ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.213.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
8 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2009 dwar is-segwitu għall-opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2008 dwar il-miżuri temporanji li ttieħdu mill-gvern tad-Danimarka fir-rigward ta' valvi tar-rilaxx ta' pressjoni/vakwum b'veloċità għolja b'xibka li taqta' l-fjamma (tal-mudell HPV) manifatturati mid-ditta Se-won Ind Co. fir-Repubblika tal-Korea ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/02

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2009/C 213/04

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 442/2009

5

2009/C 213/05

Il-Kummissjoni amministrattiva dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 213/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/07

Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma Persuni tal- 2010, tas-7 Programm Qafas tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

15

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/08

Avviż ta’ tnedija ta’ proċedura kontra d-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

16

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 213/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5623 – Bridgepoint/TÜV SÜD/Dogus/Targets) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2009

dwar is-segwitu għall-opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2008 dwar il-miżuri temporanji li ttieħdu mill-gvern tad-Danimarka fir-rigward ta' valvi tar-rilaxx ta' pressjoni/vakwum b'veloċità għolja b'xibka li taqta' l-fjamma (tal-mudell HPV) manifatturati mid-ditta Se-won Ind Co. fir-Repubblika tal-Korea

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 213/01

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri temporanji nnotifikati mill-Gvern Daniż lill-Kummissjoni b'ittra tas-27 ta' Frar 2004 fir-rigward ta' valvi tal-mudell HPV immanifatturati minn Se-won Ind Co fir-Repubblika tal-Korea kienu ġustifikati, u rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-valvi msemmija jitneħħew mis-swieq tagħhom sakemm jinħareġ ċertifikat ġdid tal-eżami tat-tip f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

(2)

Il-Kummissjoni rrakomandat ukoll l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet xierqa kollha sabiex jiggarantixxu s-sikurezza tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu mgħammra bil-valvi msemmija, inkluż mill-inqas il-miżuri li ġejjin: a) l-investigazzjoni ta' kull episodju li jista' jindika ħsara fil-valv, b'mod partikolari fir-rigward tat-tismir mill-pressjoni u ta' pressjoni għolja ħafna waqt it-tagħbija u l-ħatt u b) l-iżgurar li l-ebda bastiment mgħammar b'dawn il-valvi ma jkun awtorizzat iġorr tagħbijiet ta' merkanzija b'valur MESG ta' inqas minn 0,9 mm.

(3)

Il-manifattur ippreżenta evidenza lil twettqet proċedura ta' ċertifikazzjoni ġdida u kompluta, u bħala riżultat inħareġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ġdid għal MED module-B mill-korp notifikat DNV bin-numru ta' referenza MED-B-4766 għall-prodotti Sewon HPV 65A, HPV-3, HPV-4, HPV-5, HPV-6, HPV-8 u HPV-10 (minn issa 'l quddiem “il-valvi”).

(4)

Dan iċ-ċertifikat il-ġdid ġie ppublikat fuq id-database MARED, fejn ħa post iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fil-premessa 4 tal-opinjoni msemmija fuq, li issa m'għadhiex tgħodd.

(5)

Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur turi li ċ-ċertifikat MED-B-4766 ġie pprezentat skont ir-rekwiżiti applikabbli li jikkonċernaw, fost l-oħrajn: l-ittestjar ta' kull mudell tal-valv tas-serje HPV; il-pjan u s-sekwenza tat-test; it-testjar addizzjonali fir-rigward tal-materjal tal-ħġieġ; l-identifikazzjoni tal-apparat li qed jiġi ttestjat; l-ikkalibrar tal-istrumentazzjoni tal-kejl il-konfigurazzjoni tal-metodu tal-kejl; il-monitoraġġ tal-imġiba tal-valvi waqt l-ittestjar; il-kontenuti tar-rapport. Il-limitazzjonijiet mistennija tal-użu u b'mod partikolari t-tul massimu ta' pajpijiet għal kull mudell huma speċifikati. Il-Kummissjoni tinnota li l-manifattur beda l-proċess tar-riċertifikazzjoni fir-rigward tal-valvi qabel ma ngħatat l-opinjoni fis-7 ta' Jannar 2008.

(6)

Wara li għadda perjodu prudenti ta' żmien, l-Istati Membri ma rrapportaw ebda każ ta' funzjonament ħażin ta' valvi,

ADOTTAT DIN L-OPINJINI:

Artikolu waħdieni

Il-manifattur ta segwitu tajjeb għall-opinjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta' Jannar 2008 u ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza.

Magħmul fi Brussell, d-19 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/3


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 213/02

Fit-3 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza Nru COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Settembru 2009

2009/C 213/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4330

JPY

Yen Ġappuniż

133,33

DKK

Krona Daniża

7,4435

GBP

Lira Sterlina

0,87350

SEK

Krona Żvediża

10,1955

CHF

Frank Żvizzeru

1,5181

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5850

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,488

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

272,24

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7020

PLN

Zloty Pollakk

4,1100

RON

Leu Rumen

4,2463

TRY

Lira Turka

2,1374

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6748

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5429

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1064

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0696

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0536

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 768,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8700

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,7860

HRK

Kuna Kroata

7,3365

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 417,23

MYR

Ringgit Malażjan

5,0370

PHP

Peso Filippin

69,677

RUB

Rouble Russu

45,1005

THB

Baht Tajlandiż

48,784

BRL

Real Brażiljan

2,6419

MXN

Peso Messikan

19,1843

INR

Rupi Indjan

69,7300


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/5


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 442/2009

2009/C 213/04

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 129 tat-28.5.2009, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada.

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament imsemmi jistipula li it-tqegħid fil-kummerċ ħieles huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kanada skont l-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju. Dawn l-Artikoli 55 sa 65 jipprovdu b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet Komunitarji u dawk tal-pajjiż terz li għalih infetħet il-kwota. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Kanadiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni:

l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet Kanadiżi għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini,

9071-3975 Québec Inc. (Les Aliments Lucyporc)

212, chemin du Canton S

Yamachiche, Québec

G0X 3L0

CANADA

Numru ta’ awtorizzazzjoni tal-impriża: 468

l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi Kanadiżi inkarigati milli jirċievu t-talbiet għal kontroll a posteriori taċ-ċertifikati tal-oriġini,

Mr Gordon Pugh

Counsellor (Agriculture)/Conseiller (Agriculture)

Mission of Canada to the European Union/Mission du Canada auprès de l'Union européenne

Avenue de Tervuren 2

1040 Brussels

BELGIUM

Tel. +32 27410772

Posta elettronika: gordon.pugh@international.gc.ca

Fl-assenza tas-Sur Gordon Pugh

Dr. Michel Landry

Counsellor, Veterinary Affairs/Conseiller, Affaires vétérinaires

Mission of Canada to the European Union/Mission du Canada auprès de l'Union européenne

Avenue de Tervuren 2

1040 Brussels

BELGIUM

Tel. +32 27410736

Posta elettronika: michel.f.landry@international.gc.ca


8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/6


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA MIGRANTI

2009/C 213/05

L-ispejjeż medji annwali ma jeħdux inkonsiderazzjoni t-tnaqqis ta' 20 % stipulat fl-Artikoli 94(2) u 95(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (1).

L-ispejjeż medji netti ta’ kull xahar tnaqqsu b’20 %.

SPEJJEŻ MEDJI TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2004

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2007 lil membri tal-familja kif hemm referenza fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (2) se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Annwali

Nett kull xahar

Ir-Renju Unit

GBP 1 526,30

GBP 101,75

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2004 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin. ( per capita biss mill-2002)

 

Annwali

Nett kull xahar

Ir-Renju Unit

GBP 2 820,56

GBP 188,04

SPEJJEŻ MEDJI TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2005

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura pprovduti fl-2005 lil membri tal-familja kif hemm referenza fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jkunu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Finlandja (per capita)

Membri tal-familja ta' ħaddiema irrispettivament mill-età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familja ta' pensjonanti taħt il-65 sena

EUR 1 140,04

EUR 76,00

Ir-Renju Unit

GBP 1 638,99

GBP 109,27

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2006 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin ( per capita biss mill-2002):

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Finlandja

Pensjonanti ta' 65 sena u aktar

Membri tal-familji tal-pensjonanti ta’ 65 sena u iktar

EUR 3 799,91

EUR 253,33

Ir-Renju Unit

GBP 3 029,41

GBP 201,96

SPEJJEŻ MEDJI TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2006

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2006 lil membri tal-familja kif hemm riferenza fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Greċja

EUR 1 086,47

EUR 72,43

L-Italja

EUR 2 280,78

EUR 152,05

L-Ungerija (per capita)

Membri ta’ familji tal-ħaddiema taħt il-65 sena

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familja ta' pensjonanti taħt il-65 sena

HUF 86 507

HUF 5 767

L-Isvezja

SEK 15 249,87

SEK 1 016,66

Ir-Renju Unit

GBP 1 637,29

GBP 109,15

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2006 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medja li ġejjin ( per capita biss mill-2002):

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Greċja

EUR 2 169,08

EUR 144,61

L-Italja

EUR 2 704,45

EUR 180,30

L-Ungerija

Membri tal-familja ta' ħaddiema li għandhom 65 sena jew aktar

Pensjonanti ta' 65 sena u aktar

Membri tal-familji tal-pensjonanti ta’ 65 sena u iktar

HUF 263 465

HUF 17 564

L-Isvezja

SEK 42 558,03

SEK 2 837,20

Ir-Renju Unit

GBP 3 133,50

GBP 208,90

SPEJJEŻ MEDJI TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2007

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2007 lil membri tal-familja kif hemm riferenza fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Belġju

EUR 1 448,77

EUR 96,58

Il-Ġermanja (per capita –għal kull membru tal-familja ta' ħaddiem)

EUR 1 153,25

EUR 76,88

L-Estonja (per capita)

Membri ta’ familji tal-ħaddiema taħt il-63 sena

Pensjonanti taħt il-63 sena

Membri tal-familja ta' pensjonanti taħt il-63 sena

EEK 5 156,94

EEK 343,80

Franza

EUR 2 216,92

EUR 147,79

Il-Lussemburgu

EUR 2 594,83

EUR 172,99

L-Ungerija (per capita)

Membri ta’ familji tal-ħaddiema taħt il-65 sena

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familja ta' pensjonanti taħt il-65 sena

HUF 80 072

HUF 5 338

L-Olanda (per capita)

Membri tal-familja ta' ħaddiema irrispettivament mill-età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familja ta' pensjonanti taħt il-65 sena

EUR 1 804,86

EUR 120,32

L-Awstrija

EUR 1 807,91

EUR 120,53

L-Isvezja

SEK 15 353,20

SEK 1 023,55

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jkunu rimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura provduti fl-2007 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jkunu determinati abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin ( per capita biss mill-2002):

 

Annwali

Nett kull xahar

Il-Belġju

EUR 4 775,84

EUR 318,39

Il-Ġermanja

EUR 4 558,33

EUR 303,89

l-Estonja

Membri tal-familja ta' ħaddiema li għandhom 63 sena jew aktar

Pensjonanti ta' 63 sena u aktar

Membri tal-familji tal-pensjonanti ta’ 63 sena u iktar

EEK 12 710,56

EEK 847,37

Franza

EUR 5 202,72

EUR 346,85

Il-Lussemburgu

EUR 8 432,37

EUR 562,16

L-Ungerija

Membri tal-familja ta' ħaddiema li għandhom 65 sena jew aktar

Pensjonanti ta' 65 sena u aktar

Membri tal-familji tal-pensjonanti ta’ 65 sena u iktar

HUF 236 088

HUF 15 739

L-Olanda

Pensjonanti ta' 65 sena u aktar

Membri tal-familji tal-pensjonanti ta’ 65 sena u iktar

EUR 9 212,14

EUR 614,14

L-Awstrija

EUR 4 437,30

EUR 295,82

L-Isvezja

SEK 43 515,81

SEK 2 901,05


(1)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 213/06

Għajnuna Nru: XA 302/08

Stat Membru: Franza

Reġjun: Département de la Drôme

Isem l-iskema ta’ għajnuna: Aides à la reconstitution du patrimoine nucicole, complément au dispositif d’indemnisation du Fonds national de garantie contre les calamités agricoles (FNGCA) pour les dommages causés aux exploitations agricoles nucicoles en 2007 et 2008 par les calamités.

Bażi legali: Article 11 du règlement (CE) no 1857/2006 du 15 décembre 2006,

Articles L.361-1 et suivants du Code rural,

Articles D.361-1 et suivants du Code rural,

Arrêtés du ministre de l'agriculture et de la pêche des 21 novembre 2007 et 25 janvier 2008, de reconnaissance au titre des calamités agricoles des dommages subis en 2007 dans la Drôme,

Règlement 9E1 «Aide à la reconstitution du patrimoine nucicole» adopté par l’assemblée départementale le 16 juin 2008.

Prise en compte ultérieure des dégâts des 28 et 29 mai 2008 dès parution de l’arrêté correspondant (demande de reconnaissance en cours d'examen).

Infiq annwali ppjanat skont l-iskema ta’ għajnuna: Pakkett eċċezzjonali ta’ EUR 50 000 għas-sena 2008.

Intensità massima tal-għajnuna: Ir-rata applikabbli għas-siġar maqlugħa tvajra bejn 25 % u 35 % (skont l-assigurazzjoni meħuda mill-azjenda). Fil-każ ta’ tqajjim mil-ġdid u/jew żbir, tapplika rata ta’ 90 %.

Il-kumpens totali, bl-għajnuniet kollha akkumulati, ma għandux jaqbeż ir-rata massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 90 % tat-telf fil-każ ta’ żoni muntanjużi.

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Settembru 2008 ’l quddiem, soġġett għall-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Għall-ħsarat tat-28 u d-29 ta' Mejju 2008, fi kwalunkwe każ it-trattament tagħhom isir wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni korrispondenti (it-talba għar-rikonoxximent tagħhom għadha qed tiġi eżaminata).

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sa tmiem is-sena 2008.

Għan tal-għajnuna: Fil-limitu tal-krediti disponibbli, id-dipartiment jgħin lill-operaturi agrikoli li għandhom msaġar tal-ġewż li saritilhom il-ħsara minħabba fenomeni klimatiċi eċċezzjonali: maltempati vjolenti fit-8 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu 2007, tromba tal-arja tas-17 u t-18 ta' Settembru 2007, riħ qawwi fil-lejl bejn it-3 u l-4 ta' Frar 2008, li kellhom effett sinifikanti fuq il-produzzjoni tal-lokalitajiet La Charce, Hostun, Eymeux u Jaillans (lokalitajiet li jinsabu f'żona muntanjuża), u li b'deċiżjonijiet uffiċjali tqiesu bħala diżastri agrikoli (jew diżastri naturali).

Fl-aħħar nett il-maltempati tat-28 u d-29 ta' Mejju 2008 komplew għarrqu l-qagħda, li saret kritika, ta' ċerti operaturi agrikoli fiż-żoni minn Bourdeaux sa St Nazaire en Royans kif ukoll settur fir-reġjun ta' Anneyron. Għalhekk il-Conseil Général jista' jestendi l-għajnuna għal dan l-aħħar episodju, bir-riserva li dan id-diżastru jkun rikonoxxut b'deċiżjoni ministerjali u mill-FNGCA. Għaldaqstant ikun jeħtieġ li ssir deliberazzjoni ġdida u jiġu allokati krediti supplimentari.

Il-modalitajiet tal-kalkolu tal-kumpens għall-ħsarat se jkunu usa' minn dawk li ddefinixxa l-kumitat dipartimentali ta' perizja għat-telf ta' msaġar tal-ġwież għall-istabbiliment tal-għajnuniet tal-FNGCA (skema XA 209/08), imma sejrin jirrispettaw l-esiġenza ta' livell minimu ta' kumpens għall-ħsarat tal-ħsad ta' 30 %, kif ukoll rata massima ta' għajnuna pubblika ta' 90 % tal-ammont tat-telf eliġibbli fiż-żoni muntanjużi, skont ir-Regolament Komunitarju. B'kuntrast, ma għandhomx japplikaw il-limiti nazzjonali għall-interventi tal-Fond, bħalma huma l-livell minimu tal-ammont eliġibbli u l-livell massimu tal-għajnuniet tal-Fond.

L-iskema ta' għajnuna proposta hawnhekk sejra tikkompleta l-kumpens fiss li ċerti operaturi agrikoli diġà rċevew mingħand l-FNGCA, fil-limiti permessi bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Settur(i) konċernat(i): L-azjendi agrikoli kollha attivi fil-produzzjoni tal-ġewż fiż-żoni “żvantaġġati” fejn il-fenomenu ta' diżastru ġie rikonoxxuti bħala tali fl-2007 u fl-2008.

Isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Le Département de la Drôme

Hôtel du Département

Service Agriculture

26 Avenue du Président Herriot

26026 Valence Cedex 9

FRANCE

Sit tal-internet: http://www.ladrome.fr/fr/les-services/agriculture-et-environnement/agriculture/reglements-et-subventions/index.html

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 176/09

Stat Membru: L-Ungerija

Reġjun: Il-pajjiż kollu

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: A Garantiqa Hitelgarancia Zrt. kedvezményes díjú készfizető kezességvállalása az 1857/2006/EK bizottsági rendelettel összhangban nyújtott hitelekhez

Bażi legali:

a kezességvállaló intézmény által csoportmentességi rendelet alapján vállalt kedvezményes díjú készfizető kezesség szabályairól szóló …/2009. (…) FVM rendelet

1857/2006/EK bizottsági rendelet.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża:

Settur

Il-parti perċentwali tal-garanziji

annwali skont l-eżenzjoni ġenerali agrikola, HUF m.

2009

2010

2011

2012

2013

2009-2013

2.b.

20

800

1 600

2 600

3 400

4 000

12 400

3.b.

30

1 200

2 400

3 900

5 100

6 000

18 600

4.b.

50

2 000

4 000

6 500

8 500

10 000

31 000

Total

100

4 000

8 000

13 000

17 000

20 000

62 000

Garanzija, EUR m.

16

32

52

68

80

248

Rata tal-kambju HUF/EUR

250

250

250

250

250

250


Settur

Medja tal-kreditu

HUF m. Nru annwali ta' garanziji skont l-unitajiet tal-eżenzjoni ġenerali agrikola

2009

2010

2011

2012

2013

2009-2013

2.b.

50

16

32

52

68

80

248

3.b.

100

12

24

39

51

60

186

4.b.

500

4

8

13

17

20

62

Total

32

64

104

136

160

496


Settur

Medja tal-għajnuna ekkwivalenti

EUR għajnuna annwali ta' garanziji skont l-eżenzjoni ġenerali agrikola, EUR

2009

2010

2011

2012

2013

2009-2013

2.b.

456

7 296

14 592

23 712

31 008

36 480

113 088

3.b.

10 000

120 000

240 000

390 000

510 000

600 000

1 860 000

4.b.

96 000

384 000

768 000

1 248 000

1 632 000

1 920 000

5 952 000

Total

511 296

1 022 592

1 661 712

2 173 008

2 556 480

7 925 088

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Il-garanzija tista' tingħata għall-krediti li huma konformi mal-għanijiet tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Fil-programm attwali l-banek kummerċjali jagħtu l-krediti garantiti, mingħajr riżorsi mill-Istat, skont it-termini tal-imgħax tas-suq, mingħajr għajnuna mill-Istat (eż. sussidji fuq ir-rati tal-imgħax), jiġifieri ma hemmx għajnuna inkluża fis-self. Għalhekk l-ekwivalenti tal-għajnuna fil-miżura mogħtija tinsab biss fil-garanzija tat-tariffa imnaqqsa tal-Garantiqa Hitelgarancia Zrt.

Il-Garantiqa Hitelgarancia Zrt. teżamina u tikkontrolla f'kull każ jekk l-għan tal-għajnuna li ngħata l-kreditu għalih huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Il-Garantiqa Hitelgarancia Zrt. tivverifika l-intensità massima tal-għajnuna skont l-oġġett u l-ammont massimu tal-għajnuna.

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm tal-għajnuna għandu jkun implimentat wara l-pubblikazzjoni tat-tagħrif sommarju tal-programm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għotja tal-għajnuna individwali: Il-ftehim tal-garanzija skont il-programm jista' jiġi konkluż sal-31 ta' Diċmebru 2013.

Għan tal-għajnuna: Il-Garantiqa Hitelgarancia Zrt. tipprovdi garanzija skont l-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 fil-qafas tal-programm tal-garanzija għall-krediti mogħtija abbażi tal-affarijiet li ġejjin:

l-investiment fl-intrapriżi aġrikoli;

għajnuna lill-bdiewa żagħżagħ fl-attivitajiet tal-bidu.

Il-Garantiqa Hitelgarancia Zrt. tanalizza l-baġit tal-investiment (il-kontenut tekniku finanzjarju) u tipprovdi garanzija għas-self fil-qafas ta' eżenzjoni ġenerali agrikola sakemm l-ispejjeż eliġibbli tal-investiment huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Settur(i) konċernat(i): Agrikoltura (trobbija tal-annimali, tkabbir tal-pjanti)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Garantiqa Hitelgarancia Zrt.

Budapest

Szép u. 2.

1053

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Sit tal-internet: http://www.fvm.gov.hu/main.php?folderID=2376&articleID=14159&ctag=articlelist&iid=1

Tagħrif ieħor: —

Dr. András MÁHR

szakállamtitkár

Għajnuna Nru: XA 184/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Skema ta' għajnuna: Asociación de Ovino-Caprino Lechero Valenciano, ASOCVAL

Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en una línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.

Nefqa annwali ppjanata: EUR 10 000 matul l-2009.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % u 70 % fit-twettiq ta' testijiet.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-għajnuna individwali: Matul l-2009.

Għan tal-għajnuna: Konsulenza teknika lir-raħħala għat-titjib tal-produzzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż fil-Comunitat Valenciana (l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli s-servizzi mitlubin mingħand partijiet terzi (il-manutenzjoni ta’ applikazzjonijiet informatiċi, l-analiżi ta’ kampjuni, u l-konsulenza teknika lir-raħħal), dejjem jekk marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm ta' titjib tal-produzzjoni tal-ħalib.

Setturi benefiċjarji: L-azjendi li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż għall-produzzjoni tal-ħalib.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/asocval2009.pdf

Tagħrif ieħor: —

Għajnuna Nru: XA 186/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Skema ta' għajnuna: Asociación de caballos de pura raza española (APREA).

Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en una línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.

Nefqa annwali ppjanata: EUR 25 000 matul l-2009.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-għajnuna individwali: Matul l-2009.

Għan tal-għajnuna: L-implimentazzjoni tal-Pjan ta' promozzjoni u tixrid taż-żiemel ta’ razza pura mrobbi fil-Comunitat Valenciana (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

L-għajnuna tkopri l-ispejjeż eliġibbli tal-materjal meħtieġ għall-ġestjoni tal-ktieb tar-razza, u tas-servizzi mitlubin mingħand partijiet terzi (il-kompilazzjoni ta’ mapep ġenealoġiċi u l-konsulenza teknika lill-bidwi) (l-Artikolu 16). Tkopri wkoll l-ispejjeż li jitnisslu mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ tixrid tal-użu ta’ żwiemel ta’ razza pura, kif ukoll dawk tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ekwestri għal dan il-għan (l-Artikolu 15).

Setturi benefiċjarji: Is-sidien taż-żwiemel ta’ razza pura Spanjola u dawk li jrabbuhom.

Awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aprea09.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 187/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Thüringen (DEG0)

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung)

Bażi legali:

Artikel 7 Abs. 2 und Artikel 20 Thüringer Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz (Thüringer Tierseuchengesetz —ThürTierSG —; GVBl. 2001, S. 43, letzte Fassung GVBl. 2005, S. 109)

Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża: Għajnuna totali ta’ madwar EUR 2,62 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Lulju 2009, imma mhux qabel ma l-Kummissjoni Ewropea tkun ħarġet numru tal-identità

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna:

Li jingħata kumpens għall-ispejjeż imġarrbin mill-bdiewa għall-kontrolli tas-saħħa, it-testijiet u miżuri oħra ta’ eżaminazzjoni, għax-xiri u l-użu tat-tilqim u ta’ prodotti mediċinali b'rabta mal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Li jingħata kumpens għat-telf imġarrab mill-bdiewa minħabba l-mard tal-annimali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Spejjeż eliġibbli: Ara l-Anness 1 għas-“Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung)”

Setturi ekonomiċi konċernati: It-trobbija tal-baqar, it-trobbija tal-ħnieżer, it-trobbija tan-nagħaġ, it-trobbija tal-mogħoż, it trobbija taż-żwiemel, it-trobbija tan-naħal

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Thüringer Tierseuchenkasse

Anstalt des öffentlichen Rechts

Victor-Goerttler-Straße 4

07745 Jena

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-posta elettronika: direkt@thueringertierseuchenkasse.de

Indirizz tas-sit tal-internet: Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung):

http://www.thueringertierseuchenkasse.de/download/beihilfesatzung%202009.pdf

Tagħrif ieħor: —

Għajnuna Nru: XA 189/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: —

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Erlass betreffend Verleihung von Ehrenpreisen des Bundesministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz (Bundesministerium) für hervorragende Leistungen

Bażi legali: Erlass betreffend Verleihung von Ehrenpreisen des Bundesministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz (Bundesministerium) für hervorragende Leistungen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 9 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 15(2)(d)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Setturi ekonomiċi kkonċernati: It-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Bundesministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Wilhelmstraße 54

10117 Berlin

DEUTSCHLAND

Indirizz tas-sit tal-internet: Sas-16 ta’ Ġunju 2009:

http://www.bmelv.de/SharedDocs/downloads/14-WirUeberUns/Ehrenpreiserlass.pdf

Mis-17 ta’ Ġunju 2009 ’l quddiem:

http://www.bmelv.de/SharedDocs/Downloads/Ministerium/Ehrenpreiserlass.pdf

Tagħrif ieħor: Id-digriet huwa l-bażi legali għall-għoti tal-premjijiet ta’ unur. Dawn il-premjijiet jingħataw f’forma ta’ midalji tal-bronż, tal-fidda u tad-deheb (per eżempju lill-organizzazzjonijiet li jrabbu l-bhejjem fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet) u jistgħu jingħataw flimkien ma’ għotjiet ta’ flus.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal- 2010, tas-7 Programm Qafas tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2009/C 213/07

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2010, tas-7 Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits jinsabu fit-testi tas-sejħiet li huma ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Identifikatur tas-sejħa: FP7-PEOPLE-2010-ITN

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta' ħidma tal- 2010 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5892, 29.7.2009.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, hija disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/16


Avviż ta’ tnedija ta’ proċedura kontra d-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

2009/C 213/08

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”), qegħdin jiġu ddampjati u li permezz ta' dan qegħdin joħolqu danni materjali lill-industrija Komunitarja.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fis-27 ta' Lulju 2009 mis-CIRFS – l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Artifiċjali (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ ta' aktar minn 60 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja tal-ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja.

2.   Il-prodott

Il-prodott li allegatament qiegħed jiġi ddampjat huwa l-ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludi monofilament ta' anqas minn 67 deċitex u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (“il-prodott ikkonċernat”), li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00. Dan il-kodiċi tan-NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

3.   Allegazzjoni ta’ dumping

L-allegazzjoni ta' dumping fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan hija msejsa fuq tqabbil ta' valur normali kostrutt flimkien mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-kwerelant stabbilixxa l-valur normali għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi ta' valur normali kostrutt fil-pajjiż b'ekonomija tas-suq, imsemmi fil-punt 5.1(d). L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, ikkalkulat b’dan il-mod, mal-prezzijiet tal- esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità

Abbażi ta' dan, il-marġini ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.

4.   L-allegazzjoni ta’ dannu

Il-kwerelant ipprovda evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan żdiedu b’mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta’ sehem mis-suq.

Huwa allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq is-sehem tas-suq miksub, il-kwantitajiet mibjugħa u l-livell ta' prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Komunità, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq ir-rendiment ġenerali, u partikolarment fuq il-qligħ u s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-industrija Komunitarja.

5.   Il-proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Komunità jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċediment, il-Kummissjoni b'dan qed tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan huwiex qiegħed ikun l-oġġett ta' dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax dannu.

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti f’dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fir-Repubblika tal-Korea

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ u, jekk ikun hekk, biex tkun tista’ tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fir-Repubblika tal-Korea, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, permezz ta’ dan qed jintalbu jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skont il-format indikat fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u f'totali,

il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (2) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista’ tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Korea, u lil kull għaqda magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel fil-kampjun, il-produtturi/esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku qed jingħataw il-parir li jitolbu kwestjonarju u t-trattament tal-ekonomija tas-suq u/jew il-formola ta’ rikjesta ta' trattament individwali (MET/IT) fil-limitu ta’ żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta’ dan l-avviż, u jirreġistrawha fil-limiti ta’ żmien previsti rispettivament fil-punt 6(a)(ii), l-ewwel paragrafu, u 6(d) ta’ dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5.1(b) ta’ dan l-avviż.

(ii)   It-teħid tal-kampjun ta’ importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009,

l-għadd totali ta’ impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f’tunnellati u l-valur f’euro ta’ importazzjonijiet għal ġewwa s-suq tal-Komunità u l-bejgħ mill-ġdid magħmul fih matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista’ tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe għaqda magħrufa ta’ importaturi.

(iii)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi magħrufa fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Korea li ttieħdu bħala kampjun, lill-esportaturi/produtturi fit-Tajwan, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati.

(i)   Esportaturi/produtturi fit-Tajwan

L-esporaturi/produtturi fit-Tajwan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih permezz tal-faks, iżda mhux aktar tard mil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i), sabiex jaraw jekk humiex imniżżla fl-ilment u, jekk ikun meħtieġ, jitolbu kwestjonarju, peress li l-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) japplika għall-partijiet kollha interessati.

(ii)   Esportaturi/produtturi li jitolbu marġni individwali fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Korea

Esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Korea li qed jitolbu marġini individwali, bil-ħsieb tal-applikazzjoni tal-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, iridu jibagħtu kwestjonarju komplut fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta’ dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid tal-kampjuni jiġi applikat għall-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġini individwali għalihom, jekk l-għadd ta’ esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta’ piż bla bżonn u ta’ xkiel għat-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

(c)   Il-ġabra tal-informazzjoni u l-organizzazzjoni ta' seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati huma permezz ta’ dan l-Avviż ta’ Tnedija mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, hemm ħsieb li jintgħażlu l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż xieraq b’ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati qegħdin b’dan jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fil-limitu ta’ żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c).

(e)   It-trattament tal-ekonomija tas-suq jew talbiet individwali għat-trattament

Għal dawk l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jistqarru li joperaw skont il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq u jipprovdu biżżejjed evidenza, jiġifieri li jilħqu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali se jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi/esportaturi li biħsiebhom iressqu talbiet sostanzjati b’mod xieraq għandhom jagħmlu dan fiż-żmien stipulat fil-punt 6(d). Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talbiet lill-esportaturi/produtturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jew ġew inklużi fil-kampjun jew li ssemmew fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ esportaturi/produtturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Din il-formula għat-talbiet tista’ tintuża mill-applikant biex jitlob trattament individwali, jiġifieri li dan jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

5.2.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess Komunitarju

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta’ dumping u ħsara kkawżati minħabba f’hekk ikunu sostanzjati, għandha tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Komunità, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ billi jfissru r-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min wieħed jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.

6.   Il-limiti taż-żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta’ żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju jew formoli ta' talba oħrajn

Il-partijiet interessati kollha għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli ta’ talba oħrajn mill-aktar fis, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jiddikjaraw lilhom infushom, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jeħtieġ jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn din il-proċedura li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, iridu wkoll iressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddefiniti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnifisha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f’kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta’ żmien stipulati fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta’ żmien fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i) u 5.1(a)(ii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(ii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar jekk l-Istati Uniti tal-Amerika humiex adatti minħabba li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), huma maħsuba bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-iskop tal-istabbiliment tal-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(d)   Limitu ta' żmien speċifiku biex jitressqu talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u/jew individwali

Stqarrijiet issostanzjati kif xieraq dwar l-istatus ta’ ekonomija tas-suq (kif imsemmi fil-punt 5.1(e)) u/jew għat-trattament individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

7.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata). Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti (4) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate B

Office: N-105 04/092

1049 Brussels

BELGIUM

Fax +32 22956505

8.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn kwalunke parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-investigazzjoni jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien, jew b’mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi injorata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Ta' min wieħed jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (5).

11.   L-uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduti ta' Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji tal-kuntatti, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tas-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Għal gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Ara nota tal-qiegħ 2.

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Hu dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5623 – Bridgepoint/TÜV SÜD/Dogus/Targets)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 213/09

1.

Fl-1 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni wasletilha notifika ta' proposta konċentrata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Test Tasıt, li hija kumpanija inkorporata li ultimament hija biss kontrollata minn Bridgepoint Capital Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) tikseb, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, permezz tax-xiri ta' ishma: (i) kontroll konġunt flimkien ma' tnejn mill-kumpaniji prinċipali eżistenti TÜV SÜD A.G. (“TÜV SÜD”, il-Ġermanja) u Doğuș Holding A.Ș. (it-Turkija) ta' TÜVTURK Kuzey Tașıt Muayene İstasyonları Yapım ve İșletim A.Ș (“TÜVTURK Kuzey”, Turkey), TÜVTURK Güney Tașıt Muayene İstasyonları Yapım ve İșletim A.Ș (“TÜVTURK Güney”, it-Turkija) u TÜVTURK İstanbul Tașıt Muayene İstasyonları Yapım ve İșletim A.Ș (“TÜVTURK İstanbul”, it-Turkija), (ii) kontroll waħdieni ta' Adana İçel Hatay Araç Muayene Hizmetleri Yapım ve İșletim A.Ș (“Adana”, it-Turkija).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bridgepoint: investitur ta' ekwità privata f'kumpaniji attivi f'firxa wiesgħa ta' setturi inkluż is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u l-mezzi tax-xandir,

TÜV SÜD: kumpanija possedenti ta' grupp internazzjonali li jispeċjalizza fil-provvediment ta' servizzi tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-ispezzjoni tal-vetturi u servizzi oħra,

Doğus: kumpanija possedenti attiva f'seba' setturi ewlenin tan-negozju prinċipalment fit-Turkija, li huma, servizzi finanzjarji, vetturi, kostruzzjoni, mezzi tax-xandir, turiżmu, propjetà u enerġija,

Targets: (i) TÜVTURK Kuzey u TÜVTURK Güney: possedenti ta' drittijiet ta' konċessjoni għall-provvediment ta' servizzi għall-ispezzjoni tal-vetturi fit-Turkija; (ii) TÜVTURK Istanbul u Adana: Sotto-kuntratturi ta' TÜVTURK Kuzey u TÜVTURK Güney rispettivament għall-provvediment ta' spezzjonijiet ta' vetturi fit-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5623 – Bridgepoint/TÜV SÜD/Dogus/Targets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.