ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.232.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 232/01 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2009/C 232/02 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2009/C 232/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5583 – Partner RE/Paris RE) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 232/04 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 232/05 |
||
2009/C 232/06 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 232/07 |
||
2009/C 232/08 |
||
2009/C 232/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2009/C 232/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2009/C 232/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 232/12 |
||
2009/C 232/13 |
||
|
Rettifika |
|
2009/C 232/14 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/1 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.9.2009 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 412/09 |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Reġjun |
Länder Niedersachsen, Sachsen-Anhalt |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
NORD/LB |
Il-bażi legali |
Gesetz über die Feststellung des Haushaltsplans für das Haushaltsjahr 2009 für Niedersachsen; Gesetz zur Garantieermächtigung des Ministeriums der Finanzen zugunsten der Norddeutschen Landesbank- Girozentrale für Sachsen-Anhalt |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
— |
Il-forma tal-għajnuna |
— |
L-estimi |
Baġit globali: 10 000 miljun EUR |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
15.8.2009–15.2.2010 |
Setturi ekonomiċi |
— |
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Länder Niedersachsen, Sachsen-Anhalt |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/2 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/02
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
13.7.2009 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 316/08 |
|||||
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||||
Reġjun |
Közép-Magyarország kivételével valamennyi régió |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Közlekedési módok összekapcsolása, gazdasági központok intermodalitásának és közlekedési infrastruktúrájának fejlesztése |
|||||
Il-bażi legali |
10/2008. (VIII. 1.) NFGM rendelet a Közlekedési Operatív Program 4. prioritásának első konstrukciójára vonatkozó részletes szabályokról |
|||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna mhux rimborsabbli |
|||||
L-għan |
L-estensjoni, il-modernizzazjoni, u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u t-tisħiħ tal-intermodalità tagħha. |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
HUF 16 900 miljun (EUR 59 9 miljun). |
|||||
L-intensità |
50 % u 85 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
2009-2013 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-infrastruttura tat-trasport |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
3.7.2009 |
||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 67/09 |
||||||||
Stat Membru |
Il-Finlandja |
||||||||
Reġjun |
— |
||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Muutokset Suomessa voimassa olevaan merirahtiliikenteen tukiohjelmaan |
||||||||
Il-bażi legali |
Laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta (1277/2007) ja laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta annetun lain muuttamisesta (967/2008) |
||||||||
It-tip tal-miżura |
— |
||||||||
L-għan |
Li żżomm il-kompetittività tal-flotta u tħeġġeġ ir-“raggruppament” tat-trasport marittimu (l-impjieg tal-baħħara tal-KE, iż-żamma tal-għarfien marittimu fil-KE u l-iżvilupp tal-ħiliet marittimi u t-t-titjib tas-sikurezza) (1) |
||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
— |
||||||||
L-estimi |
EUR 700 000 kull sena (stima tal-impatt tal-miżura notifikata) |
||||||||
L-intensità |
100 % (tnaqqis tat-taxxa applikabbli għal żero) |
||||||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31 ta’ Diċembru 2011 |
||||||||
Setturi ekonomiċi |
— |
||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
3.7.2009 |
||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 120/09 |
||||||||
Stat Membru |
Il-Finlandja |
||||||||
Reġjun |
— |
||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Muutokset Suomessa voimassa olevaan meriliikenteen tukiohjelmaan |
||||||||
Il-bażi legali |
Laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta (1277/2007) ja laki meriliikenteessä käytettävien alusten kilpailukyvyn parantamisesta annetun lain muuttamisesta (967/2008) |
||||||||
It-tip tal-miżura |
— |
||||||||
L-għan |
Permezz ta' dawn l-emendi, il-gvern Finlandiż biħsiebu jirrispondi għall-ħtieġa għal aktar żvilupp fis-settur marittimu, iżomm il-kompetittività tal-flotta u jġib ’il quddiem ġemgħa ta' fatturi tat-tbaħħir marittimu (impjiegi ta' baħħara tal-KE, iż-żamma tal-għarfien marittimu fil-KE, l-iżvilupp ta' ħiliet marittimi u t-titjib tas-sikurezza) (2) |
||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
— |
||||||||
L-estimi |
EUR 200 000 fis-sena (l-impatt stmat tal-miżura notifikata) |
||||||||
L-intensità |
100 % (tnaqqis tar-rata applikabbli tat-taxxa tad-dħul għal żero) |
||||||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31 ta’ Diċembru 2011 |
||||||||
Setturi ekonomiċi |
— |
||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
(1) L-iskema eżistenti ta' għajnuna għat-trasport marittimu ġiet approvata mill-Kummissjoni fl-2006 (Għajnuna mill-Istat Nru N 408/05, deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2006, ippubblikata ĠU C 276, 14.11.2006, p. 14).
(2) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5583 – Partner RE/Paris RE)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/03
Fil-21 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5583. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta’ Settembru 2009
2009/C 232/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4670 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,59 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4420 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,91875 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,1538 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5118 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,5020 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,180 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
270,00 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7069 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1960 |
RON |
Leu Rumen |
4,2008 |
TRY |
Lira Turka |
2,1779 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6952 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6035 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,3696 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0462 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0787 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 740,22 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,9049 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,0170 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2950 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 164,36 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0920 |
PHP |
Peso Filippin |
69,412 |
RUB |
Rouble Russu |
44,1365 |
THB |
Baht Tajlandiż |
49,284 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,6382 |
MXN |
Peso Messikan |
19,7957 |
INR |
Rupi Indjan |
70,3280 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/7 |
MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa għall-proposti – EACEA/20/09
Appoġġ għall-Iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni – Finzjoni (narrativa), Dokumentarji Kreattivi u Animazzjoni – Proġetti Waħdiena, Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding
2009/C 232/05
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti fil-kategoriji li ġejjin: id-drama, id-dokumentarji kreattivi u l-animazzjoni.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-attivitajiet ta’ żvilupp għax-xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin (ta’ darba jew sensiela) huma eliġibbli:
— |
Proġetti ta’ drama maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 50 minuta |
— |
Dokumentarji kreattivi maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 25 minuta (it-tul ta’ ħin għal kull episodju f’każ ta’ sensiela) |
— |
Proġetti ta’ animazzjoni maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 24 minuta |
L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:
— |
irrekordjar ta’ xandiriet diretti, logħob fuq it-televiżjoni, programmi televiżivi ta’ diskussjoni, programmi televiżivi tal-ħajja reali jew programmi edukattivi, ta’ tagħlim u ta’ tagħrif; |
— |
dokumentarji li jippromwovu t-turiżmu, “kif isir…” (“making-of”), rapporti, rappurtaġġi dwar l-annimali, programmi tal-aħbarijiet u docu-soaps; |
— |
proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ.; |
— |
proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku; |
— |
xogħlijiet ta’ natura promozzjonali; |
— |
produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha. |
Is-Sejħa għall-Proposti 20/09 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi nkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u s-27 ta’ Novembru 2009. Sabiex tiġi nkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn it-28 ta’ Novembru 2009 u t-12 ta’ April 2010, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.
It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2012 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2012 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.
4. Kriterji tal-għoti
Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:
|
Għal Proġett Waħdieni
|
|
Għal Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding
|
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa ta’ EUR 17-il miljun. Il-kontribut finanzjarju mogħti huwa sussidju.
Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Proġett Waħdieni huwa bejn EUR 10 000 u EUR 60 000 għajr għal animazzjonijiet b’tul ta’ silta qasira biex jintwera fit-teatru, li l-massimu għalihom huwa ta’ EUR 80 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).
Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Slate Funding u għat-tieni fażi ta’ Slate Funding huwa bejn EUR 70 000 u EUR 190 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.
6. Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2009 u s-12 ta’ April 2010 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA |
Mr. Constantin Daskalakis |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget 1 |
1140 Brussels |
BELGIUM |
Ser jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata biex tidħol f'impenji li jorbtu b'mod legali f'isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u li jkunu jinkludu l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-Sejħa.
Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.
7. Dettalji kollha
It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/media
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/10 |
MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa għall-proposti – EACEA/21/09
Appoġġ għall-Iżvilupp ta' xogħlijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline
2009/C 232/06
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-attivitajiet għax-xogħlijiet interattivi li ġejjin huma eliġibbli:
Il-kunċett ta’ żvilupp (sal-ewwel applikazzjoni) ta’ kontenut interattiv diġitali li jikkumplimenta proġett awdjoviżiv (drama, dokumentrarju kreattiv jew animazzjoni) żviluppat speċifikatament għal mill-anqas waħda mill-pjattaformi li ġejjin:
— |
Internet |
— |
PC |
— |
konsowl |
— |
apparat li joqgħod fl-id |
— |
televiżjoni interattiv |
Dan il-kontenut diġitali għandu jippreżenta:
— |
interattività sostanzjali b’komponent narrattiv |
— |
originalità, kreatività u innovazzjoni kontra xogħlijiet eżistenti |
— |
potenzjal ta’ kummerċ Ewropew |
It-tipi ta’ proġett awdjoviżiv li ġejjin biss intiżi għall-esplojtazzjoni kummerċjali jistgħu jiġu kkumplimentati mix-xogħol interattiv sottomess:
— |
drama ta’ mill-anqas 50 minuta (it-tul sħiħ tas-serje fil-każ ta’ serje); |
— |
dokumentarju kreattiv ta’ mill-anqas 25 minuta (tul ta’ kull episodju fil-każ ta’ serje); |
— |
animazzjoni ta’ mill-anqas 24 minuta (it-tul totali tas-serje fil-każ ta’ serje). |
L-attivitajiet li ġejjin huma ineliġibbli:
L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:
— |
xogħlijiet ta’ referenza (enċiklopediji, atlasis, katalogi, databases…); |
— |
xogħlijiet li jgħallmu kif wieħed jagħmel xi ħaġa (“how-to” – programmi edukattivi, manwali…); |
— |
servizzi ta’ strumenti u softwer; |
— |
servizzi ta’ tagħrif jew dawk li huma speċifikament tranżattivi; |
— |
programmi u rivisti ta’ tagħrif; |
— |
proġetti li jippromwovu t-turiżmu; |
— |
proġetti ta’ arti bl-użu ta’ multimedia; |
— |
proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ. huma projbiti; |
— |
proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku; |
— |
xogħlijiet ta’ natura promozzjonali (partikolarment kontenut b’ditta); |
— |
produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha. |
Is-Sejħa għall-Proposti 21/09 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi inkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u s-27 ta’ Novembru 2009. Sabiex tiġi inkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn it-28 ta’ Novembru 2009 u t-12 ta’ April 2010, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.
It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2012 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2012 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.
4. Il-kriterji tal-għoti
Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:
— |
Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (40 punt).
|
— |
Kriterji relatati mal-proġett sottomess (60 punt).
|
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 2 miljun. Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju.
Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata huwa bejn EUR 10 000 u EUR 150 000.
Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.
6. Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2009 u s-12 ta’ April 2010 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA |
Mr. Constantin Daskalakis |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget 1 |
1140 Brussels |
BELGIUM |
Ser jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata biex tidħol f'impenji li jorbtu b'mod legali f'isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u li jkunu jinkludu l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-Sejħa.
Applikazzjonijiet mibgħuta b’faks jew email mhux ser jiġu milqugħa.
7. Dettalji kollha
It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/media
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/13 |
DEĊIŻJONI Nru 579
tat-2 ta’ Lulju 2009
dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-11 Vranino, li jinsab fil-provinċja ta’ Dobrich, u n-notifikazzjoniji rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
2009/C 232/07
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI
Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 4(2)(16) u l-Artikolu 1(24a) tal-Att tal-Enerġija,
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:
1. |
jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-11 Vranino, b'superfiċe ta' 392,42 km2 u b'koordinati tal-konfini 1 sa 5, kif deskritt fl-Anness għal din id-deċiżjoni; |
2. |
jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 ser jissejjes fuq kompetizzjoni; |
3. |
jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jkun jista’ jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art; |
4. |
il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triq Triaditza, Sofia; |
5. |
id-data tal-għeluq għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali; |
9. |
il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 2 500 (2 500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5; |
10. |
l-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art; |
11. |
il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni; |
12. |
id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 50 000 (50 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel id-data tal-għeluq speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif iddikjarat fil-fajl tal-kompetizzjoni; |
13. |
fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, l-applikant jirċievi lura d-depożitu li jkun ħallas f’forma ta’ rimbors fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx; |
14. |
id-depożitu tal-applikant li jirbaħ il-kompetizzjoni jinżamm u l-bqija tal-parteċipanti l-oħra jirċievu lura d-depożiti f'forma ta' rimbors fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat; |
15. |
l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti mill-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art; |
16. |
l-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni; |
17. |
il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss; |
18. |
il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:
|
19. |
l-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Prim Ministru
Sergei STANISHEV
Is-Segretarju Prinċipali tal-kunsill tal-Ministri
Vesselin DAKOV
Kopja awtentika,
Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett
Vesselin DAKOV
ANNESS
LISTA TA' KOORDINATI
1. |
Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta' koordinati: 1950): tal-Block 1-11 Vranino: |
1. |
43° 39′ 42,190″ N |
28° 14′ 59,825″ E |
2. |
43° 36′ 49,199″ N |
28° 30′ 00,834″ E |
3. |
43° 25′ 54,191″ N |
28° 23′ 09,845″ E |
4. |
43° 29′ 46,184″ N |
28° 11′ 05,835″ E |
5. |
43° 39′ 42,190″ N |
28° 14′ 59,825″ E |
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/16 |
DEĊIŻJONI Nru 580
tat-2 ta’ Lulju 2009
dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, li jinsab fil-provinċji ta’ Pleven, u Veliko Tarnovo u n-notifika rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
2009/C 232/08
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI
Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 4(2)(16) u t-Taqsima 24a tal-Att tal-Enerġija,
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA LI:
1. |
jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, b'superfiċe ta' 260,96 km2 u b'koordinati 1 sa 5 skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
2. |
jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 se jkun imsejjes fuq kompetizzjoni. |
3. |
jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
4. |
Il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia. |
5. |
L-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
7. |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
8. |
Il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali. |
9. |
Il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 500 (500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara’ mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street , Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5. |
10. |
L-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
11. |
Il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni. |
12. |
Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 10 000 (10 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel l-iskadenza speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif jidher fil-fajl tal-kompetizzjoni. |
13. |
Fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, id-depożitu li l-applikant ikun ħallas jiġi rimburżat fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx. |
14. |
Id-depożitu ta’ min ikun rebaħ l-offerta jinżamm u l-bqija tal-applikanti l-oħra jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat. |
15. |
L-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti tal-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art. |
16. |
L-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni. |
17. |
Il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss. |
18. |
Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:
|
19. |
L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Prim Ministru
Sergei STANISHEV
Is-Segretarju prinċipali tal-kunsill tal-Ministri
Vesselin DAKOV
Kopja awtentika,
Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett
Vesselin DAKOV
ANNESS
LISTA TA’ KOORDINATI
1. |
Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta’ koordinati: 1950): tal-Blokk 1-17 Ovcha Mogila: |
1. |
43° 31′ 53,551″ N |
25° 08′ 03,624″ E |
2. |
43° 31′ 49,230″ N |
25° 28′ 10,182″ E |
3. |
43° 26′ 37,261″ N |
25° 28′ 10,451″ E |
4. |
43° 26′ 41,617″ N |
25° 08′ 05,618″ E |
5. |
43° 31′ 53,551″ N |
25° 08′ 03,624″ E |
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/09
1. |
Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta’ partijiet mill-grupp ta’ kumpaniji Median (“Median clinics”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5608 – Advent/Median Clinics, fl-indirizz li ġej:
|
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/20 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/10
1. |
Fit-18 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Blackstone Group (“Blackstone”, USA) u British Land Company plc (“British Land”, UK) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriżi li huma sidien ta' “The Broadgate Estate” f’Londra permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5625 – British Land/Blackstone/Broadgate Estate, fl-indirizz li ġej:
|
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 232/11
1. |
Fit-18 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Investindustrial L.P. (“Investindustrial LP”, Jersey-Channel Islands), Investindustrial IV L.P. (“Investindustrial IV LP”, Jersey-Channel Islands) – flimkien “Investindustrial Funds” – u Alpha Private Equity Fund V (“Alpha V”, Jersey-Channel Islands) akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża sħiħa Permasteelisa S.p.A. (“Permasteelisa”, l-Italja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa, fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 232/12
Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“CASTAÑA DE GALICIA”
Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0609-21.06.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Denominazzjoni:
“Castaña de Galicia”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott [skont il-klassifikazzjoni tal-Anness II]:
Klassi 1.6 |
Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” hija riservata għall-frott miksub minn kultivazzjonijiet awtoktoni tal-Galicia tal-qastan Ewropew (Castanea sativa, Mill.) bil-ħsieb li jiġu kkunsmati mill-bniedem u li jiġu kkummerċjalizzati friski jew iffriżati.
Dawn il-kultivazzjonijiet huma ffurmati minn grupp ta’ ekotipi ta’ oriġini lokali ġejjin minn selezzjonijiet li saru mill-bdiewa matul is-sekli bil-ħsieb li jtejbu l-kwalitajiet produttivi tagħhom. Il-morfoloġija u l-ispeċifiċità tal-prodott huma deskritti u identifikati sew fil-konfront ta’ żoni ta’ produzzjoni oħrajn fi Spanja, il-Portugall u Franza. Dawn il-kultivazzjonijiet huma kkunsidrati bħala patrimonju uniku ta’ riżorsi fitoġenetiċi għall-ħarsien tad-diversità bijoloġika u ġenetika, u jġibu l-isem, skont id-definizzjoni legali, ta’ “varjetajiet ta’ konservazzjoni”.
B’hekk iż-żamma tat-tekniki tradizzjonali tal-kultivazzjoni tal-qastan fil-Galicia ppermettiet is-selezzjoni ta’ għadd omoġenju ta’ kultivazzjoniet awtoktoni u din hija l-bażi li fuqha nbniet ir-reputazzjoni u l-fama tal-qastna tal-Galicia.
Il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-“Castaña de Galicia” huma:
— |
Perikarpu fin, kannella u jleqq, |
— |
Episperma (membrana) fina kemm kemm imqabbda maż-żerriegħa u li tinqala’ faċilment meta titqaxxar il-qastna, |
— |
Togħma ħelwa u konsistenza soda iżda ma għandhiex mid-dqiq, |
— |
Bejn 50 u 60 % ta’ kontenut ta’ ilma fil-frott meta jinqata’, |
— |
Ġeneralment, f’kull qoxra ikun hemm 3 frottiet jew inqas, |
— |
Perċentwal medju ta’ karboidrati ta’ 59,5 % (imkejjel fuq materja xotta), l-ogħla valur fil-bqija taż-żoni kollha ta’ produzzjoni fit-territiorju Spanjol, |
— |
Perċentwali medji baxxi ħafna ta’ qastan maqsum (4,5 %) u qastan magħluq (2,1 %). Il-qastan tal-Galicia jippreżenta l-inqas valur taż-żewġ parametri miġbura flimkien meta mqabbel ma’ dak tal-bqija taż-żoni ta’ produzzjoni Spanjoli. |
Wara d-definizzjoni tal-valuri medji li jiddeskrivu l-qastan tal-Galicia, wieħed jista’ jkompli billi jiddeskrivi l-karatteristiċi li japplikaw għall-frott li għandu jiġi protett bl-IĠP “Castaña de Galicia” wara l-qtugħ.
— |
Kontenut minimu tal-ilma 50 % u massimu ta’ 60 %, |
— |
Perċentwal massimu ta’ frott magħluq: 12 %, |
— |
Perċentwal minimu ta’ karboidrati: 55 %, |
— |
In-numru massimu ta’ frott kull kilogramm ma jkunx iktar minn 120 fil-każ tal-prodott frisk u 200 fil-każ tal-prodott iffriżat. |
F’kull imballaġġ ta’ qastan IĠP “Castaña de Galicia” huwa awtorizzat massimu ta’ 5 % ta’ frott li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet rikjesti.
Il-proċess ta’ ffriżar isir biss biex jittawwal iż-żmien ta’ konservazzjoni tal-prodott, mingħajr ma dan jgħaddi, lanqas minimament, minn proċess ta’ trasformazzjoni, b’tali mod li kemm il-frott frisk kif ukoll dak iffriżat ikollu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ssemmew aktar ’il fuq.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:
Bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni vera u proprja, ma jeżistux proċessi speċifiċi li għandhom jitwettqu fiż-żona territorjali identifikata.
3.6. Regoli speċjali ta’ kif jitqatta’, jitfarrak, jiġi ppakkjat, eċċ.:
Il-qastan bl-IĠP “Castaña de Galicia” jiġi kkummerċjalizzat f’pakketti tax-xibka, tar-raffja jew tad-drapp fil-każ tal-frott frisk u, fil-każ tal-prodott iffriżat, f’pakketti ta’ materjal li jintuża għall-ikel awtorizzat mil-leġislazzjoni fis-seħħ dwar l-ikel. Fiż-żewġ każijiet, il-piżijiet awtorizzati għandhom ikunu ta’ 500 g, 1 kg, 2,5 kg, 5 kg, 10 kg, 15 kg, 20 kg u 25 kg, għalkemm wieħed jikkunsidra l-possibbiltà ta’ formati oħra, dejjem jekk il-kwalità tal-prodott ma tkunx kompromessa.
3.7. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
Il-qastan kummerċjalizzat kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” għandu jkollu t-tikketta kummerċjali li tikkorrispondi ma’ kull produttur/azjenda tal-imballaġġ u tikketta tal-IĠP, b’kodiċi alfanumeriku bin-numru korrelattiv, approvat u ppubblikat mill-organu ta’ spezzjoni, u bil-logo uffiċjali tad-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Kemm it-tikketta kummerċjali kif ukoll it-tikketta speċifika tal-IĠP irid ikollhom ir-referenza Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia”.
Fuq it-tikketti tal-prodotti pproċessati (bħalma huma l-puré tal-qastan, il-krema tal-qastan, il-qastan fil-ġulepp, il-qastan fl-alkoħol, il-marrón glacé, il-bombón de marrón glacé…) jista’ jiġi indikat li l-qastan użat fil-preparazzjoni tagħhom ġej mill-IĠP “Castaña de Galicia”, dejjem jekk il-materja prima tkun tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Castaña de Galicia” tinkludi parti mit-territorju tal-Comunidad Autónoma ta’ Galicia li tinsab imdawra bid-Dorsal Gallega fil-Punent u bis-Sierra del Xistral fuq in-naħa tat-Tramuntana.
Għalhekk, mill-aspett amministrattiv, iż-żona ta' kultivazzjoni tinkludi:
— |
Il-provinċja ta’ A Coruña: Comarca de Terra de Melide u l-muniċipalitajiet ta’ Arzúa y Boimorto (Comarca de Arzúa), |
— |
Il-provinċja kollha ta’ Lugo, ħlief il-muniċipalitajiet ta’ O Vicedo, Viveiro, Xove u Cervo (Comarca de Mariña Occidental), Burela u Foz (Comarca de Mariña Central) u Barreiros u Ribadeo (Comarca de Mariña Oriental), |
— |
Il-muniċipalitajiet kollha tal-provinċja ta’ Ourense, |
— |
Il-provinċja ta’ Pontevedra: Il-Comarca ta’ Tabeirós-Terra de Montes u l-Deza, il-muniċipalitajiet ta’ Cotobade, A Lama u Campo Lameiro (Comarca de Pontevedra) u l-muniċipalità Cuntis (Comarca de Caldas). |
Id-definizzjoni taż-żona ta’ produzzjoni msemmija tippreżenta kundizzjonijiet ta’ nżul tax-xita, temperaturi u ħamrija eċċellenti għall-kultivazzjoni tal-qastan ta’ kwalità.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika definita tippreżenta kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sew tal-kultivazzjoni u tal-kwalità għolja tal-qastan tal-Galicia, bħalma huma t-temperaturi moderati matul l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-frott u l-umdità fl-ambjent li tippermetti perċentwal għoli ta’ kontenut ta’ ilma fil-frott, karatteristiċi li jagħtu kwalità għolja lill-prodott.
Iktar ’il quddiem se jiġu deskritti b’iktar dettall il-karatteristiċi speċifici taż-żona ġeografika tal-IĠP b’referenza diretta għal parametri li huma kkunsidrati bħala l-aqwa għall-qastan.
— |
L-inżul tax-xita: Iż-żona ta’ produzzjoni tippreżenta livell għoli ta’ nżul ta’ xita, b’valuri ta’ xita mkejla matul is-sena ta’ 1 000 mm, flimkien ma’ ċerta nixfa Sajfija li mbagħad tgħib mix-xahar ta’ Settembru ′l quddiem. Dawn iż-żewġ ċirkustanzi jiffavorixxu t-tnejn li huma l-kwalità tal-qastan. Iż-żoni tal-Galicia li jinsabu l-iktar qrib tal-kosta huma esklużi miż-żona ta’ produzzjoni minħabba li l-valuri tax-xita f’dawk iż-żoni jaqbeż il-limitu rakkomandat għall-kultivazzjoni, |
— |
Temperatura: Iż-żona tippreżenta temperaturi medji ta’ bejn 6 u 14 °C matul is-sena, li jikkorrispondu mal-intervalli rakkomandati għall-qastan (3 – 16 °C), b’temperaturi għoljin li jiffavorixxu l-maturazzjoni u l-iżvilupp tal-frott fis-Sajf, |
— |
It-temperaturi u x-xita: In-nofs tan-naħa tal-Lvant jirrappreżenta ż-żona li tiffavorixxi l-iktar il-qastan, speċi li tiżviluppa aħjar f’ambjenti b’ċerta umdità fl-ambjent, li qatt ma għandha tkun għolja wisq, għax f’dak il-każ tkun tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ mard bħall-marda tal-linka u l-ġlata tal-qastan, |
— |
Ipsometrija: Iż-żona definita tinsab f'altitudnijiet fejn is-siġar tal-qastan jkollhom l-aħjar addattament (f’firxa ta’ bejn l-400 u d-900 m., li ma taqbiżx l-1 200 m.), |
— |
Ħamrija u litografija: Il-maġġoranza tal-erja fiha ħamrija li ġiet żviluppata fuq il-granit u blat metamorfiku (blat artab li jitfarrak malajr tat-tajn jew tafal magħqud u lavanja), bi struttura tal-franka, b'ħafna materja organika, b’livell ta’ pH u ta’ ġir attiv baxxi, ikkunsidrati bħala l-iktar adatti għall-kultivazzjoni tal-qastan. |
Il-kultivazzjoni tal-qastan għandha valur ambjentali għoli, kif ukoll addattament perfett għall-kundizzjonijiet edafoklimatiċi li jippredominaw fiż-żoni tal-muntanji għoljin u medji li jinsabu fil-parti interna tal-Galicia, fejn din tirriżulta bħala l-alternattiva agronomika l-iktar kompetittiva. L-evoluzzjoni storika u t-tipoloġija tal-użu tal-istess territorju (favur l-ispeċi ta’ siġar tal-injam li jikbru malajr u kultivazzjonijiet bħal tal-qamħirrum u tal-patata) inbidlet f'fattur ieħor li kkontribwixxa għad-definizzjoni tat-territorju inkwistjoni.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Minbarra l-ispeċifiċità dovuta għall-kundizzjonjiet edafoklimatiċi adegwati taż-żona ta’ produzzjoni msemmija fil-punt ta' qabel u li jirriżultaw fl-aqwa żvilupp tal-frott, il-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia tinvolvi xogħol intensiv ta’ selezzjoni li ilu jsir matul sekli sħaħ mill-bdiewa tal-Galicia fis-“soutos” (meta wieħed isemmi is-“soutos” ikun qed jirreferi għal kultivazzjonijiet ta’ siġar tal-istess età jew kważi, fejn jiġu applikati l-istess prattiki kulturali). B’dan il-mod, il-fattur uman, permezz tal-prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali u b'ħafna attenzjoni, serva bħala mutur li ħoloq selezzjoni kontinwa tal-varjetà (fir-rigward tal-karatteristiċi tal-produzzjoni u tal-kwalità), bir-riżultat ta’ serje ta' ekotipi awtoktoni li llum il-ġurnata jikkostitwixxu l-qastan tal-Galicia ta’ kwalità. Permezz ta’ dawn il-fatturi kollha nkisbet din il-qastna li llum il-ġurnata tgawdi minn tant fama u prestiġju.
Il-mudell tal-produzzjoni li kien jikkostitwixxi is-“soutos” għadu attwalment fis-seħħ, u minbarra li juri r-rabta mal-kultura u t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia, għandu wkoll ir-rwol importanti ta’ sors tal-materja veġetali għall-użu tiegħu f'kultivazzjonijiet ġodda speċifiċi għall-qastan li jsiru skont it-tekniki ta’ kultivazzjoni moderni.
Fost il-kartteristiċi li jagħtu speċifiċità fil-kwalità tal-qastan tal-Galicia meta mqabbla ma’ qastan ieħor li jiġi minn żoni ta’ produzzjoni oħra, jistgħu jissemmew:
— |
Episperma (membrana) fina kemm kemm imqabbda maż-żerriegħa u li tinqala’ faċilment meta titqaxxar il-qastna, |
— |
Perċentwal baxx ta’ frott magħluq, raġuni li, bħall-punt ta’ qabel, tikkontribwixxi ħafna biex il-qastan jitqaxxar faċilment, |
— |
Perċentwal għoli fil-kontenut tal-ilma, li huwa parametru valorizzat ħafna għall-konsum tal-prodott frisk kif ukoll għall-preparazzjoni tal-prodott trasformat, |
— |
Perċentwal baxx ta’ qsim, li jnaqqas sew ir-rimi waqt is-selezzjoni, |
— |
Perċentwal għoli ta’ lamtu, li jirriżulta f’togħma iktar ħelwa fil-qastna wara li din tiġi ttrasformata (idroliżi naturali minħabba l-maturazzjoni u idroliżi megħjuna mill-proċessi termiċi) f’zokkor. |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
Is-siġra tal-qastan ilha teżisti fi stat selvaġġ fil-Galicia sa miż-żmien Pleistoċenu, iżda d-domestikazzjoni u l-introduzzjoni tal-kultivazzjoni tagħha waslet mad-dominazzjoni Rumana. Iktar tard, fil-Medjuevu l-kleru u n-nobbiltà taw spinta ġdida lill-qastan, billi żiedu l-kultivazzjoni tiegħu u rabtuh mal-kultivazzjoni tad-dwieli.
Għalhekk, sa minn żmien antik, bdiet issir selezzjoni u tixrid ta’ varjetajiet awtoktoni ta’ qastan ta’ kwalità għolja, li ġeneralment seta’ jintuża kemm għall-injam kif ukoll għall-frott. Mill-banda l-oħra, it-tixrid kbir tal-popolazzjoni li storikament ikkaratterizzat ir-reġjun tal-Galicia, u okkupat prattikament it-territorju kollu (żoni tal-kosta, pjanuri ċentrali, widien u muntanji), iffavorixxa s-selezzjoni ta’ għadd ta’ varjetajiet bi kwalitajiet differenti fis-sens ta’ ambjent, b’kombinazzjoni eċċellenti ta’ addattament edafoklimatiku b’perċentwali baxxi ta' frott maqsum u magħluq, daqs adegwat, eċċ.
L-addattament eċċellenti tal-qastan għall-kundizzjonijiet ambjentali tad-definizzjoni taż-żona magħżula (karattru speċifiku taż-żona ġeografika) diġà jagħti minnu nnifsu kwalità għolja lill-prodott, u din tiġi mir-rabta loġika li hemm bejn l-iżvilupp tajjeb tal-ispeċi tas-siġra u l-kisba ta’ frott ta’ kwalità. Minbarra hekk, it-temperaturi moderati matul l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-qastan, kif ukoll l-umdità għolja fl-ambjent taż-żona ta’ produzzjoni jagħtu perċentwal għoli lill-kontenut tal-ilma fil-frott, fattur ivvalorizzat ħafna kemm għall-konsum tal-frott frisk kif ukoll għall-użu tiegħu bħala materja prima fil-preparazzjoni tal-frott ipproċessat.
Mill-banda l-oħra, il-metodi ta’ kultivazzjoni fis-“soutos” kienu jikkostitwixxu tradizzjonalment il-mudell ta’ produzzjoni bażika fil-produzzjoni tal-qastan tal-Galicia. Dan l-ambjent ta’ produzzjoni kkontribwixxa għas-selezzjoni li saret bil-mod il-mod u għad-domestikazzjoni tal-qastan mill-bdiewa, imsejsa fuq il-produttività u l-kwalità, li wasslu għal għadd ta’ ekotipi lokali li rriżultaw fil-kultivazzjonijiet awtoktoni li jinsabu fil-produzzjoni attwali u li fuqhom tibbaża l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-fama tal-qastan tal-Galicia.
Dan il-prestiġju tal-qastan tal-Galicia jidher mill-pożizzjoni tajba li huwa jokkupa fit-traffiku kummerċjali, u mill-fatt li jiġri spiss li qastan ta’ oriġini oħrajn jinbiegħ għax ikun immarkat bħala qastan tal-Galicia, fatt li jipprova r-reputazzjoni tiegħu. Fost ir-referenzi bibliografiċi bbażati fuq ir-reputazzjoni storika tal-qastan tal-Galicia wieħed jista’ jsemmi dawn li ġejjin:
— |
Għadd ta’ dokumenti miġbura fil-monasteri tal-Galicia li jirreferu għall-importanza tal-qastan tal-Galicia fil-Medjuevu. Din id-dokumentazzjoni tissemma f’diversi xogħlijiet, l-aħjar fosthom huma “El priorato benedictino de San Vicenzo de Pombeiro y su colección diplomática en la Edad Media” u “El monasterio de S. Clodio do Ribeiro en la Edad Media: Estudio y Documentos” ta’ M. Lucas Álvarez y P. Lucas Domínguez jew il-“Colección Diplomática do mosteiro cisterciense de Sta. María de Oseira” ta’ M. Romaní Martínez, |
— |
Referenza ta’ Alexandre Dumas fir-rumanz tiegħu “De París a Cádiz”, miktub fl-1847 fir-rigward tal-kwalità tal-qastan ta’ Galicia, |
— |
Il-kunsiderazzjoni tal-kultivazzjonijiet tal-qastan bħala wieħed mill-elementi l-iktar importanti tal-pajsaġġ agrarju tal-Galicia minn Abel Bouhier fix-xogħol tiegħu “La Galice. Essai géographique d'analyse et d'interpretation d'un vieux complexe agraire”, |
— |
Għadd ta’ referenzi għall-festa tal-“magosto” (festa popolari li tiġi ċċelebrata f’ħafna lokalitajiet fil-Galicia, li fiha l-qastan għandu rwol ewlieni); biex insemmu eżempju wieħed, il-ġabra ta’ Manuel Murguía fix-xogħol tiegħu “Historia de Galicia” (1865), |
— |
Ir-rwol importanti li għandu l-qastan tal-Galicia fir-riċetti, bħal dawk miġbura minn Manuel Puga u Parga (1874-1917) fil-ktieb tiegħu “La Cocina Práctica” (1905), jew f’għadd ta' platti deskritti minn “La Cocina Gallega” (1973). |
Il-frekwenza tar-referenzi li wieħed jista’ jsib fl-internet għall-qastan tal-Galicia u għall-oriġini tiegħu hija prova oħra indiretta tal-għarfien wiesa’ tar-reputazzjoni u l-prestiġju tal-qastan tal-Galicia. Fil-fatt, tfittxija bil-Google fid-data 20 ta’ Novembru 2008 bir-referenza “castaña/s gallega/s” (qastan/qastan tal-Galicia) jew l-ekwivalenti bil-Gallego (castaña/s galega/s) tellgħet total ta’ 5 600 riżultat, filwaqt li tfittxija bir-referenza “castaña/s española/s” (qastna/qastan ta’ Spanja) fl-istess data tellgħet inqas minn 200 riżultat, u t-tiftix dwar qastan ta’ oriġini oħra (Asturias, Anadalucía jew Extremadura) ma tellax iktar minn 20 riżultat għal kull wieħed minnhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
Orden tat-3 ta’ Novembru 2006 li biha tiġi adottata d-deċiżjoni favorevoli fir-rigward tal-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Castaña de Galicia.
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Galicia Nru 219 tal-14 ta’ Novembru 2006.
http://dxosi.xunta.es:90/Doc/Dog2006.nsf/FichaContenido/234BE?OpenDocument
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/27 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 232/13
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ΕΞΑΙΡΕΤΙΚO ΠΑΡΘEΝΟ ΕΛΑΙOΛΑΔΟ ΣEΛΙΝΟ ΚΡHΤΗΣ” (EXERETIKO PARTHENO ELEOLADO SELINO KRITIS)
Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0515-20.12.2005
DPO ( X ) IĠP ( )
Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet informattivi.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem: |
Διεύθυνση Βιολογικής Γεωργίας, του Υπουργείου Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων (Id-Dipartiment tal-Biedja Organika tal-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel) |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+30 2108232025 |
|||
Feks |
+30 2108821241 |
|||
Posta elettronika: |
ax29u029@minagric.gr, ax29u030@minagric.gr |
2. Grupp:
Isem: |
Ένωση Αγροτικών Συνεταιρισμών Σελίνου (Il-Junjin tal-Kooperattivi Agrikoli ta’ Selinos) |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+30 2823041209 / 41306 |
|||
Feks |
+30 282341463 |
|||
Posta elettronika: |
easselin@otenet.gr |
|||
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn: ( ) |
3. Varjetà ta’ prodott:
Klassi: 1.5. |
Żjut u xaħmijiet |
4. Speċifikazzjoni:
(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
‘Εξαιρετικό Παρθένο Ελαιόλαδο Σέλινο Κρήτης’ (Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis)
4.2. Deskrizzjoni:
Żejt taż-żebbuġa extra-verġini, ta’ lewn aħdar skur fl-aħdar, b’medja ta’ difetti li jammontaw għal xejn, b’togħma tajba, ftit morra u pikkanti u b’riħa tfuħ ta’ żebbuġ b’medja minima ta’ attribut iffruttat ta’ 3,2. Aċidità massima ta’ 0,7 % (perċentwal skont il-piż tal-aċidu olejku) u numru tal-perossidu b’massimu ta' 15 (meq ta’ ossiġnu attiv/kg). Il-koeffiċjenti ta’ estinzjoni (extinction coefficients) Κ270 u Κ232 u l-varjazzjoni tagħhom għandhom valuri massimi ta' 0,15, 2,5 u 0,00 rispettivament.
Iż-żejt taż-żebbuġa huwa magħmul miż-żebbuġ tal-varjetà “tsounati”, bi proporzjon ta’ mill-lanqas 60 %, u miż-żebbuġ tal-varjetà “koroneiki” sa massimu ta’ 40 %.
Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi ta’ Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis jinkisbu l-iktar minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-klima (xemx qawwija, ħafna xita, livell relattivament baxx ta’ umdità) u l-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi (art b’pendil u b'varjazzjonijiet sinifikanti ta' altitudni) fiż-żona, u minħabba l-isfruttar tal-vantaġġi komparattivi li joħorġu mill-karatteristiċi taż-żebbuġ tal-varjetjiet tsounati u koroneiki li jikbru fiż-żoni ta' altitudnijiet varji taż-żona ġeografika definita.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa huma prodotti fiż-żona ġeografika definita. Iż-żona ġeografika hija l-Provinċja ta’ Selinos, li tinsab fil-parti tal-Lbiċ tal-Prefettura ta’ Hania. Tkopri d-distretti amministrattivi tal-muniċipalitajiet ta’ Kandanos, Pelekanos u Anatolikos Selinos. Parti kbira miż-żona hija magħmula minn muntanji, ogħla minn 1 000 metru. Hija miżgħuda bis-siġar taż-żebbuġ, li huma l-għelejjel prinċipali tal-familji tal-bdiewa tal-Provinċja tal-Prefettura.
4.4. Prova tal-oriġini:
It-traċċabilità tal-prodott hija ggarantita f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni, mit-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ sat-tagħsir, il-ħżin, il-ġarr u l-istandardizzazzjoni tal-prodott sa meta jasal għand il-konsumatur aħħari.
Kull persuna involuta żżomm id-dejta li għandha x’taqsam mal-proċessi tal-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni sabiex il-korp kompetenti ta’ sorveljanza (bħalissa l-OPEGEP) jkun jista’ jara li l-proċeduri kollha ġew onorati u b’hekk tkun żgurata t-traċċabilità tal-prodott.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tal-varjetajiet tsounati u koroneiki hija estensiva u ssir billi jintużaw vera ftit stimulanti (fertilizzanti, irrigazzjoni, prodotti li jħarsu l-pjanti). Iż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki huwa kkultivat fuq l-art li jkollha altitudni ta' massimu ta' 500 metru filwaqt li ż-żebbuġ tal-varjetà tsounati jinsab f'altitudnijiet ogħla. Fejn l-art hija kemm kemm imżerżqa, il-ħamrija tinħadem billi jintużaw l-iktar mezzi mekkanizzati. Minħabba li ħafna mill-ħamrija fiż-żona ma tirreaġixxix għall-aċidu, il-fertilizzanti tal-kubrit ma jintużawx imma kultant jingħata trattament bil-ġir. Is-siġar taż-żebbuġ jirreaġixxu b’mod pożittiv għaż-żieda ta’ nitroġenu kull sena filwaqt li r-reazzjoni għall-fertilizzanti tal-potassju hija żgħira imma pożittiva. Fiż-żona hemm biss ftit imsaġar taż-żebbuġ bl-irrrigazzjoni. L-għadu prinċipali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ huwa d–dubbiena taż-żebbuġa (Bactrocera oleae), li d-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali tal-Prefettura ta' Hania qiegħed jeqridha billi jisprejja lixka preventiva fuq l-art. Il-popolazzjoni tad-dubbiena taż-żebbuġa hija mmonitorjata bl-użu ta’ nases xierqa. Fl-isfond tal-ġlieda kontra l-mard tas-siġar taż-żebbuġ, il-grieħi jitbexxew kontra l-mard u jiġu ddiżinfettati bi tħejjijiet xierqa, b’mod partikolari għaż-żebbuġ koroneiki. Għalkemm iż-żebbuġ tal-varjetà tsounati huwa sensittiv għall-fungus Cycloconium oleaginum, mhuwiex meqjus xieraq li jittieħdu xi miżuri billi minħabba l-ġeomorfoloġija taż-żona, hemm ventilazzjoni tajba u l-livell relattiv tal-umdità fl-arja jinżamm f'livelli li mhumiex għolja biżżejjed u għalhekk ma jgħinux sabiex il-mard jiżviluppa.
Il-qtugħ taż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki jibda fil-bidu ta’ Novembru u jispiċċa f’Diċembru, filwaqt li ż-żebbuġ tal-varjetà tsounati jsir fi stadji u l-qtugħ jibda fl-aħħar ta’ Diċembru – bidu ta’ Jannar, huwa sospiż waqt l-istaġun kiesaħ u jerġa’ jibda fl-aħħar ta’ Frar, u jispiċċa f’April. Madankollu, il-massa taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati li jintuża għaż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Selinos jinqata’ sal-aħħar ta’ Jannar, u għalhekk iż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa tal-kwalità. Il-kriterji użati sabiex jiġi determinat il-livell ta' sajran tal-frott huma meta l-lewn tal-qoxra jinbidel għal kollox minn isfar ħadrani għal vjola skur u mill-anqas nofs il-laħam huwa ta' lewn vjola skur. Iż-żebbuġ jinqata’ billi jintużaw għodod apposta għall-ħsad u jinġabar fl-istess waqt mill-art ladarba jaqa’ fix-xbieki li jitqiegħdu apposta biex jinġabar.
Iż-żebbuġ jinġarr l-iktar fl-ixkejjer magħmulin minn materjal ħafif jew f’kontenituri tal-plastik. Jinħażnu f’żoni speċjali taħt kundizzjonijiet ikkontrollati sabiex jiġu ppriżervati l-kwalitajiet speċifiċi tagħhom. Minħabba li ż-żebbuġ għandu jiġi pproċessat mhux iktar tard minn 24 siegħa wara li jkun inqata’, il-ħin għall-ġarr u l-ħżin għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u b’kollox m’għandux jaqbeż l-24 siegħa.
Iż-żejt taż-żebbuġa jingħasar permezz ta’ mezzi mekkanizzati f’temperatura li ma taqbiżx il-25 °C fl-imtieħen taż-żebbuġ fiż-żona li ġew approvati mill-awtorità kompetenti ta’ sorveljanza. Iż-żejt taż-żebbuġa magħmul primarjament miż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki imma wkoll miż-żebbuġ tal-varjetà tsounaki jinħażen kif xieraq għal xahar sa tliet xhur sakemm jitħallat f’tankijiet. Waqt il-perjodu tal-ħżin, il-partiċelli solidi u t-tartru li jkunu trabbew jitneħħew billi ż-żejt taż-żebbuġa jitferra’ f’tank nadif b’tali mod li jillimitah kemm jista’ jkun milli jkun espost għall-ossiġnu u l-ammont ta' arja li jiġi f'kuntatt miegħu.
4.6. Rabta:
Fil-baċir tal-Kantanos hemm siġar taż-żebbuġ kbar ħafna li jsejħulhom “dekaoktouses” li għandhom iktar minn 1 500 sena, bi zkuk li għandhom ċirkonferenza sa 12,3 metru; Il-“mantinades” (kanzunetti folkloristiċi minn Kreta) jikkonfermaw ukoll li Selinos hija żona fejn jipproduċu ż-żejt.
Fir-rigward tal-art tagħha, iż-żona ġeografika definita hija magħmula l-iktar minn ħamrija skistuża, għalkemm hemm ukoll ħamrija kalkarja fi kwantitajiet iżgħar. Ir-reġjun huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul minn muntanji, ogħla minn 400 metru, fil-biċċa l-kbira b’pendil għajr għall-baċir ta' Kantanos li, morfoloġikament huwa qortin. Karatteristiċi partikolari taż-żona huma ħafna xita, livell ta’ umdità relattivament baxx u għadd żgħir ta’ jiem bis-sħab.
L-art, bil-pendil li jispiċċa fi pjanura, li tagħti lill-imsaġar taż-żebbuġ l-aħjar possibbiltà sabiex ikunu esposti għad-dawl, tikkontribwixxi sabiex tiżdied il-konċentrazzjoni tal-alkalojdi li tagħti l-kwalità ffruttata lill-prodott finali. Barra minn hekk, il-kontenut organiku baxx tal-ħamrija jżid il-komponenti aromatiċi taż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott. It-togħma kemm kemm morra u pikkanti hija attribwita għall-fatt li mal-prodott finali jiżdied ftit żebbuġ tal-varjetà koroneiki u dan minħabba s-sustanzi fenoliċi li jinsabu fiż-żebbuġ fiż-żmien tal-qtugħ. Il-lewn aħdar jiġi minħabba l-konċentrazzjoni li tkun żdiedet ta' klorofilla, l-iktar feofitina u pirofeofitina.
Il-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-klima fir-reġjun (l-umdità, it-temperatura) jgħinu l-karatteristiċi taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati, li jista’ jitqies li huwa fil-ħabitat naturali tiegħu, biex jilħaq l-aqwa tiegħu. Il-fatt li din il-varjetà taż-żebbuġ hija mwaħħra, li għalhekk ifisser li s-siġar jarmu tard u l-frott idum biex jikber u għalhekk jimmatura tard, huwa influwenzat mit-temperatura u l-livell relattiv tal-umdità tal-arja u tal-ħamrija li huma l-iktar tajbin fil-perjodi kruċjali. Ukoll, ir-reżistenza taż-żebbuġ tal-varjetà tsounati għall-ksieħ tfisser li ż-żebbuġ jista’ jiġi kkultivat fiż-żona kollha kemm hi. Iż-żebbuġ tal-varjetà koroneiki huwa l-aħjar ikkultivat f’altitudnijiet iktar baxxi u f’ħamrija umda biżżejjed, għalhekk tintuża l-art speċifika taż-żona ġeografika definita bl-aħjar mod possibbli.
Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tal-varjetajiet tsounati u koroneiki, u b’estensjoni l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini ta’ Selinos, hija l-uniku mod possibbli għal żvilupp li jista’ jittieħed għaż-żona ġeografika definita minħabba li l-predominanza tal-faqar, u fil-biċċa l-kbira minħabba l-aċidu, il-ħamrija skistuża tagħmel is-sitwazzjoni diffiċli sabiex wieħed jaqleb għal għelejjel differenti jew varjetà differenti ta’ żebbuġ jew sabiex jadotta metodi intensivi ta’ kultivazzjoni li huma iktar produttivi. Barra minn dan, is-sbuħija naturali tal-pajsaġġ hija ppriżervata minħabba li s-sistema b’saħħitha tal-għeruq li jkunu jinsabu fil-ħamrija fejn hemm iż-żebbuġ tal-varjetà tsounati b’mod partikolari tevita t-tnixxija tal-ilma mill-wiċċ u l-erożjoni tal-art skistuża bil-pendil li tkun partikolarment fraġli.
4.7. Korp ta’ spezzjoni:
Skont il-leġislazzjoni nazzjonali, l-ispezzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw id-denominazzjoni tal-oriġini protetta taż-żejt taż-żebbuġa qegħdin isiru mill-korpi msemmijin hawn taħt.
Isem: |
Διεύθυνση Γεωργίας του Ν. Χανιών (Id-Direttorat Agrikolu tal-Prefettura ta’ Hania) |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+30 2821056463 |
|||
Feks |
+30 2821028047 |
|||
Posta elettronika: |
u14901@minagric.gr |
|||
Isem: |
Οργανισμός Πιστοποίησης και Ελέγχου Γεωργικών Προϊόντων, Ο.Π.Ε.Γ.Ε.Π. (L-Organizzazzjoni għall-Ħruġ taċ-Ċertifikati tal-Prodotti Agrikoli, l-OPEGEP) |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+30 2108231277 |
|||
Feks |
+30 2108231438 |
|||
Posta elettronika: |
info@agrocert.gr |
4.8. Ittikkettar
L-imballaġġ taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkollu l-indikazzjoni: “Εξαιρετικό Παρθένο Ελαιόλαδο Σέλινο Κρήτης” (Exeretiko Partheno Eleolado Selino Kritis), kif ukoll l-informazzjoni mitluba skont il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità.
Rettifika
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/31 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 217 tal-11 ta’ Settembru 2009 )
2009/C 232/14
F’paġna 10, taħt “Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku”:
minflok:
“Id-digriet tal-14.8.2009: modifikazzjoni tal-OSP fir-rotta Strasburgu–Ruma (NOR: DEVA0918070A)”;
aqra:
“Id-digriet tal-14.8.2009: impożizzjoni tal-OSP fir-rotta Strasburgu–Ruma (NOR : DEVA0918070A)”;
minflok:
“osp-compagnies@dta.aviation-civile.gouv.fr”;
aqra:
“compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr”.