ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.198.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
22 ta' Awwissu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 198/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 198/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 198/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

4

2009/C 198/04

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 , ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 , ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 , ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 , ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 , ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15)

9

2009/C 198/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

16

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 198/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

23

 

Rettifika

2009/C 198/07

Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (Il-Ġurnal Ufficiali tal-Unjoni Europea C 126, 5.6.2009)

30

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

2009/C 198/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.12.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 74/08

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Fonds kleine toepassingen gewasbeschermingsmiddelen

Il-bażi legali

Artikelen 2 en 4 van de Kaderwet LNV-subsidies van het Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit, artikel U.21, instrument nummer 12.21 van de Begrotingswet, document nummer 31 200 XIV, Rechtvaardiging van het budget (XIV) voor het jaar 2008, Reglement Fonds voor kleine toepassingen versie 3.3, Heffingsverordening HPA Fonds Teeltaangelegenheden 2008, Verordening PT vakheffing bloembollen oogstjaar 2007, verordening PT vakheffing boomkwekerij producten 2008, Verordening PT heffing teelt groenten en fruit.

It-tip tal-miżura

Għajnuna teknika

L-għan

L-appoġġ jingħata għall-kumpens tal-ispejjeż tar-riċerka u r-reġistrazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew l-eżenzjoni tal-użu ta’ erbiċidi bijoloġiċi, (kif ukoll: PPP′s) jew għall-użu ta’ erbiċidi bijoloġiċi f’kultivazzjonijiet żgħar li għalihom dawn kieku ma jkunux irreġistrati u għalhek ma jkunux disponibbli fuq is-suq.

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

EUR 600 000 fis-sena

L-intensità

100 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta' żmien

2008–2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Agriculture, Nature and Food Quality

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

THE NETHERLANDS (u l-bordijiet differenti tal-prodotti)

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.2.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 738/07

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Niederösterreich

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Finanzhilfe wegen Katastrophenschäden

Il-bażi legali

Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen zur Behebung von Katastrophenschäden des Landes Niederösterreich

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kumpens għal ħsara kkawżata minn diżastri naturali fl-2007.

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju

L-estimi

Baġit annwali stmat għal EUR 70 000, kif ikkomunikat fil-każ N 564a/04.

L-intensità

20 %, partikolarment f'każijiet serji 50 %, tal-ħsarat eliġibbli.

It-tul ta' żmien

Ta' darba

Setturi ekonomiċi

Anness I

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Amt der Niederösterreichischen Landesregierung

Gruppe Land- und Forstwirtschaft—Abteilung Landwirtschaftsförderung

Landhausplatz 1

3109 St. Pölten

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Awwissu 2009

2009/C 198/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4330

JPY

Yen Ġappuniż

134,19

DKK

Krona Daniża

7,4435

GBP

Lira Sterlina

0,86570

SEK

Krona Żvediża

10,1432

CHF

Frank Żvizzeru

1,5160

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5550

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,482

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

268,59

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6998

PLN

Zloty Pollakk

4,1068

RON

Leu Rumen

4,2240

TRY

Lira Turka

2,1324

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7197

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5541

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1074

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1015

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0620

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 788,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2261

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,7891

HRK

Kuna Kroata

7,3083

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 352,49

MYR

Ringgit Malażjan

5,0456

PHP

Peso Filippin

69,378

RUB

Rouble Russu

45,3900

THB

Baht Tajlandiż

48,765

BRL

Real Brażiljan

2,6289

MXN

Peso Messikan

18,3954

INR

Rupi Indjan

69,6870


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/4


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 198/03

Għajnuna Nru: XA 55/09

Stat Membru: Il-Latvja

Reġjun: —

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Atbalsts lauku un lauksaimnieku biedrību un nodibinājumu savstarpējās sadarbības veicināšanai”

Bażi Ġuridika: Ministru kabineta noteikumu “Noteikumi par ikgadējo valsts atbalstu lauksaimniecībai un tā piešķiršanas kārtību” 5. pielikuma 1. programma 1.-9. punkts

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 550 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 550 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 550 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 550 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 550 000

Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa li jipprovdu servizzi lill-bdiewa qed tingħata b'rata ta' 100 % fil-każ ta' servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi fir-rigward tat-tariffi mħallsa għal servizzi li ma jikkostitwux attività kontinwa jew perjodika kif ukoll li ma jirrelatawx man-nefqa operattiva tal-impriża.

L-għajnuna qed tingħata lill-assoċjazzjonijiet u fundazzjonijiet rurali u tal-bdiewa sabiex tkopri n-nefqa operattiva għall-provvista ta' servizzi.

Data ta' implimentazzjoni: l-1 ta' Marzu 2009

Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jiġu nvoluti assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa fil-proċess tat-teħid tad-deċi¿joni u biex jiġi ¿gurat il-fluss tal-informazzjoni bejn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali, istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-komunità agrikola.

L-għajnuna mill-Istat qed tingħata skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Settur(i) konċernat(i): L-għajnuna hija intenzjonata għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

L-għajnuna hija intenzjonata għas-setturi tal-produzzjoni tal-annimali u għall-produzzjoni tal-pjanti.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

Rīga, LV-1981

LATVIJA

Websajt: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/Atbalsts_NVO.pdf

Tagħrif ieħor: L-għajnuna għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa se tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

L-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi ssussidjati u ma' tinvolvix pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi, u l-għajnuna se tkun aċċessibli għal dawk kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.

L-ebda għajnuna ma tibqa′ għand xi impriża intermedjarja; l-għajnuna kollha tgħaddi għand il-benefiċjarji finali.

L-għajnuna mhix ser tingħata retroattivament għal attivitajiet li diġà jkunu twettqu mill-benefiċjarju.

Għajnuna Nru: XA 56/09

Stat Membru: Il-Latvja

Reġjun: —

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Atbalsts kredītprocentu daļējai dzēšanai”

Bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumu “Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai un tā piešķiršanas kārtību” 6. pielikums 1. programma 1-15. punkts

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 10 000 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 10 000 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 10 000 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 10 000 000

L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 10 000 000

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità tal-għajnuna hija bejn l-40-60 % u l-għajnuna tista' tittieħed minn applikanti attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli primarji li akkwistaw ftehim ta' self jew ta' kiri għall-investimenti fi:

L-għajnuna tkopri parti mill-imgħaxijiet attwalment imħallsa fuq il-ftehim ta' self jew kiri (ħlief kiri operattiv). L-ammont tal-għajnuna huwa l-ammont li ma jkunx aktar minn 4 % tar-rata ta' kreditu annwali, jew ir-rata attwali, jekk ir-rata ta' kreditu hija anqas minn 4 %.

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulata f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ammont tal-għajnuna ma jistax ikun aktar minn:

Data ta' implimentazzjoni: it-2 ta' Marzu 2009

Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' produzzjoni agrikola razzjonali u effiċjenti billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jiġu introdotti teknoloġiji ta' produzzjoni moderni.

L-għajnuna qed tingħata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Settur(i) konċernat(i): L-għajnuna hija maħsuba għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Zemkopības ministrija

Rīga 2.2.2009.

Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

Rīga, LV-1981

LATVIJA

Websajt: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/kreditprocentu_kompensacijas.pdf

Tagħrif ieħor: L-għajnuna mhix ser tingħata retroattivament għal attivitajiet li diġà jkunu twettqu mill-benefiċjarju.

L-ammont massimu ta' għajnuna mogħtija lil impriża individwali fuq perjodu ta' tliet snin ma għandux jaqbeż LVL 281 120 (EUR 400 000), jew LVL 351 400 (EUR 500 000) jekk l-impriża tinsab f'żona żvantaġġata.

Għandha tingħata għajnuna biss lill-impriżi li mhumiex impriżi f'diffikultà.

Skont l-Artikolu 4(10) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ma għandiex tingħata għajnuna għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Għajnuna Nru: XA 129/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Département des Yvelines

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Aides aux investissements dans les exploitations agricoles du département

Bażi ġuridika:

article 4 du règlement (CE) no 1857/2006 de la Commission du 15 décembre 2006,

article L 1511-2 à L 1511-5 du code général des collectivités territoriales,

délibération du Conseil Général,

convention entre la Chambre Interdépartementale de l’Agriculture d’Ile-de-France, l’Etat et le Conseil Général des Yvelines du 25 avril 2002 et son avenant du 20 juillet 2006.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta' għajnuniet: EUR 230 000 fis-sena

L-intensità massima tal-għajnuna:

40 % għal xogħol ta' sikurezza għall-ħżin tal-fertilizzant likwidu u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u xogħol sabiex jinħolqu żoni tal-mili u tat-tindif għall-bexxiexa

10 % fil-każijiet l-oħra.

Data tal-implimentazzjoni: Mill-pubblikazzjoni tal-eżenzjoni fuq is-sit tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta' għajnuna għandha l-għan li tgħin lill-impriżi agrikoli ta' Yvelines jilqgħu għall-pressjoni urbana għolja li hemm f'dak id-département, u tagħmilha possibbli li l-agrikoltura żżomm postha fit-territorju u tiġi ssalvagwardjata.

Din hija t-tkomplija tal-iskema ta' għajnuna li kienet ġiet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea u approvata minnha bin-numri N 607/2001 u N 137/2005. Il-Conseil Général jixtieq ikompliha billi jġibha konformi mal-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, bil-kundizzjonijiet rilevanti osservati.

Din id-dispożizzjoni hija fil-fatt essenzjali għad-département. Toriġina proġetti għat-titjib sew tal-kwalità ambjentali sew tar-rendiment ekonomiku tal-agrikoltura f'Yvelines.

Id-dispożizzjoni tad-département għamlet possibbli l-promozzjoni tal-investiment fl-impriżi. Il-limitu massimu tar-rata tal-għajnuna ta' 10 % ta' 11 000 EUR (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet) ħtieġ kontribut konsiderevoli mill-bidwi u għalhekk kien primarjament inċentiv. Mill-2002, l-applikazzjonijiet għall-għotjiet komplew jiżdiedu, u telgħu minn 6 fl-2002 għal kważi 50 fl-2007.

Dejjem hemm ħafna proġetti. Huwa għalhekk li l-Conseil Général jixtieq skema ġdida ta' għajnuna li tipprovdi għal baġit kumplessiv ta' 230 000 EUR.

Iż-żieda għal rata ta' għajnuna ta' 40 % fl-2005 għal xogħol ta' sikurezza fuq it-tagħmir għall-ħżin tal-fertilizzant likwidu u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kienet effettiva ħafna u għamlet possibbli t-twaqqif ta' 41 sit tal-ħarsien tal-pjanti u 23 tank tal-ħżin għall-kontenituri tal-fertilizzant likwidu fl-impriżi agrikoli ta' Yvelines. Dan l-inċentiv se jiġġedded sabiex jiżdiedu l-impriżi kkonċernati u jonqsu proporzjonalment ir-riskji ta' tniġġis aċċidentali tal-ilma.

Barra minn hekk, il-Conseil Général adatta d-dispożizzjonijiet għall-kwistjonijiet nazzjonali ġodda billi ppromwova investimenti marbuta maċ-ċertifikazzjoni tal-valur ambjentali għoli tal-impriżi agrikoli mwaqqfa mill-Grenelle de l’Environnement.

L-investimenti eliġibbli jeħtiġilhom jissodisfaw tal-anqas waħda mill-prijoritajiet li ġejjin, li jikkorrispondu tal-anqas għall-miri tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) no 1857/2006:

il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma, bħal xogħlijiet marbuta ma' infrastruttura sikura għall-ħżin ta' prodotti ta' riskju (fjuwil, fertilizzanti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti) u l-mili tat-tagħmir tat-trattament, tagħmir marbut mal-addattament tat-tagħmir tat-trattament (tank tat-tlaħliħ, landa tat-tlaħliħ, żnienen għall-bexx, tagħmir għad-dożaġġ, u l-bqija) maħsub biex inaqqas it-tniġġis, ix-xogħlijiet addizzjonali għax-xogħol tat-titjib tal-binjiet għat-trobbija tal-bhejjem jekk imorru lil hinn mill-istandards Komunitarji, tagħmir għat-titjib tal-effettività tal-agrikoltura ta' preċiżjoni;

il-preżervazzjoni tal-ambjent, bħaċ-ċertifikazzjoni tal-valur ambjentali għoli, proġetti li jinkludu tagħmir għall-ġestjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma maħsuba għall-agrikoltura jew investimenti li jippermettu l-adozzjoni ta' prattiki ta' kultivazzjoni li jħarsu aktar l-ambjent arborikulturali b'mod partikolari (tagħmir ta' kontroll bi prestazzjoni għolja biex jikkontrolla u jomoġenizza l-provvista tal-ilma, tagħmir li jivvalorizza l-ħtiġijiet tal-ilma, bħat-tensjometri);

il-modernizzazzjoni tal-impriżi speċjalizzati, bħal investimenti sabiex tinbeda impriża agrikola ġdida (spieri meta jkunu essenzjali), investimenti li jġibu titjib fil-kwalità, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew il-kundizzjonijiet iġeniċi, jew tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni (l-istallazzjoni ta' għata parabolika, il-bini ta' mina, l-immuntar ta' sistema ta' tisqija), ix-xiri ta' tagħmir innovattiv għall-ħarsien ambjentali;

it-titjib tal-kwalità u tas-sikurezza alimentari, bħall-investimenti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħżin (imħażen tat-tkessiħ, imħażen), tagħmir għall-ventilazzjoni u l-ikklassifikar tal-qmuħ fl-impriża, tagħmir u faċilitajiet għat-titjib tal-kwalità u s-sikurezza alimentari ta' wċuħ bikrin (patata) fl-impriża;

proġetti ta' diversifikazzjoni, bħal binijiet u faċilitajiet marbuta mal-bhejjem għad-“diversifikazzjoni” jew prati mill-produzzjoni ta' tip reġjonali jew tal-marka jew li għandu tikketta (modifika ta' binja għaż-żamma tal-bhejjem, ħżin tal-magħlef u taċ-ċereali għall-għalf tal-annimali, il-ħolqien ta' box għat-trobbija taż-żwiemel), tagħmir jew faċilitajiet għall-ħżin ta' wċuħ bikrin b'rabta mal-produzzjoni tad-diversifikazzjoni tal-kwalità jew imfassla biex ittejjeb il-produzzjoni reġjonali.

Ikun xi jkun l-orjentament strateġiku u n-natura tal-investimenti kkonċernati, huma esklużi l-operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni sempliċi. Barra minn hekk, mhuwiex eliġibbli l-materjal second-hand.

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ix-xiri tat-tagħmir għat-tisqija u l-ħidmiet marbuta miegħu jistgħu jiġu appoġġati biss jekk iwasslu għal tnaqqis fl-użu tal-ilma ta' mill-inqas 25 %.

Għan-nefqa kollha tal-investiment fl-impriżi agrikoli stabbiliti f'din l-iskema, il-Conseil Général jipprovdi għall-għajnuna ta' ristrutturazzjoni għall-bdiewa li l-faċilitajiet tagħhom jikkonformaw mal-istandards ambjentali, iġeniċi u tal-benessri tal-annimali.

Fir-rigward tar-rati, id-dispożizzjoni tipprevedi għajnuniet ta' 10 %, b'limitu massimu ta' EUR 11 000. It-tagħmir tal-ħżin tal-fertilizzant likwidu u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma eċċezzjonijiet huma ssusidjati b'40 % (b'imitu massimu ta' EUR 4 500 għal kull biċċa tagħmir).

Dawn l-għajnuniet jistgħu jissupplimentaw għajnuna oħra. F'dak il-każ, tkun dejjem żgurata l-osservanza tal-limiti massimi:

40 % (massimu) tal-investimenti eliġibbli,

50 % (massimu) tal-investimenti eliġibbli jekk isiru minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jiftħu l-impriża,

60 % (massimu) ta' investimenti li jirriżultaw fi spejjeż żejda marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, it-titjib tal-kundizzjonijiet iġeniċi tal-impriżi tat-trobbija tal-bhejjem jew il-benessri tal-annimali tar-razzet.

Iż-żieda fir-rata fir-rigward tal-ambjent, l-iġene jew il-benessri tal-annimali se tiġi applikata biss għall-ispejjeż eliġibbli meħtieġa għall-għan tat-titjib, limitat għall-investimenti li ma jirriżultawx f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi fis-seħħ jew magħmula jikkonformaw ma' standards li għadhom kemm iddaħħlu, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 (10) u 4( 2. e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha li jwettqu l-attività tagħhom fi ħdan id-département ta' Yvelines.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil général des Yvelines

Hôtel du département

2 place André Mignot

78012 Versailles Cedex

FRANCE

Indirizz tal-internet: http://www.yvelines.fr/yvelines_eco/documents/aide_invest_exploit_agri.pdf

Għajnuna Nru: XA 145/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Ayuda al Centro Integrado Apícola Valenciano.

Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en la línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.

Nefqa annwali ppjanata: EUR 50 000 matul is-sena 2009.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema: Matul is-sena 2009.

Għan tal-għajnuna: Il-provvista tas-servizzi li ġejjin lill-apikulturi tal-Comunitat Valenciana u l-organizzazzjonijiet tagħhom:

L-analiżi, il-verifika sanitarja u miżuri oħra ta’ detezzjoni tal-mard tal-kaxex tan-naħal.

L-analiżi u s-sistemi li jiggarantixxu r-rispett tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-għasel u prodotti oħra tal-apikultura.

L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna huma dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006, fl-Artikolu 10 (verifiki sanitarji pprovduti permezz ta’ servizzi sussidjati, mingħajr ħlas dirett lill-produtturi) u l-Artikolu 14(2)(b) (l-introduzzjoni ta’ sistemi li jiggarantixxu r-rispett tal-awtentiċità u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni).

Setturi benefiċjarji: Is-sidien tal-azjendi tal-apikultura tal-Comunitat Valenciana, u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/ciav2009.pdf

Għajnuna Nru: XA 159/09

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Emilia-Romagna (Il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Bologna)

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento camerale per l’assegnazione alle imprese della provincia di bologna di contributi in conto abbattimento interessi per l’accesso al credito

Bażi legali: Deliberazione della Giunta camerale n. 42 del 3 marzo 2009 che modifica il regime approvato con deliberazione di Giunta n. 185 del 16 settembre 2008 (XA number: 372/08).

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Konfermata n-nefqa annwali tal-għajnuna XA 372/08

Intensità massima tal-għajnuna: Konfermata l-intensità tal-għajnuna XA 372/08

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: Konfermati l-għanijiet tal-għajnuna XA 372/08

Settur(i) konċernat(i): Konfermati is-setturi tal-għajnuna XA 372/08

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Camera di Commercio I.A.A. di Bologna

Piazza Mercanzia 4

40125 Bologna BO

ITALY

Sit tal-internet: http://www.bo.camcom.it/intranet/ALTRI-SERV/DIRITTO-AN/Consorzi-F/index.htm

Tagħrif ieħor: L-uniċi tibdil li saru għall-għajnuna XA 372/08 għandhom x'jaqsmu esklussivament ma':

il-possibbiltà li jinkiseb ukoll kontribut għall-finanzjamenti mogħtija mill-kumpaniji finanzjarji rikonoxxuti (fil-bidu kien previst biss għas-self mill-banek);

l-introduzzjoni fil-ġejjieni tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-kontribut b'mod elettroniku minflok bil-miktub;

ir-reviżjoni tal-modi kif ikunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (fi żmien 60 jum mid-data tal-komunikazzjoni tal-iskema ta' finanzjament min-naħa tal-istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li fiha jkun ġie ffissat l-ogħla limitu).

Bologna, 8 April 2009.

President of the Bologna Chamber of Commerce

Bruno FILETTI


22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/9


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 , ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 , ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 , ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 , ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 , ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15)

2009/C 198/04

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

IL-BELĠJU

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Certificat d'inscription au registre des étrangers

Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

Bescheinigung der Eintragung im Ausländer-register

(Ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri (verżjoni tal-karta): karta bajda li m'għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Minflokha ddaħħlu l-Karta A jew Karta B elettroniċi, skont it-tip ta' qagħda fil-post li tista' tkun għal ftit żmien jew għal kollox)

Carte A: Certificat d’inscription au registre des étrangers — séjour temporaire

A kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister — tijdelijk verblijf

A Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister — Vorübergehender Aufenthalt

(Karta A: ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri — qagħda temporanja: din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: temporanja. Il-karta nnifisha għandha l-istess validità daqs il-qagħda permessa)

Carte B: Certificat d’inscription au registre des étrangers

B Kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

B Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister

(Karta B: Ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri — qagħda permanenti. Din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte d'identité d'étranger

Identiteitskaart voor vreemdelingen

Personalausweis für Ausländer

(Karta tal-Identità tal-Frustieri (verżjoni tal-karta): karta safra li m'għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Minflokha ddaħħlet il-karta C elettronika. Tip ta' qagħda: permanenti)

Carte C: Carte d’identité d’étranger

C kaart: Identiteitskaart voor vreemdelingen

C Karte: Personalausweis für Ausländer

(Karta C: karta tal-identità tal-frustieri: din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post il-karta tal-Identità safra tal-Frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte D: Permis de séjour de résident longue durée — CE

D Kaart: EG-verblijfsvergunning voor langdurig ingezetenen

D Karte: Langfristige Aufenthaltsberechtigung — EG

(Karta D: permess ta' residenza fl-UE għal resident għal medda twila ta' żmien, maħruġ skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istejtus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul — art. 8. Hija karta elettronika, maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte F: Carte de séjour de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F kaart: Verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F Karte: Aufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Karta F: karta tar-residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri — art. 10. Hija karta elettronika. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte F+: Carte de séjour permanent de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F+ kaart: Duurzame verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F+ Karte: Daueraufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Karta F+: karta tar-residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri – art. 10. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Permessi ta' residenza speċjali maħruġin mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Carte d'identité diplomatique

Diplomatieke identiteitskaart

Diplomatischer Personalausweis

(Karta tal-identità ta' Persuna fis-Servizz Diplomatiku)

Carte d'identité consulaire

Consulaat identiteitskaart

Konsularer Personalausweis

(Karta tal-Identità Konsulari)

Carte d'identité spéciale — couleur bleue

Bijzondere identiteitskaart — blauw

Besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-Identità Speċjali –ta’ lewn ikħal)

Carte d'identité spéciale — couleur rouge

Bijzondere identiteitskaart — rood

Besonderer Personalausweis — rot

(Karta tal-Identità Speċjali –ta’ lewn aħmar)

Certificat d'identité pour les enfants âgés de moins de cinq ans des étrangers privilégiés titulaires d'une carte d'identité diplomatique, d'une carte d'identité consulaire, d'une carte d'identité spéciale — couleur bleue ou d'une carte d'identité — couleur rouge

Identiteitsbewijs voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling dewelke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart — blauw of bijzondere identiteitskaart — rood

Identitätsnachweis für Kinder unter fünf Jahren, für privilegierte Ausländer, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, konsularer Personalausweis, besonderer Personalausweis — rot oder besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-identità għal tfal, taħt l-età ta’ ħames snin, ta’ frustieri li f'isimhom ikunu maħruġin karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità konsulari, karti tal-identità speċjali koħol jew karti tal-identità speċjali ħomor)

Certificat d'identité avec photographie délivré par une administration communale belge à un enfant de moins de douze ans

Door een Belgisch gemeentebestuur aan een kind beneden de 12 jaar afgegeven identiteitsbewijs met foto

Von einer belgischen Gemeindeverwaltung einem Kind unter dem 12. Lebensjahr ausgestellter Personalausweis mit Lichtbild

(Ċertifikat tal-identità b’ritratt maħruġ mill-komuni Belġjani għal tfal taħt it-tnax-il sena)

Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

FRANZA

Emenda għal-lista ppubblikata fil-ĠU C 57, 1.3.2008

It-tip ta' permess ta' residenza li ġej għandu jiżdied mal-inċiż (a) “Titre de séjours spéciaux (Permessi ta' residenza speċjali )” tat-Taqsima 1:

“—

Titre de séjour spécial portant la mention ‘FI/M’ délivré aux fonctionnaires internationaux des organisations internationales

(Permess ta' residenza speċjali mmarkat ‘FI/M’ maħruġ lil uffiċjali internazzjonali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali)”.

L-UNGERIJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 3, 8.1.2009

Bevándoroltak részére kiadott személyazonosító igazolvány

(Dokument ikħal f'forma ta' ktejjeb jew karta maħruġ għal residenti permanenti – wara l-1.1.2000 iddaħħlet u bdiet tinħareġ karta b'format ġdid)

Bevándoroltak és letelepedettek részére kiadott tartózkodási engedély, matrica nemzeti útlevélben elhelyezve

(Permess ta' residenza għal dawk li għandhom permess jew stiker ta' immigrazzjoni jew qagħda fil-passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002

Data tal-ħruġ: mill-1 ta' Lulju 2007.

Fir-rubrika MEGJEGYZÉSEK (kummenti) fil-każ tat-tipi ta' permessi ta' residenza li ġejjin:

(a)

“bevándorlási engedély” – għall-permess tal-immigrazzjoni;

(b)

“letelepedési engedély” – għall-permess biex toqgħod;

(c)

“ideiglenes letelepedési engedély” – għall-permess għal residenza temporanja;

(d)

“nemzeti letelepedési engedély” – għall-permess nazzjonali għall-qagħda fil-pajjiż;

(e)

“huzamos tartózkodási engedéllyel rendelkező- EK” — għall-permess biex toqgħod fil-KE)

Tartózkodási engedély

(Permess ta' residenza – fil-forma ta' stiker imwaħħla ma' passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Letelepedési engedély

(Permess ta' residenza permanenti, akkumpanjat minn passaport nazzjonali li jindika l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għal residenza permanenti

Tip: karta laminata

Data tal-ħruġ: bejn l-2002 – l-2004

Validità: sa 5 snin mid-data tal-ħruġ, iżda mhux aktar tard mill-2009)

Tartózkodási engedély az Európai Gazdasági Térség Állampolgárai (EGT) és családtagjai számára

(Permess ta' residenza għal ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għall-membri tal-familja tagħhom

Tip: karta laminata, dokument ibbażat fuq il-karta, b'żewġt uċuh, f'format ID-2 (105 x 75 mm) li għandu kisja laminata li teħel bis-sħana.

Maħruġ: mill-2004 'l quddiem.

Validità: sa ħames snin, iżda sa mhux aktar tard mid-29 ta' Ġunju 2012)

Állandó tartózkodási kártya

(Karta tar-residenza permanenti, flimkien ma' passaport nazzjonali

Data tal-introduzzjoni: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment ħieles u għar-residenza.

Fil-każ li tinħareġ għal ċittadini taż-ŻEE u għall-membri tal-familja tagħhom li jgawdu mid-dritt għal residenza permanenti, hija valida flimkien ma' karta tal-identità nazzjonali jew passaport nazzjonali.

Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, hija valida biss flimkien ma' passaport nazzjonali)

Tartózkodási kártya EGT-állampolgár családtagja részére

(Karta tar-residenza għall-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE)

Data tal-introduzzjoni: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment ħieles u għal residenza; validità: perjodu massimu ta' ħames snin. Il-dokumenti ibbażat fuq il-karta, b'żewġt uċuh, huwa f'format ID-2, b'kisja laminatata li teħel bis-sħana.

Fir-rubrika “EGYÉB MEGJEGYZÉSEK” (kummenti oħrajn): “tartózkodási kártya EGT-állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza għall-membri tal-familja ta' ċittadini taż-ŻEE)

Tartózkodási kártya magyar állampolgár harmadik ország állampolgárságával rendelkező családtagja részére

(Karta tar-residenza ta' membri tal-familja ta' ċittadini Unġeriżi li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi)

Tip: stiker imwaħħla ma' passaport nazzjonali

Data tal-ħruġ: mill-1 ta' Lulju 2007, għadu fis-seħħ

Validità: ħames snin mid-data tal-ħruġ

Tikketta “Tartózkodási engedély” (“Permess ta' residenza”)

Fir-rubrika ta' “AZ ENGEDÉLY TÍPUSA” (it-tip tal-permess): “Tartózkodási kártya” (karta tar-residenza)

Fir-rubrika ta' “MEGJEGYZÉSEK” (kummenti): “tartózkodási kártya magyar állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza ta' membri tal-familja ta' ċittadini Ungeriżi li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi)

Humanitárius tartózkodási engedély

(Permess tar-residenza umanitarju

Tip: f'forma ta' karta, akkumpanjata minn passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Rimarka:

Il-permess ta' residenza umanitarju maħruġ għal persuni li jfittxu l-kenn politiku (b’konformità mas-Sezzjoni 29. (1) c) tal-Att II tal-2007) jew għal persuni li huma projbiti milli jidħlu u joqogħdu (skont l-Art.25 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim Schengen) l-utent jista' joqgħod biss l-Ungerija u ma jistax jivvjaġġja la fi ħdan l-UE u lanqas jaqsam il-fruntieri esterni.

Dokumenti oħrajn:

A menedékes személyazonosságát és tartózkodási jogát igazoló dokumentum

(Dokument li jiċċertifika l-identità u d-dritt ta' residenza tal-benefiċjarji ta' protezzjoni temporanja flimkien mal-passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Menekült, illetve oltalmazott személyek részére kiadott magyar személyazonosító igazolvány menekültek esetén a konvenciós úti okmánnyal, oltalmazottak esetén a magyar hatóságok által kiállított úti okmánnyal együtt

(Karta tal-identità maħruġa għal refuġjati u għal persuni li jgawdu mid-dritt għal protezzjoni sussidjarja

Fil-każ ta' refuġjati, hija valida flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951

Fil-każ ta' persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja, hija valida ma' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ f'isem persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja)

Diáklista

(Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fi ħdan l-UE)

Igazolvány diplomáciai képviselők és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għal diplomatiċi u l-membri tal-familja tagħhom (karta tal-identità ta' persuna fis-servizz diplomatiku), flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány konzuli képviselet tagjai és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri ta' karigi konsulari u għall-membri tal-familja tagħhom (karta tal-identità konsulari), flimkien ma' viża D, jew ma' permess ta' residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány képviselet igazgatási és műszaki személyzete és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri tal-istaff amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet diplomatiċi u għall-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D, jew ma' permess tar-residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány képviselet kisegítő személyzete, háztartási alkalmazottak és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri tal-istaff tas-servizz ta' missjonijiet diplomatiċi, qaddejja privati u l-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D, jew ma' permess tar-residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

IL-POLONJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

1.

Karta pobytu (Karta tar-residenza, Serje “KP”, maħruġa wara l-1 ta’ Lulju 2001 u Serje “PL”, maħruġa wara l-1 ta’ Settembru 2003)

Karta tar-residenza għal frustier li jkun kiseb:

permess tar-residenza għal perjodu definit ta' żmien,

permess biex joqgħod,

permess tar-residenza ta' resident fil-KE għal medda twila ta' żmien (maħruġ mill-1 ta' Ottubru 2005 'l hawn)

stejtus ta' refuġjat,

protezzjoni sussidjarja,

kunsens għal qagħda ttollerata.

2.

Karta stałego pobytu (Karta tar-residenza permanenti, serje “XS”, maħruġa qabel it-30 ta' Ġunju 2001)

Karta tar-residenza permanenti għal frustier li jkun kiseb permess tar-residenza permanenti. Valida għal 10 snin. L-aħħar karta ta' din l-edizzjoni hija valida sad-29 ta' Ġunju 2011.

3.

Karta stałego pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta tar-residenza permanenti ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, serje “UP”, maħruġa mis-6 ta' Ottubru 2007 'l hawn)

Karta pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta tar-residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, serje “UK”, maħruġa mis-6 ta' Ottubru 2007 'l hawn).

4.

Karti speċjali tal-akkreditazzjoni maħruġin mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Legitymacja dyplomatyczna (Karta diplomatika)

Maħruġa lill-ambaxxaturi akkreditati u l-membri tal-istaff diplomatiku tal-missjonijiet

Legitymacja konsularna (zielona) (Karta konsulari – ħadra)

Maħruġa lill-kapijiet ta' karigi konsulari u l-membri tal-istaff konsulari

Legitymacja konsularna (żółta) (Karta konsulari – safra)

Maħruġa lil konsli onorarji

Legitymacja służbowa (Karta tas-servizz)

Maħruġa lill-membri tal-istaff amministrattiv, tekniku u tas-servizz tal-missjonijiet

Zaświadczenie (Ċertifikat)

Maħruġ lil kategoriji oħrajn ta' frustieri minbarra dawk imsemmijin hawn fuq fil-punt 4, li huma awtorizzati li jibbenefikaw mill-immunità diplomatika u konsulari għal raġunijiet ta' atti, ftehimiet jew konswetudnijiet internazzjonali.


(1)  Il-permessi tar-residenza maħruġin qabel l-1 ta' Mejju 2009 wkoll huma validi sad-data indikata fuq il-permess tar-residenza.


22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/16


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 198/05

Għajnuna Nru: XA 17/09

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: —

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Sofinanciranje zavarovalnih premij za zavarovanje kmetijske proizvodnje za leto 2009

Bażi legali: Uredba o spremembah in dopolnitvah Uredbe o sofinanciranju zavarovalnih premij za zavarovanje kmetijske proizvodnje in ribištva za leto 2009

Uredba o sofinanciranju zavarovalnih premij za zavarovanje kmetijske proizvodnje in ribištva za leto 2009

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża: In-nefqa ppjanata għall-2009 hija ta' EUR 9 947 980.

Intensità massima tal-għajnuna: Il-kofinanzjament ikopri 50 % tan-nefqa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni għall-assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-frott kontra r-riskji tas-silġ, in-nirien, is-sajjetti, il-ġlata tar-Rebbiegħa, il-maltemp u l-għargħar. Fil-każ tal-assigurazzjoni tal-annimali kontra r-riskji tal-qerda, il-qtil fuq l-ordni ta' kirurgu veterinarju u l-qtil ekonomiku minħabba l-mard, il-kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni huwa ddeterminat f'termini assoluti għal kull speċi u kategorija tal-annimali u ma jistax ikun ta’ iżjed minn 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-primjums tal-assigurazzjoni.

Data tal-implimentazzjoni: mid-data li fiha jiġi ppublikat in-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: L-għajnuna tista' tiġi approvata għall-poloz tal-assigurazzjoni konklużi sal-31 ta' Diċembru 2009.

Għan tal-għajnuna: l-appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-iskema tal-għajnuna tinkludi miżuri u spejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni, inkluż il-kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola.

Settur(i) kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Ministrstvo za kmetijstvo

gozdarstvo in prehrano

Dunajska 58

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Agencija RS za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Sit tal-internet: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200936&objava=1710

http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=2008126&objava=5748

Tagħrif ieħor: L-iskop tal-ħlas ta' parti min-nefqa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni huwa biex jinkoraġġixxi lill-produtturi agrikoli jassiguraw lilhom infushom kontra t-telf potenzjali minħabba d-diżastri naturali jew minħabba kundizzjonijiet klimatiċi avversi, kif ukoll kontra t-telf minħabba l-mard tal-annimali, filwaqt li jkunu responsabbli għat-tnaqqis tar-riskju fil-qasam tal-produzzjoni tal-pjanti u tat-trobbija tal-bhejjem.

Id-digriet u d-digriet emendat jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-għajnuna għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (l-istadji ta' qabel l-għoti tal-għajnuna, il-kumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ tal-għajnuna).

Branko RAVNIK

Generalni direktor Direktorata za kmetijstvo

Għajnuna Nru: XA 65/09

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: L-Ingilterra

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: England Catchment Sensitive Farming (CSF) Capital Grant Scheme 2009/2010

Bażi ġuridika: Dan huwa servizz mhux statutarju u l-parteċipazzjoni fih hija volontarja. L-Agriculture Act 1986 (section 1c) jipprovdi l-bażi ġuridika għall-forniment mill-Gvern tas-servizzi marbuta ma' kwalunkwe attività agrikola.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont globali ta’ għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Sa GBP9 miljuni.

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija ta' 60 % skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-KE 1857/2006.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tal-għotja se tkun varata u miftuħa għall-applikazzjonijiet mit-2 ta' Marzu 2009. L-applikazzjonijiet se jiġu vvalutati minn dakinhar iżda mhija se tingħata l-ebda għajnuna sakemm ma jiġi ppubblikat is-sommarju tal-iskema mill-Kummissjoni.

Nota: Din hija t-tielet sena ta' skema li diġà ġiet organizzata matul l-2007/2008 u l-2008/2009 (ara t-taqsima ta' aktar tagħrif).

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja ta’ għajnuna individwali: L-iskema għall-applikazzjonijiet tagħlaq fit-30 ta' April 2009. It-talbiet għandhom jitressqu sas-26 ta' Frar 2010 sabiex il-ħlas ikun jista' jsir sal-31 ta' Marzu 2010. L-għotjiet huma soġġetti għal kundizzjonijiet li huma validi sal-31 ta' Marzu 2015.

Għan tal-għajnuna: Il-protezzjoni ambjentali. L-għan tal-England Catchment Sensitive Farming (CSF) Capital Grant Scheme huwa li jinkoraġġixxi azzjoni volontarja bikrija min-naħa tal-bdiewa sabiex jittrattaw it-tniġġis imxerred tal-ilma mill-agrikoltura f'50 żona prijoritarja. L-iskema tipprovdi għotja ta' għajnuna għat-titjib jew l-istallazzjoni ta' faċilitajiet li jistgħu jkunu ta' ġid għall-kwalità tal-ilma billi jnaqqsu t-tniġġis imxerred.

L-iskema tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri ambjentali fil-qasam domestiku u dak internazzjonali, b'mod partikolari d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma. L-iskema se tkun organizzata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli se jkunu investimenti f'azjendi agrikoli.

Settur(i) konċernat(i): Il-benefiċjarji tal-iskema tal-għotja se jkunu impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli. Is-subsetturi kollha se jkunu eliġibbli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Il-korp statutarju responsabbli għall-iskema huwa:

Department for Environment, Food and Rural Affairs (Defra)

Water Quality Division

Ergon House

Horseferry Road

London

SW1P 2AL

UNITED KINGDOM

L-organizzazzjoni li topera l-iskema hija:

Natural England

Integrated Services & Partnerships Team

John Dower House

Crescent Place

Cheltenham

Gloucestershire

GL50 3RA

UNITED KINGDOM

Indirizzi elettroniċi: Aktar tagħrif dwar l-England CSF Capital Grant Scheme u l-wider England Catchment Sensitive Farming Delivery Initiative, flimkien mat-test sħiħ ta' dan id-dokument, jistgħu jinsabu fuq http://www.defra.gov.uk/farm/environment/water/csf – ikklikkja fuq State Aid fuq in-naħa tax-xellug ta' din il-paġna.

Ikklikkja fuq l-England Catchment Sensitive Farming Delivery Initiative: State Aids biex tara l-Full Text of the State Aids application for 2009/2010. http://www.defra.gov.uk/farm/environment/water/csf/grants/state-aid.htm

Tagħrif ieħor: Din l-iskema tissostitwixxi XA 185/08 (England Catchment Sensitive Farming Capital Grant Scheme 2008 to 2015 (XA 149/08 riveduta)) li issa għalqet.

Għajnuna Nru: XA 126/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na úhradu straty na hospodárskych zvieratách a ich produktoch v dôsledku nariadeného opatrenia

Bażi legali: Il-bażi legali għall-għajnuna ġejja mill-:

Artikolu 10(2) sa (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament tal-Kummissjoni”),

Článok 14 nariadenia vlády SR č. 369/2007 Z. z. o niektorých podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení nariadenia vlády SR č. 159/2008 Z. z. (ďalej len “nariadenie vlády č. 369/2007 Z. z.”),

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov (ďalej len “zákon o štátnej pomoci”),

zákon č. 523/2004 Z. z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy a o zmene a doplnení niektorých zákonov (ďalej len “zákon o rozpočtových pravidlách”).

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża: L-ammont ta' fondi maħsub għall-implimentazzjoni tal-iskema se jkun ippubblikat minn min jagħti l-għajnuna fuq is-sit elettroniku tiegħu li ġej: http://www.land.gov.sk

Il-volum ta' fondi ppjanati skont l-iskema għall-2009 huwa ta’ EUR 2 655 513.

Il-volum annwali ta' fondi ppjanati skont l-iskema għas-snin mill-2010 ’l quddiem huwa ta’ EUR 2 655 513.

Il-baġit kumplessiv ippjanat għall-għoti tal-għajnuna bħala kumpens għat-telf tal-bhejjem u tal-prodotti tal-bhejjem minħabba miżura obbligatorja matul il-perjodu mill-2009 sal-2013 huwa ta’ EUR 13 277 565.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tat-telf gross ikkalkulat.

Data tal-implimentazzjoni::

(a)

L-iskema se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tingħata numru ta' identifikazzjoni u t-tagħrif fil-qosor jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea u fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru li ġej: http://www.mpsr.sk

(b)

L-emendi tal-iskema jistgħu jkunu fil-forma ta' addendi miktuba. L-emendi, minbarra dawk ta' natura formali jew amministrattiva, se jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta' tagħrif fil-qosor u se jidħlu fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tat-tagħrif fil-qosor fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

(c)

L-emendi tal-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija fil-punt B tal-iskema jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni relatata għandhom ikunu riflessi fl-iskema fi żmien sitt xhur minn meta jidħlu fis-seħħ.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: L-iskema tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna hija l-31 ta' Ottubru 2013.

Id-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet hija l-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jingħata kumpens għat-telf imġarrab mill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem minħabba l-miżuri obbligatorji veterinarji.

L-iskop tal-għajnuna huwa li jindirizza t-telf imsemmi fl-Artikolu 10(2)(a)(ii) u (c), (3) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) sa (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament tal-Kummissjoni”) japplikaw.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu t-telf imsemmi fl-Artikolu 10(2)(a)(ii) u (c), (3) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni.

Settur(i) kkonċernat(i): Taqsima A – L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (skont in-NACE Rev. 2).

Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna: L-għajnuna tingħata minn:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ministeru”)

Dobrovičova 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Nru tat-telefon +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk “Dotácie”

Il-mandat tal-Ministeru ġie stabbilit bl-Att Nru 575/2001 dwar l-organizzazzjoni tal-attivitajiet governattivi u l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-Istat, kif emendat.

L-iskema tiġi implimentata minn:

Pôdohospodárska platobná agentúra (minn issa 'l quddiem imsejħa “l-aġenzija tal-ħlas”)

Dobrovičova ul. 12

815 26 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Nru tat-telefon: +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.apa.sk “Sekcia štátnej pomoci”

L-aġenzija tal-ħlas hija organizzazzjoni tal-baġit fi ħdan il-Ministeru li ġiet stabbilita fl-1 ta' Diċembru 2003 bl-Att Nru 473/2003 dwar l-Aġenzija Agrikola tal-Ħlas, dwar l-appoġġ għan-negozju tal-agrikoltura u li temenda ċerti Atti.

Din tipprovdi appoġġ amministrattiv għall-mekkaniżmi ta’ appoġġ fis-settur agrikolu.

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk Dotácie

http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=1491

Tagħrif ieħor:: L-iskop tal-iskema huwa li tipprovdi għajnuna għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem u li huma stabbiliti fir-Repubblika Slovakka wara li jitlestew il-miżuri obbligatorji veterinarji, sabiex jingħata kumpens għat-telf imġarrab mill-kwarantina obbligatorja minħabba miżura ordnata mill-organizzazzjoni amministrattiva distrettwali kompetenti għall-ikel u l-qasam veterinarju.

Il-kumpens għat-telf (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-għotja”) pprovdut skont din l-iskema huwa tip ta' għajnuna diretta mill-Istat fi ħdan it-tifsira tat-Taqsima 5(1)(a) tal-Att dwar l-Għajnuna mill-Istat. L-għajnuna tingħata lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem darba waħda biss fil-forma ta' għotja.

Inġ. Alexander ČARNÝ

riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Għajnuna Nru: XA 127/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na eradikáciu a prevenciu ochorení zvierat

Bażi legali: Il-bażi legali għall-għajnuna ġejja minn:

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

l-Artikolu 10(1) u (3) sa (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001,

Článok 10 ods. 3, 4 a 5, Článok 46 zákona č. 39/2007 Z. z. o veterinárnej starostlivosti,

Článok 4 ods. 4, Článok 8 ods. 2, Článok 8a) a Článok 21 až 23 zákona č. 523/2004 Z. z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy a o zmene a doplnení niektorých zákonov.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża:: L-ammont ta' fondi maħsub għall-implimentazzjoni tal-iskema se jkun ippubblikat mill-Ministeru fuq is-sit tal-internet tiegħu li ġej: http://www.land.gov.sk

Il-volum tal-fondi ppjanat skont l-iskema għall-2009 ma għandux ikun ta’ iżjed minn EUR 6 638 784.

Il-volum annwali tal-fondi ppjanati skont l-iskema għas-snin mill-2010 ’l quddiem ma għandux ikun ta’ iżjed minn EUR 6 638 784.

Il-baġit kumplessiv ippjanat għall-għoti tal-għajnuna għall-qerda u l-prevenzjoni tal-mard tal-bhejjem għal matul il-perjodu ta' bejn l-2009 u l-2013 ma għandux ikun ta’ iżjed minn EUR 33 193 920.

Intensità massima tal-għajnuna: Il-valur gross tal-għajnuna għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem ma għandux jaqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tingħata numru ta' identifikazzjoni u t-tagħrif fil-qosor jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea u fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru li ġej: http://www.mpsr.sk

L-emendi tal-iskema jistgħu jkunu fil-forma ta' addendi miktuba. L-emendi, minbarra dawk ta' natura formali jew amministrattiva, se jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta' tagħrif fil-qosor u se jidħlu fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tat-tagħrif fil-qosor fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

L-emendi tal-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija fil-punt B tal-iskema jew tal-leġiżlazzjoni relatata għandhom ikunu riflessi fl-iskema fi żmien sitt xhur minn meta jidħlu fis-seħħ.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet hija d-data tal-pubblikazzjoni tal-Pjan tar-Repubblika Slovakka għall-Protezzjoni tat-Territorju tal-Istat u għall-Prevenzjoni Veterinarja, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2013.

Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-għajnuna se jittieħdu l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2013, jiġifieri sad-data tal-iskadenza tal-iskema, jew skont il-Pjan għall-Protezzjoni tat-Territorju Nazzjonali u għall-Prevenzjoni Veterinarja u l-pjanijiet għall-qerda tal-mard għas-sena finanzjarja kkonċernata.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jingħata appoġġ, fil-forma ta' kumpens għall-ispejjeż eliġibbli, lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju għall-qerda u l-prevenzjoni tal-mard tal-bhejjem matul is-sena kalendarja kkonċernata.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) u (3) sa (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 japplikaw għal din l-iskema.

Għall-iskopijiet ta' din l-iskema, l-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-valur tas-servizzi u tal-prodotti pprovduti mis-ŠVPS SR (l-Organizzazzjoni amministrattiva tal-Istat tar-Repubblika Slovakka għall-Ikel u l-Qasam Veterinarju) lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem permezz ta' veterinarji uffiċjali jew privati li jwettqu l-miżuri veterinarji tal-istat skont il-Pjan tar-Repubblika Slovakka għall-Protezzjoni tat-Territorju tal-Istat u għall-Prevenzjoni Veterinarja u skont il-pjanijiet għall-qerda tal-mard għas-sena fiskali jew tal-baġit ikkonċernata.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-valur tas-servizzi mogħtija u tal-prodotti wżati għall-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Protezzjoni tat-Territorju tal-Istat u għall-Prevenzjoni Veterinarja u tal-pjanijiet għall-qerda tal-mard.

Settur(i) kkonċernat(i): Taqsima A – L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (skont in-NACE Rev. 2).

Taqsima

Diviżjoni 01 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali, il-kaċċa u l-attivitajiet ta' servizzi relatati

Grupp 01.6 – L-attivitajiet ta' appoġġ għall-agrikoltura u l-attivitajiet ta' wara l-ħsad

Klassi 01.62 – L-attivitajiet ta' appoġġ għall-produzzjoni tal-annimali

Klassi sekondarja 01.62.0 – L-attivitajiet ta' appoġġ għall-produzzjoni tal-annimali

Is-settur tal-produzzjoni agrikola primarja relatata maż-żamma tal-annimali bovini, il-majjali, in-nagħaġ u l-mogħoż, it-tjur u ż-żwiemel.

Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna: L-għajnuna tingħata minn:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ministeru”)

Dobrovičova ul. 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Nru tat-telefon: +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk “Dotácie”

L-iskema tiġi implimentata minn:

Štátna veterinárna a potravinová správa Slovenskej republiky (minn issa 'l quddiem imsejħa “ŠVPS SR”)

Botanická 17

842 13 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Nru tat-telefon: +421 260257212

Sit tal-internet: http://www.svps.sk

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk “Dotácie”

http://http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=1492

Tagħrif ieħor: L-għajnuna mill-Istat tingħata fil-forma ta' servizzi u prodotti ssussidjati permezz tas-ŠVPS SR bħala organizzazzjoni awtorizzata.

L-intestatura tal-baġit tal-Ministeru tinkludi tan-nefqa obbligatorja prevista fil-baġit għas-sena kalendarja kkonċernata sabiex ikun żgurat it-tħaddim tal-organizzazzjonijiet tal-baġit jew dawk issussidjati fi ħdan id-dipartiment, inkluża s-ŠVPS SR.

Il-fondi maħsuba għas-ŠVPS SR huma allokati skont il-programm 08W imsejjaħ “Is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-protezzjoni tal-annimali u tal-pjanti” għall-implimentazzjoni tal-Pjan tar-Repubblika Slovakka għall-Protezzjoni tat-Territorju tal-Istat u għall-Prevenzjoni Veterinarja u tal-programmi għall-qerda tal-mard. Dawn il-fondi huma maħsuba biex ikopru in-nefqa kurrenti u kapitali tas-ŠVPS SR u tal-organizzazzjonijiet tal-baġit li ħolqot, primarjament l-organizzazzjonijiet amministrattivi reġjonali għall-qasam veterinarju u tal-ikel (il-KVPS SR) u l-organizzazzjonijiet amministrattivi distrettwali għall-qasam veterinarju u tal-ikel (irRVPS SR). Il-baġit tal-KVPS SR u tar-RVPS SR jitqassam u, jekk jeħtieġ, jiġi aġġustat mis-ŠVPS SR. Skont l-Att Nru 291/2002, is-ŠVPS SR u l-organizzazzjonijiet tal-baġit li ħolqot (il-KVPS u r-RVPS) iridu jesegwixxu l-baġits tagħhom esklussivament permezz tat-Teżor tal-Istat.

Is-ŠVPS SR se tidentifika mard speċifiku, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u t-testijiet li għandhom ikunu pprovduti skont l-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-qerda u l-prevenzjoni tal-mard tal-bhejjem fil-Pjan għall-Protezzjoni tat-Territorju tal-Istat u għall-Prevenzjoni Veterinarja għas-sena fiskali jew tal-baġit rilevanti, li se tippubblika fil-ġurnal uffiċjali fil-bidu tas-sena kalendarja kkonċernata.

Ir-RVPSs rilevanti se jikkonkludu l-kuntratti mal-veterinarji uffiċjali awtorizzati mill-Kamra tal-Kirurgi Veterinarji tar-Repubblika Slovakka (il-veterinarji privati) abbażi tal-ħtiġijiet iddefiniti mis-ŠVPS SR. Wara li jwettqu l-azzjonijiet meħtieġa, il-veterinarji privati, darba fix-xahar u l-iktar tard sal-aħħar tax-xahar ta' wara, se jissottomettu l-irċevuti tar-RVPS rilevanti għall-azzjonijiet li jkunu wettqu.

L-irċevuti jrid ikollhom mehmuż magħhom it-tqassim iddettaljat tal-azzjonijiet u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn meħtieġ, il-kopji tal-irċevuti tal-affarijiet li jkunu nxtraw. L-irċevuti se jitħallsu lura biss wara li l-persunal tar-RVPS ikun wettaq kontrolli esperti, sostantivi u numeriċi.

Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat għax-xiri tat-tilqim, dan it-tilqim se jinġieb mis-ŠVPS SR permezz ta’ kuntratt tax-xiri pubbliku u wara se jitqassam lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem permezz tal-veterinarji privati.

It-testijiet tal-laboratorju koperti mill-għajnuna mill-Istat se jsiru minn Istituti Veterinarji u tal-Ikel individwali tal-Istat u mill-Istitut Veterinarju tal-Istat ġewwa Zvolen abbazi tat-talbiet għall-analiżi tal-laboratorju mir-RVPSs individwali. Wara li jitlestew it-testijiet, l-istitut ikkonċernat se jibgħat rapport iddettaljat tal-azzjonijiet li ttieħdu u tal-ammont preċiż dovut abbażi tal-lista tal-prezzijiet għad-dijanjosi tal-mard mil-laboratorju lir-RVPS rilevanti. L-istituti individwali jistgħu jitolbu l-ammont speċifikat fl-istqarrija mill-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit tal-Ministeru tal-Agrikoltura biss wara li l-persunal tar-RVPS rilevanti ikun wettaq kontrolli esperti, sostantivi u numeriċi.

Inġ. Alexander ČARNÝ

riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

Ministerstvo pôdohospodárstva SR


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 198/06

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“MONTI IBLEI”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-1521-07.06.2005

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni għall-emendar:

Denominazzjoni tal-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Image

Tikkettar

Kundizzjonijiet nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu preċiżati)

2.   Tip ta' emenda:

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Image

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew IĠP reġistrata li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtiġx emendi fid-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9, il-paragrafu 3 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li ġejja mill-impożizzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji (l-Artikolu 9, il-paragrafu 4), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi):

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

Attwalment, il-karatteristiċi tal-prodott lest huma preċiżati aħjar u r-riferimenti kollha għar-regoli l-qodma li ma għadx hemm lokhom tal-OKS taż-żejt taż-żebbuġ, ġew eliminati. Għall-karatteristiċi kimiċi u kimiċifiżiċi, iddaħħlu xi parametri oġġettivi, sabiex jitjiebu kemm il-kwalifikazzjoni kif ukoll id-deskrizzjoni tal-prodott lest, b'riferiment għal mument tat-tqegħid fis-suq.

3.2.   Żona ġeografika:

Għandha tiddaħħal il-muniċipalità ta' Militello fi Val di Catania, li tmiss maż-żona tal-produzzjoni u għandha l-istess karatteristiċi pedoloġiċi, klimatiċi u l-istess tradizzjoni, li għal sempliċi żball ma ġietx inkluża fiż-żona tal-oriġini tad-DPO sa mill-ewwel talba ta' rikonoxximent stess. B'dan il-mod, intlaqgħu t-tabliet leġittimi tal-prodotturi tal-muniċipalità ta' Militello fi Val di Catania li tiftaħar bil-vokazzjoni u t-tradizzjoni tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ għal ħafna sekli, li l-istoriċi jattestaw li tmur lura mill-anqas sas-seklu ħmistax. Il-medda tal-imsaġar taż-żebbuġ u l-kwalità taż-żejt li jittieħed minnhom, diġà fis-seklu sbatax kienu jagħmlu minn Militello wieħed miċ-ċentri ta' produzzjoni l-aktar imsemmija ta' Sqallija, kif muri storikament.

Il-muniċipalità ta' Militello fi Val di Catania tifforma parti mis-subżona ta' produzzjoni taż-żejt Monti Iblei msemmija ġeografikament Trigona-Pancali.

3.3.   Tikkettar:

Il-paragrafu 9 tal-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni huwa mibdul minn din is-sentenza “huwa obbligatorju li fuq it-tikketta jkun hemm, barra l-indikazzjonijiet obbligatorji, is-sentejn li għandhom x'jaqsmu mas-sena ta' produzzjoni taż-żebbuġ li minnu jittieħed iż-żejt”. Din is-sentenza tiġi mniżżla wkoll fis-sinteżi, fil-punt 4.8. Din l-emenda tippermetti definizzjoni aħjar tas-sena ta' produzzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (CE) Nru 510/2006

“MONTI IBLEI”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-1521-07.06.2005

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tippreżenta, għal għanijiet informattivi biss, l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

Isem:

Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Indirizz:

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Tel.

+39 0646655106

Feks

+39 0646655306

Posta elettronika:

saco7@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem:

Consorzio di tutela dell’olio extravergine d’oliva DOP Monti Iblei

Indirizz:

c/o C.C.I.A.A. Piazza Libertà

97100 Ragusa RG

ITALIA

Tel.

+39 0932247560

Feks

+39 0932247560

Posta elettronika:

consorzio@montiblei.com

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.5 –

Xaħmijiet – żejt ekstraverġni taż-żebbuġ

4.   Speċifiċikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti misjuba fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Monti Iblei”

4.2.   Deskrizzjoni:

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” għandha tkun akkumpanjata b'mod obbligatorju minn waħda mill-ismijiet ġeografiċi li ġejjin “Monte Lauro”, “Val d'Anapo”, “Val Tellaro”, “Frigintini”, “Gulfi”, “Valle dell'Irminio”, “Calatino”, “Trigona-Pancali” u jrid ikollha r-rekwiżiti li ġejjin:

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Monte Lauro”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott medju aħdar;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni medjament pikkanti;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Monte Lauro” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 90 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 10 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Val d'Anapo”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott aħdar ħafif;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni pikkanti ħafifa;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0.5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Val d'Anapo” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 60 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 40 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Val Tellaro”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott medju aħdar;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni medjament pikkanti;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Val Tellaro” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 70 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 30 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Frigintini”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott aħdar intens;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni medjament pikkanti;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Frigintini” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 60 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 40 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt extraverġni taż-żebbuġa bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Gulfi”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott aħdar intens;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni medjament pikkanti;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Gulfi” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 90 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 10 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġa bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Valle dell'Irminio”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott aħdar ħafif;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni pikkanti ħafifa;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,65 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Nnumru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Valle dell'Irminio” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 60 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 40 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Calantino”, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott aħdar ħafif;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni pikkanti ħafifa;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,6 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Calantino” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Tonda Iblea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 60 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 40 %.

Hekk kif jasal għall-imballaġġ, iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Trigona-Pancali”, li miegħu żdiedu l-muniċipalitajiet ta' Mitello fi Val di Catania, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: aħdar;

riħa: ta' frott medju aħdar;

togħma: ta' frott b'sensazzjoni pikkanti ħafifa;

massimu ta' aċidità totali espress f'aċidu olejku, fil-piż, mhux aktar minn 0,5 għal kull 100 gramma ta' żejt;

Numru ta' perossidi: < o = 12 meq O2/Kg;

K232: < o = 2,20;

K270: < o = 0,18;

Total ta' polifenoli: > o = 120 p.p.m.

Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei” akkumpanjata mill-isem ġeografiku “Trigona-Pancali” hija rriservata għaż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ miksub mill-varjetà ta' żebbuġ Novellara Etnea li jinsab fl-imsaġar taż-żebbuġ f'ammont ta' mhux inqas minn 60 %. Jista' jkun hemm varjetajiet oħrajn sa mhux aktar minn 40 %.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monte Iblei” għandha x'taqsam mat-territorju amministrattiv mal-muniċipalitajiet ta' Katanja, Raguża u Sirakuża, misjuba fir-Reġjun ta' Sqallija.

4.4.   Prova tal-oriġini:

It-traċċabbiltà hija garantita mill-kontroll magħmul mill-Organu ta' Kontroll matul il-katina kollha skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:

Il-metodi ta' tkabbir u s-sistemi taż-żbir tal-pjanti taż-żebbuġ għandhom ikunu dawk użati tradizzjonalment jew, f'kull każ, azzjonijiet li ma jibdlux il-karatteristiċi taż-żebbuġ taż-żejt. Id-difiża fitosanitarja tal-imsaġar taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta għandha sseħħ skont il-modalitajiet definiti fil-programmi ta' kontroll iggwidat. Iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġa bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Monti Iblei” huwa meħud minn żebbuġ b'saħħtu, li jinħasad mill-bidu tal-maturazzjoni tiegħu sal-15 ta' Jannar ta' kull sena. Il-ħsad taż-żebbuġ għandu jseħħ direttament mis-siġra bl-idejn jew b'mezzi mekkaniċi. Il-produzzjoni massima ta' żebbuġ mill-imsaġar taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġa bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta ma jistax ikun ta' aktar Kg minn 10 000 kull ettaru fejn hemm tħawwil intensiv. Ir-rendiment massimu ta' żejt miż-żebbuġ ma jistax ikun aktar minn 18 %. L-operazzjonijiet tat-teħid taż-żejt miż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Monti Iblei”, akkumpanjata mill-ismijiet ġeografiċi relattivi, kif ukoll l-operazzjonijiet ta' imballaġġ tad-DPO “Monti Iblei” għandhom iseħħu fil-limiti tat-territorju kollu ta' produzzjoni hekk kif definit fil-punt 4.3. L-operazzjonijiet tat-teħid taż-żejt għandhom iseħħu fi żmien u mhux aktar tard minn jumejn wara xulxin wara l-ħsad. Għall-estrazzjoni taż-żejt huma permessi biss proċessi fiżiċi u mekkaniċi sabiex jipproduċu żjut li joqorbu l-aktar fedelement possibbli lejn il-karatteristiċi partikolari u oriġinali tal-frotta. Iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġ “Monti Iblei” għandu jitqiegħed fis-suq għal-bejgħ f'reċipjenti li ma għandhomx kapaċità ta' aktar minn 5 litri, tal-ħġieġ jew tal-folja tal-landa.

4.6.   Rabta:

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tirrappreżenta parti produttiva taż-żona importanti ħafna. Il-varjetà l-aktar importanti hija t-Tonda Iblea jew iċ-Cetrala jew il-Prunara jew l-Abbunata jew it-Tunna, li hija tipika taż-żona ġeografika indikata (medjament reżistenti għall-aġenti patoġeni u perfettament adatta għall-ħamrija tal-plateau kalkarja ta' Monti Iblei) u tiġi użata wkoll bħala żebbuġ għall-ikel. Huma wżati wkoll varjetajiet lokali oħrajn: “Moresca”, “Nocellara Etnea”. Ħdejn l-imsaġar taż-żebbuġ magħmula minn pjanti li ilhom hemm ħafna snin, f'dawn l-aħħar żminijiet żviluppaw żoni ta' tħawwil ġodda b'varjetajiet oħra li jirrifflettu l-għamla tal-predeċessuri tagħhom, bi tkabbir f'għamla ta' globu li jipproteġihom mill-irjieħ dominanti. Iż-żjut prodotti f'din iż-żona minn dejjem kellhom tradizzjoni twila tal-użu mill-konsumatur kemm lokali kif ukoll nazzjonali. B'mod uniku, l-imsaġar taż-żebbuġ b'altitudni ta' bejn 80 u 700 metru huma kkunsidrati ideali. Dawn għandhom ikunu fil-widien li jalternaw mal-plateau ta' Monti Iblei, li l-ħamrija tagħhom ġejja mis-silika, bi ħjut ta' blat vulkaniku. Iż-żejt prodott huwa medjament fruttat, b'punt ta' ħlewwa u ftit pikkanti. Wieħed għandu jqis li l-kobor tal-Monti Iblei jiddetermina varjazzjoni ta' temperatura partikolari bejn il-jum u l-lejl, li huwa partikolarment importanti sabiex ikunu identifikati l-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjonijiet agrikoli. Għandu jitqies li Sqallija, gżira ta' tradizzjonijiet antiki li jmorru lura għall-era Griega-Rumana, biż-żmien infurzat il-karatteristiċi tal-Magna Grecia. Dan l-element kulturali determinanti, applikat ukoll mid-diffikultà li tmur lura snin kbar ta' komunikazzjoni, żammet mhux mibdula d-distinzjonijiet ta' kull stabbiliment urban, u tidentifika kull nukleju organizzat tal-popolazzjoni ma' żona ġeografika preċiża. Għalhekk, anke f'kuntest klimatiku territorjali ta' omoġeneità sostanzjali, mhux possibbli tħalli barra l-preżenza ta' tradizzjonjiet li ġew trażmessi maż-żmien u fl-istorja. Għal dawn ir-raġunijiet, id-denominazzjoni ta' oriġini “Monti Iblei” tinkludi fiż-żona tat-territorju tagħha stess l-identifikazzjoni ta' territorji li jikkorrispondu ma dawn l-approprjazzjonijiet umani li kkaratterizzawhom matul iż-żmien. Dawn huma “Monti Iblei Monte Lauro”, “Monti Iblei Val d’Anapo”, “Monti Iblei Val Tellaro”, “Monti Iblei Frigintini”, “Monti Iblei Gulfi”, “Monti Iblei Valle dell’Irminio”, “Monti Iblei Calatino”, “Monti Iblei Trigona Pancali” li jinkludi wkoll il-muniċipalità ta' Militello fi Val di Catania. Anke s-sempliċi tniżżil tal-ismijiet ġeografiċi miżjuda jiddistingwu b'mod li ma jħallix dubju l-eżistenza ta' tradizzjonijet umani marbuta mal-widien diversi li jagħmlu parti mill-Massiccio ta' Monti Iblei. Widien li, għalkemm qrib xulxin fuq livell territorjali, żammew l-individwalità b'saħħitha tagħhom ta' azzjonijet u karatterizzazzjonijiet umani. Jekk din is-sitwazzjoni tiġi injorata jkun ifisser il-bidla sostanzjali tas-sinifikat profond tat-tradizzjonijiet kulturali u umani. Barra minn hekk, fuq livell organolettiku, iż-żjut ta' dawn il-widien jirrappreżentaw differenzi minimi li l-esperti tat-togħma biss jistġħu jindunaw bihom.

4.7.   Organu tal-kontroll:

Isem:

Agroqualità

Indirizz:

Piazza G. Marconi 25

00144 Roma RM

ITALIA

Tel.

Feks

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

Mad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti iblei”, hija pprojbita ż-żieda ta' kwalunkwe kwalifakazzjoni inkluż l-aġġettivi: “fin”, “magħżul”, “selezzjonat”, “superjuri”. Huwa permess l-użu onest ta' ismijiet, ismijiet tal-azjendi, ditti privati sakemm dawn ma jkollhomx sinifikat ta' tfaħħir u ma jkunux b'mod li jservu ta' ingann għall-konsumatur.

L-isem ta' azjendi, irziezet, kumpaniji, kif ukoll ir-riferiment għall-imballaġġ fl-azjenda jew il-kumpanija tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ misjuba fiż-żona ta' produzzjoni, huwa permess biss jekk il-prodott ġie miksub esklussivament minn żebbuġ maħsud mill-imsaġar taż-żebbuġ li jagħmlu parti mill-azjenda.

Kull isem ġeografiku previst fil-punt 4.2 għandu jkun irrappurtat fuq it-tikketta b'daqs mhux akbar mill-karattri li bihom tkun indikata d-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Monti Iblei.”

L-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta għandu jidher fuq it-tikketta b'karattri ċari u li ma jitħassrux b'kulur li jikkuntrasta sew mal-kulur tat-tikketta b'tali mod li jingħaraf sew mill-bqija tal-indikazzjonijiet li jidhru fuq l-istess tikketta

Barra minn hekk, id-deskrizzjoni trid tirrispetta r-regoli tat-tikkettar previsti fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Huwa obbligatorju li fuq it-tikketta jkun hemm indikat, minbarra l-indikazzjonijiet obbligatorji, is-sentejn involuti fis-sena tal-produzzjoni taż-żebbuġ li minnu nkiseb iż-żejt.


Rettifika

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/30


Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/686/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv

( Il-Ġurnal Ufficiali tal-Unjoni Europea C 126, tal-5 ta’ Ġunju 2009 )

2009/C 198/07

F’paġna 119 għandha titħassar il-linja li ġejja:

“CEN

EN 531:1995

Lbies protettiv għal ħaddiema industrijali esposti għas-sħana (minbarra lbies ta' dawk li jitfu n-nar u welders)

6.11.1998

 

 

EN 531:1995/A1:1998

4.6.1999

Nota 3

Data skaduta

(4.6.1999)”