors li ta’ lok għall-kawża de qua.

Prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni tal-appellata li tiċħad it-talba tas-27 ta’ Ġunju 2007.

tannulla d-deċiżjoni tal-appellata li tiċħad it-talba tad-29 Ġunju 2007.

tannulla d-deċiżjoni tal-appellata li tiċħad it-talba tat-30 ta’ Ġunju 2007.

tannulla d-deċiżjoni tal-appellata li tiċħad it-talba tat-2 ta’ Lulju 2007.

tannulla, sa fejn meħtieġ, in-nota tad-29 ta’ April 2008, iffirmata minn Bernhard Jansen.

kif speċifikat fil-bidu tar-rikors promotur, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-appellant is-somma ta’ EUR 4 747,29, jew somma ikbar jew iżgħar li din l-Onorabbli Qorti jista’ jidhrilha ġusta u ekwa, flimkien mal-interessi fuq din is-somma appena msemmija li għandhom jiddekorru mis-7 ta’ Novembru 2007, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, jew bir-rata, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li din l-Onorabbli Qorti jogħġobha tikkunsidra xierqa.

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha tal-proċedura magħmula minnu s’issa fir-rigward tal-kawża de qua, fl-istanzi li saru s’issa.

Sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża de qua quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi mill-ġdid il-mertu tal-istess.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa dirett kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-20 ta’ Mejju 2009, mogħti fil-Kawża F-73/08. Dan id-digriet ċaħad bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-appellata li ma tilqax it-talbiet tal-appellant fir-rigward tal-ħlas lura bir-rata normali, kif ukoll b’dik “komplementari”, jiġifieri 100 %, ta’ ċerti spejjeż mediċi.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jallega l-ksur tal-kunċett ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni Komunitarja, tal-kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat, tal-prinċipju tar-res judicata, tal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri, kif ukoll tal-ġurisprudenza dwar l-effetti tal-annullament, mill-Qorti Komunitarja, ta’ deċiżjoni minn istituzzjoni Komunitarja.

L-appellant jallega wkoll il-ksur tal-kunċetti ta’ lis alibi pendens u ta’ deċiżjoni konfermattiva, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ispejjeż tal-kawża.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Kat et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-530/93, T-531/93, T-87/94, T-91/94, T-106/94, T-120/94 u T-124/94) (1)

2009/C 233/38

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawżi magħquda.


(1)  ĠU C 334 9.12.1993


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Bouma et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/93) (1)

2009/C 233/39

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 334 9.12.1993


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Lulju 2009 — Wilman et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-4/94, T-73/94, T-372/94, T-52/97, T-60/97, T-64/97 u T-144/97) (1)

2009/C 233/40

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawżi magħquda.


(1)  ĠU C 43 12.2.1994.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Lulju 2009 — Studio Bichara et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/06) (1)

2009/C 233/41

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 121 20.5.2006.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Lulju 2009 — Fusco vs OHMI — Fusco International (FUSCOLLECTION)

(Kawża T-48/08) (1)

2009/C 233/42

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92 12.4.2008.


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Sahlstedt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/08) (1)

2009/C 233/43

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008


26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Ġunju 2009 — Four Ace International vs UASI (skiken)

(Kawża T-156/09) (1)

2009/C 233/44

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/22


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Locchi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-78/08) (1)

2009/C 233/45

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008 p. 66