ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.218.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
451 sessjoni plenarja tal-KTR il-25 u s-26 ta' Frar 2009 |
|
2009/C 218/01 |
||
2009/C 218/02 |
||
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
451 sessjoni plenarja tal-KTR il-25 u s-26 ta' Frar 2009 |
|
2009/C 218/03 |
||
2009/C 218/04 |
||
2009/C 218/05 |
||
2009/C 218/06 |
||
2009/C 218/07 |
||
2009/C 218/08 |
||
2009/C 218/09 |
||
2009/C 218/10 |
||
2009/C 218/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Iskema ta’ Ekotikketta Komunitarja |
|
2009/C 218/12 |
||
2009/C 218/13 |
||
2009/C 218/14 |
||
2009/C 218/15 |
||
2009/C 218/16 |
||
2009/C 218/17 |
||
2009/C 218/18 |
||
2009/C 218/19 |
||
2009/C 218/20 |
||
2009/C 218/21 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
451 sessjoni plenarja tal-KTR il-25 u s-26 ta' Frar 2009
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-Servizz Ċiviku Ewropew (opinjoni esploratorja)
2009/C 218/01
F’ittra bid-data tat-3 ta’ Lulju 2008, fil-kuntest tal-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin u Ewropej talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar dan is-suġġett:
“Is-servizz ċiviku Ewropew.”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur Janson u l-korapporteur kien is-Sur Sibian.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’131 vot favur, 7 voti kontra u 9 astensjonijiet.
1. Sommarju u konklużjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Franċiża u jixtieq ukoll jirreferi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-Mobbiltà ta’ Voluntiera Żgħażagħ fl-UE kollha (1). Madankollu, minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ sistemi marbuta mas-sehem attiv taż-żgħażagħ fis-soċjetà, l-aqwa mod kif tiġi ttrattata din il-kwistjoni huwa li l-inizjattiva Ewropea tissejjes fuq qafas:
|
1.2 |
Is-sehem attiv fis-soċjetà, inklużi l-iskambji transnazzjonali, huwa ta’ benefiċċju kbir għall-iżvilupp personali, l-aktar taż-żgħażagħ, kif ukoll għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa. Għall-voluntiera, din hija opportunità waħdenija biex jitgħallmu b’mod formali u informali u biex jiksbu ħiliet soċjali u lingwistiċi. Dan jista’ jqajjem sens ta’ ċittadinanza Ewropea u jsaħħaħ l-intenzjoni li jkomplu bl-impenn tagħhom aktar ’il quddiem f’ħajjithom. L-inklużjoni ta’ nies b’etajiet differenti, fosthom l-anzjani, fl-iskemi tagħmilha possibbli għalihom li jużaw l-esperjenza ta’ ħajjithom. Dan iħalli effett pożittiv fuq saħħithom u l-kwalità ta’ ħajjithom. Meta nies b’etajiet differenti jaħdmu flimkien f’attività volontarja, tista’ tiġi promossa l-fehma bejn il-ġenerazzjonijiet. |
1.3 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tistabbilixxi għanijiet ambizzjużi li jimmiraw lejn sehem aktar mifrux tan-nies fis-soċjetà ċivili. L-ewwel pass huwa li timxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE stabbiliti fl-opinjoni preċedenti (2). |
1.4 |
Għalhekk, il-KESE jkun kuntent li kieku l-Istati Membri jniedu koperazzjoni fost l-organizzaturi ta’ attivitajiet volontarji, fejn il-forom ta’ attivitajiet volontarji eżistenti jkunu jinkludu element transnazzjonali. |
1.5 |
L-UE tista’ tippromovi Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea (3) li tgħaqqad flimkien politiki u attivitajiet għal programmi ta’ skambju lil hinn mill-enfasi attwali fuq iż-żgħażagħ. Għan minnhom jista’ jkun kontribut lill-integrazzjoni Ewropea. Il-KESE jqis naturali l-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar riżorsi finanzjarji lil programmi bħal dawn. bidu, għandha tipprova tirdoppja r-rata attwali ta’ parteċipazzjoni fl-iskambji taż-żgħażagħ u żżid b’mod sinifikanti r-rata ta’ parteċipazzjoni min-naħa ta’ nies b’etajiet differenti oħra. |
1.6 |
Il-KESE jemmen li jeħtieġ li jkun immirat għadd akbar ta’ nies żvantaġġati u b’mod partikolari żgħażagħ b’inqas opportunitajiet. |
1.7 |
Sabiex tkun żgurata koperazzjoni aħjar bejn il-programmi nazzjonali u Ewropej eżistenti, ikun jeħtieġ li jitnaqqsu kemm it-tfixkil tekniku kif ukoll kwistjonijiet dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea tista’ tikkunsidra li toħloq marka għall-programmi ta’ skambju li jilħqu l-livelli ta’ kwalità tal-Unjoni. Il-kwalità tal-attivitajiet volontarji, tkun xi tkun il-forma tagħhom, hija importanti u jeħtieġ li tiġi żgurata b’mezzi xierqa. |
1.8 |
Il-KESE jemmen li huwa importanti li jiġi promoss element ta’ “pajjiżi terzi” li jikkontribwixxi għall-ħidma tal-UE biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju u tiġi implimentata politika Ewropea dwar l-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja. |
1.9 |
Jeħtieġ li l-UE tevalwa dan il-qasam kemm billi tibda riċerka u tappoġġjaha, kif ukoll billi tiżviluppa l-komponenti statistiċi. |
1.10 |
Jeħtieġ ukoll li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet marbuta mal-assigurazzjoni u mas-saħħa u s-sigurtà. Għandha tkun garantita protezzjoni soċjali xierqa lill-voluntiera matul l-għoti tas-servizz tagħhom, iżda dan isir diffiċli jekk id-disposizzjonijiet għall-voluntiera transnazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi approċċ komuni ta’ dawn il-kwistjonijiet, u jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet adegwati biex isolvu dawn il-kwistjonijiet importanti. |
1.11 |
Il-KESE huwa konxju mill-fatt li dan is-suġġett jeħtieġ segwitu, pereżempju f’forma ta’ konferenza. Din għandha tinvolvi s-sehem tal-korpi nazzjonali kollha ta’ servizz, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-qasam taż-żgħażagħ jew tas-servizz volontarju, bil-għan li jippromovi l-iżvilupp tal-qafas ta’ Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea. |
2. Punti ta’ tluq
2.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Franċiża li titlob lill-KESE iħejji opinjoni esploratorja dwar is-Servizz Ċiviku Ewropew. |
2.2 |
Madankollu, minħabba l-firxa wiesgħa ta’ sistemi marbuta mas-sehem attiv taż-żgħażagħ fis-soċjetà, sew jekk f’servizz ċiviku, sew jekk f’servizz volontarju jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni, inizjattiva Ewropea għandha tkun ċara f’dak li huwa l-qafas u d-definizzjoni tagħha. Il-KESE jemmen li l-aqwa mod kif għandha tiġi affrontata din il-kwistjoni f’livell Ewropew huwa li wieħed imur lil hinn minn servizz ċiviku tradizzjonali u jibbaża inizjattiva Ewropea fuq qafas:
|
2.3 |
Din tista’ tissejjaħ Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea u tinkludi varjetà wiesgħa ta’ tradizzjonijiet u prattiki ta’ attivitajiet volontarji, fosthom is-servizzi ċiviċi, fl-Istati Membri differenti. |
2.4 |
Fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea diġà kien hemm dispożizzjonijiet għal skambju ta’ ħaddiema żgħażagħ biex tkun promossa u msaħħa s-solidarjetà bejn il-popli tal-Ewropa. |
2.5 |
Opinjoni preċedenti tal-KESE dwar il-volontarjat (4) kienet tinkludi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, fosthom:
|
2.6 |
Il-KESE jemmen li, għalkemm sar progress, ħafna mir-rakkomandazzjonijiet u mill-proposti għadhom ma ġewx implimentati. F’din l-opinjoni, il-KESE għal darb’oħra jenfasizza kemm il-ħtieġa li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-opinjoni preċedenti kif ukoll l-ambizzjoni dejjem tikber għal qasam speċifiku ta’ volontarjat, jiġifieri s-servizzi volontarji. |
2.7 |
Il-KESE jemmen li jinħtieġ involviment akbar tas-soċjetà ċivili fl-integrazzjoni Ewropea. Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea ambizzjuża u aċċessibbli għal nies ta’ kull età tista’ tgħin biex iżżid il-fiduċja taċ-ċittadin ordinarju fl-Unjoni Ewropea. Il-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva tan-nies tikkontribwixxi għall-prinċipji tal-Unjoni Ewropea tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. |
2.8 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal sehem attiv akbar tan-nies fis-soċjetà, l-aktar taż-żgħażagħ u/jew ta’ nies żvantaġġati, biex isaħħu s-sens ta’ ċittadinanza u solidarjetà tagħhom. Trid tissaħħaħ ukoll il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-KESE fil-qasam tas-servizzi ċiviċi. |
2.9 |
Fit-Trattat attwali, il-bażi legali għall-politiki dwar iż-żgħażagħ u l-attivitajiet ta’ ċittadinanza tinsab fl-Artikoli 149 u 151; din teskludi kull armonizzazzjoni ta’ liġijiet iżda tagħti possibbiltajiet lill-UE biex tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex tippromovi skambji bejn iż-żgħażagħ. It-Trattat ta’ Liżbona jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ u, b’xi mod, iżid is-sehem taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa. |
2.10 |
Hekk kif jidħol fis-seħħ, it-Trattat ta’ Liżbona ser jistabbilixxi qafas għal kontributi konġunti miż-żgħażagħ Ewropej f’ħidmiet ta’ għajnuna umanitarja tal-Unjoni, fi kliem ieħor Korp Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja Volontarja. |
2.11 |
Bħalissa, l-attivitajiet ta’ volontarjat isiru primarjament permezz tal-metodu miftuħ ta’ kordinazzjoni fil-qafas tat-tliet elementi prijoritarji tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ:
|
2.11 |
Hemm bosta raġunijiet għal xiex wieħed jirrifletti dwar sehem attiv akbar fis-soċjetà fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà akbar minn dik ta’ kwalunkwe kontinent ieħor biex tilħaq l-għanijiet tal-millennju. Hija wieħed mill-akbar donaturi tad-dinja. L-involviment taċ-ċittadini Ewropej sabiex jntlaqgħu l-akbar sfidi dinjija ma jgħinx biss għall-iżvilupp tal-individwu stess imma wkoll għat-trawwim tal-fehim u l-ħolqien ta’ netwerks f’dinja globalizzata. |
2.12 |
Is-servizzi ċivili nazzjonali xi drabi kienu alternattiva għas-servizz militari. Bit-tmiem gradwali tas-servizz militari obbligatorju u bil-professjonalizzazzjoni dejjem tikber tal-armata tal-Istati Membri, is-servizzi ċivili naqsu wkoll. Min-naħa l-oħra, l-iżvilupp tas-servizzi volontarji taż-żgħażagħ jista’ jkun ukoll alternattiva li tħajjar l-involviment taż-żgħażagħ fis-soċjetà anke meta s-servizz pubbliku/militari jsir anqas frekwenti. |
2.13 |
Il-volontarjat u inizjattivi oħra tas-soċjetà ċivili qegħdin jiġbdu aktar u aktar attenzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni u l-Kummissjoni Ewropea ltaqgħu f’Ruma, fuq stedina tal-Presidenza Taljana fl-2004, għall-ewwel Konferenza dwar is-Servizz Ċiviku u ż-Żgħażagħ. Il-presidenza tal-konferenza Taljana fil-konklużjonijiet tagħha rrakkomandat, fost affarijiet oħra:
|
3. Programmi ta’ skambju
3.1 Fl-Ewropa
3.1.1 |
Is-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) huwa inkluż fil-programm Żgħażagħ f’Azzjoni. Il-voluntiera li għandhom l-età ta’ bejn 18 u 30 sena jqattgħu bejn xahrejn u 12-il xahar barra minn pajjiżhom. Dawn jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ speċifiku u l-esperjenza ta’ tagħlim tagħhom tiġi rikonoxxuta b’mod formali b’ċertifikat Youthpass. Bejn l-1996 u l-2006, ħadu sehem 30 000 voluntier fis-Servizz Volontarju Ewropew. |
3.1.2 |
Mill-2009 ’il quddiem, nies imdaħħlin fiż-żmien ser ikunu inklużi fil-forom istituzzjonalizzati ta’ servizz volontarju Ewropew, fil-qafas tal-programm Grundtvig. Minkejja l-fatt li għall-bidu l-iskala ta’ dawn l-iskambji mhux ser tkun sinifikanti, ta’ min wieħed jinnota li l-Kummissjoni Ewropea qed tfittex mezzi kif tappoġġja x-xogħol volontarju li jseħħ minn gruppi ta’ età differenti. Barra minn hekk, l-azzjoni li tittieħed taħt il-programm tal-Kummissjoni Ewropea “Ewropa għaċ-Ċittadini” ser toħloq opportunitajiet reali għall-iskambju ta’ voluntiera minn pajjiżi u gruppi ta’ età differenti. |
3.1.3 |
Għal ħafna snin, eluf ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE kienu involuti f’koperazzjoni bilaterali, u element importanti ta’ din il-koperazzjoni huwa l-iskambji ta’ voluntiera. Dawn iseħħu fuq bażi deċentralizzata iżda mhijiex disponibbli informazzjoni dwar kemm hu mifrux dan il-fenomenu. Madankollu, fuq il-bażi ta’ skambji li saru minn organizzazzjonijiet li jaħdmu fi ħdan strutturi globali biss, jidher ċar li għadd sinifikanti ta’ Ewropej jieħdu sehem f’dawn il-programmi, l-iktar iż-żgħażagħ. |
3.1.4 |
L-EVS huwa mibni fuq ċerti valuri ewlenin u livelli ta’ kwalità li huma stabbiliti fil-Karta tal-EVS. Biex dawn jitħarsu u jinżammu, jeħtieġ li l-ewwel ikunu akkreditati l-organizzazzjonijiet interessati li jibagħtu jew jilqgħu l-voluntiera tal-EVS jew li jikkordinaw proġett tal-EVS. |
3.1.5 |
Il-programm Ewropew Erasmus irnexxielu ferm iżid il-mobbiltà għall-istudenti universitarji kif ukoll jappoġġja l-koperazzjoni fost l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla. Madwar 90 % tal-universitajiet Ewropej jieħdu sehem fil-Programm Erasmus u sa mit-twaqqif tiegħu fl-1987 ħadu sehem 1.9 miljun student. Il-programm qed ifittex li, fil-ġejjieni, jespandi aktar l-azzjonijiet tiegħu favur il-mobbiltà, b’mira ta’ 3 miljun student Erasmus sal-2012. |
3.1.6 |
Il-programm Leonardo da Vinci jappoġġja l-mobbiltà ta’ dawk li qed jirċievu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali, il-mobbiltà tal-ħaddiema jew ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u l-mobbiltà ta’ professjonisti li qed jirċievu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. |
3.2 Fl-Istati Membri
3.2.1 |
Il-KESE jirrikonoxxi l-forom u t-tradizzjonijiet varji tas-servizz ċiviku u forom oħra ta’ attività volontarja fl-Istati Membri, li jimmiraw lejn ċittadinanza attiva, solidarjetà u żvilupp soċjali. Huwa jagħti importanza lir-rwol u lill-kontributi tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-qasam tax-xogħol taż-żgħażagħ jew tas-servizz volontarju. Huwa konxju wkoll mill-fatt li ma tantx hemm informazzjoni disponibbli li tiddeskrivi l-programmi tas-servizz ċiviku jew l-attivitajiet volontarji fl-Istati Membri. |
3.2.2 |
F’għadd ta’ Stati Membri bħall-Ġermanja, l-Italja u Franza, diġà ġew implimentati forom ta’ servizz ċiviku (obbligatorju jew volontarju) għaż-żgħażagħ. Xi pajjiżi oħra jew jinsabu fil-proċess li jimplimentaw servizzi bħal dawn jew qegħdin jikkunsidraw li jimplimentawhom. |
4. Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea
4.1 Inizjattivi politiċi attwali
Il-Kumitat jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li għandha l-għan li tħeġġeġ il-mobbiltà tal-voluntiera żgħażagħ fl-Ewropa. Il-KESE jilqa’ wkoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2008 dwar ir-rwol tal-azzjoni volontarja fil-kontribut li jingħata lill-koeżjoni ekonomika u soċjali. Hija tenfasizza l-ħtieġa li jkunu mobilizzati r-riżorsi għal azzjoni volontarja u li l-programmi jkunu aċċessibbli għal gruppi oħra barra ż-żgħażagħ.
Il-KESE jilqa’ wkoll it-talba tal-Kummissjoni biex tiġi implimentata l-Azzjoni Preparatorja Amicus, sabiex tkun promossa n-natura transnazzjonali tal-lokalizzazzjoni taż-żgħażagħ fis-servizz ċiviku u f’attivitajiet ta’ xogħol volontarju, ikun imħeġġeġ l-iżvilupp ta’ qafas Ewropew u tkun permessa fażi ta’ testjar u valutazzjoni.
4.1.1 |
Għalhekk, il-KESE jilqa’ t-tnedija ta’ inizjattivi ta’ koperazzjoni li huma maħsubin li jagħtu element transnazzjonali lill-forom eżistenti tas-servizz ċiviku/ċivili mill-Istati Membri li għandhom tradizzjonijiet b’saħħithom u interess qawwi f’dan il-qasam. |
4.1.2 |
Il-KESE jaqbel li n-nuqqas ta’ azzjonijiet kordinati bejn l-iskemi nazzjonali differenti u n-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli jillimitaw il-possibbiltajiet tal-EVS u joħolqu tħassib. Il-Kumitat jilqa’ wkoll tentattivi biex jinkiseb rikonoxximent iktar mifrux tal-marka tal-EVS, meta mqabbel mar-rikonoxximent li kiseb il-programm ERASMUS. |
4.2 X’għandhom ikunu l-ambizzjonijiet?
4.2.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tistabbilixxi miri ambizzjużi bil-għan li n-nies jieħdu aktar sehem fis-soċjetà ċivili. L-ewwel pass għandu jkun li jintlaqgħu r-rakkomandazzjonijiet tal-KESE stabbiliti fl-opinjoni preċedenti (ara punt 2.5). |
4.2.2 |
L-UE għandha tippromwovi Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea li tgħaqqad flimkien il-politiki u l-attivitajiet għall-programmi ta’ skambju li mhux biss jagħmlu enfasi fuq iż-żgħażagħ iżda wkoll jiżguraw komponent Ewropew aktar b’saħħtu. Idealment, il-perjodu tas-servizz għandu jitlesta f’pajjiż li mhuwiex dak tal-parteċipant. Il-Kumitat jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar riżorsi finanzjarji għal programmi bħal dawn. |
4.2.3 |
Fl-ewwel fażi, l-UE għandha timmira li tirdoppja r-rata attwali ta’ sehem fi skambji ta’ voluntiera taż-żgħażagħ. Din il-mira għandha tkun possibbli minħabba li aktar minn 100 000 student bħalissa qegħdin jieħdu sehem fil-programm Erasmus filwaqt li numru żgħir biss ta’ żgħażagħ Ewropej jieħdu sehem fi programmi oħra ta’ skambju taż-żgħażagħ fl-Ewropa. Fil-futur imbiegħed, dawn il-programmi jistgħu jimmiraw li jiksbu l-livelli ta’ parteċipazzjoni tal-programm Erasmus. |
4.2.4 |
Il-KESE jemmen li jeħtieġ li jkunu mmirati aktar iż-żgħażagħ żvantaġġati. Dan il-grupp jikseb l-akbar vantaġġ kieku jieħu sehem fis-soċjetà ċivli, iżda ta’ sikwit ma jkollux il-kwalifiki finanzjarji u/jew edukattivi biex jagħmel dan. |
4.2.5 |
Inizjattiva bħal din għandha tinkludi wkoll gruppi oħra barra ż-żgħażagħ. L-Ewropa qiegħda tixjieħ iżda n-nies imdaħħlin aktar fiż-żmien huma iżjed attivi minn qabel u jridu wkoll li jkollhom rwol aktar viżibbli fis-soċjetà. L-involviment ta’ gruppi oħra fl-iskema, bħal nies irtirati, jikkontribwixxi għall-konċett ta’ “xjuħija attiva” u jqarreb aktar lejn xulxin gruppi ġodda ta’ nies minn pajjiżi differenti. Dan jippermetti lil nies imdaħħlin aktar fiż-żmien li jkunu involuti fil-ħajja tas-soċjetà, li jużaw l-esperjenza li jkunu kisbu tul ħajjithom u li jħossuhom siewja. Dan kieku jħalli effett pożittiv fuq saħħithom u fuq il-kwalità ta’ ħajjithom. Meta ż-żgħażagħ u l-anzjani jaħdmu flimkien sabiex iwettqu attività volontarja, ikun jista’ jiġi promoss ukoll fehim bejn il-ġenerazzjonijiet, iseħħ skambju tal-esperjenzi u jiġi offrut appoġġ reċiproku. |
4.2.6 |
Huwa importanti li tiġi żgurata koperazzjoni aħjar bejn programmi nazzjonali u Ewropej diġà eżistenti. Din tnaqqas l-ostakli tekniċi bħan-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku tal-esperjenza li tinkiseb mis-servizz ċiviku u tal-kwalifiki taż-żgħażagħ kif ukoll kwistjonijiet dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tiddeċiedi dwar marka għall-programmi ta’ skambju li tissodisfa l-livelli ta’ kwalità tal-Unjoni. |
4.2.7 |
Illum, l-għajnuna mill-Istat hija importanti sabiex tqanqal l-iżvilupp ta’ programmi u tiggarantixxi livelli ta’ kwalità. Madankollu, l-ebda pajjiż ma jkopri l-ispejjeż kollha tal-proġetti volontarji. Ta’ sikwit jippruvaw jinstabu sorsi oħra privati ta’ finanzjament, l-aktar għal attivitajiet transnazzjonali. Għalhekk, sabiex l-UE tħeġġeġ l-iskambji u tibni Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea, trid iżżid b’mod sostanzjali l-baġit tagħha għal attivitajiet volontarji (li jinkludu l-iskambji) biex ikopri, pereżempju, l-ispejjeż ta’ kordinazzjoni, il-ħolqien ta’ inċentivi u sussidji reċiproċi bejn il-pajjiżi. Il-KESE jħeġġeġ wkoll lill-Istati Membri sabiex iżidu l-fondi għal dawn l-attivitajiet. |
4.2.8 |
Il-Kumitat iqis importanti li jkun promoss element ta’ pajjiżi terzi, billi l-voluntiera jkunu jistgħu jagħtu servizz barra minn pajjiżhom, fattur li jgħin il-ħidma tal-UE għall-Għanijiet tal-Millennju u għall-implimentazzjoni tal-politika Ewropea dwar l-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja. Il-Korp Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja Volontarja stipulat fit-Trattat ta’ Liżbona, għandu jikkordina wkoll inizjattiva li tippromovi qafas usa’ u numru akbar ta’ skambji. Matul is-snin, il-Korp għandu jinkludi wkoll gruppi oħra barra ż-żgħażagħ. F’dan il-qafas, huwa importanti li wieħed jiżgura li l-politiki tal-UE dwar il-viża mhux bil-fors ifixklu skambji bħal dawn. |
4.2.9 |
Fl-aħħar nett, jeħtieġ ukoll li l-UE tagħti importanza u tivvaluta dan il-qasam billi tibda u tappoġġja r-riċerka u wkoll billi tiżviluppa l-komponent tal-istatistika. Jeħtieġ li tkompli tiġi diskussa, segwita u kkontrollata l-koperazzjoni bejn is-servizzi ċiviċi diġà eżistenti fi ħdan qafas istituzzjonali xieraq. |
4.3 Benefiċċji u sfidi
4.3.1 |
L-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea kieku tgħin biex issaħħaħ il-valuri universali kif ukoll Ewropej tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem apparti l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, għandha timmira wkoll biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet soċjali, lingwistiċi u ta’ netwerking, il-bini u t-tħaddim tal-Unjoni Ewropea u wkoll il-ksib u l-iskambju tal-esperjenza. Ix-xewqa taż-żgħażagħ li jiksbu għarfien jew li jifhmu aħjar il-karattru u l-ħiliet tagħhom stess, hija r-raġuni li ta’ sikwit twassal għall-involviment tagħhom fl-attività volontarja u tgħin ukoll biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-soċjetà msejsa fuq l-għarfien. |
4.3.2 |
Il-KESE jemmen li hemm lok konsiderevoli għal koperazzjoni transnazzjonali u skambju ta’ voluntiera f’varjetà ta’ oqsma (eż. l-inklużjoni soċjali, il-ħtiġijiet tal-bniedem, it-tfal u ż-żgħażagħ, l-isports, l-informazzjoni, il-ħarsien tal-patrimonju, il-kultura u l-arti, l-ambjent, il-protezzjoni ċivili, eċċ.) li jistgħu jtejbu d-dimensjoni Ewropea taċ-ċittadinanza. |
4.3.3 |
Il-KESE jemmen li l-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea tista’ ttejjeb ukoll il-koperazzjoni fost l-Istati Membri, il-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni u l-pajjiżi taħt l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENPI) f’dik li hija ċittadinanza attiva u sens ta’ solidarjetà. |
4.3.4 |
Il-voluntiera jistgħu jiksbu esperjenza importanti mhux formali u għarfien li huwa mitlub mis-suq tax-xogħol u jistgħu jibnu netwerk ta’ kuntatti. Il-voluntiera jistgħu jiksbu wkoll kompetenzi ewlenin u għarfien f’oqsma bħar-reklamar, il-komunikazzjoni, il-ħila li jesprimu lilhom infushom, il-kapaċitajiet soċjali, l-immaniġġjar u t-taħriġ vokazzjonali. Għalhekk, l-attività volontarja tista’ tkun parti importanti mis-CV u mill-karriera ta’ persuna. Madankollu, jeħtieġ li jiġi żgurat ir-rikonoxximent tal-attivitajiet ta’ volontarjat taż-żgħażagħ u tat-tagħlim mhux formali tagħhom. |
4.3.5 |
Hemm ukoll l-isfidi. Waħda mill-isfidi hija n-nuqqas ta’ status legali għall-voluntiera. L-oqfsa nazzjonali jiddefinixxu l-istatus tal-voluntiera u tal-organizzazzjonijiet fil-pajjiż u, sa ċertu punt, barra mill-pajjiż. M’hemm l-ebda qafas leġiżlattiv nazzjonali eżistenti li jagħti lill-voluntiera tal-EVS, pereżempju, status legali simili. |
4.3.6 |
Jeħtieġ ukoll li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet marbuta mal-assigurazzjoni u mas-saħħa u s-sigurtà. Tajjeb li tingħata protezzjoni soċjali li għandha tkun garantita għall-voluntiera waqt li jagħtu s-servizz tagħhom, iżda din diffiċli tingħata jekk id-disposizzjonijiet għall-voluntiera transnazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali jinbidlu minn pajjiż għal ieħor. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi fehma komuni ta’ dawn il-kwistjonijiet, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet xierqa biex isolvu dawn il-kwistjonijiet importanti. |
4.3.7 |
Irid isir kull sforz sabiex jiġi evitat kull kunflitt li jista’ jinqala’ dwar x’inhu impieg bi ħlas u x’inhu servizz volontarju. Għalhekk, kemm id-differenzi bejn il-ħaddiema u l-voluntiera kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-voluntiera, fejn applikabbli, iridu jkunu definiti b’mod ċar. L-attività volontarja mhijiex intenzjonata li tieħu post l-impieg. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun hemm koperazzjoni mal-imsieħba soċjali. |
5. Ir-rwol tal-KESE u tas-soċjetà ċivili organizzata
5.1 |
Is-soċjetà ċivili organizzata hija s-settur ewlieni għall-attività volontarja. Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma diġà involuti fl-EVS u fi programmi Ewropej oħra. L-organizzazzjonijiet volontarji għandhom jibqgħu jaqdu rwol importanti fi programm usa’ ta’ skambju. |
5.2 |
Huwa fatt li l-organizzazzjonijiet mingħajr profitt u dawk volontarji spiss joffru bosta servizzi ta’ għajnuna soċjali fl-Ewropa. Fl-istess ħin, f’ħafna każijiet, qiegħed jonqos is-sehem f’movimenti popolari. F’dan il-kuntest, l-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea tista’ tikkontribwixxi kemm għal żieda fis-sehem tal-poplu fis-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll għat-titjib tal-opportunitajiet tal-organizzazzjonijiet għall-iżvilupp tagħhom stess. Ir-reviżjoni u d-diskussjoni tar-rwol u l-pożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet mingħajr profitt fis-soċjetà jistgħu jġibu magħhom bidla f’dawn il-kontributi speċifiċi tal-organizzazzjonijiet u jżidu l-għarfien dwar il-valur miżjud li dawn jipprovdu lis-soċjetà. |
5.3 |
L-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea tista’ tikkontribwixxi wkoll għal soċjetà ċivili aktar b’saħħitha u aktar enerġetika. Din tista’ tkun ta’ ġid għall-kapital soċjali wkoll, f’termini ta’ fiduċja, inqas korruzzjoni, u sħubija tal-assoċjazzjonijiet volontarji. |
5.4 |
Il-problema tal-akkreditament tal-organizzazzjonijiet u l-kwistjoni tal-kwalità tal-iskambju ta’ sikwit affettwaw lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jħeġġeġ lis-soċjetà ċivili organizzata, fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew, sabiex tikkopera biex jinstabu prinċipji komuni fir-rigward tal-akkreditament u biex ikunu żviluppati aktar kriterji komuni ta’ kwalità. Dan jista’ jsir, meta jkun xieraq, bil-koperazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli. |
5.5 |
Il-KESE huwa konxju li dan is-suġġett jeħtieġ segwitu, pereżempju permezz ta’ konferenza. Din għandha tinvolvi s-sehem tal-korpi nazzjonali kollha ta’ servizz, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-qasam taż-żgħażagħ jew tas-servizz volontarju, bil-għan li jiġi promosss l-iżvilupp ta’ qafas ta’ Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) 14825/08, JEUN 101
(2) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar l-Attività volontarja: ir-rwol tagħha fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħha, rapporteur: is-Sinjura Koller (ĠU C 325, 30.12.2006).
(3) Biex ma tinħoloqx konfużjoni minħabba l-fatt li “servizz ċiviku” jfisser affarijiet differenti fi Stati Membri differenti, il-KESE uża t-terminu “inizjattiva ta’ ċittadinanza” f’din l-opinjoni.
(4) SOC/243. Ara l-opinjoni tal-KESE dwar l-Attività volontarja: ir-rwol tagħha fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħha, rapporteur: is-Sinjura Koller (ĠU C 325, 30.12.2006).
ANNESS
Appendiċi għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dawn l-emendi ma ġewx aċċettati, għalkemm irċevew mill-inqas kwart tal-voti mitfugħa:
Punt 2.11
“Bħalissa, l-attivitajiet ta’ volontarjat li jinvolvu ż-żgħażagħ huma prijorità isiru primarjament permezz tal-metodu miftuħ ta’ kordinazzjoni fil-qafas tat-tliet elementi prijoritarji tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ:
— |
it-tħeġġiġ tas-sehem taż-żgħażagħ f’ċittadinanza attiva u fis-soċjetà ċivili, |
— |
il-promozzjoni ta’ attivitajiet volontarji fost iż-żgħażagħ, |
— |
it-titjib tal-informazzjoni indirizzata liż-żgħażagħ u tas-servizzi ta’ informazzjoni eżistenti għaż-żgħażagħ, il-promozzjoni ta’ attivitajiet volontarji fosthom, u l-inkoraġġiment ta’ fehim u għarfien akbar taż-żgħażagħ.” |
Votazzjoni
Favur: 49 Kontra: 69 Astenzjonijiet: 19
Punt 4.3.7
“Irid isir kull sforz sabiex jiġi evitat kull kunflitt li jista‘ jinqala’ dwar x’inhu impieg bi ħlas u x’inhu servizz volontarju. Għalhekk, kemm id-differenzi bejn il-ħaddiema u l-voluntiera kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-voluntiera, fejn applikabbli, iridu jkunu definiti b’mod ċar. L-attività volontarja mhijiex intenzjonata li tieħu post l-impieg. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun hemm koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-voluntiera u mal-imsieħba soċjali.”
Votazzjoni
Favur: 48 Kontra: 77 Astenzjonijiet: 23
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Kooperazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, l-industrija u l-SMEs – prerekwiżit importanti għall-innovazzjoni (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2009/C 218/02
Nhar l-10 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
“il-kooperazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, l-industrija u l-SMEs – prerekwiżit importanti għall-innovazzjoni”.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur WOLF.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tas-26 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’158 vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda.
1. Sommarju u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Din l-opinjoni tindirizza l-kooperazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka (Research Performing Organisations), l-industrija u l-SMEs, billi din il-kooperazzjoni taqdi rwol ewlieni sabiex ir-riżultati tar-riċerka xjentifika jiġu żviluppati fi prodotti u proċessi innovattivi. |
1.2 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-ħaddiema fl-industrija u l-SMEs jiġu infurmati b’mod sistematiku dwar liema għarfien u riżorsi teknoloġiċi huma disponibbli fl-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-UE u dwar kif jistgħu jistabbilixxu l-kuntatti rilevanti. Għal dan il-għan, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tibda taħdem fuq sistema tat-tiftix (fuq l-internet) madwar l-Ewropa kollha, li tiġbor flimkien u tikkumplementa s-sistemi ta’ informazzjoni attwali u b’hekk tissodisfa aħjar minn qatt qabel il-ħtieġa partikolari ta’ informazzjoni. |
1.3 |
Il-Kumitat jappoġġja l-isforzi biex ikun hemm aċċess bla ħlas bl-internet għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Però, normalment dan huwa assoċjat ma’ spiża kbira għall-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk għandhom jintlaħqu ftehimiet għal regolamentazzjoni bbażata fuq ir-reċiproċità bejn l-Istati Membri tal-UE kif ukoll ma’ pajjiżi terzi. Dan m’għandux jillimita l-libertà tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u tax-xjenzjati tagħhom li jagħżlu f’liema ġurnal jew forum jippubblikaw ir-riżultati tagħhom u liema ġurnal jew forum jaqdi l-aħjar l-iskop ta’ tixrid u rikonoxximent tar-riżultati tagħhom madwar id-dinja. |
1.4 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li ssir aktar riflessjoni dwar l-aċċess bla ħlas għal data ta’ riċerka, u li jiġu stabbiliti l-limiti ta’ proċess bħal dan. Dan m’għandux ifisser l-aċċess miftuħ prematur għal kull data li tirriżulta mill-proċess ta’ riċerka, inkluża d-data mhux ipproċessata. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni timxi b’kawtela u pass pass, u li tinvolvi r-riċerkaturi kkonċernati. |
1.5 |
Fid-dawl tal-kulturi tax-xogħol differenti fl-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u fl-industrija, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi żgurat bilanċ ta’ interessi ġust. Dan jinkludi l-oppożizzjoni bejn il-pubblikazzjoni prekoċi tar-riżultati u l-ħtieġa tal-kunfidenzjalità, kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali inklużi l-privattivi. |
1.6 |
Għaldaqstant, il-Kumitat jilqa’ l-fatt li fir-Rakkomandazzjoni tagħha dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali l-Kummissjoni issa għamlitha ċara li ma tixtieqx tindaħal fil-libertà tal-imsieħba li jagħmlu arranġamenti kuntrattwali, anke meta dan jikkonċerna r-riċerka kuntrattwali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu ta’ għajnuna, u mhux ta’ restrizzjoni. |
1.7 |
Il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu għall-introduzzjoni ta’ privattiva Komunitarja, b’perijodu ta’ konċessjoni (grace period) għall-pubblikazzjoni li jkun adegwat u bla ħsara għall-innovazzjoni. |
1.8 |
F’dak li hu żvilupp ta’ infrastrutturi ta’ riċerka, bħall-aċċeleraturi, is-sorsi ta’ radjazzjoni, is-satelliti, it-tagħmir astronomiku bbażat fid-dinja jew il-faċilitajiet ta’ fużjoni, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka mhumiex prinċipalment il-fornituri ta’ għarfien ġdid, iżda pjuttost l-oriġinaturi u l-klijenti. Il-Kumitat jirrakkomanda reviżjoni bir-reqqa tal-esperjenzi li nkisbu s’issa fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġijiet attwali tal-UE u l-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat, il-baġit, l-għoti tal-kuntratti u l-kompetizzjoni, biex wieħed jiddetermina jekk dawn hux qed iwasslu għall-iskop li l-ħiliet u l-għarfien speċjalizzat miksuba mill-industrija permezz ta’ dawn il-kuntratti jinżammu u jintużaw b’mod li jivvantaġġja l-kompetittività Ewropea kif ukoll il-kuntratti ta’ segwitu sussegwenti, jew jekk f’dan il-qasam jinħtiġux strateġiji ġodda tal-politika industrijali. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Il-Kumitat ippubblika diversi opinjonijiet (1) dwar kwistjonijiet relatati mal-politika ta’ riċerka. B’mod partikolari, huwa wera l-importanza fundamentali ta’ riċerka u żvilupp suffiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Liżbona u Barċellona. |
2.2 |
Aspett partikolarment importanti ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet huwa relatat mal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fosthom l-universitajiet (Public Research Organisations [PROs] jew Research Performing Organisations), l-industrija u l-SMEs, u l-ħtieġa tat-trasferiment tal-għarfien bil-għan li jiġu żviluppati proċessi innovattivi u prodotti li jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Din l-opinjoni tħares aktar fid-dettall lejn dan l-aspett u tiffoka fuq it-temi elenkati f’kapitli 3 sa 5: (a) il-pubblikazzjonijiet u l-informazzjoni; (b) il-kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq; u (ċ) il-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ riċerka (2). |
2.3 |
Dawn il-kwistjonijiet huma marbutin mal-bilanċ – iżda anke mal-oppożizzjoni – bejn il-kooperazzjoni u l-kompetizzjoni. Minn naħa, il-kooperazzjoni hi meħtieġa biex tinżamm u tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea fil-konfront ta’ pajjiżi barra mill-UE. Min-naħa l-oħra, m’għandux ikun hemm distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn in-negozji Ewropej; dan huwa kopert mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (il-Liġi Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat) maħsuba biex jiżguraw l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fis-suq uniku. |
2.4 |
Għalhekk it-tensjoni li tinħoloq hija l-bażi tal-kwistjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet mressqa hawn taħt, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-problemi tat-trasferiment liberu tal-informazzjoni. |
2.5 |
Il-Kummissjoni u l-Kunsill ukoll ittrattaw is-suġġett tal-kooperazzjoni. Dan wassal, fost ħwejjeġ oħra, għal Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (3) dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali f’attivitajiet ta’ trasferiment ta’ għarfien u dwar Kodiċi ta’ Prattika Tajba għal universitajiet u organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka oħrajn. L-għan ta’ dan huwa li tiġi mħeġġa aktar uniformità min-naħa tal-Istati Membri u l-korpi ta’ riċerka. Madankollu, dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minkejja li kellhom għanijiet u proposti tajbin ħafna, qajmu kwistjonijiet ġodda huma stess u ħolqu riżervi serji fost l-organizzazzjonijiet ikkonċernati dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-riċerka kollaborattiva u kuntrattwali. Din l-opinjoni tqis b’mod partikolari dawn il-kwistjonijiet u t-tweġibiet li sadanittant ressqet il-Kummissjoni. |
3. Il-pubblikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka u tar-riżultati
3.1 Il-publikazzjonijiet xjentifiċi. Tradizzjonalment, ir-riżultati xjentifiċi jiġu pubblikati f’ġurnali stampati speċjalizzati wara li jgħaddu minn reviżjoni stretta tal-pari (peer review). Xi kultant jiġu ppubblikati anke qabel min-naħa tal-istituti ta’ riċerka bħala prepubblikazzjoni jew rapporti tekniċi, fost oħrajn. Barra minn hekk, dawn jiġu diskussi f’konferenzi speċjalizzati u jiġu ppubblikati fil-proċedimenti tagħhom.
3.1.1 Dimensjoni ġdida: l-internet. L-internet fetaħ dimensjoni ġdida ta’ komunikazzjoni u trasferiment tal-għarfien. Għalhekk, il-pubblikaturi issa jippubblikaw ukoll il-biċċa l-kbira tal-ġurnali xjentifiċi f’forma elettronika fuq l-internet.
3.1.2 Il-libreriji u l-ispejjeż. L-aċċess għall-pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi sar realtà bis-saħħa tal-libreriji tal-universitajiet u l-organizzazzjonjiet ta’ riċerka. Madankollu, l-universitajiet u l-organizzazzjonjiet ta’ riċerka jrid ikollhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż (marbuta mal-pubblikazzjonijiet u l-abbonamenti), u dan joħloq problema kbira (4).
3.1.3 Aċċess bla ħlas bl-internet għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Filwaqt li ġeneralment l-aċċess bl-internet għall-pubbikazzjonijiet xjentifiċi joħloq spejjeż li s’issa kienu qegħdin jitħallsu direttament mil-librerji, l-isponsors tagħhom jew l-utenti, l-isforzi biex dan l-aċċess ikun bla ħlas għall-utenti kollha – “free open access” – ilhom li bdew (5). Biex dan jirnexxi, qed jiġu analizzati numru ta’ mudelli kummerċjali u modi ta’ ħlas, li wħud minnhom diġà wasslu għall-konklużjoni ta’ ftehimiet konkreti. Il-Kumitat jappoġġja dawn l-isforzi. Madankollu, uħud minn dawn il-ftehimiet joħolqu xi spejjeż għall-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jinħolqu approċċi reċiproċi bejn l-Istati Membri tal-UE kif ukoll mal-pajjiżi terzi.
3.1.3.1 Libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Madankollu, dan m’għandux jillimita l-libertà tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u tax-xjenzjati tagħhom li jagħżlu f’liema ġurnal jew forum jippubblikaw ir-riżultati tagħhom u liema ġurnal jew forum jaqdi l-aħjar l-iskop ta’ tixrid u rikonoxximent tar-riżultati tagħhom madwar id-dinja.
3.1.4 Aċċess miftuħ għad-data li tirriżulta mir-riċerka. Barra minn dan, ġew żviluppati mudelli (6) li jippermettu aċċess bla ħlas ġeneralizzat – jiġifieri li jmur lil hinn mill-iskambju volontarju ta’ data li jeżisti diġà fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-imsieħba – fuq l-internet, u mhux biss għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi iżda wkoll għad-data marbuta magħhom. Madankollu, dan iqajjem kwistjonijiet ta’ natura organizzazzjonali, teknika u legali (eż. il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-protezzjoni tad-data), u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-motivazzjoni, li ħafna drabi jistgħu jiġu indirizzati biss b’mod speċifiku għal kull dixxiplina xjentifika. Għalhekk il-Kumitat jemmen li huwa tajjeb li jkomplu jsiru dawn il-konsiderazzjonijiet, iżda fl-istess ħin għandhom jiġu stabbiliti l-limiti ta’ proċess bħal dan. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli miexja b’kawtela f’dan il-qasam u li tinvolvi lir-riċerkaturi kkonċernati direttament.
3.1.5 Id-dritt għall-kunfidenzjalità. Il-Kumitat jenfasizza li dan m’għandux ifisser l-aċċess miftuħ prematur għal kull data li tirriżulta mill-proċess ta’ riċerka, inkluża d-data mhux ipproċessata. Qabel ma jawtorizzaw il-pubblikazzjoni tad-data, ir-riċerkaturi għandhom jikkoreġu qisien ħżiena, żbalji, kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni, eċċ., jevalwaw l-importanza tagħhom, u jittrattawhom fil-proċess intern u kunfidenzjali ta’ tiswir tal-opinjoni. Inkella, dan jista’ jkun ta’ ħsara għad-drittijiet individwali tar-riċerkaturi u l-bażi fundamentali tal-ħidma xjentifika u tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-istandards tal-kwalità u l-prijoritajiet fil-pubblikazzjonijiet xjentifiċi.
3.2 Informazzjoni għan-negozji u l-SMEs. Ħafna negozji u SMEs interessati fi żviluppi ġodda mhumiex infurmati biżżejjed dwar liema għarfien u riżorsi teknoloġiċi huma fil-fatt disponibbli fl-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fl-UE u kif jistgħu jiġu stabbiliti l-kuntatti rilevanti bil-għan li tinbeda kooperazzjoni prospettiva. Għaldaqstant, minbarra s-sett ta’ strumenti msemmija hawn fuq, tinħtieġ informazzjoni ’l barra miċ-ċirku ristrett tal-esperti.
3.2.1 Il-pubblikazzjonijiet maħsuba għall-pubbliku ġenerali. Jeżistu pubblikazzjonijiet maħsuba għall-pubbliku ġenerali (letteratura popolari) dwar suġġetti xjentifiċi u tekniċi. F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni ħadmet aktar u b’iżjed suċċess għat-tixrid tar-riżultati xjentifiċi u tekniċi tal-programmi ta’ riċerka li tisponsorizza, pereżempju bil-magażin eċċellenti research*eu (7) jew il-portal tal-internet CORDIS (8). Bl-istess mod, għadd dejjem jikber ta’ universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka bdew jippreżentaw l-attivitajiet u r-riżultati tagħhom fuq l-internet (9) bil-għan li jkun hemm trasferiment ta’ għarfien u prospetti ta’ kooperazzjoni.
3.2.2 L-uffiċċji tat-trasferiment tal-għarfien. Barra minn hekk, diversi organizzazzjonijiet ta’ riċerka ilhom żmien li fetħu l-uffiċċji (10) tagħhom tat-trasferiment tal-għarfien – li huwa siewi immens – bi speċjalisti (“uffiċjali responsabbli għat-trasferiment tat-teknoloġija” (11)) imħarrġa kif jixraq. Madankollu, dawn jaħdmu l-aktar fil-livell reġjonali jew b’rabta ma’ organizzazzjoni partikolari, u għalhekk huwa diffiċli li jintużaw mir-riċerkaturi fil-livell Ewropew.
3.2.3 L-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ u l-konsulenti. Bosta organizzazzjonijiet u netwerks qed jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni, f’ċerti każijiet fuq bażi kummerċjali, biex jindirizzaw il-ħtieġa msemmija hawn fuq fil-livell Ewropew: pereżempju, l-EARTO, l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti Ewropej għat-Trasferiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija (Association of European Science and Technology Transfer Professionals) jew il-ProTon (12). Il-Kummissjoni stess toffri l-appoġġ tagħha permezz tal-portal tal-SMEs u n-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi (13).
3.2.4 Ir-riċerka sistematika. Billi l-istrumenti msemmija hawn fuq għadhom ma jistgħux iwieġbu adegwatament għad-domandi tal-industrija/l-SMEs, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni taħdem – idealment bil-kooperazzjoni ta’ waħda mill-kumpaniji l-kbar tal-għodod tat-tiftix – biex tissodisfa din il-ħtieġa b’mod sistematiku permezz ta’ sistema ta’ riċerka pan-Ewropea (fuq l-internet), fejn l-informazzjoni speċifika msemmija hawn fuq tkun imqassra f’format uniformi u aċċessibbli. L-ewwel pass hu li jkun hemm proċess ta’ tiswir ta’ opinjonijiet biex jiġu definiti b’aktar reqqa l-għanijiet u l-firxa ta’ applikazzjoni tal-ewwel stadju ta’ din is-sistema ta’ riċerka, u b’hekk tinkiseb esperjenza fil-fażi esploratorja.
3.2.5 L-iskambju tal-persunal. Billi l-aktar trasferiment effettiv tal-għarfien isir bejn nies li jiċċaqilqu bejn ir-riċerka u l-industrija, il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni li ressaq kemm-il darba, li dan l-iskambju ta’ persunal għandu jkun imħeġġeġ aktar, pereżempju permezz ta’ boroż ta’ studju u leave sabbatiku, bħall-Marie Curie Industry-Academia Grant.
4. Il-kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ proċeduri u prodotti li jistgħu jitqiegħdu fis-suq – bilanċ ġust bejn l-interessi
4.1 Kulturi tax-xogħol differenti. Fid-dawl tal-ħafna dokumenti u rakkomandazzjonijiet li diġà saru dwar dan is-suġġett, u li ssemmew fl-introduzzjoni, dan il-kapitlu se jiffoka fuq ftit kwistjonijiet speċifiċi biss li jirriżultaw mid-diversità tal-kulturi tax-xogħol u l-interessi tar-riċerka u l-industrija. Fl-ewwel opinjoni tiegħu dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) (14), Il-Kumitat diġà ttratta fid-dettall uħud minn dawn id-differenzi u sussegwentement semmiehom f’diversi okkażjonijiet. Essenzjalment dawn huma dwar:
4.2 Il-pubblikazzjoni u s-segretezza
— |
Ir-riċerka teħtieġ pubblikazzjoni bikrija tar-riżultati tagħha biex ix-xjenzjati u gruppi ta’ riċerkaturi oħra jkunu jistgħu jivverifikawhom. Dan jgħin ukoll biex jinħolqu sinerġiji permezz ta’ interazzjoni immedjata fil-komunità xjentifika, speċjalment meta diversi laboratorji jkunu qed jikkooperaw flimkien fi programm konġunt ta’ riċerka u żvilupp. |
— |
L-awtoritajiet pubbliċi jridu wkoll jinsistu b’mod ġenerali fuq il-pubblikazzjoni bikrija tar-riżultati tar-riċerka li jkunu ffinanzjaw biex jiġu żgurati l-istess opportunitajiet għal kulħadd fl-oqsma tal-promozzjoni u l-kompetizzjoni. |
— |
Madankollu, bħalissa anke l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati mill-gvern għandhom, fejn ir-riżultati tagħhom iwasslu għal innovazzjonijiet sinifikanti, iressqu applikazzjoni għal privattiva qabel ma jippubblikaw ir-riżultati tagħhom, għax inkella dan ikun ta’ ħsara għall-innovazzjoni, u l-invenzjoni tagħhom ma tkunx tista’ tingħata privattiva. Din il-ħtieġa, li tapplika wkoll għall-aċċess miftuħ, hija enfasizzata wkoll fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali (15). |
— |
Sabiex jittaffa l-kunflitt bejn l-objettivi li jirriżulta minn dan, il-Kumitat irrakkomanda diversi drabi li fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-privattivi u f’dik futura tal-Komunità dwar l-istess privattivi, jiġi introdott perijodu ta’ konċessjoni (grace period) qabel il-pubblikazzjoni li ma jkunx ta’ ħsara għall-innovazzjoni (16). |
— |
Min-naħa l-oħra, b’mod ġenerali huwa fl-interess tal-kumpanija li – fid-dawl tal-kompetizzjoni li fiha topera – ir-riżultati tal-iżvilupp tal-prodott tagħha jibqgħu kunfidenzjali għall-inqas sakemm il-prodott il-ġdid ikun lest biex jitqiegħed fis-suq jew sakemm ikunu nkisbu l-privattivi rilevanti. |
4.3 Riċerka esploratorja – żvilupp immirat. Il-prodott ta’ riċerkatur huwa r-riżultat ta’ proċess kumpless ta’ riċerka u sperimentazzjoni, li x’se joħroġ minnu ma jkunx magħruf. Mill-banda l-oħra, l-iżvilupp huwa proċess immirat u ppjanat li jibda biss ladarba jkun jista’ jiġi stabbilit għan speċifiku u r-rotta tal-iżvilupp tkun ċara biżżejjed. Madankollu, jeżistu sitwazzjonijiet ta’ koinċidenza, interazzjonijiet u sinerġiji bejn ir-riċerka u l-iżvilupp – anke jekk dawn il-proċessi m’għandhomx għalfejn isegwu sekwenza lineari.
4.4 Kriterji ta’ evalwazzjoni differenti. Ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka “tagħhom” jiġu evalwati skont il-kwalità, in-numru u l-impatt tal-pubblikazzjonijiet (17) u l-iskoperti tagħhom, u dejjem aktar skont in-numru ta’ privattivi li jkollhom. Għall-kuntrarju, il-maniġers jiġu evalwati prinċipalment skont il-profitti tan-negozju “tagħhom”, li jiddependu min-numru, il-kwalità u l-prezz tal-prodott mibjugħ.
4.5 Sinteżi. Dawn il-kontradizzjonijiet iridu jissolvew filwaqt li jiġi stabbilit ukoll bilanċ ġust bejn l-interessi li joħloq benefiċċji għaż-żewġ imsieħba tal-kooperazzjoni, li ma jkunux indaqs. Sabiex jipparteċipaw, l-aktar riċerkaturi effiċjenti u l-organizzazzjonijiet tagħhom iridu jingħataw biżżejjed inċentivi. Din “il-kooperazzjoni tista’ tiġi mxekkla jekk id-drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati tar-riċerka jingħataw kollha lill-kumpaniji kontraenti” (18). Ir-raġuni hi li l-għarfien il-ġdid (foreground) jikber u jevolvi lil hinn mill-għarfien eżistenti (background) u b’hekk jinkludi, min-natura tiegħu, aspetti sinifikanti tal-għarfien eżistenti, li jfisser li dan tal-aħħar huwa parti integrali mill-għarfien il-ġdid. Għaldaqstant, fil-ftehimiet dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-proċessi ta’ evalwazzjoni relatati jinħtieġu l-flessibbiltà u l-possibbiltà ta’ azzjoni sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi individwali u n-natura tal-proċessi kreattivi. In-nuqqas ta’ din il-flessibbiltà u tal-possibbiltà ta’ azzjoni jistgħu, fl-agħar sitwazzjoni, jiskoraġġixxu x-xjenza u n-negozju milli jikkooperaw flimkien.
4.6 Il-proprjetà intellettwali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett. Għalhekk il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-Kunsill tal-Kompetittività enfasizza l-libertà kuntrattwali tal-partijiet, u fid-deċiżjoni tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2008 huwa: “JAPPELLA lill-universitajiet u lill-organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka oħrajn biex jagħtu attenzjoni debita lill-kontenut tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Kummissjoni u biex jimplimentawh skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, filwaqt li jinkludu flessibiltà xierqa għar-riċerka kuntrattwali.” Il-Kumitat jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li issa anke l-Kummissjoni ċċarat (19), fir-Rakkomandazzjoni tagħha (20) li tindirizza speċifikament din il-kwistjoni, li ma tixtieqx tindaħal fil-libertà li jsiru arranġamenti kuntrattwali, inkluż għar-riċerka kuntrattwali. Minflok għandu jkun hemm biżżejjed flessibbiltà, sakemm ma jkunx hemm restrizzjonijiet oħra bħall-qafas tal-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jew inkella liġijiet Ewropej jew nazzjonali oħra.
4.6.1 Aktar kjarifiki. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat ukoll li invenzjonijiet li jwasslu għal privattivi ma jistgħux sempliċement jiġu kkummissjonati, iżda għandhom jirrappreżentaw prestazzjoni kreattiva addizzjonali (21). L-evalwazzjoni tagħhom u l-qligħ li jiġi minnhom għandu jkun soġġett għal negozjati; bl-istess mod, il-kumpanija msieħba li tikkummissjona m’għandhiex twaqqaf l-evalwazzjoni għax dan jista’ jkun ta’ ħsara għall-ekonomija. Għalhekk, il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tħejji kjarifika dwar dan il-punt. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu ta’ għajnuna u mhux ta’ restrizzjoni.
4.7 Il-privattiva Komunitarja. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jerġa’ jenfasizza (ara wkoll Punt 4.2) ir-rakkomandazzjonijiet li għamel kemm-il darba favur privattiva Komunitarja li tagħti lill-inventur perijodu ta’ konċessjoni (grace period) qabel il-pubblikazzjoni li ma jkunx ta’ ħsara għall-innovazzjoni.
4.8 Regoli għall-parteċipazzjoni u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-opinjoni tiegħu (22) dwar ir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-Kumitat diġà rrakkomanda li fil-ġejjieni l-partijiet kontraenti jingħataw aktar libertà fl-arranġamenti kuntrattwali kif ukoll fl-għażla tal-istrumenti. B’mod partikolari, dan huwa marbut mad-drittijet ta’ aċċess għall-għarfien il-ġdid u d-drittijiet ta’ protezzjoni u/jew għall-għarfien eżistenti u d-drittijiet ta’ protezzjoni tal-imsieħba kuntrattwali. Id-drittijiet għal aċċess bla ħlas għandhom jiġu offruti bħala possibbiltà, u mhux – kif propost f’ċerti każijiet – bħala rekwiżit mingħajr eċċezzjoni. Barra minn hekk, jekk l-istabbilimenti ta’ tagħlim superjuri jew l-ogranizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi joffru l-proprjetà intellettwali lill-intrapriżi mingħajr ħlas, jinħoloq ir-riskju li tinkiser il-liġi Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat.
4.9 Sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat. Il-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat imsemmija f’punti 4.6 u 4.8 għandhom japplikaw b’mod partikolari wkoll għas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, li huma mixtieqa ħafna, fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u għall-inizjattivi konġunti korrispondenti fil-qasam tat-teknoloġija.
4.10 Il-ħlas tal-invenzjonijiet li jagħmlu l-ħaddiema. Il-liġijiet li jeżistu f’xi Stati Membri dwar il-ħlas tal-invenzjonijiet li jagħmlu l-ħaddiema għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. Il-kwistjoni hija relatata mad-dritt tal-inventur tal-privattiva li jitħallas b’mod xieraq għall-użu li jsir mill-invenzjoni tiegħu, anke jekk din issir bħala parti mix-xogħol regolari tiegħu. Dan id-dritt m’għandu jiġi sottovalutat fl-ebda ċirkostanza.
5. Il-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ riċerka – inħarsu l-ħiliet
5.1 |
Oqsma tekniċi ġodda – każijiet uniċi. Minbarra l-kategorija ta’ kooperazzjoni bejn ir-riċerka u l-industrija msemmija qabel, hemm kategorija oħra daqstant importanti, li fiha l-korpi ta’ riċerka, aktar milli fornituri ta’ għarfien ġdid bl-iskop li jiġu żviluppati prodotti serjali (jew proċessi) innovattivi, huma oriġinaturi u klijenti. Dan huwa l-każ tal-iżvilupp ta’ infrastrutturi ta’ riċerka ġodda bħall-aċċeleraturi, is-sorsi ta’ radjazzjoni, is-satelliti, it-tagħmir astronomiku bbażat fid-dinja jew il-faċilitajiet ta’ fużjoni nukleari. F’dan il-kuntest, l-industrija tipproduċi u tiżviluppa komponenti individwali ġodda importanti, l-aktar fuq il-bażi ta’ kuntratti għall-iżvilupp kontinwu. |
5.2 |
L-ispeċjalizzazzjoni u r-riskju. In-negozji f’dan il-qasam innovattiv jeħtieġu persunal ta’ ħila kbira u speċjalizzat, kif ukoll – minħabba r-riskju ta’ falliment li dejjem huwa possibbli – rieda li jieħdu r-riskju. Fil-fatt, bosta drabi l-profitt ekonomiku immedjat huwa żgħir minħabba li l-prodott manifatturat kważi dejjem ikun uniku u li n-negozji spiss jissottovalutaw l-ispejjeż involuti: b’mod ġenerali, il-konfini tan-know-how eżistenti nqabżu. |
5.3 |
Il-muturi tal-progress teknoloġiku. Dawn l-ordnijiet jagħtu spinta sinifikanti lill-ħiliet tekniċi avvanzati tal-intrapriżi, u dan iżid il-kompetittività fuq perijodu twil f’oqsma relatati, u ġeneralment jistimola l-progress teknoloġiku. Madankollu, l-intrapriżi qed iħabbtu wiċċhom ma’ diversi diffikultajiet biex jużaw il-potenzjal tagħhom, inklużi l-ħaddiema u l-inġiniera, fil-qasam speċifiku tagħhom għal ordnijiet ġodda, aktar u aktar meta l-impenn tagħhom fil-proċessi ta’ żvilupp u produzzjoni ta’ prodotti serjali jħalli ħafna aktar frott. |
5.4 |
L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti. L-applikazzjoni tar-regoli eżistenti dwar il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti tista’ tikkomplika s-sitwazzjoni billi, fost affarijiet oħra, ma tippermettix l-għoti awtomatiku tal-kuntratt tal-produzzjoni lill-intrapriża li tkun għamlet il-kuntratt għall-iżvilupp. Dan ifisser li l-kuntratt tal-produzzjoni jista’ jingħata lil intrapriża b’inqas esperjenza li, proprju minħabba l-esperjenza limitata tagħha, tissottovaluta d-diffikultajiet, u għalhekk toffri prezz iktar baxx. Din il-problema wasslet ukoll biex il-kumpaniji jieqfu jressqu l-offerti tagħhom u/jew jaċċettaw dawn il-kuntratti. L-istrument ta’ “l-akkwist pubbliku prekummerċjali” (23) ma jindirizzax eżattament din il-kwistjoni għax ma jagħtix lok għal produzzjoni serjali. |
5.5 |
Il-problemi u t-tfittxija tas-soluzzjonijiet. Il-Kumitat m’għandux soluzzjoni lesta għal dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, huwa jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal problema serja, li mhux biss iżżid l-ispiża u ż-żmien stipulat għal dawn il-proġetti, imma timpedixxi l-aħjar użu tal-kompetenzi u l-esperjenza li jirriżultaw minnhom, billi ħafna drabi jintilfu kompetenzi siewja. Għalhekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni toħloq grupp ta’ esperti ta’ livell għoli (24) biex dan janalizza l-esperjenzi li nkisbu s’issa. B’hekk wieħed ikun jista’ jara jekk ir-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat, il-baġit, il-kompetizzjoni u l-għoti tal-kuntratti kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħhom humiex adegwati għal din is-sitwazzjoni speċifika jew jekk hemmx bżonn li jiġu stabbiliti strumenti ġodda għall-politika industrijali f’dan il-qasam. |
5.6 |
ITER. Il-Kumitat għandu l-impressjoni li l-Kummissjoni hija konxja sew tal-problema, pereżempju fil-każ tal-proġett internazzjonali ITER, u għaldaqstant diġà ħadet il-miżuri adegwati biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-industrija f’dan il-proġett. Fejn ikun possibbli, dawn il-miżuri għandhom jiġu ttrasferiti wkoll għall-ħtiġijiet tal-infrastrutturi ta’ riċerka l-ġodda (lista ESFRI). |
6. L-opinjonijiet rilevanti tal-Kumitat adottati f’dawn l-aħħar tliet snin
Fit-tfassil ta’ din l-opinjoni tqiesu l-opinjonijiet rilevanti li ġew adottati fl-aħħar tliet snin:
— |
Is-Seba’ Programm Qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp (INT/269, CESE 1484/2005 – ĠU C 65/9, 17.3.2006) |
— |
In-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji (INT/277, CESE 582/2006 – ĠU C 185/1, 8.8.2006) |
— |
Evalwazzjoni ta’ ħames snin tal-attivitajiet ta’ riċerka tal-Komunità (1999-2003) (INT/286, CESE 729/2006 – ĠU C 195/1, 18.8.2006) |
— |
RTD – Programmi speċifiċi (INT/292, CESE 583/2006 – ĠU C 185/10, 8.8.2006) |
— |
Ir-riċerka u l-innovazzjoni (INT/294, CESE 950/2006 – ĠU C 309/10, 16.12.2006) |
— |
Il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi – Is-Seba’ Programm Qafas (INT/309, CESE 956/2006 – ĠU C 309/35, 16.12.2006) |
— |
Il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi – Is-Seba’ Programm Qafas 2007-2011 (Euratom) (INT/314, CESE 957/2006 – ĠU C 309/41, 16.12.2006) |
— |
Investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni (Strateġija ta’ Liżbona) (INT/325, CESE 983/2007 – ĠU C 256/17, 27.10.2007) |
— |
Il-potenzjal tal-Ewropa fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (INT/326, CESE 1566/2006 – ĠU C 325/16, 30.12.2006) |
— |
L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (INT/335, CESE 410/2007 – ĠU C 161/28, 13.7.2007) |
— |
Green Paper dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda (INT/358, CESE 1440/2007 – ĠU C 44/1, 16.2.2008) |
— |
Inizjativa tal-Mediċini Innovattivi/Twaqqif ta’ Impriża Konġunta (INT/363, CESE 1441/2007 – ĠU C 44/11, 16.2.2008) |
— |
Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-Sistemi Integrati tal-Kompjuter/Twaqqif tal-Impriża Konġunta (ARTEMIS) (INT/364, CESE 1442/2007 – ĠU C 44/15, 16.2.2008) |
— |
Twaqqif tal-Impriża Konġunta Sema Nadif (INT/369, CESE 1443/2007 – ĠU C 44/19, 16.2.2008) |
— |
Twaqqif tal-Impriża Komuni ENIAC (INT/370, CESE 1444/2007 – ĠU C 44/22, 16.2.2008) |
— |
Programm ta’ riċerka u żvilupp għall-SMEs (INT/379, CESE 977/2008 – ĠU C 224/18, 30.8.2008) |
— |
Reġjuni Ewropej Kompetittivi permezz tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (INT/383, CESE 751/2008 – ĠU C 211/1, 19.8.2008) |
— |
Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (INT/386, CESE 484/2008 – ĠU C 204/19, 9.8.2008) |
— |
Sħubija Ewropea għal riċerkaturi (INT/435, CESE 1908/2008 – Din l-opinjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.) |
— |
Il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (INT/450, CESE 40/2009 – Din l-opinjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.) |
Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara Kapitlu 6 ta’ din l-opinjoni.
(2) INT/450, CESE 40/2009 (Din l-opinjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) C(2008) 1329, 10.4.2008.
(4) Sit elettroniku: http://ec.europa.eu/research/science-society/pdf/scientific-publication-study_en.pdf.
(5) Open Access. Opportunities and Challenges – a Handbook (Aċċess miftuħ: sfidi u opportunitajiet – Manwal). Pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ġermaniża għall-UNESCO, 2008.
(6) COM(2007) 56, 14.2.2007; C(2008) 1329, 10.4.2008 – Anness II.
(7) http://ec.europa.eu/research/research-eu.
(8) http://cordis.europa.eu/.
(9) http://www.ott.csic.es/english/index.html fi Spanja jew http://www.technologieallianz.de/ fil-Ġermanja.
(10) C(2008) 1329, 10.4.2008 – Anness II, Punt 7.
(11) COM(2007) 182, 4.4.2007.
(12) http://www.earto.org/; http://www.astp.net/; jew http://www.protoneurope.org/.
(13) EEN: http://www.enterprise-europe-network.ec.europa.eu/services_en.htm u l-portal tal-SMEs http://ec.europa.eu/enterprise/sme/index_en.htm.
(14) ĠU C 204, 18.7.2000, p. 70.
(15) C(2008) 1329, 10.4.2008, Rakkomandazzjoni Nru 4 lill-Istati Membri u fl-Anness I, Nru 7, lill-entitajiet pubbliċi.
(16) Kif kien il-każ, pereżempju, fil-liġi Ġermaniża dwar il-privattivi.
(17) U skont il-prestiġju tal-ġurnal partikolari li fih jiġu ppubblikati r-riżultati!
(18) ĠU C 204, 18.7.2000, p. 70.
(19) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali fvattivitajiet ta’ trasferiment ta’ għarfien u dwar Kodiċi ta’ Prattika għal universitajiet u organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka oħrajn (2008) ISBN 978-92-79-09850-5. L-aħħar paragrafu ta’ kapitlu 4.3 jgħid: “Nevertheless, the parties are free to negotiate different agreements, concerning ownership (and/or possible user rights) to the Foreground, as the principles in the Code of Practice only provide a starting point for negotiations.” [Madankollu, il-partijiet jistgħu jinnegozjaw arranġamenti differenti rigward is-sjieda (u/jew id-drittijiet tal-utenti) tal-għarfien il-ġdid billi l-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika jagħtu biss il-punt tat-tluq għan-negozjati].
(20) C(2008) 1329, 10.4.2008 – Anness I, Punt 17.
(21) Din hija wkoll l-idea wara l-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-invenzjonijiet li jagħmlu l-ħaddiema, ara Punt 4.10.
(22) ĠU C 309, 16.12.2006, p. 35.
(23) COM(2007) 799 finali. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “L-akkwist pubbliku prekummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa”. Dwar dan is-suġġett ara l-opinjoni tal-Kumitat INT/399 dwar “L-akkwist pubbliku prekummerċjali”, CESE 1658/2008 (Din l-opinjoni għadha ma ġiety ippubblikata fil Ġurnal Uffiċjali).
(24) Jekk ikun possibbli bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fi ħdan l-EIROforum.
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
451 sessjoni plenarja tal-KTR il-25 u s-26 ta' Frar 2009
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni
COM(2008) 311 finali – 2008/0098 (COD)
2009/C 218/03
Nhar l-1 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottatat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar. Ir-rapporteur kien is-Sur GRASSO.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’114 vot favur, vot wieħed kontra u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE huwa konvint li huwa ferm importanti li jiġi assigurat li l-prinċipju tal-libertà tal-moviment tal-prodotti, li huwa ggarantit mit-Trattat, jiġi implimentat bis-sħiħ u pperfezzjonat permezz tal-qafas komuni adottat f’Lulju 2008 u r-regolamentazzjoni suċċessiva tas-settur, sabiex il-prodotti mibjugħa legalment fi Stat Membru jkunu jistgħu jinbiegħu wkoll mingħajr xkiel fit-territorju kollu tal-UE b’garanziji fl-ambitu tas-sigurtà, tas-saħħa u tal-ħarsien tal-ambjent waqt iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodotti, mill-ħolqien sar-rimi tagħhom. |
1.2 |
Il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrevedi d-dispożizzjonijiet Ewropej dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni, b’mod speċjali dawk tad-Direttiva 89/106/KEE, sabiex tadattahom għall-eżiġenzi attwali, taġġorna l-kontenut tagħhom u tistabbilixxi qafas leġiżlattiv Ewropew ċert u univoku. |
1.3 |
Il-KESE huwa konvint li huwa indispensabbli li l-kwalità ekosistemika tintrabat, sa mill-ippjanar tal-prodott, mal-ġabra ta’ kundizzjonijiet tipoloġiċi u morfoloġiċi tal-kumplessi diġà eżistenti u/jew il-korpi tal-kostruzzjoni: niffrankaw fl-użu tar-riżorsi naturali, intejbu l-kundizzjonijiet tal-benesseri tan-nies fi djarhom, niksbu responsabbiltà ikbar fil-proċeduri, ix-xogħlijiet u t-tekniki sabiex nissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kwalità u s-sigurtà għall-ħaddiema kif ukoll għall-konsumaturi finali. |
1.4 |
Il-KESE jemmen li jeħtieġ li nsaħħu s-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni tal-prodotti ta’ kostruzzjoni billi nappoġġjaw il-korpi ta’ standardizzazzjoni u ninkorporaw fl-istandards l-aspetti marbutin mas-sigurtà tax-xogħol, l-użu tal-prodotti u r-rimi tagħhom. |
1.5 |
Il-KESE jqis li l-potenzjal straordinarju tal-prodotti innovattivi għall-kostruzzjoni, f'termini tat-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-bidla fil-klima u tal-kwalità tal-benesseri fid-djar, għandu jifforma parti mill-kultura tal-persunal tekniku, il-kumpaniji tal-kostruzzjoni u l-utenti, sabiex ikun jista’ joffri kontribut konkret u effikaċi għar-rispett tal-ambjent u l-iffrankar tal-enerġija. |
1.6 |
Il-KESE jtenni li l-moviment liberu tal-oġġetti għandu jikkostitwixxi mutur essenzjali għall-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tas-suq uniku Ewropew u li l-infurzar u l-immodernizzar tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tajbin u sikuri jkunu garanzija ta’ kwalità għaċ-ċittadini Ewropej u għall-operaturi tas-settur. |
1.7 |
Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġi assigurat qafas regolatorju Ewropew armonizzat għall-kummerċjalizzazzjoni u l-produzzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-suq uniku Ewropew (SEE). |
1.8 |
Il-KESE jagħti importanza kbira lill-bżonn li terġa’ tiġi stabbilita l-kredibbiltà tal-marka CE u l-kwalità tas-sistema ta’ akkreditament tal-korpi notifikati. Għalhekk ikun xieraq li jiġi żviluppat qafas legali li jiggarantixxi l-koerenza, il-komparabbiltà u l-koordinament tas-sistema deċentralizzata, l-effettività u l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq, u definizzjonijiet u proċeduri univoċi u ssemplifikati. |
1.9 |
Il-KESE jirrakkomanda l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati li jappoġġjaw programmi Komunitarji ta’ taħriġ u informazzjoni, indirizzati lill-entitajiet pubbliċi u privati kollha interessati – b’mod partikolari b’kampanji ta’ taħriġ għal dawk li jgħallmu – u programm ta’ akkumpanjament u monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu. |
1.10 |
Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jitfasslu dispożizzjonijiet għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri bl-għan speċifiku li jipprovdu, speċjalment lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi, aċċess issemplifikat għas-sistema tal-marka CE, bl-attivazzjoni ta’ SOLVIT (1) fil-punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-prodotti (PCP) sabiex tinstab soluzzjoni adegwata għall-problemi tagħhom. |
1.11 |
IL-KESE jqis li jkun xieraq li l-istandards il-ġodda u l-annessi tekniċi jkunu akkumpanjati bi gwidi tekniċi dwar l-iżvulupp tal-ħtiġijiet fundamentali tal-attivitajiet marbutin mal-użu ta’ materja prima u sekondarja ekokompatibbli u għall-prodotti innovattivi. |
1.12 |
Il-KESE jappoġġja l-bżonn tal-applikazzjoni speċifika għas-settur tal-prodotti għall-kostruzzjoni tas-“Sistema Komunitarja tat-Tagħrif Imħaffef – RAPEX” u jqis li huwa importanti li l-ksur u l-frodi skoperti jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq sit tal-internet Ewropew dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
1.13 |
Il-Kumitat iqis li l-iskadenzi tal-implimentazzjoni tar-regolament huma qosra wisq biex dan ikun komplut u effikaċi, u li dawn l-iskadenzi għandhom jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tal-bżonnijiet ta’ taħriġ u informazzjoni marbuta mal-assimilazzjoni tal-bidliet li ġew imposti. |
1.14 |
Il-KESE jitlob, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-KESE, rapport biennali dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, b’kapitolu ddedikat lill-ħtiġijiet ta’ saħħa u sigurtà tal-prodotti għall-kostruzzjoni u lill-każijiet relatati ta’ ksur u frodi. |
2. Introduzzjoni
2.1 Is-suq Ewropew tal-kostruzzjoni jirrappreżenta madwar 10 % tal-PGD Komunitarju u madwar 7 % tal-forza tax-xogħol kollha tal-Komunità, b’aktar minn 65 000 intrapriża attiva fil-prodotti għall-kostruzzjoni, li minnhom madwar 92 % huma rrappreżentati minn SMEs u mikrointrapriżi.
2.2 Għadd sinifikanti ta’ prodotti għall-kostruzzjoni huma oġġetti ta’ kummerċ intra-Komunitarju fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea: bejn 15 % u 25 % tas-suq totali, skont is-settur.
2.3 Il-prodotti għall-kostruzzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq ŻEE (2) jekk ikunu adattati għall-użu previst biss: il-kwalità tal-materjali tal-kostruzzjoni għandha żżomm mal-livelli ddikjarati ta’ adegwatezza għall-użu intiż fir-rigward tal-karatteristiċi tagħhom għaċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodott li huma parti minnu. Dan jgħodd b’mod speċjali għar-rekwiżiti essenzjali ta’ reżistenza mekkanika u stabbiltà, ta’ sigurtà f’każ ta’ nar, ta’ iġjene, saħħa u ambjent, ta’ sigurtà tal-użu, ta’ protezzjoni mill-istorbju, ta’ ffrankar tal-enerġija u ta’ iżolament termiku.
2.3.1 Għalhekk ikun xieraq li l-kompatibbiltà u s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-kostruzzjoni tiġi kkunsidrata, b’mod speċjali meta jintalbu investimenti importanti għar-rinnovazzjoni tal-bini sabiex tiġi ggarantita l-effiċjenza enerġetika.
2.4 Il-KESE huwa konvint li “l-moviment liberu tal-prodotti huwa mutur essenzjali tal-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tas-suq uniku Ewropew u li t-tisħiħ u l-immodernizzar tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti sikuri u ta’ kwalità huma elementi bażiċi ta’ garanzija għall-konsumaturi, l-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej” (3).
2.5 Illum aktar minn 300 familja ta’ prodotti għall-kostruzzjoni huma soġġetti għar-regoli tal-marka CE, u mis-sena 2000 sal-lum ġew iffinalizzati mis-CEN aktar minn 380 standard armonizzat (4) waqt li fl-istess perjodu twettqu aktar minn 1 100 Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA – European Technical Evaluation) għal prodotti speċifiċi, li jippermettu li tinkiseb il-marka CE minflok ma jintużaw standards armonizzati.
2.6 IL-KESE jqis li jekk il-potenzjal straordinarju tal-prodotti innovattivi tal-kostruzzjoni, f'termini ta’ tnaqqis tal-effetti negattivi tal-bidla fil-klima, taż-żjieda fl-effiċjenza enerġetika, kif ukoll tal-kwalità tal-benesseri fid-djar, ikun rikonoxxut u apprezzat mill-arkitetti u l-utenti, dan jista’ joffri kontribut konkret u effikaċi għall-iffrankar tal-enerġija u r-rispett tal-ambjent (5).
2.7 Huwa fundamentali li l-produtturi jieħdu azzjoni f’waqtha sabiex jadattaw il-proċessi produttivi għar-regoli l-ġodda. L-obbligu tal-użu ta’ lingwaġġ komuni fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti, kemm f'termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-fażi ta’ produzzjoni, kif ukoll f’termini ta’ saħħa ġewwa l-bini, jista’ jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn il-produtturi, il-klijenti tagħhom u l-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll il-kwalità tal-kostruzzjonijiet.
2.8 Qafas legali sempliċi u ta’ kwalità għall-intrapriżi jirrappreżenta fattur ewlieni għall-kompettività, l-iżvilupp u l-impjiegi: is-semplifikazzjoni tal-kuntest regolatorju għalhekk hija indispensabbli biex tiġi stimolata l-innovazzjoni u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-obbligi regolatorji, u biex jitnaqqas il-volum totali tal-acquis Komunitarju u tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn approċċi regolatorji aktar flessibbli.
2.9 Fil-fehma tal-KESE jeħtieġ li flimkien mal-kwalitajiet u l-karatteristiċi mitluba mill-prodott fih innifsu, tiġi kkunsidrata wkoll il-kapaċità u l-ħtieġa ta’ previżjoni tal-ispejjeż potenzjali tad-disinn u l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet, u fuq kollox, tal-ġestjoni u l-manutenzjoni.
2.10 Il KESE jtenni li “teżisti rabta mill-qrib bejn leġiżlazzjoni aħjar u l-implimentazzjoni u l-infurżar tal-liġi Komunitarja: liġi tajba fil-fatt hija liġi infurzabbli u infurzata. Id-diffikultajiet huma dovuti għad-diversi kulturi u responsabbiltajiet u d-diversi gradi ta’ involviment kif ukoll ta’ impenn biex tiġi garantita implimetazjoni effikaċi madwar l-Ewropa” (6).
2.11 Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-għażla ta’ regolament (CPR) għar-reviżjoni tad-Direttiva, sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ diskrepanzi fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni, jitnaqqsu l-piżijiet u jiġi ssemplifikat il-qafas regolatorju.
2.12 Il-KESE jtenni l-importanza li “tiġi garantita ċ-ċertezza, it-trasparenza u l-effikaċja tal-iskambji, jiġu eliminati l-verifiki u t-testijiet u jiġu assigurati livelli ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, iċ-ċittadini u l-intrapriżi. Hu daqstant essenzjali li tiġi assigurata applikazzjoni attiva u uniformi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti permezz tal-koordinament u t-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tas-suq” (7).
3. Il-Proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
L-għan tar-regolament propost huwa li jassigura informazzjoni affidabbli u preċiża dwar il-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni fis-suq intern Ewropew kollu taż-ŻEE billi:
|
4. Osservazzjonijiet ġenerali
4.1 |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva biex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar is-suġġett, billi jiġi aġġornat il-kontenut tagħhom u jitwaqqaf qafas legali Ewropew ċar, univoku, trasparenti u bbilanċjat għall-operaturi kollha pubbliċi u privati fis-suq intern Ewropew, b’lingwaġġ komuni, speċifikazzjonijiet armonizzati (standards Ewropej armonizzati – hEN u Dokumenti ta’ Valutazzjoni Ewropej – EAD) u l-ħtiġijiet bażiċi tax-xogħlijiet – BWR, li jintegraw kompletament dawk tal-iżvilupp sostenibbli, tad-dritt taċ-ċittadini għas-saħħa u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri għall-SMEs. |
4.2 |
Il-Kummissjoni identifikat, fis-settur tal-kostruzzjoni, suq Ewropew ewlieni, iżda li għandu “koordinazzjoni mhux suffiċjenti tar-regolamentazzjoni, mhux biss fil-livell tal-UE”. Dan il-fattur, “flimkien mal-istruttura lokali predominanti tal-kummerċ, qed [iwassal] għal piż amministrattiv konsiderevoli u għal frammentazzjoni għolja tas-suq ta’ kostruzzjoni sostenibbli” (8). |
4.3 |
Skont il-KESE, fir-reviżjoni tad-Direttiva CPD u t-trasformazzjoni tagħha f’CPR, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-parametri fundamentali li ġejjin:
|
4.4 |
Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tas-sistema tal-akkreditazzjoni tal-korpi nnotifikati u li jiġu stabbiliti kriterji aktar rigorużi ta’ ħatra, ġestjoni u superviżjoni ta’ dawn il-korpi, b’konformità mal-leġiżlazzjoni ġenerali fil-qasam stabbilit mid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mir-Regolament (KE) 765/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008. |
4.5 |
Is-sistema ta’ sorveljanza tas-suq, fi żmien meta l-globalizzazzjoni qiegħda dejjem tikber, għandha tiggarantixxi qafas legali komuni għall-applikazzjoni effiċjenti u koerenti tal-leġiżlazzjoni, fit-territorju Komunitarju kollu: l-Istati membri għandhom jassiguraw li jkun hemm biżżejjed riżorsi għat-twettiq ta’ dawn il-ħidmiet. F’kull każ, l-obbligu li l-Istati Membri jaħtru korp aċċessibbli għat-tressiq ta’ talbiet min-naħa tal-pubbliku għandu jkun ċar. |
4.6 |
Il-KESE jqis li r-responsabbiltajiet iridu jitqassmu b’mod ċar u li jingħaraf fost l-atturi differenti, biex b’hekk il-prodotti jkunu jistgħu jiġu segwiti b’mod komplut, b’mod partikolari fejn jidħlu l-funzjonalità tal-materjal tal-kostruzzjoni tul-il-ħajja tal-prodott, is-sigurtà u s-saħħa, speċjalment is-saħħa tal-ħaddiema u tal-utenti finali, u l-ħarsien integrat tal-ambjent fejn in-nies jgħixu u jaħdmu b’mod ġenerali. |
4.7 |
Jeħtieġ li terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja fil-marki ta’ konformità, li jerġa’ jinkiseb il-valur intrinsiku tal-marka CE, li jissaħħu l-possibbiltajiet ta’ azzjoni legali kontra l-abbużi u li tiġi ggarantita protezzjoni legali tal-marka CE. Il-KESE jinnota li l-bidla fir-regoli tal-iskema l-ġdida tal-marka CE ser iġġib magħha piżijiet għall-intrapriżi u investimenti inizjali notevoli mill-awtoritajiet pubbliċi fl-infrastrutturi tar-regolazzjoni u s-sorveljanza, speċjalment biex tħarreġ il-korpi nnotifikati f’livelli ta’ eċċellenza. |
4.8 |
Skont il-KESE, flimkien mat-tisħiħ tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, trid issir promozzjoni akbar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali, sabiex jitħaffef l-aċċess għas-swieq u l-kummerċ internazzjonali, u b’hekk tiġi assigurata d-dimensjoni globali tas-swieq tal-materjal tal-kostruzzjoni. |
4.9 |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu stabbiliti skadenzi għall-implimentazzjoni, li jkunu aktar adegwati minn dawk proposti, minħabba l-ħtieġa għal informazzjoni mifruxa fil-livell lokali, kif ukoll minħabba l-perijodi ta’ adattament għall-bidliet fil-metodoloġiji, il-proċeduri u l-imġiba meħtieġa għat-tranżizzjoni mis-CPD għas-CPR. |
4.10 |
Il-KESE jikkunsidra l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati hija essenzjali bħala appoġġ għall-programmi Komunitarji ta’ taħriġ, informazzjoni, akkumpanjament u monitoraġġ tal-implimentazzjoni maħsuba għall-partijiet interessati pubbliċi u privati. |
4.11 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-istandards il-ġodda u l-annessi tekniċi jkunu akkumpanjati minn gwidi tekniċi dwar l-iżvilupp tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet (basic works requirements) li:
|
5. Osservazzjonijiet partikolari
5.1 Il-proposta għandu jkollha żewġ kapitoli oħra:
— |
wieħed iddedikat għall-kommunikazzjoni, l-informazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp ta’ kultura mifruxa ta’ kostruzzjoni sostenibbli; |
— |
l-ieħor għall-iffrankar tal-enerġija, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u s-saħħa, l-iġjene u s-sigurtà tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott – mid-disinn tiegħu sa meta jintrema – li r-rekwiżiti bażiċi tagħhom jinsabu fl-Anness 1, iżda li fil-fehma tal-KESE għandhom jissemmew fit-test tar-regolament innifsu. |
5.1.1 B’mod partikulari, l-obbligu tal-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene u s-saħħa huwa essenzjali fir-rigward tar-riskji tal-użu ta’ materjal irriċiklat ta’ natura radjuattiva (13) u/jew sustanzi tossiċi perikolużi, li ladarba jiġu inkorporati fil-binjiet u l-istrutturi, joħolqu livelli ta’ dannu għas-saħħa tal-persuni li jgħixu jew jgħaddu ħin twil fihom li jistgħu jkunu permanenti u ta’ natura gravi ħafna.
5.2 Dwar id-definizzjonijiet (Artikolu 2), il-KESE jqis bħala partikolarment rilevanti l-qafas ta’ definizzjoni propost fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni (14), li fuqu kien diġà esprima ruħu (15), li filwaqt li jevita d-diskrepanzi fir-rigward ta’ oqfsa ġuridiċi f’sedi oħra, jiġi kkompletat ukoll bid-definizzjonijiet tal-prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex serjali – partikolarment rilevanti għall-SMEs – għall-kits ta’ prodotti kumplessi prefabbrikati jew preassemblati, u għall-prodotti innovattivi, waqt li d-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandha tirreferi għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea – ETA (16) – u mhux għad-Dokumenti ta’ Valutazjoni Ewropej – EAD.
5.3 Rigward id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni, il-KESE jqis li malli prodott jitqiegħed fis-suq u jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott biex jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha tkun obbligatorja u kompluta mingħajr ma din tkun illimitata għall-istandards nazzjonali, anki permezz tal-użu tal-informatika jew siti tal-internet aċċessibbli għall-klijenti wkoll.
5.3.1 Fil-fehma tal-KESE, għandha titressaq dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jekk, għall-prodott ikkonċernat, teżisti regola armonizzata jew Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni Teknika (17).
5.4 L-għanijiet tal-istandards armonizzati stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fuq il-bażi ta’ talba mill-Kummissjoni, għandhom ikunu ddefiniti espliċitament u b’mod ċar għall-prodott jew familji ta’ prodotti kkonċernati, b’indikazzjoni tal-użi koperti: l-istandards armonizzati għandhom jissodisfaw it-talba b’mod eżawrjenti.
5.5 Il-KESE jqis bħala essenzjali d-dispożizjonijiet previsti dwar proċeduri ssemplifikati li jikkorrispondu mal-impenn preċiż ta’ semplifikazzjoni, speċjalment għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi b'aċċess issemplifikat għas-sistema tal-marka CE; tali proċeduri għandhom madanakollu jiggarantixxu livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi f’dawk li huma saħħa, sigurtà u ħarsien ambjentali.
5.6 Il-KESE jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet f’Artikolu 46, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema: hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-prodott ikkonċernat u ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tiegħu. Din trid tkopri r-rekwiżiti kollha li hemm fir-regolament propost biex tevita l-inċidenti fis-settur li jirriżultaw mill-użu ta’ materjal mhux xieraq jew l-użu ħażin tiegħu.
5.7 Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni f’Artikolu 53 iridu jiġu riveduti, jiġifieri dawk li jiffissaw l-iskadenza tal-1 ta’ Lulju 2011 biex issir it-tranżizzjoni mil-liġi tas-CPD għal-liġi futura tas-CDR, sabiex b’hekk ikun hemm perijodu adegwat għat-tranżizzjoni minħabba l-ħtiġijiet kbar ta’ informazzjoni, taħriġ u mġiba kif ukoll minħabba fiż-żmien meħtieġ għall-adattament għall-bidliet metodoloġiċi u ta’ proċedura li huma previsti.
5.8 Rigward l-aġġornamenti tekniċi previsti fl-Artikolu 51 tal-proposta ta’ regolament, il-KESE jtenni dak li diġà esprima fuq is-suġġett (18), dwar l-importanza li “l-proċeduri tal-kumitat għandhom ikunu ċari u kemm jista’ jkun komprensibbli għall-persuni residenti fl-UE, u b’mod partikolari l-persuni affettwati direttament minn dawn l-atti”.
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) http://ec.europa.eu/solvit/
(2) ŻEE: Żona Ekonomika Ewropea.
(4) KEI: http://nan.brrc.be/docs_public/other/cpd_standards_20080730.pdf.; u ĠU C 13.12.2006.
(7) Ibid nota 3.
(8) COM (2007) 860 finali tal-21.12.2007, Komunikazzjoni dwar “Inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa”, p. 5.
(9) Ara r-Regolament (KE) nru. 1907/2006 tat-18.12.06.
(10) Id-Direttiva 2001/95/KEE tat-3.12.01 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti.
(11) Id-Direttiva 85/374/KEE tal-25.7.1985 dwar ir-responsabbiltà għal prodotti difettużi.
(12) RAPEX: Sistema ta’ Tagħrif Imħaffef għal prodotti mhux tal-ikel.
(14) Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tad-9.7.2008“Qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti” – Regolament (KE) 765/2008 tad-9.7.08, “Akkreditament u sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti”.
(16) European Technical Assessment
(17) Għalhekk it-test tal-ewwel punt ta’ Artikolu 4b) għandu jitneħħa.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/21 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Aspetti regolatorji tan-nanomaterjali
COM(2008) 366 finali
2009/C 218/04
Nhar is-17 ta’ Ġunju 2008, Il-Kummissjoni Ewropea, iddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Aspetti regolatorji tan-nanomaterjali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur PEZZINI.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’170 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jsostni li l-Ewropa qiegħda fl-avangwardja fl-iżvilupp responsabbli tan-nanoxjenzi u n-nanomaterjali (N&N), u għaldaqstant qed tikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali fuq livell dinji. |
1.2 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ żvilupp mgħaġġel tal-applikazzjonijiet industrijali u transsettorjali tan-nanoteknoloġiji, waqt li jitqies:
|
1.3 |
Il-KESE jaqbel mal-prinċipji mniżżla fil-Kodiċi ta’ Kondotta għan-nanoteknoloġiji, u jqishom validi anke għar-reviżjoni tal-qafas ġuridku-regolatorju Ewropew tan-N&N. |
1.4 |
Il-KESE jesprimi tħassib dwar il-progress bil-mod wisq irreġistrat fl-applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġiji fuq is-suq u fir-riċerka fuq l-effetti tan-nanomaterjali fuq l-ambjent, is-saħħa u t-tossikoloġija. |
1.5 |
Il-KESE huwa konvint li l-kumplessità u l-iżvilupp mgħaġġel tan-nanoteknoloġiji, u l-fatt li jinvolvu firxi wiesgħa ta’ dixxiplini xjentifiċi, jeħtieġu approċċ multidixxiplinari, speċjalment fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-riskji, f’qafas regolatorju, etiku u soċjali: dan huwa indispensabbli sabiex jinstabu soluzzjonijiet aċċettati minn kulħadd dwar il-ġestjoni tar-riskji, imsejsa fuq pedamenti affidabbli, kompleti u responsabbli. |
1.6 |
Sistema ottimali ta’ gvernanza għandha tirrispetta l-bilanċ bejn id-diversi aspetti tal-iżvilupp responsabbli tan-nanomaterjali, u l-KESE jirrakkomanda li l-Osservatorju tan-Nanoteknoloġiji jiġi trasformat fi struttura permanenti biex ikun jista’ jipprovdi analiżi fuq bażi xjentifika u ekonomika soda u biex jevalwa l-impatt fuq is-socjetà; ir-riskji potenzjali għall-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (EHS), f’kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħra Ewropej ikkonċernati. |
1.7 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-ħtieġa ta’ qafas ta’ referenza regolatorju integrat, minbarra sistema ta’ gvernanza, bil-għan li jittratta b’mod ċar u affidabbli il-bżonnijiet emerġenti speċjalment f’dawk li huma metodi komuni ta’ klassifikazzjoni, metroloġija u ttestjar tal-validità tal-protokolli eżistenti u ta’ protokolli ġodda, u ta’ riċerka qabel u waqt l-implimentazzjoni tar-regoli. |
1.8 |
Skont il-KESE hija meħtieġa azzjoni qawwija fl-edukazzjoni u l-formazzjoni interdixxiplinari, kif ukoll azzjoni li tintegra f’dan l-isforz, bl-għajnuna ta’ infrastruttura ta’ eċċellenza, l-evalwazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji. |
1.9 |
Il-KESE jqis importanti l-iżvilupp ta’ azzjoni Ewropea ta’ stipular ta’ livelli ta’ referenza (benchmarks) tal-inizjattivi meħtieġa, fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji fl-Ewropa, fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fl-ekonomiji emerġenti. |
1.10 |
Skont il-KESE, jeħtieġ appoġġ għall-ħidmiet ta’ standardizzazzjoni teknika u regolatorja tas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, anke b’setgħat ċari u trasparenti għall-Kummissjoni, sabiex jiddaħħlu fil-ħidmiet tal-ISO/TC 229 f’livell internazzjonali, biex b’hekk jiġi ffaċilitat il-kummerċ dinji sikur tan-nanoteknoloġiji, in-nanoprodotti u sistemi aktar kumplessi li jintegraw l-N&N. |
1.11 |
Il-KESE jirrakkomanda t-tisħiħ tad-djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili, imsejjes fuq bażi soda u trasparenti, li jagħti l-qawwa ta’ vuċi waħda Ewropea f’dan il-qasam vitali għall-futur tagħna fil-kuntest internazzjonali. |
1.12 |
Il-KESE jitlob li r-rapport tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-2009 jinkludi kapitolu ddedikat speċifikament għal:
|
2. Daħla
2.1 |
F’dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni saret l-akbar korp ta’ ffinanzjar pubbliku fil-qasam tal-N&N: hija fil-fatt ħarġet 1.4 miljun euro permezz tas-Sitt Programm Qafas (6PQ) tal-RTD u kważi 600 miljun euro fl-ewwel sena tas-7 PQ 2007–2013: minn dan l-ammont, 28 miljun euro ġew allokati għar-riċerka dwar is-sikurezza tal-N&N, biex it-total allokat għas-settur ilaħħaq madwar 80 miljun euro (1). |
2.2 |
Twaqqfu diversi Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej speċifikament għall-applikazzjonijiet nanoteknoloġiċi, bħal dik tan-nanoelettronika (ENIAC), dik tan-nanomediċina u tal-kimiċi sostenibbli. |
2.3 |
F’livell dinji, fis-snin 2004–2006, in-nefqa pubblika u privata globali fl-N&N laħqet 24 miljun euro: aktar minn 25 % ta’ din iċ-ċifra nħarġet mill-Ewropa u minn dan il-perċentwal, 5-6 % (2). |
2.4 |
Id-dispożizzjonijiet taħt is-7PQ tal-RTD 2007-2013 (3) li jikkonċernaw l-N&N jeżiġu r-rispett tal-aspetti etiċi fundamentali li l-prinċipji tagħhom jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
2.5 |
Ir-rapport tat-Tielet Djalogu Internazzjonali dwar R&D responsabbli fin-nanoteknoloġiji enfasizza l-impenn li qed isir fl-oqsma li ġejjin:
|
2.6 |
L-impenn tad-diversi organizzazzjonijiet internazzjonali intwera fl-inizjattivi elenkati hawn taħt:
|
2.7 |
Ir-Rapport dwar in-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġija: Opportunitajiet u inċertezzi (4) tar-Royal Society fir-Renju Unit jgħid hekk: Sakemm ma nsirux nafu aktar dwar l-impatt ambjentali tan-nanopartikoli u tan-nanotubi, aħna nirrikmandaw li r-rilaxx fl-ambjent ta’ nanotubi u nanopartiċelli manifatturati għandu kemm jista’ jkun jiġi evitat. |
2.8 |
In-nanomaterjali diġà jeżistu f’ħafna oġġetti li jintużaw kuljum (5): il-pannelli li jitnaddfu awtomatikament, li jillimitaw l-użu tad-deterġenti; l-aġenti diżinkwinanti għat-tneħħija tal-ossidu tan-nitroġenu mill-arja; iċ-ċelloli fotvoltajċi tal-aħħar ġenerazzjoni; il-materjali termoiżolanti; is-sistemi tas-sekwestru tas-CO2; in-nanofiltri tal-arja u tal-ilma, minbarra l-applikazzjonijiet numerużi fid-dijanjostika medika u f’terapiji mhux invażivi. |
2.9 |
Il-problema tinħoloq ukoll mill-ħtieġa tal-adattament tal-protokolli għall-evalwazzjoni tar-riskji tat-tossiċità fuq medda qasira u twila taż-żmien, fuq in-nanomaterjali, u l-fenomeni tal-akkumulazzjoni u l-amalgamazzjoni tagħhom ma’ sustanzi oħra fl-ekosistema u fuq it-tessut organiku tal-bniedem. |
2.10 |
L-istandards u l-verifiki tal-evalwazjoni tar-riskji f’ambjenti kumplessi jistgħu jvarjaw bejn il-laboratorju u barra: Ir-riċerki dwar dawn (6) għandhom imorru lil hinn mill-prodotti protettivi konvenzjonali, bħall-filtri, maskri tan-nifs, ilbies protettiv u ingwanti: oġġetti ttestjati b’nanopartiċelli tal-grafit, twal 10 – 50 nanometri. |
2.11 |
Kif issostni l-Kummissjoni – u kif enfasizza l-KESE diversi drabi – “L-Avviċinament integrat, sikur u responsabbli sar il-qalba tal-politika tal-UE għan-nanoteknoloġija.” L-ambitu tal-applikazzjonijiet u r-ramifikazzjonijiet huwa vast u b’hekk jeħtieġ li jkun hemm viżjoni wiesgħa sabiex jiġu identifikati u sfruttati l-punti komuni u l-interdipendenzi ta’ din ix-xjenza, li tkopri medda mill-fiżika nukleari sat-teknoloġija tal-plażma u minn nanomekkanika sal-ipproċessar tat-tessuti. |
2.12 |
Minħabba li n-nanoproċessi jsiru f’dimensjoni nanoskopika (minn 10 sa inqas minn 9), diffiċilment immaġinabbli għal min ma jaħdimx fihom, in-nanomaterjali jeħtieġu mill-bidu nett djalogu kostruttiv mal-konsumaturi, biex jiġi identifikat u evitat il-periklu u biex jiġi eliminat kull biża’ mhux ġustifikat. |
2.13 |
Il-KESE enfasizza mhux biss il-ħtieġa ta’ żvilupp mgħaġġel tal-applikazzjonijiet industrijali u multisettorjali, imma wkoll il-kuntest ekonomiku u soċjali, ġuridiku u regolamentari, fiskali u finanzjarju li fih iridu joperaw l-inizjattivi ta’ impriżi ġodda u ta’ profili professjonali innovattivi, u tal-ħarsien tal-aspetti etiċi, ambjentali, ta’ saħħa u sikurezza, tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-applikazzjonijiet xjentifiċi (7). |
2.14 |
Fl-opinjoni l-aktar reċenti tiegħu (8), il-KESE tenna l-ħtieġa ta’ “djalogu viżibbli u trasparenti mas-soċjetà ċivili, li jiżgura l-konnoxxenza bbażata fuq evalwazzjonijiet oġġetivi tar-riskji u tal-opportunitajiet tal-N&N, mhux l-inqas ta’ attenzjoni għall-ħarsien tal-aspetti etiċi u ambjentali, kif ukoll dawk tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-konsumaturi”. |
2.15 |
Fl-2008 il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni (9) dwar riċerka responsabbli fis-setturi tal-N&N, u pproponiet Kodiċi ta’ Kondotta msejjes fuq seba’ prinċipji: – fehim: l-attivitajiet ta’ riċerka fl-N&N għandhom jinftiehmu mill-pubbliku u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, u l-applikazzjoni tagħhom għandha taqdi l-benessri tan-nies fis-soċjetà, – sostenibbiltà: Ir-rispett tal-prinċipji etiċi u l-iżvilupp għat-tul jimponi attivitajiet ta’ riċerka dwar l-N&N li ma jagħmlux ħsara l-ambjent, speċjalment lill-bniedem, l-annimali u l-pjanti, – prekawzjoni: rispett tal-prinċipju tal-prekawzjoni (10) biex jiġu evitati l-impatti li jista’ jkun hemm fuq is-saħħa u l-ambjent, – Inklussività: trasparenza, rispett għad-dritt tal-aċċess leġittimu għall-informazzjoni, ftuħ għall-partijiet kollha interessati, – eċċellenza: adozzjoni tal-aqwa standards xjentifiċi, ikluża l-integrità tar-riċerka u tal-prattiki tal-laboratorju tajbin (11), – innovazzjoni: governanza tar-riċerka dwar l-N&N biex tiġi massimizzata l-kreattività, il-flessibbiltà u l-kapaċità programmatika għat-tkabbir u l-innovazzjoni, – responsabbiltà: assunzjoni tar-responsabbiltà tar-riċerkaturi u l-korpi tar-riċerka dwar l-impatti soċjali, ambjentali u s-saħħa tal-bniedem, li jista’ jkun hemm fil-preżent u fil-futur. Ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi rapport annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni tal-kodiċi u kull prattika tajba li tintuża biex jinkisbu. |
2.16 |
Il-KESE jaqbel mal-prinċipji ta’ tali kodiċi u jqishom validi fir–rigward tar-reviżjoni tal-qafas ġuridiku u regolatorju Ewropew għall-N&N. |
2.17 |
Il-KESE jesprimi tħassib dwar il-progress kajman irreġistrat fl-applikazzjoni tan-nanoteknoloġiji fis-suq u fir-riċerka fuq l-effetti tan-nanomaterjali fuq l-ambjent, is-saħħa u t-tossikoloġija. |
2.18 |
Anke jekk bħalissa l-livell ta’ riskju marbut mal-espożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini jidher li għadu limitat, il KESE jqis indispensabbli t-tisħiħ tal-iskemi ta’ djalogu mad-dinja tar-riċerka u l-industrija bl-iskop li dawn l-aspetti jiddaħħlu – bl-istess importanza mogħtija lir-riżorsi umani u finanzjarji – fir-riċerka u l-applikazzjonijiet kollha tan-nanomaterjali, mill-bidu tal-ħolqien tagħhom. |
2.19 |
Il-KESE jinnota l-eżistenza ta’ għadd kbir ta’ strumenti leġiżlattivi u regolamentari Komunitarji li jikkorrispondi għall-għadd daqstant ieħor kbir ta’ dixxiplini u s-setturi interessati (iktar minn 90): it-trasparenza kbira tad-dispożizzjonijiet Komunitarji u l-fehim tal-pubbliku jistgħu jiddgħajfu minħabba l-kumplessità tagħhom. |
2.20 |
Sforz biex l-aspetti ġuridiċi jiġu ppubbliċizzati, l-iżvilupp ta’ sit tal-Internet interattiv dwar is-suġġett u ta’ parteċipazzjoni demokratika mħaddma mal-organizazjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-tixrid ta’ gwidi għal prattiki tajba, jistgħu jħaffu l-fehim tal-qafas regolatorju, partikolarment għall-SMEs, il-konsumaturi u ċ-ċittadini. |
2.21 |
Sistema otimali ta’ gvernanza għandha tkun kapaċi żżomm bilanċ bejn id-diversi aspetti tal-iżvilupp responsabbli tan-nanomaterjali. Il-KESE jirrikkomanda l-iżvilupp ta’ struttura permanenti ta’ referenza, anke abbażi tal-Osservatorju tan-Nanoteknoloġji mniedi fl-2008 bħala proġett iffinanzjat mill-UE (12): L-għan huwa li tiġi pprovduta analiżi affidabbli, kompleta u responsabbli fuq bażi xjentifika u ekonomika, jiġu eżaminati l-kwisjonijiet etiċi, previsti r-riskji potenzjali għas-saħħa u s-sikurezza (EHS) u żviluppati standards ġodda. |
2.22 |
Il-KESE huwa konvint li kumplessità, l-evoluzzjoni mgħaġġla u t-trasversalità xjentifika tan-nanoteknoloġiji jeħtieġu approċċ multidixxiplinari (regolatorju, etiku u soċjali): dan huwa indispensabbli biex jiġu offruti, f’dik li hi ġestjoni u analiżi serja, kompleta u responabbli, li torganizza, tiddokumenta u tikkomunika b’eżattezza informazzjoni eżawrjenti dwar in-nanomaterjali prodotti. |
3. Il-proposti tal-Kummissjoni
3.1 |
Skont il-Kummissjoni, jeħtieġ b’mod partikolari li:
|
4. Osservazzjonijiet ġenerali
4.1 |
Il-KESE jsostni li l-Ewropa qiegħda fl-avangwardja fl-iżvilupp responsabbli tan-nanoxjenzi u n-nanomaterjali (N&N), u għaldaqstant qed tikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali f’ambjent globali kompetittiv li joffri ħafna sfidi, u li huwa indispensabbli li f’tali proċess jiġi adottat mill-bidu nett approċċ multidixxiplinari li kapaċi jippermetti djalogu permanenti mas-soċjetà ċivili bħala premessa għall-aċċettabilità tiegħu. |
4.2 |
Waqt li japprezza l-isforz tal-Kummissjoni fl-analiżi tal-għadd kbir ta’ miżuri Komunitarji eżistenti, il-KESE jqis li din l-analiżi għandha tiġi żviluppata iktar fi kwadru ta’ koerenza biex tipprovdi bażi trasparenti u dħulija mal-utent li hija meħtieġa biex jitwaqqaf djalogu strutturat mas-soċjetà, previst mill-KESE kemm-il darba (13). |
4.3 |
Fl-opinjoni tal-KESE, jeħtieġ l-iżvilupp ta’ prospettivi ta’ evalwazzjoni tar-riskji tan-nanoteknoloġiji li kapaċi tipprevedi l-futur, bħalma jeħtieġ qafas regolatorju maqbul f’livell internazzjonali, biex jipprovdi tweġibiet ċari, afidabbli, u kompleti, u li jippermetti l-evalwazzjoni tal-impatt fuq kwistjonijiet etiċi, riskji potenzjali għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini u l-eventwalità li dawn iseħħu. |
4.4 |
Il-KESE jitlob għalhekk l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva Komunitarja għal:
|
4.5 |
Il-KESE jitlob li r-rapport tal-2009 tal-Pjan ta’ Azzjoni 2005–2009 jinkludi kapitolu ddedikat għall-progress fil-qafas regolatorju tal-evalwazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji, l-effikaċja tal-protokolli tal-ittestjar u l-progress f’dan il-qasam u l-prijoritajiet ta’ azzjoni. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara: Tomellini, R; Giordani, J. (eds.). It-Tielet Djalogu Internazzjonali dwar Riċerka u Żvilupp Responsabbli tan-Nanoteknoloġija – Brussell, 11 - 12.3.2008.
(2) Ara COM(2007) 505 finali, 6.9.2007: Nanoxjenzi u Nanoteknoloġiji: Pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa 2005-2009. L-Ewwel Rapport ta’ Implimentazzjoni 2005-2007.
(3) Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2006, (ĠU L 400, 30.12.2006).
(4) The Royal Society. Nanosciences and Nanotechnology: Opportunities and Uncertainties. Londra, 29.7.2004.
(5) Bħar-rakketti tat-tenis, roti, skrins tat-TV, għadd kbir ta’ reżini użati fil-militar, fl-ispazju, fl-elettronika tad-djar, minbarra mit-tagħmir ellettromediku.
(6) Ara: Il-Proġett “NANOSAFE2” – l-ewwel rapport dwar it-tixrid tan-nanomaterjali abbażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni.
(7) Ara: ĠU C 157, 28.6.2005.
(8) Ara: ĠU C 185, 8.8.2006.
(9) Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, COM(2008) 424 tat-7.2.2008.
(10) Ara l-Artikolu 174, par. 2, tat-Trattat tal-UE u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prinċipju tal-prekawzjoni (COM(2000) 1 finali).
(11) Ara d-Direttiva 2004/9/KE u d-Direttiva 2004/10/KE.
(12) Ara “Observatory nano” PROGETTO FP7.
(13) Ara nota 6 u 7.
(14) Ara ĠU C 185, 8.8.2006, p. 1.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/27 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/EEC, 78/855/EEC u 82/891/EEC u d-Direttiva 2005/56/EC fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgamazzjoni u d-diviżjoni ta’ kumpaniji
COM(2008) 576 finali – 2008/0182 (COD)
2009/C 218/05
Nhar is-16 ta’ Ottubru 2008, b’konformità mal-Artikolu 44 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kunsill iddeċieda jikkonsulta lill-Kumitat Elettroniku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgamazzjoni u d-diviżjoni ta’ kumpaniji”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata tas-Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2009 (rapporteur: is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL).
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet il-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’104 voti favur, l-ebda vot kontra u 3 astensjonijiet.
1. Sinteżi u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE, ripetutament, talab is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam. Is-sovrapożizzjoni tal-leġiżlazzjoni oriġinali b’emendi ħolqot diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-liġi, flimkien ma’ burokrazija eċċessiva. Dan iwaqqaf l-organizzazzjonijiet irregolati milli jaħdmu b’mod fluwidu. |
1.2 |
Madankollu, il-KESE ddikjara wkoll li dan il-proċess ta’ simplifikazzjoni m’għandux jinkludi d-deregolazzjoni jew inaqqas iċ-ċertezza legali, li għandhom ikunu preżenti kullimkien fl-UE. |
1.3 |
Ir-regolamentazzjoni tas-suq uniku u r-relazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi u l-atturi soċjali Ewropej ippermettew minn naħa waħda l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni, u minn naħa l-oħra l-possibbiltà tal-moviment ħieles ta’ persuni u kapitali, mingħajr ma ġewx kompromessi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet interessati varji. |
1.4 |
Għal din ir-raġuni, u b’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi li kellhom in-nuqqas ta’ regolamentazzjoni u trasparenza tal-organizzazzjonijiet ewlenin tas-suq uniku, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-proposti sabiex jiġu ssimplifikati l-proċedura jkollhom effetti pożittivi waħedhom u jnaqqsu l-ispejjeż ekonomiċi, jew jekk jista’ jkollhom effett fuq iċ-ċertezza legali ta’ operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni li jirriżultaw mill-amalgamazzjoni jew id-diviżjoni ta’ kumpanija. |
1.5 |
Għaldaqstant il-KESE jemmen li l-leġiżlazzjoni dwar l-SMEs Ewropej – li jagħmlu parti ewlenija tal-istruttura ekonomika Ewropea – għandha tiġi separata b’mod ċar mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kumpaniji l-kbar, speċjalment dawk li huma jiġbru l-fondi mis-swieq tal-ishma. Ir-rekwiżit tal-unanimità għal ħafna mid-dispożizzjonijiet proposti ċertament huwa mmirat lejn il-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju ta’ responabbilità limitata (limited liability companies), peress li jekk dan mhuwiex il-każ ir-rekwiżit ma jkunx jista’ jitħaddem. |
1.6 |
Sakemm il-leġiżlazzjoni tkun separata b’mod ċar b’dan il-mod, għandhom jibqgħu fis-seħħ il-garanziji legali għall-azzjonisti, il-kredituri u l-impjegati, u għandhom jinstabu mezzi kif l-SMEs jiġu appoġġjati sabiex jitnaqqas il-piż ekonomiku minħabba l-pressjoni biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni attwali. |
2. Daħla
2.1 |
Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni rigward tas-suq intern kienet l-istabbiliment ta’ proċess ta’ simplifikazzjoni tal-liġijiet tal-UE, speċjalment il-liġi li tirregola l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji Ewropej. Il-maġġoranza ta’ dawn il-kumpaniji huma SMEs, iżda ħafna mir-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi dwar il-liġi tal-kumpaniji huma maħsuba għall-kumpanniji l-kbar b’responsabbilità limitata li jiġbru l-fondi fis-suq tal-ishma. |
2.2 |
Fil-Kunsill tar-Rebbiegħa tal-2007 (1) kien approva l-pjan ta’ azzjoni għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jxekklu b’mod mhux neċessarju l-attività ekonomika tal-impriżi. Il-pjan ta’ azzjoni stipula l-objettiv li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi b’25 % sal-2012. |
2.3 |
Fir-rigward tal-liġi tal-kumpaniji, tressqu proposti biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri f’żewġ oqsma: il-liġi materjali, fl-Ewwel Direttiva dwar l-istabbiliment ta’ kumpaniji b’responsabbilità limitata (2) u fit-Tieni Direttiva dwar iż-żamma u bidliet fil-kapital (3), kif ukoll id-Direttivi dwar il-liġi proċedurali (4) b’mod partikulari fir-rigward tar-regoli ta’ kontabbilità u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kumpaniji elenkati. |
2.4 |
Tnejn mid-Direttivi li ġew proposti biex jiġu emendati diġà kienu soġġetti għal proposti ta’ simplifikazzjoni: it-Tielet Direttiva dwar l-amalgamazzjoni u s-Sitt Direttiva li tirregola d-diviżjoni tal-kumpaniji (5) f’qasam ta’ importanza kbira, l-intervent ta’ esperti indipendenti fil-każijiet ta’ amalgamazzjoni u diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata. Il-KESE kien kritiku dwar din il-kwistjoni (6) u ddikjara li n-nuqqas ta’ osservatur oġġettiv minn barra l-kumpanija jista’ jipperikola l-interessi ta’ terzi persuni, kredituri u impjegati. |
3. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
Il-Proposta għal Direttiva, suġġett ta’ din l-opinjoni, taffettwa direttament tliet Direttivi: it-Tielet Direttiva dwar l-amalgamazzjoni, is-Sitt Direttiva dwar id-diviżjoni, u d-Direttiva dwar amalgamazzjoni transkonfinali, li ġiet adottata riċentament (7). Barra minn hekk temenda b’mod indirett it-Tieni Direttiva (8): l-introduzzjoni fil-liġi dwar l-amalgamzzjoni u d-diviżjoni tal-eżenzjoni tar-rapport tal-espert indipendenti (konsiderazzjoni li ma tirrigwardax flus) ser taffettwa r-regoli dwar l-alterazzjoni tal-kapital stipulati fit-Tieni Direttiva. |
3.2 |
B’mod ġenerali, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni proposti fit-tliet Direttivi jirrigwardaw:
|
3.3 |
Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar kemm fit-Tielet kif ukoll fis-Sitt Direttiva attwalment jinvolvu t-tfassil ta’ tliet rapporti: rapport mill-amministraturi dwar ir-raġunijiet legali u ekonomiċi tal-amalgamazzjoni jew id-diviżjoni; rapport ta’ espert indipendenti; u dikjarazzjoni ta’ kontabbilità, f’każ li l-kotba ta’ kontabbilità annwali jkunu ta’ sitt xhur ilu u iktar. Dawn id-dokumenti kollha għandhom jiġu approvati fil-laqgħa ġenerali ta’ kull kumpanija involuta fl-amalgamazzjoni jew id-diviżjoni. |
3.4 |
Il-proposta tnaqqas dawn ir-rekwiżiti meta l-azzjonisti jaqblu unanimament li jirrinunzjaw ir-rapport tal-amministrazzjoni, u fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ kontabbilità għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva ta’ Trasparenza (9) dejjem jekk il-kumpanija jkollha titoli ta’ sigurtà. |
3.5 |
Fir-rigward tal-emenda tat-Tieni Direttiva relatata mal-alterazzjoni tal-kapital, huwa propost li l-kumpaniji jkunu eżentati mill-obbligu li joħolqu r-rapport tal-espert dwar il-konsiderazzjonijiet barra dawk fi flus. |
3.6 |
Proposta ewlenija li tirrigwarda l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar l-amalgamazzjoni u d-diviżjoni ta’ kumpaniji tirrakkomanda l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tal-Internet sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli. |
3.7 |
Fir-rigward tal-ħarsien tal-kredituri, il-proposta tbiddel id-dritt attwali tagħhom li jopponu l-amalgamazzjoni jew id-diviżjoni sakemm ikun garantit il-ħlas tas-self tagħhom. Madankollu, fil-każ ta’ amalgamazzjoni transkonfinali, ir-rapport tal-espert dwar konsiderazzjonijiet barra minn dawk fi flus irid jitfassal, sabiex ikun hemm garanzija li jingħata valur fuq dan li jista’ jiġi infurzat fil-qrati fl-Istati Membri varji fejn il-kumpaniji huma bbażati, u b’hekk il-kredituri jkunu mħarsa. |
4. Osservazzjonijiet dwar il-proposta ta’ emenda.
4.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE – u l-leġiżlazzjoni tal-kumpaniji b’mod partikulari – hija pass pożittiv, minħabba l-piż burokratiku li jġorru l-kumpaniji Ewropej, u b’mod partikolari l-SMEs li jagħmlu parti importanti mill-istruttura ekonomika tal-UE. madankollu, il-KESE diġà rrimarka li dan il-proċess ta’ simplifikazzjoni m’għandu qatt iwassal għal inċertezzi legali għall-atturi fis-suq uniku. |
4.2 |
Nistgħu nifhmu l-interess tal-Kummissjoni fil-protezzjoni tal-azzjonisti bħala detenturi tal-kumpanija, iżda fl-istess ħin m’għandhiex tittraskura l-partijiet l-oħra interessati li jistgħu jkunu affettwati d-drittijiet legali tagħhom fi tranżazzjonijiet legali. Għaldaqstant, aħna nifhmu u nappoġġjaw il-pożizzjoni li ħa il-PE (10) fejn fakkar li jeħtieġ li nqisu l-interessi tal-partijiet interessati kollha (investituri, proprjetarji, kredituri u impjegati).Din hija pożizzjoni diġà meħuda preċedentement (11) mill-KESE u li se ntennu, bil-għan li nipprovaw inżommu t-trasparenza u niżguraw it-trasparenza u l-fiduċja tal-atturi ekonomiċi u soċjali tas-suq uniku Ewropew. |
4.3 |
Il-kritika li ġejja trid titqies fis-simplikazzjoni proposta tar-rekwiżiti ta’ rappurtar għal amalgamazzjoni u diviżjoni, li tippermetti li dokumenti jkunu disponibbli għal azzjonisti u kredituri fuq l-Internet minflok ma jiġu ppubblikati permezz ta’ reġistru (dan japplika wkoll għall-amalgamazzjoni transkonfinali). L-ewwel nett, din l-emenda ma tistax titqies li qed tissalvagwardja kemm id-drittijiet tal-azzjonisti kif ukoll tal-kredituri jekk tirrakkomanda li titneħħa s-sistema intrinsikament pubblika tar-reġistrar tad-dokumenti, u fit-tieni lok mhux ser ikun iktar possibbli li din l-informazzjoni tintuża bħala evidenza li wieħed jista’ joqgħod fuqha fil-kuntest ta’ kwalunkwe argument. Nemmnu għaldaqstant li t-trasparenza f’dan it-tip ta’ tranżazzjoni għandha tipprevali fuq l-iffrankar ta’ spejjeż ekonomiċi, b’hekk naħsbu li dan il-prinċipju għandu jitħares b’mod iktar effettiv. |
4.4 |
Madankollu, naqblu li jagħmel sens li r-rapporti ta’ kontabbilità ma jiġux iddupplikati fil-każ ta’ kumpaniji kkwotati (12), peress li dawn jitfasslu f’konformità ma’ proċeduri stabbiliti u jinvolvu wkoll l-awtoritajiet tal-borża. L-estensjoni ta’ din il-miżura għal kumpaniji oħra mhux kkwotati, dejjem jekk ikun hemm unanimità tal-azzjonisti kollha tal-kumpaniji kollha, tidher li tgħawweġ l-għan tal-leġiżlazzjoni. Jekk l-arkivji tal-kontabbilità tal-kumpaniji jkunu diġà disponibbli u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, m’hemmx bżonn li jiġu ddupplikati, iżda dan mhuwiex implikat fl-Artikolu 9 (ii) (b) tat-Tielet Direttiva li jeskludi l-elaborazzjoni ta’ rapport jekk jiġi deċiżi b’mod unanimu mill-azzjonisti. |
4.5 |
L-emenda proposta għat-Tieni Direttiva 77/91/KEE (li ser tkun addizzjonali għall-emendi li saru preċedentement) hija kwistjoni oħra li tikkonċernana. Il-proposta hija n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 – dwar kunsiderazzjonijiet oħra barra minn dawk fi flus u l-evalwazzjoni minn esperti indipendenti – għall-amalgamazzjoni u d-diviżjoni, u l-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi dwar rapporti ta’ esperti. Nifhmu li r-rapport jistabbilixxi kemm mill-kapital jikkorrispondi għal kull azzjonista, u l-kapital huwa l-ammont ta’ responsabbilità ta’ kull kumpanija lejn terzi persuni. Il-KESE jtenni l-fehmiet tiegħu dwar it-trasparenza, u b’mod partikolari dwar il-garanzija li għandhom japplikaw għall-partijiet interessati kollha u partijiet oħrajn milqutin mit-trażazzjonijiet. Bla dubju huwa bidu ħażin li m’għandniex mill-inqas rapport “oġġettiv” dwar l-assi tal-kumpanija, kif inhuma riflessi fil-valur nominali tal-ishma. |
4.6 |
Fl-aħħar nett, il-possibilità għal kredituri li jopponu amalgamazzjoni jew diviżjoni sakemm ikunu ngħataw garanziji (sakemm ikollhom evidenza ta’ titlu legali ta’ kreditu rigward il-kumpaniji li jipparteċipaw f’dawn it-tranżazzjonijiet) kienet waħda mill-modi kif tinżamm il-fiduċja u fluwidità fit-tranżazzjonijiet kummerċjali. L-eżiġenza li kredituri japplikaw mal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa sabiex jiksbu l-garanziji adegwati, u sabiex jagħtu prova konvinċenti li d-drittijiet tagħhom f’dan il-każ ma kisbux l-garanziji adegwati tal-kumpanija (Artikolu 12(2) Direttiva 82/891/KEE), effettivament iddgħajjef ir-regoli dwar il-ħarsien tal-kreditur. Din l-inverżjoni tal-oneru tal-prova għandha ġġagħlna nirriflettu dwar il-konvenjenza ta’ din il-modifika: bis-saħħa tagħha tranżazzjonijiet kummerċjali li sa issa kienu ordinarji ser ikunu iktar ikkumplikati u potenzjalment jistgħu jwasslu għal żieda fin-numru ta’ tranżazzjonijiet affettwait minn garanziji li jorbtu legalment. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell. Dok 7224/07, p. 9.
(2) Id-Direttiva 68/151/KEE ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8), emendata mid-Direttiva 2003/58/KE (ĠU L 221, 4.9.2003, p. 13).
(3) Id-Direttiva 77/91/KEE (ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1), li kienet emendata mid-Direttiva 2006/68/KE (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 32).
(4) Regoli ta’ kontabbiltà, u rekwiżiti ta’ trasparenza tal-kumpaniji emittenti, Direttiva 2004/109/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(5) Id-Direttiva 2007/63/KE (ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47) li temenda d-Direttiva 78/855/KEE u d-Direttiva 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata.
(6) Opinjoni tal-KESE: ĠU C 175, 27.7.2007, p. 33.
(7) Id-Direttiva 2005/56/KE dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbilità limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).
(8) Id-Direttiva 77/91/KEE
(9) Id-Direttiva 2004/109/KE dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
(10) Rapport tal-Parlament Ewropew A6-0101/2008.
(11) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 117, 30.4.2004, p. 43.
(12) Direttiva 2004/109/KE, dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta’ dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE
COM(2008) 627 finali – 2008/0190 (COD)
2009/C 218/06
Nhar it-30 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 47(2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, u l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
“il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta’ dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur MORGAN.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tas-26 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’156 vot favur, vot wieħed kontra u 10 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Peress li l-ipproċessar elettroniku tad-data kulma jmur dejjem qed jiġi applikat fis-servizzi finanzjarji, nistgħu ngħidu li l-flus diġà huma elettroniċi. Iċ-ċekkijiet jinqraw u jingħażlu elettronikament u l-karti ta’ debitu u ta’ kreditu jinqraw elettronikament mill-ATMs, it-terminals fil-punt tal-bejgħ u tipi oħra ta’ apparat għall-ħlas. Dawn l-applikazzjonijiet kollha huma bbażati fuq il-kreditu disponibbli f’kont tal-bank, li jista’ jkun limitat skont id-depożiti jew stabbilit mill-bank (eż. fil-każ ta’ karti ta’ kreditu). F’kull każ, il-bank jistħarreġ l-affidabilità għal kreditu u l-bona fide tal-klijent qabel ma joħroġ il-kotba taċ-ċekkijiet u l-karti ta’ debitu u ta’ kreditu. L-aċċess għal din is-sistema elettronika ta’ kreditu jiddependi mill-affidabilità għal kreditu. Bosta sezzjonijiet tal-komunità – dawk li m’għandhomx aċċess jew ftit li xejn għas-servizzi bankarji – mhumiex eliġibbli biex jipparteċipaw. |
1.2 |
Il-flus elettroniċi huma differenti. Dawn ma jiddependux mill-kreditu. Jeħtieġu ħlas bil-quddiem. Il-ħlas bil-quddiem jinqaleb f’sostitut elettroniku għall-kontanti maħżun fuq mezzi elettroniċi ġestiti minn emittent tal-flus elettroniċi. Il-mezzi elettroniċi li jaħżnu l-ħlas bil-quddiem jistgħu jinġarru, normalment f’għamla ta’ karta mħallsa bil-quddiem jew jistgħu jkunu dokumenti rreġistrati online u aċċessati permezz tal-internet. Il-flus elettroniċijippermettu li jsiru ħlasijiet ta’ ammonti (ġeneralment) iżgħar mingħajr flus kontanti f’ambjenti varji bħal punti tal-bejgħ jew online permezz ta’ komunikazzjoni mill-mobajl jew l-internet. Il-fatt li wieħed ikollu flus elettroniċi mhuwiex marbut direttament mal-affidabilità għal kreditu. Kull ma hemm bżonn huwa li jsir ħlas bil-quddiem. |
1.3 |
Il-flus elettroniċi x’aktarx qatt mhu ser jaqdu l-ħtiġijiet kollha li normalment huma moqdija bil-flus kontanti. Huwa wkoll minnu li x’aktarx mhumiex ser jieħdu post dik il-kaxxa taħt il-maduma bil-karti tal-EUR 500, iżda l-flus elettroniċi għandhom jaqduna fi tranżazzjonijiet li għalihom is-soltu nġorru l-flus kontanti fuqna. Madankollu, l-użu tagħhom s’issa miexi bil-mod ħafna. L-inizjattivi ta’ suċċess ġew attribwiti għall-iżviluppi tas-soċjetà tal-informazzjon. Il-flus elettroniċi għandhom jiżviluppaw b’mod parallel mas-soċjetà tal-informazzjoni. Għandhom ikunu l-flus tas-soċjetà tal-informazzjoni. Iż-żieda fl-użu tagħhom fil-futur tiddependi mill-inizjattivi intraprenditorjali u l-innovazzjoni teknika fis-soċjetà tal-informazzjoni. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jitneħħew l-ostakli għall-invenzjoni u l-innovazjoni. Il-KESE jappoġġja dan l-għan. |
1.4 |
Fl-aħħar tas-snin disgħin, il-Kummissjoni Ewropea rat li l-emittenti tal-flus elettroniċi kienu limitati għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, u ppruvat twessa’ l-ambitu tal-intrapriżi li joffru dawn is-servizzi. Biex is-suq jiżviluppa, il-Kummissjoni ħarġet id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi(2000/46/KE) biex tiffaċilita l-aċċess għas-suq tal-flus elettroniċi mill-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu. |
1.5 |
L-għan tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi kien li jinħoloq reġim regolatorju xieraq għad-daqs tar-riskju rrapreżentat mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi l-ġodda li taħtu t-teknoloġija u l-innovazzjoni jistgħu jirnexxu. Ir-riżultat ma kienx xi suċċess kbir. Il-flus elettroniċi għadhom il-bogħod milli jilħqu l-potenzjal sħiħ ta’ benefiċċji li kien mistenni minnhom, u għadhom mhux meqjusa bħala alternattiva affidabli għall-flus kontanti. |
1.6 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet reviżjoni estensiva tal-iżviluppi fil-qasam tal-flus elettroniċi. Wasslet għall-konklużjoni li uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi fixklu l-iżvilupp tas-suq tal-flus elettroniċi u xekklu l-innovazzjoni teknoloġika. Il-proċess ta’ konsultazzjoni u evalwazzjoni identifika żewġ problemi. L-ewwel waħda hija n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara ta’ flus elettroniċi u tal-ambitu tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi. It-tieni waħda hija marbuta mal-qafas ġuridiku li jinvolvi r-reġim prudenzjali u l-applikazzjoni tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus għal servizzi tal-flus elettroniċi. Il-konklużjoni kienet li l-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi għandhom jiġu emendati u għalhekk ġie deċiż li d-Direttiva attwali għandha tiġi sostitwita b’Direttiva ġdida, li l-abbozz tagħha, COM(2008)627 finali, huwa propju s-suġġett ta’ din l-Opinjoni, għandha tissostiwixxi. |
1.7 |
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiffaċilita d-disinn ta’ servizzi tal-flus elettroniċi ġodda, innovattivi u siguri, li tipprovdi aċċess għas-suq lil atturi ġodda u li trawwem kompetizzjoni ġenwina u effettiva bejn il-parteċipanti kollha fis-suq. Fil-fehma tal-KESE, din l-inizjattiva hija f’waqtha għax l-interazzjoni tal-konsumatur mas-soċjetà tal-informazzjoni żdiedet b’mod esponenzjali minn tmiem l-aħħar deċennju ’l hawn, u issa hemm domanda mhux espressa u mhux sodisfatta għal faċilitajiet ta’ flus elettroniċi li l-konsumatur jista’ juża mingħajr diffikultà. Id-Direttiva għandha l-għan li tneħħi l-ostakli għall-inizjattivi intraprenditorjali li jistgħu jissodisfaw id-domanda. |
1.8 |
L-introduzzjoni ta’ reġim regolatorju ġdid fis-settur finanzjarju hija kwistjoni potenzjali fid-dawl tal-kriżi tas-settur bankarju u t-tħassib ġenerali dwar ir-regolazzjoni ineffettiva tal-banek. Minkejja dan it-tħassib, il-KESE huwa sodisfatt li r-reġim propost huwa adegwat u proporzjonat. Ir-regolamenti l-ġodda ma japplikawx għall-banek li kienu l-istituzzjonijiet responsabbli għall-kriżi ta’ kreditu; it-tnaqqis tar-rekwiżit ta’ kapital inizjali meħtieġ iservi biss biex inaqqas l-ostakli għad-dħul fis-suq; ir-riżervi kapitali ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu fi proporzjon ma’ dawk tal-banek; il-fondi li jirrapreżentaw it-talbiet tal-utenti ser ikunu salvagwardati speċifikament f’firxa limitata ta’ investimenti; l-ammonti ta’ flus involuti ser ikunu insinifikanti. Jekk l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jiżviluppaw bħala qawwa ġenwina fis-suq tal-ħlasijiet, hemm dispożizzjonijiet fid-Direttiva li jemendawha fid-dawl tal-esperjenza. |
1.9 |
Il-KESE huwa mħasseb dwar il-ħarsien tal-konsumatur u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex temenda d-Direttiva fir-rigward tal-limitazzjonijiet fuq l-investiment tal-fondi li ġew irċevuti mill-utenti tas-servizz tal-ħlas, il-konverżjoni immedjata ta’ ammonti depożitati fi flus elettroniċi, biex b’hekk tiġi mħarsa l-likwidità f’istituzzjonijiet ibridi u jitneħħew l-ammonti li jinżammu lid-detentur f’każ ta’ fidi qabel it-terminazzjoni tal-kuntratti tal-flus elettroniċi. |
1.10 |
Il-kontanti huma anonimi. Tranżazzjonijiet sempliċi f’kontanti ma jiżvelawx l-identità tal-persuna li tkun qed tħallas. L-iskemi tal-flus elettroniċi jistgħu jkunu anonimi jew identifikati. Il-limitu ogħla tal-valur maħżun ta’ EUR 500 għandu jagħmel il-flus elettroniċi aktar attraenti għal utenti potenzjali, b’mod partikolari għal dawk li m’għandhomx aċċess jew ftit li xejn għas-servizzi bankarji. Għalkemm razzjonalment dawn il-limiti m’għandhomx jirrappreżentaw riskju sproporzjonat ta’ ħasil tal-flus, meta mqabbel ma’ dak li jista’ jsir b’ammonti kbar ta’ flus kontanti, xorta waħda hemm riservi dwar il-limiti proposti. |
1.11 |
Il-muniti u l-karti tal-flus fihom spiża għall-produzzjoni u l-ġestjoni tagħhom mill-banek u n-negozjanti. Jidher ċar li ċ-ċittadini tal-UE għadhom marbutin mal-kontanti biex iħallsu u jaħżnu l-valur. F’dan il-perijodu ta’ inċertezza hemm żieda kbira fil-karti tal-flus fl-idejn. |
1.12 |
Waħidha, id-Direttiva mhijiex ser iddawwar ir-rotta. Kulma ser tagħmel hu li tneħħi l-ostakli għan-negozji u l-innovazzjoni teknoloġika. L-ebda awtorità ma tista’ timponi l-użu tal-flus elettroniċi fuq il-pubbliku ġenerali. Il-banek qegħdin f’pożizzjoni li jkunu minn ta’ quddiem f’dan ir-rigward, iżda bl-eċċezzjoni tal-Belġju bil-karta Proton, m’għamlux ħafna progress. Il-karti tal-ivvjaġġar, il-karti tat-telefonija u tal-kummerċ fuq l-internet juru biċ-ċar li l-applikazzonijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom tendenza li jżidu l-użu tal-flus elettroniċi. Barra minn dan, il-flus elettroniċi ta’ spiss huma prodott ta’ negozju ieħor u għalhekk l-emittent ta’ spiss jista’ jkun intrpriża ibrida u mhux speċjalizzata fuq il-flus elettroniċi biss. Din ir-rabta bejn il-flus elettroniċi u mudelli oħra ta’ intrapriżi hija importanti għall-emerġenza tal-flus elettroniċi. Din id-Direttiva tfasslet biex tiffaċilita tali żviluppi u għalhekk għandha l-appoġġ tal-KESE. |
1.13 |
Hemm tħassib fundamentali dwar l-iżvilupp ta’ regolamenti kontra l-ħasil tal-flus. Il-KESE ma jistax jaċċetta li żewġ Direttivi jistabbilixxu limiti kontradittorji. Dan joħloq sitwazzjoni inaċċettabbli ta’ konfużjoni legali. Jekk il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinżammu, id-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus għandha tiġi emendata. |
1.14 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jadottaw politiki pożittivi huma u jimplimentaw id-Direttiva l-ġdida. Huwa importanti li r-regolamenti jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mal-industrija u li jitfasslu b’mod li ma jkunux ta’ piż obbligatorju la fuq l-emittenti tal-flus elettroniċi u lanqas fuq il-klijenti tagħhom, waqt li l-ammonti ta’ flus involuti jinżammu baxxi kemm jista’ jkun. Skont l-approċċ adottat, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom is-setgħa li jappoġġjaw jew joħonqu din l-industrija żagħżugħa. Il-KESE jemmen li din l-industrija għandha tiġi appoġġjata fl-Istati Membri kollha. |
1.15 |
Din id-Direttiva hija importanti. L-implikazzjonijiet tagħħha għandhom il-potenzjal li jwasslu ’l-bogħod. Il-KESE jħeġġeġ lill-atturi attwali u prospettivi fix-xena tal-flus elettroniċi jevalwaw mill-ġdid is-saħħa, id-dgħufija, l-opportunitajiet u r-riskji tagħhom fid-dawl ta’ din id-Direttiva. Is-suq qed jingħata opportunità oħra. |
2. Daħla
Il-punti 2.2, 2.3 u 2.4 jispjegaw il-karatteristiċi ewlenin tal-flus elettroniċi u r-rabta tagħhom mas-soċjetà tal-informazzjoni.
2.1 |
Hemm diversi eżempji dwar kif l-involviment tal-konsumatur fis-soċjetà tal-informazzjoni qed iwassal għall-użu tal-flus elettroniċi. |
2.2 |
L-użu tal-karta RFID (1) huwa eżempju ċar ta’ dan. Iċ-ċipep RFID jistgħu jirreġistraw valuri monetarji u għalhekk jintużaw ħafna għall-ħlas fis-sistemi ta’ aċċess għat-trasport. Hong Kong introduċiet il-karta Octopus fl-1997. Din hija karta smart li taħżen il-valur li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata u li tintuża bla kuntatt. Minbarra li tintuża bħala sistema ta’ ħlas għal kważi l-mezzi kollha tat-trasport pubbliku f’Hong Kong, tintuża wkoll għall-ħlas fi ħwienet żgħar tal-konvenjenza, fis-supermarkets, fir-restoranti tal-fast food, fil-meters tal-parking fit-triq, fil-magni tal-bejgħ awtomatiċi, eċċ. Dawn il-karti jintużaw minn 95 % tal-popolazzjoni ta’ Hong Kong ta’ bejn is-16 u l-65 sena. Dan l-eżempju juri kif l-interazzjoni tal-konsumatur mas-soċjetà tal-informazzjoni twassal għall-iżvilupp usa’ tal-flus elettroniċi. Londra issa għandha l-karta Oyster li hija karta RFID bla kuntatt għall-użu fit-trasport pubbliku. L-utenti issa qed jantiċipaw l-estensjoni tagħha biex tkopri bejjiegħa tal-gazzetti, il-ħwienet tal-konvenjenza u tal-fast food li jinsabu madwar il-vendi u l-istazzjonijiet tat-trasport. Żviluppi bħal dawn ċertament li ser iseħħu kemm fir-Renju Unit u kemm fl-Istati Membri l-oħra hekk kif il-karti RFID jiġu adottati b’mod usa’. |
2.3 |
Eżempju ieħor ta’ firxa usa’ huwa l-użu tal-kont imħallas bil-quddiem għat-telefonija mobbli, li diġà jista’ jintuża għal ħlas ta’ attivitajiet li jvarjaw minn linji ta’ assistenza għall-problemi marbuta mal-kompjuters, il-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet, il-logħob interattiv, id-divertiment għall-adulti, l-aħbarijiet u s-servizzi ta’ informazzjoni. Bħal fil-każ tal-karti tal-ivvjaġġar imħallsa bil-quddiem, il-kontijiet tat-telefonija mħallsa bil-quddiem huma definiti bħala flus elettroniċi meta l-valur maħżun jibda jiġi aċċettat min-negozji oħra apparti dawk tat-trasport u l-operaturi tat-telefonija. |
2.4 |
L-internet jippromovi l-flus elettroniċi wkoll għaliex il-flus elettroniċi kapaċi jissodisfaw żewġ bżonnijiet. Il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur fuq l-internet jinvolvu tranżazzjoni ta’ kreditu. Min m’għandux aċċess għal bank huwa awtomatikament eskluż billi ma jkollux karta ta’ kreditu jew ta’ debitu. Bl-użu tal-karta tal-flus elettroniċi jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-internet. Kien hemm ukoll żieda sinifikanti fit-tranżazzjonijiet bejn il-konsumaturi stess fuq l-internet, li ġew mħeġġa minn kumpaniji tal-irkant bħal E-Bay. Mhuwiex possibbli li jsiru tranżazzjonijiet minn konsumatur għal konsumatur permezz tal-karta ta’ kreditu jew ta’ debitu. Il-ħlas għandu jsir permezz ta’ flus elettroniċi siguri. Dan wassal għall-iżvilupp ta’ sistemi bħall-PayPal (2) li kellha relazzjoni simbjotika mal-E-Bay. |
2.5 |
Il-karti tal-ivvjaġġar, il-karti tat-telefonija u tal-kummerċ fuq l-internet juru biċ-ċar li l-applikazzjonijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni jżidu l-użu tal-flus elettroniċi. L-evidenza turi wkoll li l-flus elettroniċi jistgħu jkunu prodott sekondarju ta’ negozju ieħor u b’hekk l-emittent ta’ spiss ikun intrapriża ibrida. Din ir-rabta bejn il-flus elettroniċi u negozji oħra hija importanti għall-iżvilupp tal-flus elettroniċi. Din id-Direttiva tfasslet propju għal dan il-għan. |
2.6 |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal banek għandhom dak kollu meħtieġ biex ikunu emittenti tal-flus elettroniċi u joperaw taħt reġimi regolatorji xierqa. Sa ċertu punt, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ħadu l-inizjattiva. Il-karta Proton fil-Belġju hija prodott ta’ konsorzju bankarju. Din tikkombina l-karta ta’ debitu flimkien mal-funzjoni ta’ karta tal-flus u tintuża b’mod wiesa’ fost il-klijenti tal-banek fil-Belġju. Hemm prospettiva żgħira li karti kkombinati bħal din b’funzjoni ta’ flus elettroniċi li tintuża bla kuntatt u li hija bbażata fuq it-teknoloġija tal-RFID jidħlu fis-suq. Minkejja dan, hemm konflitt ċar ta’ interessi bejn il-flus elettroniċi u l-prodotti l-oħra tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal karti ta’ kreditu u ta’ debitu. |
2.7 |
Iċ-ċifri dwar in-numru limitat ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi liċenzjati b’mod sħiħ (20 istituzzjoni tal-flus elettroniċi u 127 entità li joperaw taħt eżenzjoni) jew dwar il-volum baxx ta’ flus elettroniċi maħruġa (attwalment l-ammont totali ta’ flus elettroniċi fl-UE jammonta għal EUR 1 biljun meta mqabbel ma’ EUR 600 biljun f’kontanti) juru li l-flus elettroniċi għadhom ma qabdux sew fil-parti l-kbira tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-flus kontanti fl-idejn żdiedu gradwalment mill-introduzzjoni tal-euro fl-2002 ’il hawn. |
2.8 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet reviżjoni estensiva tal-iżviluppi fil-qasam tal-flus elettroniċi. Il-proċess ta’ konsultazzjoni u evalwazzjoni identifika żewġ problemi ewlenin fid-Direttiva attwali dwar il-Flus Elettroniċi. L-ewwel waħda hija n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara ta’ flus elettroniċi u tal-ambitu tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi. It-tieni waħda hija marbuta mal-qafas ġuridiku li jinvolvi r-reġim prudenzjali u l-applikazzjoni tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus għal servizzi ta’ flus elettroniċi. |
2.9 |
Barra minn dan, id-Direttiva 2007/64/KE dwar is-Servizzi ta’ Ħlas ser tidħol fis-seħħ sa Novembru 2009. Ir-relevanza tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlashija li tistabbilixxi reġim speċjali għall-istituzzjonijiet ta’ ħlas simili għar-reġim għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas mhijiex kompatibbli mad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi u għaldaqstant jekk ir-reġim attwali tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi ma jiġix rivedut eventwalment dan ser iwassal għal aktar inċertezza legali. |
2.10 |
Il-riżultat ta’ dan kollu huwa li l-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi jeħtieġ li jiġu emendati u għalhekk ġie deċiż li d-Direttiva attwali tiġi sostitwita b’Direttiva ġdida li l-abbozz tagħha huwa s-suġġett ta’ din l-Opinjoni. |
3. Il-punti ewlenin tad-Direttiva
3.1 L-għan tad-Direttiva huwa li tiffaċilita d-disinn ta’ servizzi tal-flus elettroniċi ġodda, innovattivi u siguri, li tipprovdi aċċess għas-suq lil atturi ġodda u li trawwem kompetizzjoni ġenwina u effettiva bejn il-parteċipanti kollha fis-suq. Huwa mistenni li l-innovazzjoni fis-suq tal-ħlasijiet ser toħloq benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi, in-negozji u l-ekonomija ġenerali waqt li soluzzjonijiet kreattivi għandhom jippromovu ħeffa fil-ħlasijiet, użu konvenjenti u funzjonalitajiet ġodda għas-soċjetà elettronika tas-seklu 21.
3.2 Id-definizzjoni tal-flus elettroniċi ġiet iċċarata: “flus elettroniċi” tfisser valur monetarju kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħażen elettronikament u tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi (Artikolu 2.2). Id-definizzjoni ma tapplikax għal strumenti mħallsa bil-quddiem għal użu wieħed (ċirku magħluq) li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat (Artikoli 1.3, u 1.4).
3.3 L-ambitu tad-Direttiva l-ġdida jiffaċilita d-dħul fis-suq peress li japplika għal emittenti ta’ vouchers elettroniċi ta’ aktar minn użu wieħed (ċirku miftuħ) bħall-karti RFID u dawk tat-telefonija mobbli, u ma jinkludix il-flus elettroniċi bbażati fuq servers.
3.4 L-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi huma definiti b’mod usa’ fl-Artikoli 8 u 9. Hemm żewġ dimensjonijiet. L-ewwel waħda tiddikjara li firxa usa’ ta’ servizzi ta’ ħlas, kif definiti fl-Anness tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas, jistgħu jiġu offruti, inklużi l-għoti ta’ kreditu, il-provvista ta’ servizzi anċillari u l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas. It-tieni waħda tirrikonoxxi li l-emittenti tal-flus elettroniċi jistgħu jwettqu attivitajiet oħra bħal bejgħ bl-imnut jew it-telekomunikazzjoni waqt l-iżvolġiment normali tan-negozju. F’dawn il-każijiet ma jkunx aktar neċessarju li tinħoloq istituzzjoni indipendenti tal-flus elettroniċi. Ikun hemm bżonn li l-fondi ta’ flus elettroniċi jiġu ssalvagwardati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas. L-awtorizzazzjoni ta’ tali istituzzjonijiet ibridi tal-flus elettroniċi għandha tippromovi żieda fil-ħruġ ta’ flus elettroniċi.
3.5 Id-drittijiet ta’ fidi huma karatteristika tal-ħarsien tal-konsumatur. Dawn huma ċċarati f’Artikolu 5: l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur, l-emittenti tal-flus elettroniċi jifdu, f’kull ħin u flus bi flus, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma. Din id-dispożizzjoni ħolqot problemi għall-operaturi tat-telefonija mobbli fejn il-ħlas bil-quddiem għas-servizzi tat-telefonija kien isir bil-possibbiltà ta’ użu għall-bejgħ bl-imnut, iżda dawn issa huma koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5.
3.6 Ir-reġim prudenzjali ġeneralment isegwi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli rilevanti tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas. Madankollu, hemm diversi dispożizzjonijiet li jagħmlu r-reġim proporzjonat mar-riskji involuti. Hemm għadd ta’ aspetti.
3.6.1 |
Id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi tistipula li istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandu jkollha kapital inizjali ta’ EUR 1 miljun. Dan issa qed jitqis li kien eċċessiv meta mqabbel mar-riskji involuti u li kien ostaklu għat-twaqqifta’ SMEs innovattivi fil-qasam tal-flus elettroniċi. Fl-abbozz il-ġdid, il-kapital inizjali meħtieġ tnaqqas għal EUR 125 000. |
3.6.2 |
Minbarra l-kapital inizjali, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom iżommu fondi tagħhom stess proporzjonali mal-krediti pendenti. Fid-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi dan kien ta’ 2 %. Ir-rekwiżit il-ġdid huwa ta’ 5 % u jonqos hekk kif jiżdied il-volum, skont l-ogħla mill-volum tal-valur ta’ kreditu pendenti jew il-volum tal-ħlasijiet fix-xahar. |
3.6.3 |
Hemm limitazzjonijiet fuq l-investiment tal-fondi li ġew irċevuti mill-utenti tas-servizz tal-ħlas li jirrappreżentaw valur elettroniku pendenti, iżda dawn jgħoddu biss f’każ li l-emittent jagħmel negożju li ma jinvolvix ħlasijiet (Artikolu 9). |
3.6.4 |
L-emendi proposti dwar il-ħasil tal-flus għar-reġim tat-Tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus huma konsistenti mal-ħtiġijiet tan-negozji u l-prassi industrijali. Il-limitazzjoni fuq il-valur ta’ flus elettroniċi li jista’ jiġi aċċettat minflok kontanti żdied minn EUR 150 għal EUR 500 (Artikolu 16). |
3.6.5 |
Id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu eżenzjonijiet mill-parti l-kbira tar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni biex jiffaċilitaw id-dħul fis-suq u l-innovazzjoni għal atturi ġodda. Dawn l-eżenzjonijiet ġew applikati b’mod inkonsistenti mill-Istati Membri u dan ħoloq kundizzjonijiet inugwali għall-parteċipanti fis-suq. Taħt ir-reġim il-ġdid l-eżenzjonijietser ikomplu (Artikolu 10) iżda, kif speċifikat fl-Artikoli rilevanti tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet m’għandhomx joperaw transkonfinalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Fi kliem ieħor m’hemmx proċeduri ta’ passportar fejn jidħlu l-eżenzjonijiet. |
4. Il-perspettiva ekonomika u soċjali
4.1 Il-KESE huwa interessat ħafna fil-progress lejn l-għanijiet tal-proġett ta’ Liżbona Din id-Direttiva jixirqilha l-appoġġ tagħna għax tappoġġja l-għanijiet ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, miksuba fost affarijiet oħra permezz tal-innovazzjoni teknoloġika, l-inizjattiva intraprenditorjali, il-kreattività fuq l-internet u t-twaqqif ta’ SMEs li jwasslu għall-iżvilupp tas-soċjetà elettronika tas-seklu 21.
4.2 L-introduzzjoni ta’ reġim regolatorju ġdid fis-settur finanzjarju hija kwistjoni potenzjali fid-dawl tal-kriżi tas-settur bankarju u t-tħassib ġenerali dwar ir-regolazzjoni ineffettiva tal-banek. Minkejja dan it-tħassib, il-KESE huwa sodisfatt li r-reġim propost huwa adegwat u proporzjonat għar-raġunijiet li ġejjin:
— |
Ir-regolamenti huma mfassla għall-SMEs innovattivi tal-komunità tal-ħlas. Il-kriżi bankarja reċenti ġiet ikkawżata mill-espożizzjoni tal-banek għad-djun. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mhux ser ikunu jistgħu jagħtu kreditu bbażat fuq fondi tal-utenti biex ma jkunx hemm dan ir-riskju. |
— |
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji (il-punti 3.6.1 u 3.6.2 hawn fuq) jgħolli l-kapital inizjali ta’ EUR 125 000 proporzjonalment maż-żieda fil-valur tal-fondi li ġew rċevuti mill-utenti tas-servizz tal-ħlas. It-tnaqqis fil-kapital inizjali jservi biss biex jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq. Id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti sinifikanti ta’ kapital għal fondi proprji akbar. |
— |
Ir-riżervi kapitali ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi ser ikunu proporzjonali għal dawk tal-banek u l-fondi li jirrappreżentaw il-pretensjonijiet tal-utenti ser ikunu salvagwardati speċifikament f’firxa limitata ta’ investimenti. |
— |
L-ammonti ta’ flus involuti huma insinifikanti. Jekk l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jiżviluppaw bħala qawwa ġenwina fis-suq tal-ħlasijiet, hemm dispożizzjonijiet fid-Direttiva li jemendawha fid-dawl tal-esperjenza. |
4.3 Il-KESE huwa mħasseb dwar il-ħarsien tal-konsumaturi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fid-Direttiva tagħmel il-bidliet li ġejjin:
4.3.1 |
Il-limitazzjonijiet fuq l-investiment tal-fondi bħalissa japplikaw biss għal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ibridi. Għal sigurtà akbar tal-klijenti, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-isituzjonijiet tal-flus elettroniċi kollha. |
4.3.2 |
L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jistgħux iżommu flus bħala depożiti. Il-flus li jidħlu għandhom jiġu maqluba immedjatament fi flus elettroniċi. Din is-salvagwardja mhix spjegata fid-Direttiva. |
4.3.3 |
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat biex jespliċita r-rekwiżit li l-fondi fir-rigward tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-flus elettroniċi għandu jiġi salvagwardat speċifikament minn istituzzjonijiet ibridi. |
4.3.4 |
L-Artikolu 5.4 jippermetti li l-fidi fid-data tat-terminazzjoni ta-kuntratt jista’ jsir bla ħlas, iżda l-Artikolu 5.5 jippermetti li jkun hemm ħlas għal terminazzjoni bikrija. Din id-dispożizjoni għandha titneħħa għaliex m’hemmx distinzjoni bejn fidi tul u fidi fi tmiem il-kuntratt u r-riżultat x’aktarx ikun skematika ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti li tnaqqas ir-rekwiżit prudenzjali li jkun magħruf il-klijent. |
4.4 L-attitudni lejn il-kontanti tvarja minn kultura għal oħra fl-UE, hekk kif tvarja l-attitudni lejn it-teknoloġija. Ir-rati tal-użu tal-posta elettronika u l-internet jipprovdu ftit jew wisq kejl tal-probabbiltà li l-flus elettroniċi jiġu aċċettati. Fattur ieħor ikun id-demografija tal-industriji tal-bejgħ bl-imnut u s-servizzi. Kumpaniji ikbar x’aktarx jaċċettaw il-flus elettroniċi minn fażi bikrija. Għal dawn ir-raġunijiet u għal raġunijiet oħra marbutai mal-filosofija tal-Istati Membri, ma jkunx għaqli li nistennew li l-flus elettroniċi jaqbdu bl-istess ritmu madwar l-UE.
4.5 Minn madwar 20 istituzzjoni tal-flus elettroniċi akkreditati sal-lum, madwar 15 ġew akkreditat fir-Renju Unit. Il-politika pożittiva tal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tar-Renju Unit fir-rigward tal-flus elettroniċi ikkontribwiet għal dan ir-riżultat. B’mod partikolari, l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarju kkonsultat lill-industrija biex tiżgura li r-regolamenti tar-Renju Unit huma prattikabbli. F’dan ir-rigward għamlu suċċess. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jadottaw politiki hekk pożittivi fir-rigward tad-Direttiva l-ġdida. Politiki bħal dawn għandhom jikkontribwixxu biex tiżdied l-aċċettazzjoni tal-flus elettroniċi madwar l-UE.
4.6 Tħassib fundamentali jikkonċerna l-iżvilupp ta’ regolamenti kontra l-ħasil tal-flus. It-Tielet Direttiva kontra Ħasil tal-Flus inkludiet Artikolu li jagħti lill-Istati Membri l-libertà li ma japplikawx il-miżuri tal-obbligi dovuti lill-klijent jew li jippostponuhom fir-rigward tal-flus elettroniċi (obbligi Dovuti lill-klijent ssimplifikati) meta l-ammont maħżun ma jkunx aktar minn EUR 150 f’apparat li ma jkunx jista’ jerġa’ jiġi ċċarġjat, jew mhux aktar minn EUR 2 500 kull sena f’apparat li jista’ jiġi ċċarġjat. Il-limiti ekwivalenti kemm fid-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas u kemm fir-reviżjoni proposta għad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi huma ta’ EUR 500 u EUR 3 000. Il-KESE ma jistax jaċċetta li żewġ Direttivi jistabbilixxu limiti kontradittorji. Jekk il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinżammu, id-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus għandha tiġi emendata.
4.7 Il-kontanti huma anonimi. Tranżazzjonijiet sempliċi f’kontanti ma jiżvelawx l-identità tal-persuna li tkun qed tħallas. L-iskemi tal-flus elettroniċi jistgħu jkunu anonimi jew identifikati. Problema fl-implimetazzjoni tad-Direttiva dwar il-Flua Elettroniċi mill-Istati Membri kienet li l-kunċett ta’ “kun af il-klijent tiegħek” ta’ spiss ġie applikat b’mod estrem. Għal tranżazzjonijiet ta’ ftit flus, ħafna utenti jkunu jixtiequ jibqgħu anonimi. Din kienet karatteristika tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwa il-Flus Elettroniċi fir-Renju Unit u l-miżuri ta’ “kun af il-klijent tegħek” ma japplikawx sakemm il-klijent ma jkunx laħaq livell materjali ta’ attività. Il-limitu ogħla tal-valur maħżun ta’ EUR 500 għandu jagħmel il-flus elettroniċi aktar attraenti għal utenti potenzjali, b’mod partikolari għal dawk li m’għandhomx aċċess jew ftit li xejn għas-servizzi bankarji. Għalkemm razzjonalment dawn il-limiti m’għandhomx jirrapreżentaw riskju sproporzjonat ta’ ħasil tal-flus, meta mqabbel ma’ dak li jista’ jsir b’ammonti kbar ta’ flus kontanti, xorta waħda hemm riservi dwar il-limiti proposti.
4.8 L-inklużjoni finanzjarja hija ffaċilitata bil-flus elettroniċi. F’soċjetà li kulma jmur dejjem tassumi li l-ħlas isir bil-karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, il-possibbiltà li tinxtara karta li mbagħad tista’ tintuża fi tranżazzjonijiet ta’ kreditu u ta’ debitu hija potenzjalment attraenti ħafna. Ċerti gruppi fis-soċjetà jistgħu jiġu vvantaġġati b’mod partikolari b’din il-faċilità. Dawn jinkludu l-immigranti, dawk li m’għandhomx aċċess jew ftit li xejn għas-servizzi bankarji, u f’ċerti ċirkostanzi ż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabilità. Il-KESE huwa mħasseb li mil-lat tal-ħarsien tal-konsumatur, dawn il-gruppi huma wkoll l-aktar vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom iqisu dawn id-dgħufijiet huma u jimplimentaw id-Direttiva.
Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) RFID – Identifikazzjoni tal-Frekwenzi tar-Radju – tuża ċippa elettronika li tista’ tiġi integrata f’diversi oġġetti bħat-tikketti ta’ oġġetti jew il-karti tal-identità personali. Din iċ-ċippa tinqara permez ta’ apparat mingħajr wajers li jaqra d-data minn fuq iċ-ċippa (wireless reader) u l-karta kemm tmiss dan l-apparat. Din l-applikazzjoni hija magħrufa bħala “bla kuntatt”. Il-karti tal-aċċess għall-bini, bħal dawk tal-KESE, huma karti RFID
(2) Il-PayPal beda bħala istituzjoni tal-flus elettroniċi rregolata mill-FSA tar-Renju Unit. Minn dakinhar ’l hawn saret Istituzzjoni ta’ Kreditu u issa stabbiliet ruħha fil-Lussemburgu.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)
COM(2008) 583 finali – 2008/0185 (COD)
2009/C 218/07
Nhar l-14 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-29 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur PEZZINI.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’130 vot favur u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-programm ISA għaliex huwa konvint li dan il-programm ser ikompli jiggarantixxi u jsaħħaħ l-interoperabbiltà effettiva u effikaċi fis-sistemi kumplessi u ġodda tas-suq uniku Ewropew. |
1.2 |
Il-KESE jemmen li, biex tiġi garantita l-implimentazzjoni konkreta tal-libertajiet stabbiliti fit-Trattat, jeħtieġ li l-mekkaniżmi ta’ interoperabbiltà jiġu implimentati bis-sħiħ, għall-benefiċċju mhux biss tal-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet, iżda wkoll tal-pubbliku, tal-intrapriżi u tas-soċjetà ċivili organizzata b’mod ġenerali. |
1.3 |
Hemm bżonn ta’ strateġija speċifika dwar is-sigurtà tad-data personali u finanzjarja, kif saħaq kemm-il darba l-KESE fl-opinjonijiet tiegħu (1): il-kwistjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni b’ebda mod ma’ tista’ tiġi sseparata mill-ħtieġa li d-data personali tiġi mħarsa aktar u mill-ħtieġa li nħarsu l-libertajiet, li huma ggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. |
1.4 |
Il-KESE jenfasizza li l-utenti għandhom bżonn sistemi interkonnessi li jiggarantixxu l-ħarsien ta’ data individwali, industrijali u amministrattiva. Għandha tiġi stabbilita minnufih sistema legali Ewropea li tħarrek u timponi pieni fuq min jabbuża min-netwerks u mid-data; għaldaqstant, jeħtieġ li l-proċeduri legali tal-UE jsiru interoperabbli wkoll. |
1.5 |
Il-KESE huwa tal-opinjoni li l-miżuri li ttieħdu biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq u biex tingħata dimensjoni pan-Ewropea ġenwina lil netwerk ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi interkonnessi, interattivi u aċċessibli mhumiex biżżejjed. |
1.6 |
Il-KESE jitlob li l-programm ISA jiġi akkumpanjat minn inizjattiva Komunitarja sostanzjali li timpenja lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’għodod vinkolanti li jagħtu ċertezza u ħajja ġdida lil Qafas Komuni u msaħħaħ għall-Interoperabbiltà. |
1.7 |
Flimkien mal-qafas komuni, hemm bżonn li l-Istrateġija l-ġdida għall-Interoperabbiltà Ewropea tiddefinixxi prijoritajiet politiċi Komunitarji li jeħtieġu aktar impenn fil-qasam tal-għodod ta’ qafas u s-servizzi komuni, kif ukoll previżjonijiet ċari tal-baġit. |
1.8 |
Il-KESE jemmen li jeħtieġ li tinkiseb konverġenza diġitali li tiżgura:
biex tiġi evitata l-“esklużjoni diġitali” u jiġu żgurati livelli għoljin ta’ affidabbiltà u fiduċja bejn l-utent u l-fornituri tas-servizz. |
1.9 |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ aktar koordinazzjoni u kooperazzjoni mal-programmi Komunitarji l-oħra li qed jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta’ ideat u soluzzjonijiet ġodda fil-qasam tal-interoperabbiltà pan-Ewropea. |
1.10 |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza, b’mod partikolari fil-qasam tal-egovernment, tas-software miftuħ, biex jiġu ggarantiti s-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-software, il-privatezza tal-informazzjoni jew tal-pagamenti u d-disponibbiltà tal-kodiċi tas-sors. Il-KESE jemmen li l-użu ta’ software open-source għandu jiġi mħeġġeġ peress li jippermetti li soluzzjonijiet ta’ software ta’ siwi kbir għall-amministrazzjonijiet pubbliċi jiġu studjati, mibdula, imqassma u użati mill-ġdid. |
1.11 |
Il-KESE jemmen li l-Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Interoperabbiltà għandu jissaħħaħ permezz ta’ approċċ multidimensjonali li jkopri aspetti politiċi (viżjoni komuni dwar il-prijoritajiet kondiviżi), aspetti legali (is-sinkronizzazzjoni leġiżlattiva), kif ukoll aspetti tekniċi, lingwistiċi u organizzattivi. |
1.12 |
Il-KESE jemmen li għandu jitnieda metodu Ewropew, stabbilit mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, li jikkalkula l-valur għall-flus li jinkiseb mis-servizzi interoperabbli. |
1.13 |
Il-KESE jqis li kampanja ta’ informazzjoni u ta’ taħriġ f’dan ir-rigward hija prerekwiżit biex l-inizjattiva tirnexxi. Djalogu soċjali u ċivili fil-livell Ewropew u konferenzi regolari pan-Ewropej dwar is-servizzi online huma wkoll meħtieġa biex tixxerred, tiġi appoġjata u tingħata direzzjoni lill-ħidma tal-amministrazzjonijiet fil-pajjiżi varji li jagħmlu parti minn qafas komuni għall-iżvilupp. |
2. Daħla
2.1 L-iżvilupp b’rata mgħaġġla fis-settur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni sa mill-bidu tas-snin 90 biddel ferm il-qafas interattiv li fih joperaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi, id-dinja tal-kummerċ u tax-xogħol u l-pubbliku. Il-livelli ta’ integrazzjoni li nkisbu fis-suq intern Ewropew taw impetu bħal qatt qabel lill-aspetti transkonfinali tas-servizzi tal-egovernment.
2.2 Il-KESE reċentament saħaq fuq kif l-awtoritajiet pubbliċi li jaqilbu għal servizzi diġitali ser ikollhom jimmodernizzaw ruħhom, billi jtejbu l-kwalità, il-flessibbiltà u l-għoti tas-servizzi liċ-ċittadin filwaqt li jaħdmu favur l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi, it-tnaqqis tal-ispejjeż, is-sodisfazzjon tal-utenti, il-koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u anqas burokrazija (3).
2.3 It-temi tal-konverġenza u tal-interoperabbiltà huma wħud mill-aspetti ewlenin ta’ strateġija Ewropea ta’ egovernment, kif ġie enfasizzat fid-Dikjarazzjoni ta’ Manchester tal-2005 (4).
2.4 Il-KESE tkellem dwar dawn it-temi bosta drabi (5), kif ukoll dwar għadd ta’ inizjattivi leġiżlattivi li jeħtieġu strutturi ta’ interoperabbiltà bħad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE), id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku (2004/18/KE), id-Direttiva INSPIRE (Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea) (2007/2/KE) u d-Direttiva dwar l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (2003/98/KE).
2.5 F’diversi okkażjonijiet oħra (6), il-KESE appoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni li nedew il-programmi marbuta mal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-amministrazzjonijiet: IDA I (1995-1999), IDA II (1999-2004) u IDABC (2005-2009), li kienu l-prekursuri tal-proposta attwali għal deċiżjoni dwar il-programm il-ġdid: ISA – Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (2010-2015).
2.6 Il-KESE tenna li l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni, il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u l-ġbir flimkien tal-proċessi amministrattivi huma essenzjali għall-għoti ta’ servizzi interattivi ta’ egovernment, ta’ kwalità għolja u kostanti, li jiffokaw fuq l-utent (7), u enfasizza b’mod partikolari l-punti li ġejjin:
— |
l-importanza li jissaħħu l-inizjattivi Ewropej għall-benefiċċju mhux biss tal-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet iżda anki tal-pubbliku, tal-intrapriżi u, b’mod ġenerali, tas-soċjetà ċivili organizzata; |
— |
il-ħtieġa li jkun hemm awtorità ta’ ċertifikazzjoni effettiva Ewropea biex jiġu garantiti livelli adegwati ta’ sigurtà għall-aċċess u l-iskambju tal-informazzjoni; |
— |
l-importanza li tiġi żgurata l-akbar viżibbiltà, aċċessibbiltà u interoperabbiltà possibbli għall-utenti aħħarin tan-netwerks; |
— |
il-ħtieġa li jiġu promossi inizjattivi fuq diversi livelli biex jiġi żgurat it-taħriġ kontinwu tal-utenti u li din l-infrastruttura tan-netwerks tkun tista’ tintuża għal skopijiet ta’ taħriġ kontinwu; |
— |
il-ħtieġa li jiġu garantiti livelli ta’ sigurtà tan-netwerks permezz ta’ għodod adattati għall-protezzjoni u, fejn ikun hemm bżonn, permezz ta’ protokolli ta’ trażmissjoni siguri, kemm fuq il-livell ċentrali kif ukoll fuq dak periferali u dan minħabba n-natura sensittiva tad-data inkwistjoni. |
2.7 Barra minn hekk, id-dokumenti ta’ ħidma mehmuża mal-Komunikazzjoni dwar Suq Uniku għall-Ewropa tas-seklu 21 tal-20 ta’ Novembru 2007 – li dwarha tkellem il-KESE (8) – jinkludu bosta referenzi għall-għodod ta’ interoperabbiltà fil-kuntest tal-iskambju elettroniku tad-data: in-netwerk online SOLVIT; is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (l-IMI); is-sistema ta’ twissija rapida dwar prodotti perikolużi RAPEX; u TRACES, is-sistema dwar it-traċċabbiltà ta’ annimali ħajjin u r-reazzjoni ta’ twissija rapida f’każ ta’ mard fl-annimali.
2.8 Madankollu, diversi studji (9) żvelaw għadd ta’ ostakli għall-ksib ta’ interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali sħiħa għall-amministrazzjonijiet pubbliċi: in-nuqqas ta’ koordinazzjoni, in-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni, differenzi fir-responsabbiltajiet istituzzjonali, oqfsa ġuridiċi differenti, approċċi kulturali u politiċi differenti, djalogu insuffiċjenti mal-industrija, il-fatt li r-riżultati miksuba mhumiex sfruttati bis-sħiħ, ostakli minħabba l-multilingwiżmu.
2.8.1 Ma’ dawn l-ostakli għandhom jiżdiedu wkoll il-problemi relatati mas-sigurtà u r-rispett tal-privatezza kif ukoll l-integrazzjoni insuffiċjenti bejn il-proċeduri amministrattivi tal-Istati Membri. In-netwerk tas-sistema tad-dwana għandha tittejjeb, kif talbu bosta drabi l-KESE u oħrajn.
2.9 Għaldaqstant, il-KESE jemmen li l-isforzi ta’ koordinazzjoni għandhom jissaħħu aktar sabiex jiġu promossi l-interkonnettività, l-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà bil-għan li jinkiseb benefiċċju sħiħ miż-Żona Ekonomika Ewropea mingħajr fruntieri, b’għadd minimu ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet komuni u bl-użu effettiv ta’ standards miftuħa.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li – permezz tat-tnedija ta’ programm dwar is-Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA) – tiffaċilita l-interazzjoni elettronika transkonfinali u transsettorjali, effiċjenti u effettiva, bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, b’mod li jkunu jistgħu jitwasslu servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet Komunitarji, b’attenzjoni partikolari għas-suq uniku, waqt li jiġu evitati ostakli elettroniċi li jvarjaw skont l-Istati Membri. |
3.2 |
Il-programm ISA għandu l-għan li jippromovi u jappoġġja:
|
3.3 |
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ISA għall-perijodu 2010-2015 huwa stabbilit għal EUR 164,1 miljun, li minnhom EUR 103,5 miljun huma għall-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2013 kif previst fil-programm finanzjarju għall-2007-2013, u EUR 60,6 miljun għall-perijodu 2014-2015. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi li għandhom l-għan li jiżguraw l-operat sħiħ u effettiv tas-suq uniku Ewropew imkabbar. Il-KESE jemmen li, biex tiġi garantita l-implimentazzjoni konkreta tal-libertajiet stabbiliti fit-Trattat, jeħtieġ li l-mekkaniżmi ta’ interoperabbiltà jiġu implimentati bis-sħiħ, għall-benefiċċju mhux biss tal-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet, iżda wkoll tal-pubbliku, tal-intrapriżi u tas-soċjetà ċivili organizzata b’mod ġenerali. |
4.2 |
Il-KESE jemmen li, minkejja li ġew implimentati tliet programmi multiannwali suċċessivi, jiġifieri l-IDA I, l-IDA II u l-IDABC, il-miżuri li ttieħdu għadhom mhumiex biżżejjed biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq u biex tingħata dimensjoni pan-Ewropea ġenwina lill-amministrazzjonijiet pubbliċi interkonnessi li tippermettihom jagħtu servizz mingħajr tfixkil u mingħajr diskriminazzjoni bil-għan li tinżamm l-unità tas-suq u li jiġu implimentati d-drittijiet tal-pubbliku u tal-intrapriżi Komunitarji b’mod sħiħ madwar l-UE. |
4.3 |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-programm ISA, sakemm dan il-programm ma jkunx estensjoni u mezz ta’ finanzjament mill-ġdid għall-programmi suċċessivi li ġew implimentati mill-1993 sal-lum il-ġurnata, u sakemm dan il-programm jiżgura Strateġija ġenwina u effettiva Ewropea għall-Interoperabbiltà u Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (10), li huma essenzjali għal suq uniku integrat, u għal ekonomija Ewropea kompetittiva u sostenibbli skont l-aġenda mġedda ta’ Liżbona. |
4.4 |
Il-KESE jitlob li l-programm ISA jiġi akkumpanjat minn inizjattiva Komunitarja sostanzjali li timpenja lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għodod vinkolanti li jagħtu ċertezza u ħajja ġdida lil Strateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà u lil Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà li jiggarantixxu proċeduri komuni ċerti u trasparenti għall-operaturi pubbliċi u privati u għall-utenti nazzjonali u transnazzjonali. |
4.5 |
Il-KESE jemmen li l-Istrateġija Ewropea l-ġdida għall-Interoperabbiltà, flimkien mal-qafas komuni, għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi Komunitarji biex il-proposti għal direttivi u regolamenti li qed jitħejjew jiġu implimentati b’mod effettiv. |
4.6 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-isforzi ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni mal-programmi Komunitarji l-oħra li qed jagħtu kontribut biex jiġu żviluppati ideat u soluzzjonijiet ġodda relatati mal-interoperabbiltà pan-Ewropea, u b’mod partikolari mal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (il-programm PSP tal-ICT) u mas-Seba’ Programm Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp għadhom mhumiex suffiċjenti. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit kumitat għall-interoperabbiltà bejn il-programmi, li flimkien mal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi kollha kkonċernati jikkoordinaw it-tħejjija tas-sejħiet għall-offerti. |
4.7 |
Il-KESE jemmen li l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jivverifikaw il-kompatibbiltà sħiħa tal-oqfsa operattivi l-ġodda mal-prinċipji tal-interoperabbiltà pan-Ewropea sa minn meta jitfasslu permezz ta’ mekkaniżmi ta’ notifika minn qabel, bħal dawk li ġew adottati għat-tfassil ta’ standards tekniċi ġodda (11). L-ostakolu prinċipali huwa ta’ natura kulturali: hemm amministrazzjonijiet li għadhom mhux lesti u konvinti mill-ħtieġa li jaċċettaw soluzzjonijiet teknoloġiċi u innovativi miftuħa fi ħdan qafas Ewropew għall-interoperabbiltà. |
4.8 |
Il-KESE jemmen li kampanja ta’ informazzjoni u ta’ taħriġ f’dan ir-rigward hija prerekwiżit biex l-inizjattiva tirnexxi, flimkien ma’ konferenzi pan-Ewropej regolari dwar is-servizzi online biex jiġu żgurati monitoraġġ u riorjentazzjonijiet kontinwi tal-programm ta’ ħidma, pereżempju permezz ta’ benchmarking tal-amministrazzjonijiet fuq diversi livelli. |
4.9 |
Il-konverġenza diġitali teżiġi: tagħmir, pjattaformi u servizzi interoperabbli, regoli tas-sigurtà u l-affidabbiltà, ġestjoni tal-identità u tad-drittijiet (12), aċċessibbiltà u faċilità fl-użu, użu ta’ sistemi tal-informatika u ta’ arkitetturi tekniċi lingwistikament newtrali kif ukoll inizjattiva kbira għal għajnuna u taħriġ kontinwu għall-utenti, b’mod partikolari l-gruppi l-aktar dgħajfa biex tiġi evitata l-esklużjoni diġitali soċjali. |
4.10 |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza, speċjalment fil-qasam tal-egovernment, ta’ software miftuħ, biex jiġu garantiti s-sigurtà u l-permanenza tiegħu, is-segretezza tal-informazzjoni u tal-pagamenti u d-disponibbiltà tal-kodiċi tas-sors, għal skopijiet ta’ manutenzjoni, stabbiltà u sigurtà, anki f’każ li l-kummerċ tal-editur ifalli (13). |
4.11 |
Il-KESE jemmen li għandu jitnieda metodu Ewropew, stabbilit mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, li jikkalkula l-valur għall-flus miksub mill-interoperabbiltà tas-servizzi pan-Ewropej tal-egovernment (PEGS) (14). Dan il-metodu m’għandux iqis biss il-gwadann mill-investiment u mill-proprjetà, il-flessibbiltà u t-tnaqqis tal-burokrazija amministrattiva, iżda għandu jqis ukoll, b’mod partikolari, is-siwi globali ta’ suq uniku affidabbli u mingħajr ostakli għaċ-ċittadini u l-intrapriżi. |
4.12 |
Il-KESE jemmen li l-qafas ta’ referenza Ewropew għall-interoperabbiltà għandu jissaħħaħ permezz ta’ approċċ multidimensjonali li jkopri aspetti politiċi (viżjoni komuni dwar il-prijoritajiet kondiviżi), aspetti legali (is-sinkronizzazzjoni leġiżlattiva), kif ukoll aspetti tekniċi, lingwistiċi u organizzattivi. |
4.13 |
Il-KESE jemmen li tkun prattika tajba jekk l-amministrazzjonijiet nazzjonali jniedu djalogu soċjali fil-livell Ewropew li jagħmel parti mid-djalogu informali tal-EUPAN/TUNED (15) b’rappreżentanti tal-persunal li jaħdmu fl-amministrazzjonijiet ikkonċernati, bil-għan li tingħata l-informazzjoni meħtieġa lin-nies. |
4.14 |
Fir-rigward tal-għodod ġeneriċi li diġà jeżistu u dawk ġodda fil-kuntest tal-mudell konċettwali GPSCM (16), definit mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, jeħtieġ li:
|
4.15 |
Il-KESE jemmen li għandu jiġi definit qafas komuni għall-istandards tekniċi miftuħa f’dan il-qasam, imfassla mis-CEN, is-Cenelec u l-ETSI li jippermettu li jiġu implimentati mill-partijiet ikkonċernati kollha. |
4.16 |
Il-KESE jemmen li għandu jitħeġġeġ l-użu ta’ software open-source peress li dan jippermetti l-istudju, il-bdil, id-distribuzzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet tas-software li huma ta’ siwi kbir għall-amministrazzjonijiet pubbliċi f’termini ta’ kosteffettività, verifika tal-applikazzjoni tal-istandards, kopertura operattiva lil hinn mil-limiti imposti mil-liċenzji u mid-drittijiet tal-awtur, sostenibbiltà fuq il-perijodu fit-tul tas-soluzzjonijiet adottati u tal-adattament għall-ħtiġijiet lokali. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-Opinjoni CESE dwar Soċjetà tal-Informazzjoni sigura, rapporteur: is-Sur Pezzini, ĠU C 97, 18.4.2007, p. 21.
(2) Il-gruppi l-aktar dgħajfa huma ż-żgħażagħ u l-anzjani, li m’għandhomx taħriġ biżżejjed dwar l-użu tal-internet, u dawk li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji meħtieġa biex jaċċessaw l-internet.
(3) Ara l-Opinjoni CESE dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal eGovernment i2010, rapporteur: is-Sur Hernández Bataller, ĠU C 325, 30.12.2006, p. 78.
(4) Ara http://archive.Cabinetoffice.gov.uk/egov2005conference/documents/proceedings/pdf/051124declaration.pdf
(5) Ara l-Opinjoni CESE dwar MODINIS, rapporteur: is-Sur Retureau, ĠU C 61, 14.3.2003, p. 184; l-Opinjoni CESE dwar the l-estensjoni tal-programm tal-ICT – MODINIS, rapporteur: is-Sur Retureau, ĠU C 28, 3.2.2006, p. 89; l-Opinjoni CESE dwar ir-Rapport finali dwar eEurope 2002, rapporteur: is-Sur Koryfidis, ĠU C 220, 16.9.2003, p. 36; l-Opinjoni CESE dwar l-Aġenzija tan-Netwerk Ewropew u tas-Sigurtà tal-Informazzjoni, rapporteur: is-Sur Lagerholm, ĠU C 220, 16.9.2003, p. 33; l-Opinjoni CESE dwar l-i2010 – Soċjetà tal-Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjieg, rapporteur: is-Sur Lagerholm, ĠU C 110, 9.5.2006, p. 83; l-Opinjoni CESE dwar l-Aċċessibbiltà elettronika, rapporteur: is-Sur Cabra de Luna, ĠU C 110, 9.5.2006, p. 26; l-Opinjoni CESE dwar il-Kummerċ elettroniku/Naqilbu għad-diġitali, rapporteur: is-Sur McDonogh, ĠU C 108, 30.4.2004, p. 23; l-Opinjoni CESE dwar il-Qafas Regolatorju tal-UE dwar in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, rapporteur: is-Sur McDonogh, ĠU C 97, 28.4.2007, p. 27.
(6) Ara l-Opinjoni CESE dwar l-Iskambju elettroniku ta’ data bejn l-amministrazzjonijiet (IDA), rapporteur: is-Sur Bento Gonçalves, ĠU C 214, 10.7.1998, p. 33; l-Opinjoni CESE dwar l-Emendi għall-IDA, rapporteur: is-Sur Bernabei, ĠU C 80, 3.4.2002, p. 21; l-Opinjoni CESE dwar is-Servizzi tal-egovernment, rapporteur: is-Sur Pezzini, ĠU C 80, 30.3.2004, p. 83.
(7) Ara l-Opinjoni CESE dwar is-Servizzi tal-egovernment, rapporteur: is-Sur Pezzini, ĠU C 80, 30.3.2004, p. 83.
(8) Ara l-Opinjoni CESE dwar Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21, rapporteur: is-Sur Cassidy, korapporteurs: is-Sur Hencks u s-Sur Cappellini, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(9) Ara www.egovbarriers.org
(10) Ara Artikolu 8 tal-proposta, COM(2008) 583 finali.
(11) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7.5.1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u standards (ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1): il-qbil ma’ konsultazzjoni Komunitarja minn kmieni f’livell adegwat, b’konformità mal-objettivi tad-Direttiva 83/189/KEE.
(12) Ara l-Opinjoni CESE dwar Soċjetà tal-Informazzjoni u Netwerks, rapporteur: is-Sur Retureau, ĠU C 48, 21.2.2002.7, p. 33.
(13) Ara l-Opinjoni CESE dwar il-brevettibbiltà ta’ invenzjonijiet implimentati bil-kompjuter, rapporteur: is-Sur Retureau., ĠU C 61, 14.3.2003, p. 154.
(14) PEGS = Servizzi pan-Ewropej tal-egovernment.
(15) EUPAN: Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea – l-isem attwali tan-netwerk informali tad-diretturi ġenerali responsabbli għall-amministrazzjoni pubblika fl-UE; TUNED: Delegazzjoni tat-Trejdunjins Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Ewropea.
(16) GPSCM – Mudell Konċettwali tas-Servizzi Pubbliċi Ġeneriċi.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/41 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 87/372/KEE tal-Kunsill dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità
COM(2008) 762 finali – 2008/0214 (COD)
2009/C 218/08
Nhar il-5 ta’ Diċembru 2008, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 87/372/KEE tal-Kunsill dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità”
Fit-2 ta’ Diċembru 2008, il-Bureau tal-Kumitat ta struzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar) li jaħtar lis-Sur HERNÁNDEZ BATALLER bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’101 voti favur u astensjoni waħda.
1. Konklużjoni
1.1 |
Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, billi jqis li b’riżultat tal-liberalizzazzjoni tal-użu tal-firxa ta’ frekwenza ta’ 900 MHz hemm bżonn ta’ inizjattiva leġiżlattiva fil-livell Komunitarju. |
2. Kuntest
2.1 |
Fil-25 ta’ Lulju 2007 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva, għat-tħassir tad-Direttiva 87/372/KEE (1), li fiha ppruvat tneħħi r-riżerva tal-firxa tad-900 MHz għas-sistemi tal-GSM fl-Istati Membri tal-UE pprovduta fid-Direttiva 87/372/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju tal-1987 dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità. |
2.2 |
Din il-firxa ta’ 900 MHz hija importanti b’mod partikulari minħabba li għandha karatteristiċi tajbin ta’ propagazzjoni, li tkopri distanzi itwal mill-firxiet li għandhom frekwenza ogħla, u tippermetti servizzi moderni bil-vuċi, tad-dejta u tal-multimidja sabiex tkun estiża għal żoni li b’densità ta’ popolazzjoni iktar baxxa u żoni rurali. |
2.3 |
L-għan tal-proposta ġie kkunsidrat neċessarju sabiex jingħata kontribut għall-miri tas-suq intern u tal-inizjattiva “i2010 – Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-Tkabbir u l-Impjieg” (2) u sabiex tiżdied il-kompetizzjoni kemm jista’ jkun permezz tal-użu tal-firxa ta’ 900 MHz għal teknoloġiji oħra, bil-għan li l-utenti jkollhom għażla wiesgħa ta’ servizzi u teknoloġiji. |
2.4 |
B’konformità mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni inkarigat lis-CEPT biex jistabbilixxi kundizzjonijiet tekniċi inqas restrittivi. Fil-qafas ta’ dan il-mandat ġew żviluppati kundizzjonijiet skont il-prinċipju li l-firxa ta’ 900 MHz tista’ teżisti flimkien, u hija totalment kompatibbli, ma’ dik tal-GSM u tal-UMTS. |
2.5 |
Il-KESE ressaq opinjoni (3) favorevoli dwar din il-proposta, billi kkunsidra li l-adozzjoni tagħha tikkontribwixxi għall-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, iżżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tkabbar l-għażla tal-konsumaturi. |
2.6 |
Bħala konsegwenza tad-diskussjonijiet tal-“proċess leġiżlattiv”, il-Kummissjoni ppreżentat, nhar id-19 ta’ Novembru 2008, proposta ġdida għal Direttiva (4) maħsuba biex temenda d-Direttiva 87/372/KEE. |
3. Proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
Id-Direttiva GSM, fil-forma attwali tagħha, titlob lill-Istati Membri jirriżervaw il-firxiet kollha ta’ 890-915 MHz u 935-960 MHz għall-GSM. Din ir-restrizzjoni timpedixxi l-użu ta’ dawn il-firxiet minn sistemi pan-Ewropej oħra minbarra l-GSM, li jistgħu jipprovdu servizzi avvanzati interoperabbli tal-vuċi, tad-dejta u tal-multimidja b’bandwidth li jwassal volumi kbar. Dawn is-sistemi pan-Ewropej ġodda, bħas-sistema UMTS, joffru funzjonijiet li jmorru lil hinn mis-sistema GSM, u saru vijabbli sa mill-adozzjoni tad-Direttiva GSM għoxrin sena ilu, bis-saħħa tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
3.2 |
Billi l-liberalizzazzjoni tal-użu tal-firxa tal-ispektrum ta’ 900 MHz tista’ possibilment ixxekkel il-kompetizzjoni, b’mod partikulari meta ċerti operaturi mobbli ma kinux ġew assenjati spektrum fil-firxa ta’ 900 MHz, dawn jistgħu jkunu żvantaġġati fejn jidħlu l-ispejjeż u l-effiċjenza, meta mqabbla ma’ operaturi li se jkunu kapaċi jipprovdu servizzi 3G f’dik il-firxa. |
3.3 |
Il-Proposta tiddefinixxi “s-sistema GSM” bħala netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma konformi mal-istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 502 u l-EN 301 511; u “s-sistema UMTS” bħala netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma konformi mal-istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 908-1, EN 301 908-2, l-EN 301 908-3 u l-EN 301 908-11. |
3.4 |
Fl-ambitu tal-qafas regolatorju dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikulari d-Direttiva 2002/20/KE (5), l-Istati Membri jistgħu jemendaw u/jew jirrevedu d-drittijiet tal-użu tal-ispektrum u b’hekk ikollhom l-għodod biex jittrattaw, fejn meħtieġ, id-distorsjonijiet eventwali tal-kompetizzjoni u jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri adegwati, b’mod partikulari billi jeżaminaw jekk il-proposta tistax tkun ta’ xkiel għall-kompetizzjoni fis-swieq tat-telekomunikazzjonijiet mobbli kkonċernati. |
4. Osservazzjonijiet ġenerali
4.1 Il-KESE jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, billi jqis li b’riżultat tal-liberalizzazzjoni tal-użu tal-firxa tal-frekwenza ta’ 900Mhz hemm bżonn ta’ inizjattiva leġiżlattiva fil-livell Komunitarju.
4.1.1 Din il-proposta, minn naħa, ser iżżid il-kompetizzjoni fis-suq intern, u min-naħa l-oħra, ser issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, billi jkunu jistgħu jitwaqqfu netwerks UMTS fiż-żoni urbani, suburbani u rurali, li jikkoeżistu man-netwerks tal-GSM 900/1800 billi jintużaw valuri xierqa li jifirdu t-trasportaturi tan-netwerk.
4.2 Il-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw il-miżuri ex ante tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jippermettu r-reviżjoni ta’ dawn id-drittijiet ta’ użu u d-distribuzzjoni tagħhom mill-ġdid sabiex tingħeleb id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, huma prova tar-rilevanza ta’ dan it-tip ta’ miżuri, kif diġà nnota l-KESE meta eżamina l-qafas tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza neċessarja, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ perijodi ta’ informazzjoni pubblika qabel l-adozzjoni ta’ dan it-tip ta’ miżuri.
4.3 Is-sistema prevista fil-proposta għandha tkun ta’ benefiċċju għat-totalità tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, filwaqt li taċċellera l-adattament tal-industrija għat-tibdil strutturali u ssawwar ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp tal-intrapriżi fl-Unjoni kollha kemm hi, speċjalment dawk żgħar u ta’ daqs medju.
4.4 Min-naħa l-oħra, il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-flessibbiltà kbira fil-ġestjoni tal-frekwenzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi bil-wireless, ġeneralment, fuq il-bażi tal-approċċ WAPECS (6), peress li dan l-approċċ, kif enfasizza l-KESE, jistabbilixxi n-newtralità fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizzi bħala għanijiet politiċi sabiex ikun hemm użu tal-ispettru iktar flessibbli u iktar effiċjenti.
4.5 Fl-aħħar nett, il-KESE jittama li l-applikazzjoni tal-proposta tikkontribwixxi għaż-żieda fl-impjieg, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol sabiex progressivament tintlaħaq l-ugwaljanza, permezz tal-progress, protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu soċjali, u l-iżvilupp tar-riżorsi umani u b’hekk jintlaħaq livell ta’ impjieg għoli u sod.
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva 87/372/KEE tal-Kunsill dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità, COM(2007) 367.
(2) COM(2005) 229 finali.
(3) Opinjoni tal-CESE “Revoka tad-Direttiva GSM”, ĠU C 151, 17.6.2008, p. 25-27. Opinjoni adottata fil-Plenarja tas-16 ta’ Jannar 2008. Rapporteur: is-Sur Hernández Bataller.
(4) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/372/KEE tal-Kunsill dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità, COM(2008) 762 finali.
(5) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettrioniċi. ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(6) Wireless Access Policy for Electronic Communications Services.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/43 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi
COM(2008) 324 finali – 2008/0112(CNS)
2009/C 218/09
Nhar is-16 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikultura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fit-28 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur SARRÓ IPARRAGUIRRE.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (sessjoni tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’170 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat jemmen li s-semplifikazzjoni ssuġġerita fil-Proposta għal Regolament hija meħtieġa. Madankollu, jinnota li mhijiex sempliċement kwistjoni ta’ proċess ta’ semplifikazzjoni, iżda li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi wkoll xi tibdil fil-miżuri tekniċi stabbiliti bil-għan ta’ armonizzazzjoni. |
1.2 |
Il-KESE jqis li l-proċess ta’ armonizzazzjoni ppjanat jinvolvi l-modifika ta’ ċerti miżuri tekniċi u għalhekk għandu jkun ippreċedut minn evalwazzjonijiet xjentifiċi, kemm bijoloġiċi kif ukoll soċjoekonomiċi. |
1.3 |
Minħabba n-natura ferm teknika tal-miżuri eżaminati fil-Proposta għal Regolament, il-KESE jqis li m’għandux jagħmel stqarrija dwar il-proposti għal modifika qabel ma jkunu saru l-evalwazzjonijiet imsemmija. Jemmen ukoll li l-effikaċja tal-miżuri tekniċi l-ġodda għandha tiġi evalwata minn qabel minn sajjieda professjonali fuq il-bastimenti u fiż-żoni tas-sajd. |
1.4 |
Il-Kumitat jemmen li l-miżuri tekniċi kollha għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament tal-Kunsill sabiex jiġi evitat li wħud minnhom jiġu inklużi f’Regolamenti sussegwenti tal-Kummissjoni. |
1.5 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni għal evalwazzjoni regolari tal-effikaċja tal-miżuri tekniċi. |
2. Introduzzjoni
2.1 L-għan tal-Proposta huwa li tissemplifika u tirreġjonalizza l-qafas regolatorju fis-seħħ għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi.
2.2 Sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ semplifikazzjoni, jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 850/98 u 2549/2000 tal-Kunsill jiġu ssostitwiti bil-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li qiegħda tiġi ppreżentata.
2.2.1 Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 jiġbor fih ir-regoli għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar.
2.2.2 Ir-Regolament (KE) Nru 2549/2000 tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2000 jistabbilixxi l-miżuri tekniċi addizzjonali mmirati lejn l-irkupru tal-popolazzjoni tal-bakkaljaw fil-Baħar tal-Irlanda.
2.2.3 Barra minn hekk, il-Proposta ser taffettwa ħames Regolamenti oħra: ir-Regolamenti Nru 2056/2001, 254/2002, 494/2002, 2015/2006 u 40/2008, u hija mistennija tolqot ukoll lill-Anness III tar-Regolament annwali dwar il-Qabdiet Totali Permissibbli (TAC) u l-kwoti.
2.3 Il-Proposta l-ġdida għal Regolament tal-Kunsill li qiegħda tressaq il-Kummissjoni tinkludi:
2.3.1 |
it-talba mressqa mill-Kunsill lill-Kummissjoni f’Ġunju 2004 dwar ir-reviżjoni tal-miżuri tekniċi applikabbli għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana, sabiex dawn jiġu ssemplifikati u jikkunsidraw il-karatteristiċi reġjonali speċifiċi; |
2.3.2 |
il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni, adottat mill-Kunsill f’April 2006, dwar is-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li jistipula li l-miżuri tekniċi kollha mifruxa f’diversi Regolamenti, inkluż fir-Regolament annwali dwar il-possibbiltajiet ta’ sajd u l-pjanijiet ta’ rkupru ta’ diversi popolazzjonijiet ta’ ħut, għandhom jinġabru f’Regolament wieħed. |
2.4 B’dan il-mod il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill imressqa mill-Kummissjoni tistabbilixxi l-miżuri tekniċi applikabbli fiż-żoni tal-Grigal u tal-Lvant ċentrali tal-Atlantiku u fl-ibħra ‘l barra mix-xtut tad-dipartimenti Franċiżi tal-Gujana, Martinique, il-Gwadelup u Réunion, li jinsabu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni esklużiva ta’ Franza. Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-Baħar Baltiku u l-Mediterran huma esklużi minn dan ir-Regolament billi huma indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għall-Baħar Baltiku u r-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għall-Mediterran.
2.5 Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill ser tindirizza s-sajd kummerċjali u ta’ rikreazzjoni, il-konservazzjoni tal-qabdiet fuq il-bastiment, it-trasbord u il-ħatt tar-riżorsi tas-sajd meta dawn l-attivitajiet isiru fl-ibħra Komunitarji jew fl-ibħra internazzjonali tad-diversi żoni ta’ sajd stabbiliti fl-Oċean Atlantiku, minn bastimenti Komunitarji u ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà aħħarija tal-Istat tal-bandiera.
2.6 L-ambitu ta’ applikazzjoni huwa kkompletat mill-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-ħżin, il-wiri jew il-bejgħ tal-prodotti tas-sajd maqbuda f’dawn iż-żoni ta’ sajd, kif ukoll dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd maqbuda fi kwalunkwe żona oħra minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi li ma jirrispettawx id-daqs minimu tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin stabbilit mill-Proposta għal Regolament tal-Kunsill.
2.7 Minbarra l-miżuri tekniċi applikabbli għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd stipulati fir-Regolament (KE) Nru 850/98, il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill tiġbor fiha l-pjanijiet kollha ta’ rkupru u ġestjoni u l-pjanijiet fuq perijodu fit-tul marbutin mar-riżorsi tas-sajd li huma ta’ interess għall-Komunità, jiġifieri l-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet ta’ merluzz fl-ibħra Komunitarji, żewġ popolazzjonijiet ta’ marlozz, żewġ popolazzjonijiet ta’ nephrops, żewġ popolazzjonijiet ta’ lingwata kif ukoll il-popolazzjonijiet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana, u minħabba f’hekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/98 ġew immodifikati u/jew imsaħħa.
3. Kundizzjonijiet ġenerali
3.1 |
Il-KESE jqis li din hija Proposta għal Regolament tassew teknika. Il-proċess ta’ semplifikazzjoni huwa meħtieġ, b’konformità mal-miżuri approvati mill-Kumitat fl-opinjoni tiegħu dwar il-pjan ta’ azzjoni għas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Madankollu, mhijiex sempliċement kwistjoni ta’ semplifikazzjoni. Il-Kummissjoni qiegħda tressaq modifiki għal-leġiżlazzjoni attwali bil-għan li tarmonizzaha u tikkunsidra d-differenzi reġjonali billi tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull “żona KKR” (Kunsilli Konsultattivi Reġjonali). Din ir-reġjonalizzazzjoni ser timplika wkoll xi tibdil fil-leġiżlazzjoni attwali. |
3.2 |
L-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li din il-Proposta għal Regolament tiddefinixxi l-prinċipji ewlenin komuni fiż-żoni kollha tas-sajd u li regolamenti suċċessivi tal-Kummissjoni jirregolaw l-aspetti purament tekniċi ta’ natura reġjonali skont il-proċedura tal-“komitoloġija”. |
3.3 |
Il-Kumitat iqis li anke jekk hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni dwar il-miżuri tekniċi li tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tad-diversi reġjuni tal-UE, l-enfasi li qiegħda ssir mhijiex adattata. Il-Kumitat jemmen li jkun aħjar li l-miżuri kollha jiġu kkunsidrati f’dan ir-Regolament tal-Kunsill minflok ma jiġu inklużi f’regolamenti suċċessivi tal-Kummissjoni. |
3.4 |
Il-KESE jemmen li b’dan il-mod il-miżuri tekniċi jkunu iktar adattati għall-kuntest tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida adottata fl-2002, b’mod speċjali fir-rigward tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (KKR) approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2004 u tal-integrazzjoni ta’ kriterji ambjentali bħall-protezzjoni tal-ħabitat tal-baħar u t-tnaqqis tal-ħut skartat (discards), miżuri li huma kollha applikabbli b’mod speċifiku għal kull reġjun skont iż-żoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (KKR). |
3.5 |
Il-Kumitat jemmen li qabel ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu u sabiex jiġu evitati żbalji bħal dawk tal-imgħoddi, l-effikaċja tal-miżuri tekniċi l-ġodda proposti għandha tiġi evalwata minn sajjieda professjonali fuq il-bastimenti u fiż-żoni tas-sajd. |
3.6 |
Minħabba l-kumplessità tat-test u tal-miżuri tekniċi proposti, il-KESE jemmen li l-Proposta għal Regolament għandha tinkludi anness b’figuri sabiex it-test jinfiehem aħjar. |
4. Kummenti partikolari
4.1 |
Il-miżuri tekniċi stipulati fil-Proposta għal Regolament jinkludu miżuri tekniċi li jkopru firxa wiesgħa ta’ objettivi. Fosthom tispikka l-protezzjoni taż-żgħar, prinċipalment permezz ta’ limitazzjoni tal-qbid bis-saħħa ta’ metodi tas-sajd iktar selettivi jew tal-istabbiliment ta’ ċerti staġuni/żoni magħluqa għas-sajd. Miżuri oħra għandhom l-għan li jħarsu ċerti speċijiet u ekosistemi permezz ta’ tnaqqis fl-attivitajiet tas-sajd, pereżempju permezz tal-għeluq ta’ ċerti żoni. Għadd sostanzjali ta’ miżuri jikkonċernaw it-tnaqqis tal-ħut skartat. |
4.2 |
Il-Proposta għal Regolament, minbarra li tistipula l-ambitu ta’ applikazzjoni, tiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet kollha dwar id-daqs minimu għall-ħatt ta’ kull ħliqa akkwatika. Fir-rigward tal-ambitu ta’ applikazzjoni u tal-inklużjoni tal-importazzjonijiet, il-KESE jixtieq li jiġi ċċarat x’ser jiġri meta d-daqs minimu legali tal-prodotti importati jkun iżgħar minn dak stabbilit fl-UE. Għall-Kumitat, l-iktar soluzzjoni raġonevoli tkun li l-prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi li jkunu iżgħar mid-daqs Komunitarju ma jkunux jistgħu jinbiegħu fl-UE. |
4.3 |
Il-lista ta’ tagħmir tas-sajd hija twila u għal kull għodda ġew stabbiliti qisien minimi għax-xibka u l-manka, il-fond massimu fejn jistgħu jiġu kalati kif ukoll l-użu ta’ manek li m’għandhomx id-daqs u l-forma speċifikati, jiġifieri meta l-għadd ta’ malji ndaqs madwar iċ-ċirkonferenza tal-manka jiżdied mit-tarf ta’ quddiem sat-tarf ta’ wara, jew meta ma jkunux magħmula minn materjali awtorizzati jew ikollhom wisa’ mhux permessa. |
4.4 |
Il-Kumitat iqis li l-proċess ta’ semplifikazzjoni mħejji mill-Kummissjoni Ewropea huwa adattat u meħtieġ. Però l-KESE jemmen li qabel l-armonizzazzjoni, li tinvolvi l-modifika ta’ ċerti miżuri tekniċi, għandhom isiru evalwazzjonijiet xjentifiċi, kemm bijoloġiċi kif ukoll soċjoekonomiċi. |
4.5 |
Minħabba n-natura ferm teknika tal-miżuri eżaminati fil-proposta għal Regolament, il-KESE jqis li m’għandux jagħmel stqarrija dwar il-proposti għal modifika qabel ma jkunu saru l-evalwazzjonijiet imsemmija. |
4.6 |
Ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jinqabdu minkejja l-fatt li jkunu iżgħar mid-daqs stipulat ma jistgħux jinżammu abbord u lanqas jiġu trasbordati, maħtuta, ittrasportati, maħżuna, mibjugħa, esposti jew proposti għall-bejgħ, iżda għandhom jerġgħu jitpoġġew mill-ewwel fil-baħar. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-effett li jista’ jkollha din id-dispożizzjoni fuq il-ħut skartat. Jidher li hemm kontradizzjoni bejn l-intenzjoni li l-iskartar tal-ħut jiġi pprojbit minn banda filwaqt li mill-banda l-oħra ċerti qabdiet ma jitħallewx jinżammu abbord. |
4.7 |
Fir-rigward tar-regola ta’ xibka waħda, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-effetti potenzjali ta’ dan. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li fil-każ tas-sajd għal speċijiet differenti, fejn jeħtieġ li jiġu użati iktar minn xibka waħda, is-sajjieda ser ikollhom imorru lura fil-port iktar ta’ spiss sabiex ibiddlu t-tagħmir tas-sajd tagħhom, u dan jimplika spejjeż addizzjonali li ser jaffettwaw ir-rendiment diġà fjakk tal-flotot. |
4.8 |
Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill tistabbilixxi li meta l-kwantità ta’ ħut żgħir wisq taqbeż l-10 % tal-kwantità totali f’kull qabda, il-bastiment għandu jitbiegħed b’distanza ta’ iktar minn ħames jew għaxar mili nawtiċi miż-żona tas-sajd inizjali, skont id-daqs tal-malja ammissibbli għal kull speċi, u matul ir-refgħa li jmiss għandu jżomm distanza minima ta’ ħames jew għaxar mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċendenti. |
4.9 |
Il-Kumitat jesprimi l-inkwiet tiegħu fir-rigward ta’ din il-miżura billi l-Kummissjoni, hija u tiġġeneralizza, ma tqisx l-ispeċifiċitajiet tad-diversi żoni u reġjuni tas-sajd, u dan jista’ jwassal għal każijiet ta’ nuqqas ta’ sigurtà ġuridika, b’mod speċjali meta ma jkunx ċar jekk hijiex qiegħda tirreferi għal qabdiet immirati jew inċidentali. Il-KESE jemmen li l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra, bħall-istaġuni jew iż-żoni magħluqa għas-sajd, jista’ jkollu effetti iktar pożittivi mill-proposta. |
4.10 |
Bl-għan ewlieni tal-ħarsien tal-ambjent, il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħżin, l-iżbark, il-ħatt, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq tal-ħlejjaq tal-baħar maqbuda b’metodi li jinvolvu l-użu ta’ splużivi, sustanzi velenużi jew sustanzi ta’ sturdament, l-elettriku jew kull tip ta’ projettili, huwa pprojbit. Bl-istess mod huwa pprojbit li jsir kwalunkwe tip ta’ pproċessar fiżiku jew kimiku tal-ħut abbord il-bastiment, għall-produzzjoni ta’ trab jew żejt tal-ħut. It-trasbord tal-ħut bejn il-bastimenti għal dawn il-finijiet huwa pprojbit ukoll. |
4.11 |
Il-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri għall-ħarsien tal-ambjent, li huma r-riżultat tal-applikazzjoni tal-politika tas-sajd komuni l-ġdida tal-2002, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika l-miżuri kollha bir-reqqa għall-flotta Komunitarja kollha kemm hi. |
4.12 |
Il-Kumitat jilqa’ l-proċeduri proposti mill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni urġenti adottati mill-Istati Membri, li jaffettwaw lill-bastimenti tas-sajd Komunitarji kollha, jew ta’ miżuri applikabbli unikament għall-bastimenti tas-sajd bil-bandiera tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat kull abbuż min-naħa ta’ ċerti Stati Membri, l-entitajiet u l-korpi indipendenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jivverifikaw kemm dawn il-miżuri huma adattati u neċessarji. |
4.13 |
Bl-istess mod il-KESE jemmen li l-Istati Membri u/jew il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom ikunu jistgħu jressqu proposti lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet marbutin mat-tfassil ta’ pjanijiet għat-tnaqqis jew il-waqfien tal-iskartar tal-ħut fil-baħar jew għal tagħmir tas-sajd iktar selettiv. |
4.14 |
Il-Kumitat japprova wkoll il-fatt li l-Proposta għal Regolament tal-Kunsill teskludi mill-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha l-attivitajiet tas-sajd imwettqa unikament għal skopijiet xjentifiċi, dejjem sakemm dawn isiru bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru tal-bandiera. Madankollu, ma jemminx li l-preżenza abbord ta’ osservatur mill-Istat Membru kkonċernat hija meħtieġa waqt l-attivitajiet tas-sajd għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika fl-ibħra tiegħu. |
4.15 |
Fl-aħħar, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ miżura ta’ evalwazzjoni ġdida dwar l-effikaċja tal-miżuri tekniċi. Din l-evalwazzjoni ser issir kull ħames snin, u fuq il-bażi tat-tagħrif inkluż fid-dokument imsemmi, il-Kummissjoni ser tressaq il-modifiki neċessarji kollha lill-Kunsill. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/46 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta’ Azzjoni
COM(2008) 397 finali
2009/C 218/10
Nhar is-16 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta’ Azzjoni”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur ESPUNY MOYANO.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’104 voti favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ d-dokument imressaq mill-Kummissjoni bit-titlu “il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta’ Azzjoni”, li jinkludi t-tħejjija ta’ numru ta’ miżuri ġodda u l-modifika ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi differenti. Il-KESE diġà afferma l-impenn tiegħu favur l-iżvilupp sostenibbli bħala mezz sabiex jinkiseb l-iżvilupp ambjentali, ekonomiku u soċjali fl-Unjoni Ewropea. |
1.2 |
Il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-vulnerabilità tal-kumpaniji, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) f’dawn il-mumenti ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, u l-bżonn li jiġi assigurat li l-Pjan ta’ Azzjoni jiġi implimentat b’tali mod li jippromovi l-effiċjenza u l-kompetittività kummerċjali. Il-Pjan għandu jgħin ukoll biex l-ekonomija tirkupra filwaqt li fl-istess ħin iħeġġeġ il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli. |
1.3 |
Il-Pjan ta’ Azzjoni propost mill-Kummissjoni jbati minn ċertu nuqqas ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-kontenut u l-iskop tiegħu. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu ċċarati dawn il-punti sabiex jitħaffu l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni tiegħu mis-setturi ekonomiċi kkonċernati. F’dan il-kuntest il-KESE jitlob lill-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ssir bil-kollaborazzjoni tas-setturi kkonċernati, filwaqt li jinżammu kriterji xjentifiċi u tekniċi sodi, ċari u applikabbli fil-prattika. |
1.4 |
Sabiex tiġi kkomplementata l-ħidma li għandha titwettaq mis-setturi ekonomiċi, il-KESE jitlob li jitħejjew miżuri ta’ appoġġ, b’mod partikulari fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u jfakkar li huwa preċiżament f’perijodu ta’ kriżi li hemm bżonn li jiġu intensifikati dawn l-attivitajiet. |
1.5 |
Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni taċċetta l-fatt li s-setturi kollha kkonċernati għandhom jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni. Għalhekk, il-KESE jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-forum tal-bejjiegħa bl-imnut, li fil-fehma tiegħu huwa inizjattiva parzjali li għandha tiġi rrifjutata billi hija timponi ċerti kondizzjonijiet fuq il-fornituri mingħajr il-qbil tagħhom, sempliċiment minħabba pożizzjoni qawwija fis-suq. Tali forum jista’ jitqies aċċettabbli u vijabbli biss jekk jiġi ssostitwit minn forum li jinvolvi lis-setturi kollha kkonċernati fuq livell ugwali. |
1.6 |
Fir-rigward tal-proposta dwar l-ekodisinn, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rekwiżiti ambjentali għandhom jitfissru f’termini tal-għanijiet li għandhom jinkisbu aktar milli f’termini tas-soluzzjonijiet tekniċi li hemm bżonn li jiġu implimentati. It-titjib kontinwu tal-kwalità ambjentali tal-prodotti għandu jsir permezz tal-analiżi taċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, li għandu jqis kriterji bħall-emissjoni ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġiji mhux rinnovabbli, it-tnaqqis tal-bijodiversità, it-tniġġis tal-arja u tal-ħamrija, eċċ. Is-soluzzjoni ideali tista’ tintlaħaq biss jekk dawn il-fatturi kollha jitqiesu b’mod sħiħ permezz tal-metodoloġija u l-appoġġ xjentifiku adegwat. |
1.7 |
Fir-rigward tat-tikkettjar, il-KESE jixtieq ifakkar li għalkemm it-tikketti huma strument importanti, mhumiex l-uniku mezz eżistenti kif il-konsumaturi jkunu infurmati, li hemm bżonn li d-dispożizzjonijiet f’dan il-qasam jiġu armonizzati sabiex jinkisbu l-objettivi, u li ċerti setturi bħall-produzzjoni tal-ikel diġà għandhom regoli stretti f’dan il-qasam. Il-KESE jqis li l-edukazzjoni tal-konsumaturi hija s-soluzzjoni ideali sabiex titqajjem il-kuxjenza u jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi biex b’hekk ikunu jistgħu jbiddlu l-mod kif jikkunsmaw. |
1.8 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq jirrepeti li l-isforzi kollha li għandhom iwettqu l-aġenti ekonomiċi Ewropej fl-applikazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu applikati wkoll għall-prodotti importati, sabiex jiġi evitat l-istabbiliment ta’ sistema diskriminatorja u dannuża għall-produtturi Ewropej fis-suq intern tagħhom. |
2. Sommarju tal-Proposta tal-Kummissjoni
2.1 |
L-Unjoni Ewropea ħadet passi importanti biex tilħaq l-għanijiet ta’ tkabbir u impjieg stabbiliti fl-Istrateġija ta’ Liżbona. Issa l-isfida hija li dan il-progress ekonomiku jiġi integrat f’qafas ta’ sostenibilità u skont il-Kummissjoni, din hija kwistjoni li għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis. |
2.2 |
Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta l-istrateġija tagħha fil-komunikazzjoni COM(2008)397 finali, li hija maħsuba sabiex tappoġġja approċċ integrat fil-livell Komunitarju biex jiżdiedu l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u tiġi promossa politika industrijali sostenibbli. Din l-istrateġija tikkomplementa l-politiki eżistenti dwar l-użu tal-enerġija, b’mod partikulari l-pakkett dwar l-enerġija u l-klima adottat mill-Kummissjoni fl-2008. |
2.3 |
Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni, maħsub sabiex itejjeb il-karatteristiċi tal-enerġija u dawk ambjentali tal-prodotti u jippromovi l-użu tagħhom mill-konsumaturi. L-għan aħħari huwa t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, filwaqt li titpoġġa enfasi fuq prodotti li għandhom potenzjal sinjifikanti li jnaqqsu l-impatti ambjentali. Għalhekk l-isfida reali hija li jinħoloq ċirklu virtuż: it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-prodotti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, il-promozzjoni u l-istimolu tad-domanda għal prodotti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar u l-għajnuna lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet aħjar permezz ta’ tikkettjar aktar koerenti u ssemplifikat, filwaqt li fl-istess ħin l-ekonomija Ewropea ssir aktar kompetittiva. |
2.4 |
Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu tmien miżuri ta’ sostenn, kif spjegat hawn taħt:
|
2.5 |
Dawn l-għanijiet, li huma spjegati fil-Pjan ta’ Azzjoni, huma akkumpanjati minn tliet proposti leġiżlattivi:
kif ukoll minn Komunikazzjoni dwar Appalti Pubbliċi Ekoloġiċi. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-KESE jilqa’ din l-inizjattiva ambizzjuża tal-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta pass lejn il-ksib ta’ mudell Komunitarju ta’ sostenibilità u jfakkar li s-sostenibilità tal-mudell Komunitarju diġà ġiet ikkunsidrata f’numru ta’ studji u opinjonijiet maħruġin mill-Kumitat, fosthom:
— |
Rapport ta’ Progress Biennali dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli (1) |
— |
L-impatt tar-regoli ambjentali Ewropej fuq il-bidliet industrijali (2) |
— |
Il-produzzjoni ekoloġika (3). |
3.2 Il-kunċett ta’ sostenibilità jirrikjedi l-integrazzjoni ta’ tliet pilastri fundamentali: il-pilastru ambjentali, dak soċjali u dak ekonomiku. Il-KESE jappoġġja l-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni li jtejjeb l-impatt ambjentali tal-prodotti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom iżda jfakkar ukoll li l-pilastri l-oħra – li jkopru l-aspetti soċjali u ekonomiċi – m’għandhomx jitwarrbu, jekk l-intenzjoni hija ġenwinament li jkun hemm kontribuzzjoni għas-sostenibilità tal-mudell.
3.3 Il-kuntest attwali
3.3.1 Wara li studjat is-suġġett għal diversi snin, f’Lulju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi l-Komunikazzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta’ Azzjoni.
3.3.2 L-industrija ekonomika tal-Ewropa qiegħda mingħajr dubju tiffaċċja sfida kbira u teħtieġ mudell ġdid ta’ produzzjoni u konsum ibbażat fuq is-sostenibilità. L-ambizzjoni tal-proposta m’għandhiex, madankollu, tnessina l-kuntest li fiha ġiet żviluppata l-istrateġija u l-miżuri leġiżlattivi li jakkumpanjawha. L-ekonomiji kollha tad-dinja attwalment qegħdin jesperjenzaw perijodu ta’ kriżi finanzjarja, li qiegħed jobbligahom jadottaw miżuri (nazzjonali, Komunitarji u multilaterali), anke jekk mingħajr riżultat immedjat.
3.3.3 F’dawn iċ-ċirkostanzi delikati, li għadhom qed jiġu solvuti, il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-leġiżlaturi għall-effetti potenzjali ta’ dan il-pakkett ta’ miżuri fuq l-ekonomija reali li għaliha huwa ddestinat – l-industrija u l-konsumaturi. Mingħajr ħsara għall-għanijiet rispettabbli tagħha, li jistgħu jinkisbu fuq perijodu medju, il-proposta għandha tqis il-perijodu qasir u ma toħloqx inċertezza jew tgħabbi l-ekonomija industrijali b’piżijiet addizzjonali.
3.4 L-aspetti ewlenin ta’ inizjattiva daqshekk vasta huma ċ-ċarezza u l-ispeċifiċità tal-messaġġi; għalhekk ikun preferibbli li l-Kummissjoni tidentifika b’mod aktar ċar liema setturi ekonomiċi huma affettwati minn din il-proposta u f’liema oqsma speċifiċi. Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq jenfasizza li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ma jagħtix biżżejjed attenzjoni lill-metodoloġija u l-bażi xjentifika meħtieġa biex tinkiseb sistema komuni ta’ evalwazzjoni ta’ impatt u biex tipprevjeni l-proliferazzjoni ta’ skemi li jġibu fid-dubju l-prinċipji tas-suq intern li jiżgwidaw lill-konsumatur.
3.5 Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li toffri inċentivi ġenerużi sabiex tappoġġja l-isforzi li l-kumpanniji jkollhom jagħmlu biex jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. B’dan il-mod, skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, dawk li jippruvaw itejbu l-ambjent u speċjalment il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, għandhom jigu megħjuna.
3.6 Jekk fil-fatt dan il-Pjan ta’ Azzjoni propost mill-Kummissjoni jirrikjedi li l-produtturi Ewropej jagħmlu sforzi konsiderevoli ta’ adattament u titjib, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jkun hemm konformità stretta mal-obbligazzjonijiet il-ġodda li ser jiġu imposti. Għalhekk il-Kummissjoni tiżgura li l-prodotti importati u l-prodotti Ewropej jiġu ttrattati bl-istess mod fis-suq Komunitarju, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u trattament preferenzjali li jippenalizzaw inġustament lill-produtturi Ewropej. Għalhekk, il-Kumitat iqis li jeħtieġ li titwettaq analiżi minn qabel u approfondita mil-lat tas-suq intern bil-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn il-prodotti Komunitarji u l-prodotti li ġejjin minn terzi pajjiżi.
3.7 Wieħed mill-aspetti ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni huwa l-Forum tal-Bejgħ bl-Imnut. Minkejja l-fatt li l-Kumitat japprova l-għan iddikjarat (użu sostenibbli tar-riżorsi naturali limitati), ma jaħsibx li l-istabbiliment ta’ forum ta’ ħidma mmexxi mill-industrija tal-bejgħ bl-imnut huwa l-aħjar mezz kif dan jista’ jinkiseb.
3.7.1 B’hekk, fis-sitwazzjoni attwali tas-suq (il-bejjiegħa bl-imnut huma ftit iżda għandhom poter konsiderevoli, filwaqt li fost il-produtturi hemm għadd kbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), l-uniku riżultat miksub huwa pressjoni ikbar fuq il-fornituri u diskriminazzjoni bejn il-prodotti. Sabiex il-forum tal-bejjiegħa bl-imnut jaħdem mingħajr problemi u b’mod ibbilanċjat, ikun iktar loġiku li jiġu ddefiniti l-metodi ta’ ħidma tiegħu; il-forum tal-bejjiegħa bl-imnut għandu jiġbor fih il-partijiet kollha kkonċernati tal-katina ta’ provvista (produtturi, bejjiegħa bl-imnut, is-settur tal-loġistika, il-konsumaturi u d-dinja akkademika) fuq l-istess livell sabiex jiġi assigurat li jaħdmu flimkien biex isibu s-soluzzjonijiet.
3.7.2 Il-pjattaforma għandha tippromovi wkoll miżuri volontarji b’mod partikulari f’oqsma li jittrattaw metodi ta’ kejl u dispożizzjonijiet għat-titjib tas-sostenibilità tal-prodotti matul il-katina kollha.
3.8 Fir-rigward tad-Direttiva tal-Ekodisinn, il-KESE jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-ambigwità tad-definizzjoni ta’ “prodotti relatati mal-enerġija”. Għandu jkun indikat b’mod ċar x’inhu mfisser b’dan u preċiżament liema prodotti ser ikunu koperti minn din il-proposta, għax dan huwa l-uniku mod kif jista’ jiġi żgurat livell minimu ta’ ċertezza legali fil-katina ekonomika.
3.9 Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni jinkludi dispożizzjonijiet ġodda għat-tikkettjar. F’dan ir-rigward, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tikkettjar ambjentali għandu jiġi promoss aħjar sabiex jiżdied l-użu tiegħu mill-industrija. Il-KESE jixtieq juri f’dan ir-rigward li l-aktar soluzzjoni adegwata tkun li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu standardizzati sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-għanijiet stabbiliti.
3.9.1 Barra minn hekk, xi setturi bħall-industrija tal-ikel u x-xorb diġà għandhom rekwiżiti ta’ tikkettjar eżiġenti ħafna minħabba n-natura tal-prodotti tagħhom, u huma koperti minn regolamenti speċifiċi.
3.9.2 Kif għamel f’okkażjonijiet oħra, il-Kumitat ifakkar li hemm mezzi oħra kif jistgħu jkunu infurmati l-konsumaturi, bħal siti tal-Internet u numri freephone, li huma wkoll validi għal dak li qiegħda tipproponi l-Kummissjoni. Ser ikun neċessarju li titwettaq ħidma ta’ analiżi fuq it-tikkettjar tal-prodotti, kemm fir-rigward tal-kontenut kif ukoll tal-forma. Hemm bżonn ukoll li tiġi promossa l-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni li tidher fuq it-tikketti u l-brand tal-prodotti, peress li din tista’ tħaffef l-iskambji, tgħin lill-konsumtaur u tirrappreżenta xi vantaġġi għall-produttur innifsu. Madankollu, b’mod aktar ġenerali, fil-fehma tal-KESE, l-edukazzjoni tal-konsumaturi hija s-soluzzjoni ideali sabiex titqajjem il-kuxjenza u jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi biex b’hekk ikunu jistgħu jbiddlu l-mod kif jikkunsmaw.
3.10 Il-Kumitat jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tappoġġjax b’mod aktar deċiżiv lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (R+D+i), bħala miżura biex tappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha. Huwa speċjalment f’perijodu ta’ kriżi li hemm bżonn li jinżammu l-isforzi fir-riċerka. Għalhekk jipproponi li jissaħħu l-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-oqsma kollha konnessi mal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli.
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Rapporteur: Is-Sur Ribbe; ĠU C 256, 27.10.2007.
(2) Rapporteur: is-Sur Pezzini; ĠU C 120, 16.5.2008.
(3) Rapporteur: is-Sinjura Darmanin; ĠU C 224, 30.8.2008.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/50 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Iskema ta’ Ekotikketta Komunitarja
COM(2008) 401 finali – 2008/0152 (COD)
2009/C 218/11
Nhar il-11 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“l-Iskema ta’ Ekotikketta Komunitarja”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta’ Jannar 2009. Ir-Rapporteur kienet is-Sinjura GAUCI.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu, li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tas-26 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’157 vot favur, 2 voti kontra, u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
L-Ekotikketta tal-UE għandha tibqa’ strument volontarju. Permezz tan-natura volontarja tagħha, l-iskema tistabbilixxi standards għoljin u ambizzjużi, li jippermettu l-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi b’rendiment ambjentali għoli biss. |
1.2 |
Il-Kumitat jinsisti li l-ġestjoni tal-iskema għandha tittejjeb sabiex tkun tista’ titmexxa b’mod aktar intraprenditorjali. |
1.3 |
Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-fatt li n-numru ta’ gruppi ta’ prodotti u kumpaniji b’liċenzja żdied. |
1.4 |
Il-Kumitat jemmen li Ekotikketta fuq il-prodotti kollha tal-ikel, kemm dawk li huma friski kif ukoll dawk li huma pproċessati, tkun l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ katina tal-provvista li tirrispetta l-ambjent. Madankollu l-Kumitat jemmen li l-Ekotikketta tal-prodotti tal-ikel għandha tingħata biss jekk jitqies iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodott. Il-proposta ma tagħmilhiex ċara liema tipi ta’ prodotti tal-ikel għandhom jiġu koperti mir-Regolament skont il-Kummissjoni. |
1.5 |
Il-Kumitat jemmen li l-ippakkjar jista’ jiġi inkluż fil-kriterji tal-Ekotikketta biss jekk ikun rilevanti għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat. |
2. Daħla
2.1 |
F’Lulju 2008, il-Kummissjoni ppubblikat il-Proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja. Il-Proposta għandha l-għan li tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja. |
2.2 |
Dan mhuwiex suġġett ġdid għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Il-Kumitat esprima l-fehmiet tiegħu dwar il-proposta oriġinali (1) u ressaq ukoll għadd kbir ta’ suġġerimenti dwar l-iżvilupp tal-iskema bħala parti minn opinjonijiet reċenti oħra (2). |
2.3 |
L-abbozzar ta’ din l-opinjoni bbenefika wkoll mid-diversi kontributi tal-korpi kompetenti, gruppi ta’ interess u kumpaniji Ewropej involuti fl-iskema. B’mod partikolari, il-KESE bbenefika mill-preżentazzjonijiet tad-diversi rappreżentanti ta’ negozji, NGOs ambjentali u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li ħadu sehem fis-seduta organizzata fil-bini tal-Kumitat. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
L-istat tal-ambjent qiegħed isir dejjem aktar inkwetanti. Ix-xejriet moderni tal-produzzjoni u l-konsum ikkontribwew għal żieda fid-domanda għall-enerġija u għal ċerti riżorsi li qed jintużaw b’mod li mhuwiex sostenibbli, u qegħdin ixekklu l-għan li jittaffa l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. |
3.2 |
Għalhekk l-ekonomiji llum qed jiffaċċjaw l-isfida ferm kbira li jintegraw is-sostenibbiltà ambjentali mat-tkabbir ekonomiku u l-benesseri sabiex jissewwew l-iżbalji tal-imgħoddi. |
3.3 |
Il-kriżi finanzjarja li laqtet lill-ekonomiji dinjin m’għandhiex iddgħajjef l-isforzi biex jittaffa l-impatt tal-bidla fil-klima u biex jitħares l-ambjent. Għall-kuntrarju, katina tal-provvista li tirrispetta l-ambjent għandha titqies bħala punt ta’ tluq li progressivament għandu japplika għas-setturi industrijali kollha. |
3.4 |
F’dan il-kuntest, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli jimmassimizzaw il-potenzjal li għandhom in-negozji biex ibiddlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet ekonomiċi u jipprovdu valur aħjar għall-konsumaturi. |
3.5 |
L-isfida hija li jittejjeb ir-rendiment ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajja tagħhom, li tingħata spinta qawwija lid-domanda għal prodotti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar, u li l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati. |
3.6 |
Għaldaqstant, il-Kumitat jappoġġja Ekotikketta b’għadd ta’ kriterji u akkreditata minn partijiet terzi, ibbażata fuq “il-kunċett taċ-ċiklu ta’ ħajja” (3) li tista’ tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ dawk l-istrumenti ta’ politika (4). |
3.7 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ kull inizjattiva li jkollha l-għan li tiżviluppa politika Komunitarja ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli u li tkun kompletament integrata f’politiki Komunitarji oħra bl-iskop li jiġi żviluppat “suq ekoloġiku” sabiex jiġi żgurat li dawn il-prodotti u servizzi jimxu ma’ definizzjonijiet ċari u komuni u jkunu tassew disponibbli fl-Istati Membri kollha. |
3.8 |
L-esperjenza miksuba mill-użu tal-iskema tal-Ekotikketta tiġġustifika l-emendar tar-Regolament fis-seħħ. In-nuqqasijiet tal-iskema attwali jistgħu jitqassru kif ġej:
Il-Kumitat ser jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar dawn id-dgħjufijiet taħt il-parti “Kummenti speċifiċi”, li fiha jiddiskuti l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għat-titjib tal-iskema. |
3.9 |
L-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema tal-Ekotiketta tal-UE hija wkoll ta’ importanza kbira billi hija l-uniku strument ta’ politika volontarju marbut mal-prodott u mmexxi mid-domanda bil-għan li jintlaħaq l-objettiv tas-sostenibbiltà. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 L-Ekotikketta tal-UE hija strument volontarju u hekk għandha tibqa’. Permezz tan-natura volontarja tagħha, l-iskema tistabbilixxi standards għoljin u ambizzjużi li jippermettu l-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi b’rendiment ambjentali għoli biss, għall-kuntrarju ta’ prodotti u servizzi li ma jqisux il-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali.
L-Ekotikketta hija maħsuba biex tagħti tagħrif ambjentali speċifiku lill-konsumatur aħħari dwar il-prodott lest, sabiex dan ikun jista’ jagħmel għażla ambjentali infurmata mingħajr xkiel. Madankollu, il-Kumitat jenfasizza li l-Ekotikketta m’għandhiex issir u m’għandhiex tintuża bħala skuża biex jiddaħħlu ostakli kummerċjali ġodda bejn prodotti bl-istess funzjonijiet u rendimenti.
4.2 Il-Kumitat jinsisti li l-ġestjoni tal-iskema għandha titjieb. Jeħtieġ li l-proċess burokratiku ankrat fl-iskema jitħaffef, sabiex din tkun tista’ titmexxa b’mod aktar intraprenditorjali.
Fi kliem ieħor, tinħtieġ definizzjoni ċara ta’ min għandu jagħmel xiex.
4.3 Kemm jista’ jkun, ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali għandu jiffoka fuq l-infurzar tajjeb tar-Regolament u għandu jkopri s-sorveljanza tas-suq b’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni.
4.4 Il-burokrazija marbuta mal-iżvilupp tal-kriterji għall-gruppi tal-prodotti u l-proċeduri tal-applikazzjoni għandha titnaqqas iżda fl-istess waqt l-ambizzjoni għandha tinżamm għolja.
Barra minn dan, il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom jiżguraw ukoll li l-prodotti bil-fjura tal-Ekotikketta ma jkunux ta’ ħsara għas-saħħa, għas-sigurtà jew għal kwalunkwe aspett soċjali ieħor.
4.5 Il-Kumitat jappella għaċ-ċarezza tal-kriterji u l-uniformità tar-rekwiżiti minimi fis-suq intern fir-rigward tas-sistemi ta’ tikkettjar ta’ prodotti ekoloġiċi, sabiex l-għażliet ekoloġiċi tal-konsumatur isiru fuq bażi ġusta u sabiex ikun hemm kontrolli uniformi madwar l-UE u żamma tal-prinċipju tal-moviment ħieles tal-prodotti li huma tassew ekoloġiċi. L-Ekotikketta Ewropea (il-fjura Ewropea) għandha tiġi promossa aktar u għandha tkun f’qagħda li teżisti flimkien mas-sistemi ta’ tikkettjar settorjali, billi dawn it-tikketti huma bbażati wkoll fuq ix-xjenza u huma konsistenti mal-bqija tal-qafas regolatorju Ewropew.
4.6 Barra minn hekk, il-kriterji għas-sustanzi għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji.
Lista sempliċi ta’ sustanzi kimiċi ppreferuti jew mhux mixtieqa, imsejsa esklużivament fuq il-klassifikazzjoni ta’ kemm huma perikolużi, mingħajr l-ebda referenza xjentifika jew legali, spiss twassal għal konfużjoni u diskriminazzjoni. Għaldaqstant, wieħed jista’ jqajjem il-mistoqsija dwar jekk kriterji bħal “materjali perikolużi” għandhomx jiffurmaw parti minn ekotikketta jew le: tikketta ambjentali ma tistax tieħu post il-leġiżlazzjoni uffiċjali tal-UE applikabbli f’dan il-qasam, bħad-Direttiva 67/548/KEE (5).
4.7 Barra minn hekk, il-Kumitat jemmen li xi kultant il-kunsiderazzjonijiet lokali jinfluwenzaw il-kriterji ġenerali. Mhux dejjem huwa minnu li l-kriterji attwali, meqjusa f’ekotikketta speċifika u ddefiniti fil-livell Ewropew jew nazzjonali, huma dawk li jwasslu għall-iċken impatt ambjentali f’sitwazzjoni lokali.
Pereżempju, l-użu tal-ilma jista’ jkollu impatt akbar fin-Nofsinhar tal-Ewropa milli fit-Tramuntana.
Għalhekk il-Kumitat jappoġġja l-iżvilupp ta’ kriterji li mhumiex soġġetti għal varjazzjonijiet kbar fl-impatt lokali tagħhom.
4.8 Id-dokumenti dwar il-kriterji għandhom ikunu ħafna aktar faċli li jinftiehmu u għandu jkollhom format standardizzat. Għaldaqstant il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni Ewropea għandha toħloq mudell għal dokumenti standardizzati li l-utent jista’ jifhem mingħajr diffikultà, sabiex b’hekk il-kumpaniji u x-xerrejja pubbliċi jiffrankaw il-ħin u r-riżorsi fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet skont il-kriterji tal-Ekotikketta.
4.9 Il-Kummissjoni ssostni li l-għadd ta’ gruppi ta’ prodotti u kumpaniji b’liċenzja għandu jiżdied sostanzjalment, b’konċentrazzjoni fuq l-oqsma bl-ogħla impatt ambjentali u dawk fejn hemm l-aqwa possibbiltà ta’ titjib.
Filwaqt li l-Kumitat jilqa’ din l-idea fil-prinċipju, jemmen li l-ambitu tal-ekotikkettjar m’għandux jiġi estiż bla rażan.
4.9.1 Ħafna industriji Ewropej ħassew pressjoni kbira biex jipprovdu tagħrif ambjentali lill-partijiet interessati. Din il-pressjoni ġejja mill-UE u l-Istati Membri individwali, u hija espressa fix-xewqa li l-prodotti jkollhom xi forma ta’ marka jew għall-inqas jagħtu indikazzjoni tal-kredenzjali tagħhom favur l-ambjent. Dawn l-industriji qed iwieġbu għaż-żieda fil-kuxjenza u d-domanda għal tagħrif ambjentali tal-utenti professjonali u l-konsumaturi. Il-kunċett ta’ ekotikkettjar (6) huwa bla dubju adattat għas-swieq fejn il-konsumatur jista’ ġeneralment jitqies bħala nieqes mit-tagħrif jew mhux espert u fejn il-prodotti f’kompetizzjoni ma’ xulxin huma ddefiniti sewwa.
4.10 Ekotikketta aktar ta’ suċċess tiddependi fuq kollox minn żieda sostanzjali fil-baġit għall-promozzjoni, li tgħin biex it-tagħrif dwarha jitwassal kemm lin-negozji kif ukoll lill-konsumaturi.
4.10.1 Kif imsemmi qabel, minn naħa, l-iskema tal-Ekotikketta tbati min-nuqqas ta’ għarfien tal-konsumatur.
Il-konsumatur medju ma jafx bl-iskema tal-Ekotikketta jew inkella mhuwiex infurmat biżżejjed dwar il-parametri li jkunu tqiesu fl-għoti tagħha. L-għażla ambjentali tal-konsumatur bħalissa mhux qed titħeġġeġ kif jixraq permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni.
4.10.2 Min-naħa l-oħra, jeħtieġ ukoll li n-negozji jiġu infurmati aħjar dwar il-vantaġġi marbutin mal-użu tal-Ekotikketta. B’hekk l-iskema tkun tista’ tissaħħaħ u n-negozji jkunu jistgħu jiffrankaw il-ħin u r-riżorsi billi ma jkollhomx bżonn ifittxu l-informazzjoni dwar kif jistgħu jingħataw l-Ekotikketta.
4.11 Il-Kumitat għadu tal-fehma li l-iżvilupp tal-għadd ta’ kriterji adottati għall-gruppi ta’ prodotti u l-għadd ta’ ekotikketti mogħtija sal-lum m’għandux jiġi ġġudikat b’mod negattiv. Wieħed għandu jqis il-fatt li r-Regolament m’ilux li daħal fis-seħħ. L-“Anġlu Blu” Ġermaniż (1977) u ċ-“Ċinju Nordiku” (1989), li llum huma stabbiliti sewwa fis-swieq nazzjonali tagħhom u sa ċertu punt anke barra mill-pajjiż, fil-bidu għaddew minn diżappunti u problemi simili. Huma wkoll bdew bil-mod.
4.12 Il-Kumitat huwa konvint ukoll li minħabba l-implikazzjonijiet ta’ ostakli għall-kummerċ tal-iskemi nazzjonali, il-futur tat-tikkettjar ambjentali jiddependi mit-tisħiħ tal-iskema tal-UE. Biex dan jinkiseb, irid isir sforz biex il-kriterji ta’ dawn l-iskemi nazzjonali ta’ ekotikketta jiġu kemm jista’ jkun armonizzati.
5. Xi kummenti dwar l-Artikoli tal-Abbozz ta’ Regolament
5.1 Fir-rigward tal-proċedura ta’ valutazzjoni bħala tali, il-Kumitat jemmen li l-Artikolu 7.2, li jipprevedi “proċedura mqassra għall-iżvilupp tal-kriterji” jista’ jippermetti d-dħul mhux leġittimu fl-iskema tal-UE. Huwa essenzjali li l-partijiet interessati jkollhom il-garanzija ta’ standards għoljin ta’ trasparenza u konsultazzjoni.
5.2 Il-prodotti tal-ikel u tax-xorb (flimkien mal-mediċini u t-tagħmir mediku) huma esklużi mill-ambitu tar-Regolament attwali (KE)1980/2000 sabiex jiġu evitati kunflitti potenzjali mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel li tirregola, inter alia, aspetti bħas-sigurtà tal-ikel, l-iġjene u t-tikkettjar tal-prodotti tal-ikel.
5.3 Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li l-ambitu tar-Regolament tal-Ekotikketta jiġi estiż għal parti limitata tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb, jiġifieri l-ikel ipproċessat, il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb jibqgħu esklużi. (7)
5.4 Barra minn hekk, l-Artikoli 7(3) u 9(10) jistipulaw li fir-rigward tal-ikel ipproċessat, l-Ekotikketta “tirrigwarda biss ir-rendiment ambjentali tal-ipproċessar, it-trasport jew l-ippakkjar tal-prodott”. Fi kliem ieħor, il-valutazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti tal-ikel u tax-xorb hija limitata għal għadd ristrett ta’ stadji fiċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, jiġifieri l-ipproċessar, l-ippakkjar u t-trasport.
5.5 Il-Kumitat ma jaqbilx ma’ din il-proposta frammentata tal-KE għal żewġ raġunijiet.
5.5.1 L-ewwel nett, il-Kumitat huwa mħasseb li dan in-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju taċ-ċiklu ta’ ħajja, li huwa fundamentali għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Ekotikketta kif ukoll għall-istandards kollha internazzjonali dwar il-valutazzjoni taċ-ċiklu ta’ ħajja, jirriżulta f’valutazzjonijiet tal-impatt li jxaqilbu lejn naħa jew oħra u li b’hekk jistgħu jagħtu informazzjoni qarrieqa lill-konsumaturi.
Għadd konsiderevoli ta’ studji xjentifiċi, inklużi l-istudji EIPRO u IMPRO, li twettqu f’isem il-KE, jikkonkludu li l-impatti ambjentali kritiċi tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb jinħolqu kemm fl-istadju tal-produzzjoni agrikola kif ukoll f’dak tal-konsum.
Ta’ min jistaqsi għaliex dawn l-istadji tassew sinifikanti taċ-ċiklu ta’ ħajja għandhom jitħallew barra mill-valutazzjoni.
5.5.2 It-tieni nett, huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex l-ikel frisk għandu jiġi eskluż mill-ambitu ta’ applikazzjoni tal-iskema riveduta tal-Ekotikketta filwaqt li l-ikel ipproċessat għandu jiġi inkluż.
5.5.3 Il-Kumitat jinkwieta li dan it-traqqigħ ta’ tagħrif inkoerenti dwar il-prodotti tal-ikel u tax-xorb jista’ joħloq konfużjoni u jiżgwida lill-konsumaturi.
5.5.4 Il-Kumitat jemmen li ekotikketta fuq il-prodotti kollha tal-ikel u tax-xorb, friski jew ipproċessati, tkun l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ katina tal-provvista li tirrispetta l-ambjent: il-produzzjoni tal-ikel u tax-xorb għandha impatt ambjentali wiesa’ u l-kriterji tal-Ekotikketta jistgħu jgħinu sabiex dan jittaffa.
Barra minn dan, mil-lat kummerċjali, ekotikketta għall-prodotti tal-ikel u tax-xorb tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti mgħammra bl-Ekotikketta. Atturi globali li jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta jkunu jistgħu jpoġġu l-prodotti tagħhom fis-suq mingħajr interferenza min-naħa ta’ ekotikketti lokali li jikkoeżistu mal-fjura tal-Ekotikketta Ewropea. L-Ekotikketta Ewropea ser tkun garanzija tajba għar-rendiment ambjentali ta’ prodott tal-ikel li ma tippreġudikax il-preferenzi lokali, filwaqt li tippromovi standard ta’ impatt ambjentali baxx ħafna mal-Ewropa kollha.
5.5.5 Il-proposta ma tagħmilhiex ċara liema tipi ta’ prodotti tal-ikel għandhom jiġu koperti mir-Regolament skont il-Kummissjoni. Ir-referenza għar-Regolament 178/2002 Artikolu 2(2) ma tiċċarax din il-kwistjoni, għax l-Artikolu ma jagħtix definizzjoni tal-prodotti tal-ikel ipproċessati. Min-naħa l-oħra, tista’ tinstab definizzjoni kemm għall-prodotti tal-ikel ipproċessati kif ukoll dawk friski fir-Regolamenti 852/2004 u 853/2004. Lanqas ma huwa ċar għal xiex qiegħda tirreferi l-frażi “il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura”.
Hemm riskju serju li l-proposta ddgħajjef l-affidabilità tal-Ekotikketta. Barra minn hekk, ma nistgħux nappoġġjaw l-inklużjoni tal-prodotti tal-ikel hekk kif inhi proposta fl-abbozz attwali.
5.5.6 Ir-rabta bejn ir-Regolament dwar il-produzzjoni organika u r-Regolament tal-Ekotikketta mhijiex xierqa. Il-mod kif tpoġġa l-kliem fl-Artikolu 9(10) għandu mnejn iħawwad lill-konsumaturi, minflok ma jgħinhom jagħmlu għażla raġonevoli mill-perspettiva ambjentali. Hemm ir-riskju li l-affidabilità taż-żewġ tikketti tiddgħajjef. Ma jagħmilx sens, pereżempju, li prodott jista’ jingħata tliet tipi ta’ tikkettjar differenti: (1) it-tikketta organika u l-Ekotikketta; (2) it-tikketta organika biss; jew (3) l-Ekotikketta biss, flimkien ma’ informazzjoni li tgħid li l-Ekotikketta tkopri biss l-ipproċessar, l-ippakkjar u t-trasport.
5.5.7 L-Artikolu 6(4) juri li meta ġew stabbiliti l-kriterji tal-Ekotiketta saret enfażi fuq l-ambjent, inklużi l-aspetti ta’ saħħa u sigurtà. Huwa importanti li jiġi ċċarat xi tfisser il-kelma saħħa f’dan ir-Regolament. Fil-każ tal-prodotti tal-ikel dan it-terminu jqajjem għadd sħiħ ta’ kwistjonijiet problematiċi marbuta mas-saħħa u d-dieta. Jeħtieġ li dawn jiġu ttrattati b’mod konkret, inkluża l-kwistjoni ta’ kif l-informazzjoni għandha tingħata lill-konsumaturi.
Dawn il-problemi għandhom jiġu solvuti qabel ma nikkumentaw dwar jekk, u kif, il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu koperti mill-Ekotikketta.
5.5.8 F’dan il-kuntest, il-Kumitat jemmen li l-ippakkjar għandu jiddaħħal fil-kriterji tal-Ekotikketta biss meta jkun rilevanti għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat: l-ippakkjar m’għandux jitqies bħala “prodott” għaliex ma jistax jitqies b’mod iżolat, mifrud mill-prodott ta’ ġo fih.
Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 296, 29.9.1997, p. 77.
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Produzzjoni Ekoloġika, ĠU C 224/1, 30.8.2008.
(3) Il-kunċett ta’ ċiklu ta’ ħajja huwa l-proċess li permezz tiegħu, dejjem sakemm dan ikun possibbli, jitqiesu r-riżorsi kollha kkunsmati, u l-implikazzjonijiet ambjentali u sanitarji kollha li jkunu assoċjati maċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott (prodott jew servizz), eż. l-estrazzjoni tar-riżorsi, il-produzzjoni, l-użu, it-trasport, ir-riċiklaġġ u t-trattament u r-rimi tal-iskart. Dan il-proċess jgħin sabiex jiġi evitat it-“tħarrik tal-piżijiet”, jiġifieri tal-impatti jew tal-konsum tar-riżorsi, fost l-istadji taċ-ċiklu ta’ ħajja, iż-żoni ġeografiċi u l-oqsma tal-problemi ambjentali u ta’ saħħet il-bniedem, bħat-Tibdil fil-Klima, l-Ismogg Sajfi, ix-Xita Aċiduża jew it-Tnaqqis tar-Riżorsi, eċċ. Il-valutazzjoni taċ-ċiklu ta’ ħajja (Life Cycle Assessment, LCA) hija l-metodu kwantitattiv standardizzat għall-ġabra u l-valutazzjoni tal-inputs u l-outputs u l-impatti ambjentali potenzjali tas-sistema ta’ prodott tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu (ISO 14040 ff).
(4) L-importanza ta’ skema ta’ Ekotikketta diġà ġiet enfasizzata f’dokumenti preċedenti ta’ politika, bħall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Integrata għall-Prodotti u s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi.
(6) L-Ekotikketta Ewropea hija Ekotikketta tat-tip I. Ekotikketta ISO tat-tip I hija ekotikketta li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ISO 14024.
(7) L-Artikolu 2 (L-ambitu) tal-proposta tal-KE jgħid: “Fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu japplika biss għall-ikel ipproċessat u l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.”
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/55 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki
COM(2008) 469 finali – 2008/0160(COD)
2009/C 218/12
Nhar il-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur NARRO.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tas-26 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’95 vot favur, 59 vot kontra u 30 astensjoni.
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex tarmonizza r-regolamentazzjoni dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki. Is-sitwazzjoni attwali ta’ din l-attività mhijiex sostenibbli u huwa xieraq li jiġu promossi bidliet sostanzjali fuq skala internazzjonali. |
1.2 |
Minħabba n-nuqqas ta’ bażi legali speċifika fit-Trattat li tindirizza l-kwistjonijiet marbuta mal-benesseri tal-annimali, il-Kumitat jemmen li l-għażla tal-Artikolu 95 tat-TKE dwar il-frammentazzjoni tas-suq intern hija tajba sabiex jittieħdu azzjonijiet leġiżlattivi f’dan il-qasam. Il-każistika Komunitarja tikkonferma l-leġittimità ta’ din id-deċiżjoni. |
1.3 |
Il-Kumitat jipproponi li d-dħul fis-seħħ tas-sistema ta’ derogi jiġi pospost u jirrakkomanda li fl-2012 il-Kummissjoni tippreżenta rapport dettaljat dwar l-evoluzzjoni tal-liġijiet marbuta mal-kaċċa tal-foki sabiex iservi ta’ bażi għall-għoti eventwali tad-derogi mill-2012 ’il quddiem. |
1.4 |
Il-projbizzjoni għandha tkun totali matul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tas-sistema l-ġdida, bl-unika eċċezzjoni tkun il-kaċċa li jipprattikaw l-Eskimiżi tal-Kanada (il-poplu Inuit) biex jgħixu. |
1.5 |
Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-miżuri mressqa fil-Proposta leġiżlattiva, huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tfassal sistemi ta’ monitoraġġ effikaċi. Il-monitoraġġ ma jistax isir biss mill-Istat li jitlob deroga. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta’ dak li jkun ġie stipulat fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi korrispondenti. |
1.6 |
Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni twettaq l-istudji meħtieġa biex tiddetermina l-impatt li l-bidla fil-klima tista’ tħalli fuq il-konservazzjoni tal-ispeċi. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Il-grupp tal-annimali magħruf bħala pinnipedi jiġbor fih total ta’ 33 speċi ta’ foki, iljuni tal-baħar, foki tal-fer, iljunfanti tal-baħar u walrus. Huma mammiferi ta’ daqsijiet differenti li jinġabru fi gruppi kbar sabiex jirriproduċu sew fuq l-art sew fuq is-silġ. |
2.2 |
Minkejja li l-għaqdiet ambjentali (1) bdew iwissu dwar it-tnaqqis qawwi fil-popolazzjoni tal-foki minħabba, fost fatturi oħra, l-effetti tal-bidla fil-klima, l-organizzazzjonijiet tal-kaċċaturi u l-gvernijiet tal-Istati fejn jirriproduċu l-foki jiċħdu li hemm xi problema bil-konservazzjoni tal-ispeċi, u jirrimarkaw li hemm mal-15-il miljun foka li jistgħu jiġu kkaċċjati. Fl-aħħar snin id-dibattitu dwar il-kaċċa tal-foki ffoka fuq il-kwistjonijiet tal-benesseri tal-annimali, filwaqt li l-aspetti marbuta mal-konservazzjoni tal-ispeċi ma ngħatawx daqshekk importanza. L-UE għandha leġiżlazzjoni speċifika dwar il-konservazzjoni tal-foki (2). |
2.3 |
Il-kaċċa kummerċjali tal-foki ssir fil-Kanada, Greenland, in-Namibja, in-Norveġja u r-Russja. Dawn il-pajjiżi kollha żviluppaw liġijiet differenti biex jirregolaw il-kaċċa tal-foki. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għarfet in-nuqqas ta’ data affidabbli dwar il-popolazzjoni tal-foki u l-għadd ta’ annimali maqtula kull sena. Skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet ta’ kull Stat, il-foki jiġu kkaċċjati l-aktar fil-Kanada, fejn jinqatlu kważi 300 000 annimal fis-sena. Skont id-data tal-Gvern Kanadiż (3), fl-2008 nqabdu 275 000 foka filwaqt li ngħataw total ta’ 17 000 liċenzja. Wara l-Kanada jiġu Greenland (4) u n-Namibja (5) b’numru ta’ annimali maqtula fis-sena wisq iżgħar minn dak tal-Kanada, jiġifieri 160 000 u 80 000 annimal rispettivament. |
2.4 |
Fl-Unjoni Ewropea, il-foki jinqatlu u jinselħu f’żewġ Stati: il-Finlandja u l-Iżvezja. Fir-Renju Unit (fl-Iskozja) isiru prodotti mill-foki. Fit-territorju tal-Komunità din l-attività m’għandhiex dimensjoni kummerċjali bħal m’għandha fin-Norveġja jew il-Kanada, iżda għandha għan doppju ta’ rikreazzjoni u kontroll tal-popolazzjonijiet li jieklu l-ħut. |
2.5 |
Il-foki jinqatlu biex il-ġilda tagħhom tintuża għall-kowtijiet, xaħamhom għaż-żjut, laħamhom għall-għalf u l-ġenitali tagħhom għall-produzzjoni tal-afrodiżjaċi – dawn tal-aħħar kulma jmur qed jiġu apprezzati dejjem iktar fil-kontinent Ażjatiku. |
2.6 |
Il-foki jistgħu jinqatlu b’mod differenti. L-aktar strumenti komuni huma l-ixkubetti u l-ħakapiks (tip ta’ baqqun li jispiċċa f’forma ta’ martell). Għalkemm dan it-tip ta’ strument jidher primittiv u xejn raffinat, skont ix-xjenzati l-użu tal-ħakapik huwa l-aktar metodu effikaċi biex jistordi u joqtol foka malajr. |
2.7 |
Fl-opinjoni xjentifika (6) tagħha ppubblikata fl-2007, l-EFSA ssostni li l-foki jistgħu jinqatlu minnufih u b’mod effikaċi bla ma jweġġgħu jew isofru mingħajr bżonn. Madankollu, tirrikonoxxi li fil-prattika l-foki mhux dejjem jinqatlu b’mod effikaċi u uman. Id-diversi liġijiet nazzjonali għandhom jirregolaw id-daqs u l-mod kif jintuża l-ħakapik, kif ukoll il-kalibru tal-ixkubetti u l-veloċità tal-balal. |
3. Sommarju tal-Proposta mill-Kummissjoni
3.1 |
Fis-26 ta’ Settembru 2006, il-Parlament Ewropew adotta dikjarazzjoni (7) u fiha talab lill-Kummissjoni Ewropea tfassal proposti leġiżlattivi bil-għan li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti ġejjin minn żewġ speċi ta’ foki; il-foka Pagophilus Groenlandicus u l-foka Cystophora cristata. Barra minn hekk, fid-dikjarazzjoni ntalab li l-kaċċa tradizzjonali tal-foki pprattikata mill-Eskimiżi tal-Kanada (il-poplu Inuit) titqies bħala każ speċjali. |
3.2 |
L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat rakkomandazzjoni dwar il-kaċċa tal-foki li tħeġġeġ lill-Membri tagħha jipprojbixxu l-metodi krudili kollha tal-kaċċa li ma jiggarantixxux il-mewt instantanja tal-annimal. |
3.3 |
Fl-aħħar snin il-Belġju, l-Olanda u s-Slovenja adottaw liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki. Pajjiżi oħra tal-UE wkoll iddeċidew li jagħmlu liġijiet b’rabta ma’ din il-kwistjoni u bħalissa qed ifasslu dawn il-liġijiet nazzjonali. |
3.4 |
Fil-bidu tal-2007 l-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni mal-partijiet interessati li ngħalqet bl-opinjoni xjentifika ppreżentata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (8). F’April 2008 d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea ppubblika studju dwar l-impatt potenzjali tal-projbizzjoni tal-prodotti mill-foki. |
3.5 |
Fit-23 ta’ Lulju 2008 l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Proposta għal Regolament (9) dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki. Il-bażi legali ta’ din il-Proposta kienet l-Artikoli 95 u 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-Artikolu 95 jirreferi għall-frammentazzjoni tas-suq intern u l-Artikolu 133 jiffoka fuq il-politika kummerċjali komuni. Il-kriterji għall-użu tal-bażi legali li jipprovdi l-Artikolu 95 ġew stabbiliti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
3.6 |
Il-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti mill-foki fil-Komunità. Madankollu, tistabbilixxi sistema ta’ derogi li tippermetti l-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali f’każ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-benesseri tal-annimali msemmija fir-Regolament (10). Dawn il-kundizzjonijiet huma maħsuba biex jiżguraw li l-foki jinqatlu jew jinselħu bla ma jweġġgħu, isofru jew ibatu mingħajr bżonn. |
3.7 |
Il-Kummissjoni Ewropea teżenta awtomatikament il-kaċċa tradizzjonali tal-foki pprattikata bħala mezz ta’ għajxien mill-Eskimiżi tal-Kanada (il-poplu Inuit). Il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri adegwati biex tiżgura l-oriġini tal-prodotti mill-foki. |
3.8 |
Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda biex jinfurzaw dan ir-Regolament. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tarmonizza r-regolamentazzjoni dwar il-metodi aċċettabbli għall-kaċċa tal-foki u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tagħhom. |
4.2 |
Il-Proposta għal Regolament tiffoka fuq il-benesseri tal-annimali u ma tindirizzax il-problema marbuta mal-konservazzjoni tal-ispeċi. L-għaqdiet ambjentali Ewropej enfasizzaw il-ħtieġa li l-aspetti tal-konservazzjoni jiġu inklużi fit-test leġiżlattiv. Madankollu, l-UE għandha leġiżlazzjoni soda fil-qasam tal-konservazzjoni u għandha strumenti speċifiċi għall-konservazzjoni tal-foki, li huma komplementari mal-miżuri inklużi fil-Proposta. |
4.3 |
Jidher ċar li l-bidla fil-klima (l-aktar il-fenomenu tad-dewbien tas-silġ) se taffettwa b’mod dirett il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tar-riproduzzjoni tal-foki. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba twettaq il-valutazzjonijiet u l-istudji xjentifiċi rilevanti sabiex tforni data reali dwar l-impatt negattiv potenzjali tal-bidla fil-klima fuq il-popolazzjonijiet tal-foki, u jekk ikun hemm bżonn, tirrevedi u tadotta l-istrumenti Komunitarji fil-qasam tal-konservazzjoni. |
4.4 |
L-UE m’għandhiex bażi legali speċifika fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea biex tirregola l-aspetti marbuta mal-benesseri tal-annimali. In-nuqqas ta’ bażi legali espliċita twassal biex l-UE timla dan il-vojt bl-użu ta’ bażijiet legali differenti oħra, li xorta waħda huma leġittimi, biex tindirizza l-kwistjoni. F’dan il-każ, bis-saħħa tal-Artikolu 95, li huwa kontroversjali, dwar il-frammentazzjoni tas-suq intern l-UE tista’ tarmonizza l-leġiżlazzjoni marbuta mal-benesseri tal-annimali, kunċett li ġie kkwalifikat mill-każistika tal-Komunità bħala ta’ “interess ġenerali”. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-pil tal-qtates u tal-klieb (11), il-KESE aċċetta l-bażi legali msemmija għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benesseri tal-annimali u enfasizza l-konformità tagħha mar-regoli tal-kummerċ imfassla mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
4.5 |
Minħabba n-nuqqas ta’ monitoraġġ Komunitarju f’dan il-qasam, in-nuqqas ta’ data (fatt rikonoxxut uffiċjalment mill-EFSA) u l-interess ekonomiku marbut ma’ din il-kwistjoni huwa diffiċli li tinkiseb viżjoni ċara u reali tal-kaċċa tal-foki barra mill-UE. Il-bidliet leġiżlattivi potenzjali fil-pajjiżi fejn jinqatlu l-foki, bil-għan li jikkonformaw mal-kriterji Komunitarji l-ġodda, fil-prattika mhux bilfors jimplikaw titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tal-qtil tal-foki. |
4.6 |
Il-projbizzjoni ġenerali, flimkien mas-sistema ta’ derogi li jingħataw wara, timplika l-introduzzjoni ta’ strument ġdid li jista’ joħloq preċedent importanti għall-proċessi leġiżlattivi Komunitarji tal-ġejjieni. Għaldaqstant, il-KESE ma jirrifjutax għalkollox l-iskema tad-derogi proposta mill-Komunità iżda jitlob li tidħol fis-seħħ aktar tard b’tali mod li matul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tar-Regolament il-projbizzjoni ġenerali tkun totali, għajr għall-komunità Inuit li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-kaċċa tal-foki. Jekk din l-iskema tidħol fis-seħħ aktar tard, mil-lat tekniku l-UE tkun tista’ tiżviluppa sistema ta’ derogi iktar dettaljata u b’saħħitha mill-iskema ġenerali mressqa fil-Proposta oriġinali. Barra minn hekk, b’dan id-dewmien il-monitoraġġ jiġi ffaċilitat u jinstabu elementi ġodda biex jiġi vvalutat l-għoti eventwali tad-derogi. |
4.7 |
Ir-rapport Komunitarju fl-2012 dwar il-bidliet li jsiru fil-liġijiet nazzjonali dwar il-kaċċa tal-foki, l-implimentazzjni prattika u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ jista’ jkun ferm siewi biex l-awtoritajiet Komunitarji jkunu jistgħu jevalwaw l-avvanzi mwettqa u jiddeċiedu jekk jagħtux derogi minn dik id-data ’l quddiem. Minħabba n-nuqqas ta’ data, jinħtieġ sforz Komunitarju ikbar li jippermetti l-ġbir tad-data rilevanti u meħtieġa kollha. |
4.8 |
Il-KESE jittama li l-Proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni toħloq inċentiv ġenwin biex dawk l-Istati li fihom issir il-kaċċa tal-foki jkunu jistgħu jadattaw il-leġiżlazzjoni u l-prattiki bil-għan li l-foki jinqatlu b’mod aktar “uman”. L-istatus quo attwali rigward il-qtil tal-foki mhux sostenibbli u għandhom jitħeġġu l-bidliet meħtieġa minkejja l-limitazzjonijiet tal-kompetenza tal-UE f’dan il-qasam. |
4.9 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jadottaw sistema ta’ sanzjonijiet effikaċi, dissważivi u proporzjonati bil-għan li tiġi żviluppata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-kaċċa tal-foki u tkun effikaċi. Sistema effikaċi ta’ sanzjonijiet għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumaturi. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1 |
Minkejja li l-Proposta għal Regolament ma tindirizzax il-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-kaċċa tal-foki, il-KESE jemmen li għandu jesprimi ruħu dwar ċerti kwistjonijiet rikorrenti fid-dibattitu dwar il-kaċċa tal-foki. L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat mingħajr ambigwità li l-qtil tal-foki ma jistax jiġi definit bħala attività tas-sajd iżda bħala l-kaċċa tal-mammiferi. It-tieni, huwa dibattibbli kemm il-foki jistgħu jingħataw it-tort għat-tnaqqis fir-riżorsi marini u b’mod aktar speċifiku fil-konċentrazzjonijiet tal-merluzz. L-ebda studju xjentifiku ma jikkonferma dan l-argument li qed jintuża biex jiġġustifika l-kaċċa tal-foki f’xi pajjiżi. Minħabba l-kumplessità tal-ekosistema tal-baħar ma jistgħux isiru stqarrijiet definiti ta’ din ix-xorta. |
5.2 |
Fil-Proposta tagħha l-Kummissjoni ma tagħmilx differenza bejn il-kaċċa tal-foki fuq skala kbira u żgħira. Din il-filosofija tal-Kummissjoni hija tajba jekk nikkunsidraw li l-għan aħħari tal-Proposta huwa msejjes fuq il-benesseri tal-annimali. L-introduzzjoni ta’ eċċezzjonijiet partikolari għall-pajjiżi Ewropej li jipprattikaw il-kaċċa tal-foki fuq skala żgħira ma tistax tiġi ġġustifikata mill-perspettiva tal-benesseri tal-annimali u tista’ tqajjem id-dubji dwar il-legalità tal-Proposta kollha fil-livell internazzjonali. |
5.3 |
Il-ħidma ta’ monitoraġġ f’dan il-qasam tirriżulta diffiċli u kumplessa immens, u trid titwettaq f’kundizzjonijiet klimatiċi avversi ħafna. Il-monitoraġġ għandu jidentifika n-numru reali ta’ annimali maqtula u l-livell ta’ konformità, fil-prattika, mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fil-qasam. Sistema ta’ monitoraġġ mmexxija kompletament mill-pajjiż li jitlob deroga, mal-ewwel daqqa t’għajn, ma tidhirx li hi l-aqwa formula biex tiggarantixxi l-indipendenza tagħha. L-UE għandha tifforma tim ta’ esperti li jwettaq il-monitoraġġ fuq il-post f’dawk il-pajjiżi li jitolbu deroga. Il-finanzjament ta’ dan il-korp Ewropew ta’ spetturi għandu jsir mill-pajjiżi li jkunu jixtiequ jesportaw lejn is-suq Komunitarju. B’dan il-mod, l-UE jkollha iktar informazzjoni sabiex tevalwa l-effikaċja tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni u tikkettar. |
5.4 |
L-iżvilupp ta’ sistema fakultattiva ta’ ċertifikazzjoni u tikkettar fil-pajjiżi li jitolbu deroga twieġeb għas-sensittività li esprimew kemm-il darba ċ-ċittadini Ewropej u li ġiet riflessa fil-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni. L-inizjattivi dwar iċ-ċertifikazzjoni u tikkettar għandha tkun akkumpanjata, ikun xi jkun il-każ, minn miżuri ġenerali ta’ projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki. Jekk ma jsirx dan, ma jkunx faċli li jinkisbu l-għanijiet tal-benesseri tal-annimali li tressaq il-Kummissjoni fil-Proposta tagħha. |
5.5 |
Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu żviluppati fil-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament b’tali mod li jiġu stipulati il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u t-tikettar b’mod preċiż. Fl-imgħoddi, minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni f’dan il-qasam, it-tikketti impreċiżi ħawdu u żgwidaw lill-konsumaturi. Normalment fis-suq insibu prodotti mħejjija bi prodotti mill-foki ttikkettati bħala “żejt tal-baħar” jew “żejt tal-ħuta”. Għalhekk huwa importanti ħafna li t-tikketti ta’ dawn il-prodotti jindikaw mhux biss l-ispeċi tal-foki li jiġu minnhom iżda wkoll l-oriġini tal-annimal. |
5.6 |
Il-kumitat li se jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-proċedura tal-għoti tad-derogi għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-operaturi kollha li huma milquta minn din l-istess proċedura. |
Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) IFAW technical briefing 2008/01 (Tagħrif tekniku fil-qosor tal-IFAW 2008/01).
(2) Id-Direttiva 92/43 tal-21 ta’ Mejju 1992.
(3) Seals and sealing in Canada, Facts about seals 2008 (Il-foki u l-kaċċa tal-foki fil-Kanada, il-fatti fuq il-foki 2008).
(4) Groenlandia home rule, 2006.
(5) Ir-rapport tal-EFSA “Animal welfare aspects of the killing and skinning of seals” (L-aspetti tal-benesseri tal-annimali fil-qtil u s-sliħ tal-foki), Diċembru 2007.
(6) Opinjoni xjentifika tal-EFSA tas-6 ta’ Diċembru 2007, EFSA Journal (2007) 610, p. 122.
(7) Dikjarazzjoni 38/2006 tal-Parlament Ewropew.
(8) Opinjoni xjentifika EFSA tas-6 ta’ Diċembru 2007, EFSA Journal (2007) 610, p. 122.
(9) COM(2008) 469 finali.
(10) Artikolu 4(1) tal-Proposta għal Regolament.
(11) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 42.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
COM(2008) 402 finali – 2008/0154 (COD)
2009/C 218/13
Nhar il-11 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 175 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) –”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur PEZZINI.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’166 vot favur, 5 voti kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat huwa tal-fehma li r-reviżjoni tal-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali – EMAS hija okkażjoni kruċjali għat-tnedija mill-ġdid tal-iskema Komunitarja volontarja, u li din ir-reviżjoni kapaċi tikkonferma l-istabbiliment definittiv tagħha bħala standard ta’ eċċellenza u strument ta’ komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet, tal-produzzjonijiet u taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti, integrata b’mod sħiħ mal-istrumenti l-oħra tal-politika ambjentali.
1.2 Il-Kumitat jidhirlu li r-Regolament propost il-ġdid għadu kumpless wisq u li jeħtieġ li jsir sforz kreattiv ieħor sabiex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet b’tali mod li s-suq jirrikonoxxi fl-Iskema EMAS valur ambjentali miżjud ta’ eċċellenza u vantaġġi u responsabbiltajiet proporzjonati mal-objettiv tagħha, l-iktar għall-organizzazzjonijiet u għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir, flimkien ma’ mertu internazzjonali sħiħ, biex b’hekk titnaqqas il-burokrazija u l-ispejjeż tekniċi u amministrattivi, li għadhom kbar iżżejjed.
1.3 Skont il-Kumitat, jista’ jsir pass importanti ‘l quddiem jekk wieħed isir konxju, f’livell Komunitarju, mill-obbligi u mir-responsabbiltajiet għall-utent individwali li joħorġu mill-applikazzjoni tar-Regolamenti varji tal-ħarsien ambjentali, u mill-vantaġġi u mill-eżenzjoni tat-taxxa li jistgħu jitnisslu mill-adozzjoni tal-Iskema EMAS.
1.3.1 Bl-istess mod, huwa importanti li tiġi żviluppata kultura pożittiva f’dan ir-rigward min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi b’setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ monitoraġġ.
1.4 Jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet, l-iktar dawk żgħar, jiġu mħeġġa jieħdu sehem fl-EMAS, billi jkun faċilitat l-aċċess għall-informazzjoni, għall-fondi disponibbli u għall-istituzzjonijiet pubbliċi u wkoll billi jittieħdu jew jiġu promossi miżuri ta’ għajnuna teknika, billi jiġu semplifikati l-proċeduri u l-mekkaniżmi u billi jitnaqqsu l-ispejjeż u l-ħlasijiet tekniċi ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni.
1.5 Fil-fehma tal-Kumitat, l-Iskema EMAS trid issir “standard ta’ eċċellenza” veru u proprju u garanzija ta’ kwalità ambjentali li ttejjeb ukoll il-valur tal-prodotti, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq ir-rabtiet mar-Regolamenti dwar l-ekotikkettar.
1.6 Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-irfigħ ċar tar-responsabbiltà individwali minn organizzazzjonijiet jew intrapriżi fil-parteċipazzjoni volontarja tagħhom fl-Iskema EMAS u li tali organizzazzjonijiet jew intrapriżi jaqblu kemm li jkunu soġġetti għal obbligi u kontrolli bl-involviment sħiħ tal-persunal, kif ukoll li jgawdu mill-vantaġġi li jistgħu jitnisslu minnha u, għaldaqstant, huwa kontra kull forma ta’ responsabbiltà kollettiva fejn entità waħda ġġorr ir-responsabbiltà f’isem oħrajn, għalkemm clusters u netwerks li jippromwovu u li jiffaċilitaw l-Iskema EMAS għandhom jiġu mħeġġa.
1.7 Il-Kumitat jenfasizza l-fatt li, sabiex tiġi promossa l-Iskema EMAS, huwa importanti li l-partijiet interessati jiġi involuti b’mod kontinwu u sistematiku f’livell Komunitarju, nazzjonali u reġjonali – kundizzjoni essenzjali sabiex jintlaħaq kwalunkwe objettiv ambjentali tal-Iskema EMAS, b’finijiet definiti proattivi u mhux repressivi.
1.8 Il-Kumitat japprova l-identifikazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ għadd ta’ indikaturi ewlenin, b’rabta ma’ fatturi bħal:
— |
l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, |
— |
l-użu u l-preservazzjoni tal-art, |
— |
l-ilma u l-arja, |
— |
l-emissjonijiet, |
— |
it-trattament tal-iskart, |
— |
il-preservazzjoni tal-bijodiversità, |
permezz ta’ sistema msaħħa iżda faċli li tintuża, u bi spejjeż baxxi ta’ rappurtar ambjentali.
1.8.1 Il-Kumitat isostni li, meta kienu qed jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ semplifikazzjoni burokratika u amministrattiva għall-organizzazzjonijiet, seta’ ġie impost fuq l-Istati Membri li jeżentaw is-siti ċertifikati EMAS minn rekwiżiti ambjentali oħra stipulati minbarra d-Dikjarazzjoni ta’ EMAS, li għadhom jeżistu, kultant minħabba oppressjoni inutli u kultant minħabba staġnar burokratiku.
1.8.2 Billi l-proċeduri stipulati għaċ-ċertifikazzjoni EMAS jipprevedu użu iktar għaqli tal-ambjent fl-aspetti kollha tiegħu, l-ispiża tar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikazzjoni EMAS għandha titneħħa, l-iktar għal dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu f’żoni fejn l-impatt ambjentali (1) huwa wieħed notevoli u, għaldaqstant, fejn l-isfruttament tal-ambjent huwa wieħed kbir min-naħa tas-sistema ta’ produzzjoni u manifattura.
1.9 Il-Kumitat jemmen li huwa importanti li l-iskema EMAS tiġi promossa aħjar u li tingħata aktar appoġġ fil-livell Komunitarju, permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni(CIP) (2), l-użu tal-fondi tal-BEI u tal-fondi strutturali; fil-livell nazzjonali, f’termini ta’ akkwisti pubbliċi, ta’ eżenzjoni tat-taxxa, ta’ trażżin tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni u ta’ tiġdid u tal-abolizzjoni tat-taxxa fuq id-dħul investit mill-ġdid.
1.10 Il-Kumitat jitlob għal iktar koordinazzjoni bejn ir-Regolament propost u r-regoli u l-istrumenti kollha tal-politika ambjentali li magħhom irid jeżisti u jiġi kkoordinat ir-Regolament, u b’hekk jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u r-ripetizzjonijiet.
1.11 Il-Kumitat jinsab konvint bis-sħiħ li ċ-ċertifikazzjoni EMAS, imxerrda u appoġġjata b’immaġni u kontenut ta’ eċċellenza, tista’ tgħin b’mod konsiderevoli biex:
— |
il-ħaddiema, min iħaddem u ċ-ċittadini jsiru aktar konxji mill-problemi ambjentali, |
— |
tiżdied il-produzzjoni sostenibbli, |
— |
tħeġġeġ il-kummerċ sostenibbli, |
— |
jinxtered il-konsum sostenibbli. |
1.12 Il-KESE jemmen li, b’rabta ma’ dan, huwa importanti li tingħata importanza lir-rwol tal-intrapriżi reġistrati EMAS fil-promozzjoni u fl-adozzjoni tagħha fil-katina tal-klijenti u tal-fornituri fis-suq uniku Ewropew biex b’hekk jinħoloq ċirku eżemplari tal-kultura u l-prattika tal-iżvilupp sostenibbli.
1.13 Il-KESE jisħaq dwar l-importanza tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-iskema EMAS li nieda għas-sit elettroniku tiegħu u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra jagħmlu l-istess u b’hekk jagħtu eżempju tajjeb.
2. Daħla
2.1 |
L-iżvilupp tal-istrumenti volontarji għandu jitqies bħala parti importanti mill-politika ambjentali Komunitarja filwaqt li l-istess Kummissjoni tammetti li “Dawn l-għodod għandhom potenzjal kbir iżda ma ġewx żviluppati kompletament (3)”. |
2.2 |
L-istrumenti volontarji fil-qasam ambjentali jistgħu jġibu vantaġġi importanti meta:
|
2.3 |
Fost l-istrumenti volontarji li ġew żviluppati, adottati u perfezzjonati mill-Unjoni, jistgħu jissemmew, flimkien mal-Iskema EMAS, l-Ekotikketta Ewropea (4), iċ-Ċertifikazzjonijiet tal-Prodott EPD (Dikjarazzjoni ta’ Prodotti Ambjentali - Environmental Product Declaration) u l-Valutazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Ħajja (LCA – Life Cycle Assessment), l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE – Green Public Procurement) (5), it-tikketta Energy Star (6) u l-ftehim volontarju (7), l-Aġenda 21, l-Istandard EN ISO 14001. |
2.4 |
Is-sinerġiji flimkien ma’ strumenti oħra tal-politika ambjentali dejjem kienu ta’ siwi kbir, bħal dik mas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) definita mill-Istandard ISO 14001 (8) – b’35 000 ċertifikazzjoni, li hija bbażata fuq l-impenn fundamentali tal-ogħla gvernanza korporattiva għall-fini ta’ konformità leġiżlattiva, titjib kontinwu u prevenzjoni tat-tniġġis. |
2.5 |
Fuq kollox, fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni għall-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u għall-politika industrijali sostenibbli (9) – li dwaru l-Kumitat qiegħed ifassal opinjoni – l-iskema EMAS tiġi preżentata bħala strument li jaħdem f’sinerġija:
|
2.6 |
Sa mill-1992, il-Kumitat kien tal-fehma li l-iskema komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali – EMAS taqdi rwol sinifikanti billi tħeġġeġ u żżid il-ħarsien tal-ambjent, filwaqt li kien jilqa’ b’mod pożittiv l-“iskema” prevista għaż-żieda tal-ħarsien ambjentali, l-iktar minħabba l-fatt li l-objettivi ambjentali għandhom jintlaħqu permezz ta’ mezzi ta’ organizzazzjoni fi ħdan l-intrapriżi, inċentivi sabiex tingħata attenzjoni ikbar, b’informazzjoni aħjar u iktar imxerrda (11) u bl-involviment tal-ħaddiema kollha. |
2.7 |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 issostitwixxa dak tal-1993, filwaqt li estenda l-possibbiltà ta’ ċertifikazzjoni għas-“Siti” kollha, wara li saret reviżjoni bbażata fuq l-iżviluppi tal-politika Komunitarja fil-qasam ambjentali, li jagħtu importanza lill-istrumenti volontarji u lir-responsabbiltà tal-atturi differenti, fl-ambitu tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli (12). Rigward dan, il-Kumitat ma naqasx milli jagħti l-opinjoni pożittiva tiegħu stess (13). |
2.8 |
B’mod partikolari, il-Kumitat ikkonferma mill-ġdid, fost l-elementi essenzjali tal-iskema EMAS:
|
2.9 |
Fost għanijiet oħra li l-Iskema EMAS tista’ tgħin li jintlaħqu, nsibu:
|
2.10 |
Għaldaqstant, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-inizjattiva tal-Kummissjoni li titnieda reviżjoni tar-Regolament attwali li jirregola l-parteċipazzjoni volontarja fl-iskema EMAS, hija pożittiva sabiex jinħall il-potenzjal kollu tiegħu. |
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
Il-proposta għal reviżjoni tal-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali EMAS, permezz ta’ Regolament ġdid li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjoni 2001/681/KE u d-Deċiżjoni 2006/193/KE, tfittex li:
|
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-Kumitat huwa tal-fehma li r-reviżjoni tal-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali – EMAS hija okkażjoni kruċjali għat-tnedija mill-ġdid tal-iskema Komunitarja volontarja, u li din ir-reviżjoni tista’ tiżgura li tiġi stabbilita bħala standard ta’ eċċellenza u strument ta’ komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet, tal-produzzjonijiet u taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, integrata b’mod sħiħ mal-istrumenti l-oħra tal-politika ambjentali.
4.2 Il-Kumitat isostni li l-pakkett regolatorju l-ġdid għadu kumpless wisq u li jeħtieġ li jkun żviluppat sforz kreattiv ieħor sabiex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet b’tali mod li l-mekkaniżmi tas-suq ikunu jistgħu jaraw fl-Iskema EMAS valur ambjentali miżjud, u sabiex l-awtoritajiet pubbliċi jissimplifikaw il-kuntest amministrattiv kollu u jħeġġu disinn iktar ekoloġiku tal-prodotti, filwaqt li jipprevedu forom ġodda ta’ ħarsien, l-iktar għall-SMEs.
4.3 Il-Kumitat jitlob koordinazzjoni ikbar bejn ir-Regolament propost u r-regoli u l-istrumenti kollha tal-politika ambjentali, biex b’hekk ikun evitat li jkun hemm sovrapożizzjoni u ripetizzjonijiet.
4.3.1 Il-KESE jitlob li tkun introdotta “premessa” ġdida fir-Regolament propost li tidentifika d-Direttivi u r-Regolamenti li skonthom ir-reġistrazzjoni EMAS trid tiġi aċċettata bħala valida sabiex ikunu ssodisfati l-obbligi indikati hawnhekk, mingħajr ma tinħoloq żieda mhux meħtieġa u li tiswa’ ta’ spiża tal-piżijiet għall-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi.
4.4 Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-involviment kontinwu u sistematiku tal-partijiet interessati, kundizzjoni essenzjali sabiex jintlaħaq kull objettiv ambjentali. Dan l-involviment għandu jinftiehem fl-iktar sens wiesa’, b’tali mod li jinkludi l-entitajiet kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet, mill-bidu tal-proċess sat-tmiem tiegħu, u l-forom u l-istrumenti kollha possibbli għat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-awtoritajiet, tal-intrapriżi, tat-trejdjunjins, tal-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tal-konsumaturi, kif ukoll taċ-ċittadini involuti.
4.4.1 Skont il-Kumitat, billi tkun internalizzata d-dimensjoni ambjentali, bħala valur, u billi jkunu promossi azzjonijiet għall-ħarsien ambjentali, l-imġiba tinbidel f’waħda ta’ produzzjonijiet u mudelli iktar sostenibbli.
4.5 Dwar dan, il-Kumitat isostni li l-Iskema EMAS trid tiġi promossa permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, immirati lejn il-gruppi differenti ta’ partijiet interessati, fosthom l-awtoritajiet tal-entitajiet pubbliċi f’livell ċentrali u periferiku, sal-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir, iċ-ċittadini, il-konsumaturi u s-sistema edukattiva ta’ kull kategorija u grad.
4.6 Jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet, b’mod partikolari dawk żgħar, jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-Iskema EMAS, billi jkun faċilitat l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, għall-fondi disponibbli, għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, u wkoll billi jittieħdu jew jiġu promossi miżuri ta’ għajnuna teknika, li jissimplifikaw il-proċeduri u l-mekkaniżmi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-ħlasijiet tekniċi ta’ stima, reġistrazzjoni u ġestjoni.
4.6.1 Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni għadha mhijiex biżżejjed f’dan ir-rigward.
4.7 Skont il-Kumitat, l-ispejjeż u l-ħlasijiet ta’ stima, reġistrazzjoni u ġestjoni tal-Iskema EMAS għandhom ikunu ħafna iktar baxxi, l-iktar għall-entitajiet iż-żgħar, u jistħoqqilhom li jiġu ffinanzjati minn proġetti ta’ fattibbiltà tal-Programm ta’ Qafas CIP u mill-EIB u/jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
4.7.1 Korpi li jaħdmu f’territorji industrijalizzati ħafna jew f’żoni b’impatt ambjentali b’saħħtu, għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-Iskema EMAS, permezz ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas u proċeduri amministrattivi semplifikati (14), filwaqt li l-fażijiet tekniċi ta’ kontroll u monitoraġġ jibqgħu l-istess.
4.8 Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li l-Iskema EMAS tingħaraf bħala standard ta’ eċċellenza ta’ organizzazzjonijiet u intrapriżi, li ttejjeb ukoll il-valur tal-prodotti kemm fis-suq intern kif ukoll dak internazzjonali, filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-rabtiet mar-Regolament dwar l-Ekotikketta.
4.9 Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-irfigħ ċar tar-responsabbiltà individwali minn organizzazzjonijiet jew intrapriżi fil-parteċipazzjoni volontarja tagħhom fl-Iskema EMAS u li tali organizzazzjonijiet jew intrapriżi jaqblu kemm li jkunu soġġetti għal obbligi u kontrolli kif ukoll li jgawdu mill-vantaġġi li jistgħu jitnisslu minnha.
4.10 Għaldaqstant, il-KESE huwa kontra kull forma ta’ ftehim kollettiv fejn entità waħda ġġorr ir-responsabbiltà f’isem oħrajn li ġabret f’daqqa, minħabba l-fatt li proċedura bħal din tnaqqas il-livell ta’ eċċellenza li jrid jinżamm mill-EMAS, għalkemm clusters u netwerks, l-iktar dawk transkonfinali, għandhom jiġu mħeġġa jippromwovu, jiffaċilitaw u joffru għajnuna fl-użu tal-EMAS.
4.11 F’dan ir-rigward, il-Kumitat iqis bħala importanti l-identifikazzjoni ta’ għadd ta’ indikaturi ewlenin marbutin ma’ fatturi bħal: l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, l-użu u l-preservazzjoni tal-materjal, l-ilma u l-arja, l-emissjonijiet, it-trattament tal-iskart u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, b’sistema ta’ rappurtar ambjentali msaħħa iżda faċli li tintuża u ekonomika, li tista’ taħdem b’mod dirett permezz tal-kompjuter, fuq portal tal-Internet, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet relatati, l-iktar għall-entitajiet iż-żgħar (15).
4.12 Il-Kumitat jemmen li huwa importanti li l-iskema EMAS tiġi promossa aħjar u li tingħata aktar appoġġ fil-livell Komunitarju: permezz tal-implimentazzjoni tal-programm CIP, l-użu tal-fondi tal-BEI u tal-fondi strutturali; fil-livell nazzjonali, f’termini ta’ eżenzjoni tat-taxxa, akkwisti pubbliċi, l-obbligu ta’ adozzjoni tal-kriterji tal-APE (Akkwist Pubbliku Ekoloġiku) min-naħa tal-awtoritaijiet kontraenti, tnaqqis ta’ tariffi ta’ reġistrazzjoni u ta’ tiġdid u tal-abolizzjoni tat-taxxa fuq id-dħul investit mill-ġdid f’innovazzjonijiet teknoloġiċi marbutin mal-Iskema EMAS.
4.13 Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar l-għadd eċċessiv ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali/reġjonali, li l-awtorizzazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri:
— |
korpi kompetenti fil-qasam tar-reġistrazzjoni, |
— |
korpi ta’ akkreditament, |
— |
awtoritajiet responsabbli minn kontrolli regolatorji, |
— |
verifikaturi ambjentali. |
Il-KESE jemmen li jkun siewi li jitħejjew linji gwida Komunitarji ta’ simplifikazzjoni f’dan ir-rigward.
4.14 Barra milli japprova l-użu ta’ strutturi kompetenti li diġà jeżistu b’konformità mad-dispożizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-suq intern (16), il-Kumitat jirrakkomanda li jintużaw mekkaniżmi diġà fis-seħħ għall-istandardizzazzjoni teknika CEN-ISO u għall-effiċjenza tal-enerġija tal-binjiet, mingħajr ma jinħolqu disinji u strutturi ġodda li jkunu ta’ spiża, li x’aktarx li jkomplu jbiegħdu iktar liċ-ċittadin mill-integrazzjoni Ewropea.
4.15 Il-Kumitat huwa xorta waħda tal-fehma, li jeħtieġ li jissaħħu r-riżorsi Komunitarji mmirati lejn it-taħriġ u l-assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali u lill-utenti potenzjali tal-Iskema EMAS, u li jinħolqu manwali prattiċi u faċli li jintużaw mill-utent, l-iktar għal entitajiet żgħar.
4.16 Skont il-Kumitat, it-tixrid u l-appoġġ għaċ-ċertifikazzjoni EMAS, b’dehra ta’ eċċellenza permezz ta’ proċedura mxerrda u approvata minn kulħadd, twassal b’mod konsiderevoli u konkret għal:
— |
produzzjoni sostenibbli, |
— |
kummerċ sostenibbli, |
— |
konsum sostenibbli. |
4.17 Il-Kumitat jirrakkomanda li jittieħdu miżuri li jagħtu importanza u jappoġġjaw ir-rwol tal-intrapriżi u tal-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS fil-promozzjoni u l-adozzjoni ta’ mezzi volontarji ta’ parteċipazzjoni fl-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali fil-katini ta’ produzzjoni orizzontali u vertikali, għal klijenti u fornituri tas-suq uniku Ewropew, biex b’hekk jinħoloq ċirku eżemplari ta’ kultura u prattika tal-iżvilupp sostenibbli.
4.18 Bħalissa l-KESE qed iħejji ruħu bis-sfiq biex jibda jħaddem iċ-ċertifikazzjoni EMAS fis-sit elettroniku tiegħu u jixtieq iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej jagħmlu l-istess biex jagħtu eżempji sostenibbli u sinifikanti għall-korpi kollha fl-UE li jafu jkunu interessati fiċ-ċertifikazzjoni EMAS.
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Pereżempju, il-valur tal-industrija (Valur Miżjud Gross) jaqbeż il-medja nazzjonali/Komunitarja b’aktar minn 10 punti perċentwali. Pereżempju, fl-Italja, 16-il provinċja minn iktar minn 100 provinċja ta’ livell NUTS III, għandhom valur tal-industrija ta’ ‘l fuq minn 35 %, filwaqt li l-medja nazzjonali u Komunitarja hija ta’ 22 % (ċifri maħruġin mill-EUROSTAT)
(2) L-iktar taħt l-ewwel pilastru tiegħu: l-intraprenditorija.
(3) Ara COM(2007) 225 finali L-analiżi ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju
(4) Ara r- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 u r-Regolament (KE) Nru 1980/2000
(5) Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar COM 2008 400 finali, id-Direttiva 2004/18/KE, id-Direttiva 2004/15/KE.
(6) Ara r-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-15.01.2008, tagħmir tal-uffiċċju; mentri “Energy Star” hija tikketta fakultattiva
(7) Ara COM(2002) 412 finali. Il-komunikazzjoni tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati mill-ftehim volontarji sabiex dawn ikunu ta’ “interess Komunitarju”
(8) Il-verżjoni tal-1996 tal-Istandard kienet riveduta fl-2004. Il-verżjoni l-ġdida EN ISO 14001 tinkludi titjibiet u modifiki importanti
(9) Ara COM(2008) 397/2008.
(10) Skemi LCA = Life Cycle Assessment - Stima taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott; skemi EPD = Environmental Product Declaration - Dikjarazzjoni ambjentali ta’ prodott.
(11) ĠU C 332, 16.12.1992, p. 44.
(12) ĠU C 209, 22.7.1999, p. 14.
(13) Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna.
(14) Pereżempju, fejn mhux meħtieġ, id-dikjarazzjoni ambjentali tibda ssir kull tliet snin minflok kull sena; l-organizzazzjoni tkun eżentata mid-dikjarazzjonijiet ambjentali mitlubin mid-dipartimenti tas-saħħa tal-awtoritajiet lokali; u jitnaqqsu l-ispejjeż dovuti lil xi entitajiet ta’ aċċidenti industrijali.
(15) F’dan ir-rigward, jista’ jkun utli l-użu ta’ Programmi tal-e-government.
(16) Ara d-Deċiżjoni 768/2008/KE tad-9.7.2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, ir-Regolament 765/2008/KE tad-9.7.2008
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/65 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla
COM (2008) 553 finali – 2008/0180 CNS
2009/C 218/14
Nhar id-19 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur ALLEN.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’161 vot favur, 5 voti kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ din il-proposta mill-Kummissjoni. Din hija pass sinifikanti fid-direzzjoni t-tajba u għandha l-potenzjal li ttejjeb il-benesseri tal-annimali waqt il-proċedura tat-tbiċċir. |
1.2 |
Il-Kumitat jilqa’ l-proposta li l-operatur tal-biċċerija jingħata r-responsabbiltà sħiħa għall-benesseri tal-annimali waqt il-proċess tat-tbiċċir bir-rekwiżit li jimplimenta proċeduri operattivi standard, l-introduzzjoni ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u l-ħtieġa li jinħatar uffiċjal għall-benesseri tal-annimali. |
1.3 |
Il-Kumitat jenfasizza li l-Veterinarju Uffiċjali jrid ikollu r-rwol superviżorju ewlieni sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-proċeduri korretti għall-benesseri tal-annimali waqt il-proċess tat-tbiċċir. Il-Veterinarju Uffiċjali għandu jkun notifikat minnufih bi kwalunkwe bidla fil-proċeduri operattivi standard. |
1.4 |
B’mod partikolari, il-Veterinarju Uffiċjali għandu jkun responsabbli mill-kontrolli regolari sabiex ikun żgurat li l-proċeduri ta’ monitoraġġ waqt it-tbiċċir ikunu qegħdin jiġu implimentati b’mod xieraq. |
1.5 |
Il-proposta biex tkun permessa deroga fil-każ tat-tbiċċir ritwali tal-annimali hija għalkollox inkonsistenti mal-għanijiet għall-benesseri tal-annimali waqt il-proċess tat-tbiċċir inklużi f’din il-Proposta għal-Regolament. |
1.6 |
Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-proċeduri l-ġodda għad-depopulazzjoni u l-qtil minħabba emerġenza. B’mod partikolari, l-iktar rekwiżit importanti huwa li jkun stabbilit pjan ta’ azzjoni sabiex tkun żgurata konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament qabel ma jingħata bidu għall-operazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ rapport ta’ valutazzjoni fi żmien sena mit-tmiem tad-depopulazzjoni hija proposta li ntlaqgħet ferm tajjeb. |
2. Daħla
2.1 |
Fl-UE, qiegħda tingħata iktar importanza lill-konsiderazzjonijiet għall-benesseri tal-annimali u dan huwa fattur sinifikanti f’soċjetà li ssostni li hija waħda avvanzata u ċivilizzata. |
2.2 |
Fl-2004 u fl-2006, żewġ opinjonijiet xjentifiċi mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) issuġġerew li tiġi riveduta d-Direttiva eżistenti 93/119/KE. |
2.3 |
Kienu identifikati problemi speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-UE, bħan-nuqqas ta’ metodoloġija konsistenti għal metodi ġodda ta’ sturdament, u wkoll in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-operaturi u tal-maniġers tal-biċċeriji. Hemm ukoll ħtieġa għal taħriġ xieraq tal-personal involut fit-tbiċċir tal-annimali. |
2.4 |
Jeħtieġ li jkun hemm ċarezza rigward il-kondizzjonijiet tal-benesseri li japplikaw għat-tbiċċir tal-annimali għal skopijiet ta’ kontroll tal-mard. Meta l-annimali jkunu jridu jinqatlu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandhom japplikaw kemm jista’ jkun ir-regoli tal-benesseri, sabiex ikunu evitati d-dewmien u t-tbatija bla bżonn tal-annimal. |
2.5 |
Jeħtieġ li l-benesseri tal-annimali jinftiehem u jiġi integrat aħjar fil-preparazzjoni u fl-immaniġġjar tal-annimali qabel it-tbiċċir. |
2.6 |
Id-Direttiva 93/119/KE ser tkun revokata u se tiġi sostitwita bir-Regolament propost imma l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni se jibqa’ l-istess. |
2.7 |
B’bidla minn Direttiva għal Regolament, il-proposta tipprovdi għal applikazzjoni uniformi u simultanja fl-UE kollha li tkun konsistenti mas-suq uniku. |
3. Il-Proposta tal-Kummissjoni
3.1 |
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-qtil tal-annimali miżmuma għall-produzzjoni tal-ikel, tas-suf, tal-ġilda, tal-fer jew ta’ prodotti oħrajn u għal operazzjonijiet relatati. |
3.2 |
Se tkun permessa deroga f’każ ta’ qtil minħabba emerġenza sabiex jiġi evitat l-uġigħ u t-tbatija bla bżonn lill-annimal jew fejn konformità sħiħa tirriżulta f’riskju immedjat għas-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem. |
3.3 |
Dan ir-Regolament mhux se japplika meta l-annimali jinqatlu:
|
3.4 |
L-annimali għandhom ikunu meħlusin minn kwalunkwe uġigħ, dwejjaq jew tbatija li jistgħu jkunu evitati waqt it-tbiċċir u operazzjonijiet relatati. L-operaturi jridu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu żguri li hemm min qiegħed jieħu ħsieb l-annimali kif suppost u li dawn qegħdin jiġu mmaniġġjati bl-inqas ammont ta’ stress qabel it-tbiċċir. |
3.5 |
Skont l-Artikolu 4(1), l-annimali għandhom jinqatlu biss permezz ta’ metodu li jassigura mewta istantanja jew wara li jiġu storduti. |
3.6 |
Tista’ tapplika deroga fejn l-annimali jistgħu jinqatlu mingħajr ma jiġu storduti minn qabel, fejn tali metodi jkunu preskritti minn riti reliġjużi, sakemm qtil bħal dan isir f’biċċerija. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-deroga. |
3.7 |
Fl-Anness 1 ġiet inkluża lista tal-metodi ta’ sturdament u deskrizzjoni dettaljata tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-isturdament irid isir skont dawn il-metodi. Iridu jitwettqu kontrolli tal-effiċjenza tal-proċess ta’ sturdament fuq kampjun biżżejjed rappreżentattiv ta’ annimali sabiex ikun żgurat li l-proċess jaħdem b’mod xieraq u konsistenti. |
3.8 |
Il-kodiċijiet Komunitarji ta’ prattiki tajbin li jikkonċernaw il-metodi ta’ sturdament stipulati fl-Anness 1 jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2). Din il-proċedura kienet stabbilita b’Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1999 li tistipula l-proċedura biex il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat konferiti lilha sabiex timplimenta l-leġiżlazzjoni permezz ta’ kumitat regolatorju. Kull Stat Membru se jkollu rappreżentant fil-kumitat u dan se jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. |
3.9 |
L-operaturi għandhom ifasslu u jimplimentaw proċeduri operattivi standard (SOP) sabiex ikunu żguri li l-qtil u l-operazzjonijiet relatati jitwettqu skont l-Artikolu 3(1). Dawn l-SOP għandhom ikunu disponibbli għall-Awtorità Kompetenti meta jintalbu minnha. Rigward l-isturdament, l-SOP għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu tat-tagħmir. Barra minn hekk, trid tkun disponibbli faċilità immedjata ta’ appoġġ (backup) f’każ li tinqala’ xi problema bit-tagħmir tal-isturdament. |
3.10 |
Għal dawk involuti fil-qtil u fl-operazzjonijiet relatati fil-biċċerija, se jkun meħtieġ ċertifikat ta’ kompetenza:
|
3.11 |
L-istruzzjonijiet li jinvolvu l-użu u l-manutenzjoni jridu jakkumpanjaw il-prodotti kkummerċjalizzati bħala tagħmir ta’ trażżin jew ta’ sturdament, b’tali mod li jiżgura l-ogħla livell ta’ benesseri tal-annimal, b’referenza partikolari għall-kategoriji jew għall-piżijiet tal-annimali u wkoll għal metodu adattat sabiex tkun immonitorjata l-effikaċja tat-tagħmir. |
3.12 |
L-Anness II jistipula b’mod ċar ir-rekwiżiti għall-bini, għat-tqassim u għat-tagħmir tal-biċċeriji. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru (li ġiet definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004) għandha tapprova kull biċċerija li tissodisfa l-kriterji rilevanti. |
3.13 |
L-operaturi għandhom ikunu żguri li jkun hemm konformità mar-regoli operattivi għall-biċċeriji stipulati fl-Anness 3. Minkejja l-Artikolu 3(1), għandhom jiġu pprojbiti l-metodi ta’ trażżin li ġejjin:
Madankollu, il-punti (a) u (b) m’għandhomx japplikaw għat-trażżin tat-tjur. |
3.14 |
L-operaturi għandhom jimplimentaw proċedura ta’ monitoraġġ waqt it-tbiċċir sabiex jivverifikaw u jikkonfermaw li l-annimali għat-tbiċċir jiġu storduti b’mod effettiv fil-perjodu bejn l-isturdament u l-konferma tal-mewt u din trid tinkludi l-isem tal-persuna responsabbli. Trid tiġi stabbilita proċedura separata ta’ monitoraġġ għal kull linja għat-tbiċċir fejn jintuża tagħmir differenti għall-isturdament. |
3.15 |
L-operaturi għandhom jaħtru Uffiċjal għall-Benesseri tal-Annimali għal kull biċċerija li se jkun responsabbli milli jiżgura li r-regoli inklużi f’dan ir-Regolament jiġu implimentati b’mod xieraq. Għandha tapplika deroga għall-biċċeriji li jbiċċru inqas minn 1 000 unità ta’ annimali ħajjin jew 150 000 unità ta’ tajr fis-sena. |
3.16 |
Il-proposta għandha l-għan li torbot iktar lill-awtorità kompetenti, li twettaq qtil għal skopijiet ta’ kontroll tal-mard (bħall-influwenza tat-tjur jew il-marda tal-ilsien u d-dwiefer), li tagħti kont lill-pubbliku rigward il-benesseri tal-annimali ssagrifikati. B’mod partikolari, il-proposta se tesiġi ppjanar, superviżjoni u rappurtaġġ aħjar. |
3.17 |
Fil-każ ta’ qtil minħabba emerġenza, il-persuna inkarigata mill-annimali kkonċernati għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex toqtol lill-annimal mill-aktar fis possibbli. |
3.18 |
Kull Stat Membru għandu jaħtar ċentru nazzjonali ta’ referenza li jinkludi l-għoti ta’ appoġġ permanenti u kompetenti lill-kontrolluri uffiċjali u li jipprovdi kompetenza teknika u xjentifika. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Id-deroga għall-biċċeriji ż-żgħar inkluża fl-Artikolu 14 hija adegwata u meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-biċċeriji ż-żgħar ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu u jaqdu lis-swieq lokali. |
4.2 |
Ir-rwol tal-veterinarji uffiċjali għandu jkun estiż sabiex jaqdu rwol superviżorju b’rabta partikolari mar-regoli għall-protezzjoni tal-annimali inklużi f’dan ir-Regolament, b’referenza partikolari għas-superviżjoni tar-rwol tal-uffiċjal għall-benesseri tal-annimali. Kwalunkwe bidla li ssir fl-SOP għandha tkun notifikata minnufih lill-Veterinarju Uffiċjali. |
4.3 |
Għandu jkun stabbilit grupp xjentifiku ta’ esperti sabiex jeżamina u jfassal kodiċijiet ta’ prattika tajba għall-metodi ta’ sturdament inklużi fl-Anness 1. |
4.4 |
Il-proposta fl-Artikolu 4(2) biex tkun permessa deroga rigward it-tbiċċir ritwali mhijiex konsistenti mal-għan globali tar-Regolament li huwa li jtejjeb il-protezzjoni tal-annimali waqt it-tbiċċir. Teknoloġija innovattiva bħall-iStun Assurance Monitor (Apparat għall-Monitoraġġ tal-Assigurazzjoni tal-Isturdament) jippermetti lil dawk li jixtiequ jbiċċru bi sturdament elettriku preċedenti b’konformità mar-regoli tal-Halal li jimmonitorjaw bir-reqqa l-ammont ta’ qawwa elettrika li jingħata lil annimal. Dan jiżgura li l-annimal ikun tabilħaqq stordut imma jkun għadu ħaj qabel it-tbiċċir. L-apparat għall-monitoraġġ jirreġistra kull sturdament li jitwettaq u l-vultaġġ li jingħata lill-annimal. Dan għandu kontribut reali x’jagħti lill-benesseri tal-annimali. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ tikkettar li tindika l-metodu ta’ tbiċċir kieku tinkoraġġixxi l-użu tal-iStun Assurance Monitor. Huwa importanti li l-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv ir-riċerka ta’ sistemi li jikkonvinċu lil gruppi reliġjużi rigward l-isturdament biex b’hekk ikun protett il-benesseri tal-annimali waqt it-tbiċċir. |
4.5 |
Huwa importanti li l-kodiċijiet ta’ prattika tajba jitfasslu bi qbil mal-partijiet interessati varji u jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. |
4.6 |
Dan l-aħħar, biċċeriji żgħar kellhom spejjeż kbar sabiex jaġġornaw u jikkonformaw mal-“pakkett dwar l-iġenje”. Sabiex jiġi evitat li tiġi mhedda l-vijabilità tagħhom, għandhom ikunu disponibbli fondi li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tagħhom minħabba konformità ma’ dan ir-regolament. |
4.7 |
L-istabbiliment ta’ ċentri ta’ referenza għandu jkun kompatibbli u marbut ma’ faċilitajiet xjentifiċi u ta’ riċerka eżistenti fl-Istat Membru. Huwa importanti li ma jsirx xogħol ripetut u li jkunu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati sabiex ikun żgurat li s-sistema taħdem b’mod effettiv. Il-programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu armonizzati fil-livell tal-UE. |
4.8 |
Meta jitfasslu kodiċijiet ta’ prattika dwar l-immaniġġjar u l-kura tal-annimali, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-opinjonijiet tal-persuni li għandhom esperjenza prattika kontinwa mill-anqas ta’ ħames snin fl-immaniġġjar u fil-kura tal-annimali, u dawn l-opinjonijiet għandhom jingħaqdu flimkien mal-perspettiva akkademika dwar kif l-annimali għandhom jiġu mmaniġġjati u kkurati. Il-korsijiet għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza f’dan il-qasam għandhom ukoll iqisu din il-perspettiva. |
4.9 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati ta’ kompetenza mingħajr eżami formali lil persuni li juru li għandhom esperjenza kontinwa ta’ ħames snin wara stima pożittiva min-naħa tal-Veterinarju Uffiċjali. |
4.10 |
B’mod partikolari, il-Kumitat jilqa’ l-Artikolu 4(1) bħala l-iktar Artikolu importanti. Dan l-Artikolu jispeċifika li l-annimali għandhom jinqatlu biss permezz ta’ metodu li jassigura mewta instantanja jew wara li jiġu storduti. |
4.11 |
Il-Kumitat jilqa’ l-proposta fl-Artikolu 8 li t-tagħmir ta’ sturdament m’għandux jitqiegħed fis-suq mingħajr istruzzjonijiet xierqa rigward l-użu u l-manutenzjoni tiegħu b’tali mod li jkunu żgurati l-aħjar kondizzjonijiet għall-benesseri tal-annimali. Għandha titwettaq riċerka sabiex ikun żgurat li tkun disponibbli sistema awtomatika ta’ monitoraġġ. Ir-Regolament ma jispeċifikax liema mod ta’ liċenzjar għandu japplika sabiex ikun żgurat li t-tagħmir ta’ sturdament li jitqiegħed fis-suq ikun ivverifikat b’mod indipendenti sabiex jitqies jekk jiġġustifikax dak li jkunu qegħdin isostnu l-manifatturi dwaru. |
4.12 |
Il-Kumitat huwa tal-opinjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw standards ekwivalenti sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni. Din il-kwistjoni tissemma fl-Artikolu 10 imma jeħtieġ li tkun enfasizzata u ċċarata aktar. Barra minn hekk, irid ikun hemm dikjarazzjoni li turi li hemm ħsieb li tiġi implimentata tali politika. |
4.13 |
Il-Kumitat jilqa’ l-prinċipji ewlenin inklużi fir-Regolament propost. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti
COM(2008) 359 finali
2009/C 218/15
Nhar is-17 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur PARIZA CASTAÑOS. Il-korapporteur kienet is-Sinjura BONTEA.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’130 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet: Niġġestixxu l-Immigrazzjoni
1.1 |
Il-KESE ppropona li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jwarrab r-regola dwar l-unanimità għall-politika tal-immigrazzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet mal-Parlament, b’maġġoranza kwalifikata u b’kodeċiżjoni. Jemmen li l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandha tiddaħħal fit-Trattat ta’ Liżbona skont il-proċedura ordinarja. B’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi attwali li jistgħu jdewmu l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona, il-Kumitat jixtieq itenni l-proposta tiegħu lill-Kunsill biex jadotta proċedura temporanja ħalli jitħaffef id-dħul fis-seħħ tal-maġġoranza kwalifikata u tas-sistema ta’ kodeċiżjoni. |
1.2 |
Fl-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat wera li l-politika u l-leġiżlazzjoni tal-immigrazzjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha, it-trattament ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Biex isaħħaħ dan l-objettiv, il-KESE jipproponi li għandhom jiddaħħlu żewġ prinċipji komuni ġodda: id-Drittijiet Fundamentali, u l-Istat tad-Dritt u l-Libertajiet Fundamentali. |
1.3 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu għall-konsultazzjoni tal-parteċipanti interessati kollha, l-iktar l-imsieħba soċjali (it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem) iżda wkoll is-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet tal-immigranti, l-esperti akkademiċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kumitat adotta opinjoni (1) dwar il-ħolqien ta’ Forum dwar l-Integrazzjoni Ewropea għall-istrutturar ta’ din il-parteċipazzjoni u għat-tisħiħ tar-rwol tal-KESE. |
1.4 |
Għaddew ħafna snin minn meta l-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK), li ġie appoġġjat mill-KESE (2) u mill-Parlament iżda ma ġiex adottat mill-Kunsill. Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal metodoloġija komuni, u jqisha bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni. Fil-fehma tal-Kumitat, il-prinċipji komuni għandhom jinbidlu f’indikaturi ta’ miri komuni u dawn għandhom jiffurmaw parti mill-profili tal-immigrazzjoni nazzjonali. Kull Stat Membru ser ifassal rapport annwali u l-Kummissjoni ser tħejji rapport ta’ sinteżi annwali biex jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew. Il-KESE jikkunsidra li hu wkoll għandu jiġi kkonsultat f’dan il-proċess. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ser jagħmel evalwazzjoni politika u jislet rakkomandazzjonijiet fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni. |
1.5 |
B’konformità mal-proċeduri nazzjonali, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-parlamenti nazzjonali ser jipparteċipaw fit-tfassil tar-rapporti annwali għal kull Stat Membru. Il-KESE jixtieq li jenfasizza l-ħtieġa li dan ir-rapport annwali jiġi ppubblikat, promoss u li jiżdied l-għarfien pubbliku dwaru. |
1.6 |
Il-Kumitat jikkunsidra l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni bħala strument adegwat għall-iżgurar tal-koerenza bejn il-politiki nazzjonali u għandu jintuża biex jiżgura li l-Istati Membri jimxu ’l quddiem flimkien biex jintlaħqu l-miri stipulati f’Tampere u b’hekk tinħoloq żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-MMK għandu jiġi implimentat mingħajr dewmien għat-twettiq tal-qafas legali stipulat fit-Trattat u kkonfermat matul il-Kunsilli ta’ Tampere u tal-Aja. |
1.7 |
Il-Kumitat jixtieq li l-UE jkollha leġiżlazzjoni adegwata u armonizzata biżżejjed biex l-immigrazzjoni tgħaddi minn proċeduri legali, flessibbli u trasparenti, li permezz tagħhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu ttrattati b’mod ġust, bi drittijiet u b’obbligi bħal dawk li jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE. |
1.8 |
Il-Kumitat jikkunsidra li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-imsieħba soċjali tippermetti lil numru konsiderevoli ta’ nies, li llum qed jaħdmu b’mod illegali, biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni amministrattiva tagħhom sabiex l-impjieg tagħhom jiġi regolarizzat. |
1.9 |
Għandhom jitjiebu l-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, bl-inklużjoni ta’ element finanzjarju qawwi. Għalhekk il-Fondi tal-Programm Ġenerali għas-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji (2007-2013) għandhom jintużaw b’mod effettiv bħala mezz ta’ qsim ta’ piż u ta’ suppliment għar-riżorsi baġitarji nazzjonali. |
2. Daħla
2.1 |
L-għan tal-Komunikazzjoni hu li tiżgura li l-Kunsill jadotta ġabra ta’ prinċipji politiċi komuni biex jitmexxa l-iżvilupp ġejjieni tal-politika dwar l-immigrazzjoni u tifforma parti minn proċess politiku usa’ għall-iżvilupp tal-pedamenti politiċi għall-adozzjoni tal-programmi multiannwali l-ġdid għall-politiki tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, li ser jieħdu post l-Programm tal-Aja u li ser jiġu adottati tul il-Presidenza Żvediża matul it-tieni nofs tal-2009. |
2.2 |
Il-Presidenza Franċiża ppruvat tiżgura l-approvazzjoni tal-Kunsill għall-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (3) sabiex tagħti spinta ġdida lil dawn il-politiki u ttejjeb il-kooperazzjoni intergovernattiva. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni dwar il-politika dwar l-immigrazzjoni fl-UE u jikkunsidra li huwa importanti li jissaħħu l-valur miżjud ta’ politika komuni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u tar-rwol proattiv li għandu jkollha l-Kummissjoni. |
3.2 |
Il-Presidenza Franċiża kellha tikkonsulta ’l-Kumitat dwar il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Il-KESE jikkunsidra li l-approċċ tal-Kummissjoni jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ il-metodu Komunitarju u l-konklużjonijiet tal-Kunsill jenfasizzaw il-kooperazzjoni intergovernattiva. Il-Kumitat jilqa’ l-idea ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet u jissuġġerixxi lill-Kunsill li jappoġġja d-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni u li l-Parlament u l-KESE għandu jkollhom rwol aktar attiv fil-proċess ta’ żvilupp tal-politiki dwar l-immigrazzjoni. |
3.3 |
Il-Komunikazzjoni tinnota li l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni hi prijorità ewlenija għall-UE. Il-politika għandha titmexxa b’approċċ koordinat u integrat fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali u għandha tiġi żviluppata bi sħubija u b’solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Komunikazzjoni tipproponi l-adozzjoni ta’ ġabra ta’ prinċipji komuni u politikament vinkolanti miftiehma mill-Kunsill u żviluppati permezz ta’ miżuri speċifiċi. Din għandha tiġi akkumpanjata b’metodoloġija komuni u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ. |
3.4 |
Il-KESE jappoġġja b’mod ġenerali dawn l-objettivi. |
3.5 |
Il-KESE ppropona (4) li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jwarrab r-regola tal-unanimità fil-politika dwar l-immigrazzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet b’maġġoranza kwalifikata u b’kodeċiżjoni. |
3.6 |
Il-Kumitat wera, fl-opinjonijiet tiegħu, li l-politika u l-leġiżlazzjoni tal-immigrazzjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem ta’ kull persuna, it-trattament ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u b’hekk jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni, li l-politika dwar l-immigrazzjoni “Għandha tinbena fuq il-valuri universali tad-dinjità umana, tal-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà li tħaddan l-UE, inkluż rispett sħiħ lejn il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani.” |
3.7 |
Meta t-Trattat ta’ Liżbona jidħol fis-seħħ ser tkun l-ewwel darba fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ser tkun rikonoxxuta uffiċjalment bħala legalment vinkolanti fuq l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja. Kemm l-Istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-politiki kollha, inklużi dawk marbuta maż-żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, jirrispettaw id-drittijiet fundamentali. |
3.8 |
Barra minn hekk l-Artikolu 47 tat-TUE, hekk kif stipulat fit-Trattat ta’ Liżbona, jirrikonoxxi li “L-Unjoni għandha jkollha personalità ġuridika”; u l-Artikolu 6.2 tal-istess Trattat jistipula li, skont din il-personalità l-ġdida, “L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.” |
3.9 |
Il-KESE ppropona (5) li l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill tal-UE jippromovi, fil-kuntest tal-politika esterna, qafas legali internazzjonali għall-migrazzjoni, fuq il-bażi tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. Dan il-qafas legali internazzjonali għandu jinkludi l-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u tal-Konvenzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom, li għadha ma ġietx irratifikata mill-Istati Membri tal-UE, minkejja l-fatt li l-KESE adotta opinjoni fuq inizjattiva proprja (6) fejn ippropona li dan għandu jsir. |
3.10 |
Biex isaħħaħ dan l-objettiv, il-KESE jipproponi li għandhom jiddaħħlu żewġ prinċipji komuni ġodda: Id-drittijiet Fundamentali, u l-Istat tad-Dritt u l-Libertajiet Fundamentali. |
4. Kummenti speċifiċi dwar il-prinċipji bażiċi
4.1 |
Il-Kummissjoni qed tipproponi għaxar prinċipji komuni għall-żivilupp ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni, miġbura taħt tliet intestaturi: il-prosperità, is-sigurtà u s-solidarjetà. |
4.2 |
Madankollu l-KESE jinnota li l-prinċipji misluta mid-drittijiet fundamentali huma neqsin; peress li l-politika u l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ammissjoni, fruntieri, viżi, ritorn, kundizzjonijiet ta’ reżidenza, eċċ.) tal-UE l-Istati Membri tagħha għandhom jirrispettaw id-dinjità umana u d-drittijiet fundamenti, il-KESE jissuġġerixxi li għandha tiżdied intestatura ġdida bl-isem ta’ Id-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi żewġ prinċipji ġodda: |
Prinċipju A: Drittijiet Fundamentali
4.3 |
Fil-politiki tagħhom dwar l-immigrazzjoni, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom, jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġġieldu kontra ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni u jsaħħu l-prinċipju ta’ trattament ugwali. Ir-rispett ta’ dawn il-prinċipji għandu jifforma l-bażi għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-immigrazzjoni. |
4.4 |
F’opinjoni (7) reċenti tiegħu, il-KESE stqarr li d-drittijiet u l-obbligi għal ċittadini minn pajjiżi terzi – imniżżla fil-proposta għal Direttiva dwar il-proċedura unika (COM(2007) 638 finali) dwar it-trattament ugwali fir-rigward tas-salarji, kundizzjonijiet tax-xogħol, libertà ta’ assoċjazzjoni, edukazzjoni u żvilupp professjonali – jiffurmaw bażi tajjeb għall-leġiżlazzjoni futura dwar l-immigrazzjoni. |
Prinċipju B: L-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali
4.5 |
B’kunsiderazzjoni tal-ftehim tal-Istati Membri li l-UE għandha tirratifika l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-KESE jemmen li l-garanziji legali stipulati f’din il-konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-prinċipji komuni għall-politika dwar l-immigrazzjoni, biex jiġi żgurat li l-immigranti kollha jkollhom aċċess effettiv għad-drittijiet u garanziji stipulati mill-Istat tad-Dritt sakemm ikunu residenti fl-UE. |
5. Il-prinċipji bażiċi komuni għall-iżvilupp ġejjieni tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni (proposta tal-Kummissjoni Ewropea)
5.1 |
Prosperità: il-kontribut tal-immigrazzjoni legali lejn l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-UE. |
5.2 |
Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-kontribut li l-immigrazzjoni legali għamlet lejn l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-UE. Il-KESE kemm-il darba kkummenta fuq l-effetti pożittivi tal-immigrazzjoni għas-soċjetajiet ospitanti fl-Ewropa, b’kunsiderazzjoni tal-isfidi tal-Istrateġija ta’ Liżbona. Għalhekk il-Kumitat jittama li ser jitneħħew malajr il-limitazzjonijiet kaġun tal-perijodi tranżizzjonali li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Istati l-Membri l-ġodda. |
5.3 |
Is-sezzjoni dwar il-prosperità tinkludi tliet prinċipji: |
Prinċipju 1: Regoli ċari u opportunitajiet indaqs għal kulħadd
5.4 |
Il-Kumitat jittama li l-UE jkollha leġiżlazzjoni adegwata u armonizzata biżżejjed biex l-immigrazzjoni tgħaddi minn proċeduri legali, flessibbli u trasparenti, li permezz tagħhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu ttrattati b’mod ġust, bi drittijiet u b’obbligi bħal dawk li jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE. |
5.5 |
Hu essenzjali li l-UE tikkoopera mal-pajjiżi tal-oriġini sabiex tiġġestixxi l-flussi migratorji. Dan l-aħħar il-KESE adotta żewġ opinjonijiet (8) li jipproponu li għandha tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-oriġini u l-pajjiżi ospitanti Ewropej. |
5.6 |
Il-politika komuni dwar il-viżi għandha tiġi applikata b’aktar flessibbiltà, għaliex ta’ spiss ixxekkel il-ġestjoni tal-flussi migratorji legali. |
Prinċipju 2: Bilanċ bejn il-ħiliet u l-ħtiġijiet
5.7 |
Bħala parti mill-Istrateġija ta’ Liżbona, l-immigrazzjoni bi skopijiet ekonomiċi għandha tkun sensittiva għal evalwazzjoni komuni bbażata fuq il-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol fl-UE, li tkun indirizzata lejn il-livelli kollha ta’ ħiliet, u lejn is-setturi kollha, sabiex tkun tista’ tiżġura l-prinċipju ta’ preferenza Komunitarja. |
5.8 |
F’opinjoni (9) reċenti tiegħu, il-KESE għamel numru ta’ proposti marbutin mad-Direttiva “Karta Blu”, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ “ħaddiema kkwalifikati” fl-UE u fl-Istati Membri sal-2020. |
5.9 |
Fir-rigward tal-iżvilupp ta’ “profili tal-immigrazzjoni” li jagħtu informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-immigranti fis-suq tax-xogħol nazzjonali, il-Kumitat hu tal-fehma li jenħtieġ titjib fid-data nazzjonali u tal-UE dwar il-flussi migratorji u s-swieq tax-xogħol; il-KESE jikkunsidra li l-kunċett ta’ “profili tal-immigrazzjoni” għandu jkunu flessibbli u għandu jikkunsidra l-adattabbiltà tal-ħaddiem. |
5.10 |
Il-KESE jixtieq li jenfasizza l-importanza tal-għarfien tal-lingwi u ta’ taħriġ professjonali għall-ħaddiema immigranti – li huma essenzjali biex jiġi żgurat li dawn ikunu kapaċi jsibu xogħol u jkunu jistgħu jadattaw aħjar għall-bidliet fis-suq tax-xogħol – flimkien mal-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki professjonali miksuba barra mill-UE. |
5.11 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-objettiv tal-promozzjoni tal-intrapriża fost l-immigranti. Madankollu, sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jeħtieġ li jingħelbu l-ostakoli dwar l-immigrazzjoni li għadhom jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
5.12 |
Peress li l-ħaddiema immigranti għandhom riskju akbar ta’ telf ta’ impjieg, hu essenzjali li jiġu żviluppati miżuri sabiex ikun hemm aktar impjegati, b’enfasi partikolari fuq in-nisa u indivdwi partikolarment żvantaġġjati. |
5.13 |
Il-KESE jikkunsidra li biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali, il-miżuri maħsuba fid-Direttiva dwar sanzjonijiet kontra min iħaddem għandhom jintużaw flimkien ma’ inċentivi u politiki attivi għar-regolarizzazzjoni u l-legalizzazzjoni tal-impjieg tal-immigranti. Biex dan iseħħ tenħtieġ aktar flessibbiltà fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-immigrazzjoni, kif ukoll rabta eqreb mat-tendenzi tas-suq tax-xogħol, peress li jenħtieġ li tiġi żviluppata u msaħħa l-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u jkun hemm djalogu soċjali adegwat. |
5.14 |
Għandha tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti tal-ILO, speċjalement mal-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-ħaddiema migranti (C 97 u C 143). |
Prinċipju 3: L-integrazzjoni hija ċ-ċavetta għal immigrazzjoni b’suċċess
5.15 |
Il-KESE ħareġ numru ta’ opinjonijiet (10) li jippromovu l-politika dwar l-imigrazzjoni u jinnota bi pjaċir li l-integrazzjoni hi waħda mill-prinċipji ewlenin tal-politika dwar l-immigrazzjoni. Il-“prinċipji bażiċi komuni”, li ġew adottati mill-Kunsill fl-2004, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-politiki dwar l-integrazzjoni, u l-ewwel wieħed fosthom jirreferi għall-integrazzjoni bħala proċess reċiproku jew li ġej miż-żewġ naħat (bejn l-immigranti u s-soċjetà ospitanti). Il-Kumitat jaqbel mal-mira tal-Kummissjoni li s-soċjetajiet Ewropej “għandhom itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw id-diversità ġejja mill-immigrazzjoni, u jtejbu l-koeżjoni soċjali.” |
5.16 |
Il-Kumitat jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni u jemmen li l-konsolidazzjoni tal-Qafas tal-UE dwar l-Integrazzjoni ser jeħtieġ spinta politika ġdida mill-Kunsill. Il-KESE ppropona l-kunċett ta’ “integrazzjoni ċivika” li hu bbażat fuq “l-armonizzazzjoni progressiva tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-immigranti, kif ukoll tal-aċċess għall-oġġetti, għas-servizzi u għall-mezzi ta’ parteċipazzjoni ċivika sabiex dawn isiru aktar konformi ma’ dawk tal-bqija tal-popolazzjoni, bil-kondizzjonijiet ta’ opportunitajiet u trattament indaqs” (11). Għalhekk hu essenzjali li jiġi żgurat li l-immigranti jipparteċipaw aktar soċjalment u politikament fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej. Il-Kumitat ħareġ opinjoni għall-Konvenzjoni Ewropea (12), fejn ippropona li ċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u li huma residenti għal perijodu twil għandhom jingħataw iċ-ċittadinanza tal-UE. |
5.17 |
Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tikkoordina netwerk nazzjonali ta’ punti ta’ kuntatt li qed tkun esperjenza pożittiva ħafna. Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ skambju u analiżi ta’ esperjenzi u prattika tajba mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-fatt li l-Kunsill ser joħloq Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, li ser jeħtieġ l-iżvilupp ta’ sistemi adegwati ta’ statistika u indikaturi komuni li l-Istati Membri għandhom jużaw fl-evalwazzjoni tar-riżultati tal-politiki dwar l-integrazzjoni. |
5.18 |
Għandhom jiġu żviluppati “programmi ta’ integrazzjoni għal immigranti li jkunu għadhom kif jaslu” li jinkludu dimensjoni lingwistika (it-tagħlim ta’ lingwa), dimensjoni kulturali u ċivika (impenn lejn il-valuri fundamentali Ewropej) fil-qafas ta’ “proċeduri nazzjonali speċifiċi” bħall-“curricula ta’ integrazzjoni, impenji espliċiti fuq l-integrazzjoni, programmi ta’ merħba, pjani nazzjonali għaċ-ċittadinanza u l-integrazzjoni, korsijiet ta’ introduzzjoni għan-normi ċiviċi, jew ta’ orjentazzjoni”. |
5.19 |
Il-Kumitat, flimkien mal-Fundazzjoni ta’ Dublin u l-imsieħba soċjali, analizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema immigranti (13) u kkonkluda li d-diversità fil-postijiet tax-xogħol tkabbar l-opportunitajiet tal-kumpaniji u tal-ħaddiema u li l-kollaborazzjoni mal-imsieħba soċjali għandha tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni u l-politika pubblika waqt ix-xogħol. |
5.20 |
F’numru ta’ opinjonijiet, il-KESE ppropona li d-drittijiet tal-immigranti għandhom jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni Ewropea u li l-immigranti għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom (skont il-liġi tal-pajjiż ospitant). |
5.21 |
Meta jitqies il-fatt li f’xi Stati Membri d-drittijiet tal-immigranti huma marbutin mat-tul ta’ residenza tagħhom, il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-immigranti għandu jkollhom aċċess sħiħ u bla diskriminazzjoni għall-kura tas-saħħa, il-protezzjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-pensjonijiet. Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil jistipula wkoll il-garanzija ta’ ċerti drittijiet bħall-aċċess għall-“edukazzjoni, xogħol, sigurtà u servizzi pubbliċi u soċjali”. |
5.22 |
Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, il-Kumitat ippropona li għandhom jiġu rikonoxxuti d-diversi drittijiet (14). |
5.23 |
Il-KESE ippropona, f’diversi opinjonijiet (15), li tiġi mmodifikata d-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għar-rijunifikazzjoni tal-familja, minħabba li hija restrittiva ħafna, ma tirrispettax id-drittijiet fundamentali u toħloq ostakolu għall-integrazzjoni. |
5.24 |
Barra minn hekk sa Marzu 2009 għandu jitwaqqaf il-Forum dwar l-Integrazzjoni Ewropea hekk kif propost mill-KESE (16) u rratifikat mill-konferenza preparatorja ta’ April 2008. L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-membri tal-Forum fit-twettiq ta’ xogħolhom. |
5.25 |
Solidarjetà: kordinazzjoni bejn l-Istati Membri u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. |
5.26 |
Il-Kummissjoni tipproponi t-titjib tas-solidarjetà politika. Is-sezzjoni bl-isem ta’ Solidarjetà u Immigrazzjoni hi bbażata fuq tliet prinċipji: |
Prinċipju 4: Trasparenza, fiduċja u kooperazzjoni
5.27 |
Il-politika komuni dwar l-immigrazzjoni għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ solidarjetà politika u operattiva, fiduċja reċiproka, trasparenza, qsim tar-responsabbiltà u sforzi konġunti mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri. Il-KESE jappoġġja dawn il-prinċipji u jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li nmorru lil hinn mill-isfera intergovernattiva biex tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-politika komuni dwar l-immigrazzjoni. |
5.28 |
Jenħtieġ li titjieb id-distribuzzjoni tal-informazzjoni u l-fiduċja reċiproka u li jiġu adottati aktar approċċi koordinati, jiġi mmonitorjat l-impatt ta’ miżuri nazzjonali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u jiġu żviluppati sistemi interoperabbli, b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet tal-EUROSUR. |
5.29 |
F’opinjoni (17) reċenti, il-KESE appoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea biex jiżguraw li l-Istati Membri jtejbu l-istatistika tagħhom dwar l-immigrazzjoni. |
Prinċipju 5: Użu effettiv u koerenti tal-mezzi disponibbli
5.30 |
Is-solidarjetà għandha tinkludi element qawwi finanzjarju li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika tal-fruntieri esterni ta’ xi Stati Membri. Għalhekk il-fondi tal-Programm Ġenerali dwar is-Solidarjetà u l-Immaniġjar tal-Flussi Migratorji (2007-2013) għandhom jintużaw b’mod effettiv bħala mezz ta’ qsim ta’ piż u ta’ suppliment għar-riżorsi baġitarji nazzjonali. |
5.31 |
Il-KESE ħejja opinjoni (18) li tikkritika l-approċċ adottat fil-politiki dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji u jipproponi approċċ li l-ewwel u qabel kollox jikkunsidra lill-individwi bħala pussessuri ta’ drittijiet bażiċi tal-bniedem. |
5.32 |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet urġenti, bħal dawk maħluqa mill-influss qawwi ta’ immigranti. Il-Kumitat jixtieq jinnota wkoll li xi kultant ikun hemm emerġenzi umanitarji li jeħtieġu s-solidarjetà mill-UE. |
5.33 |
Il-KESE jappoġġja r-ratifika tal-Kumitat Baġitarju tal-Parlament Ewropew għal emenda għall-Baġit tal-UE għall-2009 sabiex jiġu allokati riżorsi finanzjarji għall-ħolqien ta’ “Mekkaniżmu ta’ Solidarjetà” li jippermetti l-qsim tal-piż fost l-Istati Membri tal-UE. Dan jinkludi l-allokazzjoni ta’ fondi għall-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-promozzjoni ta’ skemi ta’ rilokar u l-fondi tal-Aġenzija Frontex tal-UE biex tkun tista’ testendi l-missjonijiet marittimi tagħha fl-Ewropa tan-Nofsinhar fuq bażi permanenti b’effett minn Jannar li jmiss. |
Prinċipju 6: Tisħib ma’ pajjiżi terzi
5.34 |
Il-KESE fassal żewġ opinjonijiet (19) fejn ippropona approċċ ġdid għall-politiki Ewropej: il-politika dwar l-immigrazzjoni għandha tkun ġestita b’kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini, sabiex jiġi żgurat li l-migrazzjoni hi fattur ta’ żvilupp f’dawk il-pajjiżi. Dan ikun ifisser ir-riformular ta’ ħafna aspetti ta’ dawn il-politiki, inklużi dawk li jittrattaw il-kriterji ta’ ammissjoni u l-opportunitajiet għall-mobbiltà tal-migranti. |
5.35 |
Għalhekk il-Kumitat jilqa’ dan il-prinċipju, għaliex il-ġestjoni tal-flussi migratorji teħtieġ sħubija u kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi. |
5.36 |
It-telf akkademiku għandu jiġi limitat, it-taħriġ u l-edukazzjoni mtejba u s-swieq tax-xogħol lokali msaħħa. Ix-xogħol deċenti għandu jiġi promoss, u għandu jingħaraf l-iżvilupp potenzjali tal-bgħit tal-flus u titwaqqaf l-immigrazzjoni irregolari. |
5.37 |
Għandhom jiġu stabbiliti sħubijiet tal-mobbiltà bejn l-Istati Membri interessati u l-pajjiżi terzi, biex titwitta’ t-triq għal emigrazzjoni legali lejn l-Ewropa. |
5.38 |
Għandhom jiġu offruti possibbiltajiet għal migrazzjoni ċirkolari, permezz ta’ miżuri legali u operattivi li jiggarantixxu lill-immigranti illegali d-dritt ta’ aċċess prijoritarju għal residenza legali aktar fit-tul fl-UE. |
5.39 |
Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għandhom jinkludu aspetti bħas-sigurtà soċjali, u jkopru, fost affarijiet oħra, il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ drittijiet soċjali akkwiżiti, b’mod speċjali tad-drittijiet għall-pensjoni, lejn il-pajjiżi tal-oriġini. |
5.40 |
Sigurtà: ġlieda effettiva kontra l-“immigrazzjoni illegali” |
5.41 |
F’opinjonijiet (20) preċedenti, il-KESE wissa li meta d-definizzjoni “immigrazzjoni illegali” tintuża biex tirreferi għal migranti individwali, din għandha tiġi ppreċiżata. Għalkemm mhuwiex legali li wieħed jidħol f’pajjiż mingħajr id-dokumenti u l-awtorizzazzjoni meħtieġa, dawk li jagħmlu hekk mhumiex kriminali. L-immigranti irregolari mhumiex kriminali, anke jekk is-sitwazzjoni tagħhom mhijiex legali. Il-kriminali vera huma dawk l-individwi li jittraffikaw illegalment lin-nies u li jisfruttaw l-immigranti illegali. |
5.42 |
Is-sezzjoni dwar is-sigurtà tinkludi erba’ prinċipji: |
Prinċipju 7: Politika dwar il-viżi li tkun taqdi l-interessi tal-Ewropa u ta’ sħabha.
5.43 |
Il-KESE jixtieq ikun jaf jekk il-Kummissjoni għandhiex informazzjoni biżżejjed biex tevalwa l-impatt tal-politika dwar il-viżi fuq it-tnaqqis tal-immigrazzjoni illegali. Ir-rekwiżit għan-nies f’xi pajjiżi terzi li jkollhom viżi għal perijodu qasir jista’ jnaqqas l-immigrazzjoni illegali minn dawn il-pajjiżi, iżda jista’ jżid ukoll n-numru ta’ individwi li jaqgħu vittma tan-netwerks ta’ traffikar illegali u ta’ kuntrabandu tal-persuni. Barra minn hekk, politika dwar il-viżi tista’ tkun diskriminatorja ħafna kaġun tal-mobbiltà ristretta u għalhekk l-awtoritajiet konsolari għandhom jiġġestixxu din il-kwistjoni b’attenzjoni, billi jaġixxu b’ħeffa, b’mod trasparenti u billi jiżguraw li ma sseħħ l-ebda korruzzjoni. |
5.44 |
Il-Kumitat jaqbel mal-adozzjoni ta’ viżi uniformi Ewropej ta’ Schengen u li jistgħu jinħolqu ċentri konsulari komuni li jservu numru ta’ Stati Membri. |
Prinċipju 8: Immaniġġjar integrat tal-fruntieri
5.45 |
Sabiex tinżamm l-integrità taż-żona ta’ Schengen mingħajr kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni, il-Kummissjoni tipproponi li għandu jiġi żviluppat u msaħħaħ “immaniġġjar integrat” ta’ strateġiji għall-kontrolli fuq il-fruntieri esterni tal-UE. |
5.46 |
Għandhom jissaħħu l-operazzjonijiet tal-FRONTEX. Għandha tiġi żviluppata sistema integrata ta’ kontrolli fil-fruntiera bl-użu ta’ “teknoloġiji ġodda” u għandu jiġi sfruttat bi sħiħ il- potenzjal tas-Seba’ Programm Qafas tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa essenzjali li jiġi żviluppat u msaħħaħ aktar ir-rwol ta’ koordinazzjoni u ta’ sostenn tal-FRONTEX fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti u l-kapaċità tagħha li tirreaġixxi malajr għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni. Fil-futur, l-UE ser tiddeċiedi dwar il-mandat u l-kontroll operattiv tal-Frontex, minħabba l-implikazzjonijiet legali skont il-liġi nazzjonali u dik internazzjonali. |
5.47 |
Għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-migrazzjoni. |
5.48 |
Il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm iż-żona ta’ Schengen, mingħajr kontrolli fil-fruntiera intern u li jissaħħu l-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fl-immaniġġjar tal-fruntieri esterni tal-UE. |
5.49 |
Il-KESE jappoġġja ukoll il-ħolqien ta’ bankun wieħed bejn żewġ fruntieri, fejn kull vjaġġatur ikun suġġett għal kontroll wieħed minn awtorità waħda. |
5.50 |
L-influss kontinwu u fuq skala kbira ta’ immigranti f’reġjun partikolari tal-UE huwa l-ewwel u qabel kollox problema umanitarja li l-awtoritajiet nazzjonali jridu jsibu soluzzjoni għaliha bl-għajnuna u l-appoġġ tal-UE. Xi reġjuni Ewropej bħall-gżejjer tan-Nofsinhar (Malta, Lampedusa, il-Kanarji, eċċ.) jiffaċċjaw problemi speċifiċi, għaliex huma punti intermedji għall-immigrazzjoni irregolari u xi kultant jirċievu aktar immigranti minn dawk li jistgħu jlaħħqu magħhom. Għalhekk huwa kruċjali li l-Unjoni Ewropea ddaħħal fis-seħħ sistema ta’ solidarjetà, li tipprevedi l-qsim ta’ piżijiet operattivi b’rabta mal-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw il-wasla rikorrenti u massiva ta’ immigranti illegali, billi jingħaqdu riżorsi Ewropej u oħrajn miġbura flimkien fuq livell nazzjonali. |
5.51 |
Il-KESE jixtieq li l-effiċjenza murija fil-kontrolli fil-fruntiera tintwera wkoll fir-rispett lejn id-dritt tal-ażil, għaliex ħafna min-nies fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jilħqu l-fruntieri esterni tal-UE b’mod illegali. Il-Kumitat ser jadotta opinjoni (21) oħra dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. |
5.52 |
Il-KESE appoġġja (22) l-ħolqien tal-FRONTEX u l-ħolqien fil-ġejjieni ta’ gwardja Ewropea tal-fruntiera kif ukoll ta’ skola għall-gwardja Ewropea tal-Fruntiera, għaliex il-kontrolli fil-fruntiera għandhom jitwettqu minn uffiċjali li għandhom għarfien speċjalizzat tat-traffikar tal-bniedem u b’livell ta’ għarfien tekniku konsiderevoli. |
5.53 |
Id-dmirijiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu l-koordinazzjoni ta’ servizzi ta’ salvataġġ – speċjalment salvataġġ fuq il-baħar – sabiex jiġi evitat l-użu ta’ netwerks ta’ immigrazzjoni riskjużi u biex jgħinu lin-nies li jinsabu fil-periklu kaġun tal-użu ta’ dawn in-netwerks. |
Prinċipju 9: Jitħaffef il-pass fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, u tolleranza żero għat-traffikar tal-persuni
5.54 |
Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi miġġieled ix-xogħol bla ktieb u l-impjieg illegali permezz ta’ miżuri preventivi, infurzar tal-liġi u sanzjonijiet. Għandhom jissaħħu l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi u għandha tittejjeb il-kollaborazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu. |
5.55 |
Il-Kumitat iqis li l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari hi d-dmir mhux biss tal-gwardji tal-fruntiera iżda ukoll tas-swieq tax-xogħol Ewropej, li f’xi setturi u f’xi pajjiżi joffru xogħol bla ktieb lill-immigranti irregolari. Il-KESE reċentement adotta opinjoni (23) fejn irratifika d-direttiva tal-Kummissjoni li tintroduċi sanzjonijiet kontra dawk li jħaddmu immigranti irregolari, billi tenfasizza l-importanza tal-imsieħba soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-immigranti. |
5.56 |
L-immigrazzjoni irregolari tonqos ukoll meta l-UE u l-Istati Membri jkollhom leġiżlazzjoni aktar miftuħa u flessibbli dwar l-ammissjoni ta’ immigranti ġodda, kif ġie propost mill-KESE f’numru ta’ opinjonijiet. |
5.57 |
Il-Kumitat jappoġġja lill-Kummissjoni, li tixtieq tiżgura li “ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu illegalment ikollhom aċċess għal servizzi li huma essenzjali biex jiġu garantiti d-drittijiet fundamentali tal-bniedem” (pereżempju, l-edukazzjoni, b’mod speċjali tat-tfal, u kura bażika tas-saħħa). |
5.58 |
Il-KESE jqis li l-preżenza ta’ mijiet ta’ eluf ta’ immigranti irregolari fl-UE tirrappreżenta sfida għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Ir-ritorn infurzat ma jistax ikun l-unika tweġiba, għaliex id-dinjità tal-bniedem u t-trattament uman għandhom jiġu żgurati dejjem. U lanqas mhu finanzjarjament vijabbli. Għalhekk il-Kumitat, f’opinjonijiet (24) oħra ppropona li fil-qafas tal-koordinazzjoni tal-politika, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iħejju miżuri ta’ regolamentazzjoni, li jbiegħdu r-riskju li l-immigrazzjoni irregolari titqies bħala l-antiporta tal-immigrazzjoni legali. Fir-regolarizzar tas-sitwazzjoni ta’ dawk involuti għandha tingħata kunsiderazzjoni għal grad ta’ integrazzjoni tagħhom f’termini soċjali u ta’ impjieg. Il-Kumitat jikkunsidra li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-imsieħba soċjali tippermetti numru konsiderevoli ta’ nies, li llum qed jaħdmu b’mod illegali, biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni amministrattiva tagħhom sabiex l-impjieg tagħhom jiġi regolarizzat. |
5.59 |
In-nuqqas ta’ kontrolli effettivi fil-fruntieri esterni hu sikwit sfruttat min-netwerks kriminali li jittraffikaw lill-persuni u li m’għandhom l-ebda skruplu li jpoġġu l-ħajja tan-nies f’perikolu serju sabiex ikabbru l-profitti illegali tagħhom. F’opinjoni oħra (25), il-KESE nnota li l-awtoritajiet għandhom jipproteġu ’l-vittmi, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli, bħat-tfal u l-vittmi tat-traffiku tal-isfruttament sesswali, bl-istess enerġija li biha jiġġieldu kontra n-netwerks kriminali li jittraffikaw u jisfruttaw il-bnedmin. |
5.60 |
Il-Kumitat hu mħasseb bil-kbir dwar l-użu ta’ sistemi bijometriċi li jistgħu jintużaw b’mod diskriminatorju u li jista’ jikser id-dritt ta’ privatezza tan-nies. |
Prinċipju 10: politika ta’ rimpatrijar sostenibbli u effettiva
5.61 |
Il-Kummissjoni tqis li l-politiki tar-rimpatrijar huma element indispensabbli fil-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni illegali u li għandhom jiġu evitati r-regolarizzazzjonijiet fuq skala kbira ta’ persuni li jkunu qed jgħixu illegalment, “filwaqt li għandha titħalla miftuħa l-possibbiltà għal regolarizzazzjonijiet individwali fuq il-bażi ta’ kriterji ġusti u trasparenti”. |
5.62 |
Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti dimensjoni Ewropea lill-politiki ta’ rimpatrijar billi tiżgura rikonoxximent reċiproku sħiħ dwar id-deċiżjonijiet ta’ rimpatrijar. Fl-opinjoni (26) tiegħu, il-KESE jikkunsidra li filwaqt li ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil, l-għarfien reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar ir-rimpatrijar, hi ferm problematika jekk irridu li jiġu żgurati d-drittijiet fundamentali skont l-Istat tad-Dritt. |
5.63 |
F’dik l-opinjoni, il-Kumitat ippropona li l-iktar politiki ta’ rimpatrijar ta’ suċċess huma dawk li joffru inċentivi adegwati u li huma ġestiti flimkien mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u NGOs speċjalizzati. |
5.64 |
Il-KESE ma ġiex ikkonsultat matul il-proċess ta’ tfassil ta’ direttiva dwar ir-rimpatrijar, iżda jaqbel mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jsostnu li xi dispożizzjonijiet tad-direttiva (it-tul tad-detenzjoni fiċ-ċentri tad-detenzjoni, in-nuqqas ta’ protezzjoni legali, it-trattament mhux adegwat tal-minuri, eċċ.) mhumiex konsistenti mad-drittijiet fundamentali u mal-Istat tad-Dritt. |
5.65 |
Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-pajjiżi tal-oriġini jerġgħu jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom – għaliex huma obbligati jagħmlu dan skont il-ftehimiet internazzjonali – u għandha ssir valutazzjoni tal-ftehimiet ta’ rijammissjoni attwali sabiex titjieb l-implimentazzjoni tagħhom u sabiex jinsiltu tagħlimiet għan-negozjati ta’ trattati futuri. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-opinjoni tal-KESE tad-9.7.2008 dwar l-“Elementi għall-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ pjattaforma għal parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni fil-livell Komunitarju ta’ politiki għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009).
(2) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għall-Politika dwar l-Immigrazzjoni tal-Komunità” u l-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-Politika Komuni dwar l-Ażil, l-introduzzjoni ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni”, rapporteur: is-Sinjura Zu Eulenburg, (ĠU C 221, 17.9.2002). Mhux disponibbli bil-Malti.
(3) Ara l-konklużjonjiet tal-Kunsill Ewropew 14368/08.
(4) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Il-Programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin - Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños, (ĠU C 65, 17.3.2006). Mhux disponibbli bil-Malti.
(5) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Immigrazzjoni fl-UE u l-politika ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi ta oriġini għall-promozzjoni tal-iżvilupp”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 44, 16.2.2008).
(6) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħaddiema Immigrati”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 302, 7.12.2004).
(7) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009).
(8) Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:
— |
dwar “Immigrazzjoni fl-UE u l-politika ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini għall-promozzjoni tal-iżvilupp”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 44, 16.2.2008), |
— |
dwar “Migrazzjoni u Żvilupp: Opportunitajiet u Sfidi”, rapporteur: is-Sur Sukhdev Sharma (ĠU C 120, 16.5.2008). |
(9) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009).
(10) Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:
— |
dwar “Elementi għall-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ pjattaforma għal parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni fil-livell Komunitarju ta’ politiki għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009); |
— |
dwar “Immigrazzjoni, integrazzjoni u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 125, 27.5.2002). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjieg”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 80, 30.3.2004). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu”, rapporteurs: is-Sur Rodríguez García-Caro, is-Sur Pariza Castaños u s-Sur Cabra de Luna (ĠU C 318, 23.12.2006). Mhux disponibbli bil-Malti. |
(11) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u r-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños, korapporteur: is-Sur Melícias (ĠU C 125, 27.5.2002). Mhux disponibbli bil-Malti.
(12) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 208, 3.9.2003). Mhux disponibbli bil-Malti.
(13) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-immigrazzjoni fl-UE u l-politiki ta’ integrazzjoni: kooperazzjoni bejn gvernijiet reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 318, 23.12.2006). Mhux disponibbli bil-Malti.
(14) Id-dritt għas-sigurtà soċjali, inkluża l-kura medika;
— |
Id-dritt għal aċċess għall-prodotti u għas-servizzi, inkluż l-alloġġ, bl-istess kondizzjonijiet taċ-ċittadini nazzjonali; |
— |
L-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
— |
Ir-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki fil-qafas tal-leġiżlazzjoni Komunitarja; |
— |
Id-dritt għall-edukazzjoni tal-minuri, inklużi l-iffinanzjar u l-għotjiet għall-istudju; |
— |
Id-dritt li wieħed jeżerċita t-tagħlim u r-riċerka xjentifika skont il-Proposta għal Direttiva; |
— |
Id-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas f’każ ta’ bżonn; |
— |
Id-dritt għall-aċċess ta’ servizz mingħajr ħlas ta’ stazzjonar mill-ġdid (servizz pubbliku); |
— |
Id-dritt li wieħed jiġi mgħallem il-lingwa tal-pajjiż ospitanti; |
— |
Ir-rispett tad-diversità kulturali; |
— |
Id-dritt tal-moviment ħieles u tar-residenza fi ħdan l-Istat Membru. |
(15) Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:
— |
dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjieg”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (OJ C 80, 30.3.2004). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “Il-Green paper dwar approċċ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni ekonomika”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 286, 17.11.2005). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “L-immigrazzjoni fl-UE u l-politiki ta’ integrazzjoni: kooperazzjoni bejn gvernijiet reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 318, 23.12.2006). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impieg bi kwalifiki għoljin”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009). |
(16) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Elementi għall-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ pjattaforma għal parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni fil-livell Komunitarju ta’ politiki għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009).
(17) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali”, rapporteur: is-Sinjura Sciberras (ĠU C 185, 8.8.2006). Mhux disponibbli bil-Malti.
(18) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu 2008-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’”, il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu 2007-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’”, il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perijodu 2007-2013, bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’”, il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ripatrijazzjoni għall-perijodu 2008-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 88, 11.4.2006). Mhux disponibbli bil-Malti.
(19) Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:
— |
dwar “Immigrazzjoni fl-UE u l-politika ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini għall-promozzjoni tal-iżvilupp”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 44, 16.2.2008). |
— |
dwar il-“Migrazzjoni u żvilupp: opportunitajiet u sfidi”, rapporteur: is-Sur Sharma (ĠU C 120, 16.5.2008). |
(20) Ara l-aktar, l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 149, 21.6.2002). Mhux disponibbli bil-Malti.
(21) Ara l-Opinjoni tal-KESE tal-25 ta’ Frar 2009 dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar programm ta’ politika dwar l-ażil – approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños, korapporteur: is-Sinjura Bontea (Għadha mhux pubblikata fil-Ċurnal Uffiċjali).
(22) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta tar-Regolament tal-Kunsill li jwassal għall-ħolqien ta’ Aġenzija Ewropea għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva fil-fruntieri esterni”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 108, 7.12.2004). Mhux disponibbli bil-Malti.
(23) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali”, rapporteur: is-Sinjura Roksandić, korapporteur: is-Sur Almeida Freire (ĠU C 204, 9.8.2008).
(24) B’mod partikolari, l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Green Paper dwar il-politika tar-ritorn tal-Komunità dwar residenti illegali ”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 61, 14.3.2003). Mhux disponibbli bil-Malti.
(25) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-residenzi għall-perijodu qasir maħruġa lill-vittmi ta’ azzjoni ta’ faċilitar tal-immigrazzjoni illegali jew it-traffikar fil-bnedmin li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 221, 17.9.2002). Mhux disponibbli bil-Malti.
(26) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill għat-tfassil ta’ kriterji u arranġamenti prattiċi ta’ kumpens tal-iżbilanċi finanzjarji riżultat tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 220, 16.9.2003). Mhux disponibbli bil-Malti.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/78 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Programm ta’ politika dwar l-ażil: Approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE
COM(2008) 360 finali
2009/C 218/16
Nhar is-17 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
“il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Programm ta’ politika dwar l-ażil: approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur PARIZA CASTAÑOS u l-korapporteur is-Sinjura BONTEA.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’134 vot favur, vot wieħed kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Il-KESE jaqbel mal-għanijiet ġenerali mressqa mill-Kummissjoni, iżda jrid jiġbed l-attenzjoni għall-qabża li hemm bejn dawn l-għanijiet u l-leġiżlazzjoni Ewropea, kif ukoll il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. |
1.2 |
Il-Kumitat jemmen li f’dan il-każ, bħalma hu l-każ f’politiki Ewropej oħra, ir-retorika ħadet post l-aspirazzjonijiet u l-valuri, u spiss il-prattika u l-liġijiet huma f’kunflitt mal-valuri. |
1.3 |
Il-KESE jemmen li t-tieni fażi tat-twaqqif tas-Sistema tal-Ażil Komuni Ewropea (CEAS) għandha tindirizza n-nuqqasijiet tal-ewwel fażi. Għalhekk għandha ssir reviżjoni kritika tal-ewwel fażi qabel ma tinbeda t-tieni fażi. |
1.4 |
Fid-dawl tal-fatt li fit-tieni fażi tal-iżvilupp tas-CEAS il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta d-deċiżjonijiet skont il-proċedura ordinarja u b’kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew, il-KESE jittama bis-sħiħ li l-progress jista’ jsir aktar malajr u li l-liġijiet ikunu ta’ kwalità aħjar. Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li f’din il-Komunikazzjoni il-Kummissjoni tidħol għall-impenn li tadotta numru ta’ politiki u inizjattivi leġiżlattivi. |
1.5 |
Il-KESE jqis li l-politiki Ewropej tal-ażil għandhom jiġu armonizzati u li s-CEAS għandha titwaqqaf b’tali mod li tiżgura kwalità għolja, mingħajr ma tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni internazzjonali. L-armonizzazzjoni dejjem ser tħalli xi ftit jew wisq flessibbiltà għal-liġijiet nazzjonali iżda qatt m’għandha tintuża biex tnaqqas il-livelli attwali ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. L-armonizzazzjoni għandha sservi biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni f’dawk l-Istati Membri fejn il-protezzjoni mhix adegwata. |
1.6 |
Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dawk li qed ifittxu l-ażil għandhom jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol u għat-taħriġ. |
1.7 |
Il-KESE qed jappella li tiġi rikonoxxuta l-ħidma tal-NGOs li qed jispeċjalizzaw fl-ażil u r-refuġjati u li dawn l-NGOs jingħataw aċċess sħiħ għall-proċeduri u l-postijiet marbuta ma’ dawn l-attivitajiet. |
1.8 |
Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-UE tat spinta ġdida lill-iżvilupp tas-Sistema tal-Ażil Komuni Ewropea permezz tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (1). |
2. Daħla
2.1 |
Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (CEAS) qed tiżviluppa f’żewġ fażijiet differenti. L-ewwel waħda nbdiet fil-Kunsill Ewropew ta’ Tampere (1999), wara l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Amsterdam, li ta dimensjoni Ewropea lill-politiki dwar l-immigrazzjoni u l-ażil. L-ewwel fażi ntemmet fl-2005. |
2.2 |
Fl-ewwel fażi sar progress fl-iżvilupp ta’ numru ta’ direttivi dwar l-ażil, u b’hekk tjieb il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u f’xi aspetti tad-dimensjoni esterna tal-ażil. |
2.3 |
Il-miżuri leġiżlattivi importanti huma: id-Direttiva 2005/85 dwar il-proċeduri biex jingħata jew jiġi rtirat l-istatus ta’ refuġjati, id-Direttiva 2003/9 dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza ta’ dawk li qed ifittxu l-ażil, u d-Direttiva 2004/83 dwar il-livelli għall-kwalifika u l-istatus bħala refuġjati u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija. Saru wkoll xi bidliet regolatorji f’oqsma oħra, bħalma huma d-deċiżjoni dwar l-Istat responsabbli biex jeżamina applikazzjoni (Konvenzjoni u Regolament ta’ Dublin); EURODAC, u d-Direttiva 2001/55 dwar il-protezzjoni temporanja. |
2.4 |
Fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri nbdew numru ta’ attivitajiet li qed jitmexxew mill-EURASIL, grupp ta’ esperti nazzjonali mmexxija mill-Kummissjoni. Ġie stabbilit ukoll strument finanzjarju ta’ solidarjetà bil-ħolqien u t-tiġdid tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati. |
2.5 |
Fl-aspett estern tal-ażil sar progress f’oqsma bħalma huma l-appoġġ tal-pajjiżi terzi li għandhom numru kbir ta’ refuġjati (il-Programmi Reġjonali ta’ Protezzjoni huma importanti ħafna) jew ir-rilokazzjoni tar-refuġjati fl-UE. |
2.6 |
It-tieni fażi tat-twaqqif tas-CEAS bdiet bil-Programm tal-Aja (adottat f’Novembru 2004), li jistipula li l-għanijiet ewlenin tas-CEAS għandhom jintlaħqu sal-2010:
|
2.7 |
Qabel ma jiġu adottati l-inizjattivi l-ġodda, fl-2007 l-Kummissjoni ppubblikat Green Paper (2) biex tiftaħ id-dibattitu bejn l-istituzzjonijiet differenti, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili. |
2.8 |
Il-KESE ressaq opinjoni importanti (3) dwar il-Green Paper li rrispondiet għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni u kien fiha diversi proposti biex tiżviluppa s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. |
2.9 |
Il-Kummissjoni użat il-kummenti li saru dwar il-Green Paper biex tfassal il-Programm ta’ Politika dwar l-Ażil. Għalhekk din l-opinjoni għandha tinqara fid-dawl tal-opinjoni li ħejja l-Kumitat dwar il-Green Paper. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar l-ażil fl-istess żmien tal-Komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni. Il-Kumitat huwa kuntent li xi ftit tax-xhur ilu d-DĠ JLS fi ħdan il-Kummissjoni ssepara s-servizzi tiegħu, peress li dan ser jippermetti livell ogħla ta’ speċjalizzazzjoni fid-dawl tal-fatt li fil-qasam tal-ażil, il-leġiżlazzjoni u l-konvenzjonijiet internazzjonali jpoġġu ċerti rekwiżiti fuq l-Istati Membri tal-UE. |
3.2 |
Il-KESE jemmen li it-tieni fażi tat-twaqqif tas-CEAS għandha tindirizza n-nuqqasijiet tal-ewwel fażi. Għalhekk għandha ssir reviżjoni kritika tal-ewwel fażi qabel ma tinbeda t-tieni fażi. Il-KESE jaqbel mal-opinjoni kritika tal-Kummissjoni, iżda jemmen li l-Kunsill Ewropew u l-Istati Membri wkoll għandhom jagħrfu l-iżbalji u jindirizzaw n-nuqqasijiet tal-ewwel fażi. |
3.3 |
Il-problema ewlenija fl-ewwel fażi kienet li l-miżuri leġiżlattivi li ġew adottati ħallew wisq flessibbiltà fl-interpretazzjoni tal-miżuri lil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u b’hekk l-Istati Membri spiċċaw b’politiki u leġiżlazzjoni differenti ħafna. Għalhekk il-livell ta’ armonizzazzjoni meħtieġ ma ntlaħaqx. |
3.4 |
Huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew jirrifjutawx l-applikazzjonijiet għall-ażil. Huma jagħmlu dan bl-użu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li mhijiex armonizzata, filwaqt li jżommu t-tradizzjonijiet differenti tagħhom b’rabta mal-politika tal-ażil u jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-oriġini b’modi differenti; b’hekk jeżisti nuqqas ta’ prattika Ewropea komuni. Għalhekk, il-livelli ta’ protezzjoni pprovduti mill-Istati Membri differenti jvarjaw ħafna, din hi r-raġuni għaliex għad hemm movimenti sekondarji tar-refuġjati fi ħdan l-UE. |
3.5 |
Il-Kummissjoni tinnota li “l-istandard minimi komuni maqbula ma ħolqux l-istess kundizzjonijet ugwali mixtieqa” (4). Il-KESE jemmen li hija r-regola tal-unanimità, li l-Kunsill kien qed juża reċentement, li wasslet għal din is-sitwazzjoni diżappuntanti. Il-Kumitat iqis li għall-politika komuni dwar l-ażil għandha tintuża l-proċedura ordinarja, flimkien mal-kodeċiżjoni, sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet tat-Trattat. It-tama hi li jsir iktar progress fl-armonizzazzjoni waqt it-tieni fażi. |
3.6 |
Il-KESE jinnota li l-kwalità tal-protezzjoni pprovvduta mill-UE trid titjieb. Kif inkiteb fl-opinjoni dwar il-Green Paper, it-twaqqif tas-CEAS għandu jkun iggvernat “bil-ħsieb li l-Unjoni ssir spazju ta’ protezzjoni uniku għar-refuġjati, ibbażat fuq l-applikazzjoni integrali u globali tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u fuq il-valuri umanitarji komuni għall-Istati Membri kollha” (5). |
3.7 |
Għalhekk il-KESE jemmen li l-armonizzazzjoni tal-politika Ewropea tal-ażil u t-twaqqif tas-CEAS għandu jsir mingħajr ma jnaqqas jew idgħajjef il-livelli ta’ protezzjoni internazzjonali. L-UE għandha tiżviluppa leġiżlazzjoni komuni mingħajr ma tikkomprometti l-istandards tal-protezzjoni, b’mod li jkunu l-Istati Membri li għandhom livelli insuffiċjenti ta’ ħarsien li jkollhom ibiddlu l-leġiżlazzjoni tagħhom. |
3.8 |
L-Istati Membri dejjem ser ikollhom livell ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ażil, iżda l-KESE jappoġġja biss leġiżlazzjoni tal-UE li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u tnaqqas il-possibbiltà ta’ interpretazzjoni li, kif qed jiġri bħalissa, tista’ tfixkel milli l-leġiżlazzjoni tiġi applikata b’mod korrett. Il-miżuri leġiżlattivi fit-tieni fażi tat-twaqqif tas-CEAS għandhom jistabbilixxu sett ta’ standards għall-protezzjoni ta’ kwalità li jżommu mal-prinċipji tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, u jiżguraw li s-sistema tal-ażil tkun hemm għal kull min għandu bżonnha. |
4. Kummenti speċifiċi dwar l-istrumenti l-ġodda tal-leġiżlazzjoni
4.1 Direttiva dwar il-kundizzjonjiet tal-akkoljenza
4.1.1 |
Kif saħqet il-Kummissjoni, id-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza li hemm fis-seħħ bħalissa fl-Istati Membri tħalli flessibbiltà konsiderevoli f’oqsma importanti. Dan ifisser li l-kunizzjonijiet tal-akkoljenza huma differenti ħafna madwar l-UE. |
4.1.2 |
Il-KESE japprova l-proposta tal-Kummissjoni li jkun hemm aktar armonizzazzjoni biex jiġu evitati l-movimenti sekondarji. Il-Kumitat jagħti dettalji dwar dawn il-proposti fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper. |
4.1.3 |
Il-Kumitat jilqa’ wkoll il-fatt li d-Direttiva l-ġdida tinkludi l-istandards ta’ akkoljenza għan-nies li qed ifittxu l-protezzjoni sussidjarja; l-inklużjoni ta’ garanziji proċedurali dwar id-detenzjoni; u l-fatt li tagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati u sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ persuni vulnerabbli. B’mod partikolari, l-UE għandha tħares lil dawk, spiss nisa u tfal, li kienu vittmi ta’ torturi, stupru, abbuż jew xi forma oħra ta’ vjolenza. |
4.1.4 |
F’opinjonijiet differenti (6), il-KESE ppropona li bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dawk li qed ifittxu l-ażil għandhom jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol u għat-taħriġ. Il-KESE jenfasizza l-importanza partikolari li jiġi żgurat aċċess għas-suq tax-xogħol li jkun semplifikat u aktar armonizzat, li jiżgura li l-aċċess reali għax-xogħol ma jiġix imfixkel minn restrizzjonijiet amministrattivi oħra li mhumiex meħtieġa, u dan għandu jsir mingħajr ma tkun ippreġudikata l-kompetenza tal-Istati Membri. |
4.1.5 |
Barra minn hekk l-imsieħba soċjali, fl-isferi differenti, jistgħu jaħdmu flimkien mar-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-ażil biex jgħinuhom jiksbu aċċess għax-xogħol u għat-taħriġ. Il-kooperattivi u forom oħra tal-ekonomija soċjali, l-istabbilimenti edukattivi u l-NGOs speċjalizzati wkoll jistgħu jipprovdu l-appoġġ. |
4.1.6 |
Huwa rrakkomanda wkoll diversi bidliet li jħarsu r-riunifikazzjoni tal-familja, itejbu l-kundizzjonijiet għall-edukazzjoni, speċjalment għat-tfal, u jipprovdu aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa (7). |
4.1.7 |
Fl-aħħar, id-Direttiva għandha tagħmilha ċara li l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza jridu jkunu ggarantiti bl-istess mod għal dawk kollha li qed ifittxu l-ażil, irrispettivament minn jekk jinsabux f’ċentru ta’ akkoljenza jew le. |
4.2 Direttiva dwar il-proċeduri tal-ażil
4.2.1 |
Il-Kummissjoni indikat li ser tipproponi xi emendi għad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil peress li ma ntlaħaqx il-livell mixtieq ta’ armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-KESE jaqbel mad-dħul ta’ proċedura waħda u komuni tal-ażil li, kif tgħid il-Kummissjoni, ma tħalli “l-ebda spazju għal proliferazzjoni ta’ arranġamenti proċedurali diversi fl-Istati Membri” (8). Huwa jappoġġja wkoll l-iffissar ta’ garanziji proċedurali obbligatorji. |
4.2.2 |
Madankollu, il-KESE jemmen li l-bidliet li jsiru fid-Direttiva dwar il-proċeduri tal-ażil għandhom ikunu sostanzjali. Din hi waħda mill-aktar Direttivi li tagħti flessibbiltà lill-Istati Membri, li approvawha bil-ħsieb ċar li jżommu s-sistemi attwali tagħhom. |
4.2.3 |
It-twaqqif tas-CEAS jeħtieġ leġiżlazzjoni proċedurali aktar standardizzata li tipprovdi garanziji aħjar, tiżgura li d-deċiżjonijiet ikunu ekwi u tkabbar is-sigurtà waqt il-proċeduri tal-appell. |
4.2.4 |
Il-KESE jirrepeti l-punti li qajjem fl-opinjoni tiegħu (9) dwar il-Green Paper, jiġifieri li:
|
4.2.5 |
Dawk li jfittxu l-ażil għadhom qed jinżammu f’ċentri ta’ detenzjoni f’numru ta’ Stati Membri, minkejja r-riżervi li esprima l-Kumitat u l-protesti tal-NGOs. Il-KESE jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu kontra d-detenzjoni ta’ dawk li qed ifittxu l-ażil, peress li din għandha tkun biss miżura eċċezzjonali. Dawk li jfittxu l-ażil u l-familji tagħhom għandhom ikunu jistgħu jgħixu b’mod deċenti f’kuntest soċjali xieraq. |
4.2.6 |
Il-Kumitat jappella għal aktar trasprenza fir-rigward taċ-ċentri ta’ detenzjoni, u li l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) jiġi infurmat dwar il-kundizzjonijiet f’dawn iċ-ċentri u dwar id-detenuti u li d-detenuti jkunu jistgħu jirċievu l-assistenza tal-NGOs. |
4.2.7 |
Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tiggarantixxi d-dritt li wieħed japplika għall-ażil, u l-Kumitat għalhekk ta l-parir kontra l-użu ta’ listi ta’ “pajjiżi sikuri” u “pajjiżi terzi sikuri” li jista’ jillimita l-għażliet għal kull applikant li jiġi eżaminat individwalment. |
4.2.8 |
Il-KESE jinnota għal darb’oħra li t-trattament u l-garanziji li jingħataw lil dawk li jfittxu l-ażil fil-fruntieri jrid ikun l-istess bħal dak li jingħata lil min ifittex l-ażil meta jippreżenta talba fuq it-territorju tal-Istati Membri. |
4.3 Direttiva dwar l-istandards minimi biex jinkiseb l-istatus ta’ refuġjati
4.3.1 |
Lanqas id-Direttivi dwar l-istandards minimi ma armonizzat il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet u l-livell ta’ protezzjoni. Għad hemm differenzi kbar fi ħdan l-UE, li jfisser li xi nies, taħt l-istess kundizzjonijiet, jistgħu jiġu aċċettati bħala refuġjati f’ċerti Stati Membri u f’oħrajn rifjutati. L-istess japplika għall-protezzjoni sussidjarja. |
4.3.2 |
Il-protezzjoni sussidjarja qed tieħu post l-istatus ta’ refuġjat. Il-Kumitat iqis li proċedura waħda qatt m’għandha tfisser li l-protezzjoni sussidjarja ttellef l-istatus ta’ refuġjat skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. |
4.3.3 |
Il-KESE jemmen li s-sistema ta’ bankun waħdieni (one-stop-shop) tista’ tistandardizza l-proċeduri. Fejn hu xieraq, l-ewwel għandu jitqies l-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat, u wara l-protezzjoni sussidjarja. |
4.3.4 |
Il-Kumitat jappoġġja t-tfassil ta’ standards dwar l-istatus ta’ refuġjat u l-protezzjoni sussidjarja li jiżguraw livell minimu ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kollha u li jnaqqsu d-differenzi. |
4.3.5 |
Il-protezzjoni sussidjarja tikkumplementa l-istatus ta’ refuġjat, iżda l-livell tad-drittijiet għandu jkun simili u għalhekk il-Kumitat jaqbel li għandu jiġi rrispettat id-dritt li l-familja terġa’ tingħaqad, li jkun hemm aċċess għas-suq tax-xogħol u l-benefiċċji ekonomiċi. |
4.3.6 |
L-istatus irid ikun verament l-istess madwar l-UE biex tonqos il-flessibbiltà fl-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-protezzjoni sussidjarja trid tiġi definita b’mod aktar ċar, kif qed tipproponi l-Kummissjoni, biex l-istess kriterji jintużaw madwar l-UE meta jagħtu iż-żewġ status. Il-Kumitat jipproponi l-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni minflok jitnaqqsu l-livelli fl-Istati Membri li għandhom l-aktar tradizzjoni umanitarja qawwija. |
4.3.7 |
Il-KESE jenfasizza wkoll l-importanza li l-miżuri leġiżlattivi li jassistu nies vulnerabbli jkunu definiti aħjar. Il-proċeduri jridu jiġu adattati għalihom biex il-ħtiġijiet tagħhom ikunu definiti b’mod immedjat, l-assistenza tiġi pprovduta b’mod aktar effiċjenti u jkunu żguri li jirċievu kull garanzija ta’ assistenza legali u għajnuna minn NGOs speċjalizzati. |
4.3.8 |
Il-KESE ma jaqbilx għalkollox mal-possibbiltà li partijiet mhux statali jitqiesu bħala responsabbli mill-protezzjoni. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu jistgħu jevitaw din ir-responsabbiltà jew jiddelegawha. Il-parteċipazzjoni u l-appoġġ tal-partijiet li mhumiex parti mill-istat trid issir taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà tal-Istati Membri. |
4.3.9 |
Madankollu, il-ħidma li ssir minn NGOs speċjalizzati u partijiet soċjali oħra għar-refuġjati u l-familji tagħhom għandha tirċievi l-għarfien u l-appoġġ meħtieġ mill-istituzzjonijiet pubbliċi. Il-KESE jappella li r-rwol tal-NGOs li jispeċjalizzaw fl-ażil u l-ħarsien tar-refuġjati tiġi rikonoxxuta u li dawn l-NGOs jingħataw aċċess sħiħ għall-proċeduri u l-fora marbuta mal-ħidma tagħhom. |
5. Is-soluzzjoni tad-diffikultajiet
5.1 |
Kemm fil-Green Paper kif ukoll fil-Komunikazzjoni dwar il-Programm ta’ Politika dwar l-Ażil il-Kummissjoni ssemmi l-aċċess effettiv għall-possibbiltà li jintalab l-ażil. Il-KESE jaħseb li din il-kwistjoni hija importanti immens. Huwa essenzjali li tingħata garanzija li n-nies li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu japplikaw għall-ażil fi Stat Membru tal-UE. |
5.2 |
Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ssemmi l-fatt li l-livelli attwali ta’ applikazzjonijiet għall-ażil huma l-aktar baxxi fl-istorja. Fil-fehma tal-Kumitat, dawn l-applikazzjonijiet mhumiex jonqsu għax il-kunflitti fid-dinja qed jiġu solvuti jew id-drittijiet tal-bniedem jittejbu, iżda minħabba ż-żieda fl-ostakli li l-UE qed tagħmel biex iżżomm lin-nies li għandhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali milli jaslu fit-territorju tagħha. |
5.3 |
Il-Kumitat jappella li l-UE turi impenn akbar fil-ġlieda kontra t-traffikar kriminali tan-nies, iżda jqis li xi politiki “kontra l-immigrazzjoni illegali” qed iwasslu għal kriżi serja tal-ażil fl-Ewropa. Is-sistema tal-viża EURODAC, il-FRONTEX, il-penali imposti fuq il-kumpaniji tat-trasport, il-ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid ma’ pajjiżi terzi u l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali kollha qed joħolqu problemi ġodda għan-nies li għandhom bżonn il-ħarsien biex ikunu jistgħu jressqu t-talba għall-ażil. Il-KESE qal f’diversi opinjnijiet (10) li l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali m’għandhiex toħloq problemi ġodda relatati mal-ażil, u li l-uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-fruntieri għandhom jirċievu taħriġ xieraq biex jiggarantixxu d-dritt tal-ażil. |
5.4 |
Il-KESE jappoġġja l-proposti mressqa mill-UNCHR biex jitwaqqfu gruppi ta’ esperti dwar l-ażil li jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-fruntieri fl-UE. |
5.5 |
Il-KESE huwa kontra li l-UE jew l-Istati Membri jiffirmaw ftehimiet ta’ ripatriazzjoni jew kontroll tal-fruntieri ma’ pajjiżi li ma ffirmawx l-istrumenti legali internazzjonali ewlenin għad-difiża tad-drittijiet tal-ażil. Huwa wkoll kontra kull ritorn jew miżura ta’ ripatriazzjoni li ma ssirx skont il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u dinjità sħaħ. |
5.6 |
In-nies li l-ħtieġa tagħhom għall-protezzjoni ma ġietx eżaminata minn Stat Membru m’għandhomx jiġu rritornati jew imkeċċija sakemm ma jkunx hemm garanzija li l-ħtiġijiet tagħhom ser jiġu eżaminati fil-pajjiż terz bi proċedura ġusta li tikkonforma mal-istandards internazzjonali ta’ protezzjoni. |
6. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil
6.1 |
Biex titwaqqaf is-CEAS, hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni leġiżlattiva akkumpanjata minn kooperazzjoni sostanzjali bejn l-Istati Membri. Din il-kooperazzjoni prattika ser titjieb bit-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil (UEAA) propost mill-Kummissjoni, u appoġġjat mill-KESE. |
6.2 |
Is-CEAS trid tkun f’pożizzjoni li tidentifika b’mod ċar id-differenzi fil-prattiki tal-ażil bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-differenzi fil-leġiżlazzjoni tagħhom, u jipproponi l-bidliet meħtieġa. Irid ikollha wkoll is-setgħa li tfassal linji gwida konġunti dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-aspetti proċedurali u ta’ sustanza differenti tal-acquis tal-UE dwar l-ażil, kif ipproponiet il-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha. |
6.3 |
L-Uffiċċju jista’ jsir ċentru importanti għall-iskambju ta’ prattiki tajbin, u għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ taħriġ dwar l-ażil, b’mod partikolari għall-uffiċjali tal-fruntieri. Jista’ jkun ukoll ċentru għall-monitoraġġ u l-analiżi tar-riżultati tal-miżuri l-ġodda li l-UE qed tiżviluppa b’rabta mal-ażil. U jista’ jkun post fejn jiġu stabbiliti u ġestiti l-gruppi konġunti ta’ esperti dwar l-ażil. |
6.4 |
Is-CEAS trid tipprattika n-netwerking, tikkollabora mal-EURASIL u żżomm rabtiet mill-viċin mal-UNHCR u l-NGOs speċjalizzati. Il-Parlament Ewropew u l-KESE jridu jiġu informati u kkonsultati dwar l-attivitajiet tal-EASO. |
7. Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u d-dimensjoni esterna
7.1 Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri
7.1.1 |
Il-programm tal-Aja jindika li wieħed mill-objettivi tas-CEAS huwa li tappoġġja l-Istati Membri li qed ikollhom pressjoni akbar fuq is-sistemi tal-ażil tagħhom, li jfisser titjib fil-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni u s-solidarjetà. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jsiru ċerti bidliet, kemm fir-Regolament ta’ Dublin II kif ukoll fil-EURODAC. Hemm bżonn li jittejjeb il-bilanċ fit-talbiet għall-ażil u jonqsu l-movimenti sekondarji. |
7.1.2 |
Il-KESE jinnota li r-Regolament ta’ Dublin tfassal bil-presuppożizzjoni li s-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri huma simili, però dan għadu mhuwiex il-każ. Mhuwiex aċċettabli li dawk li qed ifittxu l-ażil jiġu mibgħuta minn pajjiż li għandu garanziji ta’ proċedura aħjar għal pajjiż li joffri ftit garanziji. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper (11), il-Kumitat jirrakkomanda li “dak li jfittex l-ażil ikollu l-libertà li jagħżel il-pajjiż li jkun irid iressaq l-applikazzjoni tiegħu quddiemu u li, f’din il-perspettiva, l-Istati Membri jkunu diġà mħeġġa sabiex japplikaw il-klawsola umanitarja prevista fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament”. |
7.1.3 |
Skont ir-rakkomandazzjoni tal-UNHCR, ir-Regolament ta’ Dublin għandu jinkludi dispożizzjonijiet ġodda dwar id-definizzjoni tal-membri tal-familja, l-effett ta’ suspensjoni tal-appelli u l-limitu ta’ żmien għat-trasferimenti. Barra minn hekk, il-limitu taż-żmien li fih dawk li qed ifittxu l-ażil jistgħu jinżammu f’detenzjoni sat-trasferiment irid jonqos b’mod drastiku. |
7.1.4 |
Il-Kumitat ma jaqbilx għalkollox mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema tal-EURODAC b’mod partikolari li d-data dwar ir-refuġjati li tinżamm mill-awtoritajiet nazzjonali tiġi żblokkata, peress li dan jista’ jidħol f’kunfitt mad-dritt tal-privatezza u jnaqqas il-protezzjoni li jeħtieġu ħafna nies. |
7.1.5 |
Il-KESE jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqfu gruppi ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet tal-ażil li joffru assistenza temporanja lill-Istati Membri f’ċerti ċirkostanzi, u ħidma fuq il-każijiet meta s-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri jkunu mgħobbija wisq. |
7.1.6 |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati jrid jintuża biex jittejjeb l-appoġġ finanzjarju li l-UE tagħti lill-Istati Membri li għandhom piż kbir ħafna minħabba l-immigranti illegali u dawk li qed ifittxu l-ażil. |
7.1.7 |
Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE għandha titjieb peress li xi Stati żgħar bħalma hi Malta qed jirċievu aktar nies li qed ifittxu l-ażil milli jifilħu għalihom. |
7.1.8 |
Is-solidarjetà tista’ tintwera permezz tal-politiki tad-distribuzzjoni tar-refuġjati mill-Istati Membri tal-UE, permezz tal-ħidma flimklien mal-EASO u bil-mod kif ikun ġestit il-Fond Ewropew għar-Refuġjati. |
7.1.9 |
Il-KESE jappoġġja l-proġetti pilota ppreżentati fil-Parlament Ewropew li jippromovu r-rilokazzjoni volontarja tar-refuġjati u dawk li jfittxu l-ażil fi ħdan l-UE. |
7.2 Id-dimensjoni esterna
7.2.1 |
Il-parti l-kbira tar-refuġjati jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw (minn 8.7 miljuni refuġjat rikonoxxuti mill-UNHCR, 6.5 miljuni jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw). Il-KESE jixtieq li l-Unjoni Ewropea terfa’ responsabbiltajiet ġodda għall-appoġġ u l-għajnuna tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u t-titjib fil-kapaċità tagħhom li jipproteġu lin-nies. |
7.2.2 |
Il-Programmi Reġjonali ta’ Protezzjoni joffru għażla li l-KESE qed iqis, iżda hemm biss ftit minn dawn il-programmi u jinsabu fil-fażi ta’ sperimentazzjoni. Il-valutazzjoni ta’ dawn il-programmi għandha twassal għal proposti ġodda għall-espansjoni u t-trasformazzjoni tagħhom f’mekkaniżmi ġodda li bihom l-UE tkun tista’ tieħu azzjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni tar-refuġjati madwar id-dinja. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, il-Kumitat “iqajjem mistoqsijiet dwar il-finalità tal-organizzazzjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza f’ċerti pajjiżi, bħal fl-Istati indipendenti l-ġodda (l-Ukraina, il-Moldavja, il-Belarus), li jidhru li għadhom 'il bogħod milli joffru l-garanziji kollha li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-ażil. Jenfasizza li dawn il-programmi jidhru inqas immirati lejn it-titjib tal-protezzjoni tar-refuġjati milli lejn il-limitazzjoni tal-possibbiltà li dawn jippreżentaw ruħhom fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea”. |
7.2.3 |
Mekkaniżmu importanti ieħor li l-UE trid tuża biex turi l-impenn tagħha huwa ir-rilokazzjoni tar-refuġjati. Ir-rilokazzjoni tfisser li n-nies li jkunu kisbu l-istatus ta’ refuġjati f’pajjiżi terzi jiġu mistiedna jsiru residenti permanenti fi Stat Membru tal-UE. Ir-rilokazzjoni ġiet proposta l-ewwel mill-UE fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Novembru 2004, u minn dak iż-żmien, għalkemm kienu ftit ħafna, saru xi programmi ta’ rilokazzjoni. Il-UNCHR innutat li madwar 5 % biss mill-postijiet tar-rilokazzjoni pprovduti fl-2007 kienu fl-UE u kienu biss sebgħa l-Istati Membri li kellhom programmi ta’ rilokazzjoni. |
7.2.4 |
Il-KESE jappella biex l-Istati Membri kollha jipparteċipaw b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ rilokazzjoni, u jappoġġja l-introduzzjoni ta’ programm konġunt biex ir-rilokazzjoni tar-refuġjati fl-UE ma tkunx att simboliku iżda tkun wiesgħa biżżejjed biex issir mekkaniżmu effettiv għat-tqassim mill-ġdid tar-refuġjati fid-dinja. Il-programmi ta’ rilokazzjoni Ewropej jridu jiġu żviluppati b’kollaborazzjoni mal-UNCHR u l-NGOs speċjalizzati. |
7.2.5 |
Il-Kumitat jaqbel li hemm bżonn li jiġi ffaċilitat id-dħul tan-nies li għandhom bżonn il-protezzjoni fl-UE, iżda s-sistemi ta’ kontroll tal-fruntieri jridu jirrispettaw id-dritt għall-ażil u r-regoli tal-viża jridu jiġu applikati b’mod flessibbli. |
7.2.6 |
Il-Kumitat jinnota li l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet barra mill-UE fl-ambaxxati jew fil-konsulati jista’, fil-fatt, ikollu riżultat pożittiv, peress li jista’ jgħin fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u jnaqqas l-imwiet fil-baħar li qed jirriżultaw minn dan it-traffikar. Għalkemm mhuwiex mistenni li l-ipproċessar konġunt jista’ jirriżulta f’xi tnaqqis fl-istandards meta niġu għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil, l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe riskju f’dan il-proċess għandha tiġi indirizzata b’mod serju. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara d-dokument tal-Kunsill 13440/08.
(2) COM(2007) 301 finali, imressqa fis-6 ta’ Ġunju 2007.
(3) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008).
(4) Punt 3 tal-Programm ta’ Politika dwar l-Ażil.
(5) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008), punt 1.1.
(6) Ara l-opinjoniet tal-KESE:
— |
dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi dwar l-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fl-Istati Membri” (“Proposal for a Council Directive laying down minimum standards on the reception of applicants for asylum in Member States”), rapporteur is-Sur Mengozzi, korapporteur is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 48, 21.2.2002). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu” (Civil society participation in the fight against organized crime and terrorism) rapporteurs: is-Sur Rodríguez García-Caro, is-Sur Pariza Castaños u s-Sur Cabra de Luna (ĠU C 318, 23.12.2006). Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “Il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008). |
(7) Opinjoni tal-KESE dwar “Is-saħħa u l-migrazzjonijiet”, rapporteur: is-Sinjura Cser, ĠU Ċ256, 27.10.2007.
(8) Punt 3.2 tal-Programm ta’ Politika dwar l-Ażil.
(9) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008).
(10) Ara l-opinjoniet tal-KESE dwar:
— |
dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 221, 21.6.2002) Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar il-“Proposta tar-Regolament tal-Kunsill li jwassal għall-ħolqien ta’ Aġenzija Ewropea għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva fil-fruntieri esterni”, rapporteur ġenerali: is-Sur Pariza Castaños (ĠU Ċ 108, 30.4.2004), |
— |
dwar il-“Proposta ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru.2002/463/KE li tadotta programm ta’ azzjoni għall-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-fruntieri esterni”, il-viża, l-ażil u l-immigrazzjoni (il-programm ARGO) rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU Ċ 120, 20.5.2005) Mhux disponibbli bil-Malti. |
— |
dwar “Il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008). |
(11) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Grenn Paper dwar is-Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 204, 9.8.2008).
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/85 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-green paper – migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE
COM(2008) 423 finali
2009/C 218/17
Nhar it-3 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Green Paper – Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur SOARES.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’142 vot favur, vot wieħed kontra u 6 astensjonijiet:
1. Daħla
1.1 |
Il-Green Paper “Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE” (COM(2008) 423 finali) tindirizza sfida importanti li qed jiffaċċjaw is-sistemi edukattivi tal-lum li, għalkemm mhijiex xi sfida ġdida, saret aktar serja u mifruxa f’dawn l-aħħar snin: il-fatt li nsibu għadd kbir ta’ tfal fl-iskejjel li ġejjin minn familji tal-migranti u li jgħixu f’kondizzjonijiet soċjoekonomiċi prekarji. |
1.2 |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jkun utli li tikkkonsulta l-partijiet ikkonċernati dwar il-politika edukattiva għat-tfal li ġejjin minn familji tal-migranti. Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu l-fehmiet tagħhom dwar:
|
1.3 |
Fil-fehma tal-KESE, din hija kwistjoni kumplessa u problematika li tista’ tiġi indirizzata minn għadd ta’ angoli, ilkoll kemm huma validi u importanti. Madankollu, u fid-dawl tal-metodoloġija użata, il-kontribut tal-Kumitat ser jikkonsisti f’li jwieġeb għall-ħames mistoqsijiet li saru, u ser jagħmel ukoll xi kummenti ġenerali. |
2. Kummenti ġenerali
2.1 |
Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mad-daħla tal-Green Paper, li fiha l-preżenza ta’ għadd kbir ta’ studenti migranti tiġi deskritta bħala sfida u mhux bħala problema. It-test jagħmel evalwazzjoni ġusta tal-kwistjoni u jindirizza kważi l-aspetti kollha marbuta magħha. |
2.2 |
Madankollu, bl-użu ta’ definizzjonijiet wiesgħa bħat-“tfal minn sfond ta’ migrazzjoni”, “tfal ta’ migranti” u “studenti migranti”, li jkopru kemm tfal minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Istati Membri tal-UE li però ma jgħixux fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, il-Green Paper tissogra li tagħti l-impressjoni li s-sitwazzjonijiet kollha jixxiebhu, meta fil-fatt dawn huma differenti ħafna minn xulxin. |
2.3 |
Fil-fatt, kulħadd jirrikonoxxi li l-fatt li wieħed ikun ċittadin Ewropew mhuwiex l-istess ħaġa bħal meta wieħed ikun ċittadin ta’ pajjiż li mhuwiex imsieħeb fl-UE. Il-Kummissjoni nnifisha tammetti li l-użu ta’ din id-definizzjoni jġib miegħu riskju u tgħid li ċ-ċittadini Ewropej, kuntrarju għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, huma liberi li jiċċaqilqu fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, jidher li l-Kummissjoni tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha billi tilqa’ l-kriterji użati mis-sorsi tad-data miġbura (PIRLS u PISA) (1). |
2.4 |
Il-KESE jifhem l-istrateġija tal-Kummissjoni li qed tfittex li tinkludi t-tfal kollha li n-nazzjonalità tal-ġenituri tagħhom mhijiex dik tas-soċjetà li tospitahom, għaliex it-tfal kollha għandhom bżonn ta’ appoġġ li jirrifletti s-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Madankollu, il-Kumitat jippreferi li dil-kwistjoni tiġi indirizzata permezz tal-“istrateġija doppja” msemmija hawn fuq: minn naħa, il-kwistjoni tat-tfal taċ-ċittadini Ewropej u min-naħa l-oħra, it-tfal taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi. |
2.5 |
Din l-opinjoni ma tindirizzax il-fenomenu tal-migrazzjoni b’mod speċifiku; Minflok, tiffoka fuq ir-rwol li jaqdu s-sistemi edukattivi fit-titjib tal-integrazzjoni tal-immigranti, u prinċipalment l-integrazzjoni tat-tfal tal-migranti. Hija tqis ukoll għadd ta’ opinjonijiet tal-KESE dwar kwistjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni, li lkoll flimkien fihom ġabra sostanzjali ta’ teorija (2). |
2.6 |
Teżisti rabta mill-qrib bejn popolazzjonijiet tal-immigranti li jintegraw tajjeb u l-edukazzjoni li jkollhom aċċess għaliha t-tfal migranti u l-kisbiet tagħhom fl-iskola. Din ir-rabta hija ovvja u jista’ jkollha impatt qawwi fuq is-suċċess tal-politika Ewropea ta’ koeżjoni soċjali, l-istabbiltà tad-demokraziji tagħna u saħansitra l-iżvilupp ekonomiku fit-tul. |
2.7 |
Aktar mat-tfal u ż-żgħażagħ migranti jiġu integrati kmieni fl-iskejjel – u aktar ma din l-integrazzjoni tirnexxi – aktar imorru tajjeb l-iskola u fl-edukazzjoni terzjarja. Għalhekk, tajjeb nenfasizzaw l-importanza tat-tagħlim li jingħata lit-tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-età għall-iskola, peress dan jagħtihom l-għodod li huma meħtieġa għas-suċċess edukattiv u soċjali. |
2.8 |
Minkejja li d-data turi biċ-ċar li r-riżultati li jiksbu t-tfal tal-migranti li jmorru l-iskola minn età żgħira huma aħjar b’mod konsistenti, dan ma jfissirx li dawn l-istudenti għandhom aktar ċans li jmorru l-università jew isibu xogħol dinjituż. |
2.9 |
Barra minn hekk, aktar ma l-għażliet li jagħmlu għall-karrieri futuri tagħhom ikunu msejsa fuq informazzjoni soda u ħielsa minn kull xkiel, u aktar ma jsir investiment bil-ħsieb biex it-tfal u ż-żgħażagħ migranti jirnexxu fit-tagħlim, aktar il-kisbiet soċjali, ekonomiċi u poltiċi jkunu tajbin. |
2.10 |
L-iskejjel huma l-aħjar post għall-integrazzjoni, għaliex l-ewwel kuntatti barra ċ-ċirku tal-familja jsiru proprju hawnhekk. Jekk, minflok ma jagħtu l-kontribut tagħhom biex itaffu l-impatt tal-ambjent soċjoekonomiku tal-familji migranti, l-iskejjel iwarrbuhom, jiddiskriminaw kontrihom jew jissegregawhom, ikun diffiċli ferm li naslu għal integrazzjoni tabilħaqq u s-soċjetà kollha jkollha tbati l-konsegwenzi. |
2.11 |
Għal din ir-raġuni, m’għandniex nappoġġjaw l-idea li jkun hemm skejjel li jilqgħu l-aktar - jew saħansitra biss - lit-tfal migranti, anke jekk għall-ewwel ir-raġunijiet ikunu jidhru li jistħoqqilhom kull tifħir. L-iskejjel għandhom jirriflettu s-sura soċjali tal-komunità li qegħdin fiha u m’għandhomx jiffurmaw “ghetto” għal kwalunkwe grupp. Is-segregazzjoni fiżika u soċjali tal-istudenti migranti fi skejjel li jkun ġew imfassla speċjalment għalihom, ta’ spiss timxi id f’id ma’ - jew inkella tikkawża – modi ta’ għajxien li jirriflettu din is-segregazzjoni. |
2.12 |
L-awtoritajiet tal-edukazzjoni, bħala atturi ewlenin fil-proċess edukattiv, għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-għalliema għaliex dawn huma responsabbli b’mod dirett għall-kisbiet edukativi tal-istudenti tagħhom. Biex jinkisbu riżultati tajbin, il-karriera tal-għalliema għandha tidher attraenti u tkun imħallsa tajjeb, u importanti aktar minn dan, għandhom jirċievu taħriġ inizjali – li jikkunsidra din is-sitwazzjoni ġdida - u dan għandu jkompli tul il-karriera tagħhom (3). |
2.13 |
Għalhekk, huwa utli li jiżdied in-numru tal-għalliema ġejjin minn ambjenti etniċi u kulturali differenti, għaliex l-eżempju li jagħtu jista’ jagħti sens ta’ inkoraġġiment u jtejjeb l-istima li l-istudenti tagħhom ikollhom tagħhom innifishom. Dan jitlob li l-kriterji u l-proċeduri tar-reklutaġġ tal-għalliema jiġi kkunsidrat mill-ġdid, u għaldaqstant hemm bżonn li jiġu allokati r-riżorsi neċessarji. |
2.14 |
L-għarfien tal-lingwa nazzjonali hija kondizzjoni essenzjali biex l-istudenti jirnexxu fl-iskola. Din il-kwistjoni ma ġietx indirizzata biżżejjed, minħabba li ma saritx distinzjoni tajba bejn l-għarfien tal-lingwi u l-kapaċità ta’ komunikazzjoni. Nistgħu nsemmu għadd ta’ strateġiji biex jindirizzaw din il-problema, li hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kumplessi ta’ żmienna – l-appoġġ immirat f’dan il-qasam, miżuri adatti li jiżguraw li t-tfal jibdew l-iskola mill-aktar fis possibbli (skola tal-infanzja), kollaborazzjoni bejn l-iskejjel u l-ġenituri tat-tfal bl-għan li jkunu jistgħu jattendu korsijiet fil-lingwa nazzjonali. |
2.15 |
Is-sehem attiv tal-ġenituri migranti fil-proċess edukattiv u mal-familji l-oħra fil-komunità tagħhom u l-valutazzjoni tal-għarfien u l-esperjenza tagħhom huma lkoll fatturi li jħeġġu l-integrazzjoni tal-istudenti u, f’sens aktar wiesa’, il-komunitajiet migranti kemm fil-ħajja skolastika kif ukoll fil-ħajja komunitarja. Għalhekk huwa importanti li l-iskejjel ikollhom għalliema awżiljarji u medjaturi kulturali (4). |
3. Il-kontribut tal-KESE
3.1 Il-Green Paper tqajjem 4 kwistjonijiet, li fuqhom issejjes dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
“A. L-isfida politika:
X’inhuma l-isfidi politiċi importanti marbuta mal-għoti ta’ edukazzjoni tajba lil tfal minn sfond ta’ migrazzjoni? Minbarra dawk identifikati f’dan id-dokument, hemm xi oħrajn li għandhom jitqiesu?
B. Ir-reazzjoni politika:
Liema huma r-reazzjonijiet politiċi xierqa għal dawn l-isfidi? Hemm politiki u strateġiji oħra lil hinn minn dawk imniżżla f’dan id-dokument li għandhom jitqiesu?
C. Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea:
X’azzjonijiet jistgħu jittieħdu permezz tal-Programmi Ewropej biex ikollhom impatt pożittiv fuq l-edukazzjoni ta’ tfal minn sfond ta’ migrazzjoni? Kif għandhom jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet fi ħdan il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ? Tħoss li għandhom jiġu eżaminati l-indikaturi u/jew il-punti ta’ referenza possibbli bħala mezz biex l-isforz politiku jiffoka aktar bil-qawwi fuq it-tnaqqis tal-lakuni fil-ksib edukattiv?
D. Il-ġejjieni tad-Direttiva 77/486/KEE:
Kif tista’ d-Direttiva 77/486/KEE, meta titqies l-istorja tal-implimentazzjoni tagħha u jittieħed kont tal-bidla fil-flussi ta’ migrazzjoni minn mindu ġiet adottata, jkollha rwol fl-appoġġ tal-politiki tal-Istati Membri dwar dawn il-kwistjonijiet? Tirrikkmanda li din tinżamm kif inhi, li tiġi adattata jew irrevokata? Tipproponi xi strateġiji alternattivi biex tappoġġja l-politiki tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet li din tindirizza?”
3.2 L-isfida politika
3.2.1 |
Probabbli li l-akbar sfida politika li qed tiffaċċja l-Ewropa llum hija l-ħolqien ta’ sistema edukattiva inklużiva f’soċjetà li kulma jmur qed isir inqas inklużiva, kemm minħabba d-distakk dejjem jikber bejn l-għonja u l-foqra u konsegwentement iż-żieda fl-esklużjoni soċjali, kif ukoll minħabba – fir-rigward tal-immigrazzjoni – il-politiki migratorji saru aktar stretti kullimkien. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-stwazzjoni soċjoekonomika tan-nies li ġejjin minn ambjent ta’ migranti minħabba li l-opportunitajiet edukattivi huma influwenzati ħafna minn sitwazzjonijiet li fihom in-nies ikunu soċjalment żvantaġġjati. |
3.2.2 |
Ma tista’ sseħħ l-ebda analiżi tal-isfida enormi biex jiġu integrati miljuni ta’ immigranti permezz tat-tagħlim mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin: l-istatus legali taċ-ċittadini barranin, li jaffettwa l-aċċess tagħhom għas-sistema standard ta’ edukazzjoni obbligatorja (5); Proċeduri biex tiġi legalizzata s-sitwazzjoni tal-migranti mingħajr karti uffiċjali; l-ostakli li jxekklu r-riunifikazzjoni tal-familji; u l-kriterji għall-għoti tal-viżi, li xi drabi jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem (bħall-ħtieġa li jsiru testijiet tad-DNA biex ikun hemm provi ta’ relazzjoni familjari), fost miżuri oħra. |
3.2.3 |
Issa li għaddejjin minn perijodu li fih qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar politika edukattiva li jaffettwaw miljuni ta’ tfal u żghażagħ li ġejjin minn ambjent ta’migranti, dawn il-kwistjonijiet m’għandhomx jitwarrbu fil-ġenb. L-iskejjel ma jistgħux jinħolqu jew jiġu żviluppati daqslikieku ma jagħmlux parti mill-qafas soċjali ta’ madwarhom. L-iskejjel jirriflettu din l-istess soċjetà, għalkemm jistgħu jagħtu wkoll kontribut deċiżiv biex ibiddluha. |
3.2.4 |
B’mod aktar speċifiku, ir-riformi edukattivi li jittrattaw l-edukazzjoni daqslikieku kienet negozju, u li jużaw il-lingwaġġ tan-negozju għall-iskejjel (li jsejħu lill-istudenti u l-ġenituri “konsumaturi/utenti”, u lill-għalliema “provvedituri tas-servizzi”) u li jippromovu tip ta’ evalwazzjoni bbażat biss fuq il-prestazzjoni individwali tal-istudenti, ma jgħinux lit-tfal biex jintegraw b’mod sodisfaċenti. Minflok, l-edukazzjoni għandha tiġi ridefinita bħala dritt fundamentali għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha. |
3.2.5 |
Meta nqisu li l-edukazzjoni għadha r-responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali, l-akbar sfida ser tkun dik li naraw jekk l-Unjoni Ewropea hix ser tkun kapaċi fil-prattika tikkoordina l-politiki meħtieġa għall-ksib tal-ogħla livell ta’ integrazzjoni possibbli. Il-paradoss li jinħoloq meta nqisu li, minn naħa, il-fenomenu tal-migrazzjoni għandu riperkussjonijiet fil-Komunità kollha, u min-naħa l-oħra, il-fatt li l-politiki għadhom qed jitfasslu fil-livell nazzjonali, jissolva biss meta jkun hawn ir-rieda politika li dawn il-politiki jiġu kkoordinati b’aktar reqqa. |
3.2.6 |
Għalhekk, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja l-isfida li tirrikonoxxi li l-problemi marbuta mal-ġestjoni tal-fenomenu tal-migrazzjoni tal-massa mhux se jkun faċli li jissolvew skont il-ħtiġijiet individwali ta’ kull stat u ser ikollha toħloq l-istrumenti politiċi meħtieġa biex tikseb dan, biex b’hekk tkun tista’ ssib tarf tal-għadd dejjem jikber ta’ studenti minn barra l-UE li qegħdin jistudjaw fi ħdan is-sistemi edukattivi Ewropej. |
3.2.7 |
L-iżvantaġġi tal-persuni minn ambjent ta’migranti ma jeqfux hawn iżda jkomplu wkoll meta niġu għall-edukazzjoni tal-adulti. Dawn il-persuni għandhom it-tendenza li jipparteċipaw inqas fit-taħriġ kontinwu u l-korsijiet provduti normalment jiffukaw fuq l-akkwist ta’ kompetenzi lingwistiċi. L-istabbilimenti edukattivi li jiffukaw fuq l-edukazzjoni tal-adulti għandhom jagħmlu l-korsijiet tagħhom diponibbli għall-popolazzjoni mmirata kollha. Il-ħtiġijiet tal-persuni li ġejjin minn ambjent ta’migranti għandhom jiġu kkunsidrati fil-firxa kollha tal-korsijiet provduti. Għalhekk hemm bżonn li l-ambitu tal-edukazzjoni tal-adulti jitwessa’ biex jinkludi suġġetti bħall-kultura, il-politika u l-ippjanar tal-familja, is-saħħa, il-kompetenzi soċjali, eċċ. |
3.2.8 |
Sfida politika oħra li tista’ taffettwa kwalunkwe deċiżjoni hija marbuta mal-kriżi finanzjarja attwali. Iż-żieda fil-qgħad u l-problemi li qed ikollhom is-sistemi tas-sigurtà soċjali – li f’ċerti pajjiżi qed jipperikolaw il-mudelli tal-protezzjoni soċjali nnifishom – jistgħu jwasslu għar-razziżmu u l-ksenofobija li jmorru totalment kontra l-valuri demokratiċi tal-Ewropa. Kemm l-iskejjel kif ukoll il-komunità li għandhom sehem fihom għandhom jissorveljaw dawn il-problemi bir-reqqa, mhux biss biex iwaqqfuhom, iżda biex jaġixxu meta, u jekk, ikun hemm bżonn. |
3.3 Ir-reazzjoni politika
3.3.1 |
Ir-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri hija li jirrispettaw l-impenji tagħhom biex jiżguraw li l-immigranti jiġu integrati fis-soċjetà. Fir-rigward tat-tfal u ż-żgħażagħ, dan ma jfissirx biss li kulħadd ikollu aċċess għas-sistema tal-edukazzjoni, b’garanzija li ma jintuża l-ebda kriterju tal-għażla bbażat fuq l-istatus soċjali, iżda wkoll li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li s-suċċess fl-edukazzjoni jitqies bħala dritt għall-istudenti u t-tfal migranti. |
3.3.2 |
Għal dan il-għan, il-miżuri fil-qasam tal-edukazzjoni għandom ikunu bbażati fuq:
|
3.3.3 |
Minbarra r-reazzjonijiet ġenerali li għandhom jieħdu ħsieb il-karatteristiċi partikolari tal-popolazzjoni tal-migranti, bħalma huma l-aċċess għas-sistemi tas-saħħa u għas-suq tax-xogħol u djar deċenti, għandha tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ reazzjoni speċifika fis-settur tal-edukazzjoni bħalma hi r-reviżjoni tal-materjal edukattiv biex ikun żgurat li l-migranti ma jingħatawx dehra negattiva, attivitajiet barra mill-kurrikulu biex itejbu l-integrazzjoni, l-aċċess għas-sistema tal-edukazzjoni minn età bikrija, ir-riżorsi meħtieġa għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema u l-impjieg ta’ persunal awżiljarju kkwalifikat, li jkun ġej mill-istess ambjent tal-migranti safejn hu possibbli, eċċ. |
3.3.4 |
Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili mhux biss hi ħaġa tajba, iżda wkoll indikatur affidabbli tal-kwalità tad-demokrazija soċjali u edukattiva u fattur ewlieni fl-integrazzjoni tal-immigranti. L-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u l-atturi soċjali li jipparteċipaw fl-edukazzjoni jistgħu jikkontribwixxu biex jibnu soċjetà u forma ta’ ċittadinanza li huma inklużivi, li jirrispettaw id-differenzi u li jifhmu l-valur ta’ koeżjoni soċjali b’saħħitha. Il-politika adottata minn numru ta’ pajjiżi, li tagħti l-immigranti legalizzati d-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali, għandha tiġi appoġġjata u mħeġġa, peress li tagħraf l-integrazzjoni tal-imigranti fil-pajjiż li qed jospitahom u ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza tagħhom. |
3.4 Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea
3.4.1 |
Fil-kuntest tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tat-Trattat il-ġdid ta’ Liżbona, l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri jkomplu bil-politiki tal-integrazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-imigranti, u b’mod partikolari jiggarantixxu d-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni u li jitgħallmu l-lingwa materna tagħhom kif ukoll id-dritt tal-ġenituri tal-istudenti migranti li jagħtu sehemhom f’dan, biex itejbu l-ħiliet tagħhom u jappoġġjaw lit-tfal tagħhom fid-deċiżjonijiet u l-proċeduri li jirrigwardaw l-edukazzjoni tagħhom. |
3.4.2 |
L-Unjoni Ewropea tista’ tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni f’dan il-kuntest, li jista’ jipproduċi studji u programmi ta’ riċerka komparattivi biex jiġbor u jqassam l-aħjar prattiki u jappoġġja inizjattivi innovattivi li jipprovdu twissija bikrija dwar il-kwistjonijiet li qed iqumu fil-livell Ewropew, li xi drabi huma aktar diffiċli li wieħed jinduna bihom fil-livell nazzjonali biss. Fil-punti li ġejjin hemm numru ta’ proposti prattiċi biex dawn l-iskopijiet jintlaħqu: |
3.4.3 |
tista’ tkun miżura ta’ politika importanti ħafna li jiġu stabbiliti numru ta’ indikaturi u punti ta’ referenza, immirati biex l-isforzi jiġu ffukati mhux biss fuq l-eliminazzjoni tal-falliment fl-iskola iżda wkoll tal-problemi oġġettivi li l-istudenti migranti jiltaqgħu magħhom fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Minflok hemm bżonn li jinħolqu programmi li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ attivitajiet soċjali fl-iskola biex l-istudenti ma jitilqux kmieni mill-iskola jew ma jispiċċawx jattendu b’mod irregolari. |
3.4.4 |
Fost is-suġġerimenti għall-punti ta’ referenza li jistgħu jintużaw fil-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni nsibu: il-pożizzjoni soċjoekonomika tal-istudenti kkonċernati, kemm jekk jiġu minn familja ta’ migranti jew le; jekk l-istudenti itemmux il-kors ta’ studju tagħhom (l-edukazzjoni tal-obbligu), kemm jekk jiġu minn familja ta’ migranti jew le; il-proporzjoni ta’ persunal fost l-għalliema li huma migranti; il-ħiliet interkulturali żviluppati fost l-għalliema; il-kapaċità tas-sistema edukattiva li tippermetti l-mobilità soċjali; il-promozzjoni tal-multilingwiżmu fis-sistema edukattiva pubblika; u kif is-sistemi tal-edukazzjoni miftuħa huma għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha, eċċ. |
3.4.5 |
Huwa wkoll importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun involut b’mod dirett fit-tfassil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proposti u l-miżuri mmirati li jeliminaw l-esklużjoni u l-marġinalizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
3.5 Il-ġejjieni tad-Direttiva 77/486/KEE
3.5.1 |
Id-Direttiva 77/486/KEE kienet pass importanti ’il quddiem biex id-dritt tat-tfal migranti għall-edukazzjoni jitpoġġa fl-aġenda politika b’fermezza. Madankollu, filwaqt li dan huwa veru u jrid jiġi rikonoxxut, wieħed ma jistax jiċħad li d-direttiva kienet tapplika biss għat-tfal taċ-ċittadini Ewropej u l-metodu għall-integrazzjoni kien ibbażat biss fuq il-kwistjoni tal-użu tal-lingwi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tad-direttiva mhijiex konsistenti u wara tletin sena li daħlet fis-seħħ, għadha ma ġietx trasposta kompletament fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri attwali tal-UE. |
3.5.2 |
Id-Direttiva 77/486 storikament u politikament m’għadhiex valida u ma tissodisfax il-ħtiġijiet tal-lum għall-integrazzjoni u għalhekk għandha tiġi emendata b’mod sustanzjali, biex tqis l-iżviluppi fil-fenomenu stess tal-migrazzjoni. Filwaqt li l-UE u l-Istati Membri jridu jibqgħu jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għall-kwistjoni tat-tagħlim tal-lingwi, il-KESE jqis li direttiva dwar din il-kwistjoni għandha tmur iktar ’il bogħod biex tinkludi aspetti oħra, jekk trid tkun għodda li permezz tagħha sseħħ l-integrazzjoni soċjali, ekonomika u politika tal-migranti u t-tfal tagħhom. |
3.5.3 |
Id-direttiva tal-ġejjieni għandha tqis il-fatt li l-komplessità tal-integrazzjoni tal-migranti fil-pajjiż li jospitahom tmur ħafna iktar lil hinn milli jkun żgurat li t-tfal tagħhom jiġu integrati fis-sistema tal-edukazzjoni, iżda li dan il-proċess tal-aħħar ikollu sehem importanti fis-suċċess tal-ewwel wieħed. |
3.5.4 |
Minħabba f’hekk id-direttiva tal-ġejjieni m’għandhiex tikkunsidra biss il-kwistjoni tal-lingwa (li tibqa’ kwistjoni ewlenija), iżda tindirizza wkoll l-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fis-sistemi edukattivi b’mod iktar komprensiv u konsistenti. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) PIRLS: “Progress in International Reading Literacy Study”, studju li sar mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Kisbiet Edukattivi (International Association for the Evaluation of Educational Achievments (IEA)). PISA: “Programme for International Student Assessment”, studju li sar mill-OECD.
(2) Minn ’il fuq minn 50 opinjoni dwar is-suġġett, dawn li ġejjin huma ta’ interess partikolari hawnhekk: “Komunikazzjoni dwar il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għall-politika tal-immigrazzjoni u l-ażil” (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli - Communication on the open method of coordination for immigration and asylum policy), rapporteur: is-Sinjura zu Eulenburg (ĠU C 221, 17.9.2002); “Kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ studju, taħriġ vokazzjonali jew servizz volontarju” (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli – Conditions of entry and residence of third-country nationals for the purposes of studies, vocational training or voluntary service, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 133, 6.6.2003); “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ assistenza finanzjarja u teknika lil pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil” (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli - Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a programme for financial and technical assistance to third countries in the area of migration and asylum), rapporteur: is-Sinjura Cassina (ĠU C 32, 5.2.2004); “Komunikazzjoni dwar l-imigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjiegi” (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli. - Communication on immigration, integration and employment, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 80, 30.3.2004); “Aċċess għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli. - Access to European Union citizenship (own-initiative opinion), rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 208, 3.9.2003); “Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħaddiema Immigrati” (opinjoni fuq inizjattiva proprja), rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 302, 7.12.2004); “L-Immigrazzjoni fl-UE u l-politiki ta’ integrazzjoni: Il-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (verżjoni bil-Malti mhux disponibbli. – Immigration in the EU and integration policies: cooperation between regional and local governments and civil society organisations) (own-initiative opinion) rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 318, 23.12.2006); “Immigrazzjoni fl-UE u l-politika ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini għall-promozzjoni tal-iżvilupp” (opinjoni fuq inizjattiva proprja), rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 44, 16.2.2008); “Elementi għall-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ pjattaforma għal parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni fil-livell Komunitarju ta’ politiki għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi” (opinjoni esploratorja), rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 27, 3.2.2009); “L-integrazzjoni tal-minoranzi — ir-Roma”, rapporteur: is-Sinjura Sigmund, korapporteur: is-Sinjura Sharma (ĠU C 27, 3.2.2009); “Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti”, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños, CESE 342/2009 tal-25.2.2009 (Għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ara l-opinjoni tal-KESE “Intejbu l-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema”, rapporteur: is-Sur Soares (ĠU C 151, 17.6.2008).
(4) Dawn huma biss uħud mill-ideat li jidhru fir-rapport ippubblikat f’April 2008 “Education and Migration - Strategies for integrating migrant children in European schools and societies. A synthesis of research findings for policy-makers” min-netwerk tal-esperti NESSE (netwerk ta’ esperti fl-aspetti soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea) (http//www.nesse.fr-nesse-nesse_top-activites-education-and-migration).
(5) Fil-Ġermanja, l-istatus legali taċ-“ċittadini barranin” ta’ spiss iwassal għal eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ attendenza regolari fl-iskejjel. Skont l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, madankollu, “Kull persuna għandha d-dritt għall-edukazzjoni (…) u (…) edukazzjoni obbligatorja bla ħlas”.
(6) Ara punt 3.2.7 hawn fuq.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/91 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari
COM(2008) 726 finali – 2008/0218 (CNS)
2009/C 218/18
Nhar it-28 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura CSER.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’162 vot favur, 4 voti kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE huwa kuntent bil-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill u japprova l-azzjoni Ewropea kkoordinata li qed issir fil-qasam tal-mard rari u li tidentifika, tiddefinixxi u tikkategorizza dan il-mard. |
1.2 |
Il-KESE jappoġġja t-twaqqif ta’ ċentri ta’ kompetenza nazzjonali u reġjonali għall-mard rari kif ukoll it-tħeġġiġ u l-promozzjoni tas-sehem tagħhom fin-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (ERNs). |
1.3 |
Il-KESE jaqbel mal-appoġġ li qed jintwera għar-riċerka kkoordinata li qed issir bħalissa fil-qasam tal-mard rari kif ukoll il-promozzjoni li tibbenefika minnha; il-KESE jappoġġja wkoll il-promozzjoni ta’ proġetti ta’ koordinazzjoni li jfittxu li jagħmlu l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi limitati disponibbli, kif ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali. |
1.4 |
Minħabba li qed nitkellmu dwar il-ġabra ta’ kompetenzi dwar il-mard rari f’livell Ewropew, il-KESE jirrakkomanda li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu wkoll ikkunsidrati kif jixraq u jkun hemm garanziji adegwati. |
1.5 |
Il-KESE jaqbel mal-iżvilupp ta’ pjanijiet nazzjonali, iżda jqis li l-2011 hija wisq fil-qrib biex dawn il-pjanijiet jitħejjew bir-reqqa kollha meħtieġa. |
1.6 |
Il-KESE huwa kuntent bit-twaqqif ta’ ċentri nazzjonali u reġjonali minn issa sal-2011, filwaqt li jirrikonoxxi madankollu li dan jiddependi mill-iżvilupp adegwat tal-pjanijiet nazzjonali. |
1.7 |
Il-KESE jirrakkomanda li jkun hemm tqassim ta’ koordinazzjoni u informazzjoni fil-livell Ewropew, kif ukoll li titħejja terminoloġija teknika komuni kompjuterizzata; huwa jirrakkomanda wkoll li jiġi nnegozjat ftehim prattiku għad-djalogu bejn l-għarfien professjonali differenti li jikkunsidra l-partikolaritajiet tas-settur. |
1.8 |
Il-KESE jirrakkomanda li tiġi żviluppata sistema speċjali ta’ komunikazzjoni u rappurtaġġ, bil-għan li jitħaddmu netwerk ta’ referenza u “servizz mobbli” b’tali mod li l-persuni kollha kkonċernati jkollhom aċċess għall-informazzjoni adattata. |
1.9 |
Il-KESE jaqbel li jingħata wkoll rwol lir-riċerkaturi tax-xjenza soċjali biex jidentifikaw il-ħtiġijiet li jkun hemm fil-qasam tal-mard rari. |
1.10 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu ċ-ċentri tagħhom tal-mard rari, ċentri li jista’ jkollhom rwol ta’ koordinazzjoni bejn minn naħa l-istituti ta’ riċerka u kura flimkien mas-servizzi tas-saħħa, u min-naħa l-oħra l-awtoritajiet pubbliċi. |
1.11 |
Il-KESE jirrakkomanda li ċ-ċentri tal-mard rari fl-Istati Membri jassumu r-responsabbiltà għall-ġbir tad-data, l-akkreditazzjoni u l-metodoloġija kif ukoll il-koordinazzjoni. |
1.12 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-istrateġiji nazzjonali relatati mal-mard rari jsiru parti integrali mill-programmi nazzjonali għas-saħħa pubblika u t-titjib tal-livell tas-saħħa. |
1.13 |
Il-KESE jirrakkomanda li minflok l-iffinanzjar ta’ proġetti, jiġi żviluppat finanzjar fit-tul għal użu effikaċi u aktar vantaġġjuż tar-riżorsi u biex id-drittijiet tal-pazjenti jiġu fil-fatt rispettati. |
1.14 |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġi eżaminat is-sehem tal-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, li tiġi analizzata u evalwata l-possibbiltà li jintużaw iċ-ċentri ta’ referenza eżistenti fi Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi u d-drittijiet tal-pazjenti. |
1.15 |
Il-KESE jirrakkomanda li tiġi analizzata aktar bir-reqqa l-mobilità tal-esperti fil-qasam tas-saħħa filwaqt li jiġu involuti l-organizzazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali bil-għan li jingħataw il-garanziji meħtieġa. |
1.16 |
Sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, il-KESE jirrakkomanda li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet li jippermettu użu proporzjonat tar-riżorsi, billi r-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li l-pazjenti kollha b’mard serju jkollhom aċċess għall-kura. |
1.17 |
Il-KESE jappoġġja l-ħolqien tal-Kumitat Konsultattiv tal-Unjoni Ewropea dwar il-Mard Rari (EUACRD) u jirrakkomanda li, flimkien mar-rappreżentanti mill-Istati Membri, l-industrija tal-kura tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-pazjenti u esperti, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra għandhom ikunu involuti wkoll; għax mingħajrhom ma jkunux jistgħu jiġu żviluppati strateġiji nazzjonali, li hi waħda mill-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
1.18 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-inizjattiva tal-Jum Ewropew tal-Mard Rari tiġi appoġġjata mill-politika internazzjonali fil-qasam tas-saħħa, permezz tal-ħolqien tal-Jum Dinji tal-Mard Rari. |
1.19 |
Il-KESE huwa favur it-tħejjija ta’ rapport relatat mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni, ħames snin wara l-adozzjoni tagħha, waqt li huwa konxju mill-fatt li jeħtieġ li jkun hemm garanzija li l-korrezzjonijiet meħtieġa jsiru matul l-implimentazzjoni, u jitqiesu d-drittijiet tal-pazjenti; il-KESE jixtieq jipparteċipa fl-evalwazzjoni kontinwa ta’ din l-implimentazzjoni. |
2. Kummenti ġenerali
2.1 Sfond
2.1.1 |
Il-mard rari, inkluż il-mard ġenetiku, jinsab fil-qalba ta’ Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2003 [Deċiżjoni Nru 1295/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999, li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar mard rari, fil-qafas tal-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1999 sa 2003)], u li ddefinixxa l-prevalenza tal-mard rari li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f’kull 10 000 persuna fl-Unjoni Ewropea. Huwa fuq din l-istess definizzjoni li huwa bbażat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni. |
2.1.2 |
Minħabba l-prevalenza baxxa u l-ispeċifiċità tiegħu, il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati biex jipprevjenu b’mod sinifikanti l-morbidità u l-mortalità prematura evitabbli, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjoekonomiku ta’ persuni affettwati. |
2.1.3 |
Il-grupp ta’ ħidma dwar in-netwerks ta’ referenza għall-mard rari li twaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea għandu l-għan li jiddefinixxi l-prinċipji bażiċi, il-kura u l-kriterji li ċ-ċentri Ewropej ta’ referenza għandhom jissodisfaw. Dawn il-kwistjonijiet huma wkoll koperti mis-Sitt u s-Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp. |
2.1.4 |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO – World Health Organisation) bdiet tħejji, għall-2014, il-ħdax-il verżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard, li tinkludi l-mard rari. Id-WHO stiednet lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea dwar il-Mard Rari bħala l-korp konsultattiv fil-qasam tal-mard rari, biex jikkontribwixxi għall-kodifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ dan il-mard. |
2.1.5 |
Definizzjoni komuni tal-mard rari fl-Istati Membri kollha għandha ssaħħaħ sew il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-kooperazzjoni bejnha u d-WHO, u għandha tippermetti lill-UE taqdi rwol aktar importanti lil hinn mill-fruntieri tagħha fis-soluzzjoni tal-problemi tas-saħħa fid-dinja. |
2.1.6 |
Għall-pazjenti b’mard rari, il-garanzija ta’ aċċess għal dijanjostika, kura u informazzjoni ta’ kwalità, hija fost il-prijoritjaiet ewlenin tal-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE, adottata fl-2007. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 Definizzjoni u prevalenza tal-mard rari:
3.1.1 |
Il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati biex nilqgħu minn qabel b’mod sinifikanti għall-morbidità u l-mortalità prematura evitabbli, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjoekonomiku tal-persuni kkonċernati. |
3.1.2 |
Huwa stmat, mid-data dwar il-prevalenza ta’ dan il-mard, li jeżistu bejn 5 000 u 8 000 marda rari distinta li taffettwa madwar 6 % tal-popolazzjoni kollha tal-UE, li jfisser li bejn 27 u 36 miljun ċittadin ibatu jew ser ibatu minn marda rari tul ħajjithom. |
3.1.3 |
Il-maġġoranza tal-mard rari huwa fil-fatt rarissimu u jaffettwa biss wieħed minn kull 100 000 persuna jew inqas. Il-pazjenti li jbatu minn mard rari ħafna kif ukoll il-familji tagħhom huma partikolarment iżolati u vulnerabbli. |
3.1.4 |
Hemm ukoll diversità kbira fl-età li fiha jitfaċċaw l-ewwel sintomi ta’ dan il-mard: nofs dan il-mard rari jitfaċċa fit-twelid jew fit-tfulija, filwaqt li n-nofs l-ieħor jitfaċċa f’età adulta. Il-maġġoranza ta’ dan il-mard rari huwa ġenetiku, iżda jista’ jkun ukoll marbut mal-espożizzjoni għal fatturi ambjentali matul it-tqala jew wara, ħafna drabi flimkien ma’ predispożizzjoni ġenetika. Uħud minnu huma forom jew kumplikazzjonijiet rari ta’ mard komuni. |
3.2 Nuqqas ta’ rikonoxximent u viżibbiltà tal-mard rari:
3.2.1 |
Il-mard rari jvarja ħafna wkoll fil-livelli ta’ gravità u manifestazzjoni tiegħu. L-istennija tal-għajxien ta’ pazjenti b’mard rari hija ħafna iqsar. Ċertu mard ta’ dan it-tip huwa kumpless, deġenerattiv u jagħmel ħsara kronika, filwaqt li mard rari ieħor jista’ jkun kompatibbli ma’ stil ta’ ħajja normali – jekk jiġi dijanjostikat fil-ħin u trattat u kkurat b’mod adegwat. Ħafna drabi jkun hemm ukoll diversi diżabbiltajiet li jkollhom diversi konsegwenzi fuq il-kapaċitajiet fiżiċi. Dawn in-diżabbiltajiet iżidu s-sens ta’ iżolament, jistgħu jkunu sors ta’ diskriminazzjoni u jnaqqsu l-opportunitajiet edukattiva, professjonali u soċjali kollha. |
3.3 Nuqqas ta’ politiki dwar mard rari fl-Istati Membri:
3.3.1 |
Il-mard rari għandu sehem kbir fil-morbidità u l-mortalità, iżda mhuwiex inkluż fis-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa minħabba li ma jeżistux sistemi adegwati ta’ kodifikazzjoni u klassifikazzjoni. In-nuqqas ta’ politiki tas-saħħa speċifiċi għal dan il-mard u l-iskarsezza ta’ esperti tissarraf f’dewmien biex issir id-dijanjożi u diffikultà fl-aċċess għall-kura. Jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iskrining u l-kura ta’ dan il-mard, u biex dawn il-pazjenti jadattaw ruħhom għall-kundizzjoni ġdida tagħhom. Iċ-ċittadini tad-diversi Stati Membri u/jew ta’ reġjuni differenti fl-istess Stat ma jibbenefikawx minn aċċess ugwali għall-kura speċjalizzata u għall-prodotti mediċinali orfni. |
3.3.2 |
Ir-riżorsi allokati għar-riċerka, l-iskrining u l-kura ta’ mard rari jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u d-deċentralizzazzjoni tal-mezzi ġġib magħha tnaqqis fl-effiċjenza, jiġifieri dewmien biex tingħata l-kura jew nuqqas totali ta’ kura għal ħafna pazjenti. |
3.3.3 |
L-iskrining u l-kura tal-mard jeħtieġu tħejjija partikolari; minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi hemm diverġenzi kbar bejn dawn it-tnejn, u diversi pazjenti jbatu l-konsegwenzi ta’ dijanjożi żbaljata jew mhux preċiża. |
3.3.4 |
L-ispeċifiċitajiet tal-mard rari – in-numru limitat ta’ pazjenti u l-insuffiċjenza ta’ għarfien u kompetenzi dwar dan il-mard – jitolbu kooperazzjoni internazzjonali, li tagħti valur miżjud. Probabbilment m’hemmx qasam ieħor fis-saħħa pubblika fejn il-kollaborazzjoni bejn 27 approċċ nazzjonali tista’ tkun daqshekk effikaċi u utli bħal dik fir-rigward ta’ mard rari. Dan jirrikonoxxuh l-awtoritajiet politiċi kemm nazzjonali u kemm Ewropej, kif ukoll il-partijiet kollha interessati. Il-kondiviżjoni tal-mezzi limitati disponibbli tista’ tgħin biex jinkisbu l-aħjar riżultati.Il-metodi tal-ġbir tad-data – dik li tinġabar u dik skedata – kif ukoll l-obbligu tan-notifikazzjoni, ivarjaw skont l-Istat Membru. L-obbligu tan-notifikazzjoni jista’ jkun japplika għall-popolazzjoni kollha jew inkella jkun hemm ġbir ta’ data permezz ta’ kampjuni każwali. It-twaqqif ta’ data u informazzjoni uniformi għandha importanza assoluta għat-tfassil u l-applikazzjoni ta’ politiki tas-saħħa preventivi u aktar vantaġġjużi, kif ukoll għar-riċerka fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE. Daqstant importanti huwa l-aċċess tal-persuni kkonċernati għad-data u l-informazzjoni xierqa. |
3.3.5 |
Huwa speċjalment importanti li titjieb il-kwalità tal-ħajja kemm tal-pazjenti li jbatu minn marda serja kif ukoll tal-familji tagħhom, u li tiġi żgurata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol; ħajjithom hija fil-fatt ġlieda kontinwa kontra d-differenzi u l-ostakoli fiżiċi u psikoloġiċi. |
3.3.6 |
Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jeżistu diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi u inizjattivi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex tingħata informazzjoni lill-pazjenti milquta minn marda rari, it-tixrid tal-għarfien xjentifiku u kliniku eżistenti, it-titjib fl-aċċess għall-kura medika u prodotti mediċinali xierqa u li jistgħu jiġu affordjati, fi kliem ieħor għall-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ dawn il-morda. Dawn l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili għandhom nuqqas ta’ riżorsi u ma jibbenifikawx la minn appoġġ koordinat u armonizzat bejn il-gvernijiet u lanqas minn netwerk ikkoordinat, u dan kontinwament ikun ta’ ħsara għad-drittijiet tal-pazjenti. Ma ġiet stabbilita l-ebda kooperazzjoni sistematika bejn il-pazjenti, il-familji tagħhom, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-esperti u l-imsieħba soċjali. Fir-rigward tal-kura u l-aċċess għal din il-kura, hemm żbilanċ kbir kif ukoll għadd ta’ diffikultajiet. |
3.3.7 |
L-iskrining u l-kura tal-mard rari jiswew ħafna flus. Fejn jirrikorru għal teknoloġiji ġodda u fejn il-kura ta’ mard rari tkun tinvolvi spejjeż speċifiċi kbar, kull Stat Membru jeħtieġ li jistabbilixxi u japplika l-ogħla limitu. |
3.3.8 |
Fl-2008, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni dwar il-mard rari, u biex tħejji din, il-Komunikazzjoni wettqet konsultazzjoni pubblika wiesgħa li ntemmet fi Frar tal-istess sena. |
3.3.9 |
Il-kontributi fl-ambitu ta’ din il-konsultazzjoni kkonfermaw il-ħtieġa li jittieħdu miżuri f’livell Komunitarju. Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill hija bbażata prinċipalment fuq tliet oqsma:
|
3.3.10 |
Din il-komunikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita t-tħejjija ta’ strateġija Ewropea komuni globali favur ir-rikonoxximent, il-prevenzjoni, l-iskrining u l-kura effikaċi ta’ mard rari kif ukoll ir-riċerka li tagħti r-riżultati f’dan il-qasam. Għandha wkoll l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tappoġġja l-attivitajiet tan-netwerks Ewropej tal-informazzjoni u ta’ assoċjazzjonijiet tal-persuni morda. Ladarba tiġi definita u implimentata kull politika jew attività Komunitarja, jeħtieġ jiġi garantit livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dawn l-isforzi kollha għandhom jikkontribwixxu biex jitwettaq l-għan ġenerali tat-titjib tas-sitwazzjoni sanitarja u ħajja itwal b’saħħa tajba, indikatur ewlieni tal-Istrateġija ta’ Liżbona. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tissaħħaħ il-koerenza bejn id-diversi programmi u inizjattivi Komunitarji, bħall-programmi tal-UE għas-saħħa pubblika, il-Programmi Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp, l-istrateġija relatata mal-prodotti mediċinali orfni, id-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u attivitajiet oħra eżistenti jew futuri tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. |
3.3.11 |
Skont il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, jeħtieġ li l-Istati Membri jħejju minn issa sal-aħħar tas-sena 2011 strateġiji nazzjonali globali u integrati fil-qasam tal-mard rari u li jinvolvu l-morda u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom f’kull stadju tal-proċess ta’ żvilupp ta’ politiki u teħid ta’ deċiżjonijiet. L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu mħeġġa u appoġġjati b’mod attiv, speċjalment finanzjarjament. |
3.3.12 |
Filwaqt li l-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali globali u integrati, madankollu jqis li hemm bżonn li tiġi mmodifikata l-iskeda jekk irridu li l-istrateġija globali tikkunsidra l-interessi tal-pazjenti. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jinħolqu fil-livell tal-Istati Membri ċentri speċjalizzati fil-mard rari, li jagħmlu xogħol ta’ metodoloġija, ġbir ta’ data, akkreditazzjoni u koordinazzjoni. |
3.3.13 |
It-tifrix ta’ informazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-riċerka u l-istabbiliment u l-identifikazzjoni ta’ ċentri ta’ referenza jirrikjedu li tiġi definita u adottata terminoloġija teknika u protokols komuni u uniċi dwar dijanjożi u terapiji. Ir-rikonoxximent tagħhom mhuwiex biss fl-interess tal-pazjenti, iżda wkoll għal dak tal-professjonisti tas-saħħa u dawk li jipprovdu servizzi f’dan is-settur. Għalhekk, ikun jaqbel li titħejja gwida għal dan is-settur, ftehim prattiku għad-djalogu bejn l-għarfien professjonali differenti dwar is-suġġett tal-mard rari, id-dijanjożi u l-kura tiegħu. |
3.3.14 |
L-iżvilupp ta’ Netwerk Ewropew ta’ Referenza, l-identifikazzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ “servizz mobbli” jirrikjedu sforzi speċifiċi biex ikun hemm komunikazzjoni u stabbiliment ta’ sistema ta’ senjalazzjoni biex kull persuna jkollha tabilħaqq aċċess għall-informazzjoni. |
3.3.15 |
Minħabba li l-istabbiliment ta’ dawn il-forom ġodda ta’ strutturi ta’ riċerka u servizzi probabbilment jagħti lok għal kreazzjonijiet intellettwali, jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri neċessarji fil-qasam tal-protezzjoni legali f’dan il-qasam. |
3.3.16 |
Il-KESE jilqa’ l-organizzazzjoni tal-ewwel Jum Ewropew tal-Mard Rari fid-29 ta’ Frar 2008 u jappoġġja l-inizjattiva li għandha l-għan tistabbilixxi Jum Dinji tal-Mard Rari. Din l-inizjattiva tippermetti li jinbeda moviment internazzjonali li jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għat-titjib tal-effikaċja tar-riċerka u l-kura. Fil-fehma tal-KESE, huwa assolutament essenzjali li tiġi garantita komunikazzjoni adegwata, li jiġi promoss id-djalogu interkulturali u speċjalment li jitneħħew l-ostakoli lingwistiċi u jinstab rimedju għall-kundizzjonijiet tekniċi insuffiċjenti sabiex il-partijiet interessati (il-pazjenti, qrabathom, dawk li jipprovdu servizzi ta’ saħħa, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali) jkollhom aċċess għal informazzjoni korretta u suffiċjenti. |
3.3.17 |
F’diversi opinjonijiet ta’ qabel, il-Kumitat ġibed l-attenzjoni għar-rwol essenzjali tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali fil-ħarsien tal-valuri komuni u fl-implimentazzjoni tagħhom biex verament ikun hemm valur miżjud. Għal din ir-raġuni, huwa jqis importanti li l-atturi tas-soċjetà ċivili organizzata u l-imsieħba soċjali jaqdu rwol adegwat fit-twettiq tal-għanijiet tal-Komunikazzjoni dwar il-mard rari. Minħabba li huma s-soċjetà u l-imsieħba soċjali li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa fil-qasam tas-saħħa, għandu jkollhom rwol strateġiku fit-tqassim ta’ dawn ir-riżorsi. |
3.3.18 |
Sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, il-KESE jirrakkomanda li tiġi analizzata l-possibbiltà li jsir użu proporzjonat tar-riżorsi minħabba l-ispejjeż straordinarji, u dan għaliex ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li l-pazjenti kollha b’mard gravi jkollhom aċċess għall-kura. Minn Stat Membru għal ieħor, ir-riżorsi disponibbli jvarjaw u jeżistu diskrepanzi kbar bejn in-numru ta’ nies li għandhom jingħataw kura u dawk li fil-fatt jingħataw din il-kura. |
3.3.19 |
Il-KESE jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ riċerki kkoordinati u t-twaqqif u l-identifikazzjoni ta’ ċentri ta’ referenza għax din tista’ tkun okkażjoni unika għall-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problemi li jeżistu fil-qasam tas-saħħa. Din il-possibbiltà tidħol fl-ambitu tal-għan imfassal fil-White Paper bit-titolu “Flimkien għas-saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013”, jiġifieri li l-UE jkollha rwol internazzjonali aktar effikaċi. |
3.3.20 |
Il-ħolqien tal-kumitat konsultattiv permanenti EUACRD huwa pass kbir ‘il quddiem għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Minbarra r-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-esperti, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-pazjenti u r-rappreżenanti mill-industrija tal-kura tas-saħħa, il-KESE jirrakkomanda li s-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali jkunu wkoll involuti b’mod permanenti fil-ħidma tal-kumitat konsultattiv. Fil-fatt, mingħajr il-kollaborazzjoni tagħhom, mhux se jkun possibbli li titħejja strateġija nazzjonali li hija waħda mill-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/96 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward ta’ rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
COM(2008) 428 finali – 2008/0143 (CNS)
2009/C 218/19
Nhar it-28 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur SANTILLÁN CABEZA.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar 2009 ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’171 vot favur u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE japprova l-emendi tekniċi, ħafna minnhom essenzjali, li l-proposta għal Direttiva tagħmel għad-Direttiva 2006/112/KE. Madankollu, huwa mhux kuntent bl-ambitu limitat tal-proposta dovut għan-nuqqas ta’ kunsens politiku. |
1.2 |
Kif intqal qabel, l-applikazzjoni tal-VAT fuq servizzi u prodotti li jiffrankaw l-enerġija u jibżgħu għall-ambjent huwa aspett li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat. |
1.3 |
Fir-rigward tal-VAT imnaqqas fuq l-għoti ta’ servizzi li jikkonsistu fir-rinnovament, it-tiswija, l-alterazzjoni, il-manutenzjoni u t-tindif ta’ djar, il-KESE jiddubita jkunx xieraq li titneħħa r-referenza għall-akkomodazzjoni “soċjali”. Fi kwanlunkwe każ, peress li l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa mhix obbligatorja, din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Istati Membri individwali. |
1.4 |
L-introduzzjoni fl-Istati Membri kollha tal-possibbiltà li japplikaw VAT imnaqqas fuq is-servizzi tar-restoranti u l-catering, li xi Stati Membri jirrifjutaw, għandha l-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet ugwali, billi r-riskju li tiġi ostakolata l-kompetizzjoni taħt l-arranġamenti eżistenti huwa baxx. Il-KESE japprova l-esklużjoni tax-xorb alkoħoliku mill-applikazzjoni ta’ rata iktar baxxa. |
1.5 |
Fejn jidħlu “tiswijiet żgħar fuq proprjetà mobbli tanġibbli”, il-liġijiet tal-Istati Membri se jkollhom jispeċifikaw liema servizzi se jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa, minħabba l-firxa wiesgħa tat-termini użati. |
1.6 |
Il-KESE jipproponi li l-prodotti dijetetiċi għal ċertu mard għandhom jiġu ddikjarati li huma eżenti mill-VAT (ara punt 4.8.6 ta’ din l-opinjoni). |
1.7 |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-kriterju tal-proposta għandu jinbidel biex f’Anness III jidħlu s-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni fuq il-karozzi skont it-termini indikati f’punt 4.8.5.1 tal-opinjoni attwali. |
1.8 |
Il-KESE jaqbel mal-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa għal kategoriji aktar wiesgħa ta’ merkanzija u servizzi sakemm dan huwa kompatibbli mar-riżorsi speċifiċi tal-baġit disponibbli għall-Istati Membri, is-sitwazzjoni ekonomika u l-interessi tas-suq intern bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
1.9 |
Il-KESE jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni favur l-armonizzazzjoni sħiħa tal-VAT, filwaqt li jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ deċiżjoni politika min-naħa tal-Kunsill tal-UE. |
2. Daħla
2.1 Il-proposta għal Direttiva li tirreferi għaliha l-opinjoni attwali tikkonsisti f’żidiet u adattamenti tekniċi għad-Direttiva tal-2006, minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva dwar il-VAT” (1).
2.2 Skont il-Kummissjoni, l-għan huwa li jiddaħħlu numru ta’ riformi urġenti biex jissolvew “il-problemi legali u politiċi li nqalgħu jew minħabba interpretazzjonijiet diverġenti tad-Direttiva jew minħabba nuqqas ta’ kundizzjonijiet ugwali għall-Istati Membri kollha fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rati mnaqqsa f’dawk l-oqsma fejn mhuwiex affettwat il-funzjonament xieraq tas-suq intern.”
2.3 L-għan huwa li tingħata aktar awtonomiija u ċertezza, kif ukoll trattament ugwali lill-Istati Membri.
2.3.1 Għalkemm hi mhix immirata esklussivament għall-SMEs, li huma wieħed mill-oqsma ta’ azzjoni prijoritarja tal-Istrateġija ta’ Liżbona, se jkollha effetti pożittivi fuqhom, billi s-setturi inkwistjoni jinkludu ħafna SMEs u l-proposta se tagħti ċertezza legali fil-qasam tat-tkomplija tal-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT f’dawn is-setturi.
2.4 Saru erba’ tipi ta’ bidliet fid-Direttiva dwar il-VAT:
— |
l-inklużjoni ta’ servizzi pprovduti lokalment, inkluż l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet permanenti u aġġornati dwar is-servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema elenkati fl-Anness IV li se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010. Konsegwentement l-Anness IV ser jitħassar; |
— |
it-tħassir tal-artikoli u l-paragrafi ta’ natura temporanja jew li jirrigwardaw sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri u li m’għadhomx japplikaw; |
— |
it-titjib fl-abbozzar; |
— |
it-tibdil fl-abbozzar ta’ Anness III, li jinkludi “l-lista ta’ provvisti ta’ merkanzija u servizzi li għalihom jistgħu japplikaw ir-rati mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 98”. |
3. L-Anness III il-ġdid
3.1 Tibdil fl-abbozzar jew żidiet f’kategoriji speċifiċi.
3.1.1 Kategorija 3: prodotti farmaċewtiċi. L-inklużjoni ta’ “prodotti assorbenti ta’ iġjene” li tkopri l-protezzjoni sanitarja femminili u l-ħrieqi tat-tfal.
3.1.2 Kategorija 4: apparat għal persuni b’diżabilità. Tiżdied il-frażi “apparat u […] tagħmir elettriku, elettroniku jew tagħmir ieħor u mezzi ta’ trasport …, kif ukoll it-tislif jew il-kiri …”. Il-Proposta issa tinkludi wkoll tagħmir jew apparat li huwa ddisinjat jew adattat apposta għal persuni b’diżabilità (eż. tastieri Braille, karozzi adattati speċjali).
3.1.3 Kategorija 6: kotba. L-inklużjoni ta’ “kotba bl-awdjo, […] CD-ROMs jew appoġġ fiżiku simili …”. Estensjoni ta’ kotba fuq CD, CD-ROM jew kull mezz fiżiku simili li b’mod predominanti jirriproduċi l-istess kontenut ta’ tagħrif testwali bħall-kotba stampati.
3.1.4 Kategorija 8: servizzi ta’ xandir tar-radju u tat-televiżjoni. Kjarifika li s-servizzi taxxabbli huma l-provvisti nfushom, mhux ir-riċezzjoni tagħhom.
3.1.5 Kategorija 9: provvista ta’ servizzi minn kittieba, eċċ. Kjarifika li l-kategorija tkopri wkoll lil “dawk remunerati permezz tad-drittijiet dovuti lilhom”. Bidla minħabba li d-drittijiet mhumiex servizzi taxxabbli, iżda l-ħlas għal ċerti servizzi.
3.1.6 Kategorija 16: servizzi ta’ funerali u kremazzjoni. L-għan tat-test il-ġdid huwa li jissepara l-għan tad-definizzjoni mill-kwalità tal-fornitur.
3.1.7 Kategorija 18: tindif ta’ toroq, trattament tal-iskart, eċċ. L-inkonsistenzi tneħħew bl-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għal tliet servizzi addizzjonali li mhumiex inklużi fit-test attwali: “purifikazzjoni u riċiklaġġ ta’ ilma tar-rimi”, “dranaġġ” u “riċiklaġġ tal-iskart u servizzi li jwasslu għall-użu mill-ġdid”.
3.2 Estensjoni tal-provvisti marbuta mas-settur tad-djar u ċertu bini mhux kummerċjali.
3.2.1 Il-modifika ta’ Kategorija 10 u ż-żieda ta’ Kategorija ġdida 10a huma maħsuba biex:
— |
jestendu l-għażla tal-Istati Membri bit-tneħħija tar-referenza għad-“djar ipprovduti bħala parti mill-politika soċjali”; |
— |
iżidu s-servizzi ta’ “rinnovament, tiswija u tindif ta’ djar” (bħalissa jinsabu fl-Anness IV) u l-manutenzjoni tagħhom; |
— |
jestendu t-tnaqqis għas-servizzi li jikkonsistu fir-rinnovament, it-tiswija, l-alterazzjoni, il-manutenzjoni u t-tindif li jsiru fil-“postijiet ta’ qima, il-wirt kulturali u l-monumenti storiċi.” |
3.3 L-inklużjoni ta’ żewġ kategoriji ġodda
3.3.1 Servizzi ta’ restoranti u catering
3.3.2 Kategorija 12 tal-Anness III attwali (li mhix emendata) tkopri:
“Akkomodazzjoni pprovduta f’lukandi u stabbilimenti simili, inkluża l-provvista ta’ akkomodazzjoni għall-vaganzi u l-kiri ta’ positijiet f’siti tal-kampeġġ u parks għall-karavani”
3.3.3 Il-Kategorija ġdida (12a) tkopri:
“Il-provvista ta’ servizzi ta’ restoranti u tal-catering bl-esklużjoni ta’ xorb alkoħoliku”.
3.3.3.1 Hemm żewġ raġunijiet għal din iż-żieda: a) il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jiġu ttrattati l-istess, u b) minħabba li dawn is-servizzi jissodisfaw l-istess kriterji bħas-servizzi l-oħra pprovduti lokalment li ġew miżjuda.
3.3.4 Servizzi pprovduti lokalment
3.3.4.1 Dawn il-kategoriji ġodda jkopru ħames każijiet:
“19) |
forniment ta’ servizzi tal-ġonna jew ta’ landscaping u manteniment (manutenzjoni) ta’ ġonna; |
20) |
tiswija minuri ta’ proprjetà mobbli tanġibbli, inklużi r-rota u tricycles (triċikli) ta’ kull tip iżda esklużi l-mezzi l-oħra kollha tat-trasport; |
21) |
servizzi ta’ tindif u ta’ manteniment (manutenzjoni) ta’ proprjetà mobbli tanġibbli; |
22) |
forniment ta’ servizzi ta’ kura domestika, bħall-għajnuna fid-dar u l-kura tat-tfal, l-anzjani, il-morda jew persuni b’diżabilità; |
23) |
kura personali tat-tip ipprovduta fis-salons tax-xagħar u fl-istabbilimenti ta’ kura estetika personali”. |
3.3.4.2 Dawn il-Kategoriji jinkludu servizzi li diġà jidhru fl-Anness IV attwali, li jistabbilixxi arranġamenti temporanji sal-31 ta’ Diċembru 2010, iżda jinkludu wkoll xi servizzi ġodda ta’ natura simili.
4. Kummenti
4.1 IL-KESE iddiskuta s-suġġett tal-opinjoni attwali bir-reqqa meta eżamina l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2007 dwar ir-rati tal-VAT li ma jagħmlux parti mir-rati standard tal-VAT (2), li mbagħad kienet ibbażata fuq studju tal-Copenhagen Economics.
4.2 Fl-opinjoni tiegħu (3) il-KESE enfasizza l-aspetti li ġejjin:
— |
Il-VAT jintuża mill-Istati Membri biex jintlaħqu għanijiet purament fiskali. |
— |
Ir-rati mnaqqsa huma tweġiba għall-kriterji politiċi u soċjali. |
— |
L-armonizzazzjoni tal-VAT tibqa’ proġett ftit li xejn realistiku, li jiġġustifika (skont il-Kummissjoni) tentattiv għall-armonizzazzjoni ta’ attivitajiet li għandhom impatt transkonfinali jew li jikkonformaw ma’ kriterji aċċettati tal-politika Komunitarja. |
— |
Għandu jiġi żgurat li kull tnaqqis fir-rati tal-VAT ikun ġenwinament imsejjes fuq raġunijiet soċjali. |
— |
Is-simplifikazzjoni u t-trasparenza iħaffu x-xogħol għan-negozji u l-kontrolli mill-awtoritajiet. |
— |
Jekk titwarrab għal mument l-illużjoni ta’ reġim definittiv, għandha tingħata aktar awtonomija lill-Istati Membri biex jistabbilixxu rati mnaqqsa għas-servizzi lokali. |
4.2.1 Il-kummenti espressi f’dik l-opinjoni għadhom validi għal kollox.
4.3 Il-proposta għal Direttiva tagħmel biss tibdil parzjali u bidliet meħtieġa b’urġenza għall-arranġamenti attwali. Kif tispjega l-Kummissjoni, hi ma tippruvax tagħmel reviżjoni profonda tad-Direttiva eżistenti, li dwarha d-dibattu “għadu biss beda”. Madankollu hi jirnexxielha tindirizza kwistjonijiet ta’ importanza soċjali u ekonomika, bħall-VAT fuq restoranti, setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema, u servizzi pprovduti lokalment.
4.4 Emendi tekniċi
L-emendi purament tekniċi ġeneralment jimmeritaw l-appoġġ tal-KESE sakemm ikunu neċessarji, itejbu l-abbozzar u jiċċaraw aspetti kontroversjali.
4.5 Emendi li jikkonċernaw is-settur tad-djar.
4.5.1 Forniment u kostruzzjoni ta’ djar
4.5.1.1 L-applikazzjoni permanenti fuq kull tip ta’ dar, mhux biss dawk li jifformaw parti minn “politika soċjali”, kif stipulat fil-Kategorija 10 attwali, twessa’ b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tnaqqis fil-VAT. Din il-bidla hija appoġġjata mill-argument li l-Istati Membri interpretaw it-tifsira ta’ “politika soċjali” b’modi differenti u anke minħabba r-regoli tal-post tat-tassazzjoni ta’ dawn il-provvisti, li jistabbilixxu t-tassazzjoni fil-post fejn tinsab il-proprjetà.
4.5.1.2 Għalkemm b’dan il-mod tinkiseb l-armonizzazzjoni, wieħed għandu jikkunsidra jekk dan l-approċċ daqshekk wiesa’ hux ażżardat iżżejjed, meta jitqies l-impatt tar-riforma (4). L-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa fuq id-djar kollha, ikunu xi jkunu l-prezz u l-iskop, se jirnexxielha tilħaq l-għan soċjalment u ekonomikament mixtieq?
4.6 Tiswija ta’ djar u bini ieħor
4.6.1 Ir-rinnovament u l-alterazzjonijiet diġà kienu inklużi fl-Anness III għad-djar bħala parti minn politika soċjali, u r-rinnovament u t-tiswija ta’ djar privati u t-tindif fid-djar privati kien diġà inklużi fl-Anness IV. Bir-raġun ġew miżjuda wkoll “postijiet ta’ qima, wirt kulturali u l-monumenti storiċi”.
4.6.2 Barra minn hekk, l-esklużjoni ta’ “materjali li jiffurmaw parti sinifikanti mill-valur tas-servizz ipprovdut” tneħħiet. Il-proposta għalhekk tagħmilha possibbli għal kulħadd li jinkludi t-tali provvista taħt ir-rata mnaqqsa, meta l-oġġetti jkunu parti mis-servizz ipprovdut.
4.6.2.1 Il-KESE jqis dawn iż-żewġ emendi bħala raġonevoli.
4.7 VAT imnaqqas fuq s-servizzi ta’ restoranti u catering
4.7.1 VAT imnaqqas fis-settur tar-restoranti u l-catering huwa kwistjoni sensittiva li ilha suġġetta għal diskussjoni. Ċerti Stati Membri ma jaqblux mal-proposta.
4.7.2 Skont l-istima tal-Impatt tal-Kummissjoni (5), is-settur tal-bars, ir-restoranti u s-servizzi tal-catering jifforma 6.1 % tal-konsum privat (6) u 1.9 % tal-valur miżjud. Huwa jirrappreżenta wkoll 3.3 % tal-impjiegi kollha (7). L-assoċjazzjoni tal-kummerċ HOTREC tindika li s-settur jinkludi 1 600 000 stabbiliment (8).
4.7.3 Kif diġa indika l-KESE, ir-rata applikata għas-settur taffettwa lil dak li huwa s-servizz lokali, iżda taffettwa wkoll il-mod ta’ kif jinfirex it-turiżmu fl-Istati Membri. Dan il-fatt, flimkien mal-fatt li l-VAT fuq ir-restoranti huwa sors ewlieni ta’ dħul, jikkomplika l-adozzjoni ta’ kriterju uniku fl-UE, u għalhekk għadha ma seħħitx (9).
4.7.3.1 Fir-rigward tat-turiżmu, l-effetti x’aktarx ikunu differenti fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, fir-rigward tas-settur tal-lukandi (simili għas-servizz tar-restoranti mill-perspettiva tas-suq intern) li bħalissa huwa eliġibbli għal rati ta’ VAT imnaqqsa, il-Kummissjoni mhix konxja minn ostakoli kkawżati mill-VAT. Aktar minn hekk, l-infiq fir-restoranti ma jidhirx li hu l-akbar infiq li jsir waqt il-vaganza.
4.7.4 L-arranġament attwali, bbażat fuq dispożizzjonijiet temporanji skont id-Direttiva 2006/112/KE fih diverġenzi importanti: 11-il Stat Membru diġa’ japplika r-rati mnaqqsa abbażi ta’ derogi speċifiċi (10), waqt li s-16 l-oħra ċċaħdu minn din il-possibiltà. L-emenda proposta għalhekk tersaq lejn uniformità ġenerali f’dan il-qasam.
4.7.5 L-esklużjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi hija neċessarja għall-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti li jirregolaw ix-xiri tagħhom fi stabbilimenti għal konsum aktar tard (11).
4.7.6 Fi kwalunkwe każ għandu dejjem jitqies li l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa mhix obbligatorja, iżda hija possibbiltà disponibbli għall-Istati Membri.
4.8 Servizzi pprovduti lokalment (12)
4.8.1 Il-Kategoriji l-ġodda 19 sa 23 jkopru medda wiesgħa ta’ servizzi, uħud minnhom diġa’ inklużi fid-Direttiva eżistenti taħt dispożizzjonijiet temporanji: konsegwentement, jekk it-test ma jiġix emendat, huma jeħlu r-rata normali tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2011.
4.8.2 B’mod ġenerali m’hemmx riskju li tiġi ostakolata l-kompetizzjoni f’dan it-tip ta’ servizz li jħaddem għadd ġmielu ta’ nies.
4.8.3 L-inklużjoni tax-xogħlijiet fil-ġnien u servizzi relatati hija ġustifikata peress li dawn għandhom l-istess karatteristiċi tas-servizzi l-oħra.
4.8.4 Tiswija ta’ “proprjetà mobbli u tanġibbli”:
a) |
il-kriterju li jiddefinixxi tiswijiet “minuri” inżamm; |
b) |
madankollu, bl-introduzzjoni ta’ bidla kunċettwali importanti, intgħażlet definizzjoni ġenerali minflok referenza speċifika għal ċerti oġġetti (bħal roti, żraben, eċċ.) Proprjetà mobbli hija proprjetà li tista’ tinġarr minn post għall-ieħor (skont id-definizzjoni tal-kodiċi ċivili Spanjol), u l-interpretazzjoni ta’ proprjetà tanġibbli hija dik stabbilita f’diversi sistemi ġuridiċi Ewropej. Il-kategorija l-ġdida hija wiesgħa ħafna, għalhekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali se jkollha tispeċifika t-tipi ta’ proprjetà li għalihom tapplika d-Direttiva skont il-korp leġiżlattiv ta’ kull pajjiż, għalkemm il-KESE jissuġġerixxi li ma jsirux restrizzjonijiet fuq tipi differenti ta’ servizzi. |
4.8.5 It-tiswija u l-manutenzjoni tal-karozzi:
— |
Fid-dawl tal-isforzi finanzjarji kbar li qed isiru mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri b’appoġġ għall-industrija tal-karozzi, hemm bżonn li t-tiswija u l-manutenzjoni tal-karozzi tiddaħħal b’mod espliċitu mas-servizzi pprovduti lokalment, biex jissaħħaħ il-poter tal-akkwist tas-sewwieqa Ewropej, titjieb il-kwalità u s-sigurtà tal-karozzi fit-triq u jitħarsu l-impjiegi fis-settur. |
4.8.5.1 Għalhekk nissuġġerixxu li fl-Anness III jsiru dawn il-bidliet:
— |
(8)(20) Wara “… tricycles (triċikli) ta’ kull tip”, biddel “iżda esklużi l-mezzi l-oħra kollha tat-trasport” b’ “vetturi motorizzati privati u industrijali”; |
— |
(8)(21) Wara “proprjetà tanġibbli”, żid “fosthom dawk għal vetturi motorizzati privati u industrijali”. |
4.8.6 Ikel speċjali għal ċertu mard:
— |
Ikel dijetetiku għal ċertu mard, bħalma huma l-phenylcetonuria jew il-coeliac disease, għandhom jitqiesu bħala eżenti mill-VAT. |
4.9 Servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema
4.9.1 |
Dawn is-servizzi huma diġa’ inklużi fis-servizzi pprovduti lokalment (sezzjoni 4.8). |
4.9.2 |
B’mod ġenerali, dawn jirrikjedu xogħol li l-biċċa l-kbira tiegħu (fil-kuntest tal-ekonomija sħiħa) jsir minn nisa u rġiel bi ftit ħiliet u f’impjieg temporanju. Trattament fiskali iktar favorevoli jista’ jippromwovi aktar stabbilità fl-impjieg tagħhom. |
4.9.3 |
Fir-rigward tal-effetti, il-Copenhagen Economics jipprovdi xi data fuq iż-żieda stmata fil-PGD bħala riżultat tat-tnaqqis tal-VAT fuq servizzi li huma pprovduti lokalment u f’restoranti minħabba l-ispostament tad-DIY mill-ekonomija formali għall-ekonomija s-sewda. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347 tal-11.12.2006).
(2) COM(2997) 380 finali tal-5.7.2007.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar ir-rati tal-VAT minbarra r-rati standard tal-VAT”, ĠU C 211, 19.8.2008, p. 67.
(4) B’kollox is-settur tal-kostruzzjoni jirrapreżenta 6.2 % tal-valur miżjud (EU-27), u l-bini tad-djar huwa nofs dan il-persentaġġ, jiġifieri 3.1 %.
(5) SEC(2008) 2190. Brussell, 7.7.2008.
(6) UE-25 (l-Istati Membri kollha minbarra l-Bulgarija u r-Rumanija).
(7) UE-27. Jekk jitqiesu l-lukandi wkoll, it-total jitla’ għal 4.4 %.
(8) Lukandi, restoranti u kafeterji fl-Ewropa. Il-figura tirreferi għat-tliet setturi. HOTREC tikkonkludi li n-numru ta’ persuni impjegati magħhom huwa tal-anqas 9 000 000.
(9) Filwaqt li xi Stati Membri, bħal Franza, huma favur l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa li diġà hemm f’pajjiżi oħra, il-Ġermanja, fost l-oħrajn topponi l-proposta, peress li topponi kull żjieda fil-firxa tat-tnaqqis tar-rati tal-VAT.
(10) Dawn huma: il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, u l-Islovenja.
(11) Id-Direttiva 2006/112/KEE, Anness III Kategorija 1 tkopri “Oġġetti tal-ikel (fosthom xorb iżda teskludi x-xorb alkoħoliku) …”.
(12) Is-servizzi lokali, fosthom parti kbira mis-servizzi li jeħtieġu ħafna ħaddiema jiffurmaw 4.8 % tal-konsum privat (UE-25, bl-esklużjoni tal-Bulgarija u r-Romanija) u 2.1 % tal-valur miżjud. Huma meqjusa li ma tantx għandhom piż ekonomiku, ħlief fil-każ tat-tiswijiet fuq il-bini.
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/101 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin
COM(2008) 384 finali
2009/C 218/20
Nhar it-13 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur CEDRONE.
Matul il-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’162 vot favur, 6 voti kontra u 12-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kummissjoni jinsabu mħassbin dwar l-effetti immedjati u inkwetanti tal-inflazzjoni tal-prezzijiet taż-żejt fuq xi setturi u fuq il-gruppi l-aktar dgħajfa tal-popolazzjoni. Fil-fatt, iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt għandhom impatt dirett fuq il-prezzijiet tat-tisħin, fuq l-ispejjeż tat-trasport u indirettament anke fuq l-ispejjeż tal-prodotti tal-ikel: li jingħad li jiffurmaw il-biċċa l-kbira tan-nefqa tal-ifqar familji. |
1.2 |
Il-problema teħtieġ interventi qawwija u urġenti, iżda tippreżenta wkoll kwistjoni delikata ta’ natura ġenerali. Jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata lill-familji foqra jingħata permezz ta’ sussidji diretti skont id-dħul, u mhux permezz ta’ miżuri, pereżempju, ta’ natura fiskali (pereżempju permezz tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-prodotti taż-żejt), li jħallu impatt fuq il-prezzijiet tas-suq, b’tali mod li jnaqqsu l-effetti taż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt. |
1.3 |
Il-KESE jikkunsidra bħala importanti ħafna li s-suq ikun jinsab f’qagħda li jkun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu, li hi dik li jqis iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u li jiddetermina r-reazzjonijiet xierqa għal sitwazzjoni bħal din. |
1.4 |
Iż-żidiet fil-prezzijiet iridu jwasslu lill-operaturi kollha sabiex jiksbu fehim dwar l-ekonomiji xierqa, dwar il-prodotti li saru l-iktar għaljin, filwaqt li jissostitwixxu l-prodotti li għolew ma’ prodotti li jiswew anqas u jgħaqqdu flimkien metodi ta’ produzzjoni u ta’ konsum li jippermettu lil dak li jkun li jiffranka, kull fejn dan ikun teknikament possibbli. Kif diġà ngħad, jeħtieġ li jkunu protetti l-ifqar familji, iżda b’għajnuniet diretti biss, mingħajr ma jkun hemm tgħawiġ tas-sinjali tas-suq li jridu jitħallew liberi li jwettqu l-funzjoni fiżjoloġika tagħhom ta’ ksib ta’ ekwilibriju mill-ġdid. |
1.5 |
Il-Kummissjoni ssostni li jridu jitqiegħdu fis-seħħ strateġiji simili għall-benefiċċju wkoll tas-setturi produttivi li ntlaqtu b’mod partikolari miż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt. L-aktar is-settur tas-sajd, iżda b’mod iktar ġenerali, is-setturi kollha li għandhom l-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ikel tal-popolazzjoni, u wkoll is-settur tat-trasport. |
1.6 |
Anke f’dawn il-każijiet, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati riperkussjonijiet ta’ ħsara kbira għall-ekonomija produttiva għandhom ikunu f’forma ta’ għajnuniet diretti, u mhux permezz ta’ miżuri fiskali (tnaqqis tat-taxxa) li jnaqqsu b’mod artifiċjali l-prezzijiet, li minflok huwa meħtieġ li jirriflettu n-nuqqas dejjem akbar tar-riżorsi taż-żejt. |
1.7 |
Fir-rigward tal-impatt makroekonomiku fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, jeħtieġ li jitfasslu pjanijiet koerenti ta’ appoġġ, l-iktar għall-ekonomiji l-iktar dgħajfa, fuq kollox permezz ta’ interventi finanzjarji mmirati lejn it-twettiq ta’ politiki għall-iffrankar tal-enerġija. Għal darba oħra, jenħtieġu miżuri ta’ appoġġ rilevanti ħafna wkoll, iżda li ma joperawx b’mod li joħolqu tgħawiġ tas-sinjali li s-swieq, fi kwalunkwe każ, għandhom jitħallew liberi li jsegwuhom. |
1.8 |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li jenħtieġu reazzjonijiet politiċi b’saħħithom mill-Unjoni Ewropea. |
1.9 |
L-ewwel nett, f’dan il-każ bħal f’każijiet oħra, il-preżenza komunitarja ta’ korp bħall-Unjoni Ewropea, li tirrappreżenta għoxrin fil-mija tal-produzzjoni dinjija, jista’ jkollha rwol u saħħa ta’ importanza kbira. Proposti preċiżi u mfassla b’mod komunitarju minn korp b’responsabbiltà daqstant kbira fil-livell dinji ma jistgħux jiġu injorati faċilment. Sitwazzjoni għalkollox differenti hija dik meta l-inizjattivi Ewropej jiġu adottati bl-addoċċ, u jidhru forsi f’kontradizzjoni ma’ xulxin. |
1.10 |
F’sitwazzjoni bħal din li għaddejjin minnha bħalissa, b’żieda qawwija possibbli fil-prezzijiet ta’ materja prima essenzjali, il-proposta ta’ konsultazzjoni u djalogu f’livell dinji bejn l-atturi l-kbar kollha tidher li hi prekundizzjoni ewlenija li għandha sseħħ qabel kwalunkwe inizjattiva oħra. Tista’ ssir konferenza dinjija bejn il-pajjiżi produtturi u l-pajjiżi konsumaturi. |
1.11 |
It-tieni nett, jeħtieġ li tiġi stabbilita b’mod deċiż il-mira li jinħoloq suq wieħed Ewropew tal-enerġija. L-Ewropa nbniet fuq is-sisien ta’ proġetti kbar ta’ suq uniku: tal-faħam u tal-azzar, tal-enerġija atomika, tal-agrikoltura; u minn Jannar 1993, tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-kapital; u fl-aħħar, mill-1999, meta daħlet l-Unjoni Monetarja. Wasal iż-żmien li tiżdied azzjoni speċifika b’rabta mas-suq tal-enerġija. |
1.12 |
Din kieku sservi sabiex tifdi lil dan is-settur fundamentali mill-forza qerredija ta’ spekulazzjoni li, kif inhu magħruf, fi ħdan il-limiti fiżjoloġiċi tagħha twettaq funzjoni essenzjali ta’ regolazzjoni tas-swieq, iżda li lil hinn minn dawn il-limiti tintroduċi elementi ta’ diżorganizzazzjoni sħiħa u ta’ inċertezza assoluta. |
1.13 |
Is-suq Ewropew tal-enerġija jrid isir trasparenti u jiġi kontrollat mill-awtoritajiet responsabbli; jeħtieġ li titnaqqas l-imprevidibbiltà tal-prezzijiet b’mod konsiderevoli. Dan jista’ jinkiseb ukoll permezz ta’ ħidma xierqa ta’ informazzjoni u regolamentazzjoni tar-riżervi strateġiċi. Regolamentazzjoni xierqa ta’ suq importanti bħal dak Ewropew ma jonqosx milli jkollha effetti ta’ importanza kbira fuq id-dinja kollha. |
2. Proposti
2.1 |
Għalhekk, l-UE trid terġa’ lura għall-ispirtu oriġinali tagħha (it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika) u fl-aħħar nett trid twettaq suq intern tal-enerġija, ħtieġa li llum saret urġenti iktar minn qatt qabel sabiex jiġu evitati riskji u konsegwenzi fil-livell ekonomiku u soċjali u f’livelli oħra. |
2.2 |
L-UE trid tadotta strumenti xierqa għat-teħid ta’ deċiżjonijiet (“tistituzzjonalizza” il-proċedura introdotta dan l-aħħar mill-Presidenza Franċiża minħabba l-kriżi finanzjarja) sabiex tkun tista’ tmexxi l-politika tal-enerġija b’mod intern u tintervjeni b’vuċi waħda fil-konferenzi internazzjonali fejn jiġu deċiżi dawn il-politiki, inkluż dawk marbutin maż-żejt, billi teħles il-prezz tal-provvista mill-ispekulazzjoni. |
2.3 |
L-Unjoni trid tbiddel il-politiki tar-riżervi taż-żejt nazzjonali f’politika komuni u trasparenti, sabiex b’hekk toffri iktar sigurtà lill-politika tal-provvista. |
2.4 |
Teħtieġ tapplika miżuri komuni, bħal dispożizzjonijiet fiskali armonizzati fuq prodotti taż-żejt, sabiex tillimita d-danni għas-setturi ekonomiċi l-iktar milquta u tilħaq qbil dwar għajnuniet diretti b’rabta mad-dħul għaċ-ċittadini konsumaturi, b’mod partikolari għall-gruppi l-iktar dgħajfa, li għalihom jistgħu jiġu allokati wkoll parti mill-profitti tal-kumpaniji. |
2.5 |
Trid tintervjeni b’mod iktar deċiż sabiex tirregola l-kompetizzjoni fis-settur (attwalment kważi ma teżistix, peress li s-suq tal-provvista jaħdem f’sistema ta’ oligopolija) u tevalwa l-possibbiltà li tirrikorri għall-politika tal-prezzijiet fissi, tal-anqas fil-perjodi ta’ kriżi kbira, jew li tirrikorri xorta waħda għal miżuri sabiex tnaqqas id-distakk, ħafna drabi mhux ġustifikat, bejn il-prezzijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-konsum. Sitwazzjoni fejn il-konsumatur la jista’ jaġixxi u lanqas jista’ jiddefendi ruħu. |
2.6 |
Teħtieġ li, tappoġġja u tiffinanzja fond komuni r-riċerka u l-iżvilupp tas-sorsi alternattivi tal-enerġija, sabiex tnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt, b’mod partikolari fis-settur tat-trasport, billi tibda mis-settur tal-karozzi, permezz ta’ żieda qawwija fl-investimenti f’dan is-settur, pereżempju b’inċentivi fiskali jew inkella billi l-intrapriżi taż-żejt ikollhom l-obbligu li jallokaw parti mill-profitti għal dan il-għan! |
2.7 |
Teħtieġ tevita li d-deflazzjoni kaġun taż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum u tar-reċessjoni, tikkawża ħsara ekonomika agħar mill-inflazzjoni nnifisha. L-inflazzjoni ta’ bażi li kaġun tal-inattività (jew ta’ difetti tas-suq?) kompliet taġixxi anke wara t-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum u, għaldaqstant tista’ taħbi l-wasla eventwali ta’ deflazzjoni. |
3. Daħla
3.1 |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiffaċċja l-kwistjoni taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt, jew aħjar taċ-ċaqlieq tal-prezzijiet taż-żejt, fid-dawl tal-avvenimenti li seħħew fl-aħħar xhur marbutin mal-ispekulazzjoni finanzjarja u mal-waqgħa tal-Boroż. Din iż-żieda fil-prezzijiet ħolqot pressjonijiet ta’ inflazzjoni fl-UE. L-ECB (il-Bank Ċentrali Ewropew) u r-Riserva Federali irreaġixxew malajr għal dawn il-pressjonijiet u l-kontromiżuri li adottaw naqqsu l-pressjonijiet ta’ inflazzjoni iżda waqqfu t-tkabbir ekonomiku. |
3.2 |
Kien biss dan l-aħħar li saret reviżjoni tal-istrateġiji ta’ trażżin monetarju sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi finanzjarja dinjija: minkejja dan, il-kriżi finanzjarja ħolqot ambjent diffiċli ta’ reċessjoni li xejn m’għandu x’taqsam maż-żejt u li permezz tiegħu tnaqqsu ħafna l-istess pressjonijiet ta’ inflazzjoni kaġun taż-żejt; b’konsegwenza li l-prezz taż-żejt ser jitlef l-opportunità li jogħla. |
3.3 |
Il-konsegwenza l-oħra ta’ importanza kbira hija ċ-ċaqlieq tas-setgħa tal-akkwist mill-pajjiżi konsumaturi lejn il-pajjiżi produtturi, li tista’ tiġi bbilanċjata mill-ġdid permezz ta’ żieda fl-importazzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar mill-pajjiżi konsumaturi (bejn l-2002 u l-2007 l-importazzjonijiet żdiedu b’medja ta’ 26 % fis-sena, b’rata ferm ikbar minn dik normali tal-importazzjonijiet dinjija). |
3.4 |
Kif se naraw aħjar fis-sinteżi, il-Kummissjoni qed tiffaċċja l-kwistjoni minn aspetti differenti, filwaqt li aspetti oħrajn qed jiġu prattikament injorati jew mħollija barra (pereżempju l-effetti tal-ispekulazzjoni, il-preżenza ta’ forom ta’ oligopolija fis-settur li faċilment jinbidlu f’ “kartelli” bil-konsegwenzi relatati magħhom, eċċ.). |
3.5 |
Għaldaqstant, il-KESE jeħtieġ jevalwa l-komunikazzjoni b’mod ċar u effettiv, filwaqt li jenfasizza l-punti pożittivi u negattivi tagħha, sabiex jfassal rakkomandazzjonijiet u proposti bil-għan li jitnaqqsu l-effetti tal-inflazzjoni fuq il-prezzijiet u fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni. |
3.6 |
Barra minn hekk, għandu juri wkoll in-nuqqasijiet politiċi tal-UE, id-dgħufija internazzjonali tagħha, in-nuqqas ta’ qbil tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-kawżi mhux sekondarji tan-nuqqas ta’ kontroll tas-“suq” taż-żejt u tal-ispekulazzjonijiet li jaffettwaw dan is-suq. |
3.7 |
Fadal kumment wieħed biss xi jsir: fid-dawl tal-andament tal-prezz taż-żejt, li għaddej minn tnaqqis qawwi meta mqabbel ma’ Lulju 2008, jeħtieġ lit-titolu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jiġi aġġornat. Il-kontenut ta’ din l-opinjoni xorta waħda jikkunsidra ċ-ċaqlieq li l-prezz taż-żejt darriena għalihom u mhux l-ogħla livelli biss. |
4. Sinteżi tal-komunikazzjoni
4.1 Il-fatturi li kkawżaw iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt
4.1.1 |
Il-Kummissjoni ssostni li ż-żieda drastika fil-prezzijiet taż-żejt li seħħet f’dawn l-aħħar xhur tista’ titqabbel biss ma’ dik li seħħet fis-snin sebgħin u li l-prezzijiet tal-konsum jikkonformaw ma’ dawk taż-żejt mhux maħdum u li l-livelli attwali jaqbżu l-ogħla livell li ntlaħaq fil-bidu tas-snin tmenin. |
4.1.2 |
Il-Kummissjoni ssostni wkoll li ż-żieda attwali rriżultat l-aktar minħabba l-bidla strutturali maġġuri fid-domanda u fil-provvista minħabba ż-żieda fil-konsum (b’mod partikolari fiċ-Ċina u fl-Indja), it-tnaqqis tal-bjar taż-żejt, il-fatt li l-intrapriżi Statali tal-pajjiżi tal-OPEC ftit li xejn jirreaġixxu għall-forzi tas-suq, ir-restrizzjonijiet fil-kapaċità tar-raffineriji f’xi pajjiżi, id-dgħufija tad-dollaru, iż-żieda fl-inflazzjoni, eċċ. |
4.2 L-effetti fuq l-ekonomija tal-UE
4.2.1 |
Fost l-iktar effetti serji, ta’ min wieħed isemmi ż-żieda fl-inflazzjoni, l-effett fuq il-prezzijiet tal-enerġija kaġun ta’ ġabra ta’ fatturi oħra; ħafna drabi anke meta jonqsu l-prezzijiet tal-materja prima, il-prezzijiet tal-konsum ma jonqsux. |
4.2.2 |
L-agħar li ntlaqtu kienu l-familji, b’mod partikolari dawk bi dħul baxx, anke jekk fuq livelli differenti fil-pajjiżi Ewropej, bil-konsegwenza ta’ żieda fl-iżbilanċ ekonomiku u fis-setgħa tal-akkwist tas-salarji bil-ħolqien ta’ aktar faqar. |
4.2.3 |
Il-konsegwenzi huma kbar anke għall-intrapriżi u għat-tkabbir. Il-Kummissjoni temmen li s-setturi tal-agrikoltura, tat-trasport u tas-sajd, b’mod partikolari, huma dawk l-aktar milquta minn din it-tip ta’ żieda. Wieħed jittama li dan kollu jwassal għal interess akbar fir-riċerka u għal żieda fl-enerġija rinnovabbli. |
4.3 L-impatt makroekonomiku fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
4.3.1 |
Anke fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li jimportaw iż-żejt, il-konsegwenzi se jkunu dejjem iktar serji kaġun taż-żieda fl-inflazzjoni kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-intrapriżi. |
4.3.2 |
F’dawn il-pajjiżi, il-konsegwenzi huma saħansitra iktar serji minħabba tal-effetti fuq il-prodotti tal-ikel, fuq il-finanzi pubbliċi, eċċ., mentri fil-pajjiżi sottożviluppati, li iżda huma esportaturi taż-żejt, hemm akkumulazzjoni tal-kapital li toħloq sfidi partikolari għall-politiki makroekonomiċi, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-ġestjoni, ta’ sikwit ħażina, tad-dħul miż-żejt. |
4.4 Ir-reazzjonijiet politiċi tal-UE
4.4.1 |
Ir-reazzjonijiet tal-UE huma msejsa fuq il-presuppost li dawn il-prezzijiet se jibqgħu għoljin għal perjodu medju u fit-tul; għaldaqstant, jenħtieġu reazzjonijiet adegwati bħal dawk stipulati fil-pakkett “il-bidla fil-klima u l-enerġija rinnovabbli” u bħal dawk previsti għall-ħolqien ta’ suq wieħed reali tal-enerġija. |
4.4.2 |
Minnufih jenħtieġ li jsir sforz sabiex jitnaqqsu l-effetti fuq il-konsumaturi, b’mod partikolari fuq l-ifqar familji; is-suġġerimenti jkopru s-sistema fiskali għall-prodotti taż-żejt, proposta ta’ summit bejn il-pajjiżi produtturi u dawk konsumaturi u l-provvista ta’ riżorsi supplimentari għall-pajjiżi li jimportaw iż-żejt. |
4.4.3 |
Qed jiġi suġġerit li bħala reazzjonijiet strutturali għal perjodu medju ta’ żmien, jiġi intensifikat id-djalogu mal-pajjiżi produtturi ewlenin, li jsir monitoraġġ tal-“kompetizzjoni” fis-settur, li ssir stima tat-trasparenza tar-riżervi taż-żejt, li ssir reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ f’dan il-qasam (tar-riżervi taż-żejt), li ssir valutazzjoni tal-miżuri fiskali favur sorsi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, li jintużaw il-profitti tal-industriji tal-estrazzjoni bi skop ta’ investiment, li eventwalment dawn il-profitti jkunu intaxxati, li jiġi promoss id-djalogu bejn l-UE u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. |
4.4.4 |
Bħala reazzjonijiet strutturali fit-tul qed jiġi suġġerit li: jintlaħaq ftehim bejn il-pajjiżi tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija rinnovabbli, li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija, li jiddaħħlu bidliet strutturali sabiex is-setturi tat-trasport u tas-sajd isiru iktar effiċjenti, li jingħataw inċentivi fiskali diretti jew sussidji sabiex jitħeġġeġ l-iffrankar tal-enerġija mill-familji, li sseħħ diversifikazzjoni ferm akbar tal-provvista tal-enerġija tal-UE. |
5. Konsiderazzjonijiet u kummenti
5.1 |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tfasslet meta l-prezz taż-żejt laħaq l-“ogħla livell” inkwetanti tiegħu fil-bidu tas-sajf li għadda. Ta’ min wieħed jiftakar li l-ekonomija kontemporanja darrietna għal bidliet ta’ perspettiva f’daqqa u konsiderevoli saħansitra f’qasir żmien bejn xulxin. |
5.2 |
Fil-fatt, l-ekonomija dinjija, għall-kuntrarju ta’ dak li kien qiegħed iseħħ xi ftit ta’ xhur ilu, hija karatterizzata minn prospettiva inkwetanti ta’ reċessjoni, li fl-istimi ta’ previżjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jidher li se tolqot anke lill-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw li, min-naħa tagħhom, f’dawn l-aħħar żmenijiet (bejn wieħed u ieħor f’dawn l-aħħar tletin sena, wara tmiem l-hekk imsejħa epoka tad-deheb tal-kapitaliżmu kontemporanju) bdew jiżviluppaw b’ritmu deċiżament iktar mgħaġġel u stabbli mill-pajjiżi avvanzati. |
5.3 |
F’dan il-kuntest, it-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt, inklużi l-ogħla livelli li ntlaħqu f’Lulju li għadda (livelli li, kemm skont il-valur nominali kif ukoll f’termini reali, qatt ma kienu ntlaħqu qabel) u l-iktar prezzijiet baxxi ta’ Novembru 2008, li wara l-inflazzjoni reġgħu lura għal-livelli ta’ ħamsa u għoxrin sena ilu, jista’ jkun li ma jkunx avveniment ta’ darba biss. Fil-fehma tal-ekonomisti, l-ikbar biża hi tinħoloq deflazzjoni, li żgur tolqot lis-suq taż-żejt. |
5.4 |
Barra minn hekk, tajjeb li jiġu evitati previżjonijiet fit-tul dwar il-konsum kollu possibbli tar-riżervi disponibbli taħt l-art. Għal għexieren ta’ snin dan hu fattur ta’ biża’ rikorrenti; għalkemm jista’ jkun li m’hemmx raġuni valida għal din il-biża’. F’ħarġa riċenti tar-rivista ferm magħrufa The Economist (tal-21 ta’ Ġunju 2008), jingħad li r-riżervi eżistenti taż-żejt, skont ir-rata tal-produzzjoni attwali, suppost li jservu għal 42 sena (li mhumiex ftit: x’inhu l-iktar li jista’ jiġri fir-rigward ta’ innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi, fit-42 sena li ġejjin?); iżda ngħad ukoll li r-riżervi tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani ilhom bosta snin l-istess u, għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi, dejjem skont ir-rivista, li s-sejbiet il-ġodda għandhom tendenza li jpattu għaż-żejt li jiġi prodott u li jinħaraq, jew inkella li l-istimi dwar ir-riżervi mhumiex daqstant preċiżi. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat il-fatt li l-kalkoli huma bbażati fuq ir-rati ta’ produzzjoni attwali. Minkejja dan, il-problema mhix ġejja mill-eżawriment tar-riżervi fil-perijodu fit-tul, iżda aktar mill-possibilità li fil-ġejjieni nħabbtu wiċċna ma’ kriżi, b’riżultat ta’ żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq medda qasira ta’ żmien, u b’mod partikulari wara interruzzjonijiet li jistgħu jseħħu fil-produzzjoni fiż-żoni strateġiċi. |
5.5 |
It-tiftix għal riżervi ġodda u sorsi ġodda huwa, u għandu jkun, proċess kontinwu. Avveniment partikolarment indikattiv, fost l-iktar avvenimenti importanti tas-seklu li għadda, u importanti ħafna għall-finijiet tagħna, kien dak taż-żidiet f’daqqa fil-prezzijiet taż-żejt fis-snin sebgħin; dawn iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt kienu frott tar-restrizzjonijiet marbuta mal-provvista li ddaħħlu mill-pajjiżi produtturi, aktar milli kienu fenomeni naturali tas-suq, bħalma jidhru li huma l-iżbilanċi attwali. Xorta waħda iżda, iż-żieda qawwija ħafna fil-prezzijiet li kienet irreġistrata dak iż-żmien, kienet wasslet li jsir tiftix għal sorsi ġodda, billi ntużaw metodi ta’ produzzjoni ferm innovattivi. |
5.6 |
Wieħed dejjem għandu jikkunsidra iktar bir-reqqa l-iżviluppi li jseħħu b’rabta mas-swieq, bħala konsegwenza ta’ kwalunkwe fenomenu ta’ żbilanċ bejn id-domanda u l-provvista. |
5.7 |
Wara l-politiki monetarji drastiċi li ġew adottati sa mill-bidu tas-snin tmenin, li l-iktar li ġew implimentati kienu mill-gvernijiet ta’ Ronald Reagan fl-Amerika u dak ta’ Margaret Thatcher fir-Renju Unit, u skont it-teoriji tal-iskola monetarista ta’ Milton Friedman f’Chicago, kien hemm żidiet qawwija fir-rati tal-imgħax, li wasslu lil dawk li kellhom ir-riżervi biex jimmodifikaw il-prijoritajiet tagħhom u li jikkunsidraw li ż-żamma taħt l-art tar-riżorsi taż-żejt bħala ta’ ħsara kbira għall-interessi tagħhom minħabba t-telf ta’ profitt li dan kien joħloq. Iż-żieda fir-rati tal-imgħax kienet waħda mill-kawżi ewlenin li wasslet għat-tmiem tal-kartell taż-żejt f’nofs is-snin tmenin. |
5.8 |
L-analiżi għandha mhux biss tikkunsidra l-informazzjoni meħuda minn għarfien ġeoloġiku jew teknoloġiku b’mod ġenerali, iżda għandha tqis ukoll il-fatturi li jistgħu jitnisslu mill-analiżi ekonomika; u fuq hekk, jekk in-nuqqas ta’ riżorsi u l-eċċess tad-domanda fil-konfront tal-provvista jiddeterminaw żidiet fil-prezzijiet, dawn tal-aħħar jeżerċitaw azzjoni reċiproka fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi stess, filwaqt li ta’ sikwit jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbilanċi. F’dawn il-każijiet ta’ min wieħed jikkunsidra li t-tiftix li qiegħed jiġi promoss għal riżervi ġodda taż-żejt jista’ jkollu effett reċiproku fuq żoni u siti partikolarment vulnerabbli fuq livell ambjentali (pereżempju, il-Pol tat-Tramuntana). Sitwazzjoni li għandha tiġi evitata billi jsir rikors għal tiftix ta’ sorsi alternattivi. |
5.9 |
Tista’ ssir konsiderazzjoni oħra, ta’ natura metodoloġika sabiex issir investigati tal-kawżi taż-żieda fil-prezzijiet li seħħet dan l-aħħar. Żgur li presuppost essenzjali ta’ kwalunkwe strateġija hu l-għarfien l-iktar dettaljat possibbli tas-sitwazzjoni li trid tiġi iffaċċjata. Ekonomista kbir Taljan, Luigi Einaudi, kien iwissi li “jeħtieġ li wieħed isir jagħraf qabel jiddeċiedi”. |
5.10 |
Il-KESE jemmen li teżisti xewqa kbira li jinkiseb għarfien preċiż dwar il-funzjonament tas-suq taż-żejt. Il-beżgħat li jinħolqu miċ-ċaqlieq f’daqqa tal-prezzijiet taż-żejt huma frott ta’ data tal-istatistika bbażata b’mod essenzjali fuq stħarriġ tal-prezzijiet li jiġu reġistrati kuljum fis-swieq. Pereżempju, waħda mill-iktar metodoloġiji magħrufin hi dik adottata mill-IMF, fil-kalkolu tal-hekk imsejjaħ APSP (average petroleum spot price – il-prezz medju attwali taż-żejt, li huwa medja mhux ikkunsidrata bir-reqqa tal-prezzijiet ta’ Brent, ta’ Dubai u tad-WTI, li hu l-prezz Amerikan). |
5.11 |
Jista’ jkun utli li jiġu indikati l-prezzijiet medji tal-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum, li jistgħu jitnisslu mill-istatistiki tal-kummerċ barrani tal-anqas tal-pajjiżi importaturi ewlenin. X’iktarx li l-għarfien tal-kondizzjonijiet tal-provvista taż-żejt mhux maħdum hi ferm iktar kredibbli minn dak imsejjes fuq l-ipproċessar tal-prezzijiet ta’ kuljum tas-suq. |
5.12 |
Il-KESE jemmen li huwa ġust li jsostni li analiżi bir-reqqa tal-kawżi taż-żieda qawwija ħafna li seħħet dan l-aħħar fil-prezzijiet taż-żejt, u tat-tnaqqis drastiku iktar riċenti tagħhom, trid tibda minn analiżi tat-tendenzi reali bażiċi tal-ekonomija dinjija. |
5.13 |
Madankollu juri li fil-komunikazzjoni m’hemm l-ebda referenza għall-piż li żgur kellhom il-forzi qawwija ħafna ta’ spekulazzjoni fuq iż-żieda bla kontroll tal-prezzijiet taż-żejt, li fin-nuqqas tagħha kien ikun ferm diffiċli li l-prezz jitla’ għal 147 dollaru l-barmil f’Lulju, u jaqa’ għal madwar 60 dollaru f’Ottubru 2008. |
5.14 |
Jekk wieħed jikkunsidra ċ-ċaqliq li seħħ b’rabta mad-data strutturali bażika, wieħed jista’ jinnota li l-konsum dinji tal-enerġija issa qabeż stabbilment l-10 biljun tunnellata ta’ żejt, u li dan it-tkabbir qiegħed ikompli jiżdied permezz ta’ żieda fil-PGD (Prodott Gross Domestiku) dinji li, minħabba d-daqs assolut tiegħu, u wkoll minħabba l-intensità relattiva tiegħ, qatt ma seħħ qabel. |
5.15 |
Madankollu, ta’ min wieħed jagħmel stima tal-importanza tal-istennija ta’ reċessjoni, frott l-avvenimenti tal-kriżi tas-swieq finanzjarji dinjin; iżda fi kwalunkwe każ, ma tistax tiġi sottovalutata ċ-ċirkostanza li għal erba’ snin sħaħ, mill-2004 sal-2007, il-produzzjoni dinjija żdiedet bil-5 % fis-sena, l-iktar permezz tal-ispinta 'l quddiem li tawha l-ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw, l-ewwel fosthom iċ-Ċina u l-Indja, iżda mhux biss: anke l-Afrika reġgħet qabdet it-triq li twassal għall-progress, u qiegħda tikber b’rata ta’ 6–7 % fis-sena; ir-Russja reġgħet se tikseb l-irwol ta’ ġgant dinji li kellha; u ħafna ekonomiji oħrajn saru jagħmlu parti mir-realtà l-ġdida li qiegħda tispikka fix-xena internazzjonali. |
5.16 |
Il-PGD dinji, kalkulat f’termini reali tal-prezzijiet tal-2007, tela’ minn 53 triljun dollaru tal-2003 (id-dollari ġew ikkalkulati, kif naħsbu li huwa l-aħjar mod li bih dawn jiġu kalkulati, f’termini tal-parità tas-setgħat tal-akkwist, jew tal-PPP, Purchasing Power Parities, aktar milli skont ir-rati tal-kambju tas-suq) għall-65 triljun tal-2007, b’żieda totali ta’ 12-il triljun dollaru; daqslikieku, fi żmien erba’ snin, mal-ekonomika dinjija żdiedet ekonomija daqs dik tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
5.17 |
Żieda ta’ 5 % fis-sena tfisser li, f’każ li tinżamm din ir-rata ta’ tkabbir (ħaġa mhux neċessarjament impossibbli), il-produzzjoni dinjija tirdoppja fi żmien erbatax-il sena, u tiġi erba’ darbiet id-daqs li hi fi żmien tmienja u għoxrin sena, fi spazju ta’ żmien ta’ ġenerazzjoni waħda. Din hija stennija, xi ftit jew wisq inkredibbli, iżda li turi kif ninsabu deħlin f’fażi assolutament ġdida tal-istorja ekonomika. |
5.18 |
Għalhekk tajjeb li l-komunikazzjoni tfakkar li, bħalma dejjem seħħ fl-epoki storiċi kollha, it-tkabbir ekonomiku jimxi skont is-sorsi tal-enerġija. Għaldaqstant, l-iżvilupp ekonomiku b’saħħtu ħafna li qiegħed iseħħ bħalissa jikkawża, fost l-effetti ewlenin tiegħu, pressjoni qawwija fuq is-sorsi tal-enerġija. |
5.19 |
Hekk kif diġà ntqal ta’ min wieħed jenfasizza, l-effetti kkawżati mill-ispekulazzjoni li topera fuq firxa wiesgħa fis-suq taż-żejt u li tkabbar iċ-ċaqliq fil-prezzijiet li bla dubju jirriżulta minn effetti bażiċi ta’ natura strutturali. |
5.20 |
Sabiex wieħed jifhem il-fenomenu ta’ ċaqlieq tal-prezzijiet li bħalissa terz tal-enerġija li għall-konsum titnissel miż-żejt! |
5.21 |
Jekk isir eżami iktar bir-reqqa tad-data disponibbli dwar il-prezzijiet tas-suq taż-żejt, joħorġu riżultati sorprendenti, li ma jablux ma’ dak li ntqal fil-Komunikazzjoni (is-sors: inflationdata.com/inflation/inflation_Rate/Historical_Oil_Prices_Table.asp tal-Financial Trend Forecaster). |
5.22 |
L-analiżi tad-data tagħti indikazzjoni li, minn tmiem is-snin erbgħin sa nofs is-snin sebgħin, il-prezz taż-żejt, muri f’termini reali, jiġifieri purifikat mill-inflazzjoni ġenerali marbuta mal-andament kumplessiv tal-prezzijiet, baqa’ sostanzjalment l-istess, ta’ ftit iktar minn medja ta’ 20 dollaru l-barmil! Dan jirriżulta mis-sorsi kollha li jistgħu jiġu kkonsultati f’dan ir-rigward. |
5.23 |
Għal madwar tletin sena (il-perjodu li mbagħad fih żviluppat l-hekk imsejħa epoka tad-deheb tal-kapitaliżmu kontemporanju, li fir-rigward tagħha l-istoriku kbir Eric Hobsbawn tkellem dwar l-iktar fażi intensiva ta’ żvilupp ekonomiku esperjenzata sal-lum il-ġurnata mill-umanità fuq skala tant vasta), l-iżvilupp b’saħħtu ħafna tal-ekonomija dinjija ma twaqqafx min-nuqqas ta’ riżorsi tal-enerġija: jidher ċar li l-provvista, setgħet tlaħħaq ma’ domanda li bdiet tiżdied b’mod straordinarju. |
5.24 |
Iżda bħalma hu magħruf, iż-żidiet f’daqqa fil-prezzijiet taż-żejt tas-snin sebgħin, bl-ewwel waħda taħbat mal-gwerra tal-Yom Kippur ta’ Ottubru 1973, u t-tieni mar-rivoluzzjoni ta’ Khomeini fl-Iran, iddeterminaw żidiet qawwijin ħafna fil-prezzijiet li kienu frott, skont il-Kummissjoni, għal azzjoni ta’ kontroll tal-produzzjoni li twettqet b’suċċess mill-kartell tal-OPEC. |
5.25 |
Iżda, fil-fehma tal-KESE, fil-bażi ta’ dik il-kriżi u ta’ dik iż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet kien hemm ukoll fatturi oħra, l-iktar, il-fażi ta’ diżordni monetarju kbir li laħqet il-quċċata tagħha bid-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ tisrif tad-dollaru ta’ Awwissu 1971. Dak id-diżordni nħoloq minn żbilanċi eċċessivi fil-bilanċ tal-ħlasijiet Amerikani, li għamlu ż-żamma tas-sistema monetarja b’rati tal-kambju stabbli ta’ Bretton Woods impossibbli. Il-kriżi tad-dollaru ssarrfet fi pressjonijiet ta’ inflazzjoni qawwija, li spiċċaw affettwaw lis-suq taż-żejt fuq skala kbira. Fl-aħħar nett, ta’ min wieħed ifakkar li fil-bidu tas-snin sebgħin is-sitwazzjoni ekonomika dinjija kienet karatterizzata minn spinta produttiva formidabbli 'l quddiem, li ddeterminat pressjoni b’saħħitha tad-domanda fuq is-suq kollu tal-materja prima. |
5.26 |
Jidher li għandna aktar nagħtu każ tad-differenzi milli għax-xebħ mas-sitwazzjoni attwali. Bħala xebħ hemm biss it-tkabbir b’saħħtu ħafna tal-ekonomija dinjija. Iżda, ma jidhirx li jidhru manipulazzjonijiet importanti tas-suq, ħlief il-manuvri spekulattivi, li però huma differenti ħafna mill-azzjoni tal-kartell taż-żejt tal-OPEC, li beda jipparteċipa b’mod uffiċjali f’konferenzi internazzjonali reali. |
5.27 |
Il-KESE isostni li, lanqas l-akkumulazzjoni attwali tar-riżervi tad-dollari, l-iktar fiċ-Ċina u fil-Ġappun, ma tixbah ħafna lill-proliferazzjoni ta’ riżervi ta’ valuti simili li seħħet bejn tmiem is-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin. Iċ-Ċina u l-Ġappun joqogħdu attenti ħafna li ma jonfqux f’daqqa u bl-addoċċ ir-riżervi enormi tad-dollari tagħhom stess fis-suq. |
5.28 |
Il-politika monetarji diffiċli ħafna tal-pajjiżi l-kbar tal-Punent wasslet, l-iktar mill-1986, għal waqgħa fil-prezzijiet. Interessanti li jintwera l-fatt li, dejjem f’termini reali, li minkejja t-tkabbir qawwi tal-ekonomija dinjija u tad-domanda għaż-żejt, il-medja tal-prezzijiet fis-seba’ snin bejn l-1993 u l-1999 kienet ekwivalenti għal 23 dollaru l-barmil, eżatt l-istess medja ta’ erbgħin sena qabel (1953-1959). |
5.29 |
Il-KESE jaqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li ssostni li l-aċċelerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku dinji, anke jekk m’għadhiex iffukata fuq l-ekonomiji avvanzati iżda f’dawk li qegħdin jiżviluppaw, xorta waħda m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala anqas importanti. Dan l-iżvilupp jidher li qanqal tendenza bażika marbuta maż-żieda fil-prezzijiet, f’termini nominali u reali, minn valur moderat ta’ madwar 30 dollaru l-barmil fl-2003 (sena li fiha bdiet il-fażi “serja” tas-sitwazzjoni dinjija) sal-valur tal-lum il-ġurnata ta’ iktar minn 60 dollaru, prattikament id-doppju. Huwa minnu li mill-2003 sal-2007 d-dollaru tilef kwart tal-valur tiegħu fil-konfront tal-euro u, għaldaqstant, il-prezzijiet taż-żejt f’euro ma rdoppjawx. Iżda xorta waħda żdiedu b’50 %. |
5.30 |
Dan huwa minnu anke jekk l-“ogħla livell” li ntlaħaq f’Lulju li għadda ta’ 147 dollaru x’aktarx hu riżultat ta’ spekulazzjoni; u, jekk dak l-ogħla livell huwa ta’ natura spekulattiva, irridu nistennew fil-futur qarib, żieda fil-prezzijiet, meta l-ispekulaturi jibdew jakkwistaw mill-ġdid iż-żejt bi prezz tajjeb. Il-protagonisti tal-industrija dinjija taż-żejt, li s-setgħa tal-influwenza tagħhom għandha tal-anqas titnaqqas u ssir iktar trasparenti, attwalment jikkunsidraw fil-fatt bħala “normali”, il-prezz ta’ madwar 80 dollaru l-barmil, jiġifieri f’livell ħafna ogħla mill-prezzijiet reġistrati fil-bidu tal-fażi taż-żieda fil-prezzijiet (ta’ madwar 30 dollaru tal-perjodu 2002-2003). |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/107 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposti li ġejjin il-Proposta ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja
COM(2008) 803 finali – 2008/0233 (AVC)
il-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar
COM(2008) 838 finali – 2008/0245 (COD)
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE
COM(2008) 813 finali – 2008/0232 (COD)
2009/C 218/21
Nhar id-9 u l-15 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja”
“il-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar”
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur CEDRONE.
Matul l-451 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta’ Frar 2009 (seduta tal-25 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’164 vot favur, 2 voti kontra u 14-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE ħa nota ta’ dawn it-tliet proposti mressqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali bil-għan li tiġi stimolata l-ekonomija reali f’dan il-perijodu ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika billi jiġu adattati u ssemplifikati ċerti dispożizzjonijiet tal-Fondi Strutturali. |
1.2 |
Il-KESE japprova dawn il-proposti, però jagħmel l-osservazzjonijiet ta’ hawn taħt. |
2. Raġuni
2.1 |
Il-KESE ilu ħafna jitlob li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi ssemplifikata mil-lat amministrattiv u adattata għall-ħtiġijiet reali. Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-proposti tal-Kummissjoni li jippermettu lill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea jirreaġixxu b’mod aktar xieraq għall-isfidi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali. |
2.2 |
Il-KESE jfakkar li hemm problemi amministrattivi u finanzjarji oħra fil-livell tal-ġestjoni tal-Fondi Strutturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal proposti biex issolvi dawn il-problemi relatati mal-kwistjoni tal-finanzjament bil-quddiem tal-proġetti; il-limiti ta’ żmien għall-ħlas twal wisq; is-sostenibbiltà tal-proġetti proposti; u r-regoli de minimis. |
2.3 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li s-semplifikazzjoni amministrattiva mixtieqa twassal għal rilaxx minnufih tal-fondi disponibbli b’effet pożittiv u immedjat fuq l-irkupru tal-ekonomija reali. |
2.4 |
Barra minn hekk, il-KESE jixtieq li, fejn possibbli u b’mod prijoritarju, l-SMEs (pereżempju l-SMEs fil-qasam tal-kostruzzjoni fil-każ tal-proposta dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini) u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jibbenefikaw milll-fondi rilaxxati permezz ta’ dawn il-miżuri. |
2.5 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tiffinalizza minnufih ir-riflessjonijiet tagħha dwar is-semplifikazzjoni tal-Fondi Strutturali biex titħaffef it-tweġiba tal-politika ta’ koeżjoni għall-kriżi ekonomika attwali u lil hinn minn din il-kriżi. |
Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI