|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.229.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2009/C 229/01 |
||
|
2009/C 229/02 |
||
|
2009/C 229/03 |
||
|
2009/C 229/04 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 229/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2009/C 229/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 229/07 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (COM(2008) 820 finali)
2009/C 229/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 riċevuta fit-3 ta' Diċembru 2008 mill-Kummissjoni,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD)
|
1. |
Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (minn issa 'l quddiem, “Proposta” jew “Proposta tal-Kummissjoni”) intbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2008, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Din il-konsultazzjoni għandha tissemma b'mod espliċitu fil-preambolu tar-Regolament. |
|
2. |
Il-KEPD ikkontribwixxa għall-proposta fi stadju aktar bikri, u bosta mill-punti li huwa qajjem informalment matul il-proċess preparatorju kienu kkunisdrati mill-Kummissjoni fit-test finali tal-Proposta tagħha. |
Il-proposta fil-kuntest tagħha
|
3. |
Il-proposta hija riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (3) (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament ta' Dublin”). Hija kienet ippreżentata mill-Kummissjoni bħala parti mill-ewwel pakkett ta' proposti li jimmiraw biex jiġi żgurat grad għoli ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam u standards aħjar għall-protezzjoni għas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, kif mitlub mill-Programm tal-Aja tal-4–5 ta' Novembru 2004 u kif imħabbar fil-Pjan ta' Politika dwar l-Asil tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008. Il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom fl-2010. |
|
4. |
Il-Proposta kienet soġġetta għal proċess intensiv ta' evalwazzjoni u konsultazzjoni. B'mod partikolari hija tieħu kont tar-riżultati fir-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema ta' Dublin maħruġ fis-6 ta' Ġunju 2007 (4), li identifika għadd ta' nuqqasijiet legali u prattiċi li jeżistu fis-sistema attwali, kif ukoll kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Kummissjoni minn diversi partijiet interessati b'rispons għall-Green Paper dwar il-futur tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (5). |
|
5. |
L-għan ewlieni tal-Proposta huwa li tiżdied l-effiċjenza tas-sistema ta' Dublin u li jkunu żgurati standards ogħla għall-protezzjoni mogħtija lil dawk li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali skont il-proċedura ta' Dublin. Barra minn hekk, hija timmira għat-tisħiħ tas-solidarjetà lejn dawk l-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet ta' pressjonijiet migratorji partikolari (6). |
|
6. |
Il-Proposta testendi l-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin biex tinkludi l-applikanti għall-protezzjoni sussidjarja (u l-benefiċjarji tagħha). L-emenda hija meħtieġa biex tiżgura konsistenza mal-acquis tal-UE, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (7) (minn issa 'l quddiem “Direttiva dwar il-Kwalifikazzjoni”), li introduċiet l-idea tal-protezzjoni sussidjarja. Barra minn dan, il-Proposta tallinja d-definizzjonijiet u t-terminoloġija użati fir-Regolament ta' Dublin ma' dawk stabbiliti fi strumenti oħra tal-asil. |
|
7. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-sistema, il-Proposta tiddetermina b'mod partikolari l-iskadenza għall-preżentazzjoni tat-talbiet għat-teħid lura u tnaqqas l-iskadenza għat-tweġiba tat-talbiet għal informazzjoni. Hija tikkjarifika wkoll il-klawsoli dwar it-tmiem tar-responsabbiltà kif ukoll iċ-ċirkostanzi u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-klawsoli diskrezzjonarji (umanitarji u sovranità). Hija żżid ir-regoli dwar it-trasferimenti u testendi l-mekkaniżmu ta' soluzzjoni ta' tilwim attwali. Il-Proposta fiha wkoll dispożizzjoni dwar l-organizzazzjoni ta' intervista obbligatorja. |
|
8. |
Barra minn hekk, u anke sabiex jiżdied il-livell ta' protezzjoni mogħti lill-applikanti, il-Proposta tal-Kummissjoni tipprevedi d-dritt ta' appell kontra deċiżjoni ta' trasferiment kif ukoll obbligu għall-awtorità kompetenti li tiddeċiedi jekk l-infurzar tagħha għandux ikun sospiż jew le. Hija tindirizza d-dritt għal assistenza u/jew rappreżentanza legali u għal assistenza legali. Il-Proposta tirreferi wkoll għall-prinċipju li persuna m'għandhiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li hija tkun qed tfittex protezzjoni internazzjonali. Hija testendi wkoll id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja u tindirizza l-ħtiġiet ta' minuri mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħrajn. |
Fokus tal-opinjoni
|
9. |
Din l-opinjoni għandha tindirizza partikolarment l-emendi tat-test li huma l-aktar relevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta personali:
|
II. RIMARKI ĠENERALI
|
10. |
Il-KEPD jappoġġja l-objettivi tal-Proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dak li tiżdied l-effiċjenza tas-sistema ta' Dublin u li jkunu żgurati standards ogħla għall-protezzjoni mogħtija lil dawk li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali skont il-proċedura ta' Dublin. Huwa jikkondividi wkoll l-intendiment tar-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi s-sistema ta' Dublin. |
|
11. |
L-iżgurar ta' livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali hija condicio sine qua non biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u l-livell għoli ta' protezzjoni ta' drittijiet fundamentali oħrajn. Il-KEPD joħroġ din l-opinjoni kompletament konxju mid-dimensjoni wiesgħa tad-drittijiet fundamentali tal-Proposta li tikkonċerna mhux biss l-ipproċessar ta' dejta personali iżda anke bosta drittijiet oħrajn ta' ċittadini ta' pajjiż terz u/jew persuni mingħajr Stat, bħal, partikolarment, id-dritt għall-asil, id-dritt għall-informazzjoni f'sens wiesa’, id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, id-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal-libertà u l-moviment ħieles, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-minuri mhux akkumpanjati. |
|
12. |
Kemm il-Premessa 34 tal-Proposta kif ukoll il-Memorandum ta' Spjegazzjoni jenfasizzaw l-isforzi magħmula mil-leġiżlatur biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-Proposta mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. F'dan il-kuntest, il-Memorandum ta' Spjegazzjoni jirreferi espliċitament għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għall-asil. Il-Memorandum ta' Spjegazzjoni jissottolinja wkoll il-fatt li l-Proposta kienet soġġetta għal skrutinju bir-reqqa sabiex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha huma kompletament kompatibbli mad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja u internazzjonali. Madankollu, minħabba l-mandat tal-KEPD, din l-opinjoni ser tiffoka prinċipalment fuq l-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta. F'dan il-kuntest il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni konsiderevoli li ngħatat fil-Proposta għal dan id-dritt fundamentali u jikkunsidra dan bħala essenzjali biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-proċedura ta' Dublin f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali. |
|
13. |
Il-KEPD jinnota wkoll li l-Proposta tal-Kummissjoni timmira għal konsistenza ma' strumenti legali oħrajn li jirregolaw l-istabbiliment u/jew l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira oħrajn. B'mod partikolari huwa jixtieq jevidenzja l-fatt li kemm il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-bażi tad-dejta kif ukoll il-mod kif il-mudell ta' sorveljanza huwa fformulat fil-Proposta, huma konsistenti mal-qafas tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II u mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża. |
|
14. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li r-rwol tiegħu fil-qasam tas-sorveljanza kien stabbilit biċ-ċar, li ma kienx il-każ, għal raġunijiet ovvji, fit-test preċedenti. |
III. ID-DRITT GĦALL-INFORMAZZJONI
|
15. |
Artikolu 4(1)(f-g) tal-Proposta jistipula: “Malli applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuna li qed tfittex l-asil dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament , u b' mod partikulari:
L-Artikolu 4(2) jiddeskrivi kif l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tad-dispożizzjoni għandha tkun ipprovduta lill-applikant. |
|
16. |
L-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-informazzjoni hija kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-proċedura ta' Dublin. B'mod partikolari, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun provduta b'tali mod li tippermetti lil min ifittex l-asil biex jifhem kompletament is-sitwazzjoni tiegħu kif ukoll il-medda sħiħa tad-drittijiet tiegħu, inklużi l-passi proċedurali li huwa jista' jieħu bħala segwitu għad-deċiżjonijiet amministrattivi meħudin fil-każ tiegħu. |
|
17. |
Fir-rigward tal-aspetti prattiċi tal-implimentazzjoni tad-dritt, il-KEPD jixtieq jirreferi għall-fatt li skont l-Artikolu 4(1)(g) u (2) tal-Proposta, l-Istati Membri għandhom jużaw fuljett komuni għall-applikanti, li għandu jinkludi, fost informazzjoni oħra, “id-dettalji ta' kuntatt tal-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta kompetenti biex jilqgħu talbiet rigward il-protezzjoni tad-dejta personali”. F'dan il-kuntest il-KEPD jixtieq jenfasizza li filwaqt li l-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta (minn issa 'l quddiem “ADPs”), imsemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Proposta, huma fil-fatt kompetenti biex jilqgħu talbiet rigward il-protezzjoni tad-dejta personali, il-formulazzjoni tal-Proposta m'għandhiex timpedixxi lill-applikant (is-suġġett tad-dejta) milli jindirizza talba l-ewwel lill-kontrollur tad-dejta (f’dan il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mill-kooperazzjoni ta' Dublin). Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 4(2) kif taqra attwalment jidher li timplika li l-applikant għandu jressaq it-talba tiegħu – direttament u f'kull każ – quddiem l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta, filwaqt li l-proċedura standard u l-prattika fl-Istati Membri huma li l-applikant iressaq l-ewwel it-talba tiegħu quddiem il-kontrollur tad-dejta. |
|
18. |
Il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li l-formulazzjoni tal-Artikolu 4(g) għandha ssir mill-ġdid sabiex tikkjarifika d-drittijiet li għandhom jingħataw lill-applikant. Il-formulazzjoni kif proposta mhix ċara, peress li tista' tkun interpretata bħala li tikkonsidra id-dritt li wieħed jirċievi informazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżerċitati dawk id-drittijiet (…) bħala parti mid-dritt tal-aċċess għad-dejta u/jew id-dritt li ssir talba biex dejta mhix eżatta tkun ikkoreġuta (…). Barra minn hekk, skont il-formulazzjoni attwali tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-applikant mhux bil-kontenut tad-drittijiet iżda bl-“eżistenza” tagħhom. Peress li din tal-aħħar tidher li hija kwistjoni ta' stil, il-KEPD jissuġġerixxi li l-Artikolu 4(1)(g) ikun ifformulat mill-ġdid kif ġej: “Malli applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuni li jfittxu asil (…) bi (…):
|
|
19. |
Fir-rigward tal-metodi għall-għoti ta' informazzjoni lill-applikanti, il-KEPD jirreferi għall-ħidma li saret mill-Grupp ta' Koordinazzjoni tas-Sorveljanza tal-Eurodac (8) (magħmul minn rappreżentanti tal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta ta' kull wieħed mill-Istati parteċipanti u l-KEPD). Dan il-Grupp attwalment qiegħed jeżamina din il-kwistjoni fil-qafas tal-EURODAC bil-ħsieb li jipproponi gwida relevanti, hekk kif ir-riżultati tal-investigazzjonijiet nazzjonali jkunu disponibbli u jkunu ġew ipproċessati. Minkejja li din l-investigazzjoni kkoordinata tikkonċerna speċifikament l-EURODAC, ir-riżultati tagħha probabbilment ser ikunu ta' interess fil-kuntest ta' Dublin peress li huma jindirizzaw kwistjonijiet bħal-lingwi/it-traduzzjonijiet u l-valutazzjoni ta' kemm min ifittex asil jifhem tassew l-informazzjoni, eċċ. |
IV. LEJN IT-TRASPARENZA
|
20. |
Fir-rigward tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 33 tal-Proposta, il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għandha tippubblika lista konsolidata tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm emendi għaliha, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista kkonsolidata aġġornata darba f'sena. Il-pubblikazzjoni tal-lista kkonsolidata ser tgħin biex tiġi żgurata t-trasparenza u tiġi faċilitata s-sorveljanza mill-APDs. |
V. MEKKANIŻMU ĠDID DWAR L-ISKAMBJU TA' INFORMAZZJONI
|
21. |
Il-KEPD jinnota l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu l-ġdid dwar l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri qabel ma jsiru t-trasferimenti (stabbilit fl-Artikolu 30 tal-Proposta). Huwa jikkonsidra l-għan ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni bħala leġittimu. |
|
22. |
Il-KEPD jinnota wkoll l-eżistenza ta' salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta, skont l-Artikolu 8(1-3) tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u l-moviment ħieles ta' tali dejta, bħal pereżempju: (a) il-kunsens espliċitu tal-applikant u/jew ta' rappreżentant tiegħu, (b) tneħħija immedjata tad-dejta mill-Istat Membru li jittrasferixxi ladarba t-trasferimenti jkunu saru u (c) ipproċessar ta' dejta personali dwar is-saħħa minn professjonista tas-saħħa biss skont il-liġi jew ir-regoli nazzjonali stabbiliti mill-korpi nazzjonali kompetenti, soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali jew minn persuna oħra soġġetta għal obbligu ekwivalenti ta' segretezza (li tkun kisbet it-taħriġ mediku adegwat). Huwa jappoġġja wkoll il-fatt li l-iskambju jsir biss permezz tas-sistema sigura “DubliNet” u mill-awtoritajiet li jkunu ġew innotifikati minn qabel. |
|
23. |
Il-mod kif dan il-mekkaniżmu għandu jkun strutturat huwa ta' importanza kruċjali għall-konformità tiegħu mas-sistema tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari peress li l-iskambju ta' informazzjoni ser ikopri wkoll dejta personali sensittiva ferm, bħal pereżempju informazzjoni dwar “xi bżonnijiet speċjali tal-applikant li qed ikun ittrasferit, li f'każijiet speċifiċi tista' tinkludi informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa fiżika u mentali tal-applikant li se jkun ittrasferit”. F'dan il-kuntest, il-KEPD jappoġġja kompletament l-inklużjoni tal-Artikolu 36 tal-Proposta li jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe użu ħażin tad-dejta (…) ikun punibbli b'penali, inklużi penali amministrattivi u/jew kriminali skont il-liġi nazzjonali. |
VI. REGOLAZZJONI TAL-ISKAMBJU TA' INFORMAZZJONI FIL-QAFAS TAS-SISTEMA TA' DUBLIN
|
24. |
L-Artikolu 32 tal-Proposta tal-Kummissjoni jirregola l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Il-KEPD ikkontribwixxa għal din id-dispożizzjoni fi stadju aktar bikri, u huwa jappoġġja l-formulazzjoni kif proposta mill-Kummissjoni. |
|
25. |
Il-KEPD jenfasizza li huwa importanti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni dwar individwi li jużaw in-netwerk DubliNet. Dan jippermetti mhux biss biex tiġi prevista sigurtà aħjar iżda anke biex tiġi żgurata traċċabbiltà aħjar tat-transizzjonijiet. F'dan ir-rigward, il-KEPD jirreferi għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2007, “Dokument li jakkumpanja r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin” (9) li fih il-Kummissjoni tfakkar li l-użu ta' DubliNet huwa dejjem obbligatorju ħlief għall-eżenzjonijiet iddefiniti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (10) (minn issa 'l quddiem, “ir-Regolament Implimentattiv ta' Dublin”). Il-KEPD jinsisti li l-possibbiltà ta' deroga mill-użu ta' DubliNet imsemmija fl-Artikolu 15(1) hawn fuq għandha tkun interpretata b'mod restrittiv. |
|
26. |
Xi dispożizzjonijiet iddaħħlu jew kienu abbozzati mill-ġdid fil-Proposta biex dan jiġi żgurat, u l-KEPD jilqa’ dawn l-isforzi kollha. Pereżempju, l-Artikolu 33(4) l-ġdid tal-Proposta kien abbozzat mill-ġdid sabiex jiġu kkjarifikati mhux biss it-talbiet iżda anke t-tweġibiet, u l-korrispondenza kollha bil-miktub għandha tkun soġġetta għar-regoli li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' kanali ta' trasmissjoni elettronika siguri (stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Implimentattiv ta' Dublin). Barra minn hekk, it-tħassir tal-paragrafu 2 fl-Artikolu 38 il-ġdid li fit-test preċedenti (Artikolu 25) obbliga lill-Istati Membri jibagħtu t-talbiet u t-tweġibiet permezz ta' metodu li jipprovdi prova ta' riċevuta, għandu jikkjarifika li l-Istati Membri għandhom jużaw DubliNet anke f'dan ir-rigward. |
|
27. |
Il-KEPD jinnota wkoll li relattivament ftit ġie rregolat fil-qafas tas-sistema ta' Dublin fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni personali. Minkejja li ċerti aspetti tal-iskambju diġà kienu indirizzati fir-Regolament Implimentattiv ta' Dublin, il-leġiżlazzjoni attwali jidher li ma tkoprix l-aspetti kollha tal-iskambju ta' informazzjoni personali, li huwa ta' dispjaċir (11). |
|
28. |
F’dan il-kuntest ta' min isemmi li din il-kwistjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar min ifittex asil kienet ukoll is-suġġett ta' diskussjoni fil-Grupp ta' Koordinazzjoni tas-Sorveljanza tal-Eurodac. Mingħajr ma jantiċipa r-riżultati tal-ħidma tal-Grupp, il-KEPD jixtieq isemmi diġà f'dan l-istadju li waħda mir-rakkomandazzjonijiet possibbli tista' tkun l-adozzjoni ta' sett ta' regoli simili għal dawk maqbula fil-Manwal SIRENE ta' Schengen. |
VII. KONKLUŻJONIJIET
|
29. |
Il-KEPD jappoġġja l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat. Huwa jikkondividi l-intendiment tar-raġunijiet biex is-sistema eżistenti tiġi eżaminata. |
|
30. |
Il-KEPD jilqa’ l-konsistenza tal-Proposta tal-Kummissjoni ma' strumenti legali oħrajn li jirregolaw il-qafas legali kumpless f'dan il-qasam. |
|
31. |
Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni konsiderevoli li l-Proposta tagħti għar-rispett tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali. Huwa jikkunsidra dan l-approċċ bħala prerekwiżit essenzjali għat-titjib tal-proċedura ta' Dublin. Huwa jiġbed l-attenzjoni partikolari tal-leġiżlaturi għall-mekkaniżmi l-ġodda ta' skambju tad-dejta, li ser jinvolvu, fost l-oħrajn, id-dejta personali estremament sensittiva ta' dawk li jfittxu asil. |
|
32. |
Il-KEPD jixtieq jirreferi wkoll għall-ħidma importanti li saret f'dan il-qasam mill-Grupp ta' Koordinazzjoni tas-Sorveljanza tal-Eurodac u jemmen li r-riżultati tal-ħidma tal-Grupp jistgħu jikkontribwixxu b'mod utli għall-formulazzjoni aħjar tal-karatteristiċi tas-sistema. |
|
33. |
Il-KEPD jikkunsidra li uħud mill-osservazzjonijiet magħmulin f'din l-opinjoni jistgħu jkunu żviluppati aktar meta jara l-implimentazzjoni tas-sistema riveduta. B'mod partikolari, huwa għandu l-intenzjoni jikkontribwixxi għall-miżuri implimentattivi li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' DubliNet kif imsemmi fil-punti 24 sa 27 ta' din l-opinjoni. |
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2009.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) COM(2007) 299.
(5) COM(2007) 301.
(6) Ara: Memorandum ta' Spjegazzjoni għall-Proposta.
(7) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(8) Għal spjegazzjoni dwar il-ħidma u l-istatus ta' dan il-Grupp, ara: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/site/mySite/pid/79. Dan il-Grupp jeżerċita sorveljanza kkoordinata tas-sistema EURODAC. Madankollu, mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, il-ħidma tiegħu ser ikollha wkoll impatt fil-kuntest ġenerali tal-iskambju ta' informazzjoni ta' Dublin. Din l-informazzjoni hija relatata mal-istess soġġett tad-dejta u hija skambjata bl-istess proċedura li tikkonċernah.
(9) SEC(2007) 742.
(10) ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.
(11) Dan isir saħansitra aktar evidenti meta wieħed iqabblu mal-mod estensiv li bih l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari kien irregolat fil-qafas tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIRENE).
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/6 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki ta' swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] (li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida) COM(2008) 825
2009/C 229/02
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni b’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li waslet fit-3 ta’ Diċembru 2008 mill-Kummissjoni,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD)
|
1. |
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki ta' swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida] (minn hawn ′il quddiem il-“Proposta” jew il-“Proposta tal-Kummissjoni”) intbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni fit-3 ta' Diċembru, f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Din il-konsultazzjoni għandha tiġi msemmija b'mod espliċitu fil-preambolu tar-Regolament. |
|
2. |
Kif imsemmi fil-Memorandum ta' Tifsir, il-KEPD ikkontribwixxa għal din il-Proposta fi stadju bikri, u ħafna mill-punti li qajjem informalment kienu kkunsidrati fit-test finali tal-Proposta tal-Kummissjoni. |
Il-proposta fil-kuntest tagħha
|
3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2725/2000/KE (3) tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament EURODAC”) daħal fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2000. Il-EURODAC, sistema ta' teknoloġija tal-informatika estiża mal-Komunità kollha, inħolqot biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Dublin, li kellha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu ċar u li jista' jitħaddem sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-asil ippreżentati f'wieħed mill-Istati Membri. Il-Konvenzjoni ta' Dublin wara ġiet sostitwita bi strument legali Komunitarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (4) (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament ta' Dublin”) (5). Il-EURODAC bdiet topera fil-15 ta' Jannar 2003. |
|
4. |
Il-Proposta hija reviżjoni tar-Regolament EURODAC u r-regolament implimentattiv tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 407/2002/KE, u għandha l-għan, fost oħrajn, li:
|
|
5. |
Għandu jiġi wkoll enfasizzat li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Proposta huwa li jiġi żgurat aħjar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-protezzjoni ta' dejta personali. Din l-opinjoni ser tanalizza jekk id-dispożizzjonijiet ta' din il-Proposta jissodisfawx dan l-għan b'mod adegwat. |
|
6. |
Il-Proposta tieħu kont tar-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin f'Ġunju 2007 (minn hawn 'il quddiem ir-“Rapport ta' Evalwazzjoni”), li jkopri l-ewwel 3 snin tal-operat tal-EURODAC (2003-2005). |
|
7. |
Filwaqt li jirrikonoxxi li s-sistema stabbilita fir-Regolament ġiet implimentata fl-Istati Membri b'mod li fil-biċċa l-kbira tiegħu hu sodisfaċenti, ir-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Kummissjoni identifika ċerti kwistjonijiet relatati mal-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet attwali u enfasizza dawk li jeħtieġ li jiġu ttrattati sabiex titjieb is-sistema tal-EURODAC u tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin. B'mod partikolari, ir-Rapport ta' Evalwazzjoni osserva t-trasmissjoni kontinwament tard tal-marki tas-swaba’ minn numru ta' Stati Membri. Ir-Regolament EURODAC attwalment jipprevedi biss skadenza vaga ħafna għat-trażmissjoni ta' marki tas-swaba’, li tista' twassal għal dewmien sinifikanti fil-prattika. Din hi kwistjoni prinċipali għall-effettività tas-sistema peress li kwalunkwe dewmien fit-trażmissjoni jista' jwassal għal riżultati li jmorru kontra l-prinċipji ta' responsabbiltà stabbiliti fir-Regolament ta' Dublin. |
|
8. |
Ir-Rapport ta' Evalwazzjoni ssottolinja wkoll li n-nuqqas ta' metodu effiċjenti għall-Istati Membri biex jinformaw lil xulxin bl-istat ta' persuna li qed titlob l-asil wassal, f'ħafna każi, għal ġestjoni ineffiċjenti tat-tħassir tad-dejta. L-Istati Membri li jdaħħlu dejta dwar persuna speċifika ħafna drabi ma jkunux konxji li Stat Membru ta' oriġini ieħor ħassar id-dejta, u għalhekk ma jirrealizzawx li huma wkoll għandhom iħassru d-dejta tagħhom li tikkonċerna l-istess persuna. Konsegwentement, ir-rispett tal-prinċipju li 'l-ebda dejta m'għandha tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni ta' suġġetti tad-dejta għal żmien itwal milli hu meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom inġabret id-dejta' ma jistax jiġi żgurat biżżejjed. |
|
9. |
Barra minn hekk, skont l-analiżi ppreżentata fir-Rapport ta' Evalwazzjoni, speċifikazzjoni mhux ċara tal-awtoritajiet nazzjonali li għandhom aċċess għall-EURODAC tfixkel ir-rwol ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. |
Fokus tal-opinjoni
|
10. |
Minħabba r-rwol attwali tiegħu bħala l-awtorità ta' sorveljanza fuq il-EURODAC, il-KEPD huwa interessat b'mod partikolari fil-Proposta tal-Kummissjoni u fir-riżultat pożittiv tar-reviżjoni tas-sistema EURODAC kollha. |
|
11. |
Il-KEPD jinnota li l-Proposta tinvolvi aspetti varji li jirrelataw mad-drittijiet fundamentali ta' dawk li jfittxu l-asil, bħad-dritt għall-asil, id-dritt għall-informazzjoni f'sens aktar wiesa', id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Madankollu, minħabba l-missjoni tal-KEPD, din l-opinjoni ser tiffoka prinċipalment fuq il-kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta ttrattati mir-Regolament rivedut. F'dan ir-rigward, il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni konsiderevoli mogħtija lir-rispett u l-protezzjoni tad-dejta personali fil-Proposta. Huwa jieħu din l-opportunità biex jenfasizza li l-iżgurar ta' livell għoli tal-protezzjoni ta' dejta personali u l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tagħha fil-prattika għandha tiġi kkunsidrata bħala prerekwiżit essenzjali għat-titjib tal-mod kif jaħdem il-EURODAC |
|
12. |
Din l-opinjoni tindirizza prinċipalment il-modifiki tat-test li ġejjin peress li huma l-aktar rilevanti mil-lat tal-protezzjoni tad-dejta personali:
|
II. RIMARKI ĠENERALI
|
13. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Proposta tistinka favur konsistenza ma' strumenti legali oħrajn li jirregolaw l-istabbiliment u/jew l-użu ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira. B'mod partikolari, il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet vis-à-vis l-bażi tad-dejta, kif ukoll il-mod kif il-mudell ta' sorveljanza kien ifformulat fil-Proposta, huma konsistenti mal-istrumenti legali li jistabbilixxu s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża. |
|
14. |
Il-KEPD jinnota l-konsistenza tal-Proposta mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. F'dan il-kuntest, il-KEPD jilqa’, b'mod partikolari l-Premessi l-ġodda 17, 18 u 19, li jistipulaw li d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq b'applikazzjoni tar-Regolament propost rispettivament mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji involuti. |
|
15. |
Finalment, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata wkoll konsistenza sħiħa bejn il-EURODAC u r-Regolamenti ta' Dublin u huwa jieħu l-opportunità tal-opinjoni preżenti biex jipprevedi indikazzjonijiet aktar preċiżi għal din il-konsistenza. Madankollu, huwa jinnota li f'ċerti aspetti, din il-kwistjoni diġà ġiet ittrattata fil-Proposta, eż. fil-Memorandum ta' Tifsir, li jsemmi li “il-konsistenza mar-Regolament ta' Dublin (kif ukoll tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari l-prinċipju ta' proporzjonalità) tiġi żgurata bl-armonizazzjoni tal-perijodu ta' ħżin għad-dejta dwar ċittadini minn pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li ttieħdu l-marki tas-swaba’ tagħhom b'rabta ma' qsim irregolari ta' fruntiera esterna mal-perjodu sa liema l-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Dublin jalloka r-responsabbiltà fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni (jiġifieri sena).” |
III. RIMARKI SPEĊIFIĊI
III.1. Sorveljanza mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
|
16. |
Il-KEPD jilqa’ l-mudell ta' sorveljanza stabbilit fil-Proposta, kif ukoll il-kompiti speċifiċi li ġew fdati lilu permezz tal-Artikoli 25 u 26 tal-Proposta. L-Artikolu 25 jafda lill-KEPD b'żewġ kompiti ta' sorveljanza:
L-Artikolu 26 jindirizza l-kwistjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Nazzjonali u l-KEPD. |
|
17. |
Il-KEPD jinnota wkoll li l-Proposta tippreżenta approċċ simili għal dak użat fis-SIS II u l-VIS: sistema ta' saffi ta' sorveljanza fejn l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Dejta nazzjonali (DPAs) u l-KEPD jissorveljaw il-livell nazzjonali u dak tal-UE rispettivament, b'sistema ta' kooperazzjoni stabbilita bejn iż-żewġ livelli. Il-manjiera li fiha l-mudell ta' kooperazzjoni huwa maħsub fil-Proposta jirrifletti wkoll il-prattika attwali li tat prova tal-effiċjenza tagħha u inkoraġġiet kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-KEPD u d-DPAs. Għalhekk, il-KEPD jilqa’ l-formalizzazzjoni tagħha fil-Proposta u l-fatt li filwaqt li ppreveda għal dan, il-leġislatur żgura l-konsistenza mas-sistemi ta' sorveljanza ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira. |
III.2. Subkuntrattar
|
18. |
Il-KEPD jinnota li l-Proposta ma tindirizzax il-kwistjoni ta' subkuntrattar ta' parti mill-kompiti tal-Kummissjoni lil organizzazzjoni jew entità oħra (bħal kumpanija privata). Madankollu, is-subkuntrattar huwa użat b'mod komuni mill-Kummissjoni fil-ġestjoni u l-iżvilupp kemm tas-sistema kif ukoll tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni. Waqt li s-subkuntrattar proprju mhux kuntrarju għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta, għandu jkun hemm salvagwardji importanti biex ikun żgurat li l-applikabbiltà tar-Regolament 45/2001, inkluż is-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta mill-KEPD tibqa' kompletament mhux affettwata mill-attivitajiet ta' subkuntrattar. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati salvagwardji addizzjonali ta' natura aktar teknika. |
|
19. |
F'dan ir-rigward, il-KEPD jissuġġerixxi li salvagwardji legali simili kif previsti fl-istrumenti legali SIS II għandhom ikunu previsti fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament EURODAC, waqt li speċifika li anke meta l-Kummissjoni tafda l-ġestjoni tas-sistema lil awtorità oħra, dan m'għandux “jaffettwa b'mod negattiv kwalunkwe mekkaniżmu ta' kontroll effettiv taħt id-dritt Komunitarju, sew jekk tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Qorti tal-Awdituri jew il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta” (l-Artikolu 15 (7), SIS II, Deċiżjoni u Regolament). |
|
20. |
Id-dispożizzjonijiet huma saħansitra aktar preċiżi fl-Artikolu 47 tar-Regolament SIS II, li jistipula li: “Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha (…) lil korp jew korpi oħrajn, hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jkollu d-dritt u jkun kapaċi jeżerċita bis-sħiħ il-kompiti tiegħu, inkluż it-twettiq ta' kontrolli fuq il-post jew li jeżerċita kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilu mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”. |
|
21. |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jipprevedu ċarezza meħtieġa f'termini ta' konsegwenzi tas-subkuntrattar ta' parti mill-kompiti tal-Kummissjoni lil awtoritajiet oħrajn. Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi li dispożizzjonijiet li jimmiraw għall-istess effett jiġu miżjuda lit-test tal-Proposta tal-Kummissjoni. |
III.3. Proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba’ (l-Artikoli 3.5 u 6)
|
22. |
L-Artikolu 3 (5) tal-Proposta jindirizza l-proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba’. Din id-dispożizzjoni tistipula li l-proċedura “għandha tkun stabbilita u applikata bi qbil mal-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u skont il-protezzjonijiet preskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.” L-Artikolu 6 tal-Proposta jipprevedi li l-inqas limitu tal-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ ta' applikant għandu jkun ta' 14-il sena u għandu jittieħed mhux aktar tard minn 48 siegħa mid-depożitu tal-applikazzjoni. |
|
23. |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-limitu tal-età, il-KEPD jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza tal-Proposta mar-Regolament ta' Dublin. Is-sistema EURODAC ġiet stabbilita bil-ħsieb tal-iżgurar ta' applikazzjoni effettiva tar-Regolament ta' Dublin. Dak ifisser li jekk ir-riżultat tar-reviżjoni attwali tar-Regolament ta' Dublin ikollha impatt fuq l-applikazzjoni tagħha għal dawk li jfittxu l-asil u jkunu taħt l-età, dan għandu jkun rifless fir-Regolament EURODAC (6). |
|
24. |
It-tieni nett, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-limit tal-età għat-teħid tas-swaba’ inġenerali, il-KEPD jixtieq jiġbed l-attenzjoni li l-biċċa l-kbira tad-dokumentazzjoni disponibbli attwalment għandha t-tendenza li tindika li l-eżattezza tal-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tonqos mal-proċess tal-età. F'dak ir-rigward, l-aħjar huwa li jiġi segwit mill-qrib l-istudju dwar il-marki tas-swaba’ mwettaq fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-VIS. Mingħajr ma jiġu antiċipati r-riżultati tal-istudju, il-KEPD jixtieq jenfasizza minn issa, f'dan l-istadju, li fil-każijiet kollha fejn it-teħid tal-marki tas-swaba’ jkun impossibbli jew jista' jwassal għal riżultati mhux affiddabbli, huwa importanti li ssir referenza għal proċeduri ta' riżerva, li jirrispettaw bis-sħiħ id-dinjità tal-persuna. |
|
25. |
It-tielet nett, il-KEPD jinnota l-isforzi li saru mil-leġislatur biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-teħid tal-marki tas-swaba’ mar-rekwiżiti internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem Ewropej. Madankollu, huwa jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li jseħħu f'diversi Stati Membri biex tiġi determinata l-età ta' persuni li jfittxu l-asil ta' età żgħira. Spiss, persuni li jfittxu l-asil jew immigranti illegali ma jkollhomx dokumenti ta' identità, u sabiex jiġi stabbilit jekk għandhomx jitteħdulhom marki tas-swaba’, trid tiġi determinata l-età tagħhom. Il-metodi użati biex isir dan jikkawżaw ħafna dibattiti fi Stati Membri differenti. |
|
26. |
F'dan ir-rigward, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Grupp ta' koordinazzjoni tas-sorveljanza EURODAC (7) nieda spezzjoni kkoordinata dwar din il-kwistjoni, li r-riżultati tagħha – mistennijin fl-ewwel nofs tal-2009 – għandhom jiffaċilitaw id-determinazzjoni ta' proċeduri komuni f'dan ir-rigward. |
|
27. |
Bħala kumment tal-għeluq dwar din il-kwistjoni, il-KEPD jara l-ħtieġa ta' koordinazzjoni u armonizzazzjoni aħjar fil-livell tal-UE fil-proċeduri tat-teħid tal-marki tas-swaba’ sal-aktar punt possibbli. |
III.4. L-aħjar tekniki disponibbli (Artikolu 4)
|
28. |
L-Artikolu 4 (1) tal-Proposta jistipula: “Wara perjodu ta' tranżizzjoni, l-Awtorità tal-Ġestjoni, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-EURODAC. L-Awtorità tal-Ġestjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li tintuża f'kull ħin, u suġġett għal analiżi tal-benefiċċju mill-ispiża, l-aħjar teknoloġija disponibbli għas-Sistema Ċentrali.” Għalkemm il-KEPD jilqa’ r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 4 (1), huwa jixtieq jinnota li l-espressjoni “l-aħjar teknoloġija disponibbli” msemmija fid-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, għandha tiġi sostitwita bil-formulazzjoni “l-aħjar tekniki disponibbli” li tinkludi kemm it-teknoloġija użata kif ukoll il-mod kif tkun imfassla, mibnija, mantnuta u operata l-installazzjoni. |
III.5. Tħassir ta' dejta minn qabel (l-Artikolu 9)
|
29. |
L-Artikolu 9 (1) tal-Proposta jindirizza l-kwistjoni tat-tħassir tad-dejta minn qabel. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istat Membru ta' oriġini biex iħassar mis-Sistema Ċentrali, “dejta li għandha x'taqsam ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza fi kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 8” malli l-Istat Membru ta' oriġini jinduna li dik il-persuna tkun kisbet dik iċ-ċittadinanza. Il-KEPD jilqa’ l-obbligu biex titħassar id-dejta peress li tikkorrispondi tajjeb mal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta. Barra minn hekk, il-KEPD jemmen li r-reviżjoni ta' din id-dispożizzjoni tipprevedi għal opportunità ta' inkoraġġiment għall-Istati Membri biex jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw tħassir tad-dejta affiddabbli u f'waqtha (b'mod awtomatiku jekk ikun possibbli) meta individwu jakkwista ċittadinanza ta' wieħed mill-Istati Membri. |
|
30. |
Barra minn hekk, il-KEPD jixtieq jiġbed l-attenzjoni li l-Artikolu 9 (2) li jitratta t-tħassir minn qabel għandu jiġi abbozzat mill-ġdid peress li l-formulazzjoni tal-proposta mhix ċara. Bħala rimarka stilista, il-KEPD jissuġġerixxi li l-kelma “hu/hi” fid-dispożizzjoni għandha tiġi sostitwita bil-kelma “huma”. |
III.6. Il-perijodu tal-ħżin tad-dejta dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jinqabad f'konnessjoni ma' qsim irregolari tal-konfini (l-Artikolu 12)
|
31. |
L-Artikolu 12 tal-Proposta jitratta l-ħżin tad-dejta. Il-KEPD jixtieq jinnota li l-istabbiliment ta' sena bħala l-perijodu ta' ħżin għad-dejta (minflok sentejn fit-test attwali tar-Regolament) jikkostitwixxi applikazzjoni tajba tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta li jistipula li d-dejta għandha tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ biex jitwettaq l-iskop li għalih tkun ipproċessata. Dan it-titjib tat-test jintlaqa' tajjeb. |
III.7. Lista ta' awtoritajiet b'aċċess għall-EURODAC (l-Artikolu 20)
|
32. |
Tintlaqa’ tajjeb id-dispożizzjoni li tipprevedi l-pubblikazzjoni mill-Awtorità tal-Ġestjoni tal-lista ta' awtoritajiet li għandhom aċċess għall-EURODAC. Dan jgħin biex tinkiseb aktar trasparenza u biex tinħoloq għodda prattika għal sorveljanza aħjar tas-sistema, eż mid-DPAs. |
III.8. Żamma ta' reġistrazzjoni (l-Artikolu 21)
|
33. |
L-Artikolu 21 tal-Proposta jikkonċerna ż-żamma ta' reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta kollha fis-Sistema Ċentrali. L-Artikolu 21 (2) jiddikjara li tali reġistrazzjonijiet għandhom jiġu użati biss għall-monitoraġġ tal-ammissabbiltà tal-ipproċessar tal-protezzjoni tad-dejta (…). F’dan ir-rigward, jista' jiġi kkjarifikat li dan jinkludi wkoll miżuri ta' awto-verifika. |
III.9. Drittijiet tas-soġġett tad-dejta (l-Artikolu 23)
|
34. |
L-Artikolu 23 (1)(e) tal-Proposta jaqra kif ġej: “Persuna koperta b’dan il-Regolament għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini (…) li:
|
|
35. |
Il-KEPD jinnota li implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-informazzjoni hija kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-EURODAC. B'mod partikolari, huwa essenzjali li jiġi żgurat li informazzjoni pprovduta b'mod li jippermetti li persuna li tfittex l-asil tifhem b'mod sħiħ is-sitwazzjoni tagħha, kif ukoll il-limitu tad-drittijiet, inkluż il-passi proċedurali li hi tista' tieħu bħala segwitu għad-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fil-każ tagħha. |
|
36. |
Fir-rigward tal-aspetti prattiċi tal-implimentazzjoni tad-dritt, il-KEPD jixtieq jenfasizza li waqt li d-DPAs huma tassew kuntenti jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, il-formulazzjoni tal-Proposta m'għandhiex ma tippermettix lill-applikant (is-soġġett tad-dejta) milli jindirizza talba primarjament lill-kontrollur tad-dejta. Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 23 (1)(e) kif taqra issa tidher li timplika li l-applikant għandu jiddepożita t-talba tiegħu – direttament u f'kull każ – għand id-DPA, filwaqt li l-proċedura standard u l-prattika fl-Istati Membri hija li l-applikant jiddepożita t-talbiet tiegħu għand il-kontrollur tad-dejta l-ewwel. |
|
37. |
Il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li l-formulazzjoni tal-Artikolu 23 (1)(e) għandha tiġi riformulata biex jiġu ċċarati d-drittijiet li għandhom jingħataw lill-applikant. Il-formulazzjoni kif proposta mhix ċara, peress li tista' tiġi interpretata bħala li qed tqis “id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet (…)” bħala parti mid-dritt tal-aċċess għad-dejta u/jew id-dritt biex jintalab li dejta mhix eżatta tiġi korretta (…). Barra minn hekk, skont il-formulazzjoni attwali tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-persuna koperta mir-Regolament mhux dwar il-kontenut tad-drittijiet imma dwar l-“eżistenza” tagħhom. Peress li din tal-aħħar tidher li hija kwistjoni stilistika, il-KEPD jissuġġerixxi li l-Artikolu 23 (1)(e) jiġi riabbozzat kif ġej: “Persuna koperta b’dan il-Regolament għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta' oriġini (…) li:
|
|
38. |
Bl-istess loġika, l-Artikolu 23 (10) għandu jiġi modifikat kif ġej: “F'kull Stat Membru, l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Nazzjonali għandhom, fejn ikun adatt (jew: fuq talba tas-soġġett tad-dejta), jassistu s-soġġett tad-dejta f'konformità mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom”. Mill-ġdid, il-KEPD jixtieq jenfasizza li intervent mid-DPA m'għandux, fil-prinċipju, ikun meħtieġ; il-kontrollur tad-dejta għandu, għall-kuntrarju, jiġi inkoraġġit biex jirrispondi b'mod adatt għat-talbiet tas-soġġetti tad-dejta. L-istess ħaġa tapplika meta tkun meħtieġa kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' Stati Membri differenti. Is-sorveljanti tad-dejta għandhom ikunu primarjament responsabbli mit-trattament tat-talbiet u l-kooperazzjoni għal dak il-għan. |
|
39. |
Fir-rigward tal-Artikolu 23 (9), il-KEPD jilqa’ mhux biss l-iskop proprju ta' din id-dispożizzjoni (li tipprevedi kontroll fuq l-użu ta' “tiftix speċjali” kif rakkomandat mill-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta fl-ewwel rapport tagħhom dwar l-ispezzjonijiet ikkoordinati), imma huwa jinnota wkoll b'sodisfazzjoni l-proċedura proposta biex dan jintlaħaq. |
|
40. |
Sa fejn huma kkonċernati l-metodi li jipprovdu informazzjoni lill-applikanti, il-KEPD jirreferi għall-ħidma li twettqet mill-Grupp ta' Koordinazzjoni tas-Sorveljanza Eurodac. Dan il-Grupp attwalment qed jeżamina din il-kwistjoni fil-qafas tal-EURODAC bil-ħsieb li jipproponi – malli jkunu magħrufa u kkompilati r-riżultati tal-investigazzjonijiet nazzjonali – gwida rilevanti. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
|
41. |
Il-KEPD jappoġġja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki ta' swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat. |
|
42. |
Il-KEPD jilqa’ l-mudell ta' sorveljanza propost fil-Proposta, kif ukoll ir-rwol u l-kompiti li ġew fdati lilu fis-sistema l-ġdida. Il-mudell previst jirrifletti l-prattika attwali li tat prova li hija effiċjenti. |
|
43. |
Il-KEPD jinnota li l-Proposta tistinka favur konsistenza ma' strumenti legali oħrajn li jirregolaw l-istabbiliment u/jew l-użu ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira. |
|
44. |
Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni konsiderevoli ddedikata fil-Proposta lir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u b'mod partikolari lill-protezzjoni tad-dejta personali. Kif imsemmi wkoll fl-opinjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin, il-KEPD iqis dan l-approċċ bħala prerekwiżit essenzjali għat-titjib tal-proċeduri tal-asil fl-Unjoni Ewropea. |
|
45. |
Il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza bejn il-EURODAC u r-Regolament ta' Dublin. |
|
46. |
Il-KEPD jara l-ħtieġa ta' koordinazzjoni u armonizzazzjoni aħjar fil-livell tal-UE fil-proċeduri tat-teħid tal-marki tas-swaba’, sew jekk jikkonkonċernaw persuni li qed ifittxu l-asil kif ukoll kwalunkwe persuna oħra soġġetta għall-proċedura tal-EURODAC. Huwa jiġbed attenzjoni speċjali għall-kwistjoni tal-limiti tal-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’, u b'mod partikolari għad-diffikultajiet li jseħħu f'diversi Stati Membri biex tiġi ddeterminata l-età ta' persuni li jfittxu l-asil ta' età żgħira. |
|
47. |
Il-KEPD jinsisti li ssir kjarifika għad-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta, u b'mod partikolari jissottolinja li l-kontrolluri nazzjonali tad-dejta huma primarjament responsabbli biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet. |
Magħmula fi Brussell, it-18 ta' Frar 2009
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.
(5) Ir-Regolament ta' Dublin hu attwalment ukoll soġġett għal reviżjoni (COM(2008) 820 finali), 3.12.2008 (verżjoni mfassla mill-ġdid). Il-KEPD ta wkoll opinjoni dwar il-proposta ta' Dublin.
(6) F'dan ir-rigward, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin ippreżentata fit-3 ta' Diċembru 2008 (COM (2008) 825 finali) jiddefinixxi bħala “minuri”“ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta' 18”.
(7) Għal spjega tal-ħidma u l-istatus ta' dan il-Grupp, ara: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/lang/en/pid/79. Dan il-Grupp qed jeżerċita sorveljanza kkoordinata tas-sistema EURODAC.
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/12 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (5903/2/09 REV 2)
2009/C 229/03
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, (1)
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali, (2)
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Konsultazzjoni tal-KEPD
|
1. |
L-Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb tal-addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-5 ta' Frar 2009 (4). Il-KEPD la kien mitlub għal parir dwar din l-inizjattiva mill-Istat Membru li ppreżentaha, u lanqas mill-Kunsill. Madankollu, il-KEPD kien mitlub mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew biex jikkummenta dwar l-Inizjattiva Franċiża, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, fil-kuntest tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Inizjattiva. Filwaqt li f'każijiet simili (5) l-KEPD ħareġ opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess, din l-opinjoni għandha titqies ukoll bħala reazzjoni għal din it-talba tal-Parlament Ewropew. |
|
2. |
Skont il-KEPD, din l-opinjoni għandha tissemma fil-preambolu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, bl-istess mod li l-opinjoni tiegħu tissemma f'għadd ta' strumenti legali adottati abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni. |
|
3. |
Minkejja li m'hemm ebda obbligu legali għal Stat Membru li jieħu l-inizjattiva għal miżura leġislattiva skont it-Titolu VI tat-Trattat UE li jitlob lill-KEPD għal parir, ir-regoli applikabbli lanqas ma jeskludu t-talba għal tali parir. Il-KEPD jiddispjaċih li la r-Repubblika Franċiża u lanqas il-Kunsill ma talbuh għal parir f'dan il-każ. |
|
4. |
Il-KEPD jenfasizza li minħabba l-iżviluppi li għaddejjin rigward il-Proposta fil-Kunsill, il-kummenti ppreżentati f'din l-opinjoni huma bbażati fuq il-verżjoni tal-Proposta tal-24 ta' Frar 2009 (5903/2/09 REV 2), li hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew (6). |
|
5. |
Il-KEPD jara l-ħtieġa għal aktar spjegazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni tal-inizjattiva nnifisha kif ukoll dwar xi artikoli speċifiċi u mekkaniżmi fiha. Huwa jiddispjaċih bin-nuqqas ta' Valutazzjoni tal-Impatt jew ta' memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanjaw l-inizjattiva. Dan huwa element neċessarju li jżid it-trasparenza u b'mod aktar ġenerali l-kwalità tal-proċess leġislattiv. L-informazzjoni spjegattiva tista' tiffaċilita wkoll il-valutazzjoni ta' għadd ta' proposti fil-Proposta, eż. rigward il-ħtieġa u l-ġustifikazzjoni li l-Europol u l-Eurojust jingħataw aċċess għas-SID. |
|
6. |
Il-KEPD qies l-Opinjoni 09/03 maħruġa tal-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta Doganali fir-rigward tal-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-użu ta' teknoloġija tal-informazzjoni għall-finijiet doganali fl-24 ta' Marzu 2009. |
Il-proposta fil-kuntest tagħha
|
7. |
Il-qafas legali tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (minn hawn 'il quddiem “is-SID”) huwa attwalment irregolat kemm mill-istrumenti tal-Ewwel kif ukoll tat-Tielet Pilastru. Il-qafas legali tat-Tielet Pilastru li jirregola s-sistema jikkonsisti prinċipalment mill-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 mħejjija abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-“Konvenzjoni SID” (7), kif ukoll il-Protokolli tat-12 ta' Marzu 1999 u tat-8 ta' Marzu 2003. |
|
8. |
L-arranġamenti attwali dwar il-protezzjoni tad-data jinvolvu l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-“Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa”). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI”), hija applikabbli għas-SID, skont il-Proposta. |
|
9. |
Il-parti tal-Ewwel Pilastru tas-sistema hija rregolata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (8). |
|
10. |
L-għan tal-Konvenzjoni SID, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) tagħha, kien li “jassisti fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur serju tal-liġijiet nazzjonali billi jagħmel id-data rapidament disponibbli u b'hekk isaħħaħ l-effettività tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.” |
|
11. |
F'konformità mal-Konvenzjoni SID, is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali tikkonsisti f’bażi ta' data ċentrali aċċessibbli permezz ta' terminals f’kull Stat Membru. Xi karatteristiċi ewlenin oħrajn huma dawn li ġejjin:
|
|
12. |
L-inizjattiva Franċiża, ibbażata fuq l-Artikolu 30(1)(a) u l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija intenzjonata biex tissostitwixxi l-Konvenzjoni SID kif ukoll il-Protokoll tat-12 ta' Marzu 1999 u l-Protokoll tat-8 ta' Marzu 2003 biex il-parti tas-sistema tat-Tielet Pilastru tiġi allinjata mal-istrumenti tal-Ewwel Pilastru. |
|
13. |
Madankollu, il-Proposta tmur lil hinn mis-sempliċi sostituzzjoni tat-test tal-Konvenzjoni SID b'Deċiżjoni tal-Kunsill. Hija temenda għadd sinifikanti ta' dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u testendi l-kamp ta' applikazzjoni attwali tal-aċċess għas-SID billi tagħti aċċess lill-Europol u l-Eurojust. Barra minn hekk, il-Proposta tinkorpora d-dispożizzjonijiet simili rigward il-funzjonament tas-SID kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 766/2008 msemmi hawn fuq, eż. fir-rigward tal-ħolqien ta' bażi ta' data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali (Kapitolu VI). |
|
14. |
Il-Proposta tieħu kont ukoll ta' strumenti legali ġodda, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI u d-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (10). |
|
15. |
Il-Proposta timmira fost l-oħrajn li:
|
|
16. |
F'dan il-kunest, l-għan tas-SID, skont l-Artikolu 1 tal-Proposta, huwa li “jassisti fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur serju tal-liġijiet nazzjonali billi jagħmel id-data rapidament disponibbli u b'hekk isaħħaħ l-effettività tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri”. Din id-dispożizzjoni tirrifletti b'mod ġenerali l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni SID. |
|
17. |
Biex jinkiseb dan l-objettiv il-Proposta testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-data SID u tinkludi t-tfittix fis-sistemi u l-possibbiltà ta' analiżi strateġika jew operattiva. Il-KEPD jinnota t-twessigħ tal-fini u tal-lista ta' kategoriji ta' data personali li għandha tinġabar u tkun ipproċessata, u l-estensjoni tal-lista tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għas-SID. |
Fokus tal-opinjoni
|
18. |
Minħabba r-rwol attwali tiegħu bħala l-awtorità ta' sorveljanza għall-parti ċentrali tal-parti tal-Ewwel Pilastru tas-SID, il-KEPD huwa partikolarment interessat fl-Inizjattiva u l-iżviluppi ġodda fil-Kunsill relatati mal-kontenut tagħha. Il-KEPD jenfasizza l-ħtieġa li jiżgura approċċ koerenti u komprensiv biex jiġu allinjati l-partijiet tal-Ewwel u tat-Tielet Pilastru tas-sistema. |
|
19. |
Il-KEPD jinnota li l-Proposta tinvolvi diversi aspetti relatati mad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-protezzjoni ta' data personali kif ukoll id-dritt għall-informazzjoni u drittijiet oħrajn tas-suġġetti tad-data. |
|
20. |
Rigward is-sistema attwali tal-protezzjoni tad-data fil-Konvenzjoni SID, il-KEPD jeħtieġ li jsemmi li għadd ta' dispożizzjonijiet attwali tal-Konvenzjoni kienu jeħtieġu emendar u aġġornament, peress li m'għadhomx jirrispettaw ir-rekwiżiti u l-istandards attwali tal-protezzjoni tad-data. Il-KEPD jieħu din l-opportunità biex jisħaq li l-iżgurar ta' livell għoli tal-protezzjoni ta' data personali u l-implimentazzjoni aktar effettiva tagħha fil-prattika għandhom jitqiesu bħala prerekwiżit essenzjali għat-titjib tal-funzjonament tas-SID. |
|
21. |
Wara xi rimarki ġenerali, din l-opinjoni għandha tindirizza prinċipalment il-kwistjonijiet li ġejjin li huma relevanti mill-ottika tal-protezzjoni ta' data personali:
|
II. RIMARKI ĠENERALI
Konsistenza bejn il-partijiet tal-Ewwel u t-Tielet Pilastru tas-sistema
|
22. |
Kif imsemmi fir-rimarki introduttorji, il-KEPD huwa partikolarment interessat fl-iżviluppi ġodda rigward il-parti tat-Tielet Pilastru tas-SID, peress li huwa diġà jwettaq kompiti ta' sorveljanza fuq il-parti ċentrali tal-parti tal-Ewwel Pilastru, skont ir-Regolament il-ġdid 766/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli. |
|
23. |
F'dan il-kuntest il-KEPD jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-leġislatur għall-fatt li huwa diġà kkummenta fuq kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza tal-parti tal-Ewwel Pilastru tas-SID f'għadd ta' opinjonijiet tiegħu, partikolarment fl-Opinjoni tiegħu tat-22 ta' Frar 2007 (12). |
|
24. |
F'din l-opinjoni, il-KEPD issottolinja li “l-ħolqien u l-aġġornament tad-diversi strumenti maħsuba għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Komunitarja, bħas-SID, iżidu l-ammont ta' informazzjoni personali li l-ewwel tinġabar u wara tiġi skambjata mal-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri, u, f'xi każijiet, anke ma' pajjiżi terzi. L-informazzjoni personali pproċessata u wara skambjata tista' tinkludi informazzjoni relatata ma' involviment allegat jew ikkonfermat f'azzjonijiet illeċti fil-qasam tal-operazzjonijiet doganali jew agrikoli (…) Barra minn hekk, l-importanza tagħha tikber jekk wieħed iqis it-tip ta' data miġbura u kondiviża, partikolarment suspetti ta' individwi li jkunu involuti f'azzjonijiet illeċti, u l-finalità ġenerali u l-eżitu tal-ipproċessar”[traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
Ħtieġa għal approċċ strateġiku għas-SID b'mod ġenerali
|
25. |
Il-KEPD jenfasizza li, b'differenza għall-emendi introdotti bir-Regolament 766/2008 għall-istrument tal-Ewwel Pilastru li jirregola s-SID, il-Proposta tipprevedi bidla radikali tal-Konvenzjoni SID, li tagħti lil-leġislatur l-opportunità li jkollu viżjoni aktar globali għas-sistema kollha, abbażi ta' approċċ koerenti u komprensiv. |
|
26. |
Fil-fehmiet tal-KEPD dan l-approċċ għandu jkun orjentat lejn il-ġejjieni. Għandha ssir riflessjoni kif xieraq dwar żviluppi ġodda bħall-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI u d-dħul fis-seħħ futur (possibbli) tat-Trattat ta' Lisbona u dawn għandhom jitqiesu waqt li jiġi deċiż il-kontenut stess tal-Proposta. |
|
27. |
Fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni tal-leġislatur għall-ħtieġa ta' analiżi fil-fond tal-effetti possibbli tat-tneħħija tal-istruttura tal-pilastri tal-UE fuq is-SID meta t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ, peress li s-sistema attwalment hija bbażata fuq taħlita ta' strumenti tal-Ewwel u t-Tielet Pilastru. Il-KEPD jiddispjaċih bin-nuqqas ta' informazzjoni spjegattiva dwar dan l-iżvilupp futur importanti, li jaf jaffettwa sinifikattivament il-qafas legali li jirregola s-SID fil-ġejjieni. B'mod aktar ġenerali, il-KEPD jistaqsi jekk ikunx aktar opportun, kieku l-leġislatur kellu jistenna bir-reviżjoni sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona biex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali possibbli. |
Il-KEPD jappella għal konsistenza ma' sistemi oħrajn fuq skala kbira
|
28. |
Fil-fehma tal-KEPD s-sostituzzjoni tal-Konvenzjoni SID b'mod ġenerali tipprevedi wkoll opportunità tajba biex tiġi żgurata l-konsistenza tas-SID ma' sistemi u mekkaniżmi oħrajn li żviluppaw minn meta kienet adottata l-Konvenzjoni. F'dan ir-rigward, il-KEPD jappella għal koerenza, anke f'termini tal-mudell ta' sorveljanza, ma' strumenti legali oħrajn, partikolarment dawk li jistabbilixxu s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża. |
Relazzjoni mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI
|
29. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Proposta tieħu kont tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali minħabba l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri li ssir fil-qafas tas-SID. L-Artikolu 20 tal-Proposta jistipula biċ-ċar li d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tapplika għall-protezzjoni tal-iskambju ta' data f'konformità ma' din id-Deċiżjoni sakemm mhux previst mod ieħor f'din id-Deċiżjoni. Il-KEPD jinnota wkoll li l-Proposta tirreferi għad-Deċiżjoni Qafas anke f'dispożizzjonijiet oħrajn, eż. fl-Artikolu 4(5) li jistipula li d-data elenkata fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI m'għandhiex tkun inkluża, l-Artikolu 8 dwar l-użu tad-data miksuba mis-SID sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni, l-Artikolu 22 tal-Proposta li jikkonċerna d-drittijiet tal-persuni fir-rigward ta' data personali fis-SID u l-Artikolu 29 rigward ir-responsabbiltajiet u l-obbligi. |
|
30. |
Il-KEPD jemmen li l-kunċetti u l-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni Qafas huma adegwati fil-kuntest tas-SID, u għalhekk għandhom ikunu applikabbli kemm għal raġunijiet ta' ċertezza legali kif ukoll ta' konsistenza bejn is-sistemi legali. |
|
31. |
Minkejja dan, il-KEPD madankollu jissottolinja li l-leġislatur għandu jipprevedi l-garanziji meħtieġa li sakemm id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tiġi implimentata bis-sħiħ, skont id-dispożizzjonijiet finali tagħha, ma jkun hemm ebda lakuna fis-sistema tal-protezzjoni tad-data. Fi kliem ieħor il-KEPD jixtieq jissottolinja li huwa favur l-approċċ li permezz tiegħu s-salvagwardji meħtieġa u adegwati jkunu fis-seħħ qabel ma jsiru l-iskambji ġodda tad-data. |
III. RIMARKI SPEĊIFIĊI
Salvagwardji ta' protezzjoni ta' data
|
32. |
Il-KEPD jikkunsidra l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-informazzjoni bħala elementi kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali. Is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data mhumiex meħtieġa biss biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-individwi soġġetti għas-SID, iżda huma għandhom iservu wkoll biex jiffaċilitaw il-funzjonament tajjeb u aktar effiċjenti tas-sistema. |
|
33. |
Il-KEPD jiġbed l-attenzjoni tal-leġislatur għall-fatt li l-ħtieġa għal salvagwardji tal-protezzjoni tad-data qawwijin u effiċjenti huwa saħansitra aktar evidenti meta wieħed iqis li s-SID huwa bażi ta' data bbażat pjuttost fuq “suspetti” milli fuq kundanni jew deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi oħrajn. Dan huwa rifless fl-Artikolu 5 tal-Proposta li jistipula li “d-data tal-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 3 għandha tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali esklussivament għall-fini ta' lemħa u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi strateġika jew operattiva. Għall-fini tal-azzjonijiet issuġġeriti (…), id-data personali (…) tista’ tkun inkluża fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biss jekk, speċjalment abbażi ta’ attivitajiet illegali preċedenti, hemm indikazzjonijiet reali li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet, qiegħda twettaq jew ser twettaq ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.” Minħabba din il-karatteristika tas-SID, il-Proposta tirrikjedi salvagwardji bbilanċjati, effiċjenti u aġġornati f'termini tal-protezzjoni ta' data personali u l-mekkaniżmi ta' kontroll. |
|
34. |
Rigward id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-Proposta dwar il-protezzjoni ta' data personali, il-KEPD jinnota l-isforzi li saru mil-leġislatur biex jipprovdi aktar salvagwardji minn dawk disponibbli fil-Konvenzjoni SID. Madankollu, il-KEPD għad irid iqajjem għadd ta' punti ta' tħassib serju rigward id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data, u partikolarment rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini. |
|
35. |
F'dan il-kuntest għandu jissemma wkoll li l-kummenti dwar is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data f'din l-opinjoni mhumiex limitati biss għad-dispożizzjonijiet li jemendaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni SID, iżda jikkonċernaw ukoll il-partijiet li huma kkuppjati mit-test attwali tal-Konvenzjoni. Ir-raġuni għal dan, kif imsemmi fir-rimarki ġenerali, hija li fil-fehma tal-KEPD, uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jidhru li ma jirrispettawx ir-rekwiżiti attwali tal-protezzjoni tad-data, u l-inizjattiva Franċiża hija opportunità tajba biex is-sistema kollha tingħata nifs ġdid u biex jiġi żgurat il-livell adegwat ta' protezzjoni tad-data, ekwivalenti għal dak fil-parti tal-Ewwel Pilastru tas-sistema. |
|
36. |
Il-KEPD jinnota b'sodisfazzjoni li lista ta' data personali magħluqa u eżawstiva biss tista' tkun inkluża fis-SID. Huwa jilqa' wkoll il-fatt li l-Proposta tipprevedi definizzjoni aktar estiża tat-terminu “data personali”, meta mqabbla mal-Konvenzjoni SID. Skont l-Artikolu 2(2) tal-Proposta, it-terminu “data personali” ifisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); “persuna identifikabbli hija dik li tista' tkun identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha”. |
Limitazzjoni tal-fini
|
37. |
Eżempju tad-dispożizzjonijiet li jqajmu tħassib serju dwar il-protezzjoni tad-data huwa l-Artikolu 8 tal-Proposta, li jistipula li “l-Istati Membri jistgħu jużaw biss data miksuba mis-SID biex jiksbu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2). Madankollu, jistgħu jużawha għal finijiet amministrattivi jew finijiet oħra b’awtorizzazzjoni minn qabel, u soġġetta għal kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-Istat Membru li daħħal id-data fis-sistema. Tali użu ieħor simili għandu jkun f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li jfittex li jużaha f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI”. Din id-dispożizzjoni dwar l-użu tad-data miksuba mis-SID hija essenzjali għall-istruttura tas-sistema u b'hekk teħtieġ attenzjoni speċjali. |
|
38. |
L-Artikolu 8 tal-Proposta jirreferi għall-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI li jindirizza l-“Prinċipju tal-legalità, il-proporzjonalità u l-fini.” L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas jistipula dan li ġej: “1. Id-data personali tista' tinġabar biss mill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi fil-qafas tal-kompiti tagħhom u tista' tiġi biss ipproċessata għall-istess fini li għalih tkun inġabret id-data. L-ipproċessar ta' data għandu jkun legali u adegwat, rilevanti u mhux eċċessiv f'relazzjoni mal-finijiet li għalihom tinġabar. 2. Aktar ipproċessar għal fini ieħor għandu jkun permess biss jekk:
|
|
39. |
Minkejja l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI li tipprevedi għal kondizzjonijiet ġenerali li skonthom l-ipproċessar għal fini ieħor jista' jkun awtorizzat, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 8 tal-Proposta, minħabba li tippermetti l-użu tad-data SID għal finijiet amministrattivi jew finijiet oħra possibbli, mhux iddefiniti mill-Proposta, tqajjem tħassib rigward il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari l-prinċijpu tal-limitazzjoni tal-fini. Barra minn hekk, l-istrument tal-Ewwel Pilastru ma jippermettix tali użu ġenerali. Għalhekk il-KEPD jappella għall-ispeċifikar tal-finijiet li għalihom tista' tintuża d-data. Dan huwa ta' importanza essenzjali mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data peress li jitratta l-prinċipji ewlenin tal-użu tad-data f'sistemi fuq skala kbira: “id-data għandha tintuża biss għal finijiet definiti u limitati b'mod ċar irregolati mill-qafas legali”. |
Trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi
|
40. |
L-Artikolu 8(4) tal-Proposta jitratta mad-data li għandha tkun ittrasferita lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Din id-dispożizzjoni tistipula li “d-data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, b’awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru li daħħalha fis-sistema, u soġġetta għal kwalunkwe kondizzjoni li hu impona, għandha tiġi ttrasferita (…) lil Stati mhux Membri, u lil organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jixtiequ jagħmlu użu minnha. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċjali biex jiżgura s-sigurtà ta’ din id-data meta tkun qed tiġi ttrasferita lil servizzi li qegħdin barra mit-territorju tiegħu. Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta msemmija fl-Artikolu 25.” |
|
41. |
Il-KEPD jinnota li l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali japplika f'dan il-kuntest. Madankollu għandu jkun issottolinjat li minħabba n-natura ġenerali ferm tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(4) tal-Proposta, li fil-prinċipju tippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu data miksuba mis-SID lil Stati mhux Membri, u lil organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jixtiequ jagħmlu użu minnha, is-salvagwardji previsti f'din id-dispożizzjoni żgur li mhumiex biżżejjed mill-perspettiva tal-protezzjoni ta' data personali. Il-KEPD jappella biex l-Artikolu 8(4) ikun ikkunsidrat mill-ġdid biex tiġi żgurata sistema uniformi tal-valutazzjoni tal-adegwatezza permezz ta' mekkaniżmu adegwat, eż. l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 tal-Proposta jista' jkun involut f'tali valutazzjoni. |
Salvagwardji oħrajn tal-protezzjoni td-data
|
42. |
Il-KEPD jinnota b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet dwar il-Modifika tad-Data (Kapitolu IV, Artikolu 13), li jikkostitwixxu element importanti tal-prinċipju tal-kwalità tad-data. Il-KEPD jilqa' b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, li meta mqabbel mal-Konvenzjoni SID dan huwa estiż u modifikat, u issa jżid il-korrezzjoni u t-tħassir tad-data. Pereżempju l-Artikolu 13(2) jistipula li jekk Stat Membru fornitur jew l-Europol jinnota, jew tinġibidlu l-attenzjoni, li d-data li daħħal hija fattwalment ineżatta jew ġiet imdaħħla, jew hija maħżuna kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu jemenda, jissupplimenta, jikkoreġi jew iħassar id-data, kif adatt, u jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Europol b’dan. |
|
43. |
Il-KEPD jinnota d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V rigward Iż-Żamma tad-Data li huwa bbażat prinċipalment fuq il-Konvenzjoni SID u fost l-oħrajn jipprevedi limiti ta' żmien biex tinżamm data kkuppjata mis-SID. |
|
44. |
Il-Kapitolu IX (Protezzjoni ta' data personali) jirrifletti bosta mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SID. Madankollu jipprevedi bidla sinifikanti li hija l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali lis-SID u l-fatt li fl-Artikolu 22 tal-Proposta isemmi li “d-drittijiet ta’ persuni rigward data personali fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, b'mod partikolari d-dritt tagħhom ta' aċċess, korrezzjoni, tħassir jew imblukkar għandu jiġi eżerċitat konformement mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru li jimplimenta d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI fejn ikunu invokati dawn id-drittijiet”. F'dan il-kuntest, il-KEPD jixtieq jenfasizza partikolarment l-importanza taż-żamma tal-proċedura għas-soġġetti tad-data li jinvokaw id-drittijiet tagħhom u li jkunu jistgħu jitolbu aċċess f'kull Stat Membru. Il-KEPD ser jagħti ħarsa mill-qrib lejn l-implimentazzjoni prattika ta' dan id-dritt importanti tas-suġġetti tad-data. |
|
45. |
Il-Proposta testendi wkoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni SID fir-rigward tal-projbizzjoni tal-ikkuppjar tad-data mis-SID f'fajls ta' data nazzjonali oħrajn. Il-Konvenzjoni SID issemmi espliċitament fl-Artikolu 14(2) li “data personali inkluża minn Stati Membri oħrajn ma tistax tkun ikkupjata mis-SID f'fajls ta' data nazzjonali oħrajn” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Proposta, fl-Artikolu 21(3) tagħha, tippermetti tali kkuppjar “il-każ ta' kopji fis-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju responsabbli biex jorjentaw lill-kontrolli doganali fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta' kopji fis-sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti li l-azzjonijiet ikunu kkordinati.” Fir-rigward ta' dan, il-KEPD jaqbel mar-rimarki magħmulin mill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta Doganali fl-Opinjoni 09/03 tagħha, partikolarment rigward it-terminu “sistemi ta' ġestjoni tar-riskju” kif ukoll il-ħtieġa li jiġi stipulat aktar meta u taħt liema ċirkostanzi l-ikkuppjar permess fl-Artikolu 21(3) ikun possibbli. |
|
46. |
Il-KEPD jilqa' d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà, li huma essenzjali għall-funzjonament effiċjenti tas-SID (Kapitolu XII). |
Bażi ta' data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali
|
47. |
Il-Proposta żżid dispożizzjonijiet dwar il-bażi ta' data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali (Artikoli 16-19). Dan jirrifletti l-ħolqien tal-bażi ta' data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali fl-istrument tal-Ewwel Pilastru. Minkejja li l-KEPD ma jiddubitax mill-ħtieġa għal tali bażijiet ta' data ġodda fil-qafas tas-SID, huwa jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal salvagwardji adegwati tal-protezzjoni tad-data. F'dan il-kuntest il-KEPD jilqa' l-fatt li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 21(3) ma tapplikax għal bażijiet ta' data għall-identifikazzjoni ta' fajls dognali. |
Aċċess għas-SID mill-Europol u l-Eurojust
|
48. |
Il-Proposta toffri aċċess għas-sistema lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u lill-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust). |
|
49. |
L-ewwel nett, il-KEPD jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ddefinit b'mod ċar il-fini għall-aċċess u l-valutazzjoni tal-proporzjonalità u l-ħtieġa tal-estensjoni tal-aċċess. L-informazzjoni dwar għaliex huwa meħtieġ li l-aċċess għas-sistema jiġi estiż għall-Europol u għall-Eurojust hija nieqsa. Il-KEPD jenfasizza wkoll li meta jkun involut l-aċċess għall-bażijiet ta' data, il-funzjonalitajiet u l-ipproċessar tal-informazzjoni personali, ikun hemm ħtieġa ċara li wieħed jevalwa minn qabel mhux biss l-utilità ta' tali aċċess, iżda anke l-ħtieġa reali u dokumentata ta' tali proposta. Il-KEPD jissottolinja li ma kienet ipprovduta ebda ġustifikazzjoni għar-raġunijiet. |
|
50. |
Il-KEPD jappella wkoll għal definizzjoni ċara fit-test tal-missjonijiet preċiżi li għalihom l-Europol u l-Eurojust jistgħu jingħataw aċċess għad-data. |
|
51. |
Skont l-Artikolu 11, “l-Europol għandu, fl-ambitu tal-mandat tiegħu u għall-qadi tal-kompiti tiegħu, ikollu d-dritt li jaċċessa d-data mdaħħla fis-SID, biex ifittex id-data direttament u biex idaħħal id-data fis-sistema”. |
|
52. |
Il-KEPD jilqa' l-limitazzjonijiet introdotti fil-Proposti, bħal, b'mod partikolari:
|
|
53. |
Il-KEPD jixtieq isemmi wkoll li kull darba li l-Proposta tirreferi għall-Konvenzjoni tal-Europol, għandha titqies id-Deċiżjoni tal-Kunsill li abbażi tagħha, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010, l-Europol ser isir aġenzija tal-UE. |
|
54. |
L-Artikolu 12 tal-Proposta jitratta l-aċċess tal-Eurojust għas-SID. Hu jistipula li “Soġġett għall-Kapitolu IX, il-membri nazzjonali kif ukoll l-assistenti tagħhom, fil-limiti tal-mandat tagħhom u għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, għandhom id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 6, u li jikkonsultaw dik id-data.” Il-Proposta tipprevedi mekkaniżmi rigward il-kunsens tal-Istat Membru li jkun daħħal id-data li huma simili għal dawk previsti għall-Europol. Il-kummenti t'hawn fuq rigward il-ħtieġa għal ġustifikazzjoni tal-ħtieġa li jiġi previst l-aċċess kif ukoll għal limitazzjonijiet adegwati u meħtieġa jekk jingħata dan l-aċċess, japplikaw ukoll għall-Eurojust. |
|
55. |
Il-KEPD jilqa' l-limitazzjoni tal-aċċess għas-SID lill-membru nazzjonali biss, id-deputati tiegħu u l-assistenti tiegħu. Madankollu l-KEPD jinnota li l-Artikolu 12(1) jitkellem biss dwar membru nazzjonali u assistenti, filwaqt li paragrafi oħrajn tal-Artikolu 12 ikopru wkoll id-deputati tal-membri nazzjonali. Il-leġislaturi għandhom jiżguraw kjarezza u konsistenza f'dan il-kuntest. |
Sorveljanza – Lejn mudell koerenti, konsistenti u komprensiv
|
56. |
Fir-rigward tas-sorveljanza proposta tal-parti tat-Tielet Pilastru tas-SID, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni tal-leġislatur għall-ħtieġa li tiġi żgurata sorveljanza konsistenti u komprensiva tas-sistema kollha. Għandu jittieħed kont tal-qafas legali kumpless li jirregola s-SID, ibbażat fuq żewġ bażijiet legali, u żewġ mudelli ta' sorveljanza differenti għandhom ikunu evitati kemm għal raġuni ta' kjarezza legali kif ukoll għal raġunijiet prattiċi. |
|
57. |
Kif imsemmi qabel fl-opinjoni, il-KEPD attwalment jaġixxi bħala sorveljant tal-parti ċentrali tal-parti tal-Ewwel Pilastru tas-sistema. Dan huwa f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97, li jistipula li “l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkontrolla l-konformità tal-CIS (SID) mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD jinnota li l-mudell ta' sorveljanza, kif propost fil-Proposta Franċiża, ma jiħux kont ta' dan ir-rwol. Il-mudell ta' sorveljanza huwa bbażat fuq ir-rwol tal-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta tas-SID”. |
|
58. |
Minkejja li l-KEPD japprezza l-ħidma magħmula mill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta tas-SID, huwa jenfasizza żewġ raġunijiet għaliex għandu jkun applikat mudell ta' sorveljanza kkoordinat, konsistenti mal-kompiti ta' sorveljanza attwali tiegħu f'sistemi oħrajn fuq skala kbira. L-ewwelnett, tali mudell jiżgura l-konsistenza interna bejn il-partijiet tal-Ewwel u t-Tielet Pilastru tas-sistema. It-tieni nett, huwa jipprovdi wkoll konsistenza mal-mudelli stabbiliti f'sistemi oħrajn fuq skala kbira. Madankollu, il-KEPD huwa tal-parir li mudell simili għal dak użat fis-SIS II (“sorveljanza kkoordinata ‘jew’ mudell f'diversi livelli”) ikun applikat għas-SID b'mod ġenerali. Kif imsemmi fl-opinjoni tal-KEPD dwar il-parti tal-Ewwel Pilastru tas-SID, “fil-qafas tas-SIS II, il-leġislatur Ewropew għażel ir-razzjonalizzazzjoni tal-mudell ta' sorveljanza, billi applika l-istess mudell f'diversi mudelli kif deskritt fl-ambjenti tal-Ewwel u tat-Tielet Pilastru tas-sistema” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
59. |
Il-KEPD jemmen li l-aktar soluzzjoni opportuna biex dan jiġi previst hija li tiġi introdotta sistema ta' sorveljanza aktar uniformi, bil-mudell diġà esperimentat ibbażat fuq struttura ta' tliet livelli: l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali, il-KEPD fil-livell ċentrali u l-koordinazzjoni ta' bejniethom. Il-KEPD huwa konvint li s-sostituzzjoni tal-Konvenzjoni SID tagħti din l-opportunità unika biex tiġi prevista s-simplifikazzjoni u aktar konsistenza fis-sorveljanza, kompletament f'konformità ma' sistemi oħrajn fuq skala kbira (VIS, SIS II, Eurodac). |
|
60. |
Finalment, il-mudell ta' sorveljanza jieħu wkoll kont aħjar tal-bidliet li jsiru bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u t-tneħħija tal-istruttura tal-pilastri tal-UE. |
|
61. |
Il-KEPD ma jieħu ebda pożizzjoni dwar jekk l-introduzzjoni tal-mudell ta' sorveljanza kkoordinat tkunx tirrikjedi emendi għall-istrument tal-Ewwel Pilastru li jirregola s-SID, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 766/2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill 515/97, iżda huwa jiġbed l-attenzjoni tal-leġislatur għall-ħtieġa li dan l-aspett jiġi analizzat ukoll mill-perspettiva tal-konsistenza legali. |
Lista ta' awtoritajiet b'aċċess għas-SID
|
62. |
L-Artikolu 7(2) jipprevedi obbligu għal kull Stat Membru li jibgħat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 lista tal-awtoritajiet kompetenti li huwa jkun għażel biex ikollhom aċċess għas-SID, fejn kull awtorità tispeċifika liema data tista' taċċessa u għal liema finijiet. |
|
63. |
Il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Proposta tipprevedi biss li informazzjoni dwar l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SID għandha tkun skambjata bejn l-Istati Membri u li għandhom jinfurmaw lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26, iżda ma kienet prevista ebda lista ta' tali awtoritajiet. Dan huwa ta' dispjaċir peress li tali pubblikazzjoni tgħin biex tinkiseb trasparenza aħjar u biex tinħoloq għodda prattika għal sorveljanza effettiva tas-sistema, eż. mill-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data kompetenti. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
|
64. |
Il-KEPD jappoġġa l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali Huwa saħaq li minħabba l-ħidma leġislattiva li għaddejja fil-Kunsill, il-kummenti tiegħu mhumiex ibbażati fuq it-test finali tal-Proposta. |
|
65. |
Huwa jiddispjaċih bin-nuqqas ta' dokumenti spjegattivi li jistgħu jipprovdu xi kjarifika u informazzjoni meħtieġa dwar l-objettivi u l-ispeċifiċità ta' wħud mid-dispożizzjonijiet tal-Proposta. |
|
66. |
Il-KEPD jappella biex il-Proposta tagħti aktar attenzjoni għall-ħtieġa ta' salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data. Huwa jara għadd ta' kwistjonijiet fejn l-implimentazzjoni prattika tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data għandha tkun żgurata aħjar, b'mod partikolari rigward l-applikazzjoni tal-limitazzjoni tal-fini fir-rigward tal-użu tad-data mdaħħla fis-SID. Il-KEPD iqis li dan huwa prerekwiżit essenzjali għat-titjib tal-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali. |
|
67. |
Il-KEPD jappella għal mudell ta' sorveljanza kkoordinat li għandu jiddaħħal fil-Proposta. Għandu jkun innutat li l-KEPD attwalment għandu kompiti ta' sorveljanza fuq il-parti tal-Ewwel Pilastru tas-sistema. Huwa jissottolinja li għal raġuni ta' koerenza u konsistenza, l-aħjar approċċ ikun li l-mudell ta' sorveljanza kkoordinat ikun applikat ukoll għall-parti tat-Tielet Pilastru tas-sistema. Dan il-mudell għandu jiżgura wkoll, fejn meħtieġa u adegwata, konsistenza ma' strumenti legali oħrajn li jirregolaw l-istabbiliment u/jew l-użu ta' sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira. |
|
68. |
Il-KEPD jappella għal aktar spjegazzjoni dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għoti ta' aċċess lill-Eurojust u lill-Europol. Huwa jenfasizza n-nuqqas ta' informazzjoni spjegattiva fil-Proposta dwar din il-kwistjoni. |
|
69. |
Il-KEPD jinsisti wkoll dwar it-tisħiħ tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(4) tal-Proposta rigward it-trasferiment ta' data lil Stati mhux Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Dan jinkludi l-ħtieġa li tiġi żgurata sistema uniformi ta' valutazzjoni tal-adegwatezza. |
|
70. |
Il-KEPD jappella għall-introduzzjoni ta' dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SID, sabiex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-sistema. |
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2009
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(2) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(5) Ara, l-aktar reċenti, l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva ta' 15-il Stat Membru bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 1.
(6) http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2004_2009/organes/libe/libe_20090330_1500.htm
(7) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 33.
(9) Il-Proposta żżid kategorija ġdida: (g) oġġetti miżmuma, issekwestrati jew ikkonfiskati.
(10) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.
(11) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 48.
(12) Opinjoni tat-22 ta' Frar 2007 dwar il-proposta għal Regolament, (COM(2006) 866 finali), ĠU C 94, 28.4.2007, p. 3.
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/19 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, rigward il-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
2009/C 229/04
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta' tali data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Il-proposti biex tiġi emendata s-sistema tal-farmakoviġilanza attwali
|
1. |
Fl-10 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti relatati mal-emendar tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE rispettivament (3). Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn issa 'l quddiem: “l-EMEA”) (4). Id-Direttiva 2001/83/KE fiha regoli dwar il-kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, fejn jiġu trattati proċessi speċifiċi fil-livell tal-Istat Membru (5). L-emendi proposti jirrelataw mal-partijiet fiż-żewġ strumenti dwar il-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. |
|
2. |
Il-farmakoviġilanża tista' tkun iddefinita bħala x-xjenza u l-attivitajiet relatati mal-kxif, il-valutazzjoni, il-fehim u l-prevenzjoni ta' effetti negattivi ta' prodotti mediċinali (6). Is-sistema tal-farmakoviġilanza li attwalment hija fis-seħħ fl-Ewropa tippermetti lill-pazjenti u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa jirrapportaw dwar reazzjonijiet negattivi għal mediċini lill-korpi pubbliċi u privati rilevanti involuti fil-livell nazzjonali u Ewropew. Bażi tad-data madwar l-Ewropa (il-bażi tad-data EudraVigilance) hija mmexxija mill-EMEA bħala punt ċentralizzat għall-ġestjoni u r-rapportar ta' reazzjonijiet negattivi suspettati għal mediċini. |
|
3. |
Il-farmakoviġilanza hija meqjusa bħala suppliment meħtieġ għas-sistema Komunitarja tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali li tmur lura għall-1965 meta kienet adottata d-Direttiva 65/65/KEE (7). |
|
4. |
Kif jirriżulta mill-Memoranda ta' Spjegazzjoni u l-Valutazzjoni ta' Impatt mehmuża mal-proposti, is-sistema tal-farmakoviġilanza attwali għandha għadd ta' dgħjufijiet, inkluż nuqqas ta' ċarezza rigward ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti, proċeduri kkumplikati għal rapportar ta' reazzjonijiet negattivi għal mediċini, il-ħtieġa għal aktar trasparenza u komunikazzjoni dwar is-sikurezza tal-mediċini u l-ħtieġa għar-razjonalizzazzjoni ta' ppjanar tal-ġestjoni tar-riskju tal-mediċini. |
|
5. |
L-intenzjoni ġenerali taż-żewġ proposti hija li jiġu rimedjati dawn id-dgħjufijiet u li tittejjeb u tissaħħaħ is-sistema Komunitarja tal-farmakoviġilanza bl-objettiv ġenerali li s-saħħa pubblika tiġi protetta aħjar, li jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-suq intern u li jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri attwali (8). |
Data personali fil-farmakoviġilanza u konsultazzjoni tal-KEPD
|
6. |
L-operazzjoni ġenerali tas-sistema tal-farmakoviġilanza attwali tibbaża fuq l-ipproċessar ta' data personali. Din id-data hija inkluża fir-reazzjonijiet negattivi minn mediċini u tista' tkun ikkunsidrata bħala data relatata mas-saħħa (“data dwar is-saħħa”) tal-persuni kkonċernati peress li tirrivela informazzjoni dwar l-użu tal-mediċini u problemi tas-saħħa assoċjati. L-ipproċessar ta' tali data huwa soġġett għal regoli tal-protezzjoni tad-data stretti kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE (9). L-importanza li tali data tiġi protetta reċentement kienet enfasizzata ripetutament mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kuntest tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem: “Il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari d-data medika, hija ta' importanza fundamentali biex persuna tkun tista' tgawdi d-dritt tagħha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja kif iggarantit mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni” (10). |
|
7. |
Minkejja dan, ebda referenza għall-protezzjoni tad-data mhi inkluża fit-test attwali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE, ħlief għal referenza speċifika waħda fir-Regolament li ser ikun diskuss hawn taħt fil-punt 21 u aktar ′il quddiem. |
|
8. |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“KEPD”) jiddispjaċih li l-aspetti tal-protezzjoni tad-data mhumiex ikkunsidrati fl-emendi proposti u li huwa ma kienx ikkonsultat formalment dwar iż-żewġ proposti għal emenda kif previst fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għaldaqstant l-opinjoni attwali hija bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li referenza għal din l-opinjoni tkun inkluża fil-preambolu taż-żewġ proposti. |
|
9. |
Il-KEPD jinnota li minkejja li l-protezzjoni tad-data mhix ikkunsidrata biżżejjed kemm fil-qafas legali attwali tal-farmakoviġilanza kif ukoll fil-proposti, l-applikazzjoni prattika tas-sistema ċentrali Komunitarja EudraVigilance tqajjem biċ-ċar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data. Għal dan l-għan, is-sistema attwali EudraVigilance kienet notifikata mill-EMEA lill-KEPD f'Ġunju 2008 għal verifika preliminari abbażi tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
|
10. |
L-opinjoni attwali u l-konklużjonijiet mill-KEPD dwar il-verifika preliminari (li l-pubblikazzjoni tagħha hija mistennija aktar tard din is-sena) żgur ser ikun fihom xi sovrappożizzjoni. Madankollu, il-konċentrazzjoni taż-żewġ strumenti hija differenti: filwaqt li din l-opinjoni tikkonċentra fuq il-qafas legali ġenerali li jappoġġa s-sistema kif tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE u l-emendi proposti għaliha, il-verifika preliminari tikkostitwixxi analiżi dettaljata ta' protezzjoni tad-data li tikkonċentra fuq kif ir-regoli attwali ġew elaborati aktar fi strumenti sussegwenti (eż. deċiżjonijiet u linji gwida) maħruġin mill-EMEA u mill-Kummissjoni u l-EMEA konġuntament, u kif is-sistema EudraVigilance taħdem fil-prattika. |
|
11. |
Din l-Opinjoni l-ewwel ser tipproċedi bi spjegazzjoni simplifikata tas-sistema tal-farmakoviġilanza fl-UE kif tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE fl-istat attwali tagħhom. Sussegwentement, il-ħtieġa tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-farmakoviġilanza ser tkun analizzata. Wara dan, il-proposti tal-Kummissjoni għat-titjib tal-qafas legali attwali u previst ser ikunu diskussi u ser isiru xi rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu żgurati u mtejbin l-istandards tal-protezzjoni tad-data. |
II. IS-SISTEMA TAL-FARMAKOVIĠILANZA TAL-UE: L-IPPROĊESSAR TAD-DATA PERSONALI U L-KONSIDERAZZJONI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
Atturi involuti fil-ġbir u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni
|
12. |
Diversi atturi huma involuti fil-ġbir u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-effetti negattivi ta' prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea. Fil-livell nazzjonali, iż-żewġ atturi prinċipali huma d-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni (kumpanniji li huma awtorizzati jġibu prodotti mediċinali fis-suq) u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (awtoritajiet responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni). L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti jawtorizzaw prodotti permezz tal-proċeduri nazzjonali, li jinkludu l-“Proċedura ta' Rikonoxximent Reċiproku” u l-“Proċedura Deċentralizzata” (11). Għal prodotti li huma awtorizzati permezz tal-hekk imsejħa “proċedura ċentralizzata”, il-Kummissjoni Ewropea tista' taġixxi wkoll bħala awtorità kompetenti. Attur addizzjonali importanti fil-livell Ewropew hija l-EMEA. Wieħed mill-kompiti ta' din l-aġenzija hija li tiġi żgurata d-disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar ir-reazzjonijiet negattivi minn prodotti mediċinali awtorizzati fil-Komunità, permezz ta' bażi tad-data, li hija l-bażi tad-data EudraVigilance li ssemmiet qabel. |
Ġbir u ħżin tad-data personali fil-livell nazzjonali
|
13. |
Id-Direttiva 2001/83/KE titkellem f'termini ġenerali dwar ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li joperaw sistema tal-farmakoviġilanza li fiha tinġabar informazzjoni li hija utli fis-sorveljanza tal-prodotti mediċinali′ (Artikolu 102). Abbażi tal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2001/83/KE (ara wkoll l-Artikolu 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004), id-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni għandu jkollhom is-sistema tal-farmakoviġilanza tagħhom fis-seħħ sabiex jassumu r-responsabbiltà għall-prodotti tagħhom fis-suq u biex jiżguraw li tittieħed azzjoni adegwata fejn meħtieġ. L-informazzjoni tinġabar minn professjonisti tas-saħħa jew minn pazjenti direttament. L-informazzjoni kollha relevanti għall-bilanċ tar-riskju-benefiċċju ta' prodott mediċinali għandha tkun irrappurtata elettronikament mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni lill-Awtorità Kompetenti. |
|
14. |
Id-Direttiva 2001/83/KE nnifisha mhix ferm preċiża dwar liem tip ta' informazzjoni dwar effetti negattivi għandha tinġabar fil-livell nazzjonali, kif għandha tinħażen jew kif għandha tkun ikkomunikata. L-Artikoli 104 u 106 jirreferu biss għal “rapporti” li għandhom jitħejjew. Aktar regoli dettaljati dwar dawn ir-rapporti jistgħu jinstabu fil-linji gwida li huma stabbiliti mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni tal-EMEA, l-Istati Membri u l-partijiet interessati, abbażi tal-Artikolu 106. F'dawn il-linji gwida dwar il-Farmakoviġilanza tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (minn issa 'l quddiem: “il-Linji Gwida”) issir referenza għall-hekk imsejħa “Rapporti dwar Każijiet Individwali ta' Sikurezza” (minn issa 'l quddiem: “ICSRs”), li huma rapport dwar l-effetti negattivi ta' prodotti mediċinali relatati ma' “pazjent speċifiku” (12). Mil-Linji Gwida jirriżulta li element wieħed tal-informazzjoni minima meħtieġa fl-ICSRs huwa “pazjent identifikabbli” (13). Huwa indikat li l-pazjent jista' jkun identifikat bl-inizjali, bin-numru tal-pazjent, bid-data tat-twelid, il-piż, it-tul u s-sess, in-numru ta' reġistru tal-isptar, l-informazzjoni dwar l-istorja medika tal-pazjent, l-informazzjoni dwar il-ġenituri tal-pazjent (14). |
|
15. |
Bl-enfasi tal-identifikabbiltà tal-pazjent, l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni jidħol biċ-ċar fl-ambitu tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. Fil-fatt, minkejja li l-pazjent ma jissemmiex bl-isem, huwa possibbli, billi jitqiegħdu flimkien il-biċċiet ta' informazzjoni differenti (eż. l-isptar, id-data tat-twelid, l-inizjali) u taħt kondizzjonijiet speċifiċi (eż. f'komunitajiet magħluqa jew f'postijiet żgħar) li jiġi identifikat. Għaldaqstant, l-informazzjoni pproċessata fil-kuntest tal-farmakoviġilanza għandha, fil-prinċipju, titqies bħala li tirrelata ma' persuna naturali identifikabbli fit-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE (15). Minkejja li ma jingħadx b'mod ċar la fir-Regolament u lanqas fid-Direttiva, huwa rikonoxxut fil-Linji Gwida fejn huwa ddikjarat li l-informazzjoni għandha tkun kompluta kemm jista' jkun, b'kont meħud tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data (16). |
|
16. |
Għandu jkun sottolinjat li, minkejja l-Linji Gwida, ir-rapportar ta' effetti negattivi fil-livell nazzjonali għadu l-bogħod milli jkun uniformi. Dan ser ikun diskuss aktar fil-punti 24 u 25 hawn taħt. |
Il-bażi tad-data EudraVigilance
|
17. |
Il-bażi tad-data EudraVigilance li hija miżmuma mill-EMEA għandha rwol kruċjali fis-sistema tal-farmakoviġilanza tal-UE. Kif imsemmi diġà, EudraVigilance huwa netwerk ta' pproċessar tad-data ċentralizzat u sistema ta' ġestjoni għar-rapportar u l-evalwazzjoni ta' reazzjonijiet negattivi suspettati matul l-iżvilupp u wara l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti mediċinali fil-Komunità Ewropea u fil-pajjiżi li jiffurmaw parti miż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-bażi legali tal-bażi tad-data EudraVigilance tista' tinstab fl-Artikolu 57(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. |
|
18. |
Il-bażi tad-data EudraVigilance attwali tikkonsisti f'żewġ kompartimenti, jiġifieri (1) informazzjoni li tirriżulta minn testijiet kliniċi (li jsiru qabel ma l-mediċina tiġi kummerċjalizzata, għaldaqstant imsejjaħ il-perijodu ta' “qabel l-awtorizzazzjoni”) u (2) informazzjoni li tirriżulta minn rapporti dwar l-effetti negattivi (miġbura wara, għaldaqstant imsejjaħ il-perijodu ta' “wara l-awtorizzazzjoni”). L-enfasi ta' din l-opinjoni tinsab fil-perijodu ta' “wara l-awtorizzazzjoni” peress li l-emendi proposti jikkonċentraw fuq din il-parti. |
|
19. |
Il-bażi tad-data tal-EudraVigilance fiha data dwar il-pazjenti li tirriżulta mill-ICSRs. L-EMEA hija pprovduta bl-ICSRs mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (ara l-Artikolu 102 tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004) u f'xi każijiet mid-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni direttament (ara l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004). |
|
20. |
L-enfasi ta' din l-Opinjoni tinsab fl-ipproċessar tal-informazzjoni personali dwar il-pazjenti. Madankollu għandu jkun innutat li l-bażi tad-data EudraVigilance fiha wkoll informazzjoni personali dwar il-persuni li jaħdmu għall-Awtorità Nazzjonali Kompetenti jew għad-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni meta jkunu qed jipprovdu l-informazzjoni lill-bażi tad-data. L-isem sħiħ, id-dettalji tal-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt, id-dettalji tad-dokument tal-identifikazzjoni ta' dawn in-nies jinżamm fis-sistema. Kategorija oħra ta' informazzjoni personali hija data dwar l-hekk imsejħa Persuni Kkwalifikati Responsabbli għall-Farmakoviġilanza, li huma nominati mid-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi kif imsemmija fl-Artikolu 103 tad-Direttiva 2001/83/KE. Ovvjament, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplikaw bis-sħiħ għall-ipproċessar ta' din l-informazzjoni. |
Aċċess għall-bażi tad-data EudraVigilance
|
21. |
L-Artikolu 57(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jiddikjara li l-bażi tad-data għandha tkun permanentement aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, id-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni u l-pubbliku għandu jkollhom livelli adegwati ta' aċċess għal din il-bażi tad-data, bil-garanzija tal-protezzjoni tad-data personali. Kif intqal hawn fuq fil-punt 7, din hija l-unika dispożizzjoni kemm fir-Regolament kif ukoll fid-Direttiva 2001/83/KE li tagħmel referenza għall-protezzjoni tad-data. |
|
22. |
L-Artikolu 57(1)(d) wassal għas-sistema li ġejja dwar l-aċċess. Ladarba l-EMEA tirċievi ICSR dan jitqiegħed direttament fil-Portal tal-EudraVigilance li hija aċċessibbli bis-sħiħ mill-EMEA, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti kif ukoll mill-Kummissjoni. Wara li l-ICSR ikun ġie validat (ivverifikat għall-awtentiċità u l-uniċità) mill-EMEA, l-informazzjoni mill-ICSR tkun trasferita lejn il-bażi tad-data attwali. L-EMEA, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti kif ukoll il-Kummissjoni għandhom aċċess sħiħ għall-bażi tad-data, filwaqt li d-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni għandhom aċċess biss għall-bażi tad-data soġġett għal ċerti restrizzjonijiet, jiġifieri aċċess biss għal data li huma stess ikunu ppreżentaw lill-EMEA. L-informazzjoni miġbura dwar l-ICSRs finalment titqiegħed fis-sit elettroniku tal-EudraVigilance li għaliha l-pubbliku ġenerali għandu aċċess, inklużi l-professjonisti tal-kura tas-saħħa. |
|
23. |
Fid-19 ta' Diċembru 2008, l-EMEA ppubblika abbozz ta' politika ta' aċċess fis-sit elettroniku tagħha għal konsultazzjoni pubblika (17). Id-dokument juri kif l-EMEA tipprevedi li timplimenta l-Artikolu 57(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Il-KEPD daqt ser jerġa′ lura għal dan is-suġġett mill-punt 48 ′il quddiem hawn taħt. |
Dgħjufijiet tas-sistema attwali u n-nuqqas tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data
|
24. |
Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni turi għadd ta' dgħjufijiet tas-sistema tal-farmakoviġilanza attwali tal-UE, li hija meqjusa bħala kumplessa u mhix ċara. Is-sistema kkumplikata tal-ġbir, il-ħżin u l-kondiviżjoni tad-data minn atturi differenti fil-livell nazzjonali u Ewropew hija ppreżentata bħala waħda mill-bosta nuqqasijiet. Is-sitwazzjoni hija kkumplikata aktar bil-fatt li hemm differenzi fil-mod kif id-Direttiva 2001/83/KE hija implimentata fl-Istati Membri (18). Bħala konsegwenza, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti kif ukoll l-EMEA spiss iħabbtu wiċċhom ma' rapportar ta' każijiet ta' reazzjonijiet negattivi għal mediċini li ma jkunx komplut jew li jkun iddupplikat (19). |
|
25. |
Dan huwa dovut għall-fatt li, minkejja li deskrizzjoni tal-kontenut tal-ISCRs hija pprovvduta fil-Linji Gwida msemmijin qabel, huwa f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu l-mod kif dawn ir-rapporti għandhom ikunu implimentati fil-livell nazzjonali. Dan jinkludi kemm il-mezzi ta' komunikazzjoni applikati għar-rapportar mid-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni lill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, u l-informazzjoni reali inkluża fir-rapporti (fl-Ewropa ma tintuża ebda formola standardizzata għar-rapportar). Barra minn hekk, xi Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti jistgħu japplikaw kriterji ta' kwalità speċifiċi għall-ammissibbiltà tar-rapporti (skont il-kontenut tagħhom, il-livell ta' kompletezza, eċċ), filwaqt li f'xi pajjiżi oħrajn dan jaf ma jkunx il-każ. Huwa ovvju li l-approċċ użat fil-livell nazzjonali għar-rapportar u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ICSRs għandu impatt dirett fuq kif dan ir-rapportar isir lejn EMEA, jiġifieri fil-bażi tad-data EudraVigilance. |
|
26. |
Il-KEPD jixtieq jenfasizza li d-dgħjufijiet imsemmijin hawn fuq mhux biss iwasslu għal inkonvenjenzi prattiċi iżda huma wkoll ta' theddida konsiderevoli għall-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa taċ-ċittadini. Minkejja li, kif muri fil-paragrafi preċedenti, l-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa jsir f'diversi stadji tal-proċess ta' operazzjoni tal-farmakoviġilanza, attwalment ma teżisti ebda dispożizzjoni għall-protezzjoni ta' din id-data. L-unika eċċezzjoni għal dan hija r-referenza ġenerali għall-protezzjoni tad-data fl-Artikolu 57(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li tirrelata biss mal-aħħar stadju tal-ipproċessar tad-data, jiġifieri l-aċċessibbiltà tad-data li tinsab fil-bażi tad-data EudraVigilance. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' ċarezza fir-rigward tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti fl-ipproċessar, kif ukoll in-nuqqas ta' standards speċifiċi għall-ipproċessar innifsu jhedded il-kunfidenzjalità, u anke l-integrità tad-data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata u anke kwistjonijiet ta' responsabbiltà. |
|
27. |
Għaldaqstant il-KEPD jixtieq jenfasizza li n-nuqqas ta' analiżi profonda tal-protezzjoni tad-data, rifless fil-qafas legali li jifforma l-bażi tas-sistema tal-farmakoviġilanza fl-UE, ukoll għandu jitqies bħala dgħjufija tas-sistema attwali. Din id-dgħjufija għandha tkun rimedjata minn emendi għal-leġislazzjoni attwali. |
III. IL-FARMAKOVIĠILANZA U L-ĦTIEĠA GĦAD-DATA PERSONALI
|
28. |
Bħala kwistjoni preliminari u ġenerali, il-KEPD jixtieq iqajjem il-mistoqsija dwar jekk l-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa dwar persuni naturali identifikabbli hux fil-fatt meħtieġ fl-istadji kollha tas-sistema tal-farmakoviġilanża (f′livell nazzjonali kif ukoll Ewropew). |
|
29. |
Kif spjegat hawn fuq, fl-ICSRs il-pazjent ma jissemmix b'ismu u bħala tali mhux identifikat. Madankollu l-pazjent xorta jista' jkun identifikabbli f'ċerti każijiet billi jingħaqdu biċċiet differenti ta' informazzjoni fl-ICSRs. Kif jirriżulta f'xi istanzi mil-linji gwida, jingħata numru tal-pazjent speċifiku, li jimplika li s-sistema fit-totalità tagħha tippermetti t-traċċabbiltà tal-persuna involuta. Madankollu, la d-Direttiva u lanqas ir-Regolament ma jirreferu għat-traċċabbiltà tal-persuni bħala parti mill-għan tas-sistema tal-farmakoviġilanza. |
|
30. |
Għaldaqstant il-KEPD iħeġġeġ lil-leġislatur jikkjarifika jekk it-traċċabbiltà hix fil-fatt maħsuba biex isservi għan ta' farmakoviġilanza fil-livelli differenti tal-ipproċessar u b'mod aktar speċifiku fil-qafas tal-bażi tad-data EudraVigilance. |
|
31. |
F′dak ir-rigward, huwa istruttiv li jsir tqabbil mas-sistema prevista dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi (20). Fil-kuntest tat-trapjanti tal-organi, it-traċċabbiltà bejn organi u d-donatur kif ukoll min jirċievi l-organu hija ta' importanza kbira ferma, speċjalment f'każijiet ta' avvenimenti jew reazzjonijiet negattivi serji. |
|
32. |
Madankollu, f'dan il-kuntest ta' farmakoviġilanza, il-KEPD ma kellux biżżejjed evidenza biex jikkonkludi li t-traċċabbiltà hija fil-fatt dejjem meħtieġa. Il-farmakoviġilanza tinvolvi r-rapportar ta' effetti negattivi ta' prodotti mediċinali li jintużaw minn għadd (l-aktar) mhux magħruf ta' nies u ser jintuża minn għadd (l-aktar) mhux magħruf ta' nies. Għaldaqstant – fi kwalunkwe każ fil-perijodu ta' “wara l-awtorizzazzjoni” – hemm relazzjoni inqas awtomatika u individwali bejn l-informazzjoni dwar l-effetti negattivi u l-persuna kkonċernata milli fil-każ tal-informazzjoni bejn l-organi u l-individwi involuti fit-trapjant ta' organu speċifiku. Huwa ovvju li l-pazjenti li jkunu użaw ċertu prodott mediċinali u li jkunu rrapportaw dwar effetti negattivi jkollhom interess biex isiru jafu l-eżitu ta' kwalunkwe valutazzjoni ulterjuri. Madankollu dan ma jimplikax li l-informazzjoni rapportata għandha f'kull każ tkun relatata ma' din il-persuna speċifika matul il-proċess ta' farmakoviġilanza kollu. F'bosta każijiet ikun biżżejjed li l-informazzjoni dwar l-effetti negattivi tkun relatata mal-prodott mediċinali nnifsu, li tippermetti lill-atturi involuti, forsi permezz ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa, biex jinfurmaw lill-pazjenti b'mod ġenerali dwar il-konsegwenzi tat-teħid ta' ċerti prodott mediċinali. |
|
33. |
Jekk it-traċċabbiltà tkun prevista wara kollox, il-KEPD jixtieq ifakkar li l-analiżi li huwa għamel fl-Opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummisjoni għal Direttiva dwar l-istandards ta' kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant. F'din l-Opinjoni huwa spjega r-relazzjoni bejn it-traċċabbiltà, l-identifikabbiltà, l-anonimità u l-kunfidenzjalità tad-data. L-identifikabbiltà huwa terminu li huwa kruċjali fil-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data (21). Ir-regoli tal-protezzjoni tad-data japplikaw għal data li tirrelata ma' persuni li huma identifikati jew identifikabbli (22). It-traċċabbiltà tad-data għal persuna speċifika tista' tkun allinjata mal-identifikabbiltà. Fil-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data, l-anonimità tmur kontra l-identifikabbiltà, u għaldaqstant, it-traċċabbiltà. Id-data titqies bħala anonima biss jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata (jew rintraċċata) l-persuna li magħha hija relatata d-data. Għaldaqstant in-nozzjoni ta' “anonomità” hija differenti minn kif huwa mifhum normalment fil-ħajja ta' kuljum, jiġifieri li individwu ma jistax ikun identifikat mid-data bħala tali, pereżempju peress li ismu jkun tneħħa. F'dawn is-sitwazzjonijiet issir pjuttost referenza għall-kunfidenzjalità tad-data, li jfisser li l-informazzjoni hija aċċessibbli (kompletament) biss lil dawk awtorizzati li jkollhom aċċess. Filwaqt li t-traċċabbiltà u l-anonimità ma jistax jeżistu flimkien, it-traċċabbiltà u l-kunfidenzjalità jistgħu. |
|
34. |
Minbarra t-traċċabbiltà, ġustifikazzjoni oħra biex il-pazjenti jinżammu identifikabbli matul il-proċess ta' farmakoviġilanza kollu tista' tkun il-funzjonament tajjeb tas-sistema. Il-KEPD jifhem li meta informazzjoni tkun relatata għal individwu identifikabbli u għaldaqstant uniku, huwa aktar faċli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti (jiġifieri l-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali u l-EMEA) biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-kontenut ta' ICSR (eż. jivverifikaw hemmx duplikati). Minkejja li l-KEPD jara l-ħtieġa għal tali mekkaniżmu ta' kontroll, huwa mhux konvint li dan waħdu jista' jiġġustifika l-fatt li d-data tibqa′ identifikabbli fl-istadji kollha tal-proċess ta' farmakoviġilanza u speċjalment fil-bażi tad-data EudraVigilance. Bi strutturar u koordinazzjoni aħjar tas-sistema ta' rapportar, pereżempju permezz ta' sistema deċentralizzata kif diskuss hawn taħt fil-punt 42 u aktar “il quddiem, id-duplikazzjoni tista” tkun evitata diġà fil-livell nazzjonali. |
|
35. |
Il-KEPD jirrikonoxxi li f'ċirkostanzi partikolari mhux possibbli li d-data ssir anonima. Dan huwa pereżempju l-każ jekk ċerti prodotti mediċinali jintużaw minn grupp limitat ferm ta' individwi. Għal dawk il-każijiet għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi sabiex jiġu segwiti l-obbligi li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data. |
|
36. |
Bħala konklużjoni, il-KEPD għandu dubji serji dwar jekk it-traċċabbiltà jew l-użu tad-data dwar pazjenti identifikabbli hix meħtieġa f'kull stadju tal-proċess tal-farmakoviġilanza. Il-KEPD huwa konxju tal-fatt li jaf ma jkunx possibbli li jiġi eskluż l-ipproċessar ta' data identifikabbli f'kull stadju, speċjalment fil-livell nazzjonali fejn isir il-ġbir attwali tal-informazzjoni dwar l-effetti negattivi. Madankollu, ir-regoli tal-protezzjoni tad-data jeħtieġu li l-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa jsir biss meta jkun strettament meħtieġ. Għaldaqstant l-użu ta' data identifikabbli għandu jitnaqqas kemm jista' jkun u jkun evitat jew imwaqqaf fl-aktar stadju bikri possibbli f'każijiet fejn dan ma jkunx meqjus bħala neċessarju. Għaldaqstant il-KEPD jħeġġeġ lil-leġislatur biex jerġa′ jivvaluta l-ħtieġa għall-użu ta' tali informazzjoni kemm f'livell Ewropew kif ukoll f'livell nazzjonali. |
|
37. |
Huwa nnutat li f'każijiet fejn hemm ħtieġa reali biex tiġi proċessata data identifikabbli jew meta d-data ma tkunx tista' ssir anonima (ara l-punt 35 hawn fuq), il-possibbiltajiet tekniċi għall-identifikazzjoni indiretta tas-suġġetti tad-data għandhom ikunu esplorati, eż. billi jsir użu ta' mekkaniżmi ta' psewdonimizzazzjoni (23). |
|
38. |
Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE jiżdied Artikolu ġdid li jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE rispettivament, b'referenza speċifika għall-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE rispettivament; Ma' dan għandu jingħad li d-data dwar is-saħħa identifikabbli għandha tkun ipproċessata biss meta jkun strettament meħtieġ u l-partijiet involuti għandhom jivvalutaw din il-ħtieġa f'kull stadju tal-proċess ta' farmakoviġilanza. |
IV. ANALIŻI DETTALJATA TAL-PROPOSTA
|
39. |
Minkejja li l-protezzjoni tad-data bil-kemm titqies fl-emendi proposti, analiżi aktar dettaljata tal-proposta xorta hija illuminanti peress li turi li wħud mill-bidliet previsti jżidu l-impatt u r-riskji sussegwenti għall-protezzjoni tad-data. |
|
40. |
L-intenzjoni ġenerali taż-żewġ proposti hija li tiżdied il-konsistenza tar-regoli, biex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet, tiġi ssimplifikata s-sistema ta' rapportar u tissaħħaħ il-bażi tad-data EudraVigilance (24). |
Ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet
|
41. |
Il-Kummissjoni ppruvat biċ-ċar biex ittejjeb iċ-ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet billi tipproponi li temenda d-dispożizzjonijiet attwali b'tali mod li l-leġislazzjoni nnifisha tgħid b'mod aktar espliċitu min għandu jagħmel xiex. Huwa minnu li aktar ċarezza dwar l-atturi involuti u l-obbligi rispettivi tagħhom rigward ir-rapportar tal-effetti negattivi ttejjeb it-trasparenza tas-sistema u għaldaqstant hija wkoll żvilupp pożittiv, mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data. B'mod ġenerali, mil-leġislazzjoni l-pazjenti għandhom ikunu kapaċi jifhmu kif, meta u minn min id-data personali tagħhom tkun qed tiġi pproċessata. Madankollu, iċ-ċarezza proposta dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet għandhom jitqiegħdu espliċitament f'relazzjoni ma' dawk li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data. |
Simplifikazzjoni tas-sistema ta' rapportar
|
42. |
Is-simplifikazzjoni tas-sistema ta' rapportar għandha tinkiseb bl-użu ta' portali tal-internet nazzjonali dwar is-sikurezza tal-mediċini li jkunu relatati mal-portal tal-internet Ewropew il-ġdid dwar is-sikurezza tal-mediċini (ara l-Artikolu 106 propost ġdid tad-Direttiva 2001/83/KE kif ukoll l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004). Il-portali tal-internet nazzjonali ser ikun fihom formoli disponibbli pubblikament għar-rapportar tar-reazzjonijiet negattivi suspettati min-naħa ta' professjonisti tas-saħħa u tal-pazjenti (ara l-Artikolu 106(3) propost ġdid tad-Direttiva 2001/83/KE kif ukoll l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004). Barra minn hekk il-portal tal-internet Ewropew ser ikun fih informazzjoni dwar kif isir rapport, inklużi formoli standard għal rapportar ibbażat fuq l-internet minn pazjenti u professjonisti tal-kura tas-saħħa. |
|
43. |
Il-KEPD jixtieq jissottolinja li, minkejja li l-użu ta' dawn il-portali tal-internet u l-formoli standardizzati ser itejjeb l-effettività tas-sistema ta' rapportar, fl-istess ħin huwa ser iżid ir-riskji tal-protezzjoni tad-data tas-sistema. Il-KEPD iħeġġeġ lil-leġislatur biex itejjeb din is-sistema ta' rapportar skont ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. Dan jimplika, kif indikat, li l-ħtieġa tal-ipproċessar tad-data personali għandha tkun ivvalutata kif suppost fir-rigward ta' kull pass tal-proċess. Dan għandu jkun rifless fil-mod kif ir-rapportar ikun organizzat fil-livell nazzjonali kif ukoll il-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-EMEA u lill-bażi tad-data EudraVigilance. F'sens aktar ġenerali, il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp ta' formoli uniformi fil-livell nazzjonali li jipprevjenu prattiki differenti li jwasslu għal livelli differenti ta' protezzjoni tad-data. |
|
44. |
Is-sistema prevista jidher li timplika li l-pazjenti jistgħu jirrapportaw direttament lill-EMEA, jew forsi anke direttament lill-bażi tad-data EudraVigilance innifisha. Dan ikun ifisser li, fl-applikazzjoni attwali tal-bażi tad-data EudraVigilance, l-informazzjoni tinżamm fil-portal EMEA, li kif kien spjegat fil-punti 21-22 hawn fuq, huwa aċċessibbli kompletament għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali. |
|
45. |
F′termini ġenerali l-KEPD iħeġġeġ bil-qawwa sistema ta' rapportar deċentralizzata. Il-komunikazzjoni mal-portal tal-internet Ewropew għandha tkun ikkoordinata bl-użu tal-portali tal-internet nazzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali. Ir-rapportar indirett mill-pazjenti, jiġifieri permezz tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa (bl-użu ta' portali tal-internet jew le) ukoll għandu jintuża, aktar milli l-possibbiltà ta' rapportar dirett mill-pazjenti speċjalment lill-bażi tad-data EudraVigilance. |
|
46. |
Fi kwalunkwe każ, sistema ta' rapportar permezz ta' portali tal-internet teħtieġ regoli tas-sigurtà stretti. F'dan ir-rigward, il-KEPD jixtieq jirreferi għall-Opinjoni tiegħu msemmija qabel dwar id-Direttiva proposta għas-saħħa transkonfinali, speċjalment il-parti dwar is-sigurtà tad-data fl-Istati Membri u l-privatezza fl-applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika (25). F'dik l-Opinjoni l-KEPD diġà jenfasizza li l-privatezza u s-sigurtà għandhom ikunu parti mid-disinn u l-implimentazzjoni kwalunkwe applikazzjoni tas-saħħa elettronika (privatezza b'disinn) (26). L-istess konsiderazzjoni tapplika għall-portali tal-internet previsti. |
|
47. |
Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikoli 25 u 26 proposti ġodda tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u fl-Artikolu 106 tad-Direttiva 2001/83/KE, li jittrattaw mal-iżvilupp ta' sistema ta' rapportar għall-effetti negattivi bl-użu ta' portali tal-internet, jiġi inkluż obbligu li jiġu inkorporati miżuri ta' privatezza u sigurtà. Il-prinċipji tal-kunfidenzjalità, l-integrità, ir-responsabbiltà għad-data u d-disponibbiltà tagħha jistgħu jissemmew ukoll bħala objettivi ta' sigurtà prinċipali, li għandhom ikunu ggarantiti f'livell ugwali fl-Istati Membri kollha. L-użu ta' standards u mezzi tekniċi adegwati, bħall-ikkodifikar u l-awtentikazzjoni tal-firma diġitali, ukoll jista' jiġi inkluż. |
It-tisħiħ tal-bażi tad-data EudraVigilance: aċċess imtejjeb
|
48. |
L-Artkolu 24 propost ġdid tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jittratta mal-bażi tad-data EudraVigilance. L-Artikolu jiddikjara biċ-ċar li t-tisħiħ tal-bażi tad-data jimplika użu akbar tal-bażi tad-data mill-partijiet differenti involuti, f'termini ta' għoti u aċċess għall-informazzjoni lejn u mill-bażi tad-data. Żewġ paragrafi tal-Artikolu 24 huma ta' interess partikolari. |
|
49. |
L-Artikolu 24(2) jittratta dwar l-aċċessibbiltà tal-bażi tad-data. Huwa jissostitwixxi l-Artikolu 57(1)(d) attwali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li kien diskuss qabel bħala l-unika dispożizzjoni li attwalment tirreferi għall-protezzjoni tad-data. Ir-referenza għall-protezzjoni tad-data tinżamm, iżda l-għadd ta' atturi soġġetti għaliha jitnaqqas. Fejn it-test attwali jindika li livelli adegwati ta' aċċess għall-bażi tad-data, fejn id-data personali tkun protetta, għandhom jingħataw lil professjonisti tal-kura tas-saħħa, lil Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni u lill-pubbliku, il-Kummissjoni issa tipproponi li d-Detenturi tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni jitneħħew minn din il-lista u jingħataw aċċess “sal-limitu meħtieġ biex huma jirrispettaw l-obbligi tagħhom ta' farmakoviġilanza”, mingħajr ebda referenza għall-protezzjoni tad-data. Ir-raġunijiet biex isir dan mhumiex ċari. |
|
50. |
Barra minn hekk it-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 jistabbilixxi r-regoli dwar l-aċċess għall-ICSRs. L-aċċess jista' jkun mitlub mill-pubbliku u għandu jingħata fi żmien 90 jum, “dment li l-iżvelar ma jikkompromettix l-anonimità tas-suġġetti tar-rapporti”. Il-KEPD jappoġġa l-idea wara dan l-għoti, partikolarment il-fatt li data anonima biss tista' tiġi żvelata. Madankollu, huwa jixtieq jenfasizza, kif spjegat qabel, li l-anonimità għandha tinftiehem bħala l-imposibbiltà totali li persuna li tkun irrapportat effett negattivi tiġi identifikata (ara wkoll il-punt 33). |
|
51. |
L-aċċessibbiltà tas-sistema EudraVigilance għandha, b'mod ġenerali, tiġi ivvalutata mill-ġdid fid-dawl tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Dan għandu wkoll konsegwenzi diretti għall-abbozz ta' politika dwar l-aċċess ippubblikat mill-EMEA f'Diċembru 2008, imsemmi hawn fuq fil-punt 23 (27). Peress li l-informazzjoni fil-bażi tad-data EudraVigilance bilfors tirrelata ma' persuni naturali identifikabbli, l-aċċess għal dik id-data għandu jkun restrittiv kemm jista' jkun. |
|
52. |
Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 24(2) propost tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tiġi inkluża sentenza li tiddikjara li l-aċċessibbiltà tal-bażi tad-data EudraVigilance għandha tkun irregolata f'konformità mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw lil-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tad-data. |
Drittijiet tas-suġġett tad-data
|
53. |
Il-KEPD jixtieq jissottolinja l-fatt li ladarba tkun ipproċessata d-data identifikabbli, il-parti responsabbli għal tali proċessar għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-leġislazzjoni Komunitarja tal-protezzjoni tad-data. Dan jimplika inter alia li l-persuna involuta tkun infurmata sew dwar x'ser ikun ser isir bid-data u min ser ikun qiegħed jipproċessaha u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u/jew l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk il-persuna kkonċernata għandha tkun tista' tuża d-drittijiet tagħha f'livell nazzjonali kif ukoll Ewropew, bħad-dritt ta' aċċess (Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001), id-dritt li toġġezzjona (l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE) eċċetra. |
|
54. |
Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li mal-Artikolu 101 propost tad-Direttiva 2001/83/KE jiżdied paragrafu li jiddikjara li fil-każ ta' pproċessar ta' data personali l-individwu għandu jibqa' infurmat b'mod adegwat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. |
|
55. |
Il-kwistjoni tal-aċċess għall-informazzjoni personali ta' xi ħadd li tkun tinsab fil-bażi tad-data EudraVigilance mhix indirizzata fil-leġislazzjoni attwali u proposta. Għandu jkun enfasizzat li fil-każijiet fejn tinħass il-ħtieġa li tinżamm data personali fil-bażi tad-data, kif għadu kif issemma, il-pazjent ikkonċernat għandu jkun jista' juża d-dritt tiegħu li jaċċedi għad-data personali tiegħu skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li mal-Artikolu 24 propost jiżdied paragrafu li jiddikjara li għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li s-suġġett tad-data jista' jeżerċita d-dritt tiegħu ta' aċċess għad-data personali li tikkonċernah kif previst mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
V. KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
56. |
Il-KEPD huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' valutazzjoni adegwata tal-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data fuq il-farmakoviġilanza jikkostitwixxi wieħed mid-dgħjufijiet tal-qafas legali attwali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/83/KE. L-emenda attwali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u tad-Direttiva 2001/83/KE għandha titqies bħala opportunità biex il-protezzjoni tad-data tiġi introdotta bħala element sħiħ u importanti tal-farmakoviġilanza. |
|
57. |
Kwistjoni ġenerali li għandha tkun indirizzata hawn hija l-ħtieġa attwali tal-ipproċessar tad-data personali dwar is-saħħa fl-istadji kollha tal-proċess tal-farmakoviġilanza. Kif spjegat f'din l-Opinjoni, il-KEPD għandu dubji serji dwar din il-ħtieġa u jħeġġeġ lil-leġislatur jivvalutaha fil-livelli differenti tal-proċess. Huwa ċar li l-għan tal-farmakoviġilanza f'bosta każijiet jista' jinkiseb bil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-effetti negattivi li tkun anonima fis-sens tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data. Id-duplikazzjoni tar-rapportar tista' tkun evitata permezz tal-applikazzjoni ta' proċeduri ta' rapportar tad-data strutturati sew diġà fil-livell nazzjonali. |
|
58. |
L-emendi proposti jipprevedu sistema ta' rapportar simplifikata u t-tisħiħ tal-bażi tad-data EudraVigilance. Il-KEPD spjega li dawn l-emendi jwasslu għal riskji akbar għall-protezzjoni tad-data, speċjalment meta din tinvolvi r-rapportar dirett ta' pazjenti lill-EMEA jew lill-bażi tad-data EudraVigilance. F'dan ir-rigward, il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwa sistema ta' rapportar deċentralizzata u indiretta fejn il-komunikazzjoni għall-portal tal-internet Ewropew tkun ikkoordinata bl-użu ta' portali tal-internet nazzjonali. Il-KEPD jenfasizza wkoll li l-privatezza u s-sigurtà għandhom ikunu parti mid-disinn u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' rapportar bl-użu ta' portali tal-internet (privatezza b'disinn). |
|
59. |
Il-KEPD jissottolinja wkoll il-fatt li ladarba tkun ipproċessata d-data li tikkonċerna s-saħħa dwar persuni naturali identifikati jew identifikabbli, il-persuna responsabbli għal tali pproċessar għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data. |
|
60. |
B′mod aktar speċifiku, il-KEPD jirrakkomanda:
|
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2009.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) GU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) COM(2008)664 finali u COM(2008)665 finali.
(4) ĠU L 136, 30.04.2004, p. 1.
(5) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(6) Ara l-Memoranda ta' Spjegazzjoni għaż-żewġ proposti f'paġna 3.
(8) Ara l-Memoranda ta' Spjegazzjoni f'p. 2.
(9) Rigward id-definizzjoni tad-data dwar is-saħħa ara l-Opinjoni tal-KEPD tat-2 ta' Diċembru 2008 dwar id-Direttiva proposta dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, punti 15-17, disponibbli fl-indirizz http://www.edps.europa.eu
(10) Ara QEDB, 17 ta' Lulju 2008, I v. Finlandja (appl. Nru 20511/03), paragrafu 28 u QEBD, 25 ta' Novembru 2008, Armonas v. Litwanja (appl. Nru 36919/02), paragrafu 40.
(11) Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt fil-p. 10.
(12) Ara l-Volum 9A tar-Regoli Dwar il-Prodotti Mediċinali fl-Unjoni Ewropea: Linji dwar il-Farmakoviġilanza tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, li jistgħu jinstabu fl-indirizz: http://ec.europa.eu/enterprise/pharmaceuticals/eudralex/vol-9/pdf/vol9a_09-2008.pdf
(13) Ara l-Linji Gwida fil-p. 57.
(14) Ara nota tal-giegħ nru 13.
(15) L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE jiddefinixxi d-“data personali” bħala “kwalunkwe informazzjoni relatat ma' persuna naturali identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna identifikabbli hija waħda li tista' tkun identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha” (traduzzjoni mhux uffiċjali). Il-Premessa (26) tkompli tispeċifika:... biex jiġi iddeterminat jekk persuna hix identifikabbli, għandu jittieħed kont tal-mezzi kollha x'aktarx raġonevoli li għandhom jintużaw jew mill-kontrollur jew minn persuna oħra biex tiġi identifikata l-persuna in kwistjoni. Għal aktar analiżi ara l-Opinjoni 4/2007 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-kunċett ta' data personali (dokument WP 136), adottata fl-20 ta' Ġunju 2007 u disponibbli fi http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/index_en.htm. Dan huwa relevanti wkoll għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(16) Ara nota tal giegħ nru 13.
(17) Ara l-abbozz ta' politika dwar l-aċċess ta' EudraVigilance għall-mediċini għall-użu mill-bniedem tad-19 ta' Diċembru 2008, li tista' tinstab fl-indirizz http://www.emea.europa.eu/pdfs/human/phv/18743906en.pdf
(18) Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt fil-p. 17.
(19) Ara nota tal-giegħ nru 18.
(20) Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant, COM(2008) 818 Finali. Ara l-Opinjoni tal-KEPD tal-5 ta' Marzu 2009, disponibbli f'http://www.edps.europa.eu
(21) Ara l-Opinjoni tal-KEPD, punti 11-28.
(22) Ara l-Artikoli 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE u 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u spjegazzjoni ulterjuri fn-nota 13 ta' qiegħ il-paġna.
(23) Il-psewdonomizzazzjoni huwa proċess li jista' jintuża biex tinħeba l-identità tas-suġġett tad-data, filwaqt li d-data tibqa′ rintraċċabbli. Jeżistu possibbiltajiet tekniċi differenti, eż. ż-żamma tas-sikurezza tal-listi bejn l-identitajiet reali u l-psewdonimi, l-użu ta' algoritmi kriptografiċi miż-żewġ naħat, eċċ.
(24) Ara l-Memoranda ta' Spjegazzjoni fil-p. 2/3.
(25) Ara l-Opinjoni tal-KEPD fin-nota 7 ta' qiegħ il-paġna dwar id-Direttiva proposta dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, punti 32-34.
(26) Ara l-punt 32 tal-Opinjoni.
(27) Ara wkoll in-nota 15 f'qiegħ il-paġna.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/27 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Settembru 2009
2009/C 229/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4780 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,09 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4422 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90470 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,0940 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5149 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,6280 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,131 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
271,42 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7055 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1613 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2475 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1882 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6922 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5787 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,4552 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0484 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0863 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 779,06 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,9943 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,0902 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2943 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 316,85 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,1434 |
|
PHP |
Peso Filippin |
70,238 |
|
RUB |
Rouble Russu |
44,5532 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
49,687 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6726 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,6500 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,8900 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/28 |
Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7)
2009/C 229/06
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmiija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità ma'l-Artikolu 34 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.
L-UNGERIJA
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikta fil-ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1 .
L-UNGERIJA–IL-KROAZJA
Fruntieri tal-art
|
1. |
Barcs–Terezino Polje |
|
2. |
Beremend–Baranjsko Petrovo Selo |
|
3. |
Berzence–Gola |
|
4. |
Drávaszabolcs–Donji Miholjac |
|
5. |
Drávaszabolcs (xmara, fuq rikjesta) (1) |
|
6. |
Gyékényes–Koprivnica (linja ferrovjarja) |
|
7. |
Letenye–Goričan I |
|
8. |
Letenye–Goričan II (triq prinċipali għat-traffiku) |
|
9. |
Magyarboly–Beli Manastir (linja ferrovjarja) |
|
10. |
Mohács (xmara) |
|
11. |
Murakeresztúr–Kotoriba (linja ferrovjarja) |
|
12. |
Udvar–Dubosevica |
L-UNGERIJA–IS-SERBJA
Fruntieri tal-art
|
1. |
Bácsalmás–Bajmok (2) |
|
2. |
Hercegszántó–Bački Breg |
|
3. |
Kelebia–Subotica (linja ferrovjarja) |
|
4. |
Mohács (xmara) |
|
5. |
Röszke–Horgoš (linja ferrovjarja) |
|
6. |
Röszke–Horgoš (linja ferrovjarja) |
|
7. |
Szeged (xmara) (2) |
|
8. |
Tiszasziget–Đjala (Gyála) (2) |
|
9. |
Tompa–Kelebija |
L-UNGERIJA–IR-RUMANIJA
Fruntieri tal-art
|
1. |
Ágerdőmajor (Tiborszállás)–Carei (linja ferrovjarja) |
|
2. |
Ártánd–Borș |
|
3. |
Battonya–Turnu |
|
4. |
Biharkeresztes–Episcopia Bihorului (linja ferrovjarja) |
|
5. |
Csengersima–Petea |
|
6. |
Gyula–Vărșand |
|
7. |
Kiszombor–Cenad |
|
8. |
Kötegyán–Salonta (linja ferrovjarja) |
|
9. |
Létavértes–Săcuieni (3) |
|
10. |
Lőkösháza–Curtici (linja ferrovjarja) |
|
11. |
Méhkerék–Salonta |
|
12. |
Nagylak–Nădlac |
|
13. |
Nyírábrány–Valea Lui Mihai (linja ferrovjarja) |
|
14. |
Nyírábrány–Valea Lui Mihai |
|
15. |
Vállaj–Urziceni |
L-UNGERIJA–L-UKRAINA
Fruntieri tal-art
|
1. |
Barabás–Kosino (4) |
|
2. |
Beregsurány–Luzhanka |
|
3. |
Eperjeske–Salovka (linja ferrovjarja) |
|
4. |
Lónya–Dzvinkove (5) |
|
5. |
Tiszabecs–Vylok |
|
6. |
Záhony–Čop (linja ferrovjarja) |
|
7. |
Záhony–Čop |
Fruntieri tal-ajru
Ajruporti internazzjonali:
|
1. |
Budapest Nemzetközi Repülőtér |
|
2. |
Debrecen Repülőtér |
|
3. |
Sármellék |
Ajrudromi (joperaw biss fuq rikjest):
|
1. |
Békéscsaba |
|
2. |
Budaörs |
|
3. |
Fertőszentmiklós |
|
4. |
Győr–Pér |
|
5. |
Kecskemét |
|
6. |
Nyíregyháza |
|
7. |
Pápa |
|
8. |
Pécs–Pogány |
|
9. |
Siófok–Balatonkiliti |
|
10. |
Szeged |
|
11. |
Szolnok |
(1) 07:00-19:00.
(2) Ara nota (*).
(3) 06:00-22:00.
(4) Ara nota (*).
(5) 08:00-16:00.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni
|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/30 |
Avviż rigward il-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja
2009/C 229/07
Wara applikazzjoni li saret minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, fis-sentenza tagħha tal-10 ta' Settembru 2008 fil-każ T-348/05, annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 (1) tal-21 ta' Ġunju 2005 li jemenda (i) ir-Regolament (KE) Nru 658/2002 (2) li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja u (ii) ir-Regolament (KE) Nru 132/2001 (3) li jimponi dazju definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina fost l-oħrajn, fl-Ukrajna. Wara applikazzjoni sabiex tiġi interpretata s-sentenza msemmija hawn fuq, il-Qorti tal-Prim'Istanza kompliet tiddikjara permezz tas-sentenza tagħha tad-9 ta' Lulju 2009 li l-parti operattiva tas-sentenza tal-10 ta' Settembru 2008 għandha tiġi interpretata li tfisser li r-Regolament (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.
Konsegwentament, id-dazji definittivi anti-dumping imħallsa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 fuq importazzjonijiet ta' prodotti mmanifatturati u esportati lejn l-Unjoni Ewropea minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat , bl-eċċezzjoni tad-dazji anti-dumping imposti fuq importazzjoni ta' prodotti li huma fi ħdan il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90, għandhom jiġu mħallsa lura jew jitħassru. Il-ħlas lura jew it-tħassir għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali applikabbli.
(1) ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1.
(2) ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1.