ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2009.184.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 184E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
6 ta' Awwissu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament EwropewSESSJONI 2007-2008Dati tas-seduti: 19-21 Frar 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 96 E, 17.4.2008.

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/01

Trasparenza f'oqsma finanzjarji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar trasparenza f'oqsma finanzjarji (2007/2141(INI))

1

2009/C 184E/02

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapporti annwali 2005 u 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapporti annwali 2005 u 2006 (2006/2268(INI))

8

2009/C 184E/03

Aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (2007/2185(INI))

16

2009/C 184E/04

Abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-investigazzjoni u r-rimedju tal-abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea

23

 

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/05

It-Trattat ta' Liżbona
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta' Liżbona (2007/2286(INI))

25

2009/C 184E/06

L-Istrateġija ta' Liżbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-kontribut ghall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegha 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona

30

2009/C 184E/07

Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi 2008-2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) (COM(2007)0803 — 2007/2275(INI))

38

2009/C 184E/08

Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2007/2102(INI))

49

 

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/09

Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005) (2006/2271(INI))

63

2009/C 184E/10

Is-Sitwazzjoni f'Gaża
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Sitwazzjoni f'Gaża

68

2009/C 184E/11

Is-Seba' Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Seba' Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

71

2009/C 184E/12

Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa (2007/2156(INI))

75

2009/C 184E/13

Koperazzjoni xjentifika internazzjonali mal-Afrika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar l-importanza li jkunu appoġġjati miżuri għat-titjib tal-koperazzjoni xjentifika internazzjonali mal-Afrika

88

2009/C 184E/14

Ir-Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar ir-Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (2007/2148(INI))

89

2009/C 184E/15

Is-Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: Lejn Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp ġeografiku u l-Koeżjoni Territorjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: Lejn Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp ġeografiku u l-Koeżjoni Territorjali (2007/2190(INI))

95

2009/C 184E/16

Timor Leste
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Timor Leste

101

2009/C 184E/17

Il-Belarus
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-Belarus

104

2009/C 184E/18

Kivu tat-Tramuntana (Repubblika Demokratika tal-Kongo)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Kivu tat-Tramuntana

106

 

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/19

Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))

110

2009/C 184E/20

Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak (2007/2130(IMM))

111

 

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/21

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l- Iżrael, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (15061/2007 — COM(2007)0464 — C6-0445/2007 — 2007/0165(AVC))

113

2009/C 184E/22

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l-Eġittu, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13199/2007 — COM(2007)0487 — C6-0438/2007 — 2007/0180(AVC))

114

2009/C 184E/23

L-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2007)0669 — C6-0394/2007 — 2007/0230(COD))

114

2009/C 184E/24

L-installazzjoni ta' dwal u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta' dwal u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0192 — C6-0108/2007 — 2007/0066(COD))

115

2009/C 184E/25

Pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta' kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta' kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0344 — C6-0193/2007 — 2007/0119(COD))

116

2009/C 184E/26

Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0451 — C6-0252/2007 — 2007/0162(COD))

116

2009/C 184E/27

Is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0462 — C6-0256/2007 — 2007/0166(COD))

117

2009/C 184E/28

Livell ta' storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta' trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta' trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0588 — C6-0344/2007 — 2007/0205(COD))

118

2009/C 184E/29

L-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0667 — C6-0397/2007 — 2007/0235(COD))

118

2009/C 184E/30

L-istruttura u r-rati ta' sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta' sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0587 — C6-0392/2007 — 2007/0206(CNS))

119

2009/C 184E/31

Ftehim KE/Żvizzera dwar il-programm MEDIA 2007 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 — C6-0328/2007 — 2007/0171(CNS))

120

2009/C 184E/32

It-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) (11272/6/2007 — C6-0354/2007 — 2005/0246(COD))

120

2009/C 184E/33

L-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ((COM(2006)0866 — C6-0033/2007 — 2006/0290(COD))

121

P6_TC1-COD(2006)0290Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni dwar materji doganali u agrikoli

121

 

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/34

Iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar (COM(2007)0069 — C6-0078/2007 — 2007/0032(COD))

122

P6_TC1-COD(2007)0032Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

122

 

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008

2009/C 184E/35

L-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq (COM(2007)0037 — C6-0068/2007 — 2007/0029(COD))

123

P6_TC1-COD(2007)0029Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93

123

2009/C 184E/36

Qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq (COM(2007)0053 — C6-0067/2007 — 2007/0030(COD))

123

P6_TC1-COD(2007)0030Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq u li jħassar d-Deċiżjoni 93/465/KEE

124

2009/C 184E/37

L-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE (COM(2007)0036 — C6-0065/2007 — 2007/0028(COD))

124

P6_TC1-COD(2007)0028Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE

125

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament EwropewSESSJONI 2007-2008Dati tas-seduti: 19-21 Frar 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 96 E, 17.4.2008.

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/1


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
Trasparenza f’oqsma finanzjarji

P6_TA(2008)0051

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar trasparenza f’oqsma finanzjarji (2007/2141(INI))

2009/C 184 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva ta’ Trasparenza Ewropea (COM(2006)0194),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-Green Paper dwar l-Inizjattiva ta’ Trasparenza Ewropea (COM(2007)0127),

wara li kkunsidra l-Artikolu 255 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0010/2008),

A.

billi t-trasparenza tgħin liċ-ċittadini biex jipparteċipaw aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u tiggarantixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jgawdi aktar leġittimità u jkunu aktar effettivi u responsabbli lejn iċ-ċittadini f’sistema demokratika,

B.

billi t-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

C.

billi trasparenza ikbar fl-istituzzjonijiet tal-UE se żżid il-fehim pubbliku dwar kif jintużaw il-fondi tal-UE filwaqt li fl-istess waqt iżżid il-possibilitajiet għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-infiq tal-UE,

Żvelar ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi tal-UE (implimentazzjoni prattika)

1.

Ifakkar li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju kif emendat fit-13 ta’ Diċembru 2006 (1) jistabbilixxi, skond l-intestatura tal-prinċipju ta’ trasparenza, li

“Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha, u l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi kif previst mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta’ ġestjoni.;”

2.

Huwa tal-opinjoni li t-trasparenza hija relatata mill-qrib ma kemm l-informazzjoni provduta lill-benifiċjarji hi aċċessibbli faċilment, hi affidabbli u xierqa għal iktar riċerka, tqabbil u evalwazzjoni, u għalhekk li l-implimentazzjoni tat-terminu “mod xieraq” kif hemm referenza għalih fir-Regolament Finanzjarju għandux jikkunsidra b’mod xieraq dawn il-bżonnijiet;

Fondi tal-UE taħt immaniġġjar ċentrali

3.

Ifakkar li, rigward trasparenza b’relazzjoni mal-20 % tal-fondi tal-UE immaniġġjati direttament u ċentralment mill-Kummissjoni (għotjiet u kuntratti pubbliċi), l-infomazzjoni inkluża identifikazzjoni ta’ benefiċjarji hija disponibbli għal spezzjoni f’żewġ websajts:

Għal benefiċjarji ta’ Għotjiet: http://ec.europa.eu/grants/beneficiaries_fr.htm.

Għal benefiċjarji ta’ kuntratti pubbliċi http://ec.europa.eu/public_contracts/beneficiaries_en.htm

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tindika l-indirizzi taż-żewġ websajts li fihom wieħed isib informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE immaniġġjati direttament u ċentralment minnha espliċitament fid-dokumenti kollha relatati mal-baġit tal-UE u/jew ma’ proġetti u programmi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha;

Fondi tal-UE li jaqgħu taħt immaniġġjar maqsum, deċentralizzat jew konġunt

5.

Jiġbed l-attenzjoni li, skond l-Artikolu 53b tar-regolament Finanzjarju, meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ immaniġġjar konġunt, l-Istati Membri għandhom, skond il-paragrafu 2(d) tal-istess Artikolu:

“jiżguraw, permezz ta’ regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f’konformità mal-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post xierqa tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit”

6.

Jiġbed l-attenzjoni li, b’mod simili, skond l-Artikolu 53c u 53d, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jiġu ddelegati lilhom kompiti ta’ implimentazzjoni “jiżguraw f’konformità mal-Artikolu 30(3) il-pubblikazzjoni annwali ex post xierqa tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.”

7.

Ifakkar li fl-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza annessa mar-riżultati tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju rivedut, il-Kummissjoni impenjat ruħha li:

“tiżgura fir-Regolament implimentattiv speċifiku għas-settur li l-iżvelar ta’ informazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ fondi derivati mill-Fondi Agrikoli (FEAŻR (2) u FEAGA (3)) hu komparabbli ma’ dak previst fir-Regolamenti implimentattivi speċifiċi għas-settur għall-Fondi Strutturali. B’mod partikolari, pubblikazzjoni ex post annwali adegwata, għal kull benefiċjarju, tal-ammonti riċevuti minn dawn il-fondi, suddiviżi f’katergoriji ewlenin ta’ nefqa, ser tkun żgurata.”

8.

Jiġbed l-attenzjoni li l-websajt tal-Kummissjoni http://ec.europa.eu/agriculture/funding/index_en.htm bħalissa tinkludi link ma’ bażijiet ta’ datata’ 14 -il Stat Membru li jipprovdu informazzjoni dwar benefiċjarji tal-ħlasijiet tal-politika agrikola komuni skond immaniġġjar konġunt; jiddispjaċih madanakollu li l-informazzjoni tant hija diversa u mifruxa u ta’ kwalità li tvarja ħafna li bilkemm tista’ tinstab informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex titgħallem mill-websajt http://www.farmsubsidy.org/ li hija aċċessibbli ħafna u li taħdem tajjeb ħafna u li twaqqfet mingħajr fondi pubbliċi;

9.

Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-riserva tal-Kummissjoni li, minħabba li l-links fuq il-websajt tagħha huma bbażati fuq informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li tista’ tvarja ħafna fil-kopertura u fid-dettall li tipprovdi, ma tistax tiggarantixxi l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-datajew tal-informazzjoni provduta, u li ma tistax tinżamm responsabbli għall-użu li jsir minnha;

10.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha taċċetta r-responsabilità li tiżgura l-kompletezza u l-affidabilità tad-dejta, u għalhekk tieħu l-azzjoni neċessarja vis-à-vis l-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iwasslu din id-dejta;

Rimarki ġenerali dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar benefiċjarji

11.

Jemmen li, bħala prinċipju ġenerali, il-websajts tal-Kummissjoni li jiżvelaw informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ta’ kwalunkwe kategorija, kemm jekk kuntratti, għotjiet, jew nefqa mill-fond għall-agrikoltura jew mill-fondi strutturali (jew minn tipi oħra ta’ fondi) għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jiffaċilitaw mhux biss il-mod kif wieħed jikseb informazzjoni dwar benefiċjarji individwali iżda wkoll biex jagħmlu riċerka dwar kriterji speċifiċi sabiex jiksbu stampa ġenerali taħt diversi intestaturi, li tista’ tkun iċċekkjata maċ-ċifri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta responsabilità politika għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar benefiċjarji tal-fondi tal-UE skond kwalunkwe mod ta’ immaniġġjar;

13.

Jenfasizza li mhux biżżejjed li wieħed sempliċiment jippubblika informazzjoni mhux analizzata, iżda biex l-informazzjoni jkollha valur prattiku, din għandha tkun organizzata b’mod razzjonali, klassifikata u preżentata f’ordni;

14.

Jiġbed l-attenzjoni li benefiċjarji individwali jistgħu jirċievu fondi tal-UE minn diversi programmi jew setturi ta’ attività tal-UE; jirrikonoxxi għalhekk, li jista’ jkun istruttiv li wieħed ikun jista’ jidentifika l-ammonti kollha mħallsa lill-benefiċjarju fis-setturi kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tistudja l-fattibilità li tinħoloq “search-engine” ġenerali li minnha wieħed ikun jista’ jsib datadwar benefiċjarji individwali fl-ispettru kollu tal-attivitajiet tal-UE li jinvolvu kuntratti, għotjiet, sussidji, programmi ta’ riċerka, fondi għall-agrikoltura u fondi strutturali, immaniġġjar ċentralizzat/deċentralizzat, eċċ;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-rimarki f’din ir-riżoluzzjoni u biex tintroduċi sistema operazzjonali sħiħa ta’ informazzjoni intenzjonata għall-pubbliku usa’ dwar il-benefiċjarji kollha ta’ sussidji tal-UE u dwar l-irkupri pendenti qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-aħħar tal-2009;

Dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ detenturi ta’ karigi pubbliċi fl-istituzzjonijiet tal-UE

16.

Jiġbed l-attenzjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE fil-preżent għandhom approċċi diverġenti għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri tagħhom li jvarjaw minn reġistru pubbliku (Parlament Ewropew) għall-ebda dikjarazzjoni;

17.

Huwa tal-opinjoni li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkunsidraw jekk il-prinċipji kurrenti u r-regoli humiex suffiċjenti u jinnota l-bżonn li jiġu riveduti r-regoli tal-Parlament Ewropew biex l-iżvelar pubbliku tal-interessi finanzjarji fuq l-internet jsir obbligatorju;

18.

Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni kkummissjonat studju, marbut mal-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza, dwar ir-regoli u l-istandards ta’ etika professjonali għad-detenturi ta’ karigi pubbliċi fl-istituzzjonijiet tal-UE u fil-parlamenti nazzjonali, fil-gvernijiet nazzjonali, fil-qrati kostituzzjonali (qrati suprema), fil-qrati tal-awdituri, fil-banek ċentrali jew nazzjonali tas-27 Stat Membru tal-UE, kif ukoll tal-Canada u tal-Istati Uniti tal-Amerika, u li għall-istituzzjonijiet tal-UE, l-istudju se jeżamina u jqabbel ir-regoli u l-istandards ta’ etika professjonali fil-Kummissjoni Ewropea, fil-Parlament Ewropew, fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fil-Bank Ċentrali Ewropew u fil-Bank Ewropew għall-Investiment;

19.

Jinsab konxju tal-fatt li l-Kummissjoni tixtieq toħloq “spazju ta’ etika komuni” fost l-istituzzjonijiet tal-UE;

20.

Ifakkar li wara r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat ta’ Esperti Indipendenti fit-tieni rapport tiegħu tal-10 ta’ Settembru 1999 u l-White Paper tal-Kummissjoni dwar ir-riforma amministrattiva tal-1 ta’ Marzu 2000, il-Kummissjoni ħejjiet proposta għall-Kumitat Konsultattiv dwar l-Istandards tal-Ħajja Pubblika (4), li wieħed mill-kompiti tiegħu se jkun li jiggwida minn qabel lid-detenturi ta’ karigi pubbliċi biex jgħinuhom jevitaw sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kunflitt ta’ interess;

21.

Iqis li mhux se jkun xieraq li jinħoloq organu konsultattiv wieħed għad-detenturi ta’ karigi pubbliċi kollha tal-UE, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika tal-Membri tal-Parlament Ewropew li, huma eletti direttament miċ-ċittadini;

22.

Jemmen madanakollu, li kull istituzzjoni għandha tadotta regoli dwar l-etika professjonali għall-Membri tagħha u skond in-natura speċifika ta’ kull istituzzjoni u skond il-prattiki attwali li jittrattaw l-interessi finanzjarji relevanti kollha.:

23.

Jirrakkomanda li r-regoli ta’ etika professjonali ta’ kull istituzzjoni għandhom jittrattaw ukoll ir-responsabilità politika, finanzjarja u legali ġenerali tal-Membri tagħha;

24.

Ifakkar li, bħala tweġiba għar-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza riċenti tal-Parlament, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja riċentement adottat kodiċi ta’ kondotta (5) għall-imħallfin tagħha; jiġbed l-attenzjoni li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed teżamina wkoll kwistjonijiet relatati fil-kuntest tal-eżami “inter pares” dwar l-irwol futur tagħha;

25.

Jaqbel mal-Ombudsman Ewropew (każ 3269/2005/TN) li l-iżvelar tal-ismijiet tal-lobbyists individwali li jagħmlu laqgħat mal-Kummissarji huwa essenzjali;

Irkupri, revoki ta’ rkupri

26.

Jiġbed l-attenzjoni li t-terminu “irkupru” tkopri erba’ tipi ta’ proċedura:

l-irkupru ta’ somom li għadhom ma tħallsux mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet agrikoli jew korpi li qed jipparteċipaw f’azzjonijiet strutturali, fl-isfond ta’ diversi żbalji kawża ta’ negliġenza jew li xi drabi huma intenzjonati,

irkupru ta’ multi imposti mill-Kummissjoni dwar organizzazzjonijiet jew Stati Membri,

irkupru ta’ riżorsi propji mill-Istati Membri, skond il-proċedura normali għall-irkupru ta’ somom ta’ rkupru li jridu jitħallsu,

irkupru ta’ somom mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Komunità meta ma jkunx ġie osservat kuntratt jew ftehima ta’ sussidju;

27.

Itenni d-dispjaċir tiegħu, kif muri f’paragrafu 36 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-irkupru ta’ fondi tal-Komunità (6), li informazzjoni dwar irkupri ta’ fondi tal-Komunità huwa eskluż mill-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli għall-awtorità baġitarja u fl-aħħar mill-aħħar għall-pubbliku, l-ismijiet u l-ammonti ta’ irkupri li jridu jitħallsu jew li jridu jiġu kreditati lill-baġit tal-UE, kif ukoll id-destinazzjoni finali ta’ dawn is-somom;

28.

Jiġbed l-attenzjoni li skond ir-Rapport Annwali tal-2006 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 (7) (paragrafu 2.24), “informazzjoni dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji preżentati [mill-Kummissjoni] fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2006 ma tinkludix biżżejjed spjegazzjonijiet”; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni affidabbli u kompleta dwar korrezzjoni ta’ żbalji u evidenza dwar liema korrezzjonijiet għamlet;

29.

Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament, f’intervalli regolari, u possibilment, tippubblika fuq il-websajt tagħha, rendikont ġenerali tal-ammonti pendenti li jridu jiġu rkuprati maqsuma f’totali għal kull Direttorat Ġenerali (DG) u t-tul ta’ żmien li ilu pendenti kull ammont;

30.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li kien ippublikat bħala anness għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM2007)0274) sommarju ta’ revoki ta’ rkupri ta’ ammonti stabbiliti riċevabbli fl-2006, li jistabbilixxi sinteżi tal-immaniġġjar tal-kisbiet tal-Kummissjoni fl-2006; jiġbed l-attenzjoni li t-total ta’ rkupri revokati (ammonti iktar minn EUR 100 000) kien EUR 23 038 784 għall-baġit tal-KE u EUR 6 549 996 għall-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF);

31.

Jiġbed l-attenzjoni li s-servizzi tal-Kummissjoni jistabbilixxu 10 000 ordni ta’ rkupru kull sena u li d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tagħha kull tliet xhur jipprepara bilanċi ta’ ammonti pendenti li jridu jintbagħtu lid-Direttorati Ġenerali rilevanti biex isir l-irkupru;

32.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni fil-kontijiet provviżorji tal-2006 (volum 1, pp. 67-71) ta’ kapitolu dwar l-irkupru ta’ nefqa fin-noti għall-’outturn account’ ekonomiku; jiġbed l-attenzjoni li l-valur totali ta’ ordnijiet ta’ rkupru fl-2006 kien ta’ EUR 634 000 000; jittama li l-Kummissjoni fil-futur se tagħmel titjibiet ulterjuri fuq dawn il-linji bil-għan li tiżdied it-trasparenza;

Kompożizzjoni ta’ gruppi ta’ esperti konsulenti tal-Kummissjoni

33.

Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni waqqfet reġistru (http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/) ta’ gruppi esperti, deskritti bħala organi konsultattivi formali u informali stabbiliti jew permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew b’mod informali mis-servizzi tal-Kummissjoni biex jassistu lill-Kummissjoni u s-servizzi tagħha fil-preparazzjoni tal-proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki;

34.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenji mogħtija mill-Viċi-President Kallas fuq talba tal-Kumitat tiegħu dwar il-Kontroll Baġitarju, li b’effett mill-2008:

l-ismijiet tal-membri kollha tal-gruppi kemm formali u kemm informali se jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli permezz ta’ reġistru ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni,

għall-esperti u supplenti, kollha kif ukoll bħala osservaturi meta l-parteċipazzjoni għandha effett baġitarju, se jiġu żvelati u jkunu disponibbli pubblikament permezz tar-reġistru tal-gruppi ta’ esperti, l-isem, it-titolu professjonali, is-sess, il-pajjiż u fejn applikabbli l-korp rappreżentat sakemm ikun hemm provi leġittimi biex dan ma jseħħx,

id-datapersonali li ma tiġix żvelata fuq din il-bażi tista’ tingħata lill-Parlament Ewropew, skond kull każ individwali, mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (8) skond id-dispożizzjonijiet relevanti f’Anness I tal-Ftehima ta’ Qafas,

se jiġi applikat mekkaniżmu ta’ riċerka avvanzat li jippermetti lill-utent ifittex il-kliem ewlenin fil-metadatakollha u, pereżempju, biex ifittex għan-numru ta’ esperti, skond il-pajjiż, skond il-kompożizzjoni;

35.

Jiġbed l-attenzjoni li r-reġistru ta’ gruppi ta’ esperti ma jkoprix:

esperti indipendenti nkarigati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ qafas għar-riċerka u l-iżvilupp,

kumitati għad-djalogu soċjali settorjali u mal-industrija kollha (li minnhom madwar 70 kienu attivi fl-2005),

“kumitati ta’ komitoloġija” li jassistu lill-Kummissjoni fl-oqsma politiċi fejn il-Kummissjoni għandha l-poter biex temenda l-leġiżlazzjoni (li minnhom kien hemm total ta’ 250 fl-2004),

entitajiet konġunti li ġejjin minn ftehimiet internazzjonali (li minnhom kien hemm total ta’ 170 li kienu attivi fl-2004);

36.

Ma jaqbilx mal-konklużjoni ġenerali ta’ dawn il-gruppi mir-reġistru u jistenna li l-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li fir-reġistru jkun hemm elenkati l-gruppi esperti kollha, inkluża informazzjoni dwar il-membri tal-kumitati ta’ komitoloġija, l-esperti individwali, biex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-istess approċċ trasparenti għas-sħubija ta’ dawn il-kumitati esperti u għalhekk l-iżvelar ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx hemm provi leġittimi biex dan ma jseħħx skond kull każ individwali;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel reviżjoni fil-fond tal-kompożizzjoni tal-gruppi esperti tagħha qabel tmiem l-2008 u tieħu azzjoni biex tiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata tal-gruppi interessati fis-sħubija tal-gruppi ta’ esperti.

38.

Jinsisti li qabel l-aħħar tal-2008, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa proċess trasparenti u inklużiv għall-għażla ta’ membri ta’ gruppi ġodda ta’ esperti, u għandha tinforma lill-Parlament mhux aktar tard minn Frar 2009 dwar il-kriterji l-ġodda tal-għażla;

Tmexxija fl-istituzzjonijiet u r-rapporti ta’ attività annwali tagħhom

39.

Jirrikonoxxi li element importanti ta’ tmexxija tajba ta’ entitajiet korporattivi jew istituzzjonijiet tal-UE hija d-disponibilità għall-partijiet ikkonċernati kollha u għall-pubbliku ġenerali ta’ informazzjoni dwar immaniġġjar finanzjarju li tkun tinftiehem faċilment mill-qarrej medju;

40.

Jirrikonoxxi li l-pożizzjoni ġiet trasformata mid-dħul fis-seħħ fl-2003 tar-Regolament Finanzjarju rivedut permezz tal-obbligu li jiġu preparati rapporti ta’ attività annwali, li fil-prattika jipprovdu informazzjoni ddettaljata tal-ħidma interna tal-istituzzjonijiet;

41.

Jifraħ lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ attività annwali (2004, 2005, 2006) tad-Diretturi Ġenerali tagħha u servizzi oħra u r-Rapport fil-Qosor tal-Kummissjoni: Riżultati tal-Politika fl-2006 (COM(2007)0067) fuq il-websajt tagħha http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/index_en.htm;

42.

Jiġbed l-attenzjoni li skond il-Kummissjoni, ir-Rapport fil-Qosor u r-rapporti ta’ attività annwali huma l-bażijiet u l-pilastri tal-istruttura ta’ kontabilità tal-Kummissjoni (COM(2006)0277), u, minħabba li d-Diretturi Ġenerali u l-Kummissjoni bħala kulleġġ jassumu r-responsabilità politika tagħhom għall-immaniġġjar ta’ dawn ir-rapporti, jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri serji biex tagħti informazzjoni sħiħa dwar kif jintużaw 80 % tal-fondi tal-UE (immaniġġjar komuni), minħabba li kuntrarju għal dan, is-sistema ta’ kontabilità tagħha tkun tidher defiċjenti;

43.

Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-ħruġ ta’ Stqarrijiet Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni mill-Istati Membri li se jippermettulha li tassumi responsabilità politika sħiħa tal-immaniġġjar finanzjarju kollu tal-UE; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tiddependi iktar fuq ix-xogħol tal-uffiċċji tal-verifika nazzjonali u fuq il-verifiki esterni;

44.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman Ewropew kollha jissottomettu rapport ta’ attività annwali lill-awtorità ta’ kwittanza;

45.

Huwa tal-opinjoni li r-rapporti ta’ attività annwali tal-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jitpoġġew fuq il-websajts pubbliċi fl-interess ta’ trasparenza ikbar;

Lista sewda ta’ frodisti

46.

Ifakkar li waħda mill-kwistjonijiet eżaminati mill-Kummissjoni fix-xogħol preparatorju tagħha dwar trasparenza (SEC(2005)1300) kienet jekk il-frodi jistgħux jiġu evitati jekk ikun hemm trasparenza ikbar dwar ir-riżultati ta’ investigazzjonijiet u jekk il-Kummissjoni għandhiex tistabbilixxi u tippubblika “lista sewda” ta’ każijiet ikkonfermati ta’ frodi għad-diżunur tal-individwu kkonċernat;

47.

Jiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-lista s-sewda ta’ frodisti qed tiġi trattata b’mod estensiv fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni (SEC(2005)1300), hija ma kinetx inkluża kemm fil-Green Paper tal-Kummisjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea dwar it-Trasparenza u kemm fil-komunikazzjoni li segwiet;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kif “lista sewda” pubblika ta’ każijiet ta’ frodi kkonfermati u l-entitajiet warajhom tista’ titwaqqaf għad-diżunur tal-isem ippublikat kif ukoll biex il-pubbliku jkun infurmat dwar ir-riżultati tal-isforzi tal-Komunità kontra l-frodi;

49.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Parlament Ewropew fl-1997, introduċiet sistema ta’ twissija bikrija (EWS) b’ħames livelli differenti ta’ twissija biex tassisti lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ entitajiet li jippreżentaw riskji finanzjarji u oħrajn; jiġbed l-attenzjoni li din is-sistema tkopri kemm “l-immaniġġjar ċentralizzat” (kuntratti u għotjiet immaniġġjati direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni) u kemm l-“immaniġġjar deċentralizzat” (immaniġġjat minn pajjiżi terzi); madanakollu, l-EWS għadha ma tkoprix la l-fondi tal-UE immaniġġjati minn sħubija ma’ Stati Membri (“immaniġġjar komuni”, prinċiparjament il-politika agrikola komuni u l-fondi strutturali) u lanqas fondi delegati lil organizzazzjonijiet internazzjonali (“immaniġġjar konġunt”);

50.

Jiġbed l-attenzjoni li skond is-sejbiet ewlenin tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport annwali tal-2006, żbalji ta’ konformità (pereżempju l-proċedura tal-għoti ta’ kuntratti kienet nieqsa jew mhux valida) kienu l-kawża ewlenija ta’ irregolaritajiet fil-qasam tal-politiki strutturali u minħabba li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE huwa objettiv essenzjali, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar it-tipi ta’ irregolaritajiet jew frodi li huma l-iktar komuni waqt il-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u dwar ir-raġunijiet għalihom;

51.

Jiġbed l-attenzjoni li għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ dejta, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi tal-entitajiet ikkonċernati, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju li jawtorizza l-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjonijiet EWS huma strettament kunfidenzjali;

52.

Ifakkar li skond l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju, għandha titwaqqaf bażi ta’ dataċentrali tal-kandidati u l-entitajiet li tefgħu offerta (tenderers) li ġew esklużi (b’konformità mar-regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-datapersonali), bażi ta’ datali għandha tkun immaniġġjata mill-istituzzjoniet u l-aġenziji kollha u li għandha l-għan li tibda topera mill-1 ta’ Jannar 2009;

53.

Jerġa’ jtenni l-bżonn urġenti għall-kodiċi tal-etika għall-OLAF, bil-għan li tkun garantita l-preżunzjoni tal-innoċenza f’każ ta’ benefiċjarji li kienu suġġetti għal proċedura ta’ investigazzjoni twila u preġudizzjarja u li nħellsu minn kull akkuża mill-qrati iżda li ma jirċievu l-ebda kumpens għad-dannu li jkun sar għar-reputazzjoni tagħhom u għat-telf li jkunu ġarrbu;

54.

Jiġbed l-attenzjoni li l-Istati Membri jeħtieġu jikkomunikaw informazzjoni lill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni kompetenti dwar kandidati u entitajiet li tefgħu offerti li ġew esklużi; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni li l-bażi ta’ datamhux se tkun pubblika, iżda se tkun limitata għall-istituzzjonijiet tal-UE, għall-aġenziji eżekuttivi u għall-aġenziji regolatorji (Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzjarju);

*

* *

55.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-istituzzjonijiet.


(1)  Regolament tal-Kunsill (EC Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).

(2)  Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(3)  Fond Ewropew għall-Garanzija tal-Agrikoltura.

(4)  Proposta għal Ftehima bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat għar-Reġjuni biex jitwaqqaf Grupp Konsultattiv dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika (SEC(2000)2077).

(5)  ĠU C 223 22.9.2007, p. 1.

(6)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 125.

(7)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

(8)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ datapersonali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data(ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1).


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/8


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapporti annwali 2005 u 2006

P6_TA(2008)0052

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapporti annwali 2005 u 2006 (2006/2268(INI))

2009/C 184 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF),

wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' Lulju 2006, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat “Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapport annwali 2005’ (COM(2006)0378), inklużi l-annessi (SEC(2006)0911 u SEC(2006)0912) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tas-6 ta' Lulju 2007, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat “Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Rapport annwali 2006’ (COM(2007)0390), inklużi l-annessi (SEC(2007)0930 u SEC(2007)0938) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività tal-OLAF għall-2005 (1),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività tal-OLAF għall-2006 (2),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF għall-perjodu Diċembru 2005 sa Mejju 2007 (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 (4),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 276(3) u 280(5) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u kontra irregolarijiet oħra (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6–0009/2008),

A.

wara li kkunsidra s-sustanza tal-Artikolu 280(1) u (2) tat-Trattat KE,

B.

billi l-Artikolu 53(b)(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (8) (ir-Regolament Finanzjarju) jistipula dan li ġej:

‘2.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:

a)

jaċċertaw lilhom infushom li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li dawn jiġu implimentati b'mod korrett;

b)

jipprevjenu u jindirizzaw l-irregolaritajiet u l-frodi;

c)

jirkupraw fondi mħallsa b'mod ħażin jew użati b'mod mhux korrett jew fondi mitlufin bħala riżultat ta' irregolaritajiet jew żbalji;

d)

jiżguraw, permezz ta' regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f'konformità mal-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern, (…)’

Ammont ta' irregolaritajiet notifikati

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-rapporti dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u b'mod partikolari r-rapport dwar is-sena finanzjarja 2006, saru aktar analitiċi; madankollu, jinnota li l-istatistiki joqogħdu fuq strutturi nazzjonali li huma differenti ħafna, b'sistemi amministrattivi u ġudizzjarji u sistemi ta' sorveljanza u ta' spezzjonijiet differenti;

2.

Jitlob li r-rapporti annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u r-rapporti mfassla mill-Parlament fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti jiġu inklużi fl-aġenda tal-Kunsill, u li l-Kunsill sussegwentement jgħaddi l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni;

3.

Jinnota li fl-oqsma tar-riżorsi proprji, in-nefqa agrikola u l-azzjonijiet strutturali tal-Istati Membri, l-irregolaritajiet li ġew innotifikati fl-2006 ammontaw għal EUR 1 143 miljun (ikkumparati ma' EUR 1 024 miljun fl-2005, EUR 982.3 miljuni fl-2004, EUR 922 miljun fl-2003 u EUR 1 150 miljun fl-2002); l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2006 jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:

riżorsi proprji: EUR 353 miljun (EUR 328,4 miljuni fl-2005, EUR 212,4 miljuni fl-2004, EUR 269,9 miljuni fl-2003 u EUR 367 miljun fl-2002),

garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF): EUR 87 miljun (EUR 102 miljun fl-2005, EUR 82,1 miljun fl-2004, EUR 169,7 miljuni fl-2003 u EUR 198,1 miljun fl-2002),

azzjonijiet strutturali: EUR 703 miljun (EUR 601 miljun fl-2005, EUR 694,5 miljuni fl-2004, EUR 482,2 miljuni fl-2003 u EUR 614,1 miljun fl-2002);

jinnota wkoll li fil-qasam tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni, l-irregolaritajiet li ġew notifikati ammontaw għal EUR 12,32 miljuni (EUR 17,6 miljuni fl-2005);

4.

Jikkunsidra li hemm ħafna fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-varjazzjonijiet annwali fl-impatt finanzjarju tal-irregolaritajiet;

5.

Jenfasizza li n-numru kbir ta' irregolaritajiet li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux neċessarjment jimplika livell għoli ta' frodi; jista' juri wkoll li l-arranġamenti tas-sorveljanza li hemm fis-seħħ huma effettivi u li hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-rapport annwali tagħha għall-2006, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta' din il-koperazzjoni;

Analiżi ġenerali

6.

Jinnota li, fir-rigward tar-riżorsi proprji, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet żdied b'7 %minn EUR 328 miljun fl-2005 għal EUR 353 miljun fl-2006; il-prodotti li kienu affettwati l-aktar mill-irregolaritajiet kienu t-televixins (EUR 69 miljun fl-2005; EUR 62.3 miljuni fl-2006) u s-sigaretti (EUR 30.9 miljuni fl-2005; EUR 27.6 miljuni fl-2006); in-numru ta' każijiet fl-Italja (+122 %) u fl-Olanda (+81 %) żdied b'mod konsiderevoli; EUR 113.4 miljuni (32 %) ġew irkuprati fl-2006;

7.

Jinnota li, fir-rigward tan-nefqa agrikola, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet naqas b'EUR 105 miljun fl-2005 għal EUR 87 miljun fl-2006; Spanja, Franza u l-Italja kienu responsabbli għal 57.2 %tal-irregolaritajiet, jew total ta' EUR 64.9 miljuni, filwaqt li s-setturi li kienu affettwati l-aktar kienu l-iżvilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;

8.

Jilqa' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005, dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (9) (CAP) li għandu l-għan li jipprovdi qafas legali ssimplifikat u iktar effettiv sabiex l-Istati Membri jirkupraw il-ħlasijiet irregolari; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-applikazzjoni ta' dak l-att u sabiex tippreżenta rapport lill-Parlament;

9.

Huwa inkuraġġut li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), li permezz tagħha jiġu pproċessati 68 %tal-operazzjonijiet, qed taħdem tajjeb u għamlitha possibbli li jiġi identifikat proporzjon kbir ta' irregolaritajiet;

10.

Jinnota, bi tħassib, li l-livell ta' rkupru tas-somom imħallsa bla bżonn għadu baxx u jvarja bejn l-Istati Membri u, minħabba li ċ-ċans ta' rkupru jonqos maż-żmien, jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rata ta' rkupru tas-somom imħallsa bla bżonn;

11.

Huwa tal-opinjoni li, meta fi Stat Membru speċifiku l-irkupru jibqa' baxx b'mod sistematiku, il-Kummissjoni għandha tapplika miżuri korrettivi;

12.

Jiżgura lill-Kummissjoni dwar l-appoġġ sħiħ tiegħu fl-applikazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni dwar is-sospensjoni ta' pagamenti, u jħeġġeġ li l-iffinanzjar tal-CAP għandu jkun suġġett ukoll għall-istess proċedura bħall-miżuri li diġà bdew (10) fil-każ tan-nuqqas ta' trasferiment ta' fondi fejn il-Kummissjoni m'għandhiex garanzija assoluta tal-affidabilità tas-sistemi ta' mmaniġġjar u kontroll tal-Istat Membru li jkun il-benefiċjarju ta' dawn il-fondi;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistemi ta' monitoraġġ relatati mal-pagamenti tal-bdiewa fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tat-Task Force Irkupru (11), li rnexxielha ssolvi numru kbir ta' irregolaritajiet mis-snin preċedenti (mill-1971 sa l-2006: EUR 3 061 miljun); għaldaqstant, l-Istati Membri rkupraw EUR 898 miljun, u EUR 1 200 miljun ġew imħallsa permezz tal-proċedura ta' “approvazzjoni tal-kontijiet”; madankollu, jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikunu iktar viġilanti sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u sabiex jiġu rkuprati l-flus;

15.

Jinnota l-adozzjoni mill-Kummissjoni tat-tieni rapport tagħha dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-“blacklist” (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1469/95 (12)), u jistieden dibattitu usa', fl-istituzzjonijiet tal-UE, dwar il-prospettivi għall-futur, b'żieda sostanzjali fil-pieni għall-Istati Membri li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-pagament lura ta' somom imħallsa bla bżonn minħabba li dan huwa l-aktar approċċ ovvju;

16.

Jinnota li l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet rigward l-azzjonijiet strutturali żdied bi 17 %, minn EUR 601 miljun fl-2005 għal EUR 703 miljun fl-2006 (Fondi Strutturali EUR 517 miljun, Fondi ta' Koeżjoni EUR 186 miljun); dawn l-irregolaritajiet kienu prinċipalment (75 %) relatati mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (l-ERDF); Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit kienu responsabbli għal madwar 85 %tal-ammont affetwat (EUR 438.1 miljun) relatat mal-Fondi Strutturali 2006; f'ħafna każijiet il-benefiċjarji kienu ffatturaw għal spejjeż mhux eliġibbli; id-dettalji ġew żvelati wara l-verifika tad-dokumenti;

17.

Jiddispjaċih li, mill-95 proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali u vverifikati matul il-perjodu ta' għoti ta' programmazzjoni attwali, 60 kienu affettwati minn żbalji materjali fl-infiq iddikjarat tal-proġett, li jirrappreżentaw żieda fin-numru ta' irregularitajiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jikkunsidra li għandu jiġi vverifikat numru ikbar ta' proġetti sabiex il-konklużjonijiet miksuba jippermettu l-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet ċari sabiex jittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju;

18.

Jinnota li EUR 266.5 miljuni minn total ta' EUR 703 miljun għad iridu jiġu rkuprati għall-2006, filwaqt li għas-snin preċedenti għad iridu jiġu rkuprati EUR 762 miljun; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitati kompetenti tal-Parlament darbtejn fis-sena dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri speċifiċi meħuda sabiex jiġi aċċellerat l-irkupru tal-ammonti pendenti;

19.

Jinnota li, fir-rigward tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni, l-impatt finanzjarju naqas minn EUR 26.5 miljuni fl-2005 għal EUR 12.3 miljuni fl-2006; l-iktar żbalji frekwenti kienu l-iffatturar għal spejjeż mhux eliġibbli u n-nuqqas ta' konformità mal-kundiżżjonijiet kuntrattwali jew regolatorji; EUR 11-il miljun ġew irkuprati minn meta ddaħħlu l-fondi, iżda għad iridu jiġu rkuprati EUR 14-il miljun;

20.

Il-Parlament għadu konvint li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluża l-Qorti tal-Awdituri, iridu jaslu għal ftehim politiku dwar “rata ta' żbalji tollerabbli” jekk qatt trid tinlaħaq dikjarazzjoni pożittivi ta' assigurazzjoni;

Punti dgħajfa

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapport annwali tal-2008 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, tinkludi analiżi tal-istrutturi tal-Istati Membri li huma involuti fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet; din l-analiżi għandha tagħti tweġibiet, fost affarijiet oħra, għall-mistoqsijiet li ġejjin sabiex il-Parlament ikollu stampa iktar ċara tal-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tan-netwerk għal kontra l-frodi:

liema huma l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri involuti f'dan l-eżerċizzju?

kif jorganizzaw il-koperazzjoni tagħhom?

x'setgħat ta' spezzjoni għandhom l-awtoritajiet nazzjonali?

dawn l-awtoritajiet nazzjonali joperaw fuq bażi ta' pprogrammar annwali?

huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-objettivi li għandhom jintlaħqu fl-attività ta' monitoraġġ tagħhom?

l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-użu tal-fondi tal-UE?

kif jikkoperaw mal-OLAF u b'liema mod jiġu kkomunikati s-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni?

għal-liema databases Ewropej għandhom aċċess dirett?

liema huma d-databases nazzjonali li l-Kummissjoni għandha aċċess għalihom?

x'inhuma l-ispejjeż stmati tal-kontrolli?

x'inhuma l-mekkaniżmi għar-rapportaġġ tal-irregolaritajiet?

x'hini s-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tindika, fir-rigward tas-settur tar-riżorsi proprja, liema huma l-azzjonijiet ulterjuri tagħha li bi ħsiebha twettaq biex jintemmu l-importazzjonijiet frodulenti tat-televiżjonijiet, tas-sigaretti u tal-prodotti ffalsifikati b'mod ġenerali; f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-OLAF irnexxielu jiftaħ uffiċċju fiċ-Ċina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tintensifika l-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura fil-kuntest tar-rapport annwali għall-2007 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li se jiġi ppubblikat f'Lulju tal-2008, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħuda fuq il-bażi tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità, l-Istati Membri u l-kumpanija Philip Morris dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament dwar is-Sistema tat-Tranżitu Komunitarju (13);

23.

Iqis li huwa fatt kompletament inaċċettabbli li għal ħafna snin il-Ġermanja u Spanja ma għaddewx l-informazzjoni lill-Kummissjoni, f'forma elettronika, dwar l-irregolaritajiet rigward in-nefqa agrikola; barra minn hekk, jinnota li dawn iż-żewġ pajjiżi huma responsabbli għal 38 %(EUR 33.2 miljuni) tal-irregolaritajiet u li l-Ġermanja m'għadhiex tipprovdi dettalji dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti, minkejja l-obbligu biex tagħmel hekk; b'konsegwenza ta' dan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawn iż-żewġ Stati Membri u biex iżżomm 10 %tal-ħlasijiet agrikoli sakemm issir il-proċedura; jistieden liċ-chairman tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;

24.

Iqis li l-perjodu ta' 39 xahar bejn meta titwettaq irregolarità u meta din tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni m'huwiex aċċettabbli, minħabba li dan id-dewmien iwassal biex l-irkupru jkun aktar diffiċli; jistaqsi lill-Kummissjoni dwar x'kienu l-miżuri li ħadet biex isejjaħ għall-ordni lill-Istati Membri; jinnota li l-azzjonijiet tal-Istati Membri jindikaw ċertu livell ta' kompjaċenza;

25.

Jistaqsi x'kienu l-miżuri li ħadet il-Kummissjoni biex tnaqqas in-numru ta' irregolaritajiet fis-setturi tal-iżvilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni soda jekk il-Greċja tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta' azzjoni għall-introduzzjoni tal-IACS (14); jixtieq li jkun infurmat dwar l-ammont totali ta' għotjiet/għajnuniet li tħallsu s'issa mill-baġit tal-Komunità lill-Greċja biex twaqqaf l-IACS u dwar jekk dan l-ammont jistax jiġi rkuprat jekk is-sistema ma tkunx kompletament operazzjonali sa Settembru 2008;

27.

Jinnota li, fir-rigward tal-azzjonijiet strutturali, 84 %tal-irregolaritajiet kollha ġew irreġistrati fl-Italja (2006: EUR 228.2 miljuni), fi Spanja (2006: EUR 85.7 miljuni), fir-Renju Unit (2006: EUR 59.8 miljuni), fil-Portugall (2006: EUR 37.2 miljuni), u fil-Ġermanja (2006: EUR 27.2 miljuni); barra minn hekk, jinnota li la l-Ġermanja u l-anqas Spanja ma jużaw il-modulu elettroniku tas-sistema ta' informazzjoni għal kontra l-frodi u li l-Ġermanja ma tibgħatx data dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti; jistieden liċ-chairman tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;

28.

F'dan il-kuntest, iqis li l-perjodu ta' pprogrammar 2000-2006 wera li r-regoli kkumplikati wisq u s-sitemi ineffettivi ta' superviżjoni u kontroll ikkontribwew għall-irregolaritajiet li ġew aċċertati; barra minn hekk, jinnota li l-benefiċjarji ta' sikwiet irċevew il-pagamenti tard; għaldaqstant, jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li ġab ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006, li jistipula d-dispozizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (15); b'mod ġenerali, jitlob sabiex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti aktar fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi;

29.

Jinnota li fil-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi — rapport annwali 2004 (16), il-Parlament iddikjara li: “(…) fil-perjodu ta' rapportaġġ 2005, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-irregolaritajiet fir-rigward tal-azzjonijiet strutturali”; madankollu, jinnota li s-sitwazzjoni tidher li marret għall-agħar;

30.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti importanza partikulari għan-netwerks kriminali li jispeċjalizzaw fil-misapporprijazzjoni tal-fondi tal-UE;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll Baġitarju b'analiżi dettaljata tas-sistema jew sistemi użata/i mill-kriminalità organizzata, kemm jekk b'mod mafjuż u kif ukoll jekk le, biex jiddgħajfu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

32.

Jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar is-sejba li ġejja tal-President tal-Qorti tal-Awdituri: Is-sistemi ta' kontroll u superviżjoni fl-Istati Membri ġeneralment kienu ineffettivi jew moderatament ineffettivi, u s-superviżjoni tat-tħaddim tagħhom mill-Kummissjoni kienet biss moderatament effettiva (17);

33.

Għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-kwalità tas-sistemi ta' superviżjoni u kontrol tagħhom billi jadottaw, fuq livell politiku xieraq, dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar rigward l-infiq kollu tal-Komunità taħt tmexxija komuni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ attiv lil din l-idea u biex tirrapporta dwar il-progress miksub fir-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri xierqa, possibilment bl-inklużjoni ta' proċeduri ta' ksur, kontra dawk l-Istati Membri li ma jgħinux lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-twettiq tal-ispezzjonijiet fuq il-post kif stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96;

35.

F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex iqis l-inklużjoni ta' elementi li jorbtu u ta' prekawzjoni fil-leġiżlazzjoni futura tal-KE fir-rigward tat-tmexxija komuni sabiex il-ħlasijiet irregolari jkunu jistgħu jiġu rkuprati fit-tmiem tal-proċedura ta' rkupru, pereżempju billi Stat Membru jpoġġi garanzija mal-Komunitajiet sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jużaw il-fondi Ewropej;

36.

Jinnota li, fir-rigward tal-azzjonijiet strutturali, għad fadal iktar minn EUR 1 000 miljun li jridu jiġu rkuprati għall-2006 u s-snin ta' qabel;

37.

Jenfasizza r-responsabilità diretta tal-Istati Membri biex jiġu rkuprati fondi li l-ħlas tagħhom huwa affetwat b'irregolaritajiet; itenni l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-ħlasijiet interim lil Stati Membri f'każijiet ta' irregolarità serja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni xierqa għall-insuffiċjenza tas-sistemi ta' kontroll u mmaniġġar fl-Istati Membri u jfakkar li l-frodi u l-irregolaritajiet jippreġudikaw il-ħidma tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-proġetti strutturali;

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza, se tiġi ppubblikata informazzjoni dwar min jibbenefika mill-Fondi Strutturali, u jħeġġeġ sabiex fl-Istati Membri jiġi introdott obbligu li jorbot li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar proġetti u dwar dawk li jibbenefikaw mill-fondi kollha Komunitarji taħt tmexxija komuni;

39.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-telf finanzjarju li jirriżulta minn ammonti mitlufa b'mod definittiv, li l-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha;

40.

Jistieden ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, darba fis-sena, dwar is-sentenzi tal-qorti dwar l-użu qarrieqi tal-Fondi Strutturali;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni negattiva tal-ħidma tagħha mill-Qorti tal-Awdituri u biex tispjega x'passi ħadet biex ittejjeb, fl-Istati Membri, sitwazzjoni li tipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

42.

Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura aktar spiss lill-Istati Membri, filwaqt li tagħti dettalji kemm dwar kif użat l-informazzjoni rrapportata u kif ukoll dwar kif segwiet l-irregolaritajiet irrapportati;

43.

Jinnota li, rigward l-użu ta' fondi għal qabel l-adeżjoni, il-Bulgarija (2006: EUR 1.7 miljuni), il-Polonja (2006: EUR 2.4 miljuni), il-Rumanija (2006: EUR 5.5 miljuni), u s-Slovakkja (2006: EUR 1.9 miljuni) kienu responsabbli għal 94 %tal-irregolaritajiet; jinnota li, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-bżonn ta' interpretazzjoni komuni u applikazzjoni uniformi tal-linji gwida u d-dokumenti ta' ħidma; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tindika x'kienu l-miżuri li ħadet f'dan ir-rigward;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jidentifikaw b'mod aktar ċar, u mill-bidu nett, dawk l-irregolaritajiet li hemm suspett li jinvolvu approprazzjonijiet bla dritt u qarrieqa, minħabba li l-Istati Membri għad għandhom diffikultjiet minħabba li ma jafux b'mod preċiż x'jikkostitwixxi irregolarità jew frodi u x'hemm bżonn li jiġi rrapportat lill-Kummissjoni/OLAF, minkejja li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rapportaġġ trimestrali;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri fl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi CIGinfo (strument ta' komunikazzjoni ta' tagħrif dwar qbid ta' sigaretti) tal-OLAF; jemmen li dan is-sit amministrattiv uniku jista' jtejjeb l-iskambju tad-data (speċjalment dwar l-irregolaritajiet) bejn l-OLAF u l-Istati Membri ladarba s-sistemi nazzjonali u dawk Ewropej ikunu kompatibbli;

46.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit diġà ltaqa' darbtejn mal-kontropartijiet tiegħu mill-parlamenti nazzjonali; jemmen li l-laqgħat annwali tal-kumitati għall-kontroll tal-baġit tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu ta' importanza massima għat-titjib tas-sistemi ta' kontroll u ta' monitoraġġ tal-Istati Membri u biex tinkiseb dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar;

47.

Jixtieq jara l-aktar koperazzjoni mill-qrib bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali u reġjonali ta' verifika bil-għan li jiżdied l-użu tar-rapporti tagħhom għall-monitoraġġ tal-użu tal-fondi tal-UE fl-Istati Membri;

Rapporti tal-attività tal-OLAF

48.

Jinnota li l-OLAF ġie strutturat mill-ġdid fl-2006, filwaqt li ġie meqjus ir-Rapport Speċjali 1/2005 tal-Qorti tal-Awdituri; iqis li l-operazzjonijiet tal-OLAF għandhom jiġu evalwati mill-Parlament bħala parti mill-proċedura biex jiġi revedut ir-Regolament OLAF;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-database imsemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju tkun kompletament operazzjonali sa mill-1 ta' Jannar 2009;

50.

Jinnota li l-OlAF irċieva 802 notifika ġdida fl-2005, u 826 fl-2006; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sitema ta' evalwazzjoni għamlitha possibbli li jonqos in-numru ta' investigazzjonijiet miftuħa għal 254 każ, u fil-fatt, barra minn hekk, li, skond l-istatistiki, il-maġġoranza tal-investigazzjonijiet mitmuma kienu segwiti minn azzjoni amministrattiva, dixxiplinarja, finanzjarja, ġudizjarja jew leġiżlattiva; jinnota li l-impatt finanzjarju tal-każijiet kollha li hemm għaddejjin bħalissa u dawk magħluqa kien EUR 6 600 miljun fl-aħħar tal-2005 u EUR 7 400 miljun fl-aħħar tal-2006, u s-setturi affettwati l-aktar kienu l-Fondi Strutturali (2006: EUR 1 606,7 miljuni), is-sigaretti (2006: EUR 1 320,1 miljun), id-dwana (2006: EUR 989.8 miljuni), u l-VAT (2006: EUR 727.8 miljuni);

51.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara l-bażi legali xierqa għall-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-kumpaniji u tal-individwi li qarrqu bil-Komunità;

52.

Jilqa' l-mod kif l-OLAF informa lill-Parlament dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet magħluqa tiegħu; madankollu, jinnota li l-uffiċċji ta' prosekuzzjoni kkonċernati rrifjutaw li jieħdu azzjoni ta' segwitu f'20 każ (mill-134 każ fejn kien intalab segwitu ġudizzjarju) minħabba l-istatut ta' limitazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' provi;

53.

Madankollu, jiddispjaċih li l-OLAF ma reġax nieda d-djalogu dwar l-informazzjoni bil-miktub li l-kumitat kompetenti tal-Parlament jirċievi regolarment, kif kien mitlub fir-riżoluzzjoni hawn fuq msemmija tal-Parlament tal-15 ta' Ġunju 2006;

54.

Jinnota li, bħal fis-snin ta' qabel, il-maġġoranza tal-każi ġew irreġistrati fil-Belġju, fil-Ġermanja u fl-Italja;

55.

Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tal-11 ta' Ottubru 2007;

56.

Jinnota li fl-2006, ammont li jisboq EUR 450 miljun kien identifikat għall-irkupru b'konnessjoni mal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u li dan l-ammont ġie minn każijiet li ngħalqu fl-2006 (madwar EUR 114 miljun) u minn miżuri ta' segwitu li għaddejjin bħalissa (madwar EUR 336 miljun, prinċipalment mis-settur tal-agrikoltura (EUR 134.6 miljuni));

57.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-OLAF, l-Europol, l-Eurojust u ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali, li wieħed mill-għanijiet tagħhom huwa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; fl-istess ħin, jenfasizza li koperazzjoni bħal din trid tkun trasparenti u m'għandiex taffettwa l-indipendenza tal-OLAF;

58.

Jifhem li l-Kummissjoni tixitieq tillimita n-numru ta' verżjonijiet lingwistiċi tar-rapporti tiegħu minħabba raġunijiet ta' ekonomija; madankollu, jinsisti li kemm l-Anness 2 tar-rapporti annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u kif ukoll ir-rapporti tal-attività għandhom ikunu disponibbli tal-anqas darba fis-sena bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż;

Reviżjoni tar-Regolament OLAF

59.

Ifakkar lill-Kummissjoni li fil-paragrafu 30 tar-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tal-15 ta' Ġunju 2006 l-Parlament kien favur li “(…) is-setgħat investigattivi kollha tal-OLAF jingħaqdu f'regolament wieħed”, fl-istess ħin jenfasizza li l-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi ukoll jidher favur is-simplifikar tal-bażijiet legali attwali (18); għalhekk jistieden lill-OLAF biex jippreżenta, bħala kwistjoni ta' urġenza, analiżi tal-interoperabilità tal-bażijiet legali differenti li jagħtuh is-setgħa fil-kuntest tar-rapport ta' attività annwali tal-OLAF 2007, bil-għan li possibilment jiġu integrati s-sejbiet ta' din l-analiżi fir-reviżjoni futura tar-Regolament OLAF; f'dan il-kuntest jinnota l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona (19) jemenda wkoll l-Artikolu 280 tat-Tratta UE li jittratta l-ġlieda kontra l-frodi;

60.

Jinnota li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-27 ta' Novembru 2007 qatatha, fil-każ Tillack kontra l-Belġju (rikors Nru 20477/05) li l-istat Belġjan kiser l-Artikolu 10 (il-libertà tal-espressjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem meta wettaq tfiċċija fis-sede tal-ġurnalist; madankollu jinnota li la l-investigazzjonijiet amministrattivi preċedenti tal-OLAF u l-anqas dawk tal-Kummissjoni ma kienu s-suġġett tas-sentenza; f'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li, b'mod ġenerali, għandha tittieħed kull miżura xierqa biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni li jkunu qed jiġu investigati;

Il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

61.

Huwa ferm imħasseb minħabba t-telf finanzjarju kkawżat mit-tranżazzjonijiet tat-tip “karużell”; pereżempju, jinnota li l-Istitut Ġermaniż għar-Riċerka Ekonomika jpoġġi t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT għall-2003 sa l-2005 għal bejn EUR 17 000 miljun u EUR 18 000 miljun kull sena; li, fl-estrapolazzjoni ġenerali, l-Istati Membri jistmaw li jitilfu madwar 10 %mid-dħul tal-VAT tagħhom kull sena; u li terz ta' dan it-telf huwa attribwit għal tranżazzjonijiet transkonfinali tat-tip “karużell”;

62.

Barra minn hekk, jinnota li l-“House of Lords” tistma t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT fir-Renju Unit għall-2005 sa l-2006 għal madwar GBP 3 500 miljun u GBP 4 750 miljun, u dan ifisser tal-anqas GBP 9.6 miljuni kuljum; jikkwota r-rapport li jiddikjara li: “Il-mekkaniżmu attwali għat-tranżazzjonijiet fil-Komunità m'huwiex sostenibbli.” (20);

63.

Jinnota li l-irċevuti proprja biss jistgħu jitqiesu għall-ġbir tar-riżorsi proprji relatati mal-VAT;

64.

Huwa mħasseb ħafna minħabba li ħafna Stati Membri għadhom mhux qed juru ħeġġa biex iżidu l-koperazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali kompetenti u bejn il-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u s-servizzi nazzjonali;

65.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill rigward ċerti elementi essenzjali li jikkontribwixxu għat-twaqqif tal-istrateġija kontra l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE (COM(2007)0758); għalhekk, jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jieħu passi attivi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha;

66.

Jikkritika l-fatt li l-Kunsill għadu ma adottax pożizzjoni dwar il-proposta għal Regolament dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra (21), li kienet is-suġġett tal-ewwel qari fil-Parlament fit-23 ta' Ġunju 2005 (22); jistieden lill-President tiegħu biex jagħmel kuntatt mal-Presidenza tal-Kunsill bil-għan li jsir progress dwar din il-kwistjoni;

67.

Iqis li l-koperazzjoni mtejba bejn is-servizzi konċernati u mal-Kummissjoni (l-OLAF) hija essenzjali biex tiġi indirizzata l-frodi transkonfinali tat-tip “karużell”; iqis li, f'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni rigward il-VAT u l-koperazzjoni fil-qasam tal-analiżi tad-data, bl-assistenza tal-Kummissjoni (l-OLAF);

*

* *

68.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF u lill-OLAF.


(1)  http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/aar2005/doc/olaf_aar.pdf.

(2)  http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/doc/olaf_aar.pdf.

(3)  http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/sup-com_en.html.

(4)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.

(5)  ĠU C 273, 15.11.2007, p.1.

(6)  ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(9)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007., p.1.).

(10)  Il-Membru tal-Kummissjoni Danuta Hübner iddikkjarat, fi tweġiba bil-miktub lill-Kumitat fuq il-Kontroll Baġitarju, li “fl-2006, il-klejms ta' pagament tal-ERDF ġew miżmuma minn Spanja fi stennija għar-riżultati ta' verifiki tal-miżuri ta' rimedju. Eżempji oħrajn huma l-interruzzjonijiet ta' pagamenti ESF fl-2005 għal programmi kollha fl-Ingilterra, għal programmi tal-Objettiv 3 u għal xi programmi reġjonali fi Franza, u għal programmi fir-reġjuni tal-Calabria u ta' Sqallija fl-Italja, u fl-2006 għall-EQUAL fi Spanja u l-Italja”.

(11)  It-Task Force Irkupru (TFI) ġiet ikkreata kif imħabbar fil-Komunicazzjoni tal-Kummissjoni “It-Titjib tal-Irkupru ta' jeddijiet li jqumu mill-immanniġġar dirett u konġunt tal-infiq tal-Komunità” (COM(2002)0671 finali). It-TFI hija inizjattiva konġunta OLAF?AGRI preseduta mill-OLAF.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1469/95 tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1995, relatat mal-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta' benefiċjarji ta' operazzjonijiet iffinanzjati mill-EAGGF, Taqsima ta' Garanzija, (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 1).

(13)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0432.

(14)  Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006: 5.11. Għall-ħames sena konsekuttiva id-dikjarazzjioni tad-Direttur Ġenerali fiha riservazzjoni dwar implimentazzjoni mhux biżżejjed tal-IACS fil-Greċja. Għall-2006 il-Qorti ikkonfermat in-nuqqas kontinwu li jiġu implimentati kontrolli ewlenin, jiġifieri: l-immaniġġar ta' pretensjonijiet, il-proċeduri ta' spezzjoni, l-integrità tad-database tal-annimali u s-Sistema ta' Identifikazzjoni ta' Biċċiet ta' Art.

(15)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6)..).

(16)  ĠU C 300 E, 9.12.2006, p.508.

(17)  Preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fit-12 ta' Novembru 2007.

(18)  Ittra lid-Direttur tal-OLAF tat-2 ta' April 2007.

(19)  ĠU C 306, 17.12.2007, p. 127.

(20)  Punt 52 tar-rapport mill-“House of Lords” — Kumitat tal-Unjoni Ewropea, “Stopping the Carousel:” Frodi minn negozjanti mitlufin li ssir fl-UE, Dokument tal-HL 101,25 ta' Mejju 2007.

(21)  COM(2004)0509, wara emendata b'COM(2006)0473.

(22)  ĠU C 133 E, 8.6.2006, p.105.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/16


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej

P6_TA(2008)0053

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (2007/2185(INI))

2009/C 184 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu L-Ewropa Globali: Partenarjat aktar b'saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej (COM(2007)0183),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Ewropa Globali: Strumenti għad-Difiża tal-Kummerċ tal-UE f'ekonomija dinjija li qed tinbidel. Green Paper għal konsultazzjoni pubblika” (COM(2006)0763),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-UE mal-Indja (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar attivitajiet ta' anti-dumping, ta' kontra s-sussidji u ta' salvagwardja ta' pajjiżi terzi kontra l-Komunità (2004) (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Round ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi translatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina (6),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu Riformi ekonomiċi u kompetittività: il-messaġġi ewlenin tar-Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea 2006 (SEC(2006)1467),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona: Qafas ta' Politika għat-Tisħiħ tal-industrija tal-manifattura tal-UE — lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali” (COM(2005)0474),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kontribut għall-Kunsill tar-Rebbiegħa tal-2006 fir-rigward tal-Istrateġija ta' Liżbona (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu: “L-UE u ċ-Ċina: Partenarjat Imsaħħaħ, Responsabbiltajiet Ikbar” (COM(2006)0631) u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanja bit-titlu “Partenarjat Imsaħħaħ, Responsabbiltajiet Ikbar: Dokument ta' politika dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Partnerjat” (COM(2006)0632),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona — Politika Moderna tal-SMEs għat-Tkabbir u l-impjiegi” — (COM(2005)0551),

wara li kkonsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0002/2008),

A.

billi l-Unjoni Ewropa hija attur ewlieni fil-kummerċ dinji, u għandha tkompli turi tmexxija fis-sistema ekonomika dinjija sabiex tagħmilha aktar ġusta u li tirrispetta aktar id-drittijiet ambjentali u soċjali,

B.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar esportatur u l-akbar fornitur ta' servizzi fid-dinja, u għaldaqstant għandha interess qawwi li tiżgura li jinfetħu swieq ġodda għall-prodotti, servizzi u investimenti,

C.

billi l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li timplimenta strateġiji aktar ambizzjużi u li jaħsbu fil-ġejjieni sabiex jilqgħu l-isfidi tal-globalizzazzjoni u jikkonfrontaw kompetizzjoni akbar minn ekonomiji ewlenin li qed jitfaċċaw, filwaqt li jippreservaw il-mudell ekonomiku, reġjonali u soċjali Ewropew, u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali,

D.

billi l-ftuħ ekonomiku, kemm intern kif ukoll estern, huwa vitali għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir kif ukoll sabiex tinżamm il-kompetittività internazzjonali; billi għaldaqstant l-Unjoni Ewropea għandha, fil-qafas tal-istrateġija tal-aċċess għas-swieq, tkompli x-xogħol tagħha li tiftaħ is-swieq tal-UE kif ukoll li tinkoraġġixxi l-imsieħba kummerċjali tagħha sabiex ineħħu l-ostakoli tagħhom stess, filwaqt li jkompli jiftħu s-swieq tagħhom,

E.

billi l-aċċess adegwat għas-swieq ta' pajjiżi terzi ser jagħmilha possibbli li l-produtturi domestiċi tal-UE jibqgħu mexxejja fir-rigward ta' prodotti u servizzi b'valur miżjud għoli, sabiex titjieb l-innovazzjoni tal-prodotti tagħhom, tiġi promossa l-kreattività, jiġu mħarsa d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) u jintlaħqu ekonomiji ta' skala sinjifikanti,

F.

billi żviluppi fil-kummerċ internazzjonali jagħmel l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi importanti daqs id-difiża tas-swieq tal-UE minn prattiki kummerċjali inġusti,

G.

billi l-liberalizzazzjoni tas-suq u l-volum dejjem jikber ta' kummerċ jippromwovi l-kompetizzjoni internazzjonali, iżda jżid ukoll ir-riskju li l-esportazzjonijiet ikunu suġġetti għal ostakoli kummerċjali, li jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività internazzjonali ta' kumpaniji tal-UE,

H.

billi l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE hi indubbjament affettwata minn aġir protezzjonist li mhux ibbażat fuq ir-regoli tad-WTO, kemm jekk fil-Komunità u kemm jekk barra minnha,

I.

billi t-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ ċertament ser itejbu l-esportazzjonijiet Ewropej ta' prodotti u servizzi u jiggarantixxu tkabbir sod fl-ekonomija tal-UE,

J.

billi jeħtieġ jitqies il-ħarsien ineffettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' orġini, mill-imsieħba kummerċjali dinjija tal-Unjoni Ewropea,

K.

billi huwa importanti ħafna li ssir distinzjoni bejn ostakoli a priori u mhux ġustifikati għall-kummerċ, li jirriżultaw minn implimentazzjoni mhux koerenti ta' regoli tal-kummerċ bilaterali u multilaterali stabbiliti, u ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw mill-attività leġiżlattiva u amministrattiva leġittima ta' awtoritajiet pubbliċi li tkun tirriżulta minn oqsma oħra apparti l-kummerċ iżda li jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati fuq il-kummerċ,

L.

billi proċeduri tad-dwana tqal għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu, restrizzjonijiet sanitarji u fito-sanitarji mhux ġustifikati fi ħdan ir-regoli eżistenti tad-WTO, l-użu inġust ta' strumenti ta' difiża kummerċjali (TDIs), u ħarsien dgħajjef tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma b'mod ċar ostakoli a priori u mhux ġustifikati għall-kummerċ li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għas-swieq għal kumpaniji tal-UE,

M.

billi, minkejja d-diffikulta kbira li ssir stima b'eżattezza tal-ammont ta' kummerċ tal-UE li jiġi ostakolat minħabba restrizzjonijiet tas-suq ta' pajjiżi barranin, jidher ċar li l-ostakoli għall-kummerċ għandhom impatt sinjifikanti fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-esportazzjoni tal-UE,

N.

billi l-preżenza ekonomika tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali hija aktar b'saħħitha fil-pajjiżi industrijalizzati fejn id-domanda hija statika, iżda ħafna aktar dgħajfa f'inħawi li qed jikbru b'rata mgħaġġla u fi swieq li qed jitfaċċaw bħaċ-Ċina u l-Indja,

O.

billi l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali hija meqjusa li hi suq miftuħ ħafna u trasparenti li jaħdem b'mod serju kontra l-aġir anti-kompetittiv u jiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti għall-importazzjonijiet kollha indipendentement mill-oriġini tagħhom,

P.

billi t-tariffi għoljin għadhom jirrappreżentaw ostakolu sinifikanti għall-kummerċ, b'mod speċjali fir-rigward ta' pajjiżi ġodda ewlenin,

Q.

billi d-WTO hi l-unika forum effettiv għall-iżgurar ta' aċċess għas-swieq u għall-kisba ta' kummerċ ġust u ekwu globalment, għadha mhix regolata biżżejjed, u għadha ma torbotx biżżejjed; billi l-projezzjoni tal-mudell tal-governanza Ewropew għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri ta' regoli xierqa u ġusti u jiżgura sistema regulatorja aktar stabbli u aktar komprensiva għall-kummerċ dinji,

R.

billi hu fl-interess ġenerali tal-Kummissjoni li tiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki kummerċjali adottati mill-imsieħba tagħha jkunu konformi sa fejn hu possibbli mar-regoli tad-WTO u ma' regoli oħra internazzjonali,

S.

billi l-ostakoli għall-kummerċ u l-ostakoli interni ma jolqtux biss lill-kummerċ tal-prodotti iżda wkoll jeffettwaw b'mod sinjifikanti lill-kummerċ fis-servizz u lill-appalt pubbliku,

T.

billi s-soluzzjoni għall-problemi u effettività akbar fid-difiża tal-interessi u l-aspettattivi leġittimi tal-industrija ikunu ta' benefiċċju għall-Unjoni Ewropea wkoll f'termini ta' viżibilità u kredibilità,

U.

billi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda ta' Liżbona riveduta, l-industriji fl-UE jeħtieġ jiżviluppaw u jżommu pożizzjonijiet kompetittivi u stabbli fis-suq globali,

V.

billi din il-kompetittività, speċjalment għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), tiddependi dejjem aktar mir-riċerka, mill-iżvilupp, mill-innovazzjoni u mill-IPRs,

W.

billi żewġ prerekwiżiti ta' din il-kompetittività huma min-naħa waħda l-forniment sikur u assigurat tal-enerġija u min-naħa l-oħra l-aċċess mingħajr xkiel għan-negozji tal-UE għal iktar teknoloġiji moderni tal-informatika u tal-komunikazzjoni;

Ħarsa ġenerali

1.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess ta' strateġija aktar ambizzjuża ta' aċċess għas-swieq, maħsuba sabiex tiftaħ swieq dinjija ġodda għall-prodotti u s-servizzi Ewropej, aktarx li mhux biss se tkabbar l-irwol dinji tal-UE, iżda wkoll ser tipproteġi l-impjiegi eżistenti u toħloq impjiegi oħra fl-Ewropa, ittejjeb il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona;

2.

Ifakkar li l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi aċċess għas-swieq hija maħsuba speċifikament sabiex tindirizza ekonomiji żviluppati u ekonomiji li qed jitfaċċaw;

3.

Jenfasizza li l-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-esportazzjonijiet lejn ekonomiji żviluppati kif ukoll dawk li qed jitfaċċaw, sikwit hija mxekkla minn nuqqas ta' reċiproċità rigward il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-swieq, grad insuffiċjenti ta' konformità mar-regoli tal-kummerċ internazzjonali u l-proliferazzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-interessi kummerċjali leġittimi tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-prattiki kummerċjali abbużivi jew inġusti ta' pajjiżi terzi; hu tal-fehma li meta pajjiżi terzi jirristrinġu b'mod mhux ġustifikabbli lill-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea mill-aċċess għas-swieq tagħhom, l-Unjoni Ewropea għandha tirreaġixxi b'mod rapidu u sod;

5.

Jinnota l-importanza dejjem akbar ta' kwistjonijiet regulatorji fil-kummerċ internazzjonali; jitlob għal aktar konsistenza bejn ir-regoli u l-prattiki tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-imsieħba kummerċjali ewlenin tagħha; jenfasizza li l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti m'għandhiex twassal li jiddgħajjfu l-liġijiet tas-saħħa, tas-sikurezza, tal-ambjent u dawk soċjali fl-Ewropa, iżda li minflok twassal sabiex jibda l-proċess għall-adozzjoni ta' regoli aħjar mill-imsieħba kummerċjali ewlenin tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jadottaw approċċ fuq medda twila ta' żmien dwar it-tagħwiġ strutturali li, min-natura tiegħu, aktarx se jkompli jew ser jerġa' jfeġġ anke wara li l-Kummissjoni tkun ħadet passi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma tinjorax każijiet fejn ma tantx ikun hemm ċans ta' eliminazzjoni bikrija tal-ostakoli meta t-tneħħija tagħhom madankollu tkun meħtieġa sabiex terġa' toħloq kundizzjonijiet kummerċjali ekwi fi swieq barranin ewlenin;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-ksur serju u sistematiku tar-regoli tad-WTO jew tal-liġijiet kummerċjali internazzjonali oħra bħala li jirrikjedu rimedju f'waqtu u li tiżgura li l-infurzar ta' dan it-tip ta' regoli ma jkunx subordinat għal kunsiderazzjonijiet politiċi u ekonomiċi oħra ħlief dawk relevanti għall-każ innifsu;

8.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi terzi sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq is-sjieda barranija għal kumpaniji Ewropej u li jneħħu regoli diskriminatorji;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ suġġerit mill-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta' prijoritajiet għall-aċċess għas-swieq, iżda jħeġġeġ li jitqiesu kriterji oħra li jiżguraw li din l-inizjattiva ġdida tgħin lill-akbar numru possibbli ta' operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari lill-SMEs, li s-sopravivenza tagħhom b'mod inevitabbli tiddependi fuq id-definizzjoni ċara u l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u fuq restrizzjonijiet definittivi fuq il-qligħ ġenerat minn kumpaniji li jgawdu monopolji;

10.

Jenfasizza li suċċess fil-ġlieda kontra l-ostakoli kummerċjali ser tistimula l-investiment, il-produzzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja billi inter alia, tagħmel il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-swieq aktar trasparenti, prevedibbli u kompetittivi u tistabbilixxi jew issaħħaħ ir-rabta bejn l-Unjoni Ewropea u s-swieq internazzjonali;

11.

Jemmen li Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FTAs) mal-pajjiżi li huma fil-mira tal-Unjoni Ewropea mhumiex se jkollhom valur sakemm dawn ma jiżgurawx l-aċċess għas-swieq u progress reali għat-tnaqqis u għall-eleminazzjoni ta' ostakoli li mhumiex tariffi li, tajjeb li wieħed jiftakar, sikwit jgħawġu l-kummerċ aktar mill-ostakoli fil-forma ta' tariffi;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sħubija aktar b'saħħitha sabiex tipprovdi aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej, u b'mod partikulari sabiex jinkisbu riżultati konkreti għan-negozji Ewropej billi jitjieb l-aċċess għas-swieq fi swieq li qed jitfaċċaw fejn in-negozji Ewropej jiltaqgħu ma' ostakoli ġodda u kumplessi għan-negozju u l-investiment; u jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tikkoordina l-objettivi u l-għodod tal-politika tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea u tal-istrateġija għall-aċċess għas-swieq b'tali mod li din l-inizjattiva tikkontrolla b'mod effettiv il-potenzjal tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-kummerċ internazzjonali u tal-kompetittività globali;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikulari, il-proposti tal-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita sħubija aktar b'saħħitha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u n-negozji tal-UE bil-għan li tgħin b'mod dirett lill-operaturi ekonomiċi jegħlbu d-diffikultajiet konkreti li jsibu sabiex ikollhom aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi b'mod u f'qafas ta' żmien li jkun kompatibbli mar-realtà tan-negozju;

14.

Hu tal-fehma li l-Kummissjoni jista' jkollha rwol sinjifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ġdida ta' aċċess għas-swieq billi tiżgura grad xieraq ta' koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet fil-livell nazzjonali u dak Komunitarju, tikkontrolla riżorsi li kieku kienu jitferrxu u tiżgura difiża aktar effiċjenti tad-drittijiet u l-interessi tal-esportaturi Ewropej;

15.

Hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha irwol indispensabbli sabiex tiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ internazzjonali, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u b'konsiderazzjoni għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-bilanċ ta' kompetenzi eżistenti;

16.

Jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjonijiet perjodiċi kwalitattivi u kwantitattivi tar-riżultati tal-istrateġija tal-aċċess għas-swieq, sabiex tkun evalwata l-effettività tagħha; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa pjan ta' azzjoni xieraq għall-aċċess għas-swieq, u tippreżenta rapport annwali dwar l-aċċess għas-suq lill-Parlament li jkun simili għal dak li ġie ppreżentat diġà rigward it-TDIs;

17.

Iħeġġeġ lill-kumpaniji Ewropej, li b'mod leġittimu qed jikkompetu ma' xulxin fl-Unjoni Ewropea u barra minnha, sabiex jadottaw approċċ ta' koperazzjoni għall-istrateġija l-ġdida ta' aċċess għas-swieq, filwaqt li jqis li l-ftuħ ta' swieq barranin u ċ-ċertezza ta' kummerċ ħieles u ġust jaqdi l-interessi komuni tagħhom u b'hekk jirrikjedi sforzi komuni u koordinati;

18.

Jiddispjaċih li diversi rakkomandazzjonijiet raġonevoli u bbażati fuq esperjenza mill-komunità tan-negozju, trade-unions, għaqdiet tal-konsumaturi, u s-soċjetà ċivili ma ġewx meqjusa fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq bit-titlu “Ewropa Globali: sħubija aktar b'saħħitha biex jingħata aċċess għas-suq lil esportaturi Ewropej”; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet waqt l-implimentazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni;

Inizjattivi ta' aċċess għas-swieq fl-Unjoni Ewropea

19.

Jenfasizza l-ħtieġa għal koperazzjoni ulterjuri bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jaqsmu bejniethom l-informazzjoni u l-prattiki tajba; jistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu netwerks ta' helpdesks nazzjonali jew, jekk huwa xieraq, reġjonali, sabiex jiċċentralizzaw l-informazzjoni u l-pretensjonijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-interessi u l-ħtiġijiet tal-SMEs;

20.

Hu tal-fehma li l-effikaċja ta' dan it-tip ta' networks titjieb b'mod sinjifikanti jekk l-assoċjazzjonijiet tal-industrija nazzjonali u lokali, il-kmamar tal-kummerċ u aġenziji oħra għall-promozzjoni tal-kummerċ jipparteċipaw fil-proċess ta' stabbiliment ta' dawn in-networks;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-irwol tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Aċċess għas-Swieq (Market Access Advisory Committee — MAAC) u jiżguraw kuntatt permanenti mal-Kumitat tal-Artikolu 133 tat-Trattat KE), il-Kumitat ta' Regolamentazzjoni tal-Ostakoli għall-Kummerċ u kumitati relevanti oħra;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq sistema ta' djalogu permanenti li jippermetti lill-Istati Membri, u, meta jkun xieraq, lir-reġjuni u lill-partijiet konċernati oħra Ewropej li jaqsmu l-informazzjoni u jiddefinixxu l-istrateġiji u l-prijoritajiet;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan li ġej meta timplimenta l-istrateġija tagħha ta' aċċess għas-swieq:

li jinħatar aktar persunal ibbażat fi Brussell għall-unità li titratta kwistjonijiet ta' aċċess għas-swieq;

toħloq reġistru tal-ilmenti effettiv fi ħdan id-DĠ għall-Kummerċ;

tiżviluppa linji gwida strutturati għall-itrattar ta' kull kategorija ta' ostakoli li mhumiex tariffi;

toħloq help-desk għall-Istati Membri u l-kumpaniji (b'taqsima dedikata għall-SMEs) fi ħdan id-DĠ għall-Kummerċ;

tirrevedi u ttejjeb il-politika tal-komunikazzjoni relatata ma' servizzi ta' aċċess għas-swieq provduta mill-Kummissjoni, b'enfasi partikulari fuq l-SMEs;

iżżid in-numru ta' utenti potenzjali billi toffri informazzjoni bażika (pereżempju brochures u fuljetti) fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;

ittejjeb il-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Swieq (Market Access Database — MADB) sabiex din taqbel aktar mal-ħtiġijiet tan-negozju u jagħmluha aktar faċli għall-utenti;

ittejjeb il-koperazzjoni, il-koerenza u l-komunikazzjoni interni fost is-servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw kwistjonijiet ta' aċċess għas-swieq;

tiżgura l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-komunità tan-negozju fl-MAAC;

l-iżvilupp ta' linji gwida strutturati għall-prijoritajiet, fosthom liema swieq, setturi u barrieri għandha ssir enfasi fuqhom;

issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f'korpi internazzjonali ta' standardizzazzjoni, bħall-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);

Inizjattivi ta' aċċess għas-swieq f'pajjiżi terzi

24.

Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aktar strutturata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f'pajjiżi terzi li tagħmel possibbli użu aktar effiċjenti tar-riżorsi diplomatiċi u governattivi li jitrattaw kwistjonijiet ta' aċċess għas-swieq;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata mandat ċar u ambizzjuż lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll lit-Timijiet ta' Aċċess għas-Swieq li nħalqu issa li jinsabu f'pajjiżi terzi; itenni li l-istrateġija ta' aċċess għas-swieq ser tkun ta' suċċess biss jekk l-Istati Membri huma lesti li jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess, kemm umani kif ukoll finanzjarji, bi proporzjon għall-mezzi, l-interessi u l-objettivi tagħhom;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-koperazzjoni ma' kmamar tal-kummerċ Ewropej u aġenziji tal-promozzjoni tal-kummerċ tal-Istati Membri li qegħdin f'pajjiżi terzi u sabiex jiżguraw skambju ta' informazzjoni xieraq bejn id-delegazzjonijiet, l-ambaxxati tal-Istati Membri, korpi governattivi oħra tal-kummerċ barrani u assoċjazzjonijiet tan-negozju Ewropej li jkunu interessati;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tagħti prijorità lill-iskjerament u eventwalment liż-żieda tar-riżorsi umani disponibbli għad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni, sabiex ikun hemm aktar staff disponibbli biex jistabbilixxu u jiżguraw l-iffunzjonar tat-timijiet ta' aċċess għas-suq, b'mod partikulari f'delegazzjonijiet ewlenin bħal, inter alia, Beijing, New Delhi, Moska u Brasilia;

Kwistjonijiet settorjali

28.

Jappoġġja l-ħolqien ta' inizjattivi dedikati, fil-qafas tal-istrateġija ta' aċċess għas-swieq, sabiex jitrattaw l-ostakoli b'mod partikulari fl-oqsma tas-servizzi, l-appalt pubbliku, l-investiment u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-proċeduri doganali, l-għajnuna statali u sussidji oħra u sabiex jiġu stabbiliti regoli dwar il-kompetizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom f'pajjiżi terzi;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-SMEs ikunu jistgħu igawdu b'mod konsistenti mill-inizjattivi l-ġodda ta' aċċess għas-swieq; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi azzjonijiet ad hoc li jkollhom l-għan li jsaħħu l-preżenza tal-prodotti tal-SMEs fis-swieq ta' pajjiżi terzi u jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom fil-konfront ta' prattiki ta' pajjiżi barranin li jaħsbu fihom infushom biss;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tittratta b'mod speċifiku r-restrizzjonijiet kollha għall-għoti tal-Internet u ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni minn kumpaniji Ewropej f'pajjiżi terzi bħala parti mill-politika tal-kummerċ estern tagħha u biex tqis il-limitazzjonijiet żejda kollha għall-għoti ta' dawn is-servizzi bħala ostakoli għall-kummerċ;

L-approċċ multilaterali

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji mal-imsieħba kummerċjali ewlenin tal-Unjoni Ewropea (bħall-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada u l-Ġappun) bil-għan li jiddefinixxu strateġija komuni ta' aċċess għas-swieq u li jwittu t-triq għal ftehima multilaterali meħtieġa ħafna dwar l-aċċess għas-swieq;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar promozzjoni ta' koperazzjoni u approssimazzjoni regulatorji internazzjonali aktar profondi sabiex titneħħa d-duplikazzjoni fil-ħela u tnaqqas l-ispejjeż għall-konsumaturi, l-industrija u l-gvernijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi t-tqarrib progressiv tal-istandards u tar-regoli tal-Unjoni Ewropea u l-imsieħba kummerċjali tagħha, kemm b'mod multilaterali u bilaterali;

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi mekkaniżmi dedikati tad-WTO li jippermettu kunsiderazzjoni aktar malajr sabiex tindirizza ostakoli ġodda u li qed jitfaċċaw li mhumiex tariffi; f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-imsieħba kummerċjali oħra sabiex jagħmlu aktar użu mill-proċeduri ta' notifika skond il-Ftehimiet dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ (TBTs);

34.

Jinsisti li għandu jinżamm fokus ċar dwar l-infurzar u l-iżgurar tal-konformità ta' pajjiżi terzi mal-obbligi tagħhom tad-WTO, billi jsegwu dan id-dritt permezz tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO;

Il-ġejjieni

35.

Hu tal-fehma li, sakemm ma jkunx ġustifikat minħabba kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha sabiex tikseb konċessjonijiet mill-imsieħba kummerċjali tagħha li jkunu proporzjonali għal-livell ta' żvilupp tagħhom;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinkludi fil-ġenerazzjoni l-ġdida ta' Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles u fi ftehimiet oħra bl-implikazzjonijiet kummerċjali, dispożizzjonijiet ċari dwar l-infurzar u l-ilħuq ta' ftehim f'każ ta' tilwim, li jkunu mfassla b'mod speċjali sabiex jitrattaw ostakoli “interni” (“behind-the-border” barriers);

37.

Jistieden lill-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex inaqqsu jew ineħħu b'mod progressiv l-ostakoli li jillimitaw l-aċċess għas-swieq ta' prodotti u servizzi, u minflok itejbu l-opportunitajiet kummerċjali reċiproċi fuq il-bażi tar-reċiproċità, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sodisfaċenti ta' miżuri għall-ftuħ tas-suq li jirriżultaw minn negozjati bilaterali, reġjonali u multilaterali;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sena tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress u r-riżultati ta l-istrateġija ta' aċċess għas-swieq, filwaqt li tagħti attenzjoni partikulari lill-prijoritajiet li ġew stabbiliti;

*

* *

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(2)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 276.

(3)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(4)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.

(5)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(6)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.

(7)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 321.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/23


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Abbuż ta’ poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea

P6_TA(2008)0054

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-investigazzjoni u r-rimedju tal-abbuż ta’ poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea

2009/C 184 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-UE kollha, il-bejgħ bl-imnut kull ma jmur qiegħed jaqa' f'idejn għadd żgħir ta’ ktajjen ta’ supermarkets,

B.

billi dawn id-distributuri kull ma jmorru qegħdin isiru “l- gatekeepers” tas-settur, u qegħdin jikkontrollaw l-uniku aċċess li għandhom il-bdiewa u fornituri oħra għall-konsumaturi tal-UE,

C.

billi hemm provi mill-UE kollha li juru li s-supermarkets il-kbar qegħdin jabbużaw mill-poter tagħhom tax-xiri biex ibaxxu l-prezzijiet lill-fornituri (dawk ibbażati fl-UE u barra minnha) għal livelli insostenibbli u biex jimponu fuqhom kundizzjonijiet inġusti,

D.

billi pressjoni bħal din fuq il-fornituri jkollha effetti negattivi li jirriflettu kemm fuq il-kwalità tal-impjiegi kif ukoll fuq il-ħarsien tal-ambjent,

E.

billi jista' jkun li l-konsumaturi jsibu ma’ wiċċhom tnaqqis fid-diversità tal-prodotti, fil-wirt kulturali u fil-ħwienet li jbigħu bl-imnut,

F.

billi xi Stati Membri daħħlu leġiżlazzjoni nazzjonali biex jippruvaw iwaqqfu abbużi bħal dawn, u madankollu l-operat tas-supermarkets il-kbar qegħdin dejjem iżjed jaqbżu l-fruntieri nazzjonali, u għalhekk leġiżlazzjoni fl-UE hija mixtieqa,

1.

Jistieden lid-DĠ Kompetizzjoni biex jinvestiga dwar l-effetti li l-konċentrazzjoni tas-settur tas-supermarkets fl-UE qiegħed ikollha fuq in-negozji ż-żgħar, il-fornituri, il-ħaddiema u l-konsumaturi u, b'mod partikulari, biex jevalwa l-abbużi tal-poter tax-xiri li huma frott ta’ konċentrazzjoni bħal din;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri xierqa, fosthom regolamenti, biex jitħarsu l-konsumaturi, il-ħaddiema u l-produtturi minn kull abbuż li joħroġ minn xi pożizzjoni dominanti jew minn effetti negattivi li jiġu identifikati matul din l-investigazzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

Listata’ firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Jim Allister, Roberta Alma Anastase, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Alfredo Antoniozzi, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Richard James Ashworth, Francisco Assis, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Etelka Barsi-Pataky, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Monika Beňová, Pervenche Berès, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Jana Bobošíková, Sebastian Valentin Bodu, Jens-Peter Bonde, Guy Bono, Mario Borghezio, Josep Borrell Fontelles, Umberto Bossi, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Danutė Budreikaitė, Paul van Buitenen, Kathalijne Maria Buitenweg, Ieke van den Burg, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Joan Calabuig Rull, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Giorgio Carollo, Paulo Casaca, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Alejandro Cercas, Giulietto Chiesa, Sylwester Chruszcz, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Crețu, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoș Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Nirj Deva, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Alexandra Dobolyi, Brigitte Douay, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Richard Falbr, Claudio Fava, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Sorin Frunzăverde, Kinga Gál, Vicente Miguel Garcés Ramón, José Manuel García-Margallo y Marfil, Iratxe García Pérez, Giuseppe Gargani, Jas Gawronski, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Béla Glattfelder, Gian Paolo Gobbo, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Luis de Grandes Pascual, Louis Grech, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Adeline Hazan, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Erna Hennicot-Schoepges, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Mary Honeyball, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Maria Iacob-Ridzi, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Elisabeth Jeggle, Pierre Jonckheer, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Gisela Kallenbach, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Tunne Kelam, Wolf Klinz, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, André Laignel, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Elizabeth Lynne, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, David Martin, Hans-Peter Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Ana Mato Adrover, Mario Mauro, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Francesco Musotto, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Rareș-Lucian Niculescu, Ljudmila Novak, Vural Öger, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Ioan Mircea Pașcu, Bogdan Pęk, Maria Petre, Tobias Pflüger, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Bernard Poignant, Adriana Poli Bortone, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Michel Rocard, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Christian Rovsing, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Gilles Savary, Luciana Sbarbati, Pierre Schapira, Karin Scheele, Carl Schlyter, Frithjof Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Adrian Severin, Czesław Adam Siekierski, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Alyn Smith, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Petya Stavreva, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Robert Sturdy, Margie Sudre, László Surján, Gianluca Susta, József Szájer, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Helga Trüpel, Claude Turmes, Feleknas Uca, Inese Vaidere, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Marcello Vernola, Oldřich Vlasák, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Henri Weber, Renate Weber, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Vladimír Železný, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Tadeusz Zwiefka


L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/25


L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2008
It-Trattat ta’ Liżbona

P6_TA(2008)0055

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar it-Trattat ta’ Liżbona (2007/2286(INI))

2009/C 184 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif emendati mill-Att Uniku Ewropew u t-Trattati ta’ Maastricht, Amsterdam u Nizza,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2007 (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Laeken tal-15 ta’ Diċembru 2001 dwar il-Futur tal-Unjoni,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ffirmat f'Ruma fid-29 ta’ Ottubru 2004,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali tal-Unjoni (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC) (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0013/2008),

Billi:

A.

Matul dawn l-aħħar 50 sena l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea kien fattur fundamentali biex tiġi stabbilita zona ta’ paċi u stabilità f'kontinent li qabel kien imħarbat bil-gwerer, biex jiġu kkonsolidati d-demokrazija, il-ħelsien u d-drittijiet taċ-ċittadin, biex jissaħħu l-prosperità, is-solidarjetà u l-benessri permezz tal-akbar suq uniku tad-dinja b'regoli komuni għall-istandards soċjali, il-ħarsien tal-ambjent u tal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta u b'unjoni ekonomika u monetarja, biex sar possibbli li l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jindirizzaw kwistjonijiet li jmorru lilhinn mill-fruntieri nazzjonali u biex l-Ewropa tingħata leħen aktar qawwi fl-affarijiet dinjin,

B.

Hemm bżonn rikonoxxut li l-istrutturi tal-Unjoni jiġu riformati u jissaħħu sabiex jiġi kkonsolidat dak kollu li nkiseb u biex tittejjeb il-kapaċità li Unjoni ta’ seba' u għoxrin Stat Membru, u potenzjalment aktar, taħdem effettivament sabiex tkun tista' tiffaċċja sfidi komuni ġodda u li tkun suġġetta għal aktar kontroll demokratiku,

C.

Dan il-bżonn kien l-għajn ta’ riformi suċċessivi li, mit-Trattat ta’ Maastricht 'l hawn — li rrapreżenta bidla fl-integrazzjoni Ewropea bil-ħolqien ta’ unjoni ekonomika u monetarja u l-bidla minn komunità essenzjalment ekonomika għal unjoni politika — ippruvaw jistabbilixxu l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u wasslu għad-Dikjarazzjoni ta’ Laeken, li anke fetħet it-triq għal proċess differenti għar-riforma ibbażat fuq il-metodu ta’ Konvenzjoni u mhux biss esklussivament fuq il-konferenzi intergovernattivi,

D.

It-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa tfassal minn Konvenzjoni, li kienet tinkludi żewġ rappreżentanti minn kull parlament nazzjonali, sittax-il Membru tal-Parlament Ewropew, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant ta’ kull gvern nazzjonali, li ħejjew abbozz waqt dibattitu pubbliku biex ġie prodott kunsens li essenzjalment baqa' ma nbidilx mill-Konferenza Intergovernattiva tal-2004, waqt li t-Trattat sussegwenti ta’ Liżbona, li waqqa' wħud mill-karatteristiċi tal-Kostituzzjoni, irriżulta mill-metodi ta’ ħidma intergovernattivi aktar tradizzjonali, għalkemm bil-parteċipazzjoni sħiħa ta’ tliet rappreżentanti tal-Parlament Ewropew,

E.

L-isforz preċedenti biex l-Unjoni tiġi riformata billi t-Trattati jiġu sostitwiti b'Kostituzzjoni ġie approvat minn maġġoranza kbira ħafna tar-rappreżentanti taċ-ċittadini Ewropej fil-Parlament Ewropew (4) u ġie rratifikat minn żewġ terzi tal-Istati Membri imma ġie miċħud minn tnejn minnhom (Franza u l-Olanda) u, wara perjodu ta’ riflessjoni li matulu deher ċar li l-approvazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri kollha ma setgħatx tintlaħaq, dan l-approċċ ġie abbandunat biex minflok jiġu emendati t-Trattati li kienu jeżistu qabel,

F.

Din il-bidla fil-metodu u l-proċess, waqt li żammu f'sura ġdida ħafna mill-aġġustamenti prattiċi għall-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni li kienet tbassret, implikat tnaqqis tal-ambizzjoni u l-abbandun ta’ diversi karatteristiċi tal-Kostituzzjoni, il-posponiment tad-dħul fis-seħħ ta’ wħud mill-mekkaniżmi l-ġodda tagħha u l-inkorporazzjoni fit-Trattati ta’ xi miżuri partikulari speċifiċi għal varji Stati Membri,

G.

Madankollu, il-fatt li kull gvern nazzjonali fl-Unjoni separatament qabel mat-Trattat, juri li l-gvernijiet eletti tal-Istati Membri kollha jqisu li dan il-kompromess hu l-bażi li fuqha jixtiequ jaħdmu flimkien fil-ġejjieni u se jirrikjedi li kull wieħed minnhom juri l-ogħla impenn politiku biex tiġi żgurata r-ratifikazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2009,

H.

Hemm bżonn li t-Trattat ta’ Liżbona jiġi ratifikat mill-Istati Membri kollha sa l-aħħar tal-2008, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-2009 b'għarfien sħiħ tal-qafas istituzzjonali l-ġdid tal-Unjoni,

Pass pożittiv għall-ġejjieni tal-Unjoni

1.

Jikkonkludi li, meta jitqies kollu kemm hu, it-Trattat ta’ Liżbona juri titjib sostanzjali fuq it-Trattati eżistenti, iġib aktar responsabilità demokratika fl-Unjoni u jsaħħaħ il-proċess tagħha għat-teħid ta’ deċiżjonijiet (permezz tat-tisħiħ tal-irwoli tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali), isaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropew f'dak li għandu x'jaqsam mal-Unjoni u jtejjeb l-iffunzjonar effettiv tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Aktar responsabilità demokratika

2.

Jilqa' l-fatt li se jissaħħu r-responsabilità demokratika u s-setgħat għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u b'hekk iċ-ċittadini se jitħallew ikollhom kontroll akbar fuq l-azzjoni tal-Unjoni, b'mod speċifiku minħabba dan it-titjib li ġej:

a)

l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea se tkun suġġetta għal livell ta’ skrutinju parlamentari li ma jeżistix fl-ebda struttura supranazzjonali jew internazzjonali oħra:

il-leġiżlazzjoni Ewropea kollha, bi ftit eċċezzjonijiet, se titressaq għal approvazzjoni doppja, f'termini ugwali, tal-Kunsill (magħmul mill-ministri nazzjonali responsabbli quddiem il-parlamenti tagħhom) u tal-Parlament Ewropew (magħmul minn Membri Parlamentari li huma eletti direttament);

l-iskrutinju minn qabel mill-parlamenti nazzjonali tal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni se jissaħħaħ peress li se jirċievu l-proposti leġiżlattivi Ewropej kollha fi żmien utli biex ikunu jistgħu jiddiskutuhom mal-ministri tagħhom qabel ma l-Kunsill jadotta pożizzjoni, u jiksbu wkoll id-dritt li jitolbu skrutinju ġdid ta’ proposta jekk ikunu tal-fehma li ma tirrispettax il-prinċipju ta’ sussidjarjetà;

b)

il-President tal-Kummissjoni se jiġi elett mill-Parlament Ewropew, fuq proposta tal-Kunsill Ewropew waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew;

c)

ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà se jinħatar kemm mill-Kunsill Ewropew u kemm mill-President tal-Kummissjoni u, bħala membru tal-Kummissjoni, irid jgħaddi mill-istess proċedura ta’ investitura fil-Parlament bħal kull Kummissarju ieħor: bħala Viċi-President tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli se jkun suġġett għall-istess regoli bħall-Kummissarji l-oħra fil-qafas tal-investitura tiegħu u tal-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu;

d)

se tkun stabbilita proċedura baġitarja ġdida, aktar sempliċi u aktar demokratika b'qari wieħed: id-distinzjoni bejn in-nefqa obbligatorja u dik mhux obbligatorja qed tiġi abolita, biex b'hekk tkun żgurata parità sħiħa bejn il-Parlament u l-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni tal-baġit annwali kollu, waqt li l-Parlament qed jingħata wkoll id-dritt ta’ kunsens għall-Qafas Finanzjarju Plurijennali li jorbot legalment;

e)

il-kontroll demokratiku meta mqabbel mas-setgħat leġiżlattivi delegati lill-Kummissjoni se jissaħħaħ bil-ħila ta’ sistema ġdida ta’ sorveljanza li, permezz tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jew jirrevokaw deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew jirrevokaw id-delega ta’ setgħat ta’ dan it-tip;

f)

il-kunsens tal-Parlament Ewropew se jkun meħtieġ għall-approvazzjoni ta’ firxa usa' ta’ ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-Unjoni, inklużi dawk kollha li jikkonċernaw oqsma suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-kamp intern tal-Unjoni;

g)

il-Kunsill jiltaqa' fil-pubbliku meta jkun qed jiddelibera jew jivvota dwar abbozzi ta’ atti leġiżlattivi biex b'hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu isegwu l-attività tal-gvernijiet tagħhom fil-Kunsill;

h)

l-aġenziji, b'mod speċifiku l-Europol u l-Eurojust, se jkunu suġġetti għal skrutinju parlamentari akbar;

i)

il-Kumitat tar-Reġjuni jkun jista' jressaq każi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iż-żmien fil-kariga tal-membri tiegħu se jiżdied għal ħames snin u r-relazzjonijiet tiegħu mal-Parlament Ewropew se jiġu definiti b'mod aktar ċar;

j)

il-proċedura għar-reviżjoni tat-Trattati fil-ġejjieni se tkun aktar miftuħa u demokratika peress li l-Parlament Ewropew ukoll se jikseb is-setgħa li jressaq proposti għal dan il-għan, u l-iskrutinju ta’ kull reviżjoni proposta jrid jitwettaq minn Konvenzjoni li se tinkludi lir-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew, sakemm il-Parlament ma jaqbilx li dan mhux meħtieġ, waqt li qed jiġu introdotti proċeduri ta’ reviżjoni simplifikati ġodda biex jiġu emendati, permezz ta’ deċiżjoni unanima, ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat, bl-approvazzjoni tal-parlamenti nazzjonali;

Affermazzjoni ta’ valuri, tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadin, titjib taċ-ċarezza

3.

Jilqa' l-fatt li d-drittijiet taċ-ċittadin se jissaħħu bħala riżultat tat-titjib li ġej:

a)

il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tistipula lista sħiħa ta’ drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali aġġornati, se ssir torbot legalment; se tagħti ċertezza legali liċ-ċittadini tal-Unjoni billi tiżgura li d-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi tal-UE, u kull azzjoni li tittieħed mill-istituzzjonijiet tal-UE jew li tkun ibbażata fuq il-liġi tal-UE, se jkollhom jikkonformaw ma’ dawk l-istandards, waqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà;

b)

l-Unjoni għandha tapplika biex taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, li se tagħmel lill-Unjoni suġġetta għall-istess reviżjoni esterna fir-rigward tal-obbligu li jiġu rispettati d-drittijiet taċ-ċittadin li huma suġġetti għaliha l-Istati Membri tagħha;

c)

id-dispożizzjonijiet il-ġodda se jagħmluha aktar faċli biex iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Unjoni fuq il-bażi tal-kontribut importanti tagħhom għat-tħejjija tat-Trattat,; se jiġi inkorraġġut id-djalogu mal-imsieħba soċjali u d-djalogu mal-knejjes, mal-komunitajiet reliġjużi u mal-organizzazzjoni mhux ta’ denominazzjoni reliġjuża;

d)

l-introduzzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini tal-UE se tippermetti li ċ-ċittadini jressqu proposti dwar affarijiet fejn iqisu li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati;

e)

il-protezzjoni ġudizjarja taċ-ċittadini se tissaħħaħ peress li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja se tkun estiża għal kwistjonijiet relatati mal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, kif ukoll għal atti tal-Kunsill Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-aġenziji tal-Unjoni, waqt li ssir ukoll dispożizzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-persuni naturali u ġuridiċi għall-proċedimenti tal-Qorti;

4.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat jistabilixxi, b'mod li hu aktar ċar u viżibbli, il-valuri li huma komuni għall-Istati Membri kollha u li fuqhom hi msejsa l-Unjoni, kif ukoll l-objettivi tal-Unjoni u l-prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħha u r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri:

a)

qed tiġi stabbilita delimitazzjoni ċara tal-kompetenzi tal-Unjoni vis-à-vis l-Istati Membri, skond il-prinċipju li l-kompetenzi kollha li m'humiex mogħtija lill-Unjoni mit-Trattati jibqgħu f'idejn l-Istati Membri;

b)

hemm enfasi akbar fuq il-politika li se jagħti benefiċċju viżibbli liċ-ċittadin: hemm dispożizzjonijiet ġodda ta’ applikazzjoni ġenerali li jirrigwardaw il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ ħarsien soċjali xieraq, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, livelli għolja ta’ edukazzjoni, taħriġ u saħħa, l-eliminazzjoni ta’ kull tip ta’ diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; dispożizzjonijiet ġodda jsaħħu l-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent, inklużi l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u r-rispett tas-servizzi ta’ interess ġenerali; il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali qed terġa' tiġi affermata bħala objettiv tal-Unjoni;

c)

il-konfużjoni bejn il-“Komunità Ewropea” u l-“Unjoni Ewropea” se tintemm peress li l-Unjoni Ewropea se ssir entità u struttura legali waħdanija;

d)

klawsola ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri tipprovdi li fil-każ ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jistennew li jirċievu appoġġ mill-partijiet kollha tal-Unjoni;

e)

jikkonferma l-ispeċifiċità tal-organizzazzjoni istituzzjonali tal-Unjoni li l-Istati Membri jafdaw f'idejha ċerti kompetenzi tagħhom li jqisu li jistgħu jiġu eżerċitati aħjar permezz ta’ mekkaniżmi komuni, waqt li, biex jiġi evitat kull dubju, jipprovdi biżżejjed garanziji li l-Unjoni m'hix se ssir xi super stat ċentralizzat li jista' kollox, bħal ma huma:

l-obbligu li tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali, kif ukoll il-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali tal-Istat, iż-żamma tal-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali;

il-prinċipji ta’ setgħat mogħtija (li permezz tagħhom l-uniċi kompetenzi tal-Unjoni huma dawk mogħtija lilha mill-Istati Membri), sussidjarjetà u proporzjonalità;

il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri nnifishom fis-sistema għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u fil-qbil dwar kwalunkwe bidla fiha;

ir-rikonoxximent tad-dritt ta’ kull Stat Membru li jitlaq mill-Unjoni jekk ikun jixtieq jagħmel dan;

Effettività akbar

5.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat il-ġdid se jsaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jwettqu dmirijiethom b'mod aktar effettiv, speċifikament għaliex:

a)

l-oqsma li fuqhom il-gvernijiet imlaqqgħin fil-Kunsill jiddeċiedu permezz ta’ maġġoranza kwalifikata u mhux permezz tal-unanimità se jiżdiedu sostanzjalment, biex b'hekk l-Unjoni ta’ seba' u għoxrin Stat Membru tkun tista' tiffunzjona f'aktar oqsma mingħajr ma tiġi mblukkata b'veto;

b)

sistema ġdida ta’ votazzjoni b'maġġoranza doppja se tagħmilha aktar faċli li jittieħdu deċiżjonijiet fil-Kunsill;

c)

il-Kunsill Ewropew se jsir istituzzjoni tabilħaqq tal-Unjoni Ewropea u l-presidenza li tinbidel kull sitt xhur skond sistema ta’ rotazzjoni se tiġi sostitwita minn President elett mill-membri tiegħu għal mandat ta’ sentejn u nofs biex b'hekk ikun hemm aktar koerenza fit-tħejjija u fil-kontinwità ta’ ħidmitu;

d)

mill-2014 n-numru ta’ membri tal-Kummissjoni se jitnaqqas għal żewġ terzi tan-numru tal-Istati Membri biex b'hekk ikun iktar faċli għall-Kummissjoni biex tieħu azzjoni u jkompli jiġi ċċarat li l-Kummissarji huma rappreżentanti tal-interessi Ewropej u mhux ta’ dawk tal-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, waqt li sistema ta’ rotazzjoni se tkompli tiżgura parteċipazzjoni ugwali tal-Istati Membri kollha;

e)

il-viżibilità u l-kapaċità tal-Unjoni bħala parteċipant globali se jissaħħu b'mod sinifikanti:

ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Barranija u l-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni — żewġ karigi li joħolqu duplikazzjoni u konfużjoni — se jingħaqdu flimkien bil-ħolqien ta’ Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li se jippresjedi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, u jkun jista' jitkellem f'isem l-Unjoni dwar dawk is-suġġetti fejn din għandha pożizzjoni komuni biex b'hekk tiġi żgurata aktar koerenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni;

se jkun hemm servizz uniku għall-azzjoni esterna magħmul minn impjegati tas-servizz civili tal-Kummissjoni u l-Kunsill u tas-servizzi diplomatici nazzjonali, li jista' jigi stabbilit mill-Kunsill bil-kunsens tal-Kummissjoni u wara li jkun gie kkonsultat il-Parlament; dan is-servizz estern se jkun immexxi mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni/mir-Rappreżentant Għoli, għandu jkun marbut mal-Kummissjoni u għandu l-iskop li jiżgura konsistenza akbar fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija tal-Unjoni;

il-kapaċità tal-Unjoni li tiżviluppa strutturi komuni fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u difiża se tissaħħaħ inter alia billi tiddaħħal klawsola li tipprevedi għajnuna u assistenza reċiproka fil-każ ta’ aggressjoni armata u b'hekk jissaħħaħ is-sens ta’ sigurtà taċ-ċittadini, waqt li tiġi żgurata l-flessibilità meħtieġa fl-għażla ta’ approċċi differenti tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ dan it-tip;

f)

id-distinzjoni bejn strumenti leġiżlattivi u eżekuttivi se tiġi ċċarata u permezz ta’ definizzjoni ġdida ta’ atti delegati se jkun hemm il-possibilità li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi simplifikata u razzjonalizzata;

g)

l-istruttura tal-pilastri qed tiġi abbandunata biex b'hekk ikun jista' jkun hemm unità ta’ azzjoni fl-oqsma ta’ attività differenti tal-Unjoni permezz ta’ mekkaniżmi u strumenti simplifikati, għalkemm in-natura speċifika tal-politika barranija u ta’ sigurtà timplika proċeduri speċifiċi f'dawn l-oqsma;

h)

l-azzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja se jkollha għanijiet aktar ambizzjużi u proċeduri aktar effettivi, mhux iktar kif sar s'issa bl-użu ta’ strumenti u proċeduri intergovernattivi separati, u se tkun suġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, biex b'hekk jitwiegħed progress tanġibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ ġustizzja, sigurtà u immigrazzjoni;

i)

l-objettivi u l-kompetenzi tal-Unjoni fl-oqsma tal-bidla fil-klima, tad-drittijiet tat-tfal, tal-Politika Ewropea għall-Viċinat, l-għajnuna umanitarja, l-enerġija (inkluża referenza fit-Trattat għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam), l-ispazju, ir-riċerka, it-turiżmu, l-isport, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ċivili huma definiti b'mod aktar ċar; il-politika kummerċjali komuni hi rikonoxxuta bħala kompetenza esklussiva tal-Unjoni;

j)

fil-każ ta’ għadd ta’ kwistjonijiet oħra, se tingħata l-possibilità li jiġu applikati metodi aktar effiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet hekk kif ikun hemm ir-rieda politika li jsir dan;

k)

hemm aktar spazju għal arranġamenti flessibbli meta mhux l-Istati Membri kollha jkunu jridu jew mhux kollha jkunu jistgħu jimplimentaw ċerti linji politiċi fl-istess waqt;

Tħassib

6.

Wara r-riżultati tar-referenda fi Franza u l-Olanda, hu konxju tas-sogħba mifruxa li nħasset li sabiex jiġi żgurat qbil ġdid bejn is-27 Stat Membri kien jeħtieġ li:

jiġu abbandunati l-approċċ kostituzzjonali u wħud mill-karatteristiċi tiegħu, bħalma hu l-kunċett ta’ Unjoni bbażata fuq ir-rieda taċ-ċittadini u l-Istati Membri tagħha, test uniku u strutturat, terminoloġija aktar ċara biex jiġu definiti l-istrumenti leġiżlattivi, l-iffissar tal-bandiera u l-innu fit-Trattat u l-użu tat-titolu “Ministru għall-Affarijiet Barranin” minflok “Rappreżentant Għoli”;

tiġi posposta l-implimentazzjoni ta’ elementi importanti tat-Trattat il-ġdid, bħad-dħul fis-seħħ tas-sistema ġdida ta’ votazzjoni fil-Kunsill (akkumpanjat b'dispożizzjonijiet speċjali għall-posponiment ta’ votazzjonijiet magħrufa bħala l-“kompromess Ioannina”), u jiżdiedu mekkaniżmi ta’ restrizzjoni, bħal “brejkijiet ta’ emerġenza”, mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'xi oqsma ta’ kompetenza;

jiġu inkorporati fit-Trattat miżuri speċifiċi għall-Istati Membri partikulari, bħall-estensjoni tal-arranġamenti għal żewġ Stati Membri li jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem f'dak li għandu x'jaqsam mal-koperazzjoni fi kwistjonijiet tal-pulizija u kwistjonijiet kriminali, il-protokoll li jillimita l-effett tal-Karta fuq il-liġi domestika ta’ żewġ Stati Membri u s-siġġu parlamentari żejjed attribwit lil Stat Membru b'deroga tal-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva;

jiġi modifikat il-mod kif tpoġġa l-kliem f'diversi siltiet tat-Trattat, jew fil-protokolli u d-dikjarazzjonijiet annessi miegħu, li wassal għal bidla mhux ġustifikata lejn ton negattiv, li jagħti impressjoni li hemm nuqqas ta’ fiduċja fir-rigward tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha u b'hekk jintbagħat sinjal ħażin lill-pubbliku;

Konklużjonijiet

7.

Jappoġġja t-Trattat u jenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri kollha tal-Unjoni jilħqu jirratifikawh fi żmien utli għad-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2009;

8.

Jemmen li t-Trattat ta’ Liżbona se jipprovdi qafas stabbli li se jippermetti aktar żvilupp tal-Unjoni fil-ġejjieni;

9.

Hu konxju li huwa inevitabbli li trattat li jemenda jkun anqas ċar u jkun anqas faċli biex jinqara minn trattat kodifikat; jitlob, għalhekk, li jiġu ppubblikati immedjatament it-Trattati konsolidati kif riveduti mit-Trattat ta’ Liżbona, publikazzjoni li tipprovdi liċ-ċittadin b'test bażiku tal-Unjoni aktar ċar;

10.

Itenni t-talba tiegħu biex isiru l-isforzi kollha, kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali bi qbil mal-prinċipju ta’ koperazzjoni sinċiera, sabiex iċ-ċittadin Ewropew ikun informat b'mod ċar u oġġettiv dwar il-kontenut tat-Trattat;

11.

Jagħti struzzjonijiet lill-kumitat responsabbli biex iħejji l-bidliet meħtieġa għar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u biex jevalwa l-bżonnijiet għal miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri;

*

* *

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lil dawk li kienu Membri tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa, u biex jiżgura li s-servizzi tal-Parlament, inklużi l-uffiċċji ta’ informazzjoni tiegħu, jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-Parlament dwar it-Trattat.


(1)  ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0234.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0328.

(4)  B'500 vot favur, 137 kontra u 40 astensjoni (Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa [Rapport Corbett/Méndez de Vigo], ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 88.).


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/30


L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2008
L-Istrateġija ta’ Liżbona

P6_TA(2008)0057

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar il-kontribut ghall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegha 2008 rigward l-Istrateġija ta’ Liżbona

2009/C 184 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pakkett ta’ strateġiji tal-Kummisjoni għall-Istrateġija ta’ Liżbona li jinkludi r-rapport strateġiku dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi u li jniedi ċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010), il-valutazzjoni tal-programmi ta’ riforma nazzjonali u l-linji gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi (2008-2010) stabbiliti fil-komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill Ewropew (COM(2007)0803) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Programm Komunitarju ta’ Liżbona 2008-2010 (COM(2007)0804),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Interess Ewropew: Suċċess fl-epoka ta’ globalizzazzjoni (COM(2007)0581),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-twassil mill-Istati Membri u r-Reġjuni tal-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, 2007 2013 (COM(2007)0798)

wara li kkunsidra s-27 Programm ta’ Riforma Nazzjonali ta’ Liżbona (NPRs) għall-2005-2008 kif ippreżentati mill-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2000, it-23 u l-24 Marzu 2001, it-22 u t-23 ta’ Marzu 2005, it-23 u t-24 ta’ Marzu 2006 u t-8 u d-9 ta’ Marzu 2007, kif ukoll ir-riżultat tad-diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew Informali tas-27 ta’ Ottubru 2005,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar l-interess Ewropew: suċċess fl-epoka ta’ globalizzazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-Raba' Laqgħa Parlamentari Konġunta, li saret fi Brussell fil-11 u t-12 ta’ Frar 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummissjoni wegħdet li tqis bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-Parlament espressi fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona, b'mod partikulari fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-globalizzazzjoni tal-15 ta’ Novembru 2007,

B.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, wera appoġġ qawwi għall-Istrateġija ta’ Liżbona, u laqa' b'mod speċjali l-approċċ iċċentrat mill-ġdid madwar l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi,

C.

billi hemm interrelazzjoni qawwija bejn it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali,

D.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom responsabilità komuni biex jindirizzaw l-isfidi, l-opportunitajiet u l-inċertezzi taċ-ċittadini dwar il-globalizzazzjoni; billi l-Unjoni Ewropea trid terfa' r-responsabilità politika tagħha bħala attur globali u tikkontribwixxi għall-kisba u għat-tiswir ta’ żvilupp sostenibbli fid-dinja fl-epoka tal-globalizzazzjoni sabiex in-nies kullimkien ikunu jistgħu japprofittaw mill-opportunijiet li toffri l-globalizzazzjoni,

E.

billi s-suq intern huwa strument importanti u effiċjenti għall-bini ta’ ekonomija dinamika u kompettitiva bbażata fuq l-għarfien u għall-appoġġ tal-pożizzjoni kompettitiva tal-Ewropa fis-suq globali sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha;

F.

billi din ir-Riżoluzzjoni, skond il-mandat tal-Grupp ta’ Kordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona tal-Parlament u b'rispett lejn il-kompetenzi tal-kumitati l-oħra tal-Parlament, mhix ser tindirizzaa d-dettalji tal-proċċessi ta’ leġiżlazzjoni u konsultazzjoni li għaddejjin bħalissa,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jenfasizza mill-ġdid l-importanza ta’ implimentazzjoni vigoruża tal-Istrateġija ta’ Liżbona, b'enfasi fuq l-interdipendenza tal-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli li tkun dinamika u innovattiva;

2.

Jemmen li l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità futura tal-Ewropa jiddependu mill-mod ta’ kif jinħolqu kundizzjonijiet aħjar għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u kif jintlaħqu l-opportunitajiet u l-isfidi li joħorġu mill-globalizzazzjoni, mill-bidla demografika u mit-theddidiet ambjentali globali; jemmen li l-istrument komuni tal-Unjoni Ewropea hija l-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda u l-linji gwida integrati;

3.

Jemmen li sabiex jiġi garantit is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda jeħtieġ li jissaħħaħ it-tkabbir tal-Ewropa, u biex tintgħeleb id-domanda domestika li ma kinitx kbira biżżejjed li trid tiġi miż-żidiet fid-dħul relatati maż-żidiet fil-produttività u fl-impjiegi;;

4.

Jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea se tiffaċċja ħafna sfidi fil-perjodu li ġej: popolazzjoni li ser tibda tonqos sa mill-2020, aktar pressjoni ekonomika mill-kompetituri globali, prezzijiet tal-enerġija ogħla, il-bidla fil-klima u l-iżbilanċi soċjali; hu tal-fehma li l-Ewropa jeħtieġ li tirrispondi għal dawk l-isfidi bl-aħjar taħlita ta’ politiki;

5.

Jinnota li l-Istrateġija ta’ Liżbona qed tiżviluppa b'mod pożittiv; jinnota wkoll, madankollu, li għad hemm nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tagħha u li m'hemm l-ebda fehim adegwat tal-fatt li l-proċess Ewropew tal-iżvilupp lejn aktar tkabbir, ħolqien ta’ impjiegi, sigurtà soċjali adegwata u xierqa u ħarsien ambjentali xieraq għadu mhux immuni kontra l-kriżijiet;

6.

Isemmi li bħala l-ikbar esportatur u importatur ta’ prodotti fid-dinja, l-akbar esportatur ta’ servizzi fid-dinja u t-tieni l-akbar destinazzjoni u oriġini ta’ investiment barrani dirett, l-Unjoni Ewropea hi waħda mill-ikbar benefiċjarji tal-ekonomija dinjija miftuħa; iqis li bħala tali, l-Unjoni Ewropea għandha responsabilità kbira li taħdem fuq il-kwistjonijiet globali;

7.

Jilqa' d-dimensjoni globali tal-proċess ta’ Liżbona u jinnota li l-Istrateġija ta’ Liżbona tirrappreżenta r-risposta Ewropea għall-opportunitajiet u r-riskji inerenti fil-globalizzazzjoni; f'dan ir-rigward, jenfasizza b'mod partikolari l-importanza tal-koperazzjoni transatlantika kif ukoll li titjieb il-koperazzjoni ma’ atturi ewlenin oħra bħaċ-Ċina, l-Indja, l-Brażil u zoni ekonomiċi oħra fid-dinja;

8.

Jitlob għal regoli u prattiki li sar qbil dwarhom fil-kummerċ dinji, kompatibbli mal-miri ta’ żvilupp tal-millenju u bir-responsabilità fit-tmexxija fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-promozzjoni tas-saħħa; Jitlob bħala prinċipju li jittieħdu miżuri sabiex jiġi miġġieled il-protezzjoniżmu, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha; jitlob li jkun hemm kollaborazzjoni u approċċ ġust għat-tkomplija tan-negozjati tar-Rawnd ta’ Doha;

9.

Jenfasizza l-valur innegabbli ta’ politika konsistenti ta’ stabilità u tkabbir u l-importanza tal-istabilità makroekonomika bħala sors tal-fiduċja li hija l-bażi għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona; isemmi li fl-interess tal-istabilità makro-ekonomika, iż-żieda fil-produttività trid timxi id f'id ma’ distribuzzjoni aktar ekwi u tisħiħ tal-koeżjoni soċjali; f'dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għat-talba li ż-żieda fid-dħul iżżomm il-pass mat-tkabbir fuq medda medja taż-żmien fil-produttività;

10.

Jenfasizza, bħalma tagħmel il-Kummissjoni, li l-ekonomiji tal-Istati Membri huma interdipendenti ħafna u li l-argument għal aġenda komuni ta’ riforma huwa l-aktar b'saħħtu fiż-żona tal-euro;

11.

Jiġbed l-attenzjoni li l-ewwel u qabel kollox tkun imħarsa l-istabilità tas-swieq finanzjarji, u jinnota li l-kriżi subprime reċenti turi l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tiżviluppa miżuri ta’ sorveljanza sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-istabilità tas-swieq finanzjarji u jitħarsu aktar il-klijenti; jitlob li ssir evalwazzjoni tas-sistemi attwali u tal-istrumenti ta’ superviżjoni prudenti fl-Ewropa, u jinsisti fuq konsultazzjoni mill-qrib mal-Parlament, li twassal għal rakkomandazzjonijiet ċari dwar kif tittejjeb l-istabilità tas-sistema finanzjarja u l-ħila tagħha li tipprovdi finanzi sikuri u fuq medda twila ta’ żmien għan-negozji Ewropej;

12.

Jirrimarka li s-sussidjarjetà hija importanti biex tippermetti lill-Istati Membri li jadattaw politiki miftehma bejn il-partijiet kollha dwar is-sigurtà u l-flessibilità għall-prattiki speċifiċi u t-tradizzjonijiet tas-swieq tax-xogħol nazzjonali tagħhom;

13.

Ifakkar li l-politika ta’ koeżjoni hija prinċipju fundamentali tat-Trattati u strument biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li 75 % tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huma assenjati għall-innovazzjoni u għall-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona; iqis li l-influwenza li għandha l-politika ta’ koeżjoni b'mod ġenerali, u l-fondi strutturali u ta’ koeżjoni b'mod partikulari, trid tintuża għall-implimentazzjoni tal-aġenda tal-Istrateġija ta’ Liżbona fil-livell reġjonali u li r-riżultati ta’ dan il-proċess jeħtieġ ikunu monitorati mill-qrib fil-livelli reġjonali u lokali; iqis li l-iżvilupp ekonomiku favorevoli attwali għandu jagħti spinta għal aktar riformi; jenfasizza l-ħtieġa li jkun eżaminat l-effett tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona fil-livell reġjonali, meta wieħed iqis li l-2008 se tkun l-ewwel sena li fiha jistgħu jkunu evalwati r-riżultati preliminari tal-eżerċizzju ta’ assenjazzjoni (earmarking exercise) tal-politika ta’ koeżjoni;

14.

Iqis li r-riċerka xjentifika u teknoloġika tifforma wieħed mill-elementi ewlenin tal-Istrateġija ta’ Liżbona; jaqbel li huwa importanti ħafna li r-riċerka u l-iżvilupp (R&D) jingħataw spinta u li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri addizzjonali biex jilħqu l-miri tagħhom ta’ investiment għall-2010 billi jindikaw kif ser jintlaħqu l-miri nazzjonali ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u kif l-istrateġiji tagħhom tar-riċerka u l-iżvilupp ser jikkontribwixxu sabiex tiġi mwettqa zona Ewropea tar-riċerka; jenfasizza li l-bidla meħtieġa lejn ekonomija effiċjenti f'sens ta’ enerġija, b'livell baxx ta’ karbonju bbażata wkoll fuq sorsi li jiġġeddu permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda se toħloq diversi opportunitajiet għall-Unjoni Ewropea; jinnota l-opportunitajiet immensi li joffru lill-ekonomija Ewropea l-iżvilupp u l-preżentazzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda li se jagħmlu parti mid-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija globali; jilqa' f'dan il-kuntest il-proposta tal-Kummissjoni tiġi stabbilità l-“ħames libertà” — il-libertà tal-għarfien — li tikkumplimenta l-erba' libertajiet ta-moviment tal-prodotti, tas-servizzi tal-persuni u tal-kapital kif ukoll li jingħaqdu r-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-użu aktar effettiv tagħhom;

15.

Jilqa' l-inizjattivi u l-investimenti riċenti tal-politika industrijali u ta’ riċerka; f'dan il-kuntest, jilqa' l-istabbiliment tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Tekonoloġija u l-investiment riċenti fil-Galileo bħala mezz effiċjenti li jgħaqqad il-ħtiġijiet tal-innovazzjoni tat-teknoloġija mal-aġenda tar-riċerka tal-industrija; japprova ħafna l-programmi tas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita (Galileo u EGNOS), bħala proġetti ewlieni tal-UE; jenfasizza l-merti ekonomiċi u pubbliċi ta’ dawn il-programmi u l-benefiċċji ta’ servizzi u swieq ġodda li jipprovdu;

16.

Iqis li n-netwerks ta’ eċċellenza huma meħtieġa biex tkun żgurata l-pożizzjoni ewlenija tal-Ewropa fl-oqsma ekonomiċi u teknoloġiċi; jemmen li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ raggruppamenti ta’ eċċellenza u miżuri biex jinkoraġġixxu l-kompetizzjoni and l-koperazzjoni fosthom sabiex jippromwovu aktar il-kultura tal-innovazzjoni; jemmen li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jieħdu aktar passi biex b'mod attiv jappoġġjaw koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-universitajiet u l-industrija;

17.

Jenfasizza li huwa importanti li n-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet tal-Ewropa iwettqu b'suċċess it-tranżizzjoni tagħhom lejn l-era diġitali u jiksbu verament is-soċjetà u l-ekonomija bbażati fuq l-għarfien mitluba mill-Istrateġija ta’ Liżbona; jitlob li jkun hemm żvilupp ulterjuri tax-xjenza u t-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u li tiġi promossa soċjetà tal-għarfien inklusiva;

18.

Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet reġjonali tagħhom, bħala l-ikbar istituzzjonijiet li jipprovdu impjiegi, li jixtru u li jipprovdu servizzi fis-suq intern, biex jistimulaw l-innovazzjoni billi joħolqu swieq pilota għal prodotti u servizzi innovattivi;

19.

Jinnota li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għandhom rwol kruċjali fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-isfruttament ta’ riċerka ġdida; japprova ħafna l-Att dwar in-Negozji Żgħar propost mill-Kummissjoni bħala mezz għall-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-SMEs, u jinkoraġġixxi l-kultura li wieħed “jibda bil-ftit” u jħejji strateġija ta’ politiki integrata sabiex jiftaħ beraħ il-potenzjal għat-tkabbir f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-SMEs;

20.

Jenfasizza l-potenzjal għall-għajnuna li tista' tingħata lill-SMEs billi jitnaqqsilhom il-piż regolatorju, jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-kuntratti pubbliċi u jkun żviluppat reġim aktar favorevoli għall-iffinanzjar u l-isfruttament tal-innovazzjoni;

21.

Jirrikonoxxi li fi ħdan l-Unjoni Ewropea, it-teknoloġiji innovattivi jridu jkunu tradotti bil-ħeffa fi prodotti u servizzi ġodda; jappoġġja għalhekk it-talba tal-Kummissjoni għal “trijangolu tal-għarfien” magħmul mir- riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni; jistenna investiment aktar effettiv f'ħilietġodda, tagħlim tul il-ħajja kollha u sistemi moderni ta’ edukazzjoni/taħriġ;

22.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħadet l-impenn li tnaqqas il-piż regolatorju u li qiegħda timmira lejn regolazzjoni aħjar u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri simili mingħajr ma jipperikolaw id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-ħarsien tal-konsumatur; jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni jirrispettaw l-impenji msemmija fil-Ftehima Inter-istituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (2); jinnota bi tħassib kbir li numru ta’ proposti leġiżlattivi sinifikanti riċenti mill-Kummissjoni tressqu mingħajr ma qabel saru evalwazzjoni tal-impatt tagħhom, jew inkella mingħajr evalwazzjoni adegwata tal-effetti tal-leġiżlazzjoni preċedenti fl-istess qasam;

23.

F'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ tal-politika esterna u kummerċjali ġdid u komprensiv li jiffoka fuq konverġenza dinjija ta’ regoli, standards u koperazzjoni regolatorja; jenfasizza li l-Ewropa trid timmassimizza l-potenzjal tagħha bħala imbuttatura għal negozji li jkun deħlin fis-swieq dinjija u bħal lok attraenti għall-investituri; jitlob barra minn hekk li l-ftehimiet kollha bilaterali jew reġjonali tal-kummerċ tal-UE li qed ikunu nnegozjati jinkludu dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu infurzati dwar l-implimentazzjoni ta’ standards fundamentali ta’ xogħol u aspetti oħra ta’ xogħol deċenti kif ukoll ta’ standards ambjentali multilaterali;

24.

Itenni mill-ġdid it-twemmin tiegħu li biex tinħoloq soċjetà li kapaċi tirrispondi għall-bidla l-irwol ta’ stil aktar inklusiv ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi se jkun kruċjali; ifakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 li jisħqu li livell għoli ta’ protezzjoni soċjali huwa fundamentali għall-Istrateġija ta’ Liżbona; jafferma mill-ġdid li mhux aċċettabbli li hawn nies jgħixu taħt il-limitu tal-faqar u f'pożizzjoni ta’ esklużjoni soċjali; jafferma mill-ġdid li ċ-ċittadini kollha Ewropej għandu jkollhom aċċess għal xogħol u ħajja diċenti, anke wara li jirtiraw; jappoġġja azzjoni ulterjuri biex jissaħħu politiki li jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, bl-għan li jkun adottat approċċ komprensiv għat-tiġdid tal-momentum deċisiv li ngħata lill-qerda tal-faqar sa l-2010 u biex ikun possibbli li ċ-ċittadini Ewopej kollha jiksbu aċċess għad-drittijiet fundamentali tagħhom; jenfasizza l-inkorporazzjoni li legalment torbot tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fit-Trattat ta’ Liżbona; jitlob li jkun hemm impenn mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa għal aġenda soċjali ambizzjuża b'impatt konkret fuq ir-riżultati tal-Istrateġija ta’ Liżbona;

25.

Itenni — minħabba li l-koeżjoni soċjali u territorjali hi waħda mill-komponenti ewlenin tas-suq intern — l-importanza li tingħata spinta lill-fiduċja taċ-ċittadini permezz tal-promozzjoni ta’ objettivi soċjali u ambjentali komuni għall-Istati Membri, bħalma huma impjiegi ta’ kwalità tajba, opportunitajiet indaqs u ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, filwaqt li tkun rispettata d-diversità kulturali Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-UE tħaddem il-funzjoni tagħha ta’ ħarsien f'dawn l-oqsma u li tiġi evitata l-kompetizzjoni regulatorja fost l-Istati Membri;

26.

Jemmen li hija neċessarja aktar integrazzjoni tal-qasam tat-trasport fl-Istrateġija ta’ Liżbona; jinsisti li fil-Linji Gwida ta’ Politika Integrata għandha tingħata prijorità lit-trasport sostenibbli, lil-loġistika u lill-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej, u jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali li se jitressqu waqt il-Kunsill Ewropew 2008 li se jsir dalwaqt ikunu jirriflettu dawn il-prijoritajiet;

Is-suq intern u r-risponsi strateġiċi għall-globalizzazzjoni

27.

Jenfasizza li suq intern li jaħdem mingħajr xkiel, ħaddiema kwalifikati b'mod konsiderevoli, ekonomija tas-suq soċjali bilanċjata u stabilità demokratika huma l-aktar vantaġġ kompetittiv b'saħħtu għall-Ewropa; jemmen li għal investituri ta’ pajjiżi terzi, is-suq intern joffri vantaġġi bħal kundizzjonijiet indaqs u moviment ħieles, iżda jemmen li l-aċċess għas-suq intern għandu jkun akkumpanjat minn ftuħ simili għall-investituri tal-UE min-naħa ta’ pajjiżi terzi b'ekonomji żviluppati u li qed jitfaċċaw,; jinnota li, b'żieda ma’ dan, jeħtieġ jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet ta’ qafas għall-intrapriżi Ewropej inkluża regolazzjoni aħjar, tmexxija tajba, kompetizzjoni b'saħħitha u ġusta, swieq ta’ kapital ta’ riskju li jiffunzjonaw b'mod effiċjenti u kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni;

28.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqiegħdu l-kompettitività tal-Unjoni Ewropea fil-qalba tat-tfassil tal-politiki tagħhom u biex jagħtu prijorità lit-tlestija tas-suq intern, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni f'waqtha u b'mod xieraq tad-direttivi tas-suq intern u t-tneħħija ta’ ostakoli għas-swieq nazzjonali; ifakkar, madankollu, li t-twaqqif tas-suq intern kien ibbażat fuq il-kompetizzjoni, il-koperazzjoni u s-solidarjetà, li jibqgħu il-prekundizzjonijiet bażiċi għal aktar kisbiet tas-suq intern fis-seklu wieħed u għoxrin; jenfasizza li s-suq intern irid jiġi żviluppat permezz ta’ regoli ġusti tal-kompetizzjoni, sistemi ta’ ħarsien fiskali u soċjali effiċjenti u livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi komplut is-suq intern u li jitwettqu r-riformi meħtieġa; jistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw il-miżuri neċessarji li għad baqa' jsiru biex jinħoloq suq intern fis-servizzi, inklużi s-servizzi finanzjarji, u biex jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom jinkoraġġixxu l-fornituri u l-prodotti ġodda filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet kummerċjali indaqs u trasparenza adegwata u ċertezza legali għall-interessi ta’ investituri individwali; hu tal-fehma li l-inizjattivi ġodda tal-politika għall-ikkumpletar tas-suq intern għandhom ikunu mmexxija aktar minn analiżi tal-impatt li dawn ikollhom fuq is-swieq, is-setturi ekonomiċi, l-ambjent u l-isfera soċjali;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm livell adegwat ta’ ħarsien ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u jappoġġja inizjattivi għal sistema ta’ privattivi li tagħti inċentivi għall-investiment u sforzi ta’ riċerka u trawwmen il-kapaċità ta’ innovazzjoni, b'mod partikulari għall-SMEs; iħeġġeġ lit-tliet istituzzjonijiet biex jaħdmu flimkien lejn kunsens politiku għal titjib reali tas-sistema ta’ privattivi, li jippermetti liċ-ċittadini li japprofittaw minn prodotti u servizzi ġodda bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kullħadd;

31.

Jinnota li l-istrumenti bbażati fuq is-suq (MBIs) jinkludu firxa sħiħa ta’ strumenti tal-politika li qed jintużaw dejjem aktar sabiex jintlaħqu objettivi ambjentali; huwa tal-fehma li MBIs bħat-taxxi, ħlasijiet u skambji ta’ emissjonijiet jistgħu jrawwmu allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali u jistgħu jikkontribwixxu, f'dan il-kuntest, biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona;

32.

Jerġa' jtenni l-fehma tiegħu dwar il-benefiċċji tat-tneħħija tal-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol u tqegħid tiegħu fuq id-degradazzjoni ambjentali bħala mod effettiv kif ikunu indirizzati kwistjonijiet kemm ambjentali kif ukoll ta’ xogħol u huwa tal-fehma li l-piż fuq ix-xogħol irid jitnaqqas biex jinħolqu aktar impjiegi u tkun miġġielda l-ekonomija s-sewda;

33.

Jinnota li l-objettivi tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u li ċ-ċittadini tal-Ewropa jiġu provduti b'mobilità u enerġija sostenibbli u bi prezz raġonevoli u ż-żamma ta’ prezzijiet ġusti tista' tinkiseb permezz tal-istess strateġija bħall-ħarsien ambizzjuż tal-klima;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex timplimenta b'mod konsistenti u b'ħeffa id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 u sabiex tagħmel l-enerġija li tiġġedded u l-effiċjenza fl-enerġija l-prijoritajiet ta’ politika komuni dwar l-enerġija;

35.

Isemmi li ħidma importanti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi industrijalizzati l-oħra hija li jeqilbu għal ekonomija b'intensità enerġetika baxxa bbażata fuq sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu, u li mod effiċjenti li bih wieħed jista' jasal għal din il-bidla huwa l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji li huma diġà disponibbli, iżda li għall-implimentazzjoni tagħhom hemm bżonn ta’ azzjoni politika kuraġġjuża, li tkun tinkludi inċentivi u sanzjonijiet miftehma b'mod multilaterali għal dawk il-pajjiżi li m'humiex lesti li jerfgħu is-sehem tagħhom tal-piż; jenfasizza li l-bidla meħtieġa lejn ekonomija sostenibbli u b'użu baxx ta’ enerġija u b'livell baxx ta’ karbonju permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda se toħloq ħafna opportunitajiet għall-UE;

36.

Jenfasizza l-importanza tal-politika tat-trasport biex tkun miġġielda l-bidla fil-klima u biex ikun indirizzat sett ta’ problemi ambjentali ikbar, jappoġġja politiki li jnaqqsu t-trasport mhux neċessarju permezz ta’ varjetà ta’ miżuri u jitlob li n-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni strateġija bir-reqqa tal-impatt ambjentali;

37.

Jistieden lill-Istati Membri biex b'ħeffa jespandu n-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej li huma interkonnessi u interoperabbli b'qies partikulari għall-bżonnijiet tal-Istati Membri l-ġodda fi ħdan politika tat-trasport effiċjenti, sostenibbli, u b'kuxjenza ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw it-taħlita xierqa ta’ politiki biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ta’ sistemi ta’ trasport u innovazzjonijiet teknoloġiċi intelliġenti u b'kuxjenza ambjentali;

38.

Għalhekk huwa kruċjali li jkun żgurat li t-talba futura għal servizzi loġistiċi tkun kumpatibbli ma’ impatt ambjentali iżgħar u inqas emissjonijiet ta’ gass b'effett ta’ serra; hu tal-fehma li t-trasport sostenibbli jiddependi fuq il-kapaċità tal-politiċi li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali li jipprovdu inċentivi effiċjenti sabiex dawk li jixtru t-trasport, it-trasportaturi u l-manifatturi ta’ vetturi jkomplu bl-isforzi tagħhom biex joħolqu suq tal-loġisitika li jirrispetta aktar lill-ambjent;

Is-Suq tax-Xogħol u l-Investiment fil-Persuni

39.

Jirrikonoxxi li l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u l-Impjiegi qed tagħti benefiċċji iżda jenfasizza fl-istess ħin li mhux iċ-ċittadini kollha tal-UE bbenefikaw taħtha; jenfasizza li sabiex tkun iffaċjata l-globalizzazzjoni u l-isfida tal-bidla demografika huwa ta’ importanza mill-ikbar li n-nies ikunu pprovduti bil-ħiliet meħtieġa u l-opportunitajiet sabiex ikunu attirati aktar nies lejn is-suq tax-xogħol u biex ix-xogħol ikun għażla reali għal kullħadd, speċjalment permezz ta’ miżuri li huma mmirati lejn il-persuni l-iktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol;

40.

Jenfasizza li sabiex ikun żgurat il-moviment ħieles u l-mobilità fis-suq tax-xogħol il-Kunsill irid jadotta d-direttivi dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-kundizzjoniet tax-xogħol ta’ ħaddiema temporanji u l-portabilità tad-drittijiet għall-pensjoni u għandu jirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill għax-Xogħol Ewropew (3) mingħajr dewmien; jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità fis-suq tax-xogħol Ewropew jagħti lok għal ħarsien akbar tal-ħaddiema Ewropej; jinnota li l-Unjoni Ewropea kellha tagħmel sforz sabiex tispjega liċ-ċittadini tagħha l-benefiċċji ta’ strateġija li b'mod effettiv tgħaqqad it-tkabbir, l-integrazzjoni, is-solidarjetà u l-mobilità tax-xogħol;

41.

Jerġa' jafferma li l-Ewropa ma jistax ikollha ċ-ċifri għolja ta’ qagħad li għandha fil-preżent; jinnota li l-mudell soċjali Ewropew mhux se jibqa' mhux milqut mit-taqlib li qed iseħħ fid-dinja kollha; hu tal-fehma li biex tkun iffaċjata l-isfida demografika u biex tiżgura finanzi pubbliċi sostenibbli, l-Ewropa trid tagħmel riformi fis-suq tax-xogħol u s-sistemi ta’ sigurtà soċjali biex issaħħaħ l-inċentivi għall-ħidma u biex tipprovdi lin-nies bl-opportunitajiet u l-ħiliet biex ilaħħqu mal-bidla u biex tiffaċilita r-ritorn tagħhom għal xogħol imħallas; isemmi li biex iżżomm il-kompetittività tagħha fix-xena globali, l-UE trid tagħmel numru kbir ta’ riformi; jemmen li l-livell ta’ fiduċja bejn l-intrapriżi u l-ħaddiema li huwa meħtieġ biex tinqabad din it-triq se jiżdied hekk kif id-djalogu soċjali jintensifika; jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati l-prinċipji komuni miftehma ta’ flessigurtà b'mod komprensiv u bilanċjat kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem;

42.

Jenfasizza li ħidma flessibbli qed tkun dejjem aktar mitluba kemm minn min iħaddem u kemm mill-impjegati, u jappoġġja l-adozzjoni ta’ sett bilanċjat ta’ prinċipji komuni rigward il-flexicurity;; ifakkar li l-edukazzjoni, il-kwalifiki u t-taħriġ jiffurmaw parti mill-aqwa politika ta’ impjieg u li hemm bżonn infrastruttura għal servizzi ta’ kura tat-tfal li għandha titqies bħala waħda mill-prekundizzjonijiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni fix-xogħol b'mod partikulari tan-nisa; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jintegraw dawn il-prinċipji komuni fil-konsultazzjoni dwar l-NRP tagħhom mal-imsieħba soċjali, u jenfasizza l-irwol ċentrali tal-miżuri li jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja personali, il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għal kullħadd, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol, protezzjoni soċjali xierqa u tqassim tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol billi jkunu żgurati drittijiet marbuta mal-impjieg għall-ħaddiema kollha;

43.

Jirrikonoxxi l-kontribut li jagħtu swieq tax-xogħol flessibbli mobbli, b'sigurtà u li jaħdmu sew għall-inklużjoni soċjali permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol għall-gruppi kollha fis-soċjetà; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex janalizzaw u jtejbu r-regolamenti tal-impjieg u biex jinvestu fl-edukazzjoni, it-taħriġ għal tul il-ħajja u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol sabiex joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għal-livell għoli ta’ impjegar u ta’ mobilità fis-suq tax-xogħol; jinsisti dwar il-ħtieġa li jogħlew il-ħiliet bażiċi taż-żgħażagħ, biex ikun evitat li jħallu l-iskola minn kmieni u biex jitnaqqsu l-impjiegi prekarji, u biex tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali u tax-xogħol ta’ kulħadd; fil-kuntest tas-soċjetà tal-informazzjoni tas-seklu 21 u l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif, l-inklużjoni diġitali hija ta’ importanza fundamentali b'mod partikulari fir-rigward ta’ dawk żvantaġġjati, l-anzjani u l-abitanti ta’ zoni rurali remoti;

44.

Jinnota bi tħassib it-tendenza lejn inugwaljanza dejjem tikber fid-dħul u fil-ġid fl-Istati Membri; jemmen li tali tendenza għandha tkun mreġġa' lura permezz ta’ azzjoni nazzjonali u Ewropea xierqa sabiex naslu għal soċjetà li għandha aktar koeżjoni u biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jipperċepixxu li qed jibbenefikaw mit-tkabbir;

45.

Jinnota li uħud mill-Istati Membri introduċew il-kunċett ta’ paga minima; jissuġġerixxi li Stati Membri oħra jistgħu jibbenefikaw mill-istudju tal-esperjenza ta’ dawn tal-ewwel; jistieden lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw il-prekundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni soċjali u ekonomika għal kulħadd u b'mod partikulari biex jipprovdu għal regolamenti dwar kwistjonijiet bħal pagi minimi, jew arranġamenti ġeneralment li jorbtu u legali oħra jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi skond it-tradizzjonijiet nazzjonali, li jippermettu ħaddiema full-time biex jgħixu b'mod deċenti mid-dħul tagħhom;

46.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008-2010 billi jipproponi programm aktar prijorizzat b'10 objettivi ewlenin biss li jkunu jistgħu jintlaħqu waqt il-perjodu 2008-2010; jenfasizza, madankollu, li l-opportunità kbira li toffri l-Istrateġija ta’ Liżbona hi li tgħaqqad ħtiġijiet differenti ta’ riforma u strumenti ekonomiċi, ambjentali u strumenti relatati mal-impjiegi f'aġenda ta’ riforma waħda; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżomm dan l-approċċ koerenti u integrattiv ta’ taħlita ta’ politiki u li ma tħottux billi tieħu direzzjoni lejn miżuri ta’ politiki iżolati;

Il-kejl tal-progress u l-monitoraġġ ta’ Liżbona

47.

Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tnaqqas il-burokrazija, b'mod partikulari bl-għan li tgħin lill-SMEs, u sabiex ittejjeb l-evalwazzjoni tal-impatt leġiżlattiv; fl-istess ħin, jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Parlament u l-Kummissjoni għadhom ma laħqux ftehim dwar x'tip ta’ evalwazzjoni tal-impatt hija meħtieġa; f'dan ir-rigward, itenni l-istedina tiegħu għal skrutinju indipendenti u minn barra tal-evalwazzjoni tal-impatt;

48.

Jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji; jistenna bil-ħerqa li jirċievi indikazzjonijiet konkreti dwar kif dan l-objettiv se jintlaħaq waqt li jkunu żgurati l-kundizzjonijiet ta’ tmexxija tajba; jenfasizza li l-livelli kollha tal-gvern jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq dan l-objettiv u għalhekk għandhom ikunu involuti fid-deċiżjonijiet rigward il-politika relatata; jitlob, sabiex tkun tista' titnaqqas il-burokrazija u tkun simplifikata l-leġiżlazzjoni Ewropea, li jkun hemm monitoraġġ ċar bl-għan li jkun determinat safejn il-flessibilità li joffru l-atti leġiżlattivi Ewropej hija fil-fatt sfruttata mill-Istati Membri biex waqt it-traspożizzjoni iqisu l-ispeċifitajiet nazzjonali u dak li jxekkel l-innovazzjoni;

49.

Iqis li l-Istati Membri, flimkien mal-partijiet interessati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, huma l-atturi prinċipali għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona; isemmi li dawk il-pajjiżi li huma miftuħa għall-kompetizzjoni esterna, jimplimentaw riformi u jfittxu l-bilanċ baġitarju, kif ukoll l-investiment pubbliku u privata ta’ kwalità tajba, huma dawk li kibru l-aktar u li ħolqu l-aktar impjiegi; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Istrateġija ta’ Liżbona għadha mhix viżibbli biżżejjed fil-politiki nazzjonali ta’ ħafna Stati Membri; hu tal-fehma li l-mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati ekonomiċi kollha hija essenzjali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija; b'mod partikulari, jemmen li involviment aħjar tal-imsieħba soċjali, il-parlamenti nazzjonali, l-awtoritjiet reġjonali u lokali, u s-soċjetà ċivili ser itejbu r-riżultati tal-Istrateġija taLiżbona u d-dibattitu pubbliku dwar riformi adegwati; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-kollaborazzjoni mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali, filwaqt li jipprovdu għal dibattiti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-NRPs tagħhom;

50.

Jenfasizza l-importanza tal-impenn tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet interessati kemm għall-firxa kif ukoll għall-karattru innovattiv tal-kisbiet; f'dan il-kuntest, jilqa' l-interess qawwi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-monitoraġġ tal-Istrateġija taLiżbona;

51.

Ifakkar li l-linji gwida integrati jipprovdu strument importanti għall-koordinazzjoni u qafas komuni għal Stati Membri differenti sabiex jaħdmu fuq l-aġendi nazzjonali ta riforma tagħhom; iqis li l-analiżi u l-feedback mill-Istati Membri juru li l-linji gwida qed jaħdmu, iżda li madankollu jeħtieġ titjib fir-rigward tal-adattament għal kundizzjonijiet ġodda ekonomiċi u tal-impjiegi kif ukoll fir-rigward tas-segwitu (benchmarking) tal-Istati Membri; jitlob li jkun hemm applikazzjoni u implimentazzjoni aktar komprensiva tal-indikaturi u tal-miri;

52.

Jilqa' r-rapporti tal-pajjiżi mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea; jitlob, madankollu, li jkun hemm approċċ aktar sistematiku li jenfasizza s-suċċessi kif ukoll in-nuqqasijiet; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi “punti li jirrikjedu attenzjoni” partikulari bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, filwaqt li jiġi provdut ukoll ċans sabiex jitjiebu r-risponsi tal-politiki nazzjonali;

53.

Iqis li n-nuqqas ta’ monitoraġġ kif jixraq huwa ostakolu kbir għal għażliet tal-politika li jsir b'mod infurmat; f'dan ir-rigward, jenfasizza li jista' jsir użu ħafna aħjar tal-ħiliet u tal-għarfien disponibbli fi ħdan l-aġenziji diċentralizzati Ewropej fl-oqsma tal-kompetenzi tagħhom;

54.

Għaldaqstant jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 li jinstab rimedju għan-nuqqas ta’ datamill-monitoraġġ billi jingħataw struzzjonijiet lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħejji studju li jimmonitorja “l-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Impjiegi” li jinvolvi 104 reġjuni u bliet tal-UE li jaqsmu ma’ xulxin il-fehmiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona — studju li se jiġi ppreżentat fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008; jenfasizza li l-istudju juri jekk id-dispożizzjoni għall-assenjazzjoni ta’ Fondi Strutturali tgħinx sabiex sehem akbar mill-infiq tal-Fondi Strutturali ikun dirett lejn l-innovazzjoni u lejn miri ambjentali; fl-istudju jistenna li jkun hemm evalwazzjoni tal-valur miżjud tar-reġjonalizzazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona;

55.

Jemmen li lanqas xejn mhu evidenti kif għandu jiġi mkejjel is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Liżbona jew, b'mod aktar ġenerali, liema indikaturi ikunu mezzi xierqa sabiex jitkejjel “il-progress”; hu definittivament tal-fehma, madankollu, li l-monitoraġġ tas-suċċessi u tal-fallimenti ma jistax ikun ristrett għal indikaturi ekonomiċi bħall-prodott gross domestiku / dħul gross nazzjonali biss, għax dawn huma fl-aħjar ċirkustanzi indikaturi tal-ħolqien tal-ġid f'perjodu speċifiku iżda lanqas biss jagħtu informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta’ ġid f'soċjetà, u huma 'l bogħod milli jagħtu ħjiel tal-prezz soċjali u ambjentali li jitħallas għall-ħolqien ta’ ġid addizzjonali;

56.

Jidikjara li jeħtieġ li jiħi żviluppat u applikat approċċ multi-dimensjonali sabiex jiġi evalwat il-benesseri uman lil hinn mill-oqsma tal-prodott gross domestiku jew tad-dħul gross nazzjonali; jilqa', għaldaqstant, id-deliberazzjonijiet tal-Organizzazjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp fit-Tieni Forum Dinji tagħha “Il-kejl u t-trawwim tal-Progress tas-Soċjetajiet” f'Ġunju 2007, u d-diskussjonijiet tal-Konferenza tal-Kummissjoni “Lil hinn mill-Prodott Gross Domestiku” fil-Parlament f'Novembru 2007, għaliex dataaffidabbli hija bażi importanti għal għażliet politiċi infurmati;

57.

Jilqa', għaldaqstant, il-ħidma li saret minn diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex ikunu żviluppati indikaturi kwalitattivi ġodda; iħeġġeġ sabiex dawn l-indikaturi — kemm jekk huma relatati mad-dimensjoni soċjali, bħall-indikatur tal-faqar, jew ma’ dik ambjentali, bħall-indikatur tal-bijodiversità — jiġu użati fl-evalwazzjonijiet li ġejjin tal-NPRs u integrati fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni, sabiex b'hekk jinħoloq sett aktar komplut ta’ indikaturi sabiex jitkejjel is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Liżbona;

58.

Jinsisti biex ikun hemm garanzija ta’ koperazzjoni xierqa u involviment sħiħ tat-tliet istituzzjonijiet tal-UE fis-segwitu tal-Istrateġija ta’ Liżbona; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jgħarrfu l-irwol tal-Parlament Ewropew li qed jimmonitorja mill-qrib l-istrateġija ta’ Liżbona u l-programmi nazzjonali ta’ riforma, u jiżguraw mezzi baġitarji importanti għall-miri ta’ Liżbona u jikkoperaw mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali rigward dispożizzjonijiet leġiżlattivi importanti;

*

* *

59.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0533.

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.

(3)  ĠU L 254, 30.09.1994, p.64.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/38


L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2008
Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi 2008-2010

P6_TA(2008)0058

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) (COM(2007)0803 — 2007/2275(INI))

2009/C 184 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Linji Gwidi Integrati għat-Tkabbir u għall-Impjiegi (2008-2010) (COM(2007)0803, Taqsima V),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Stati Membri u Reġjuni li qed iwettqu l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, 2007-2013 (COM(2007)0798),

wara li kkunsidra s-27 Programm ta’ Riforma Nazzjonali ta’ Liżbona (NRPs) kif ippreżentati mill-Istati Membri,

wara li kkunisdra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew f'Marzu 2000, Marzu 2001 u Marzu 2005,

wara li kkunsidra l-Linji Gwidi Integrati tal-Kummissjoni għat-Tkabbir u għall-Impjiegi (2005-2008) (COM(2005)0141) (il-Linji Gwidi Integrati),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport strateġiku dwar l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi: it-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010)” (COM(2007)0803),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar l-interess Ewropew: suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 107 u l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji (A6-0029/2008),

A.

billi l-istabilità makroekonomika tiġi żgurata b'taħlita tajba ta’ għadd ta’ politiki ekonomiċi; billi l-isfidi għall-istabilità għandhom ikunu indirizzati mhux biss b'miżuri makroekonomiċi imma wkoll bl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fil-prodotti, fix-xogħol u fis-swieq kapitali,

B.

billi għad fadal iżjed xi jsir biex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jkunu preparati għall-globalizzazzjoni u biex jissaħħu l-pedamenti għas-suċċess ekonomiku u għal iktar koeżjoni soċjali għaż-żmien medju u għat-tul,

C.

billi hemm opportunità li jiġi “sfruttat għal kulħadd” il-momentum tal-vantaġġ kompetittiv uniku li jirriżulta mit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u mill-integrazzjoni ulterjuri tagħha,

D.

billi l-munita komuni u l-politika monetarja komuni joffru dimensjoni addizzjonali għall-integrazzjoni tal-ekonomiji u għall-koordinazzjoni ta’ strateġiji politiċi li jistgħu jsaħħu l-irwol taż-żona tal-eurofil-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi għall-Unjoni Ewropea kollha,

E.

billi l-linji gwidi integrati huma strument ċentrali tal-politiki makroekonomiċi tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi, li jikkonċentraw fuq perjodu medju ta’ tliet snin,

F.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jridu jwettqu politiki makroekonomiċi kif ukoll mikroekonomiċi biex l-Ewropa ssir post iżjed attraenti għall-investiment u x-xogħol u biex tingħata spinta lill-għerf u l-innovazzjoni għat-tkabbir,

G.

billi l-Unjoni Ewropea kkommettit ruħha, fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007, għal miri kwantitattivi għal tnaqqis ta’ gass b'effett serra u għal sehem ikbar ta’ enerġiji li jiġġeddu sa l-2020,

H.

billi s-servizzi finanzjarji huma importanti b'mod partikulari minħabba li dan is-settur għandu sehem ewlieni fl-iżvilupp ta’ bosta oqsma tal-attività ekonomika,

I.

billi l-politiki li huma maħsubin biex iżidu l-investiment fl-għerf u fir-riżorsi umani kif ukoll dawk li jsaħħu l-ħila innovattiva tal-ekonomija tal-UE huma fil-qalba tal-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi,

J.

billi l-kundizzjonijiet ekonomiċi biex l-enerġija kreattiva tan-nies tinqaleb f'riżultati ekonomiċi innovattivi, pereżempju, l-ideat ġodda, in-negozji li jaħdmu b'teknoloġija avvanzata u l-iżvilupp reġjonali, m'humiex żviluppati biżżejjed u għadhom frammentati,

K.

billi fil-kuntest tal-globalizzazzjoni mgħaġġla, it-titjib fil-konsistenza internazzjonali tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fosthom l-impenn għal standards ambjentali u soċjali għoljin, huwa ta’ importanza deċiżiva,

L.

billi l-istabilità u l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea tista' tiġi żgurata biss bis-saħħa tal-fehim reċiproku tal-leġiżlazzjoni u r-regoli li jirriflettu r-realtà b'mod xieraq,

M.

billi m'huwiex possibbli li jinkiseb progress sostanzjali fil-ħolqien ta’ soċjetà misjuqa mill-għerf mingħajr l-involviment attiv taċ-ċittadini kollha tal-UE,

Qafas ekonomiku

L-assigurazzjoni tat-tkabbir u l-istabilità makroekonomika

1.

Jilqa' r-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni li jevalwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, fosthom il-Linji Gwida Integrati; jagħti l-appoġġ tiegħu lill-fehma tal-Kunsill li l-istrateġija mġedda trid iżżid il-valur fil-livell Komunitarju biex ittejjeb il-koerenza tar-riformi u biex timmassimizza l-effetti pożittivi kif ukoll biex tiżgura li l-aġendi dwar ir-riforma ta’ Liżbona b'mod effettiv jirriżultaw f'iktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità ogħla fl-Unjoni Ewropea kollha;

2.

Jisħaq mill-ġdid fuq l-importanza ta’ implimentazzjoni attiva tal-Istrateġija ta’ Liżbona u l-Linji Gwida Integrati, b'enfasi fuq l-interdipendenza tal-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli li tkun dinamika u innovattiva;

3.

Jikkunsidra li l-iżbilanċi li qed jikbru, id-domanda aggregata u l-pressjoni inflazzjonarja globali jistgħu jsiru sfida sinifikanti għall-politika monetarja minħabba l-inċertezza fit-tul fis-swieq finanzjarji; jenfasizza li ambjent makroekonomiku b'saħħtu u stabbli jeħtieġ finanzi pubbliċi ta’ kwalità għolja flimkien ma’ baġits iktar konsolidati, kif ukoll polza ta’ investiment privata u pubblika intelliġenti li toħloq infrastruttura b'viżjoni li tiftaħ illum is-swieq ta’ għada; jitlob li jkun hemm azzjoni koordinata biex tiżdied il-flessibilità tal-ekonomija tal-UE;

4.

Jemmen li politiki ekonomiċi sodi jistgħu jgħinu biex tikber il-fiduċja u tonqos l-inċertezza fit-taqlib finanzjarju attwali; jikkunsidra li għall-2008, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn issaħħaħ it-tkabbir potenzjali tagħha sabiex tkun tista' tiġġenera xogħol, b'mod partikolari fid-dawl tat-tkabbir tagħha għal 27 Stat Membru;

5.

Jirrimarka li fl-interess tal-istabilità makroekonomika, iż-żieda fil-produttività għandha timxi id f'id ma’ distribuzzjoni iktar ġusta tal-benefiċċji tat-tkabbir u mat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għat-talba għal żieda fid-dħul biex jinżamm il-pass mat-tkabbir medju fil-produttività;

6.

Jenfasizza li l-iżbilanċi finanzjarji li qegħdin ikomplu jikbru u l-volatilità eċċessiva tar-rati tal-kambju kif ukoll il-kreditu limitat u l-inċertezza fit-tul fis-swieq finanzjarji huma sfida sinifikanti għal min ifassal il-politika makroekonomika u, b'mod partikolari, il-politika monetarja;

7.

Jirrimarka li trid tingħata iżjed attenzjoni biex jitjiebu s-sinerġiji bejn il-politika baġitarja, il-pagi u t-tkabbir fil-produttività filwaqt li għandhu jittieħed kont wkoll tal-implikazzjonijiet tal-politika baġitarja fuq l-iżviluppi makroekonomiċi;

8.

Huwa mħasseb dwar il-livelli għoljin tar-rata tal-kambju tal-euro li jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u li, f'dawk il-livelli, inaqqsu mill-marġni tal-operat tal-politika monetarja; jappoġġa l-interdependenza tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-istabbiliment tal-politika monetarja u jenfasizza li l-apprezzament tar-rata tal-kambju tal-euro huwa r-riżultat tal-iżbilanċi li dejjem qegħdin jikbru f'pajjiżi terzi kif ukoll tan-nuqqas ta’ domanda interna fiż-żona tal-euro;

9.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ politika fiskali soda bħala kundizzjoni ewlenija għat-tkabbir sostenut u l-ħolqien tal-impjiegi f'kull Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat bħala responsabilità komuni tal-Unjoni Ewropea; jisħaq fuq l-importanza kbira tal-effiċjenza fil-finanzi pubbliċi u jikkunsidra li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, il-konsolidament tal-finanzi pubbliċi jista' jgħin biex is-sostenibilità fiskali għat-tul tibqa' intatta; jenfasizza l-importanza tal-immodernizzar tal-amministrazzjoni bħala sors biex jitjiebu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzi pubbliċi;

Swieq finanzjarji sodi

10.

Jirrimarka li sistema finanzjarja li tkun integrata sewwa tista' ssaħħaħ l-effiċjenza tal-politika monetarja, l-aktar fiż-żona tal-euro; jemmen li s-swieq finanzjarji jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali għas-sostenibilità makroekonomika u fiskali; jissuġġerixxi li jiġu eżaminati l-linji gwida speċifiċi dwar is-suq finanzjarju marbuta ma’ fehim imtejjeb tal-kriżijiet finanzjarji ulterjuri possibbli u ma’ trasparenza, responsabilita' u superviżjoni mtejba għal investituri, swieq u regolaturi;

11.

Jinnota li approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rekwiżiti kapitali jiffaċilita l-flussi tal-kapital transkonfinali mmexxijin minn strateġiji korporattivi speċifiċi fi gruppi finanzjarji kbar u jippreżenta sfida makroekonomika għall-Istati Membri ż-żgħar; huwa konvint bil-qawwa li s-sorveljanza finanzjarja effikaċi u t-trasparenza huma essenzjali sabiex jitrażżnu l-iżbilanċi makroekonomiċi;

12.

Jisħaq fuq l-interdipendenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri, l-aktar fiż-żona tal-euro; jikkunsidra li l-Linji Gwida Integrati għandhom jistabbilixxu qafas wiesa' għal koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-politika ekonomika biex ikun hemm konformità bejn l-aġendi nazzjonali tar-riforma (NRPs); jissuġġerixxi li, f'dan il-proċess, għandu jittieħed approċċ iżjed delikat lejn il-konverġenza li jkun jirrifletti d-diversità ekonomika u t-tradizzjonijiet differenti sabiex jissaħħaħ l-appoġġ wiesa' għall-proġett komuni tal-UE;

13.

Hu tal-fehma li, stimolu tal-investiment privat u inizjattivi konġunti fil-qasam tal-koperazzjoni bejn il-pubbliku u l-privat, filwaqt li jiġi rispettat il-konsolidament finanazjarju, jista' joħloq sinerġiji sostanzjali, itejjeb il-kapaċità tal-Ewropa biex tilqa' l-isfidi eżistenti fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka, tat-trasport u l-komunikazzjoni, tal-enerġija u s-sostenibilità ambjentali, u jagħti appoġġ għall-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi fl-Ewropa kollha;

It-tfassil tal-aġenda esterna

14.

Jenfasizza li sistema finanzjarja globali mingħajr regolamenti tmur lil hinn mill-influwenza diretta tal-politiki tal-UE u tista' tippreżenta r-riskju tal-instabilità finanzjarja; jenfasizza li approċċ omoġenju u koerenti min-naħa tar-regolaturi u l-leġiżlaturi huwa kundizzjoni ewlenija meħtieġa biex tikkonrtobilanċja t-tifrix tar-riskju transkonfinali; jemmen li huwa meħtieġ li jiġi evalwat mill-ġdid l-impatt tal-mudell tan-negozju u s-sehem tal-gruppi finanzjarji multinazzjonali fis-swieq finanzjarji globali;

15.

Jirrimarka li l-Unjoni Ewropa u l-Istati Membri għandhom responsabilità komuni biex jindirizzaw l-isfidi, l-opportunitajiet u l-inċertezzi li ċ-ċittadini jħabbtu wiċċhom magħhom bħala riżultat tal-globalizzazzjoni; hu konvint li sabiex tiġi promossa l-kompetittività Ewropea f'dinja globalizzata, għandha tiġi żviluppata d-dimensjoni esterna tas-suq intern; ifakkar li l-Unjoni Ewropea mhix se tadatta ruħha b'mod passiv għall-globalizzazzjoni iżda, għall-kuntrarju, se ssawwarha hi; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-koperazzjoni strateġika fuq livell internazzjonali, b'mod partikulari bis-saħħa tar-relazzjonijiet transatlantiċi, u li ssir ħidma konġunta fi ħdan organizzazzjonijiet multilaterali iżjed b'saħħithom billi jiġu promossi l-prinċipji ewlenin tal-UE — is-solidarjetà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem;

16.

Jitlob li jittieħdu miżuri fil-ġlieda kontra l-protezzjoniżmu kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-protezzjoniżmu jdgħajjef iktar milli jħares id-drittijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini;

Il-kisba mill-ġdid tad-dinamiżmu fin-negozju

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni fil-politika ekonomika

17.

Jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea, fir-rounds multilaterali tan-negozjati multilaterali differenti bħal dawk tad-WTO, għandha turi l-viżjoni komuni li tassew tgħaqqad l-interessi ta’ kull Stat Membru;

Iffukar fuq l-oqsma ta’ prijorità

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika integrata konsistenti għall-iżvilupp sostenibbli; jemmen li l-użu sostenibbli tar-riżorsi u t-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-ħarsien tal-ambjent u t-tkabbir kif ukoll it-titjib tal-prestazzjoni innovattiva jistgħu jinkisbu billi jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u billi tingħata dimensjoni “ekoloġika” lill-akkwist pubbliku, b'attenzjoni partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

19.

Jisħaq fuq is-sehem tal-istrumenti bbażati fuq is-swieq (MBIs) biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 sabiex l-Ewropa tinbidel f'ekonomija bbażata fuq l-enerġija effiċjenti u li tiġġedded; jikkunsidra li l-pressjoni kontinwa li qiegħda dejjem tikber fuq il-prezzijiet tal-enerġija u ż-żieda fit-theddidiet għall-klima jfissru li huwa importanti li t-titjib fl-effiċjenza enerġetika jiġi promoss bħala kontribut kemm għat-tkabbir kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli; jirrimarka li l-kumpaniji tal-UE huma minn ta’ quddiem fl-iżvilupp tat-teknoloġiji li jaħdmu bl-enerġija li tiġġedded;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita “il-ħames libertà” b’ mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni — il-libertà tal-għerf — li tikkomplementa l-erba' libertajiet l-oħra tal-moviment tal-prodotti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital;

21.

Jikkunsidra li fil-kuntest taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-ikel li tidher li se tkun permanenti aktar milli ċiklika, għandhom jiġu riveduti l-mekkaniżmi tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) li jillimitaw il-forniment; jemmen li l-CAP jista' jkollha sehem importanti fl-istabilità tal-prezzijiet tal-ikel;

22.

Itenni l-fehma tiegħu dwar il-ġid li jsir jekk il-piż tat-taxxa jiċċaqlaq minn fuq ix-xogħol għad-degradazzjoni tal-ambjent bħala mod effettiv biex jiġu indirizzati kwistjonijiet marbuta mal-ambjent u mal-impjiegi, u huwa tal-opinjoni li l-piż għandu jonqos minn fuq ix-xogħol biex jinħolqu aktar impjiegi u tingħeleb l-ekonomija s-sewda;

It-titjib fis-suq intern

23.

Jirrimarka li bħala riżultat tal-fatt li s-suq internma tlestiex, il-produttività tal-UE għadha ma laħqitx il-potenzjal kollu tagħha u dan ma jippermettix li jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-suq globali; jikkunsidra li filwaqt li s-suq intern għall-prodotti huwa integrat b'mod aktarx tajjeb, is-swieq tas-servizzi, fosthom dak tas-servizzi finanzjarji, għadhom aktarx frammentati; jitlob għall-integrazzjoni mgħaġġla tas-suq tas-servizzi b'implimentazzjoni konsistenti u koerenti u bl-infurzar tar-regoli miftiehma kif ukoll bit-tneħħija tal-ostakli għall-kompetizzjoni u għad-dħul fis-swieq; jinnota li t-twassil, bi prezzijiet raġonevoli, ta’ servizzi effettivi ta’ interess ekonomiku ġenerali għandu sehem importanti x'jagħti f'ekonomija kompetittiva u dinamika;

24.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-erba' libertajiet għandha titwettaq bl-istess mod u bl-istess miżura fl-Unjoni Ewropea kollha u li t-tħaddim tagħhom għandu jiġi mmonitorjat il-ħin kollu;

25.

Jenfasizza l-bżonn li l-industriji abbażi ta'networks jinfetħu għall-kompetizzjoni billi jiġi żgurat li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet u kompetizzjoni effettiva fis-swieq integrati tal-Ewropa kollha; f'dan is-sens, jemmen li s-sjieda pubblika fis-swieq tal-elettriku u tal-gass hija wieħed mill-elementi ewlenin li jwasslu għal distorsjoni fil-livell Ewropew, u li l-istimolu għall-kompetizzjoni f'dawk is-swieq għandu jkompli jittejjeb; huwa konvint li l-espansjoni, it-titjib u l-konnettività tal-infrastruttura Ewropea, b'mod speċjali għal dawk li huma proġetti transkonfinali u l-interkonnettività bejn l-Ewropa l-qadima u dik ġdida, għandhom jgħinu biex jiġu żviluppati kundizzjonijiet adegwati għal titjib sostanzjali fil-produttività tas-setturi tat-trasport, tal-enerġija u tal-ICT;

Il-kontribut tal-politika tat-tassazzjoni għall-Aġenda ta’ Liżbona

26.

Jinnota l-ħtieġa li jkun hemm qafas fiskali koordinat, li għandha tkun favorevoli għalihom, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tkun maħsuba biex iġġedded it-tkabbir u tiġġenera l-impjiegi;

27.

Jirrimarka li, f'dak li hu finanzjament mill-istat, l-Unjoni Ewropea trid tippromwovi arranġamenti tat-taxxa sabiex jiġi mħeġġeġ il-ħolqien ta’ negozji ġodda u tal-innovazzjoni teknoloġika; jinnota li dan għandu mnejn jinvolvi, fost l-oħrajn, tnaqqis fit-taxxi li jdgħajfu l-effiċjenza u l-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikulari għal gruppi soċjali speċifiċi bħal ma huma n-nisa, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil u dawk imdaħħlin fiż-żmien;

L-investiment fin-nies u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol

L-intraprenditorjat u l-kreattività

28.

Huwa konvint li sabiex tiġi promossa kultura ta’ intraprenditorjat u biex jinħoloq ambjent li jappoġġja lill-SMEs huwa kruċjali li s-sistema ta’ governanza ta’ qafas istituzzjonali għall-innovazzjoni ssir iżjed sempliċi u tkun ibbażata fuq sistema effiċjenti ta’ finanzjament li tipprovdi l-fondi matul il-fażijiet kollha tal-proċess ta’ innovazzjoni, mill-iżvilupp tal-ideat sa l-implimentazzjoni tagħha fil-livell ta’ intrapriża; jirrimarka li l-politika strutturali għandha titfassal b'mod flessibbli sabiex takkomoda l-espressjoni kreattiva u tiffaċilita l-użu vantaġġuż tal-ideat kreattivi;

29.

Jemmen bil-qawwa li t-titjib fir-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miri ambizzjużi fit-tnaqqis tal-piż li jirriżulta minn leġiżlazzjoni ġdida tal-UE jagħtu kontribut għal ambjent kummerċjali iżjed kompetittiv u jinkoraġġixxu l-inizjattiva privata; jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri daqstant ieħor ambizzjużi mnissla mil-livelli kollha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-effiċjenza tal-ħila istituzzjonali u amministrattiva tal-Istati Membri;

L-approċċ għaċ-ċiklu tal-ħajja

30.

Jikkunsidra li politiki tax-xogħol attivi għandhom iħalltu l-politiki li huma ffukati fuq “il-flessigurtà” ma’ forom ġodda ta’ sigurtà, fosthom il-motivazzjoni biex wieħed ifittex impjieg b'mod attiv kif ukoll l-antiċipazzjoni aħjar u l-ġestjoni pożittiva tal-bidla, inkluż l-istrutturar ekonomiku mill-ġdid, sabiex titnaqqas kemm jista' jkun l-esklużjoni soċjali u jitħaffef l-adattabilita'; huwa konvint li għandha tingħata attenzjoni partikolari fuq kif jistgħu jintlaħqu ċ-ċittadini b'mod iżjed effettiv kif ukoll l-aspettativi u l-ħtiġijiet tagħhom;

31.

Jikkunsidra li l-approċċ għaċ-ċiklu tal-ħajja għandu jkun żviluppat biex jiġu ffaċċjati l-isfidi demografiċi, fosthom l-immodernizzar tas-sistemi tal-pensjoni, sabiex tiġi żgurata s-sostenibilità finanzjarja, ekonomika u soċjali;

32.

Jemmen li l-edukazzjoni hija fattur determinanti ewlieni tal-potenzjal tat-tkabbir fit-tul u strument effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni, u tippermetti li n-nies itejbu l-istandards tal-għajxien tagħhom; jirrakkomanda li jkunu implimentati miżuri aktar effettivi mill-UE u mill-Istati Membri biex jinvestu aktar fl-edukazzjoni u jtejbu l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd;

33.

Huwa tal-fehma li, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fit-taħriġ kontinwu u fuq il-post tax-xogħol matul iċ-ċiklu tal-ħajja, b'mod speċjali għall-ħaddiema bi kwalifiki minimi u dawk imdaħħla fiż-żmien, l-istrateġiji effiċjenti għat-tagħlim matul il-ħajja jistgħu jpattu għall-impatt negattiv li qiegħda tħalli fuq il-forzi tax-xogħol li qegħdin jixjieħu — fl-UE; jikkunsidra, madanakollu, li jrid isir sforz determinat biex jogħla l-livell tal-ħiliet bażiċi taż-żgħażagħ, jitnaqqas b'mod drastiku l-ħruġ bikri mill-iskola u n-nuqqas ta’ żvilupp ta’ ħiliet b'mod ġenerali, u tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-migranti u tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà u fix-xogħol, b'mod partikulari billi jitrawwem l-iżvilupp tal-ħiliet;

Il-politika dwar l-immigrazzjoni

34.

Huwa konvint bil-qawwa li għandha tiġi kkunsidrata politika effettiva dwar l-immigrazzjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ ħiliet u tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jemmen li l-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva Ewropea dwar l-immigrazzjoni li tikkomplementa l-politiki tal-Istati Membri għadha prijorità fundamentali sabiex jintlaqgħu l-isfidi u jiġu sfruttati l-opportunitajiet li tirrappreżenta l-migrazzjoni fl-era l-ġdida tal-globalizzazzjoni;

35.

Jikkunsidra li l-promozzjoni tat-tkabbir u tal-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-ftuħ ekonomiku akbar tal-Unjoni Ewropea jibqgħu vitali għall-iskop tal-ġestjoni tajba tal-flussi tal-migrazzjoni u għall-ġlieda kontra r-raġunijiet u l-faċilitaturi tal-immigrazzjoni illegali; jammetti li l-Unjoni Ewropea teħtieġ b'mod urġenti politika koerenti għall-migrazzjoni legali eż migrazzjoni ekonomika;

It-titjib fil-governanza ekonomika

36.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapporti fuq il-pajjiżi mħejjija mill-Kummissjoni; jitlob, madanakollu, li jkun hemm approċċ aktar sistematiku li jisħaq kemm fuq is-suċċessi kif ukoll fuq in-nuqqasijiet; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni biex jidħlu punti partikolari li wieħed għandu joqgħod għassa għalihom bħala parti mis-sorveljanza multilaterali kif ukoll bħala opportunità biex jitjiebu r-reazzjonijiet tal-politiki nazzjonali; jirrikonoxxi li għandu jiżdied is-sehem tal-livell reġjonali għat-tkabbir u għall-impjiegi, bħal ma huwa rikonoxxut fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programmi tal-politika tal-koeżjoni li jkopru l-perjodu 2007 sa 2013;

37.

Jiddispjaċih li l-viżibilità tal-Istrateġija ta’ Liżbona għadha dgħajfa fil-politiki nazzjonali ta’ ħafna Stati Membri; hu tal-fehma li l-mobilizzazzjoni ta’ dawk kollha li għandhom interess ekonomiku hija essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha; b'mod partikulari, jemmen li l-involviment akbar min-naħa tas-sieħba soċjali, tal-parlamenti nazzjonali, tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tas-soċjetà ċivili se jtejjeb ir-riżultati tal-Istrateġija ta’ Liżbona u jseddaq id-dibattitu pubbliku dwar riformi xierqa; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex japprofondixxu l-kollaborazzjoni mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali filwaqt li jagħmlu provvedimenti għal dibattiti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riforma nazzjonali (NRPs) tagħhom;

38.

Jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra l-modifikazzjonijiet li ġejjin:

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

MODIFIKAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT

Modifika 1

Linja gwida 1

Linja gwida 1. Biex tkun żgurata l-istabbiltà ekonomika għal tkabbir sostenibbli

Linja gwida 1. Biex tkun żgurata l-istabbiltà ekonomika għal tkabbir sostenibbli inklużjoni soċjali u żieda fl-impjiegi fl-ambjent globali

1.

Skond il-Patt ta' Stabbiltà u ta' Tkabbir, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-għanijiet baġitarji tagħhom ta' tul ta' żmien medju. Sakemm dan l-għan ma jkunx għadu ntlaħaq, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi kollha meħtieġa sabiex jilħquh. L-Istati Membri għandhom jevitaw linji ta' politika fiskali pro-ċikliċi. Barra dan, jeħtieġ li dawk l-Istati Membri li jkollhom defiċit eċċessiv jieħdu azzjoni effettiva sabiex jiżguraw korrezzjoni fil-pront tad-defiċits eċċessivi.

1.

Skond il-Patt ta' Stabbiltà u ta' Tkabbir, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-għanijiet baġitarji tagħhom ta' tul ta' żmien medju. Sakemm dan l-għan ma jkunx għadu ntlaħaq, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi kollha meħtieġa biex jilħquh u għandhom jiżguraw l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll il-konsolidament tal-finanzi pubbliċi . L-Istati Membri għandhom jevitaw linji ta' politika fiskali proċikliċi. Barra dan, jeħtieġ li dawk l-Istati Membri li jkollhom defiċit eċċessiv jieħdu azzjoni effettiva sabiex jiżguraw korrezzjoni fil-pront tad-defiċits eċċessivi.

2.

L-Istati Membri li jirrappurtaw żbilanċi fil-kontijiet kurrenti li jirriskjaw li jkunu insostenibbli, għandhom jaħdmu biex jikkoreġuhom billi jimplimentaw riformi strutturali, jagħtu spinta lill-kompetittività esterna u, fejn xieraq, billi jikkontribwixxu għall-korrezzjoni tagħhom permezz ta' politiki fiskali.

2.

L-Istati Membri li jirreġistraw defiċits fil-kontijiet kurrenti li jirriskjaw li ma jkunux sostenibbli, għandhom jaħdmu biex jikkoreġuhom billi jimplimentaw riformi strutturali, jagħtu spinta lill-kompetittività esterna u, fejn ikun xieraq, jikkontribwixxu għall-korrezzjoni tagħhom permezz ta' linji ta' politika fiskali kif ukoll permezz tal-konsolidament tar-riżultati tat-tkabbir ekonomiku filwaqt li tingħata attenzjoni għal sinerġiji aħjar bejn il-politika baġitarja u t-tkabbir tal-produttività .

 

2a.

Fl-interess tal-istabbiltà, l-Istati Membri m'għandhomx iħallu f'idejn il-politika monetarja biss ir-responsabilità kollha fil-ġlieda kontra r-riskju tal-inflazzjoni, b'mod partikolari fis-sitwazzjoni kurrenti tar-rati tal-kambju għoljin. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-politiki kollha li jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra r-riskju tal-inflazzjoni.

 

2b.

L-Istati Membri għandhom iżidu l-flessibilità tal-ekonomija tal-UE billi jiżviluppaw id-dimensjoni esterna tas-suq intern sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet marbuta mal-iżbilanċi globali li dejjem qegħdin jikbru.

 

2c.

Wara taqlib li seħħ riċentement fis-swieq finanzjarji, iridu jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata sitwazzjoni ta' nuqqas ta' kreditu u biex terġa' tinbena l-fiduċja fis-swieq finanzjarji sabiex jiġu moqdija l-ħtiġijiet ta' investiment tal-atturi pubbliċi u privati.

Modifika 2

Linja gwida 2

Linja gwida 2. Biex tkun salvagwardjata s-sostenibbiltà ekonomika u fiskali bħala bażi għal żieda fl-impjiegi

Linja gwida 2. Biex tkun salvagwardata s-sostenibbiltà ekonomika u fiskali bħala bażi għal prospetti tat-tkabbir imtejba

Meta jitqiesu l-ispejjeż projettati tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu , l-Istati Membri:

Meta jitqiesu l-isfidi demografiċi proġettati għall-ġejjieni , l-Istati Membri:

1.

għandu jkollhom pass sodisfaċenti ta' tnaqqis tad-dejn tal-gvern ħalli jissaħħu l-finanzi pubbliċi ;

1.

għandhom jirriformaw u jsaħħu s-sistemi tal-pensjonijiet, tal-assigurazzjoni soċjali u tal-kura tas-saħħa biex jiżguraw li dawn ikunu finanzjarjament vijabbli u sostenibbli kif ukoll adegwati u aċċessibbli soċjalment;

2 .

għandhom jirriformaw u jsaħħu s-sistemi tal-pensjonijiet, tal-assigurazzjoni soċjali u tal-kura tas-saħħa biex jiżguraw li dawn ikunu finanzjarjament vijabbli, adegwati u aċċessibbli soċjalment;

2.

għandu jkollhom pass sodisfaċenti ta' tnaqqis tad-dejn tal-gvern, filwaqt li jtejbu l-ġestjoni tad-dejn ħalli jissaħħu l-finanzi pubbliċi ;

3.

għandhom jieħdu miżuri biex iżidu l-parteċipazzjoni fis-swieq tax-xogħol u l-provvista tax-xogħol, b'mod speċjali fost in-nisa, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien, u għandhom jippromowvu approċċ tul ċiklu ta' ħajja għax-xogħol sabiex jiżdiedu s-sigħat maħduma fl-ekonomija.

3.

għandhom jieħdu miżuri biex iżidu l-parteċipazzjoni fis-swieq tax-xogħol u l-provvista tax-xogħol, b'mod speċjali fost in-nisa, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien, u għandhom jippromwovu approċċ tul ċiklu ta' ħajja għax-xogħol sabiex jiżdiedu s-sigħat maħduma fl-ekonomija ; u

 

3a.

għandhom jimplimentaw il-“ħames libertà” tal-għerf u jippromwovu ħiliet ġodda; għandhom jiżguraw it-tagħlim matul il-ħajja għal kulħadd u jimmodernizzaw l-infrastrutturi għas-sistemi tar-riċerka, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.

Modifika 3

Linja gwida 3

Linja gwida 3. Biex tkun promossa allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi orjentata lejn it-tkabbir u l-impjiegi.

Linja gwida 3. Biex tkun promossa allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi orjentata lejn it-tkabbir u l-impjiegi u biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-ekonomija

Mingħajr preġudizzju għal-linji-gwida għall-istabbiltà u għas-sostenibbiltà ekonomika, l-Istati Membri għandhom jagħtu direzzjoni ġdida lill-kompożizzjoni tan-nefqa pubblika lejn kategoriji li jtejbu t-tkabbir skond l-Istrateġija ta' Liżbona, jadattaw l-istrutturi fiskali biex isaħħu l-potenzjal għat-tkabbir, jiżguraw irwieħhom li ġew stabbiliti mekkaniżmi ħalli tkun ivvalutata r-relazzjoni bejn in-nefqa pubblika u l-kisba tal-għanijiet ta' politika, u jiżguraw irwieħhom mill-koerenza ġenerali tal-pakketti ta' riforma.

Mingħajr preġudizzju għal-linji gwida għall-istabbiltà u għas-sostenibbiltà ekonomika, l-Istati Membri għandhom jagħtu direzzjoni ġdida lill-kompożizzjoni tan-nefqa pubblika lejn kategoriji li jtejbu t-tkabbir skond l-Istrateġija ta' Liżbona, jadattaw l-istrutturi fiskali biex isaħħu l-potenzjal għat-tkabbir filwaqt li jiġi mħeġġeġ it-tkabbir misjuq mill-produttività , jiżguraw irwieħhom li ġew stabbiliti mekkaniżmi ħalli tkun ivvalutata r-relazzjoni bejn in-nefqa pubblika u l-kisba tal-għanijiet ta' politika, bħall-investiment ta' kwalità għolja fil-miri ta' Liżbona, u jiżguraw irwieħhom mill-koerenza ġenerali tal-pakketti ta' riforma.

Modifika 4

Linja gwida 4

Linja gwida 4. Biex ikun żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jikkontribwixxu għal stabbiltà u tkabbir makroekonomiċi.

Linja gwida 4. Biex ikun żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jikkontribwixxu għal stabbiltà u tkabbir makroekonomiċi

U biex tiżdied l-adattabilità, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kondizzjonijiet ta' qafas it-tajba għal sistemi ta' negozjati għall-pagi, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ ir-rwol tal-imsieħba soċjali, bil-għan li jippromwovu żviluppi nominali fil-pagi u fl-ispejjeż tax-xogħol li jkunu konsistenti mal-istabbiltà tal-prezzijiet u max-xejra fil-produttività tul perjodu medju ta' żmien, waqt li jqisu d-differenzi fil-ħiliet u fil-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali.

U biex tiżdied l-adattabilità, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kondizzjonijiet ta' qafas it-tajba għal sistemi ta' negozjati għall-pagi, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-irwol tal-imsieħba soċjali, bil-għan li jippromwovu żviluppi nominali fil-pagi u fl-ispejjeż tax-xogħol li jkunu konsistenti mal-istabbiltà tal-prezzijiet u max-xejra fil-produttività tul perjodu medju ta' żmien, waqt li j ieħdu kont, b'mod partikolari, tal-professjonisti tas-swieq finanzjarji, kif ukoll tad -differenzi fil-ħiliet u fil-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali.

Modifika 5

Linja gwida 5

Linja gwida 5. Biex tkun promossa koerenza akbar bejn linji ta' politika makro-ekonomiċi, strutturali u dwar l-impjiegi

Linja gwida 5. Biex tkun promossa koerenza akbar bejn linji ta' politika makroekonomiċi, strutturali u dwar l-impjiegi

 

L-Istati Membri għandhom:

1.

itejbu l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika biex jallinejaw l-aġendi ta' riforma nazzjonali filwaqt li jikkunsidraw d-diversità ekonomika u t-tradizzjonijiet differenti;

L-Istati Membri għandhom isegwu r-riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti li fl-istess ħin iżidu l-potenzjal għat-tkabbir u jappoġġjaw il-qafas makroekonomiku billi jżidu l-flessibilità, il-mobilità tal-fatturi u l-kapaċità għal aġġustament fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti b'reazzjoni għall-globalizzazzjoni, għall-avvanzi teknoloġiċi, għaċ-ċaqliq fid-domanda u għall-bidliet ċikliċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom: iġeddu l-impetu tar-riformi fiskali u tal-benefiċċji sabiex itejbu l-inċentivi u sabiex ix-xogħol ikun irendi; iżidu l-adattabbiltà tas-swieq tax-xogħol billi jikkombinaw il-flessibilità tal-impjiegi mas-sigurtà tagħhom; u jtejbu l-impjegabilità billi jinvestu fil-kapital uman.

2.

isegwu r-riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti li fl-istess ħin iżidu l-potenzjal għat-tkabbir u jappoġġjaw il-qafas makroekonomiku billi jiżguraw il-flessibilità permezz ta' forom ġodda ta' sigurtà , il-mobilità tal-fatturi u l-kapaċità għal aġġustament fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti b'reazzjoni għall-globalizzazzjoni, għall-avvanzi teknoloġiċi, għaċ-ċaqliq fid-domanda u għall-bidliet ċikliċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom: iġeddu l-impetu tar-riformi fiskali u tal-benefiċċji sabiex itejbu l-inċentivi u sabiex ix-xogħol ikun irendi; iżidu l-adattabbiltà tas-swieq tax-xogħol billi jikkombinaw il-flessibilità tal-impjiegi mas-sigurtà tagħhom; u jtejbu l-impjegabilità billi jinvestu fil-kapital uman ;

 

3.

joqogħdu attenti b'mod partikolari għat-tisħiħ tal-effiċjenza istituzzjonali u amministrattiva; u

 

4.

jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta' politika komprensiva tal-UE dwar l-immigrazzjoni, fosthom il-kriterji u l-proċeduri għal migrazzjoni ekonomika xierqa għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol.

Modifika 6

Linja gwida 6

Linja gwida 6. Biex jingħata kontribut għal EMU dinamika u li taħdem sew, l-Istati Membri taż-żona tal-euro jeħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni aħjar tal-linji ta' politika ekonomiċi u baġitarji tagħhom, b'mod partikolari:

Linja gwida 6. Biex jingħata kontribut għal EMU dinamika u li taħdem sew, l-Istati Membri taż-żona tal-euro jeħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni aħjar tal-linji ta' politika ekonomiċi u baġitarji tagħhom, b'mod partikolari:

 

-1.

jimmassimizzaw l-effetti pożittivi tar-riformi billi l-munita komuni u l-politika monetarja komuni joffru dimensjoni addizzjonali għall-koordinazzjoni;

1.

joqogħdu partikolarment attenti għas-sostenibbiltà fiskali tal-finanzi pubbliċi tagħhom b'konformtà sħiħa mal-Patt ta' Stabbiltà u ta' Tkabbir;

1.

joqogħdu partikolarment attenti għas-sostenibbiltà fiskali tal-finanzi pubbliċi tagħhom b'konformtà sħiħa mal-Patt ta' Stabbiltà u ta' Tkabbir;

2.

jikkontribwixxu għal taħlita ta' linji ta' politika li tappoġġja l-irkupru ekonomiku u li tkun kompatibbli mal-istabbilità tal-prezzijiet, u b'hekk tkabbar il-kunfidenza fost in-negozji u l-konsumaturi tul perjodu qasir ta' żmien, filwaqt li tkun kompatibbli ma' tkabbir sostenibbli tul perjodu twil ta' żmien;

2.

jikkontribwixxu għal taħlita ta' linji ta' politika li tappoġġja l-irkupru ekonomiku u li tkun kompatibbli mal-istabbilità tal-prezzijiet, u b'hekk tkabbar il-kunfidenza fost in-negozji u l-konsumaturi tul perjodu qasir ta' żmien, filwaqt li tkun kompatibbli ma' tkabbir sostenibbli tul perjodu twil ta' żmien;

3.

jagħtu spinta lil riformi strutturali li se jżidu t-tkabbir potenzjali tul perjodu twil ta' żmien taż-żona tal-euro u li se jtejbu l-produttività, il-kompetittività, u l-aġġustament ekonomiku tagħha għal xokkijiet asimetriċi, fejn joqogħdu partikolarment attenti għall-linji ta' politika dwar l-impjiegi; u

3.

jagħtu spinta lil riformi strutturali u jsegwu prijoritajiet għall-investiment skond l-għanijiet ta' Liżbona li se jżidu t-tkabbir potenzjali tul perjodu twil ta' żmien taż-żona tal-euro u li se jtejbu l-produttività, il-kompetittività, u l-aġġustament ekonomiku tagħha għal xokkijiet asimmetriċi, fejn joqogħdu partikolarment attenti għal-linji ta' politika dwar l-impjiegi; u

4.

jiżguraw li l-influwenza taż-żona tal-euro fuq is-sistema ekonomika globali tkun proporzjonata għall-piż ekonomiku tagħha .

4.

jiżguraw li l-influwenza tal-UE u taż-żona tal-euro fuq is-sistema ekonomika globali tkun proporzjonata għall-piż ekonomiku tagħhom .

Modifika 7

Linja gwida 7, parti introduttorja u paragrafi 1, 2 u 3

Linja gwida 7. Biex jiżdied u jittejjeb l-investiment fl-R&D (riċerka u żvilupp), b'mod partikolari minn negozji privati, ġie kkonfermat l-għan ġenerali għall-2010 ta' 3 % tal-PGD b'qasma adegwata bejn il-livelli tal-investiment privat u ta' dak pubbliku, l-Istati Membri se jiddefinixxu livelli intermedjarji speċifiċi. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw iktar taħlita ta' miżuri adattata sabiex jitrawwem l-R & D, partikolarment l-R & D relatat man-negozju, billi:

Linja gwida 7. Biex jiżdied u jittejjeb l-investiment fl-R&D (riċerka u żvilupp), b'mod partikolari minn negozji privati, ġie kkonfermat l-għan ġenerali għall-2010 ta' 3 % tal-PGD b'qasma adegwata bejn il-livelli tal-investiment privat u ta' dak pubbliku u biex tiġi promossa kultura intraprenditorjali u tiġi mħeġġa l-inizjattiva privata , l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw iktar taħlita ta' miżuri adattata sabiex jitħeġġu l-modernizzazzjoni tal-ekonomija u l-forom kollha tal-innovazzjoni, billi :

1.

itejjbu l-kundizzjonijiet ta' qafas u jiżguraw irwieħhom li l-kumpaniji joperaw f'ambjent kompetittiv u attraenti biżżejjed;

1.

jiżviluppaw istituzzjonijiet li jirreaġixxu għas-suq u li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas sabiex jiżguraw li l-kumpaniji joperaw f'ambjent ta' negozju kompetittiv biżżejjed u jgawdu mill-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet ;

2.

nefqa pubblika iktar effettiva u effiċjenti fuq l-R & D, u l-iżvilupp ta' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat (PPPs) ;

 

3.

jiżviluppaw u jsaħħu ċentri ta' eċċellenza ta' istituzzjonijiet edukattivi u ta' riċerka fl-Istati Membri, kif ukoll joħolqu oħrajn ġodda, fejn ikun xieraq, u jtejbu l-kooperazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġiji bejn l-istituti pubbliċi ta' riċerka u l-intrapriżi privati ;

 

 

3a.

jinkoraġixxu d-deċentralizzazzjoni taċ-ċentri ta' riċerka industrijali biex jerġa' jkun hemm il-konnettività tagħhom mill-ġdid maċ-ċentri tal-edukazzjoni, u jesploraw id-diversità tal-kulturi ta' riċerka differenti;

Modifika 8

Linja gwida 11, paragrafi 4a u 4b (ġodda)

 

4a.

iwettqu l-impenji miftiehma fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 sabiex jilqgħu għall-isfida tal-enerġija u tal-ambjent; u

 

4b.

jirrevedu l-mekkaniżmi tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) li jirrestrinġu il-forniment, fil-kuntest tal-prezzijiet tal-ikel li, milli jidher, qegħdin jogħlew b'mod stabbli u mhux b'mod ċikliku.

Modifika 9

Linja gwida 12

Linja gwida 12. Sabiex jestendu u jsaħħu s-Suq Intern, l-Istati Membri għandhom:

Linja gwida 12. Sabiex jestendu u jsaħħu s-suq intern u jiżguraw li jkun hemm swieq miftuħa u kompetittivi , l-Istati Membri għandhom:

1.

iħaffu t-traspożizzjoni tad-direttivi dwar is-suq intern;

1.

iħaffu t-traspożizzjoni tad-direttivi dwar is-suq intern u jeliminaw l-ostakli li fadal għall-attività transkonfinali ;

2.

jagħtu prijorità lil infurzar aktar strett u aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern;

2.

jagħtu prijorità lil infurzar aktar strett u aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern;

3.

jeliminaw l-ostakli rimanenti għall-attività transkonfinali;

3.

jeliminaw l-ostakli rimanenti għall-attività transkonfinali;

4.

japplikaw b'mod effettiv ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku tal-UE;

4.

japplikaw b'mod effettiv ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku tal-UE;

5.

jippromwovu suq intern tas-servizzi li jkun għalkollox operattiv, filwaqt li jippreservaw il-mudell soċjali Ewropew;

5.

jippromwovu suq intern tas-servizzi li jkun għalkollox operattiv u jiżguraw servizzi pubbliċi universali, aċċessibbli u sostenibbli bi prezzijiet li jintlaħqu u bi standards għoljin għal kulħadd , filwaqt li jippreservaw il-mudell soċjali Ewropew;

6.

jaċċeleraw l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji permezz ta' implimentazzjoni u ta' infurzar konsistenti u koerenti tal-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji.

6.

jaċċeleraw l-integrazzjoni tas-swieq tas-servizzi, fosthom is-servizzi finanzjarji, permezz tal-implimentazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern u tal-infurzar tal-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji filwaqt li jtejbu t-trasparenza, ir-responsabilità u s-sorveljanza għall-investituri, is-swieq u r-regolaturi fir-rigward ta' attivitajiet ta' investiment fis-swieq finanzjarji, kemm alternattivi kif ukoll mhux alternattivi ;

 

6a.

jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta' metodu bbilanċjat għar-regolamentazzjoni tal-firxa transkonfinali tar-riskju finanzjarju;

 

6b.

jiżviluppaw kundizzjonijiet adegwati għal titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi fl-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija, filwaqt li jiffokaw fuq l-oqsma transkonfinali, fuq ir-reġjuni periferali u fuq l-interkonnettività bejn l-Istati Membri l-“qodma” u l-“ġodda”; u

 

6c.

ikollhom sehem ewlieni fil-livell internazzjonali rigward kwistjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet u t-titjib tal-arranġamenti attwali dwar is-sorveljanza globali.

Modifika 10

Linja gwida 13, paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.

it-tlestija tas-suq transatlantiku;

*

* *

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0533.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/49


L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008
Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali

P6_TA(2008)0059

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2007/2102(INI))

2009/C 184 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażja Ċentrali, b'mod partikulari dawk tas-26 ta’ Ottubru 2006 dwar l-Uzbekistan (1), tas-16 ta’ Marzu 2006 dwar il-Każakistan (2), u tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżtan u fl-Ażja Ċentrali (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni (PCAs) li ntlaħqu bejn l-UE u l-Uzbekistan, il-Kirgiżtan u l-Każakistan, li kollha daħlu fis-seħħ fl-1999, il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Kwistjonijiet Marbuta mal-Kummerċ bejn il-Komunita' Ewropea u il-Komunita' Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Taġikistan, fuq in-naħa l-oħra (4), iffirmata fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-PCA bejn l-UE u t-Taġikistan, li għadha ma ġietx irratifikata, u l-proposta tal-Kummissjoni għal Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Kwistjonijiet Marbuta mal-Kummerċ bejn l-UE u t-Turkmenistan,

wara li kkunsidra l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem f'dawk il-ftehim,

wara li kkunsidra l-impenn tal-UE li tippromwovi s-seħħ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDGs) tan-NU u l-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp (5),

wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007 ta’ Strateġija tal-UE għal Sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni (2007-2013)tal-Kunsill tal-Ewropa għal Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa adottat fit-8 u d-9 ta’ Marzu 2007) u wara li kkunsidra l-koperazzjoni dwar l-enerġija bejn l-UE, l-istati tax-xtut tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar Kaspjan u l-ġirien tagħhom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2007 għal politika barranija Ewropea dwar l-enerġija (6),

wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta’ Baku għall-iżvilupp tal-koperazzjoni fl-enerġija u t-trasport bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed u tar-reġjun Kaspjan,

wara li kkunsidra l-Memoranda ta’ Ftehim konklużi mal-Azerbajġan u mal-Każakistan fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ politika barranija għas-servizz tal-interessi tal-enerġija tal-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, inklużi l-konklużjonijiet dwar l-Uzbekistan tat-23-24 ta’ Mejju, tat-13 ta’ Ġunju, tat-18 ta’ Lulju u tat-3 ta’ Ottubru 2005, tat-13 ta’ Novembru 2006 u tal-5 ta’ Marzu, l-14 u l-15 ta’ Mejju u l-15 u s-16 ta’ Ottubru 2007, u l-konklużjonijiet dwar l-Ażja Ċentrali tat-23 u tat-24 ta’ April 2007,

wara li kkunsidra s-sanzjonijiet imposti mill-UE fuq l-Uzbekistan wara l-massakru f'Andijan fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1859/2005 tal- 14 ta’ Novembru 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan (7), li ġew estiżi konsekutivament (8), u wara li kkunsidra t-tneħħija parzjali u s-sospensjoni kundizzjonali għal perjodu ta’ sitt xhur tas-sanzjonijiet dwar il-viżi f'Mejju u f'Ottubru 2007 rispettivament,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, imnedija fl-2003 bil-għan li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u jiġu appoġġjati r-riforma penali, id-demokrazija, il-governanza tajba, il-libertà tal-midja, l-istat tad-dritt, l-istrutturi tas-sigurtà (pulizija/forzi armati) u l-prevenzjoni tal-kunflitti,

wara li kkunsidra l-Istrument dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (“DCI”) (9),

wara li kkunsidra l-laqgħa tat-Troika tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, li saret f'Berlin fit-30 ta’ Ġunju 2007 fil-preżenza tas-Sur Pierre Morel, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE, u tal-Prim Ministru Portugiż, Is-Sur José Sócrates,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0503/2007),

A.

billi l-ħames pajjiżi flimkien magħrufa bħala l-Ażja Ċentrali (il-Każakistan, il-Kirgiżtan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan) jinsabu f'intersezzjoni importanti bejn l-Ewropa u l-Ażja u billi, storikament u tradizzjonalment, irrappreżentaw punt importanti ta’ tqarrib u ta’ tranżitu bejn iż-żewġ kontinenti,

B.

billi l-UE tinsisti dwar il-ħtieġa ta', u għandha interess ċar li tara l-progress lejn, stabilità akbar u livelli li jiżdiedu ta’ żvilupp ekonomiku, demokratiku u tal-bniedem u ta’ sigurtà tal-bniedem fl-Ażja Ċentrali kollha kemm hi u trid dejjem iżżomm l-impenn tagħha għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehim kollu ma’ stati terzi u għall-promozzjoni tad-demokrazija permezz ta’ politiki koerenti u billi tuża l-mezzi l-aktar xierqa għal dawk l-għanijiet; billi dan se jissalvagwardja l-kredibilità tagħha u fl-aħħarnett jikkontribwixxi biex jagħmilha parteċipant dejjem iktar effiċjenti vis-à-vis ir-reġjun, kif ukoll lilhinn minnu,

C.

billi hemm interess globali fl-istabilità fl-Ażja Ċentrali minħabba li instabilità serja u fit-tul f'wieħed mill-ħames pajjiżi jista' jkollha konsegwenzi diżastrużi għar-reġjun kollu u tista' taffettwa wkoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha f'ħafna modi,

D.

konxju mir-riskji involuti fid-dipendenza minn importazzjonijiet minn reġjuni u fornituri li m'humiex stabbli u mill-ħtieġa li jkunu stabbiliti flussi ta’ enerġija affidabbli, aċċessibbli u vijabbli,

E.

billi l-UE għandha interess fis-sigurtà u fl-istabilità u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fl-istati tal-Ażja Ċentrali, minħabba li żviluppi strateġiċi, politiċi u ekonomiċi u l-isfidi trans-reġjonali li qed jikbru fl-Ażja Ċentrali wkoll għandhom impatt dirett jew indirett fuq l-interessi tal-Unjoni Ewropea; billi l-istati tal-Ażja Ċentrali jistgħu jikkontribwixxu, bir-riżorsi sinifikanti tagħhom tal-enerġija u permezz tal-isforzi tagħhom għal diversifikazzjoni fost is-sħab kummerċjali u r-rotot ta’ provvista, tiġi ssodisfata l-ħtieġa tal-Unjoni Ewropea għas-sigurtà tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija,

F.

billi hemm, min-naħa l-waħda, każ qawwi għal koperazzjoni fost il-pajjiżi tar-reġjun iżda, min-naħa l-oħra, reżistenza qawwija għal tali ideat u sforzi, mhux l-inqas mill-Gvern tal-istat tal-Uzbekistan li jinsab f'pożizzjoni ċentrali u li huwa l-aktar ippopolat,

G.

billi spiss l-iżolazzjoniżmu jibda minn ansjetà li jinżamm il-kontroll intern — eżempji estremi ta’ dan huma t-Turkmenistan u l-Uzbekistan — u billi din l-ansjetà m'hemmx dubji li tinsab f'reġimi li juru ftit interess li jkollhom kunsens pubbliku fuq liema jistgħu jsejsu l-awtorità tagħhom,

H.

billi l-ħames repubbliki tal-Ażja Ċentrali huma riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, li jfisser li l-għajnuna tal-UE għal dawk il-pajjiżi titqies bħala għajnuna għall-iżvilupp,

I.

billi minħabba l-interessi ta’ sigurtà u interessi oħra tal-UE, kif ukoll minħabba l-valuri u l-appoġġ tagħha għall-MDGs, id-diffikultajiet u n-nuqqas ta’ opportunitajiet li jiffaċċjaw ħafna nies f'dan ir-reġjun, li partijiet minnu huma affettwati mill-faqar, it-theddidiet għas-sigurtà tal-bniedem sa ċertu punt huma marbuta mal-problemi ta’ sigurtà ta’ pajjiżi ġirien bħall-Afganistan u r-riskji ta’ destabilizzazzjoni u ta’ konflitt iridu jkunu fil-qalba tal-approċċ tal-UE għall-Ażja Ċentrali,

J.

billi l-objettiv ewlieni tal-koperazzjoni tal-UE fl-iżvilupp huwa l-qerda tal-faqar fil-kuntest ta’ żvilupp sostenibbli, anke fil-ħidma biex jintlaħqu l-MDGs,

K.

billi l-għajnuna tal-UE għar-reġjun il-biċċa l-kbira ħadet il-forma ta’ għajnuna teknika implimentata fil-programm TACIS kollu, u billi l-evalwazzjonijiet tal-effikaċja tat-TACIStaw riżultati mħallta,

L.

billi, skond l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt għas-saħħa huwa dritt tal-bniedem, u billi l-aċċess universali għall-kura tas-saħħa huwa essenzjali biex jintlaħqu l-; billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa marru għall-agħar fir-repubbliki kollha tal-Ażja Ċentrali wara l-isfaxxar tal-Unjoni Sovjetika u s-sistemi tas-saħħa huma fi kriżi; billi l-effetti potenzjali bħala konsegwenza ta’ epidemiji bħall-HIV/AIDS u t-tuberkulożi li hija reżistenti għall-mediċina jippreżentaw theddida fit-tul għall-UE; billi l-kriżi tal-influwenza tat-tjur uriet il-kapaċità tal-mard li jittieħed li jinxtered malajr madwar l-Ewropa; billi l-konsegwenzi soċjali tal-kriżijiet tas-saħħa fid-diversi pajjiżi jheddu l-istabilità ġenerali u l-prospetti ta’ żvilupp tagħhom, u għandhom implikazzjonijiet għas-sigurtà Ewropea,

M.

billi l-enerġija u l-ilma huma kwistjonijiet essenzjali għas-sigurtà tal-bniedem u għar-relazzjonijiet bejn l-istati fir-reġjun, partikolarment fir-rigward tal-Kirgiżtan, it-Taġikistan u l-Uzbekistan, u billi t-tnaqqis tal-faqar jibqa' kruċjali biex titnaqqas l-instabilità soċjali,

N.

billi l-UE għandha interess li timporta iktar żejt u gass mill-Ażja Ċentrali, preferibilment permezz ta’ rotot ġodda tat-trasport, u li twaqqaf qafas ċar u trasparenti għall-produzzjoni u t-trasport tal-enerġija, u billi l-pajjiżi li huma rilevanti f'dan il-kuntest huma l-Każakistan u t-Turkmenistan,

O.

billi l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, b'modi differenti, huma mogħniija bir-riżorsi taż-żejt, tal-gass, tal-minerali jew tal-enerġija mill-ilma; billi l-isfruttament ta’ riżorsi bħal dawn għandu jiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku u soċjali b'mod sinifikanti; u billi f'kundizzjonijiet ħżiena, jista' jkun hemm effetti sekondarji mhux mixtieqa bħal degradazzjoni ambjentali serja, tnaqqis fil-kompetittività ta’ setturi ekonomiċi oħra, inugwaljanzi kbar fil-ġid u iktar tensjonijiet politiċi u soċjali u dawn jistgħu wkoll ikunu akbar bil-qabda mill-effetti pożittivi (l-hekk imsejħa “saħta tar-riżorsi naturali”),

P.

billi fl-10 ta’ Ottubru 2007 rappreżentanti mill-Ukraina, mill-Azerbajġan u mill-Ġeorġja ltaqgħu fil-Litwanja biex jiddiskutu network ġdid tat-trasport taż-żejt imfassal biex iġib żejt mhux raffinat mill-Baħar Kaspjan via Baku u Odessa għall-port Pollakk ta’ Gdansk,

Q.

billi r-Russja u ċ-Ċina ppruvaw iżidu l-kamp ta’ influwenza tagħhom fl-Ażja Ċentrali permezz tal-ħolqien tax-Shanghai Five fl-1996, li permezz tiegħu ċ-Ċina, ir-Russja, il-Kirgiżtan, il-Każakistan u t-Taġikistan ingħaqdu f'forum għall-immaniġġjar ta’ kwistjonijiet transkonfinali u li fl-2001 sar l-Organizzazzjoni ta’ Koperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), li llum hi l-ikbar organizzazzjoni reġjonali tal-Ażja Ċentrali u li issa tinkludi lill-Uzbekistan bħala membru sħiħ u lill-Pakistan, 'il-Indja, 'il-Iran u 'il-Mongolja bħala osservaturi,

R.

billi numru ta’ pajjiżi diversi kellhom, fil-passat jew iktar riċentement, interessi qawwija fir-reġjun; billi mhux l-Istati Membri kollha għandhom ambaxxati fir-reġjun u billi spiss hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni fir-rigward tar-reġjun bejn l-Istati Membri,

S.

billi t-tluq ta’ personal u tagħmir tal-Istati Uniti mill-bażi tal-ajru Karshi-Khanebad (K2) fl-Uzbekistan fil-21 ta’ Novembru 2005 naqqas il-faċilitajiet militari tal-Istati Uniti fl-Ażja Ċentrali għal bażi waħda f'Manas, qrib il-kapitali Kirgiża ta’ Bishkek,

T.

billi kundizzjoniiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u oħrajn ivarjaw ħafna bejn stati tal-Ażja Ċentrali, u f'xi każi fi ħdan l-istati wkoll, u billi minħabba f'hekk huwa assolutament essenzjali li l-UE tuża politiki differenti kif meħtieġ,

U.

billi l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali huma stati ġodda ħafna, u billi l-bini tal-istat u l-isforzi ta’ tranżizzjoni politika u ekonomika tagħhom mexxewhom f'direzzjonijiet differenti u ġegħluhom ma jitbiegħdux bl-istess mod mis-sistema Sovjetika ta’ qabel; billi għadu importanti ħafna li jiġu ttrattati kwistjonijiet ta’ sigurtà, fil-każ ta’ numru ta’ stati minħabba l-istabiltà u s-sigurtà, u fil-każ tal-istati kollha għall-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku,

V.

billi preokkupazzjonijiet tal-UE jinkludu l-ħtieġa li jitwaqqaf il-fluss ta’ traffikar tad-droga li jibda jew li jgħaddi mill-Ażja Ċentrali, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, u l-prevenzjoni ta’ żieda tat-terroriżmu; billi f'xi każijiet il-“ġlieda kontra t-terroriżmu” tintuża bħala skuża għal azzjoni ripressiva kontra min jikkritika l-gvern, min jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, il-movimenti reliġjużi u kontra negozjanti ordinarji; billi huwa maħsub li persuni bħal dawn intlaqtu wkoll fil-qafas tal-koperazzjoni dwar is-sigurtà tal-Uzbekistan mal-ġirien; billi hu rikonoxxut li hemm migrazzjoni tax-xogħol tat-tfal li tirrikjedi forom ġodda ta’ sħubija internazzjonali u soċjali li jinvolvu lill-partijiet interessati kollha f'soluzzjoni komprensiva għall-problema,

W.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija differenti fid-diversi repubbliki tal-Ażja Ċentrali u, globalment, hija ħafna agħar mill-istandards stipulati mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u billi l-Uzbekistan u t-Turkmenistan b'mod partikulari jiksru d-drittijiet tal-bniedem sistematikament u m'humiex qed jagħmlu progress demokratiku u pluralistiku,

X.

billi r-repubbliki tal-Ażja Ċentrali għadhom iridu jagħmlu elezzjoni — presidenzjali jew parlamentari — meqjusa bħala ħielsa u ġusta għalkollox mill-Uffiċċju tal-OSCE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR),

Y.

billi l-ħames stati kollha tal-Ażja Ċentrali huma stati membri tal-OSCE u, fil-qafas tagħha, ħadu impenji importanti fir-rigward tal-libertajiet fundamentali, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; billi r-rispett għal dawk l-impenji jvarja bejn l-istati,

Z.

billi l-Każakistan jipparaguna tajjeb mal-biċċa l-kbira tal-istati l-oħra fir-reġjun; billi l-elezzjonijiet l-iktar riċenti tiegħu, li saru fit-18 ta’ Awwissu 2007, juru li, minkejja xi titjib, għadu mhux qed jirrispetta għalkollox l-impenji tiegħu u għadu mhux konformi għalkollox mal-istandards tal-OSCE u ma’ standards internazzjonali oħra għal elezzjonijiet demokratiċi,

AA.

billi s-soċjetà ċivili hi partikolarment attiva fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali permezz ta’ network ta’ NGOs u assoċjazzjonijiet lokali li għandhom bżonn ikunu mħarsa u apprezzati bħala l-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini li jkunu parti mill-proċess ta’ demokratizzazzjoni u dak soċjali tal-pajjiżi tagħhom,

AB.

billi t-titjib politiku, ekonomiku u soċjali jista' jinkiseb effettivament fir-reġjun permezz tal-ħolqien ta’ ġudikatura indipendenti ġenwina u permezz ta’ ġlieda vera kontra l-korruzzjoni rampanti,

AC.

billi l-prinċipji li l-UE hija msejsa fuqhom jinkludu d-difiża tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem,

AD.

billi eżempji ta’ ripressjoni massiva, korruzzjoni u sfruttament, u t-tiċħid tad-drittijiet fundamentali tan-nies u ta’ opportunitajiet biex itejbu ħajjithom, flimkien man-nuqqas ta’ mezzi xierqa biex jesprimu s-sogħba tagħhom u biex jieħdu sehem fi proċessi politiċi, iżidu r-riskji li jikbru l-estremiżmu u t-terroriżmu,

AE.

billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali huma affettwati minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem, min-nuqqas ta’ sistema ġudizzjarja xierqa, minn restrizzjonijiet imposti fuq partiti tal-oppożizzjoni u minn entitajiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, u minn nuqqas ta’ libertà tal-midja,

AF.

billi l-UE imponiet sanzjonijiet fuq l-Uzbekistan wara l-massakru f'Andijan f'Mejju 2005, iżda l-gvern Uzbeki qed jibqa' jimblokka investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar li ġara u għadu għaddej bil-politiki ripressivi tiegħu, inkluża l-persekuzzjoni ta’ dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem; billi f'Ottubru 2007 l-Kunsill madankollu ddeċieda li jissospendi għal perjodu ta’ sitt xhur projbizzjoni fuq il-viżi fir-rigward ta’ tmien persuni responsabbli direttament għall-użu bla distinzjoni tal-forza f'Andijan; billi l-Kunsill permezz ta’ din is-sospensjoni qed jipprova jħeġġeġ lill-awtoritajiet Uzbekin biex ibiddlu l-politiki tagħhom u billi l-projbizzjoni se tiġi attivata mill-ġdid f'[April/Mejju] 2008 sakemm ma jkunx issodisfat sett ta’ kriterji adottat bħala parti mid-deċiżjoni tal-Kunsill,

AG.

billi hemm interess konsiderevoli fir-reġjun dwar koperazzjoni mal-UE fl-oqsma tax-xjenza, tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u billi koperazzjoni bħal din tista' tikkontribwixxi biex ikunu intensifikati l-kuntatti tas-soċjetà ċivili u biex jinxterdu l-valuri Ewropej tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem,

AH.

billi f'livelli differenti kemm il-Mongolja kif ukoll l-Afganistan jaqsmu ċerti karatteristiċi komuni mal-ħames stati ewlenin tal-Ażja Ċentrali iżda m'hemmx enfasi partikulari fuqhom fid-dokument ta’ strateġija u huma nfushom huma koperti minn strumenti differenti tal-UE,

AI.

billi minħabba l-viċinanza tar-reġjun mal-Afganistan ċerti pajjiżi sħab saru prezzjużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; billi l-Istati Membri tal-UE użaw ukoll ajruporti jew spazju tal-ajru fir-reġjun; billi fl-istess ħin l-azzjoni tal-UE biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem fl-Ażja Ċentrali b'mod ġenerali u f'ċerti pajjiżi b'mod partikulari kienet dgħajfa b'mod diżappuntanti,

AJ.

billi l-Ażja Ċentrali hi r-rotta ta’ tranżitu għal 30 % tal-eroina Afgana, l-iktar mis-swieq Russi, li twassal għal kriminalità organizzata u korruzzjoni marbuta mat-traffikar tad-droga, kif ukoll għall-vizzju u għal problemi tas-saħħa u problemi soċjali marbuta mal-vizzju, b'implikazzjonijiet ewlenin għall-istabilità reġjonali,

AK.

billi l-Mongolja għandha kuntest simili għal dak tar-repubbliki tal-Ażja Ċentrali, peress li għandha karatteristiċi storiċi, kulturali u ekonomiċi u politiki ambjentali u tal-enerġija li jridu jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti fil-qafas tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess akbar tal-UE fl-Ażja Ċentrali, u dan jidher l-iktar permezz tal-adozzjoni tal-istrateġija għall-Ażja Ċentrali; madankollu, jinnota li l-implimentazzjoni tal-proġetti għall-ħames pajjiżi tar-reġjun saret bil-mod ħafna;

2.

Huwa konvint li, filwaqt li l-valuri li trid tippromwovi l-UE dejjem jibqgħu l-istess, l-interessi tal-UE, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet eżistenti fil-ħames pajjiżi, ivarjaw ħafna;

3.

Jitlob li jitfasslu objettivi u prijoritajiet ċari għar-relazzjonijiet tal-UE ma’ kull wieħed mill-ħames pajjiżi, billi ssir riferenza għall-analiżi ġenerali tar-reġjun u għall-katalgu ġenerali tal-objettivi tal-politika tal-UE inklużi fl-istrateġija tal-UE li ġiet adottata;

4.

Jisħaq fuq l-importanza li l-UE tippromwovi żvilupp ekonomiku ġust u sostenibbli fir-reġjun, u fuq l-importanza tal-appoġġ tagħha għal inizjattivi lokali għall-iżvilupp ekonomiku, għal riformi fil-qafas regolatorju tan-negozji kif ukoll għall-qerda tal-faqar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza, fir-rigward tal-isfida tat-terroriżmu, li t-tisħiħ tal-koperazzjoni dwar is-sigurtà huwa importanti, iżda li kwalunkwe approċċ għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu li ma jkollux bilanċ bejn il-ħtiġijiet tas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem u governanza tajba jista' jkollu riżultat bil-maqlub ta’ dak mixtieq; jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tad-djalogu politiku mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jibqgħu jippromwovu l-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-edukazzjoni, u biex jitqies il-fatt li jinbeda djalogu mat-tipi kollha ta’ komunitajiet reliġjużi; u jistieden kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Kummissjoni biex jiżguraw li kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ikollhom l-istess importanza bħall-approċċ qawwi tal-UE għall-enerġija, is-sigurtà u l-kummerċ;

5.

Huwa konvint li ċerti kwistjonijiet jistgħu jiġu ttrattati b'mod effettiv biss permezz ta’ approċċi reġjonali li jwasslu għal soluzzjonijiet reġjonali (eż. il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin, il-ġlieda kontra d-droga, l-immaniġġjar tal-ilma) li jirrikjedu koperazzjoni reġjonali msaħħa; għalhekk, iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipprovdu l-għajnuna teknika meta tkun meħtieġa, speċjalment biex jinxtered l-għarfien u biex jagħmluha ta’ medjatur biex jitħeġġeġ id-djalogu bejn il-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali; madankollu, jiġbed l-attenzjoni li l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali għandhom livelli differenti ta’ żvilupp u differenzi politiċi, ekonomiċi u kulturali ewlenin; f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill qed jippruvaw jadottaw approċċi speċifiċi għall-pajjiż kif ukoll approċċi reġjonali fl-ippjanar ta’ sħubija u koperazzjoni fil-ġejjieni;

6.

Jitlob id-divrenzjar fil-politika tal-UE biex l-approċċ tagħha għall-pajjiżi tar-reġjun ikun ibbażat b'mod partikulari fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'kull pajjiż, ir-rispett tal-gvern tagħhom għall-impenji OSCE, il-ħtiġijiet ta’ żvilupp tagħhom u l-impenji tal-gvern tagħhom biex jittejjeb il-livell tal-għajxien taċ-ċittadini tagħhom, l-importanza kurrenti u potenzjali tagħhom għall-UE bħala sħab fil-kummerċ, il-koperazzjoni fil-qasam tal-enerġija u f'oqsma oħra, u d-djalogu dwar kwistjonijiet internazzjonali, u l-prospetti għas-suċċess ta’ azzjonijiet tal-UE, inklużi forom varji ta’ għajnuna;

7.

Jisħaq fuq l-importanza tal-koperazzjoni transkonfinali, speċjalment meta jitqies li b'hekk l-isforzi konġunti għall-ġlieda kontra t-traffikar tan-nies u tad-droga jkunu iktar effiċjenti; għalhekk, iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipprovdu l-għajnuna teknika fejn tkun meħtieġa, speċjalment biex jinxtered l-għarfien u biex jagħmluha ta’ medjatur biex jitħeġġeġ id-djalogu bejn il-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ konsistenza tal-politika tal-UE fl-Ażja Ċentrali, u għalhekk ifakkar li l-Istrateġija trid tkun konsistenti mal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp; jenfasizza wkoll li l-għajnuna mogħtija skond id-DCI trid tkun konformi mal-għanijiet ewlenin, jiġifieri l-qerda tal-faqar u t-twettiq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs);

9.

Jinnota li l-qerda tal-faqar hi deskritta bħala prijorità prinċipali fl-għajnuna bilaterali tal-Komunità Ewropea għall-perjodu 2007-2013 fl-Anness tal-Istrateġija; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi informazzjoni regolari u dettaljata lill-Parlament dwar kif l-għajnuna bilaterali u reġjonali se tirrelata mal-MDGs individwali u dwar il-baġit li hemm ippjanat għas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni bażika;

10.

Jenfasizza li r-riformi tal-oqsma soċjali, tas-saħħa, tas-sigurtà tal-ikel, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u enfasi fuq l-iżvilupp ekonomiku ġust u sostenibbli huma kruċjali biex ikunu żgurati stabiltà, sigurtà u prosperità għall-futur imbiegħed fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali; għalhekk, huwa tal-fehma li l-proċess tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet f'livelli nazzjonali u reġjonali huwa opportunità ċara biex l-UE tispikka aktar u żżid il-kredibiltà tagħha fi djalogu miftuħ mal-partijiet interessati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, il-parlamenti u l-awtoritajiet lokali;

11.

Jemmen li l-adeżjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) tirrappreżenta suċċess importanti għall-istabiltà ekonomika tar-reġjun, iżda li dan il-għan jista' jintlaħaq biss b'rispett tal-istandards internazzjonali għall-investiment barrani u permezz ta’ ġudikatura indipendenti;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jimplimentaw kull miżura xierqa biex titħeġġeġ integrazzjoni aktar profonda tal-Ażja Ċentrali fis-sistema kummerċjali u ekonomika dinjija, b'mod partikulari billi l-erba' pajjiżi fir-reġjun li għadhom m'humiex membri jaderixxu mad-WTO;

13.

Jikkunsidra li huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi fir-reġjun li jirriformaw is-sistemi bankarji u tal-assikurazzjoni tagħhom b'mod sostanzjali, li jistabbilixxu sistema effiċjenti tal-mikrokreditu, li jtejbu r-regolazzjoni u s-superviżjoni ta’ attivitajiet bankarji, li jipprivatizzaw il-banek tal-istat u li joħolqu swieq nazzjonali finanzjarji li huma tassew kompetittivi u miftuħa għal banek barranin;

14.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jawtorizza awtorizza lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) sabiex jestendi l-kreditu ta’ appoġġ lill-Ażja Ċentrali, b'koperazzjoni mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), li diġà huwa attiv fir-reġjun;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmobilizza, b'mod koerenti, l-istrumenti kollha disponibbli, mid-djalogu politiku u l-politiki Komunitarji (speċjalment dawk dwar il-kummerċ, l-iżvilupp, il-kompetizzjoni, ir-riċerka u l-ambjent) għas-sussidji u s-self, anke dawk mogħtija milll-EIB, l-EBRD u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali l-oħra, bil-għan li dawn il-proġetti jitwettqu aktar malajr;

16.

Iħeġġeġ 'l-Istati fir-reġjun biex jipprovdu protezzjoni aħjar għall-investiment barrani dirett;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu kull miżura possibbli ħalli tkun aktar faċli għall-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali li jużaw is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-UE, u biex irawmu l-iżvilupp tal-Kummerċ intrareġjonali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jagħtu lill-istati tar-reġjun appoġġ ekonomiku, amministrattiv u tekniku kkwalifikat, anke b'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali li jittrattaw il-kwistjonijiet ekonomiċi tal-Ażja Ċentrali, sabiex jissaħħew, fi ħdan dan il-qafas, l-istrutturi pubbliċi, u sabiex tinħoloq bażi ekonomika aktar effiċjenti u diversifikata u titjieb il-penetrazzjoni tal-prodotti lokali fis-swieq barranin, u b'mod partikulari fl-UE;

19.

Jikkunsidra li l-istrateġija hija ambizzjuża biżżejjed fir-rigward tal-koperazzjoni bilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokratizzazzjoni;

20.

Jikkunsidra li, meta tevalwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE għandha toqgħod attenta b'mod speċjali għall-eżistenza — jew għan-nuqqas — ta’ impenn kredibbli min-naħa tal-gvern konċernat li jtejjeb dik is-sitwazzjoni, filwaqt li tiffoka fuq progress li jidher, is-sitwazzjoni ta’ min jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-livell ta’ koperazzjoni ma’ rapporteurs speċjali u mekkaniżmi tan-NU, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra;

21.

F'dan ir-rigward, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżommu pożizzjoni konsistenti u magħquda dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u, bil-għan li d-demokrazija, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem isiru parti integrali mill-istrateġija dwar l-Ażja Ċentrali, jistedinhom biex ifasslu benchmarks, indikaturi u miri ċari f'dawn l-oqsma, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi msieħba tal-Ażja Ċentrali, kif sar f'oqsma oħra; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu attenzjoni partikulari lill-ħelsien ta’ priġunieri politiċi u lill-indipendenza tal-midja;

22.

Jikkundanna l-persekuzzjoni ta’ min jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan u fit-Turkmenistan; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz biex jipproteġu l-attivitajiet u l-integrità fiżika tagħhom, u jistieden lill-gvernijiet rilevanti biex jeħilsu minnufih lil dawk kollha li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem li ntbagħtu l-ħabs jew li qed jinżammu bilfors fi sptarijiet psikjatriċi għal raġunijiet politiċi;

23.

Jenfasizza li kuntatti tal-UE ma’ strutturi ta’ sigurtà jew appoġġ ta'l-UE għal koperazzjoni dwar is-sigurtà li jinvolvu stati b'rata għolja ta’ ripressjoni għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun, u li kwalunkwe kuntatti bħal dawn għandhom jitmexxew dejjem b'mod trasparenti;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joffru għajnuna speċjali għar-riforma u t-titjib tal-ġudikatura fir-reġjun, sabiex tkun tista' taħdem b'aktar indipendenza u effikaċja, anke fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

25.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw mill-qrib mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ riformi edukattivi u sabiex jinkuraġixxu lil dawk il-pajjiżi biex id-drittijiet ċivili u soċjali taċ-ċittadini ma jibqgħux marbuta mas-sjieda tal-proprjetà billi tkun irriformata s-sistema ta’ reġistrazzjoni tad-djar (sistema fejn individwu jingħata timbru ta’ reġistrazzjoni ta’ dar fil-passaport tiegħu jew tagħha meta jsir ċittadin);

26.

Huwa tal-fehma li l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ soċjetà ċivili ġenwina huma prerekwiżit għall-progress; jiddeplora s-sitwazzjoni diffiċli tal-NGOs f'xi stati tal-Ażja Ċentrali, għaliex l-azzjonijiet tagħhom qed ikunu mfixkla kontinwament mill-gvernijiet; jenfasizza li l-UE trid tibqa' tappoġġja lis-soċjetà ċivili, kemm permezz ta’ għajnuna finanzjarja kif ukoll billi tiżgura li ssemmal-vuċi tagħha (permezz ta’ fora u konsultazzjonijiet), billi dan jgħin biex tinbena demokrazija parteċipatorja; huwa tal-fehma li l-UE għandha tikkunsidra lis-soċjetà ċivili bħala msieħba fil-kontribut għas-soċjetajiet sostenibbli, l-istabiltà soċjali u l-promozzjoni tal-valuri u l-istandards tal-UE;

27.

Jinnota li l-politika tal-UE għall-Ażja Ċentrali għandha tkun ibbażata fuq dibattiti u skambji serji mal-partijiet interessati kollha; għalhekk jistieden lill-UE biex tidħol fi djalogu politiku inklussiv li jinvolvi lill-parlamenti, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Istrateġija u tal-programmi;

28.

Jiġbed l-attenzjoni għall-abbuż tan-nisa li huwa mifrux f'numru ta’ reġjuni madwar l-Ażja Ċentrali (eżempji ta’ dan l-abbuż huma ż-żwiġijiet sfurzati, it-traffikar għal sfruttament sesswali, l-istupri, eċċ.), u jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali biex jimplimentaw il-liġijiet eżistenti biex jitħarsu d-drittijiet tan-nisa, u lill-Kummissjoni biex tinkludi azzjonijiet rilevanti fi programmi ta’ assistenza;

29.

Jistieden lill-gvernijiet tal-Ażja Ċentrali biex isaħħu l-liġijiet eżistenti dwar id-drittijiet tan-nisa u biex itejbu l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dawn il-liġijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja proġetti għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija marbuta mal-irwol speċifiku tan-nisa; iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u biex tużaha bħala benchmark għal koperazzjoni akbar; jenfasizza li s-sitwazzjoni tan-nisa qed tiddeterjora f'ħafna partijiet tal-Ażja Ċentrali minħabba aċċess mhux ugwali għall-edukazzjoni, għas-saħħa u għall-impjiegi, u jenfasizza li t-tielet MDG li tkun promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u li n-nisa jingħataw aktar opportunitajiet għandu jsir prijorità li trid tkun integrata fl-attivitajiet tal-UE marbuta ma’ din il-kwistjoni;

30.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-regoli u l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar xogħol deċenti, u jenfasizza li dawn l-istandards għandu jkollhom irwol integrali fil-koperazzjoni ekonomika, fl-investiment u fir-relazzjonijiet kummerċjali; jinnota li x-xogħol tat-tfal għadu jikkawża tħassib serju, speċjalment fit-Taġikistan u fl-Uzbekistan, u jenfasizza l-ħtieġa li tkun appoġġjata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

31.

Jenfasizza l-użu mifrux tax-xogħol tat-tfal f'diversi stati tal-Ażja Ċentrali, speċjalment fl-oqsma tal-ħsad tal-qoton, tal-kultivazzjoni tat-tabakk, tax-xogħol fil-minjieri tal-faħam u tal-artiġjanat, u jistieden lill-gvernijiet rispettivi biex jimplimentaw il-miżuri eżistenti kontra dan ix-xogħol b'mod iktar effettiv, biex ifasslu politika nazzjonali konsistenti dwar ix-xogħol tat-tfal u biex jappoġġjaw proġetti u jieħdu sehem fi proġetti għall-waqfien tax-xogħol tat-tfal li tnedew minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn NGOs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf programm speċjali fi ħdan il-qafas tad-DCI dwar din il-kwistjoni;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tbiddel il-koperazzjoni attiva dwar il-migrazzjoni fi djalogu parteċipatorju u veru li fih jiġu ttrattati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni permezz ta’ programmi speċifiċi ta’ żvilupp ekonomiku legali, filwaqt li jiġu ttrattati, pereżempju, in-nuqqas ta’ prospetti ekonomiċi fiz-zoni rurali sabiex jittaffew iż-żiedet konsegwenzjali tal-faqar urban;

33.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jużaw kemm jistgħu l-esperjenza u l-aħjar prattika tagħhom għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-migranti, speċjalment għal min ifittex il-kenn u għar-refuġjati; jikkundanna l-estradizzjoni sfurzata ta’ min ifittex il-kenn, u partikolarment tar-refuġjati Uzbekin, mill-gvernijiet ta’ pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkoperaw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHCHR) biex jiddefendu u jappoġjaw lir-refuġjati politiċi;

34.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li numru kbir ta’ Uighurs intbagħtu mill-Ażja Ċentrali għaċ-Ċina wara talba miċ-Ċina, u dan jirrifletti l-pressjoni li qed tikber miċ-Ċina fuq gvernijiet fir-reġjun, u jinnota li r-refuġjati huma f'riskju ta’ vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem;

35.

Jikkunsidra li, minħabba li l-mard li jittieħed, bħall-HIV, żdied ħafna fir-reġjun, ir-riforma tas-saħħa u tas-saħħa tas-settur pubbliku għandha tkun prijorità ewlenija għall-komunità donatriċi, inkluża l-Kummissjoni;

36.

Jinkuraġġixxi b'qawwa l-appoġġ tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għaliex b'hekk l-istudenti tal-Ażja Ċentrali jingħataw aktar possibiltajiet biex jistudjaw fl-UE, kif ukoll possibiltajiet ta’ skambji ma’ studenti minn universitajiet tal-UE;

37.

Jenfasizza s-sitwazzjoni ġeopolitika tal-Ażja Ċentrali u l-interess li qed jikber ta’ setgħat ekonomiċi u politiċi fir-reġjun, bħar-Russja, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u t-Turkija; għalhekk, jikkunsidra li koperazzjoni mill-qrib ma’ dawk il-pajjiżi fir-rigward tal-Ażja Ċentrali hija importanti ħafna meta hemm l-istess interessi iżda bla ma jkun hemm kunflitt mal-preokkupazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex isibu modi biex titjieb il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet u l-politiki individwali ta’ Stati Membri tal-UE fir-reġjun, kif ukoll bejn l-UE u stati interessati oħra; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-irwol ewlieni tat-Turkija bħala pajjiż kandidat għall-UE fl-Ażja Ċentrali, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex japprofittaw kemm jitsa' jkun mir-relazzjonijiet storiċi, ekonomiċi u kulturali tat-Turkija ma’ ċerti pajjiżi fir-reġjun, filwaqt li jinvolvu għalkollox lil dak il-pajjiż kandidat biex jissieħeb mal-UE fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija;

38.

Jenfasizza l-importanza li l-koperazzjoni interreġjonali tkun żviluppata aktar, partikolarment mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

39.

Jiddispjaċih għall-fatt li fl-istrateġija tal-Kunsill għall-Ażja Ċentrali, il-Mongolja m'hijiex inkluża fost il-pajjiżi msemmija kollettivament bħala l-Ażja Ċentrali (il-Każakistan, il- Kirgiżtan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan), speċjalment minħabba l-progress sostanzjali li għamlet il-Mongolja fit-twaqqif ta’ stat imsejjes fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-reġjun; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaslu għal riżoluzzjoni f'livell tal-UE u jħejju dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp tal-Mongolja;

40.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-oqsma kollha tas-soċjetà f'kull pajjiż jiġu integrati fid-djalogu politiku u fis-sħubija mal-UE, u jħeġġiġhom biex jinkludu numru akbar ta’ nies fil-politika tal-UE, partikolarment il-parlamenti u s-soċjetà ċivili;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Ażja Ċentrali, is-Sur Pierre Morel, u jistieden lill-Kunsill biex isaħħaħ il-mandat tiegħu u biex ifassal, l-irwol tiegħu aħjar, anke billi jikkontribwixxi għal koordinazzjoni mtejba tal-politiki tal-Istati Membri fir-reġjun;

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproċedi bla aktar dewmien biex twaqqaf delegazzjonijiet kompleti fil-pajjiżi kollha tal-Ażja Ċentrali fejn iċ-ċirkustanzi jippermettu, peress li preżenza sħiħa fil-post hija prerekwiżit għal azzjoni effettiva tal-UE; jinnota l-pjanijiet biex titwaqqaf delegazzjoni kompleta f'Bishkek u f'Dushanbe fl-2008, li żżid il-preżenza tal-UE fil-Kirgiżtan u fit-Taġikistan b'mod sinifikanti u għandha twassal għal tisħiħ tal-koperazzjoni;

43.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jirrevedi l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija f'Ġunju 2008 u talanqas kull sentejn wara dik id-data; huwa tal-fehma li din ir-reviżjoni tkun l-okkażjoni biex l-istrateġija għall-Ażja Ċentrali tintrabat aktar mill-qrib mal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

Il-Każakistan

44.

Jinnota li l-Każakistan huwa alleat ewlieni u msieħeb strateġiku fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, it-traffikar tad-droga u l-estremiżmu reliġjuż; jirrikonoxxi t-tradizzjoni tal-Każakistan ta’ armonija razzjali u reliġjuża f'pajjiż li jospita aktar minn 100 grupp etniku differenti u 45 reliġjon differenti; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu prijorità lill-appoġġ għall-Gvern tal-Każakistan kif ukoll għas-soċjetà ċivili tagħha bil-għan li jissaħħaħ l-istat tad-dritt kif ukoll biex jibqgħu jiġu promossi l-elezzjonijiet demokratiċi fil-ġejjieni;

45.

Jisħaq fuq l-importanza tal-Każakistan għall-kummerċ tal-UE fl-enerġija, bħala l-imsieħeb ewlieni tagħha fl-Ażja Ċentrali; ifakkar l-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Ftehim iffukat fuq il-promozzjoni tal-koperazzjoni mal-UE bil-għan li jiġu żviluppati l-enerġija sikura u l-koperazzjoni industrijali; jinnota — filwaqt li jfakkar li l-Każakistan għandu t-tielet l-akbar riżervi dinjin tal-uranju — li dan il-memornadum ġie ssupplimentat bi ftehim dwar il-koperazzjoni enerġetika u dikjarazzjoni dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari mill-Euratom u mill-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan;

46.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess tal-Każakistan li tissaħħaħ il-koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea, u jirrikonoxxi l-importanza reċiproka ta’ relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi msaħħa bejn l-UE u l-Każakistan; jikkunsidra li l-UE għandha tissokta bl-approċċ tagħha ta’ attitudni pożittiva lejn il-Każakistan iżda jenfasizza li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Każakistan ma jistax ma jkunx marbut mal-isforzi tal-Każakistan li jissodisfa l-obbligi internazzjonali tiegħu u l-obbligi mal-OSCE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u d-demokrazija;

47.

Jenfasizza li l-aħħar elezzjonijiet parlamentari, li saru fit-18 ta’ Awissu 2007, minkejja xi titjib, ma ssodisfawx l-istandards tal-OSCE u standards internazzjonali oħra; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li s-siġġijiet kollha fil-parlament ittieħdu mill-partit propresidenzjali fil-gvern, u dan jista' iwassal għall-monopolizzazzjoni tal-poter min-naħa tal-President Nursultan Nazarbayev u l-partitarji tiegħu; jistieden lill-gvern tal-Każakistan biex jabolixxi r-restrizzjonijiet sproporzjonati kollha fuq ir-reġistrazzjoni ta’ partiti politiċi ġodda, pereżempju n-numru mhux realistiku ta’ membri (50 000) meħtieġ biex jitwaqqaf partit politiku;

48.

Jappoġġja d-deċiżjoni biex il-Każakistan jassumi iċ-Chairmanship tal-OSCE fl-2010, li huwa possibbli bil-wegħdi tal-Każakistan biex jiddefendi l-mandat attwali tal-Uffiċċju tal-ODIHR u biex jinstalla d-demokrazija u jilliberalizza s-sistema politika fil-Każakistan; rigward dan tal-aħħar, jinnota l-wegħdi li jkunu faċilitati r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni kemm għal partiti politiċi u kemm għal kumpaniji tal-midja u biex jemenda l-Liġi tal-Elezzjonijiet, u dan kollu jrid iseħħ sa l-2008, kif ukoll il-wegħdi li tkun emendata l-Liġi tal-Midja b'mod li tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE u biex titnaqqas ir-responsabilità kriminali f'każ ta’ malafama; jilqa' r-rabta mill-viċin li l-Każakistan stess iwettaq bejn dawn il-kwistjonijiet u ċ- Chairmanship tiegħu fil-futur tal-OSCE u jħares 'il quddiem għal bidla fil-waqt u konvinċenti tal-wegħdi tar-riforma f'miżuri konkreti; jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Każakistan biex jaħtaf din l-opportunità biex iwettaq pass deċiżiv lejn sistema demokratika b'mod sħiħ u b'hekk biex jipprepara għal Chairmanship tal-OSCE verament b'suċċess;

49.

Iħeġġeġ lill-gvern biex jimxi b'aktar determinazzjoni lejn sistema istituzzjonali demokratika, filwaqt li jfakkar il-progress kontinwu li sar mindu l-Każakistan iddikjara l-indipendenza fl-1991;

50.

Jenfasizza n-nuqqas ta’ kwalunkwe libertà vera tal-istampa, u jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-kontroll presidenzjali tal-midja ewlenija u dwar il-persekuzzjoni ta’ ġurnalisti tal-oppożizzjoni; barra minn hekk, jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-midja li tagħti aktar responsabiltà lill-ġurnalisti għat-tixrid ta’ informazzjoni ta’ disprezz u li ssaħħaħ il-kriminalizzazzjoni tal-malafama u l-insult tad-dinjità ta’ persuni oħra, u skond liema liġi kwalunkwe ġurnalist jista' jitressaq il-qorti talli ppubblika informazzjoni dwar il-ħajja privata ta’ persuna pubblika; jinnota li l-liġijiet eżistenti jipprovdu protezzjoni biżżejjed kontra ġurnalisti mhux etiċi;

51.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar mill-Każakistan tal-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, u Trattament jew Kastig Ieħor Inuman u Degradanti (Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura) u jitlob li jiġi ratifikat u implimentat mill-aktar fis;

Il-Kirgiżtan

52.

Huwa tal-fehma li għandhom isiru l-isforzi kollha biex jissaħħu u jkunu appoġġjati l-istituzzjonijiet demokratiċi dgħajfa fil-Kirgiżtan; jemmen li dan il-pajjiż għandu l-potenzjal li jsir eżempju għall-istati l-oħra kollha tal-Ażja Ċentrali fl-oqsma tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu l-għajnuna lil dan il-pajjiż sabiex ikun żgurat li jfassal u jimplimenta b'suċċess ir-riformi li wiegħed;

53.

Jappoġġja b'mod qawwi l-progress tal-Kirgiżtan fil-qasam tal-libertà tal-istampa u tal-midja kif ukoll l-isforzi tal-politikanti u tas-soċjetà ċivili biex jattwaw riforma kostituzzjonali; jistieden lill-Gvern Kirgiż biex jiżgura s-sikurezza tal-ġurnalisti tal-pajjiż, biex ilesti r-riformi mwiegħda rigward il-midja u kontra l-korruzzjoni u biex jagħmel progress akbar fid-deċentralizzazzjoni politika u baġitarja;

54.

Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li l-abbozz il-ġdid tal-Kostituzzjoni, li l-votazzjoni dwaru saret fir-referendum tal-21 ta’ Ottubru 2007, jista' jibdel il-bilanċ tal-poter b'mod sinifikanti; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li l-awtoritajiet Kirgiżi ma daħlux f'dibattitu pubbliku wiesa', li jinvolvi 'l-oqsma kollha tas-soċjetà Kirgiża, dwar din il-kwistjoni delikata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kirgiżi biex jissalvagwardjaw il-kontrolli u l-bilanċi xierqa;

55.

Jiddispjaċih li l-elezzjonijiet ta’ qabel it-terminu parlamentari li seħħew fis-16 ta’ Diċembru 2007 fallew milli jilħqu numru ta’ impenji tal-OSCE; jenfasizza li, skond l-OSCE, l-elezzjonijiet, b'mod ġenerali, irrappreżentaw opportunità mitlufa u pass lura meta mqabbla mal-elezzjonijiet tal-2005, u ma laħqux l-istennija tal-pubbliku għal aktar konsolidament tal-proċess elettorali; jesprimi t-tħassib tiegħu, b'mod partikulari, fir-rigward tal-mekkaniżmu tal-limitu doppju li eskluda mill-parlament il-ġdid il-partit tal-oppożizzjoni l-aktar b'saħħtu, b'hekk il-partit tal-President Bakiyev ingħata maġġoranza assoluta; jistieden lill-awtoritajiet Kyrgyzi, f'dan ir-rigward, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jerġgħu jistabbilixxu pluraliżmu politiku b'mod sħiħ; jiddeplora it-trażżin u l-arrest mill-pulizija ta’ attivisti ta’ NGO u tad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jipprotestaw b'mod paċifiku kontra n-nuqqasijiet tal-proċess elettorali;

It-Taġikistan

56.

Wara li laqa' b'sodisfazzjon l-iżvilupp pożittiv ta’ sistema b'ħafna partiti u li fiha jinqasam il-poter fit-Taġikistan wara li ntemmet il-gwerra ċivili fl-1997, jinnota li t-Taġikistan ilu minn dakinhar fi stat ta’ stabilità prekarja, bi President li, għalkemm jidher li għandu l-appoġġ ġenwin tal-poplu, rażżan l-oppożizzjoni kollha b'mod sistematiku u impona kontrolli stretti fuq il-midja stampata u x-xandir; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ soċjetà ċivili ġenwina fil-pajjiż, nuqqas li jdgħajjef l-iżvilupp demokratiku fil-ġejjieni, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar riformi sinifikanti u ta’ rispett akbar għad-drittijiet tal-bniedem; f'dan il-qasam, jitlob li jkunu adottati l-miżuri neċessarji kollha biex tkun irrispettata l-Konvenzjoni Internazzjonali kontra t-Tortura, b'mod partikulari billi jitressqu quddiem il-ġustizzja l-uffiċjali li huma responsabbli għal trattament degradanti jew għal trattament ħażin; jitlob ukoll għat-tneħħija tal-piena tal-mewt;

57.

Juri tħassib dwar l-abbozz ġdid ta’ liġi reliġjuża li, jekk ikun adottat, se jinkludi dispożizzjonijiet restrittivi li jikkonċernaw l-istejtus legali għal komunitajiet reliġjużi, speċjalment fir-rigward tal-kisba ta’ stejtus legali minn komunitajiet mhux Musulmani; jinnota li diversi dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jiksru l-Kostituzzjoni tat-Taġikistan u normi internazzjonali li t-Taġikistan hu firmatarju tagħhom; jesprimi wkoll tħassib li l-mexxejja tal-moskej se jkunu suġġetti għal testijiet reliġjużi fit-Taġikistan u jistieden lill-gvern Taġik biex jirrispetta t-twemmin u l-eżistenza ta’ minoritajiet reliġjużi;

58.

Jinnota li t-Taġikistan, li m'għandux riżorsi naturali bħaż-żejt u l-gass, huwa wieħed mill-ifqar 20 pajjiż fid-dinja, u li hemm preokkupazzjonijiet kbar dwar il-livell ta’ sfruttament li hemm, kif ukoll fl-Uzbekistan, ta’ nisa u tfal minħabba monokultura tal-qoton;

59.

Jinkuraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-PCA mat-Taġikistan biex jirratifikawha mill-aktar fis possibbli, peress li dewmien mhux meħtieġ jista' jagħti sinjali skuraġġanti u li ma jkunux ta’ għajnuna lit-Taġikistan; il-Parlament stess għandu l-għan li japprova l-PCA fil-futur qarib;

60.

Jiġbed l-attenzjoni għall-eżistenza ta’ bombi tat-tip cluster li ma splodewx fit-Taġikistan, iħeġġeġ li jiżdiedu l-finanzi biex dawn jitneħħew, u jisħaq fuq il-ħtieġa għal trattat internazzjonali li jipprojbixxi l-bombi tat-tip cluster; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-eżistenza ta’ zoni bil-mini splużivi fil-fruntieri mal-Afghanistan u l-Uzbekistan; jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki biex jikkoperaw b'mod sħiħ fl-identifikazzjoni ta’ dawn iz-zoni b'mini splużivi u lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-programmi meħtieġa ta’ tneħħija tal-mini splużivi;

61.

Minħabba l-irwol tat-Taġikistan bħala pajjiż ta’ tranżitu għad-drogi mill-Afganistan, iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ aktar l-appoġġ tagħha għall-miżuri sabiex ikunu miġġielda dawn l-attivitajiet fit-Taġikistan; mingħajr ma jkun sottovalutat il-kummerċ transkonfinali, li huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni bil-konfini;

It-Turkmenistan

62.

Jinnota bħala sinjal pożittiv ta’ bidla fit-Turkmenistan, għalkemm limitat ħafna, l-ambizzjoni tal-President il-ġdid, is-Sur Gurbanguly Berdymukhammedov, li jwettaq riformi ewlenin tas-sistema edukattiva; jemmen li l-UE qed tagħmel sew li tirreaġixxi għar-riċettività tat-Turkmenistan għall-koperazzjoni f'dan il-qasam;

63.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-President Berdymukhammedov li jagħti amnestija lil ħdax-il priġunier politiku li ngħataw sentenza ta’ żmien twil ta’ priġunerija minħabba l-oppożizzjoni tagħhom għall-politiki tal-President ta’ qabel Saparmurat Niyazov; iħeġġeġ biex jittieħdu iktar passi biex jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha fil-pajjiż;

64.

Jenfasizza, iżda, li t-Turkmenistan irid jagħmel progress f'oqsma ewlenin sabiex l-UE tkun tista' timxi 'l quddiem bil-Ftehim Interim, inter alia billi jippermetti lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar aċċess ħieles u bla kontroll, billi jinħelsu bla kundizzjoni l-priġunieri politiċi u l-priġunieri tal-kuxjenza kollha, billi jitneħħew l-impedimenti kollha fuq l-ivvjaġġar, u billi l-NGOs u l-entitajiet għad-drittijiet tal-bniedem kollha jitħallew joperaw b'mod ħieles fil-pajjiż;

65.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti ta’ titjib fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-biża' tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar rigward il-qagħda gravi ta’ komunitajiet reliġjużi żgħar li mhumiex reġistrati, tal-mexxejja tagħhom u ta’ minoranzi oħra, u jinsisti li kwalunkwe żvilupp ieħor tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkmenistan, inkluża l-konklużjoni possibbli tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u l-Kwistjonijiet Marbuta mal-Kummerċ, kif ukoll, iktar tard, tal-Ftehim kompletta' Sħubija u Koperazzjoni, irid ikun marbut mill-qrib ma’ evidenza ċara li għaddej proċess ta’ titjib sinfikanti f'dan il-qasam, kif ukoll ma’ sinjali ġenwini li dan il-proċess se jkompli;

66.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba l-epidemija riċenti fit-Turkmenistan ta’ marda li tixbah lill-influwenza li x'aktarx li hija marbuta mal-kultivazzjoni u l-ħsad tal-qoton; jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tad-DCI, biex toffri għajnuna lill-Ministeru għas-Saħħa Turkmani sabiex jinvestiga n-natura tal-marda u l-kawżi tagħha u biex isib ir-rimedji l-iktar effettivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Ażja Ċentrali sabiex tnaqqas l-użu tal-pestiċidi fil-kultivazzjoni tal-qoton u tintroduċi tekniki favur l-ambjent;

L-Uzbekistan

67.

Jikkonferma l-appoġġ tiegħu għas-sanzjonijiet kontra l-Uzbekistan imposti mill-UE wara l-massakru f'Andijan; jiddispjaċih għall-progress limitat ħafna li sar fir-rigward tal-kriterji ffissati għall-evalwazzjoni tal-iżvilupp ġenerali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jestendi l-embargo fuq l-armi għal 12-il xahar ieħor u li jissospendi kundizzjonalment ir-restrizzjonijiet fuq il-viżi għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur (Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK); jistieden b'mod urġenti lill-awtoritajiet Uzbekin biex jieħdu vantaġġ minn din l-opportunità sabiex jittieħdu passi konkreti biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, biex jonoraw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-obbligi internazzjonali f'dan il-qasam u biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-UE;

68.

Jappoġġja l-bidu ta’ djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Uzbekistan; jinnota d-diffikultajiet kbar li dan jinvolvi u jenfasizza li l-istennijiet għandhom ikunu realistiċi; jirrifjuta kull tendenza biex is-sempliċi eżistenza ta’ dan id-djalogu tintuża bħala skuża biex jitneħħew is-sanzjonijiet u biex jidher li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem qed ikunu ttrattati kif xieraq; jerġa' jafferma li r-riżultati biss jgħoddu, u jenfasizza li l-impenn Uzbeki biex ikunu żgurati l-ġustizzja u r-responsabilità għall-massakru f'Andijan hu element essenzjali fi kwalunkwe koperazzjoni addizzjonali mal-UE;

69.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistipula obbligi konkreti u tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar effiċjenti flimkien mal-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-sanzjonijiet tal-UE sabiex jinkiseb titjib reali fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan;

70.

Jilqa', bħala pass pożittiv lejn riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali fl-Uzbekistan, l-approvazzjoni mill-Parlament Uzbeki tal-liġijiet dwar it-tneħħija tal-piena tal-mewt u l-awtorizzazzjoni tal-qrati li joħorġu mandati ta’ arrest; jitlob li jsir eżami bir-reqqa tas-sistema tal-ġustizzja kriminali li jippromwovi b'mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi

71.

Jiddeplora l-fatt li l-elezzjonijiet presidenzjali li seħħew fit-23 ta’ Diċembru 2007 għal darb'oħra fallew milli jilħqu ħafna impenji tal-OSCE għal elezzjonijiet demokratiċi u li, skond l-ODIHR, is-sondaġġ seħħ f'ambjent politiku kkontrollat b'mod strett, bl-ebda spazju għal oppożizzjoni reali; jinnota l-amnestija presidenzjali maħruġa fit-2 ta’ Jannar 2008 bil-maħfra ta’ 'l fuq minn 500 priġunier u t-tnaqqis tas-sentenza tal-ħabs ta’ 900 priġunier ieħor, u jiddispjaċih li ftit wisq priġunieri politiċi bbenefikaw minn din l-amnestija;

Nirrimedjaw għall-fraġilità tal-istati

72.

Iħeġġeġ lill-UE biex tonora l-impenji tagħha biex ittejjeb ir-rispons tagħha għal sħubijiet diffiċli u stati fraġli u biex tappoġġja l-prevenzjoni tal-fraġilità tal-istati permezz ta’ riforma fil-governanza, l-istat tad-dritt, miżuri kontra l-korruzzjoni u l-bini ta’ istituzzjonijiet vijabbli tal-istat sabiex tgħin lil dawk l-istati iwettqu firxa ta’ funzjonijiet u jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħhom, li jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi bażiċi kollha;

73.

Jinnota li l-UE impenjat ruħha biex tappoġġja l-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom f'pajjiżi vulnerabbli għal diżastri naturali, għall-bidla fil-klima, għad-degradazzjoni ambjentali u għal xokkijiet ekonomiċi esterni; għalhekk, meta titqies is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, jenfasizza li jeħtieġ li dawn l-impenji jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ fl-istrateġija tal-UE;

L-Ambjent

74.

Jinnota li partijiet kbar mir-reġjun għandhom provvisti kbar ta’ sustanzi naturali li, madankollu, ġew sfruttati industrijalment u pproċessati għal deċennji fl-imgħoddi, u dan wassal għal tniġġis ambjentali kbir, art irvinata kif ukoll biex ċkienu x-xmajjar u l-lagi bħall-Baħar Aral; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Każakistan, mis-sovranità ddikjarata tiegħu fl-1990, ipprojbixxa t-testijiet nukleari fit-territorju tiegħu, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ azzjoni kollettiva biex tkun ittrattata l-problema ta’ siti għall-ħażna ta’ skart radjuattiv fir-reġjun li m'humiex miżmuma kif suppost;

75.

Jinnota li parti kbira mir-reġjun tuża numru għoli ta’ sorsi tal-ilma għall-irrigazzjoni fl-agrikoltura, iżda mhux b'mod sofistikat, u li dan joħloq problemi kbar għax-xmajjar, għal-lagi (bħall-Baħar Aral) u għal iktar żvilupp, mhux biss fis-settur agrikolu; jirrakkomanda għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ tekniki u metodi ġodda sabiex jitjieb l-immaniġġjar tal-ilma fis-settur agrikolu, pereżempju permezz ta’ ħruġ aħjar ta’ kanali għall-irrigazzjoni;

76.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi impressjonanti mil-Kirgiżtan fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, partikolarment il-bosta proġetti ta’ koperazzjoni bilaterali li hija involuta fihom, li qed jagħtu benefiċċji konsiderevoli lil-Kirgiżtan;

77.

Jappoġġja l-proposta biex tiġi stabbilita f'Bishkek l-hekk imsejħa “Akkademja dwar l-Ilma u l-Enerġija” għall-pajjiżi kollha tal-Ażja Ċentrali bil-għan tal-użu sostenibbli xieraq tal-ilma u tal-ġenerazzjoni tal-idroenerġija, tat-titjib fit-teknoloġija ta’ trażmissjoni, tal-ħarsien tal-bijodiversità u tat-titjib fit-tekniki tal-agrikoltura u tal-irrigazzjoni;

78.

Jinnota li l-unika materja prima abbundanti tat-Taġikistan hija l-ilma, u li, peress li proġetti għal enerġija idroelettrika li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jirrikjedu investiment kapitali kbir, żieda fl-investiment barrani tgħin lit-Taġikistan biex l-ekonomija tiegħu ma tibqax tiddependi mill-monokultura tal-qoton, bl-ispejjeż ambjentali u tas-saħħa u t-tħaddim ta’ tfal marbuta magħha, filwaqt li jiżdiedu l-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali u l-istandard ta’ għajxien; jistieden lill-gvern tat-Taġikistan sabiex jaħdem biex isaħħaħ il-qafas leġiżlattiv u fiskali tiegħu u l-amministrazzjoni pubblika tiegħu, u biex jirranġa n-nuqqas ta’ infrastruttura bażika tiegħu, kif ukoll biex jittratta l-livelli endemiċi ta’ korruzzjoni, sabiex jinkoraġġixxi investiment fil-pajjiż;

79.

Jinkoraġġixxi djalogu miftuħ u effiċjenti mal-pajjiżi kollha tal-Ażja Ċentrali fil-qasam tal-ambjent u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, u jitlob li dan iseħħ b'mod prattiku;

L-Enerġija

80.

Jemmen li l-UE trid tkun magħquda dwar il-politika enerġetika, minħabba l-preżenza fir-reġjun ta’ proġetti ta’ interess ewlieni għall-Ewropa fir-rigward tal-forniment tal-enerġija;

81.

Jikkunsidra li l-koperazzjoni fuq il-politika dwar l-enerġija esterna tal-UE hi tal-ikbar importanza fil-kuntest tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali; jappoġġja, għalhekk, l-isforzi magħmula mill-Unjoni Ewropea biex tinkoraġġixxi l-importazzjonijiet tal-gass u taż-żejt mill-Każakistan u mit-Turkmenistan u biex tiddiversifika r-rotot ta’ tranżitu; jitlob koperazzjoni attiva tal-UE fil-qasam tal-enerġija mar-reġjun, speċjalment mar-Repubblika Kirgiża, mat-Taġikistan u, jekk possibbli, mal-Uzbekistan, sabiex jiġu ttrattati l-problemi enerġetiċi ta importanza partikulari għall-ħtiġijiet enormi tagħhom ta’ żvilupp ekonomiku u tal-bniedem, ir-relazzjonijiet interstatali diffiċli u s-sigurtà tal-forniment prekarja;

82.

Jemmen li aktar koperazzjoni msaħħa bejn l-Ażja Ċentrali u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed fl-oqsma tal-enerġija u t-trasport hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE msemmija hawn fuq; huwa tal-fehma li dan għandu jinkludi l-investiment fl-iżvilupp ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija, tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija, u ta’ infrastruttura ġdida fil-qasam tal-enerġija bil-modernizzazzjoni ta’ infrastruttura eżistenti; jirrikonoxxi l-irwol importanti tal-Każakistan bħala ekonomija b'saħħitha fl-Ażja Ċentrali, fejn l-UE hija l-imsieħba kummerċjali ewlenija, u fejn il-Każakistan japplika strateġiija ta’ modernizzazzjoni avvanzata soċjali, ekonomika u politika;

83.

Jikkunsidra li l-UE għandha tinkuraġġixxi l-użu responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi naturali tar-reġjun, anke permezz tal-promozzjoni tat-trasparenza tad-dħul permezz ta’ appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-istati u tal-NGOs fl-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji ta’ Estrazzjoni, meta rilevanti;

84.

Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti li jgħaqqdu bjar taż-żejt u tal-gass u s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-Ażja Ċentrali ma’ pajpijiet li jwasslu sa l-Unjoni Ewropea, anke lil proġetti futuri bħall-pipeline Nabucco;

*

* *

85.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Ażja Ċentrali, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-OSCE u lill-presidenti, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Każakistan, il-Kirgiżtan, tat-Taġikistan, tat-Turkmenistan u tal-Uzbekistan.


(1)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 466.

(2)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 416.

(3)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 390.

(4)  ĠU L 340, 16.11.2004, p. 2.

(5)  Dikjrazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rapprezentati tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Iżvilupp: “Il-Consensus Ewropew” — Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (ĠU C 46, 24.2.2006, p.1).

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0413.

(7)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 23 kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). Ara ukoll il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/792/PESK tal-14 ta’ Novembru 2005 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72).

(8)  Ara il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34).

(9)  Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p.41).


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/63


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005)

P6_TA(2008)0060

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005) (2006/2271(INI))

2009/C 184 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (COM(2006)0416),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni (SEC(2006)0999 u SEC(2006)1005,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa ta' riżultati ‐ l-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” (COM(2007)0502),

wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0462/2007),

A.

Billi l-effettività tal-politika tal-UE hija ddeterminata ħafna mill-implimentazzjoni tagħha fuq il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; billi l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja min-naħa tal-Istati Membri għandha tkun ikkontrollata b'mod rigoruż sabiex ikun żgurat li jkollha l-effetti pożittivi mixtieqa fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini,

B.

Billi n-numru ta' lmenti marbuta ma' ksur tal-liġi Komunitarja juri li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom rwol vitali fl-applikazzjoni tagħha, u li l-kapaċità tal-Istituzzjonijiet tal-UE li jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini hija importanti għall-kredibilità tal-Unjoni Ewropea,

C.

Billi l-Kummissjoni tista' taddatta l-mezzi li tuża biex twettaq il-missjoni tagħha b'mod effettiv u tagħmel innovazzjonijiet iddisinjati biex itejbu l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja,

Ir-Rapport Annwali tal-2005 u s-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament

1.

Jinnota li n-numru totali ta' proċeduri relatati ma' ksur mibdija mill-Kummissjoni, kellu t-tendenza li jiżdied f'dawn l-aħħar snin u laħaq l-2 709 każi identifikati ta' ksur fl-2003 (għall-UE 15); jinnota wkoll li n-numru ta' każi ta' ksur identifikati naqas drastikament fl-2004 (b'563) u reġa' żdied fl-2005, għalkemm għal livell aktar baxx minn dak tal-2003: 2 653 każijiet ta' ksur irreġistrati (għall-UE 25);

2.

Għaldaqstant, jinnota li s-sħubija ta' għaxar Stati Membri jidher li ma kelliex impatt fuq in-numru ta' każijiet ta' ksur irreġistrati, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tati spjegazzjoni ċara u ftit serħan il-moħħ lill-Parlament li dan mhux kaġun ta' nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' lmenti u/jew nuqqas ta' riżorsi interni fil-Kummissjoni biex jiġu trattati każijiet ta' ksur u/jew ta' xi deċiżjoni politika biex wieħed jagħlaq għajnejh ma' dawk l-Istati Membri;

3.

Jilqa' l-ħeġġa ta' ħafna mid-Direttorati Ġenerali biex jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għall-każijiet ta' ksur, fil-qasam rispettivi tagħhom kif ukoll dwar l-istat tal-proċeduri relatati ma' ksur; jinnota li kull Direttorat Ġenerali għandu l-mod tiegħu ta' kif jittratta l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja u l-allokazzjoni ta' riżorsi u li ma hemmx mod ġenerali jew evalwazzjoni pubblika ġenerali tal-mod ta' kif jaħdmu dawn il-metodi differenti;

4.

Jimpenja ruħu li jappoġġa l-Kummissjoni permezz ta' approprjazzjonijiet tal-Baġit għal żieda ta' riżorsi, kif mitlub minn ħafna mid-Direttorati Ġenerali kkonċernati;

5.

Jilqa' l-fatt li uħud mid-Direttorati Ġenerali żviluppaw mekkaniżmi speċjali biex jissupplimentaw l-użu ta' proċeduri relatati ma' ksur bil-għan li jiksbu kontroll u konsolidazzjoni effettiva tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja; jinnota li, fil-qafas regolatorju tal-2002 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, ġiet stabbilita n-notifika ta' proċeduri rigward abbozz ta' miżuri leġiżlattivi nazzjonali, li tippermetti kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fi żmien qasir; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-applikazzjoni sistematika ta' dan il-mekkaniżmu ta' prevenzjoni, f'setturi oħra;

6.

Jikkunsidra li għandu jkun inkoraġġut il-qsim tal-aħjar prattiċi bejn l-Istati Membri, eżempju taħt forma ta' gruppi ta' laqgħat u traspożizzjoni ta' gruppi ta' ħidma organizzati mill-Kummissjoni sabiex l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja tkun iffaċilitata; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra mezzi ta' kif il-Parlament ikun involut f'tali proċessi;

7.

Jilqa' l-isforzi magħmula minn uħud mid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni — u b'mod notevoli d-DG Ambjent — biex itejbu l-kontrolli ta' konformità mad-direttivi relevanti, imma mhix sodisfatta bit-tweġiba tal-Kummissjoni rigward il-kunfidenzjalità tal-istudji ta' konformità; jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni sabiex tippubblika fuq il-websajt tagħha, l-istudji mitluba mid-Direttorati Ġenerali varji dwar l-evalwazzjoni tal-konformità ta' miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni mal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

8.

Jilqa' l-inklużjoni għall-ewwel darba ta' trattament speċifiku u dettaljat ta' ksur tal-liġi relatat mal-petizzjonijiet fir-Rapport Annwali u l-annessi relatati tiegħu;

9.

Iħeġġeġ il-prattika li jintbagħtu missjonijiet għat-tiftix tal-fatti fi Stati Membri varji biex jiġu investigati kwistjonijiet li jintefa dawl fuqhom minn dawk li jagħmlu l-petizzjoni; jikkunsidra dan bħala mezz pragmatiku biex jissolvew il-problemi b'mod dirett mal-Istati Membri fl-interessi taċ-ċittadini; jemmen li missjonijiet bħal dawn huma kollha iżjed u iżjed neċessarji fid-dawl tan-nuqqas tas-setgħat ta' “spezzjoni” tal-Kummissjoni biex tivverifika l-implimentazzjoni prattika tal-liġi tal-KE, per eżempju fil-qasam tal-ambjent;

10.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni bħala regola biex tinkludi s-sommarji taċ-ċittadini jew tal-popli fil-proposti leġiżlattivi futuri u jitlob għal eżempji konkreti ta' sommarji bħal dawn kif ukoll bħala kjarifika li jifformaw parti integrali mill-att legali kkonċernat, kif mitlub fil-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-21 u t-22 Rapporti Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2003 u 2004) (1);

11.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun aktar proattiva fil-kontroll ta' avvenimenti nazzjonali li jistgħu jikxfu ksur tal-liġi Komunitarja; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel użu iżjed intensiv tal-Uffiċċji ta' Rappreżentazzjoni sabiex jiġi evitat jew irranġat ksur fil-liġi;

12.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex iħarsu lil hinn mit-traspożizzjoni formali u pura tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u jevitaw, sa fejn hu possibbli, it-traspożizzjoni frammentata ta' Direttivi bil-għan li l-leġiżlazzjoni tkun aktar sempliċi u trasparenti;

13.

Jilqa' l-fatt li, fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq bl-isem ta' “Ewropa ta' riżultati — L-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja”, il-Kummissjoni indirizzat uħud mill-kwistjonijiet prinċipali ta' politika mqajma fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Mejju 2006 imsemmija aktar 'l fuq; madankollu, jinnota li xi kwistjonijiet importanti għadhom pendenti u ma twiġbux sew, partikularment dawk li jirrigwardaw ir-riżorsi allokati għat-trattament ta' każijiet ta' ksur, it-tul ta' proċedura relatata ma' ksur u l-użu limitat ħafna tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE, u l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' kriterji ta' prijorità; jistaqsi lill-Kummissjoni biex tagħti tweġiba għal dawn il-kwistjonijiet importanti sa Mejju 2008;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007 dwar “Ewropa ta' riżultati — L-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja”

14.

Jilqa' l-fatt li, fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tagħti valur u tikkunsidra kif xieraq il-kwistjoni tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja;

15.

Jinnota li l-eżami ta' petizzjonijiet kixef dak li jidher bħala dgħufija strutturali fl-implimentazzjoni ta' normi varji tal-liġi Komunitarja mill-Istati Membri; huwa tal-opinjoni li l-konsistenza u l-koerenza tal-liġi Komunitarja tirrikjedi li l-ksur fil-liġi tal-Komunità jitressaq b'mod konsistenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-inqas għal każijiet importanti mil-lat nazzjonali li joħolqu preċedent għall-ġurisprudenza nazzjonali u l-prattika futura; huwa tal-opinjoni li konsistenza mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-bżonn sussegwenti taċ-ċittadini li jilmentaw mal-Kummissjoni u li jagħmlu petizzjonijiet lill-Parlament dwar kwistjonijiet analogi;

16.

Jinnota li l-ostakli prinċipali għall-effettività tal-proċeduri relatati ma' ksur (Artikoli 226 u 228 tat-Trattat KE) jibqa' t-tul tagħhom u r-rikors limitat għall-Artikolu 228; jinsisti li l-limiti ta' żmien proposti mill-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta' komunikazzjoni ta' miżuri ta' traspożizzjoni (mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-ittra ta' avviż formali sat-tmiem tal-każ jew sa meta jinstema' fil-Qorti tal-Ġustizzja) u fir-rigward ta' proċeduri biex tkun żgurata l-konfomità ma' sentenza preċedenti tal-Qorti (bejn 12 u 24 xahar) ma jista' fl-ebda każ ikun itwal u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex, f'dawk il-limiti ta' żmien, twettaq monitoraġġ perjodiku tal-progress tal-proċeduri relatati ma' ksur u tinforma ċ-ċittadini kkonċernati;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tkun aktar soda fl-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat biex tiżgura li jkun hemm konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja;

18.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timmodifika il-metodi attwali ta' ħidma bil-għan li tagħti prijorità u tħaffef l-immaniġġjar u l-ġestjoni ta' proċeduri eżistenti kif ukoll biex timpenja u tinvolvi b'mod formali lill-Istati Membri; jinnota li, skond il-metodu ta' ħidma l-ġdid, mistoqsijiet u lmenti li jaslu għand il-Kummissjoni se jkunu direttament mgħoddija lill-Istat Membru kkonċernat “fejn kwistjoni titlob kjarifika tal-pożizzjoni fattwali jew legali fl-Istat Membru. (…) L-Istat Membru jingħata skadenza qasira biex jipprovdi l-kjarifiki neċessarji, l-informazzjoni u s-soluzzjonijiet direttament liċ-ċittadini jew lin-negozju kkonċernat u jinforma lill-Kummissjoni” (2);

19.

Josserva li spiss il-Kummissjoni hija l-uniku korp li baqa' fejn iċ-ċittadini jistgħu jagħmlu rapport ta' nuqqas ta' applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja; jinsab għalhekk imħasseb ħafna li, billi ssir referenza lill-Istat Membru kkonċernat (li huwa responsabbli għall-applikazzjoni ħażina tal-Liġi Komunitarja), hemm ir-riskju li l-metodu ta' ħidma l-ġdid idgħajjef lill-Kummissjoni mir-responsabbiltà istituzzjonali tagħha li tiżgura l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja bħala “l-gwardjan tat-Trattat” skond l-Artikolu 211 tat-Trattat KE; josserva li spiss il-Kummissjoni hija l-uniku korp li baqa' fejn iċ-ċittadini jistgħu jagħmlu rapport ta' nuqqas ta' applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja;

20.

Jinnota li l-Kummissjoni tiddikjara li l-metodu ta' ħidma l-ġdid m'huwiex sostitut għall-proċedura fil-każ ta' ksur u li tikkommetti ruħha li tapplikah biss fil-fażi ta' qabel il-każ ta' ksur, skond skeda preċiża u skadenzi stretti;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-garanziji proċedurali eżistenti mogħtija lil min jagħmel l-ilment ma jkunux affettwati mill-metodu l-ġdid u jfakkar lill-Kummissjoni li, skond id-deċiżjonijiet tal-Ombudsman Ewropew, in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' lment jikkostitwixxi każ ta' amministrazzjoni ħażina; jirrimarka li, għal dan l-iskop, ilment għandu jinftiehem li jkun kull biċċa korrispondenza li tista' tiżvela xi ksur tal-Liġi Komunitarja jew li tiġi kkategorizzata b'mod jew ieħor bħala lment;

22.

Jisħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni żżomm lil min jagħmel l-ilment mgħarraf bis-sustanza tal-korrispondenza kollha mal-Istati Membri dwar l-ilment tiegħu matul il-proċedura kollha u b'mod speċjali fil-fażi ta' qabel il-każ ta' ksur jekk ikun applikat il-metodu l-ġdid;

23.

Jikkunsidra li s-sospensjoni ta' xi partijiet mill-Manwal tal-Proċeduri attwali intern tal-Kummissjoni hi diskutibbli, billi mhux l-Istati Membri kollha u mhux is-setturi kollha huma mdaħħla fil-proġett pilota u l-metodu l-ġdid għadu mhux qiegħed jaħdem għal kollox; iqis li dan jista' jwassal għal taħwid kemm intern kif ukoll għaċ-ċittadini dwar liema proċeduri jiġu applikati, l-aktar rigward każijiet ta' ksur simili li jsiru fi Stati Membri differenti; jitlob li jingħatalu aċċess għall-Manwal tal-Proċeduri intern;

24.

Jaqbel dwar l-importanza li jkunu allokati riżorsi għall-evalwazzjonijiet ta' konformità, imma jinsisti li għandhom jiġu ddedikati aktar riżorsi umani biex jittrattaw il-każijiet ta' ksur; huwa mħasseb b'mod partikulari li t-tnaqqis fl-għadd ta' każijiet ta' ksur wara t-tkabbir jista' jirriżulta min-nuqqas ta' mezzi għas-segwitu b'mod xieraq tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tgħaddi lill-Parlament informazzjoni speċifika dwar l-għadd ta' postijiet tax-xogħol u l-volum ta' riżorsi li se jkunu ddedikati b'mod speċifiku fil-baġit tal-2008 biex jittrattaw il-każijiet ta' ksur;

25.

Jilqa' s-suġġeriment tal-Kummissjoni li l-metodu ta' ħidma l-ġdid ikun ittestjat permezz ta' eżerċizzju pilota; jesprimi tħassib, madankollu, li jista' jkun hemm xi inkonsistenzi u taħwid bejn dawk l-Istati Membri li jinsabu fil-proġett pilota u dawk li m'humiex, billi s-sospensjoni tal-proċedura interna bl-effett tad-dħul tal-metodu ta' ħidma l-ġdid tapplika għall-każijiet kollha;;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffoka l-eżerċizzju pilota propost f'dawk l-Istati Mebri fejn l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja għadha problematika bħala riżultat ta' nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, speċjalment fuq il-livell reġjonali u lokali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex permezz tal-eżerċizzju pilota tivverifika jekk u jekk ikun il-każ fejn hemm bżonn ta' aktar riżorsi fil-Kummissjoni sabiex tkun tista' tittratta u timmaniġġja l-ilmenti wara li jibda jopera l-metodu l-ġdid ta' ħidma;

27.

Peress li l-petizzjonijiet u l-ilmenti miċ-ċittadini u n-negozji jiffaċilitaw is-sejba ta' numru sostanzjali ħafna ta' ksur, u sabiex tkun evitata l-konfużjoni fl-ikkuntattar ta' ħafna korpi għas-soluzzjoni tal-problemi, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilità li jkun hemm tabelli ċari jew il-ħolqien ta' sistema ta' waqfa waħda (one-stop-shop) għall-assistenza taċ-ċittadini;

28.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex “tintroduċi deċiżjonijiet aktar frekwenti għal ħafna mill-passi ta' proċedura sabiex jitħaffef il-progress”; jinnota li l-Kummissjoni torganizza erba' laqgħat formali kull sena biex tiddeċiedi dwar il-proċeduri relatati ma' ksur, u jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jkun hemm deċiżjonijiet aktar spissi dwar ksur; jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma ddefinitx miżuri politiki u ta' organizzazzjoni aktar b'saħħithom biex ikunu trattati dawn l-impenji l-ġodda;

29.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rrispettatx l-impenn tagħha, imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2002 dwar “Kontroll aħjar tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja”, li “l-applikazzjoni tal-kriterji ta' prijorità se jkunu evalwati kull sena, meta jiġi diskuss ir-rapport dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” (3); jilqa' l-impenn ġdid tagħha biex “tiddeskrivi u tispjega l-azzjonijiet tagħha dwar dawn il-prijoritajiet fir-rapporti annwali tagħha, mill-2008” (4);

30.

Jinnota li l-Parlament kompla jirċievi petizzjonijiet li jallegaw ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem u fundamentali tar-rikkorrent min-naħa tal-Istati Membri u jiddispjaċih ħafna li l-kriterji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-libertajiet fundamentali li jinsabu fil-liġi Komunitarja sustantiva għebu mil-lista l-ġdida tal-kriterji ta' prijorità; ifakkar li t-Trattat KE jagħti lill-Parlament is-setgħa li jibda' l-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tapplika b'mod estensiv il-prinċipju li kull korrispondenza li tista' twassal għal rappurtar ta' ksur veru tal-liġi Komunitarja għandha tkun irreġistrata bħala lment, sakemm ma taqax taħt waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-punt 3 tal-Anness tal-Komunikazzjoni dwar “ir-Relazzjonijiet ma' min ressaq l-ilment fir-rigward ta' ksur tal-liġi Komunitarja” (5); jinnota li l-Ombudsman Ewropew riċentement sab li l-Kummissjoni kienet responsabbli għal “amministrazzjoni ħażina” għax ma rreġistratx ilment skond dik il-Komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinforma u tikkonsulta mal-Parlament dwar kwalunkwe bdil fil-kriterji eċċezzjonali li jippermettu li ma jkunx hemm reġistrazzjoni;

32.

Iħeġġeġ lis-servizzi kollha tal-Kummissjoni sabiex iżżommu infurmati dejjem lill-persuni li ressqu l-ilment dwar il-progress tal-każ tagħhom fl-aħħar ta' kull skadenza stabbiltia minn qabel (ittra ta' avviż formali, opinjoni ġustifikata, referenza f'Qorti), biex jipprovdu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom skond il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2002;

33.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni biex tiżgura l-aċċess liberu għad-database elettronika tagħha u jagħmillha kuraġġ biex taġixxi favur dak l-impenn mill-aktar fis possibbli;

34.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar l-istadji kollha tal-proċeduri relatati ma' ksur, mill-ittra ta' avviż formali sa kull progress ieħor; jikkunsidra li, fl-interessi tat-trasparenza u l-applikazzjoni aħjar tal-liġi nazzjonali fil-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-kontenut u d-dewmien tal-kuntratti mal-Istati Membri ladarba l-kwistjonijiet rilevanti m'għadhomx qed jiġu investigati;

35.

Jilqa' l-pubblikazzjoni li ġejja mill-Kummissjoni ta' dokument spjegattiv dwar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar klejms għal dannu li jirriżulta mill-ksur ta' drittijiet skond il-liġi Komunitarja; ikompli jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-possibilità li taġixxi bħala amicus curiae f'każijiet ta' dannu relevanti quddiem il-qrati nazzjonali, bi qbil mal-liġi proċedurali nazzjonali, kif diġà huwa l-każ f'litigazzjoni domestika li tinvolvi kwistjonijiet ta' liġi tal-kompetizzjoni tal-KE (6);

L-irwol tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE

36.

Jikkunsidra li l-kumitati permanenti tal-Parlament għandhom jieħdu rwol aktar attiv fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom, u għal dak il-għan, għandhom jirċievu appoġġ u informazzjoni regolari mill-Kummissjoni; jissuġġerixxi li, fejn possibbli, ir-Rapporteur tal-Parlament dwar fajl partikulari jew is-suċċessur appuntat tiegħu għandu jkollhom rwol ċentrali u kontinwu fir-reviżjoni bla waqfien tal-konformità tal-Istati Membri mal-liġi Komunitarja; jinnota li sessjonijiet regolari dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja organizzati mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-ikel huma prattika li għandha tintuża wkoll fil-kumitati kollha tal-Parlament u li l-Kummissjoni għandha tkun involuta b'mod sistematiku;

37.

Madankollu jinnota li n-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni preċiża dwar il-kwistjonijiet fejn ġa bdew proċeduri relatati ma' ksur inaqqas l-interess pubbliku fi, u l-effettività ta' dawn is-sessjonijiet; jistieden lill-kumitati tal-Parlament sabiex jaħsbu, fejn xieraq, li jinkludu rappreżentanti tal-Istati Membri rilevanti jew tal-Kunsill fil-lista tal-mistiednin għas-sessjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja;

38.

Jemmen li l-Kumitati tal-Parlament (inkluż il-Kumitat għall-Petizzjonijiet) għandhom jingħataw biżżejjed appoġġ amministrattiv biex iwettqu l-missjoni tagħhom b'mod effettiv; jitlob lill-Grupp ta' Ħidma dwar ir-riforma Parlamentari, lill-Kumitat għall-Baġit u korpi Parlamentari rilevanti oħra sabiex iressqu proposti konkreti dwar inter alia l-irwol li għaddej u li diġà ssemma' tar-Rapporteurs u jevalwaw il-fattibilita ta' grupp speċifiku ta' esperti fis-segretarjat ta' kull Kumitat biex jiggarantixxi l-monitoraġġ kontinwu u effettiv tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja;

39.

Jagħmel sejħa sabiex ikun hemm aktar koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew u l-parlamenti rispettivi tagħhom, sabiex ikun promoss u miżjud l-iskrutinju effettiv ta' kwistjonijiet Ewropej fuq il-livell nazzjonali; jikkunsidra li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol doppju fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja, b'hekk jgħinu sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Unjoni Ewropea u tressaqha aktar qrib taċ-ċittadini;

40.

Ifakkar l-impenn min-naħa tal-Kunsill biex iħeġġeġ l-Istati Membri biex ifasslu u jippubblikaw tabelli li juru l-korrelazzjoni bejn id-direttivi u l-miżuri ta' transpożizzjoni domestiċi; jinsisti li tali tabelli huma essenzjali biex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq eżami bir-reqqa tal-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha; jipproponi, bħala ko-leġiżlatur, li jieħu l-passi kollha neċessarji biex jiżgura li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw dawk it-tabelli ma jitneħħewx mit-test tal-proposti tal-Kummissjoni waqt il-proċess leġiżlattiv;

41.

Jinnota li l-Qrati nazzjonali għandhom rwol essenzjali fl-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' oqsma fejn taħriġ supplimentari jista' jiġi provdut b'mod utli għall-imħallfin nazzjonali, il-prattikanti tal-liġi u l-uffiċjali fl-awtoritajiet nazzjonali;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-monitoraġġ tal-konformità min-naħa tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar l-immunità parlamentari u, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi nuqqas ta' konformità ma' dawk id-deċiżjonijiet, tinforma lill-Parlament dwar l-azzjoni li taħseb li tieħu;

*

* *

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 122.

(2)  COM(2007)0502, taqsima 2.2.

(3)  COM(2002)0725, taqsima 3.1.

(4)  COM(2007)0502, taqsima 3.

(5)  COM(2002)0141.

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-ġurisdizzjonijiet nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 54, paragrafi 17–20).


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/68


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Is-Sitwazzjoni f'Gaża

P6_TA(2008)0064

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Sitwazzjoni f'Gaża

2009/C 184 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani, b'mod partikolari dawk tal-1 ta' Ġunju 2006 rigward il-kriżi umanitarja fit-territorji Palestinjani u l-irwol tal-UE (1), tas-16 ta' Novembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Medda ta' Gaża (2), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-MEDA u l-għajnuna finanzjarja għall-Palestina — evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll (3), tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Lvant Nofsani (4) u tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni umanitarja f'Gaża (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 242 (S/RES/242) tat-22 ta' Novembru 1967 u 338 (S/RES/338) tat-22 ta' Ottubru 1973 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra (1949),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Annapolis tas-27 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tat-28 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni f'Gaża mill-Assemblea Parlamentari Ewro- Mediterranja dwar l-Affarijiet Politiċi, is-Sigurtà u d-Drittijiet tal-Bniedem tat-28 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-24 ta' Jannar 2008 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Medda ta' Gaża (A/HRC/S-6/L.1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi minħabba l-embargo fuq iċ-ċaqliq tan-nies u tal-prodotti, iċ-ċaħda parzjali għall-aċċess għall-ilma tax-xorb, l-ikel u l-elettriċità, u n-nuqqas ta' prodotti u servizzi essenzjali, is-sitwazzjoni umanitarja fil-Medda ta' Gaża kompliet tmur lura,

B.

billi l-fruntieri li minnhom tista' toħroġ jew tidħol ġo Gaża ilhom magħluqin għal xhur sħaħ, u billi l-embargo fuq iċ-ċaqliq tal-persuni u l-prodotti kompla jipparalizza aktar l-ekonomija fil-Medda ta' Gaża,

C.

billi setturi ewlenin tas-servizz pubbliku, inklużi s-sistemi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, qed jiffaċċjaw nuqqasijiet kbar minħabba nuqqas ta' materjali bażiċi meħtieġa għat-tħaddim tagħhom, u billi n-nuqqas ta' mediċini u ta' fjuwil biex jaħdmu l-ġeneraturi fl-isptarijiet fil-Medda ta' Gaża qed jipperikolaw il-ħajja tal-Palestinjani,

D.

billi mijiet ta' eluf ta' Palestinjani reċentement qasmu l-fruntiera bejn il-Medda ta' Gaża u l-Eġittu, wara li twaqqa' l-ħajt tal-fruntiera, sabiex isibu prodotti essenzjali għall-bżonnijiet bażiċi tagħhom, u billi l-forzi Eġizzjani gradwalment reġgħu ħadu l-kontroll tas-sitwazzjoni u għalqu mill-ġdid il-fruntiera fit-3 ta' Frar 2008, li wassal għat-tmiem tal-libertà ta' moviment tal-Palestinjani, kif mitlub mill-awtoritajiet Iżraeljani,

E.

billi t-tkissir ta' parti mill-ħajt tal-fruntiera u taċ-ċint huma konsegwenza diretta tal-kriżi umanitarja estremament serja f'Gaża, li wasslet lill-poplu Palestinjan biex jipprova jikseb il-bżonn vitali tiegħu għal-libertà ta' moviment,

F.

billi, wara perjodu twil mingħajr azzjonijiet bħal dawn, attakk terroristiku suwiċidali f'Dimona qatel u darab membri tal-popolazzjoni ċivili Iżraeljana; billi kompla l-isparar ta' rokits mill-milizzja Palestinjana mill-Medda ta' Gaża għal ġot-territorju Iżraeljan, u billi fil-Medda ta' Gaża komplew l-operazzjonijiet militari li qatlu u poġġew fil-periklu l-popolazzjoni ċivili u l-qtil extraġudizzjarju mmirat min-naħa tal-armata Iżraeljana,

G.

billi s-sitwazzjoni u l-iżviluppi riċenti fil-Medda ta' Gaża jheddu li jfixklu n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, kif ukoll l-isforzi biex jintlaħaq ftehim sa l-aħħar tal-2008, kif iddikjarat mill-partijiet waqt il-Konferenza Internazzjonali ta' Annapolis tas-27 ta' Novembru 2007,

H.

billi, fl-aħħar snin, l-Unjoni Ewropea pprovdiet appoġġ finanzjarju kbir lill-Palestinjani; billi l-Mekkaniżmu Internazzjonali Temporanju tal-UE u l-iffinanzjar ta' proġetti kellhom irwol importanti biex jevitaw traġedja umanitarja fil-Medda ta' Gaża u fix-Xatt tal-Punent; billi l-Kummissjoni, il-Programm għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Aġenzija għall-Għajnuna u x-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji kellhom jissospendu bosta proġetti ta' infrastruttura minħabba li ma jistgħux jimportaw materja prima; billi dawn l-uffiċċji, l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet umanitarji, komplew l-attivitajiet tagħhom fuq livell limitat minkejja x-xkiel kollu; billi l-Unjoni Ewropea tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja lill-poplu Palestinjan u sussidji diretti lill-impjegati tal-Awtorità Palestinjana fil-Medda ta' Gaża; billi l-Mekkaniżmu għall-Immaniġġar tal-Għajnuna Soċjo-Ekonomika Palestinjana-Ewropea, PEGASE, se jikkostitwixxi mekkaniżmu finanzjarju ġdid għall-UE u għajnuna internazzjonali oħra għat-Territorji Palestinjani,

I.

billi fil-konferenza li saret f'Annopolis il-partijiet kollha esprimew ix-xewqa tagħhom għal bidu ġdid tan-negozjati bil-għan li jinħoloq Stat Palestinjan sovran u vijabbli, flimkien ma' Stat Iżraeljan sikur,

J.

billi l-parteċipanti fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi għall-Istat Palestinjan, li saret f'Diċembru 2007 f'Pariġi, twiegħdu total ta' 7.4 biljun Dollaru Amerikan f'appoġġ għall-bini tal-istituzzjonijiet u rkupru ekonomiku Palestinjan għat-tliet snin li ġejjin,

K.

billi l-Mibgħut Speċjali għall-Kwartett identifika erba' proġetti ta' prijorità għall-iżvilupp ekonomiku u l-bini tal-istituzzjonijiet għat-Territorji Palestinjani, inkluż ir-restawr tal-impjant għat-trattament tad-dranaġġ ta' Beit Lahia fit-tramuntana ta' Gaża,

1.

Itenni t-tħassib kbir tiegħu rigward il-kriżi umanitarja u politika fil-Medda ta' Gaża u dwar il-konsegwenzi ulterjuri possibbli tagħha; iqis l-iżviluppi riċenti f'Rafah, inklużi l-avvenimenti paċifiċi u l-atti vjolenti, bħala r-riżultat ta' din il-kriżi fil-Medda ta' Gaża;

2.

Jesprimi l-ikbar simpatija tiegħu għall-popolazzjoni ċivili affetwata mill-vjolenza f'Gaża u fin-nofsinhar tal-Iżrael;

3.

Itenni t-talba tiegħu għal waqfien immedjat tal-atti kollha ta' vjolenza;

4.

Jitlob lill-Iżrael biex iwaqqaf l-azzjonjiet militari li qed joqtlu u jipperikolaw il-popolazzjoni ċivili u l-qtil immirat mhux ġudizzjarju;

5.

Jistieden lill-Hamas, wara l-ħakma illegali tal-Medda ta' Gaża, biex iwaqqfu l-isparar ta' rokits mill-milizzja Palestinjana, mill-Medda ta' Gaża għal ġot-territorju Iżraeljan;

6.

Jemmen li l-politika tal-iżolament tal-Medda ta' Gaża falliet kemm fuq il-livell politiku kif ukoll fuq dak umanitarju; jerġa' jitlob lill-partijiet kollha biex jirrispettaw b'mod sħiħ il-liġi internazzjonali, u b'mod partikulari l-liġi umanitarja internazzjonali;

7.

Iqis bħala pożittiva ir-reazzjoni tal-Eġittu għall-problemi f'Rafah, li ppermettiet li bosta familji Palestinjani jkollhom aċċess għall-prodotti essenzjali għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-gvern tal-Eġittu biex ikompli bl-irwol attiv tiegħu biex jinżammu l-paċi u l-istabilità fiż-żona;

8.

Itenni t-talba tiegħu biex jintemm l-imblokk u għall-ftuħ mill-ġdid ikkontrollat tal-qsim 'il ġewwa u 'l barra minn Gaża; jitlob lill-Iżrael biex jiżgura li jkun hemm ċaqliq ta' nies u prodotti f'Rafah, Karni u postijiet oħra ta' qsim tal-fruntiera b'konformità mal-Ftehima dwar Moviment u Aċċess; jitlob li terġa' tibda l-Missjoni għall-Għajnuna mal-Fruntieri tal-UE f'Rafah; jilqa' d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għas-CFSP li għandu jitqies mandat ġdid tal-Kunsill għall-Missjoni; jitlob għal preżenza internazzjonali ikbar fiż-żona;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Awtorità Palestinjana biex tieħu l-kontroll tal-punti tal-qsim, fuq il-bażi ta' ftehim li jinvolvi lill-Eġittu, lill-Iżrael u lill-Awtorità Palestinjana, u jappoġġja r-riżoluzzjoni reċenti tal-Lega Għarbija f'dan ir-rigward; madankollu, jistieden lill-Awtorità Palestinjana, biex tgħin sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet neċessarji għall-involviment tal-partijiet interessati kollha fil-Medda ta' Gaża f'dan ir-rigward;

10.

Jemmen li l-popolazzjoni ċivili għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe azzjoni militari u minn kwalunkwe kastig kollettiv; jistieden lill-Iżrael biex iwettaq l-obbligi internazzjonali tiegħu, bħala forza ta' okkupazzjoni fil-Medda ta' Gaża; jitlob lill-Iżrael biex ikompli jiggarantixxi għajnuna umanitarja kontinwa u suffiċjenti, assistenza umanitarja u prodotti u servizzi essenzjali, inkluż il-forniment ta' fjuwil u enerġija, lejn il-Medda ta' Gaża; jesprimi tħassib serju rigward id-deċiżjoni tal-Iżrael li jintroduċi qtugħ progressiv ta' ħamsa fil-mija kull ġimgħa fil-provvista tal-enerġija lejn il-Medda ta' Gaża, li ma tistax titqies konsistenti ma l-issodisfar tal-bżonnijiet umanitarji minimi; jilqa' b'sodisfazzjon il-petizzjoni minn 10 organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem Iżraeljani kontra l-qtugħ tal-forniment tal-fjuwil u tad-dawl fil-Medda ta' Gaża;

11.

Iqis li, minkejja l-imblokk politiku, it-tħaddim tal-istituzzjonijiet pubbliċi li jipprovdu servizzi essenzjali u l-operazzjonijiet tal-uffiċċji umanitarji internazzjonali, l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet li jfittxu li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-Palestinjani li jgħixu fil-Medda ta' Gaża jirrikjedu djalogu bejn l-Awtorità Palestinjana u l-Hamas;

12.

Jenfasizza l-importanza kbira ta' rabta ġeografika u kummerċjali permanenti u r-rijunifikazzjoni paċifika fit-tul bejn il-Medda ta' Gaża u x-Xatt tal-Punent, u jistieden lill-Hamas biex tirrevedi l-pożizzjoni tagħha f'konformità mal-prinċipji tal-Kwartett u mal-obbligi internazzjonali mifthiema qabel, u biex tappoġġja l-proċess tal-paċi u n-negozjati li għaddejin;

13.

Itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat ta' Gilad Shalitt, suldat Iżraeljan, li jiġi kkunsidrat bħala att ta' rieda tajba min-naħa tal-Hamas, u tal-ex-ministri, il-leġiżlaturi u s-sindki Palestinjani kollha li qegħdin fil-ħabs; jirrikonoxxi l-importanza tar-rilaxx tad-detenuti biex tinħoloq fiduċja fil-kuntest tat-taħditiet ta' paċi attwali;

14.

Ifakkar lill-partijiet dwar l-impenji li ħadu f'Annapolis biex isiru negozjati in bona fede sabiex, sa l-aħħar tal-2008, jiġi konkluż trattat ta' paċi li jsolvi l-kwistjonijiet pendenti kollha, inklużi l-kwistjonijiet ewlenin kollha, mingħajr eċċezzjoni, kif speċifikat fi ftehimiet preċedenti; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond il-Pjan Direzzjonali;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jiggarantixxu, flimkien mal-komunità internazzjonali, għajnuna umanitarja essenzjali għall-Palestinjani li jgħixu fil-Medda ta' Gaża, b'kunsiderazzjoni speċjali għall-bżonnijiet ta' gruppi partikularment vulnerabbli; jenfasizza l-importanza tal-PEGASE, il-mekkaniżmu finanzjarju l-ġdid; madankollu, jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-qerda ta' faċilitajiet iffinanzjati fi ħdan il-qafas ta' għajnuna umanitarja jew taħt finanzjament ta' proġetti mill-Unjoni Ewropea, li tfixkel l-effiċjenza tal-għajnuna tal-UE u taffettwa s-solidarjetà tal-pubbliku fl-Istati Membri;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultat tal-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi għall-Istat Palestinjan f'Diċembru 2007, jiġifieri l-wegħdiet ta' aktar minn USD 7.4 biljuni, u jistieden lid-donaturi kollha biex iwettqu l-wegħdiet tagħhom b'appoġġ għall-isforzi biex jinbena l-Istat Palestinjan futur skond il-Pjan ta' Riforma u Żvilupp ippreżentat mill-Prim Ministru Dr. Salam Fayyad;

17.

Jesprimi tħassib serju dwar il-konsegwenzi ekoloġiċi u l-konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem jekk ma jsirx xogħol ta' manutenzjoni fil-faċilità għat-trattament tad-drenaġġ, u b'mod partikolari jitlob lill-partijiet kollha biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-prodotti meħtieġa għat-tiswija u r-rikostruzzjoni tal-impjant Beit Lahia, kif identifikat mill-Mibgħuta Speċjali għall-Kwartett;

18.

Jitlob li jkun hemm proġett urġenti u eżemplari għall-enerġija għall-Gaża, possibilment f'Rafah, għall-garanzija ta' awtonomija u awtosuffiċjenza fil-produzzjoni tal-elettriku u d-desalinazzjoni għall-popolazzjoni;

19.

Jistieden lill-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar il-Lvant Nofsani biex jeżamina, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-organizzazzjonijet konċernati, il-konsegwenzi tal-qerda tal-infrastruttura fil-Medda ta' Gaża, b'attenzjoni speċjali għall-faċilitajiet iffinanzjati fi ħdan il-qafas ta' għajnuna umanitarja jew taħt finanzjament ta' proġetti pprovduti mill-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mibgħut Speċjali għall-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Knesset, u lill-Gvern u l-Parlament Eġizzjan.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p.223.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p.324.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0277.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0350.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0430.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/71


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Is-Seba' Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

P6_TA(2008)0065

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Seba' Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

2009/C 184 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti sa mill-1996, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-ħames sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) (1), kif ukoll dawk tas-16 ta' Marzu 2006 dwar ir-riżultat tan-negozjati dwar il-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar it-62 sessjoni tal-UNHCR (2), tad-29 ta' Jannar 2004 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (3), tad-9 ta' Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti (4), tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-riżultat tas-Summit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti tal-14 u s-16 ta' Settembru 2005 (5) u tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika tal-UE dwar din il-kwistjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/RES/60/251 li tistabbilixxi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC),

wara li kkunsidra s-sessjonijiet regolari u speċjali preċedenti tal-UNHRC, b'mod partikulari s-sitt sessjoni regolari, kif ukoll is-sitt sessjoni speċjali dwar “Il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta mill-attakki militari Iżraeljani u l-inkursjonijiet fit-Territorju Okkupat Palestinjan, b'mod partikulari fil-Medda ta' Gaża Okkupata”, li saret fit-23-24 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra s-seba' sessjoni tal-UNHRC li se ssir f'Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-ewwel u t-tieni round tar-Reviżjoni Perjodika Universali (UPR) li se jsiru mis-7 sat-18 ta' April 2008 u mill-5 sas-16 ta' Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett għall-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalita? tad-drittijiet tal-bniedem huwa parti mill-acquis etiku u legali tal-Unjoni Ewropea u wieħed mill-pedamenti tal-unita? u l-integrita? Ewropea,

B.

billi l-UNHRC jipprovdi pjattaforma effettiva għat-tisħiħ tal-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-qafas tan-NU,

C.

billi s-seba' sessjoni tal-UNHRC se tkun waħda kruċjali, minħabba li se tkun l-ewwel waħda li se teżamina firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' sustanza skond il-metodi ta' ħidma l-ġodda li ġejjin mir-riformi tal-bini tal-istituzzjonijiet adottati fl-2006 u l-2007, u minħabba li se tipperfezzjona l-modalitajiet tal-UPR,

D.

billi l-kredibilita? tal-UNHRC isserraħ fuq l-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi u l-mekkaniżmi b'mod li jsaħħaħ il-kapaċita? tiegħu li jindirizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja kollha,

E.

billi se titwaqqaf delegazzjoni ad hoc tal-Parlament Ewropew għas-seba' sessjoni tal-UNHRC, l-istess bħalma kien hemm fis-sentejn preċedenti u, qabel dan, għall-predeċessur tal-UNHRC, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

Il-ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem

1.

Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-arkitettura ġenerali tan-NU; jerġa' jtenni l-opinjoni tiegħu li l-objettiv prinċipali tiegħu għandu jkun dak li jindirizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, peress li sitwazzjonijiet politiċi ġenerali jaqgħu taħt ir-responsabilita? ta' korpi oħra tan-NU; jenfasizza l-ispeċifiċitajiet tal-UNHRC: partikolarment l-irwol importanti tal-Proċeduri Speċjali, is-sessjonijiet speċjali, l-UPR, id-djalogu interattiv u l-kapaċita? tiegħu li jindirizza kriżijiet urġenti;

2.

Jieħu nota tar-riżultati tal-ħidma tal-UNHRC; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li twettaq il-programm ambizzjuż li l-UNHRC impenja ruħu għalih, li kien jinkludi r-reviżjoni tal-proċeduri u l-metodi ta' ħidma tiegħu, b'mod partikulari l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-UPR u r-reviżjoni tal-Proċeduri Speċjali;

3.

Jirrikonoxxi l-kisbiet pożittivi tal-presidenza tal-UNHRC u b'mod partikolari l-kooperazzjoni tajba tagħha mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jistieden lill-UE biex tappoġġja bħala prijorita? lill-kandidati li għandhom standards għolja ta' integrita? għall-elezzjoni tal-President il-ġdid tal-UNHRC li se ssir fit-23 ta' Ġunju 2008;

4.

Jilqa' l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet speċjali peress li dawn joffru rabtiet essenzjali bejn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għarfien speċjalizzat indipendenti; madankollu, huwa mħasseb minħabba li l-UNHRC ma rnexxilux jieħu azzjoni biex jindirizza ħafna mill-aktar ksur urġenti ta' drittijiet tal-bniedem fid-dinja;

5.

Jinnota li l-iskop tas-sessjonijiet speċjali huwa li jindirizzaw kriżijiet urġenti, filwaqt li l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi indirizzat f'sessjonijiet regolari, li jagħtu lok għal analiżi iktar profonda u jipprovdu soluzzjonijiet għal medda twila ta' żmien;

6.

Jenfasizza li s-sessjonijiet speċjali jirrikjedu preparazzjoni minn qabel u metodi ta' ħidma strutturati biex jinkiseb riżultat pożittiv; f'dan ir-rigward, jinnota s-suċċess ta' inizjattivi ewlenin tal-UE;

7.

Jinnota l-impatt dirett tas-sessjoni speċjali dwar Burma, li saret f'Ġinevra f'Ottubru 2007, li rriżultat fil-kundanna tar-ripressjoni governattiva u ż-żjara tar-Rapporteur Speċjali sabiex tkun investigata s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burma; jiddeplora n-nuqqas ta' segwitu u ta' mmoniterjar tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali, meta s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burma sejra għall-agħar;

L-elezzjoni ta' membri ġodda tal-UNHRC tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

8.

Jistieden sabiex f'Mejju 2008 jkun hemm elezzjonijiet kompetittivi fir-reġjuni kollha, sabiex ikun hemm għażla vera fost l-Istati Membri tan-NU; jiddispjaċih li s'issa ġew eletti xi pajjiżi b'rekords ta' problemi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, minħabba li ngħataw bidu ġdid;

9.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pressjoni biex ikunu stabbiliti kriterji ta' sħubija għall-elezzjoni tal-UNHRC, inkluż il-ħruġ ta' stediniet permanenti għal Proċeduri Speċjali, kif ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni attwali tal-wegħdiet elettorali tal-Istati Membri tan-NU; sakemm isiru tali riformi jistieden biex tiġi applikata din ir-regola fid-determinazzjoni tal-appoġġ tal-Istati Membri tal-UE lill-pajjiżi kandidati fil-UNHRC;

Proċeduri u mekkaniżmi

Il-UPR

10.

Iqis il-mekkaniżmu UPR bħala mezz potenzjali biex tittejjeb l-universalità tal-immoniterjar tal-impenji favur id-drittijiet tal-bniedem u l-prattiki madwar id-dinja billi l-Istati Membri kollha tan-NU jkunu soġġetti għall-istess trattament u skrutinju;

11.

Ifakkar li l-għan tal-UPR huwa li jagħmel reviżjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni f'pajjiż partikolari biex jiġu identifikati oqsma fejn hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jistgħu jiġu mtejba permezz ta' skambju ta' prattiki tajba u koperazzjoni msaħħa li twassal għal rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet biex jiddefinixxu objettivi u prijoritajiet ta' programmi ta' assistenza tal-UE;

12.

Jitlob li l-proċess UPR, li l-ewwel u t-tieni rounds tiegħu se jsiru mis-7 sat-18 ta' April 2008 u mill-5 sas-16 ta' Mejju 2008, biex jilħqu l-aspettattivi li nstemgħu s'issa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex imexxu l-UPR b'mod trasparenti u oġġettiv fl-ispirtu tar-Riżoluzzjoni 60/251 imsemmija hawn fuq; jistieden lill-Istati Membri tal-UE suġġetti għall-UPR biex ikunu awto-kritiċi u ma jillimitawx il-preżentazzjonijiet tagħhom biss għall-kisbiet pożittivi tagħhom;

13.

Jinnota li għad iridu jiġi indirizzati numru ta' mistoqsijiet, inkluża l-għażla ta' dawk li jissejħu “Trojki tal-UPR” li għandhom jiffaċilitaw ir-reviżjoni tal-Istati Membri tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex ma jaċċettawx il-possibilità li pajjiżi li qed ikunu eżaminati jirrifjutaw l-għażla ta' pajjiżi inkarigati mir-reviżjoni tagħhom;

14.

Jistieden lill-Membri tal-UNHRC biex jaħtru esperti indipendenti bħala r-rappreżentanti tagħhom għall-grupp ta' ħidma responsabbli mit-tmexxija tal-UPR; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu pożizzjoni ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' dan l-approċċ billi jadottaw linji gwida komuni dwar il-modalitajiet tal-UPR;

15.

Jinnota l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-Proċeduri Speċjali; itenni l-opinjoni tiegħu li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom għalhekk jikkostitwixxu l-bażi ta' reviżjoni indipendenti u kredibbli;

Ir-reviżjoni tal-mandati u n-nomini tad-detenturi ta' mandati ta' Proċeduri Speċjali

16.

Jenfasizza li l-Proċeduri Speċjali huma fil-qofol tal-mekkaniżmu tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, u għandhom irwol kruċjali b'mod speċjali fil-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-membri tal-UNHRC jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jikkoperaw bis-sħiħ mal-Proċeduri Speċjali;

17.

Jenfasizza li l-kredibilità tal-UNHRC se tiddependi fuq il-ħatriet il-ġodda ta' detenturi tal-mandati tal-Proċeduri Speċjali f'Marzu 2008;

18.

Jitlob li jkun hemm nomina, bħala detenturi ta' mandati, ta' persuni imħarrġa fid-drittijiet tal-bniedem u rikonoxxuti, li għandhom esperjenza rilevanti, indipendenza, imparzjalità, integrità personali u oġġettività kif ukoll għarfien sostanzjali tas-sistema ta' Proċeduri Speċjali;

19.

Iħeġġeġ lill-gvernijiet, lill-NGOs u lill-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti biex jibagħtu l-ismijiet ta' kandidati eleġibbli għall-inklużjoni fuq ir-roster pubbliku ta' kandidati eleġġibbli mmaniġġjat mill-OHCHR;

20.

Jistieden lill-Grupp Konsultattiv inkarigat mir-reviżjoni tal-kandidati għall-mandati tal-Proċeduri Speċjali u li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-ħatra tal-President tal-Kunsill, biex iwettaq il-mandat tiegħu b'mod oġġettiv u trasparenti u biex jibbaża l-għażliet tiegħu fuq kriterji ta' professjonalità u integrità personali;

21.

Jikkundanna d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem biex ma jġeddidx il-mandati tar-Rapporteurs Speċjali dwar il-Belarus u dwar Kuba;

22.

Jilqa' t-tiġdid tal-mandati tal-pajjiż tar-Rapporteur Speċjali dwar is-Sudan, u tal-Esperti Indipendenti dwar il-Liberja, Haiti u Burundi;

23.

Jiddispjaċih dwar l-appoġġ tal-UE għad-deċiżjoni tal-UNHRC biex jitneħħa l-grupp ta' esperti tiegħu dwar id-Darfur; jinnota li s-segwitu tal-ħidma tal-grupp ta' esperti żdied mal-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-Sudan; għalhekk, jinsab imħasseb dwar ir-riskju li l-mandat tagħha jidgħajjef biż-żieda tat-tagħbija tax-xogħol tar-Rapporteur Speċjali;

24.

Peress li għandhom valur miżjud importanti, jinkoraġġixxi li fil-futur ikun hemm aktar attenzjoni fit-tneħħija tal-mandati tal-gruppi ta' esperti;

25.

Jilqa' b'sodisfazzjoni it-tiġdid tal-mandati tematiċi riveduti s'issa;

26.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw it-tiġdid tal-mandati tar-Rapporteur Speċjali dwar il-Burma u dwar ir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Korea, u t-titwil tal-mandati tal-Esperti Indipendenti dwar is-Somalja u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

27.

Jilqa' bi pjaċir il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' esperti, b'ħames membri indipendenti, dwar id-drittijiet tal-bniedem ta' popolazzjonijiet indiġeni;

28.

Jinkoraġġixxi li malajr kemm jista' jkun u f'kull każ matul l-2008 jsiru diskussjonijiet dwar il-kwistjoni ta' vjolenza kontra n-nisa taħt kull forma u manifestazzjoni, u l-ħolqien ta' prijoritajiet biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni fl-impenji u fil-programmi ta' ħidma tal-UNHRC fil-ġejjieni, kif miftiehem fir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali A/RES/61/143 tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar l-intensifikazzjoni tal-isforzi sabiex jiġu eliminati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa;

29.

Jinnota l-adozzjoni, fit-18 ta' Ġunju 2007, ta' Kodiċi ta' Kondotta għad-Detenturi ta' Mandati ta' Proċeduri Speċjali; jistieden lill-UNHRC biex jimplimenta dan il-Kodiċi ta' Kondotta fl-ispirtu tar-Riżoluzzjoni imsemmija hawn fuq 60/251 u jirrispetta l-indipendenza tal-Proċeduri Speċjali;

30.

Jappoġġja l-impenji tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Proċeduri Speċjali fl-abbozzar ta' proċeduri xierqa li permezz tagħhom il-Kodiċi ta' Kondotta u dokumenti rilevanti oħra, inkluża l-Gwida ta' Proċeduri Speċjali, jkunu jistgħu jiġu implimentati b'tali mod li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Proċeduri Speċjali biex jaħdem b'mod effiċjenti u trasparenti biex jevita diskussjonijiet tekniċi li jistgħu jdewwmu dibattiti sostantivi u jfixklu l-mandati tal-Proċeduri Speċjali;

Il-Proċedura tal-ilmenti

31.

Jinnota li l-proċedura ta' lmenti spejgata bħala parti mill-proċess ta' bini ta' istituzzjonijiet tal-UNHRC tidher simili ħafna għal dik li qabel kienet “proċedura 1503”; jitlob li jkun hemm proċess ġdid li jkun aktar effettiv fl-identifikazzjoni, fil-prevenzjoni u fl-indirizzar ta' sitwazzjonijiet ta' ksur manifest u kbir tad-drittijiet tal-bniedem;

L-involviment tal-UE

32.

Jirrikonoxxi l-involviment attiv tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fl-ewwel sena ta' ħidma tal-UNHRC;

33.

Jilqa' l-involviment tal-UE fin-negozjati diffiċli tas-sitt sessjonijiet regolari li fittxeew li jinkisbu riżultati pożittivi rigward it-tiġdid tal-mandati tal-Proċeduri Speċjali;

34.

Ifakkar fil-ħtieġa li l-UE titkellem b'vuċi waħda biex tindirizza l-kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem kif ukoll għall-fatt tal-importanza li kull Stat Membru tal-UE jleħħen il-pożizzjoni tal-UE sabiex jagħtiha aktar importanza;

35.

Jistieden lill-UE biex tmexxi r-riżoluzzjoni tagħha stess sabiex jinkiseb konsensus fl-indirizzar tal-ksur attwali tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-imblokk ta' Gaża u l-attakki bil-missili kontra Iżrael;

36.

Jitlob li jkun hemm koperazzjoni mtejba mal-OHCHR u sabiex l-indipendenza tiegħu tkun preservata billi jingħata ffinanzjar xieraq;

37.

Jitlob li jkun hemm appoġġ kontinwu tal-Proċeduri Speċjali f'termini ta' finanzi u persunal; jesprimi l-appoġġ tiegħu lill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (7), peress li dan huwa għajn importanti ta' finanzjament għall-Proċeduri Speċjali; jilqa' l-inizjattivi tal-presidenza tal-Grupp ta' Ħidma għad-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM) biex ittejjeb il-koperazzjoni mar-Rapporteurs Speċjali primarjament billi jiġu mistiedna b'mod sistematiku fil-laqgħat relevanti;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jadottaw “pożizzjoni komuni” biex jiżguraw li l-Istati Membri tal-UE jiffirmaw b'mod awtomatiku u jirratifikaw kull strument internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

39.

Jinnota l-ħidma tal-UE favur l-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet b'kunsens; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu fl-isforzi tagħhom biex jissieħbu ma' pajjiżi minn gruppi reġjonali oħra sabiex jiggarantixxu appoġġ wiesa' għal riżoluzzjonijiet li jsaħħu l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE biex tagħmel użu aktar effettiv mill-għajnuna lil u l-appoġġ politiku tagħha lejn pajjiżi terzi, biex tagħtihom inċentiv biex jikkoperaw mal-UNHRC;

40.

Jagħti mandat lid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-seba' sessjoni tal-UNHRC biex issemma' t-tħassib espress fir-riżoluzzjonijiet tagħha, jistieden lid-delegazzjoni biex tagħmel rapport dwar iż-żjara tagħha lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u jikkunsidra li huwa xieraq li tibqa' tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tattendi fis-sessjonijiet rilevanti tal-UNHRC;

*

* *

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tat-62 Assemblea Ġenerali, lill-President tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta' Ħidma UE-NU imwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0235.

(2)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 409.

(3)  ĠU C 96 E, 21.4.2004, p. 79.

(4)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 549.

(5)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 582.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0165.

(7)  Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p.1).


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/75


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa

P6_TA(2008)0066

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Frar 2008 dwar il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa (2007/2156(INI))

2009/C 184 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 1997 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni demografika fl-Unjoni Ewropea (1995) (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 1998 dwar ir-rapport demografiku 1997 tal-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Ewropa għall-etajiet kollha — Tkattir tal-prosperità u tas-solidarjetà interġenerazzjonali” (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem: “Ir-risposta tal-Ewropa għax-xjuħija tal-popolazzjoni tad-dinja — Il-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali f'dinja li qed tixjiħ — Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-tieni assemblea dinjija dwar ix-xjuħija” (COM(2002)0143),

wara li kkunsidra l-Patt taż-Żgħażagħ Ewropej adottat mill-Kunsill Ewropew fit-22 u t-23 ta’ Marzu 2005 fi Brussell,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni ntitolata “Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet” (COM(2005)0094),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 Marzu 2006 dwar l-isfidi demografiċi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar il-mudell soċjali Ewropej għall-ġejjieni (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa — minn sfida għal opportunità” (COM(2006)0571),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata “Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet” (COM(2007)0244),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 Marzu 2007 ntitolata “Il-familja u l-bidliet demografiċi” (6), u l-proposta prinċipali tiegħu li jiġi ffirmat Patt Ewropew għall-Familja bejn l-Istati Membri,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa: fatti u ċifri” (SEC(2007)0638),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjunali, kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0024/2008),

A.

billi d-demografija hija riżultat konġunt ta’ diversi fatturi, fosthom it-twelid, it-tul mistenni ta’ ħajja u l-flussi migratoriji, u billi l-livelli attwali jindikaw li sa l-2005 se jkun hemm bidliet kbar demografiċi li b'mod partikulari se jirriżultaw f'popolazzjoni ixjeħ li l-età medja tagħha se titla mid-39 sena tal-2004 għal 49 sena fl-2050,

B.

billi skond il-kalkoli tal-Kummissjoni dawn il-bidliet demografiċi jistgħu jibdlu mill-qiegħ l-istruttura tal-popolazzjoni u l-piramida tal-età, hekk li n-numru ta’ tfal ta’ 0 sa 14-il sena jinżlu mill-100 miljun (indiċi tal-1975) sa 66 miljun fl-2050, il-popolazzjoni ta’ età li tista' taħdem tilħaq massimu ta’ 331 miljun madwar is-sena 2010 u wara tibda tonqos b'mod regolari sa madwar 268 miljun fl-2050, waqt li t-tul mistenni tal-ħajja jiżdied b'6 snin għall-irġiel u b'5 snin għan-nisa bejn l-2004 u l-2050 u li n-numru ta’ persuni ta’ età akbar minn 80 sena se jitla' minn 4.1 % fl-2005 għall-11.4 % fl-2050,

C.

billi l-medja Ewropea tal-livell ta’ xjuħija dipendenti (in-numru ta’ persuni ta’ aktar minn 65 sena diviż bin-numru ta’ persuni bejn l-14 u l-65 sena) se jitla' minn 25 % fl-2004 għal 53 % fl-2050,

D.

billi madankollu l-livell ta’ dipendenza (in-numru ta’ persuni mhux attivi, bħal pensjonanti, tfal u żgħażagħ jistudjaw, diviż bin-numru ta’ persuni attivi li huwa ta’ età li jistgħu jaħdmu) għandu aktar piż mill-livell ta’ dipendenza tal-anzjani fil-kalkoli tal-ispiża li tirrapreżenta l-popolazzjoni inattiva għas-soċjetà;

E.

billi l-bidliet demografiċi għandhom impatt kbir fuq l-ispiża pubblika li hija mistennija li tiżdied b'10 % bejn l-2004 u l-2050,

F.

billi l-bidliet demografiċi m'għandhomx jaffettwaw il-volum totali tal-popolazzjoni Ewropea minn issa sa l-2050, iżda se jġibu magħhom żbilanċi territorjali sinifikattivi, billi ċerti reġjuni tal-Unjoni għandhom ċaqliq migratorju kbir ta’ żgħażagħ, b'mod partikulari ta’ żgħażagħ nisa; billi wkoll id-daqs relattiv tal-popolazzjoni Ewropea fil-livell dinji se jinżel mill-15 % ta’ seklu ilu għal 5 % fl-2050; billi r-reġjuni fl- UE huma effettwati b'mod differenti ħafna b'dawn il-bidliet u billi, bi proporzjon ta’ anzjani diġà minn issa akbar mill-medja f' dawk ir-reġjuni li qed jesperjenzaw emigrazzjoni net, waqt li l-proċess ta’ xjuħija tal-popolazzjoni fir-reġjuni li għandhom immigrazzjoni net għad mhux perċettibbli minħabba l-immigrazzjoni taż-żgħażagħ;

G.

billi l-infertilità hija waħda mill-kawżi tat-tnaqqis fil-popolazzjoni u billi din għandha tiġi rikonoxxuta bħala problema tas-saħħa pubblika u bħala problema soċjali li tolqot lin-nisa u lill-irġiel; ifakkar lill-Kummissjoni fl- “Appell għall-azzjoni rigward l-infertilità u d-demografija” magħmul mill-Parlament fl-2005 u fit-talba sabiex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha f'dan il-qasam,

H.

billi jikkunsidra l-immigrazzjoni legali bħala element pożittiv għall-kompożizzjoni tal-popolazzjoni Ewropea u dan hu meħtieġ jekk għandu jinżammil-bilanċ demografiku; billi, madankollu, l-immigrazzjoni legali waħedha mhix biżżejjed sabiex tibbilanċja x-xjuħija demografika progressiva fl-Unjoni Ewropea u huma meħtieġa miżuri sabiex tiżdied ir-rata tat-twelid tal-popolazzjoni residenti,

I.

billi l-emigrazzjoni mhix għajr soluzzjoni parzjali u għal żmien qasir jekk irridu niffaċċjaw il-bidliet demografiċi fl-Ewropa li jeħtieġu impenn min-naħa tal-Istati Membri li jirrispetta l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur pubbliku u privat, il-prinċipju tal-protezzjoni tal-maternità u tal-appoġġ soċjo-ekonimiku għall-familji, kif ukoll azzjonijiet li jippermettu lill-irġiel u lin-nisa li jibbilanċjaw aħjar il-ħajja tal-familja mal-ħajja tax-xogħol,

J.

billi d-diżabilità għandha rabta qawwija mal-anzjanità u billi l-anzjani huma aktar suxxettibbli li jsofru minn problemi tas-saħħa u minn inkapaċitajiet,

Konsiderazzonijiet ġenerali

1.

Jieħu nota serjà tal-projezzjonijiet demografiċi għall-2050; jenfasizza madankollu li l-projezzjonijiet għall-50 sena li gejjin m'humiex irriversibbli, imma jservu ta’ twissijiet serji li jeħtieġ li minn issa jinstabulhom soluzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jinżammu l-kompetettività, l-ekonomija sostenibbli, il-koeżjoni soċjali, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-mudell soċjali Ewropew ta’ għada; jikkunsidra li l-prospettiva tat-tnaqqis demografiku minn issa sa l-2050 tista' tikkontribwixxi biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-ambjent u toffri okkażjoni ta’ żvilupp sostenibbli li min-naħa tiegħu ikun jeħtieġ politiki proattivi sabiex ikun hemm ippjanar xieraq għal adattament tal-ispazju, tal-akkomodazzjoni, tat-trasport u ta’ kull tip ieħor ta’ infrastruttura; jirrikonoxxi l-kompetenzi tal-Istati Membri f'dan ir-rigward;

2.

Ifakkar l-ewwelnett li ż-żewġ kawżi prinċipali tal-bidliet demografiċi — l-popolazzjoni li qed tixjieħ u t-tnaqqis fir-rata tat-twelid — huma r-riżultat tal-progress; li ż-żmien ta’ tul mistenni tal-ħajja li qiegħed jiżdied huwa konsegwenza diretta tal-progress tax-xjenza, ta'l-iġene u tal-istandards ta'l-għixien; li l-kontroll li n-nisa jeżerċitaw fuq il-fertilità tagħhom huwa r-riżultat tal-emanċipazzjoni tagħhom u jimxi id f'id mal-livell għola ta’ edukazzjoni tat-tfajliet u mal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja attiva u fir-responsabbiltajiet pubbliċi; jikkunsidra li dan għandhu jitqies bħala ta’ benefiċċju irriversibbli għall-umanità;

3.

Jagħraf li soċjetà li tqiegħed lit-tfal fil-qalba tal-politiki tagħha hija l-prekundizzjoni għal rata tat-twelid aktar f'saħħitha; jinsisti fuq il-ħtieġa li jinħoloq ambjent li jkun jirrispetta lill-familja u fuq il-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-familji u għat-tfal u biex ikunu realizzati l-aspirazzjonijiet reali tal-familji;

4.

Jenfasiza li r-rata medja ta’ twelid fl-Unjoni Ewropea ta’ 1.5 %, li hija baxxa aktar min-normal, ma tirriflettix ir-rieda tan-nisa u lanqas ix-xewqa taċ-ċittadini Ewropej li jridu jkollhom familja, u għalhekk tista' tkun marbuta mad-diffikultà li jinsab bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja (in-nuqqas ta’ infrastrutturi għall-kura għal tfal żgħar, ta’ appoġġ soċjo-ekonomiku għall-familji u impjiegi għan-nisa) ambjent soċjali li jikkawża l-ansjetà (instabilità tal-impjiegi, akkomodazzjoni għolja) u l-biża' mill-ġejjieni (aċċess tard għax-xogħol għaż-żgħażagħ u n-nuqqas ta’ xogħol);

5.

Ifakkar li l-konsum tal-alkoħol u tad-droga fost iż-żgħażagħ huwa ta’ periklu għall-popolazzjoni u li dan għandu konsegwenzi demografiċi għaliex iġib miegħu kapaċità anqas għax-xogħol, sabiex trabbi familja, eċċ; jirrakkomdanda għalhekk l-implentazzjoni ta’ programmi ta’ qafas speċifiċi għal prevenzjoni tal-konsum bikri ta’ alkoħol u droga, kif ukoll għad-diżintossikazzjoni ta’ żgħażagħ li jiddependu fuq dawn il-prodotti;

6.

Jikkunsidra li t-tul mistenni tal-ħajja li qed jiżdied huwa fattur pożittiv u għandhu jitqis bħala tali; għalhekk jitlob li l-Istati Membri jiggarantixxu li jiġi evitat ir-riskju tal-faqar għall-pensjonanti li ma jkollhomx il-mezzi biex ikollhom akkomodazzjoni u kura, u li jkollhom tmiem ta’ ħajja dinjituż;

7.

Jinkuraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ miżuri globali kontra d-diskriminizzazzjoni għaliex il-kwistjoni tal-ġejjieni demografiku tal-Ewropa ma jistax jiġi mifthum mill-problema ta’ gruppi vulnerabbli li jgħixu fil-marġni tas-soċjetà li huma milqutin b'mod serju mill-faqar u li ħafna drabi jitqiesu responsabbli għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha u dan jeffettwa mhux biss lit-tfal, imma wkoll lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni;

8.

Jiġbed l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni ta’ abbuż u nuqqas ta’ kura li tagħhom jisfaw vittmi l-anzjani fil-familji tagħhom jew f'istituzzjonijiet ta’ kura; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex iħabirku aktar biex isir magħruf aħjar kemm hu mifrux it-trattament ħażin ta’ persuni anzjani fl-Unjoni Ewropea; jinnota l-kalkoli li jistmaw li sa 10 % tal-persuni anzjani jbatu minn xi għamla ta’ abbuż fiżiku, finanzjarju jew psikoloġiku qabel ma jmutu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw informazzjoni, sistemi ta’ twissija u sanzjonijiet kontra dan it-trattament ħażin; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħroġ komunikazzjoni fl-2008 dwar it-trattament ħażin ta’ persuni anzjani; jitlob li din il-komunikazzjoni sservi ta’ okkażjoni sabiex titfassal strateġija globali biex tiġi żviluppata kampanja estensiva ta’ sensibilazzjoni u ta’ attività f'dan il-qasam (taħriġ ta’ min jagħti l-kura, definizzjoni tal-istandards ta’ kwalità, sanzjonijiet kontra t-trattament ħażin).

9.

Jiddispjaċih li għad ma tteħdux biżżejjed miżuri biex l-Unjoni tkun ippreparata għal din l-isfida minkejja li ilha prevedibbli bosta snin; jiddispjaċih b'mod partikulari li l-għanijiet tal-istrateġija ta’ Liżbona u l-impenji tal-Kunsill Ewropew f'Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002 rigward il-kura tat-tfal, ix-xogħol għal min għandu aktar minn 55 sena, il-konċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol, il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol baqgħu ma ntlaħqux mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u li l-Unjoni, bħala entità, għadha 'l bogħod milli tilħaq dawn l-għanijiet,

10.

Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri sabiex jinħolqu strutturi bi standards għoljin ta’ kwalità u bi prezzijiet raġonevoli għall-kura tat-tfal u ta’ persuni dipendenti oħra, kif stipulat fl-objettivi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002 li kienu jitlobu lill-Istati Membri sabiex sa l-2010 joħolqu strutturi għal kura tat-tfal għal mill-inqas 90 % tat-tfal ta’ età bejn it-3 snin u l-bidu tal-iskola obbligatorja u għal mill-inqas 33 % tat-tfal taħt it-3 snin; isossni li dawn il-miżuri għandhom jippermettu li l-ġenituri jkunu jistgħu jadattaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol skond ir-ritmu tal-ħajja tagħhom;

11.

Jikkunsidra li l-għanijiet tal-Unjoni m'għandhomx jillimitaw ruħhom għat-twettiq tal-objettivi ta’ Barċellona rigward strutturi għall-kura tat-tfal; jemmen li dawn l-istrutturi għandhom jitqiesu bħala servizzi universali li jkunu aċċessibbli għal dawk kollha li jkollhom bżonnhom;

12.

Jenfasizza l-fatt li għadd ta’ impriżi zgħar m'humiex ippreparati tajjeb għall-problemi ta’ ħaddiema li qed jixjieħu u rigward dan jista' jkollhom bżonn l-għajnuna tal-Istati Membri;

13.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tkompli d-diskussjoni dwar din l-isfida kbira; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tappoġġja fil-livell reġjonali u lokali l-identifikazzjoni u l-skambju ta’ prattiki tajbin u biex tieħu din l-okkażjoni biex iddaħħal innovazzjonijiet fl-Unjoni; jaqbel mal-approċċ integrali tagħha għall-isfida demografika u għall-ħames linji gwida bażiċi li jwasslu għal patt ta’ solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, il-generi ur-reġjuni; ifakkar li biex jilqgħu b'suċċess l-isfidi demografiċi, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b'mod effettiv l-istrateġija ta’ Liżbona u jistabbilixxu koordinazzjoni mill-qrib fil-livell ta’ Stati Membri bejn il-politiki makroekonomiċi u l-politiki soċjali sabiex it-tkabbir, il-kompetittività u l-produttività tas-sistema ekonomika tal-Unjoni jilqgħu għall-isfida demografika tax-xjuħija waqt li jippermettu li l-Istati Membri jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom billi jippjanaw innovazzjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, tas-srvizzi tas-saħħa, tas-servizzi ta’ interess ġenerali, tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni.

L-isfida tat-tiġdid demografiku

14.

Jagħraf li l-maternità tagħti lok għall-għażliet l-aktar intimi ta’ raġel u mara li jeħtieġ li jiġu rispettati; li minħabba li r-rati differenti tat-twelid fost l-Istati Membri jvarjaw bejn 1.25 għal 2.0, huwa possibli li jiġu modifikati r-rata ta’ twelid tiġi nfluwenzata pożitivament permezz ta'politiki pubbliċi koordinati li joħolqu ambjent materjali u psikoloġiku xieraq għall-familja u għat-tfal; li skond il-prinċipji mħaddna mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fil-proposta tiegħu ta’ patt Ewropew għall-familja, dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati matul perjodu ta’ żmien fit-tul u joffru l-istabbilità u l-protezzjoni meħtieġa għad-deċiżjoni ta’ paternità/maternità;

15.

Jappella lill-Istati Membri sabiex jadottaw l-aħjar prattiki rigward it-tul tal-liv għall-maternità li fl-Istati Membri jvarja minn 14 sa 28 ġimgħa, kif ukoll dwar liv għall-paternità/maternità, il-kura u l-għajnuna għal qabel it-twelid, il-garanzija ta’ dħul waqt it-tqala u r-ritorn għall-istess impieg; hekk ukoll jispera li l-Istati Membri jadottaw miżuri u jikkontemplaw sanzjonijiet kontra l-vjolenza u l-abbuż domestiku;

16.

Ifakkar fid-diskriminazzjonijiet li jisfaw vittmi tagħhom in-nisa rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-isfiduċja ta’ min iħaddimhom meta juru x-xewqa li jkollhom tfal; ifakkar li n-nisa jiksbu anqas xogħol minkejja l-kwalifiki tagħhom u li l-livell tal-qliegħ tagħhom huwa aktar baxx mill-medja tas-salarji tipiċi u jippreġudika l-indipendenza ekonomika indispensabbli tagħhom; jappella lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw kif xieraq id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ opportunitajiet u ugwaljanza ta’ trattament ta’ rġiel u nisa rigward impjiegi u xogħol (7), u sabiex jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 rigward is-sikurezza u s-saħħa ta’ ħaddiema nisa waqt it-tqala u ta’ ommijiet żgħażagħ li jreddgħu (8); jitlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu passi, fil-qafas tad-Direttiva 92/85/KEE, kontra min jimpjega li direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra nisa li jixtiequ jkollhom tfal;

17.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw miżuri wara t-twelid ta’ tarbija, li joffru ħarsien u appoġġ speċifiċi lin-nisa, u b'mod partikulari lill-ommijiet mingħajr sieħeb, filwaqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh in-numru dejjem akbar ta’ familji b'ġenitur wieħed, li 85 % minnhom huma mmexxija minn nisa u li huma esposti aktar minn oħrajn għall-riskju serju tal-faqar;

18.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta’ nfiq pubbliku favur l-infanzja u l-familji numerużi, b'mod partikulari għall-forniment ta’ servizzi ta’ għajuna għall-kura tat-tfal żgħar u għall-protezzjoni ta’ ommijiet waħdehom u ta’ familji b'ġenitur wieħed li huma mhedda b'mod partikulari mill-eskużjoni soċjali, l-iżolament u l-faqar; jenfasizza li dawn is-servizzi huma ta’ interess ġenerali u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjunali; jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika eżempji tal-aħjar prattiki fir-reġjuni ta’ ċerti Stati Membri;

19.

Għalhekk jirrakkomanda li jsiru investimenti pubbliċi u privati konġunti fis-settur tal-kura tat-tfal u fis-sistema tal-edukazzjoni ta’ qabel l-iskola primarja;

20.

Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġi żgurat aċċess adegwat għal servizzi ta’ għoti ta’ kura għat-tfal, għal persuni anzjani jew b'diżabilità u persuni oħrajn dipendenti sabiex jippermetti parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tal-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, li jkollu impatt fuq il-livell ta’ kura informali disponibblifl-unita' domestika;

21.

Ifakkar li d-djalogu soċjali kkonkluda ftehim rigward liv għall-ġenituri u xogħol part time li kienu l-għanijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim ta’ qafas dwar il-leave tal-ġenituri (9) u 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-Ftehim ta’ Qafas dwar ix-xoghol part-time (10), jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiggarantixxu l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni b'rispett għall-prinċipju tas-solidarjetà;

22.

Jappella lill-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw it-tqegħid f'familji ospitanti tfal li jkuu vittmi ta’ abbuż, orfni jew li trabbew f'istituzzjonijiet speċjlizzati; jitlob li jkun hemm diskussjonijiet fil-livell Ewropew dwar proċeduri għall-adozzjoni ta’ tfal minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi, u sabiex tingħata attenzjoni li r-regolamenti nazzjonali u internazzjonali jiġu rispettati u emendati jekk ikun meħtieġ b'rispett għat-tfal; jappella li jkun hemm l-akbar sorveljanza rigward kull għamla ta’ abbuż u ta’ traffikar tal-bnedmin;

23.

Jenfasizza li l-modi kif inhuma organizzati l-familji qed jinbidlu; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu konsiderazzjoni serja li din ir-realtà meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki tagħhom;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li titjib il-leġiżlazzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-paternità; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi miżuri speċifiċi mfassla biex jiġi ffaċilitat involviment akbar tal-missirijiet fil-ħajja tal-familja permezz tad-dritt għall-liv paternali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu d-drittijiet tal-missijirijiet rigward l-edukazzjoni u l-għoti ta’ kura lit-tfal (b'mod partikolari f'każijiet ta’ separazzjoni u divorzju) sabiex tiġi żviluppata l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà Ewropea;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-problema sensittiva tal-infertilità li tolqot lin-nisa, miżżewġin jew le, jew lill-koppji;

26.

Jinnota li l-infertilità hija kundizzjoni medika rrikonoxxuta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li jista' jkollha effetti serji bħalma hi d-dipressjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-infertilità qiegħda tiżdied u issa tolqot kważi 15 % tal-koppji; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw id-dritt tal-koppji għall-aċċess universali għall-kura tal-infertilità;

27.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw u jagħmlu skambji dwar l-aħjar prattiki favur il-familja, dwar sussidji għall-familji kif ukoll servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSGIs) għall-protezzjoni u l-għajnuna tal-familja; jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħtu għajnuna lil ġenituri żgħażagħ li jkomplu l-istudji u t-taħriġ tagħhom;

28.

Jistieden lill-Istati Membri, sabiex jirrikonoxxu l-valur soċjali, ekonomiku u edukattiv tat-tip ta’ xogħol informali li jsir fil-familji fl-għoti ta’ kura lit-tfal u lill-persuni dipendenti, billi jeżminaw il-possibilità li jkun hemm rikonoxximent ta’ dawn l-istati ta’ servizz u sabiex jingħataw protezzjoni soċjali kif ukoll drittijiet għall-pensjoni lill-persuni li jagħmlu xogħol informali bħal dan;

29.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri proattivi ta’ appoġġ għall-ġenituri, bħal m'huma drittijiet addizzjonali għall-pensjoni u tnaqqis fit-taxxa dovuta għall-ħolqien ta’ crèches tal-kumpaniji, u sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

L-isfida tar-riżorsi umani

30.

Jinnota li meta wieħed jikkunsidra l-iżbilanċ bejn dawk li jaħdmu u dawk li ma jaħdmux kkawżat mill-bidliet demografiċi, l-Unjoni għandha skop sostanjali biex iżżidl-mpjieg billi timpjega li n-nisa, liż-żgħażagħ, lill-anzjani u lil persuni b'diżabilità; isostni li x-xogħol għal kulħadd għandu jkun l-iskop f'terminu qasir fi ħdan ir-reviżjoni tal-istrateġija ta’ Liżbon fl-2008;

31.

Jappella sabiex ikun hemm riforma tal-ġestjoni attwali tar-riżorsi umani Ewropej li minħabba n-nuqqas ta’ mpjegar ta’ żgħażagħ ta’ anqas minn 25/30 sena u ta’ persuni ta’ aktar minn 55 sena, tillimita għal sa madwar 30 sena l-ħajja tax-xogħol ta’ parti kbira mill-popolazzjoni; jitlob li jkun hemm promozzjoni ta’ tekniki għall-ġestjoni tal-età li huma preventivi u ħolistiċi;

32.

Jappella sabiex ikun hemm approċċ globali u kwalitattiv għar-riżorsi umani u jipproponi definizzjoni ta’ “ċiklu ta’ ħajja attiva” li tgħaqqad flimkien it-taħriġ, it-tagħlim għal tul il-ħajja u l-valorizzazzjoni tal-kompetenzi u kwalifiki, kemm dawk uffiċjali u dawk atipiċi, kif ukoll għal tul l-karriera mill-bidu sat-tmiem tagħha;

33.

Jirrikonoxxi li s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-prevalenza dejjem tikber ta’ forom mhux sikuri ta’ impjieg qegħdin kull ma jmorru jwasslu biex tikber in-nuqqas ta’ sigurtà fix-xjuħija; iqis li l-Istati Membri jeħtiġilhom janalizzaw u jagħmlu skambju tal-ideat dwar l-aħjar prattiki rigward iż-żamma tal-kontribuzzjonijiet soċjali matul iċ-ċiklu tal-ħajja sabiex tkun żgurata s-sigurtà fix-xjuħija;

34.

Jidhirlu li l-miżuri eventwali li jittieħdu rigward bidliet demografiċi għandhom jikkunsidraw ż-żieda fil-produttività reġistrata għal kull ħaddiem attiv, u għalhekk m'huwiex biss in-numru ta’ dawk attivi kif imqabbel ma’ dawk mhux attivi li jgħodd, iżda wkoll iż-żieda fil-produttività;

35.

Jitlob li jkun hemm djalogu fil-fond mal-imsieħba soċjali, mal-impriżi, mal-universitajiet, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi) u mal-media bħala preparazzjoni għal dawn il-bidliet demografiċi; jenfasizza li fil-futur il-kisbiet fi prodottività se jiddependu l-aktar mill-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u mill-innovazzjonijiet teknoloġiċi, u jinsisti fuq il-ħtieġa essenzjali li l-kumpaniji jantiċipaw id-domanda tagħhom għal kompetenzi permezz ta’ ġestjoni ta’ impjiegi u ta’ karrieri li tħares 'il quddiem, u permezz ta’ investiment fit-taħriġ għal tul il-ħajja li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali;

36.

Jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri konkreti sabiex il-ħaddiema l-aktar anzjani, jekk jixtiequ, jipparteċipaw għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol biex b'hekk ikunu jistgħu jgħaddu l-kompetenzi miksuba u l-esperjenza professjonali tagħhom liż-żgħażagħ, lill-ħaddiema l-oħrajn u lill-impriżi;

37.

Jinkuraġġixxi l-investiment fl-edukazjoni u fit-taħriġ, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, sabiex jgħollu l-livelli ta’ taħriġ bażiku ta’ kulħadd għaliex fuqhom jiddependu l-kapaċità ta’ adattament u ta’ taħriġ mill-ġdid permezz ta’ tagħlim għal tul il-ħajja, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ miżuri għall-għajnuna biex żgħażagħ jibdew jaħdmu u sabiex jgħinu lill-ħaddiema anzjani u gruppi ta’ persuni vulnerabbli biex jerġgħu jibdew jaħdmu, hekk li jkun hemm għajnuna tabilħaqq għal tul il-ħajja tax-xogħol;

38.

Jipproponi li abbażi ta’ negozjar kolletiv awtonomu jew permezz ta’ konsultazzjoni ma’ kunsilli tax-xogħol jitnaqqas kemm jista' jkun malajr ir-rikors minn intrapriżi għal irtirar kmieni mix-xogħol b', skond l-użanzi tal-Istati Membri, u jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu l-irwol ta’ ħaddiema anzjani u jinkuraġġixxu li dawn jingħataw ix-xogħol; madankollu, jammetti li għal dawk il-ħaddiema ta’ età akbar (dawk li jaqbżu l-minimu tal-età tal-irtirar) li ma jkunux iridu xogħol full-time, l-possibilitajiet ta’ xogħol part time, ħinijiet ta’ xogħol flessibli, xogħol li jista' jsir barra l-post tax-xogħol u job-sharing għandhom jiġu studjati u jistgħu ikunu forma ġdida ta’ rtirar progressiv u jillimitaw l-effetti tal-istress tal-irtirar;

39.

Iqis li wasal iż-żmien li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal- “istress tal-pensjonanti”, l-aktar is-sens ta’ depressjoni, ta’ nuqqas ta’ siwi u ta’ nikiliżmu esperjenzat minn ħaddiema ftit jiem wara li jirtiraw, meta jqisu lilhom infushom bħala inutli, abbandunati, waħedhom u mingħajr futur;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipproponu inċentivi għal aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, pereżempju billi jappoġġjaw, mentoring ta’ ħaddiema żgħażagħ minn ħaddiema li laħqu l-età tal-pensjoni permezz ta’ skemi ta’ job-sharing u ħidma part-time bl-għan li tkun faċilitata l-bidla ġenerazzjonali;

41.

Jitlob li jkun hemm riforma serja tal-ġestjoni tal-karrieri ta’ impjegati anzjani li attwalment issir diskriminazzjoni magħhom fl-impjegar meta jkunu għalqu l-50, fl-aċċess mhux adegwat għat-taħriġ, b'mod partikulari f'teknoloġiji ġodda, fin-nuqqas ta’ għarfien tal-esperjenza tagħhom u fil-promozzjonijiet li rari jingħatawlhom; ifakkar li restrizzjonijiet ibbażati fuq l-età rigward taħriġ professjonali huma diskrimintarji u jitlob lill-Istati Membri biex jinfurmaw b'mod ċar dwar dan lil min jimpjega u lil min iħarreġ; għal dan il-għan, jitlob it-traspożizzjoni immedjata u l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (11) li tiddikjara li d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fil-qasam tat-taħriġ u tal-impjiegi hija illegali; jikkunsidra li, lilhinn mill-kwistjoni ta’ aċċess għall-kompetenzi, il-ħaddiema anzjani ħafna drabi jkollhom bżonn għajnuna f'oqsma aktar personali relatati max-xogħol, bħalma huma t-teknika kif tagħmel interview, l-iżvilupp ta’ fiduċja personali u kif tagħmel curriculum vitae; jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jsir tixrid ta’ informazzjoni speċfika għall-ħaddiema anzjani fuq il-postijiet tax-xogħol u biex iniedu aktar programmi governattivi sabiex jiġu impjegati ħaddiema anzjani; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm moniteraġġ ta’ Stati Membri li fil-leġiżlazzjoni tagħhom tkompli tiddiskrimina rigward diżabilitajiet jew età;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura li jkun hemm moniteraġġ u tintervjeni mal-Istati Membri li fil-leġiżlazzjoni tagħhom iżommu diskriminazzjonijiet rigward diżabilitajiet jew età li jmorru kontra t-Trattati u l-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — li mill-1 ta’ Jannar 2009 se tkun torbot legalment fit-territorju kollu tal-Unjoni — sabiex jibdew ineħħuhom mill-aktar fis;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor data statistika maqsuma skond gruppi ta’ etajiet varji skond il-problemi differenti li jiffaċċjaw u skond il-forom diversi ħafna ta’ diskriminazzjoni minħabba l-età;

44.

Ifakkar li l-persuni anzjani ma jirrapreżentawx kategorija omoġenja; jenfasizza b'mod partikulari l-fatt li n-nisa anzjani u l-persuni anzjani minn minoranzi etniċi huma esposti għal diskriminazzjonijiet multipliċi;

45.

Jenfasizza li x-xogħol part time jirrapreżenta stadju importanti biex wieħed jidħol lura fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw b'mod partikulari lill-intrapriżi żgħar fil-promozzjoni tax-xogħol part-time u l-organizzazzjoni flessibbli tax-xogħol; ifakkar fil-vantaġġi konkreti tax-xogħol part time għall-ħaddiema anzjani li ma jkunux jixtiequ jkomplu jaħdmu xogħol full time;

46.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-irwol ta’ ħaddiema anzjani fis-suq tax-xogħol billi jisħqu fuq il-vantaġġi li jiġu impjegati dawn il-persuni u billi jinkuraġġixxu lil min jimpjega sabiex jadotta organizzazzjoni flessibbli tax-xogħol li tħeġġeġ lill-ħaddiema anzjani biex jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel studju bbażat fuq data maqsuma skond il-ġeneru dwar il-benefiċċji fiskali u l-ostakli eżistenti rigward xogħol, u b'mod partikulari rigward il-popolazzjoni li qed tixjieħ;

48.

Jerġa' jisħaq mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri sabiex itejbu l-aċċess għat-tagħlim għal tul il-ħajja;

49.

Ifakkar li l-prinċipju ta’ età uffiċjali ta’ irtirar huwa wieħed mill-kisbiet tal-mudelli soċjali Ewropej u garanzija kontra li jittawwal iż-żmien obbligaortju tal-ħajja tax-xogħol lilhinn minn dak li hu raġjonevoli;

50.

Ifakkar li l-pensjoni hija dritt li kull persuna impjegata bi ħlas tista' tuża mill-età legali tal-pensjoni ffissata minn kull Stat Membru, b'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, f'dak li jirrigwarda t-tradizzjonijiet nazzjonali;

51.

Jenfasizza d-disparità kbira li teżisti bejn in-nisa u l-irġiel dwar rata ta’ pensjoni medja kkawżata mill-interruzzjonijiet tal-karrieri minħabba responsabbiltjiet tal-familja rigward tfal jew qraba anzjani; jitlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri biex waqfien mix-xogħol minħabba maternità u liv għall-ġenituri ma jibqgħux jiġu penalizzati fil-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jaħsbu għal sussidji għall-pensjoni bbażati fuq in-numru ta’ tfal li jkunu trabbew u sabiex jirrikonoxxu l-irwol tal-għoti ta’ kura personali fis-soċjetà;

52.

Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jimmodernizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-għajnuna soċjali, inklużi l-iskemi tal-pensjoni, sabiex isiru vijabbli finanzjarjament u biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-effetti tat-tixjiħ tal-popolazzjoni; isostni li għandha tiġi ffukata attenzjoni speċjali fuq is-sitwazzjoni tan-nisa anzjani, li huma aktar vulnerabbli għall-iżolament u l-faqar;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal studju komparattiv f'kull Stat Membru tad-diversi skemi ta’ pensjoni u ta’ sigurtà soċjali li hemm għan-nisa sabiex ikunu identifikati l-aħjar prattiki, mhux biss biex jiżdied l-impjegar tan-nisa, iżda wkoll sabiex jippermetti konċiljazzjoni armonjuża bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol;

54.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffukaw b'urgenza l-isforzi tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta’ appoġġ għal xogħol għall-ħaddiema anzjani billi hemm previst li l-età uffiċjali ta’ rtirar se togħla f'għadd kbir Stati Membri;

55.

Madankollu jikkunsidra li t-tul mistenni tal-ħajja u l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni li qabżu l-età legali tal-pensjoni huma ogħla aktar minn qatt qabel u f'dan il-kuntest jitlob lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jagħmlu minn kollox sabiex jippromwovu u ma jxekklux l-istabbiliment ta’ standards u regoli komuni li jippermettu li l-ħaddiema jtawwlu l-ħajja attiva tagħhom, fuq bażi volontarja, wara l-età legali stabbilita minn kull Stat Membru; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tagħmel studji komparattivi dwar id-diversità tas-sistemi ta’ pensjoni fl-Istati Membri u dwar l-impatti ekonomiċi u soċjali tar-riformi previsti fl-Istati Membri;

56.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri li jippermettu li tinstab soluzzjoni għall-promozzjonijiet ta’ nisa li jaħdmu u l-problema tal-eżiġenzi tal-familja u li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u l-isterjotipi li tagħhom għadhom jisfaw vittmi n-nisa fis-suq tax-xogħol u fl-edukazzjoni; ifakkar fil-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll fil-prinċipju invjolabbli tal-mudell soċjali Ewropew tal-ugwaljanza tal-pagi għall-istess xogħol fuq l-istess post tax-xogħol;

57.

Jitlob għalhekk li jittieħdu miżuri fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi bil-għan li jeliminaw definitivament din il-forma ta’ diskriminazzjoni, speċjalment rigward id-differenza li hemm bejn il-pagi ta’ rġiel u nisa, u sabiex fil-baġits pubbliċi jiġi applikat l-ibbaġittjar skond is-sessi;

58.

Ifakkar li ambjent tax-xogħol tajjeb huwa fattur importanti tal-prodottività; jappella lill-Istati Membri sabiex jippromwovu inizjattivi fuq il-postijiet tax-xogħol bl-iskop li jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċidenti għall-ħaddiema anzjani, b'mod partikulari b'interventi li jtejbu l-ambjent psikosoċjali u fiżiku tax-xogħol, b'tibdil tal-kontenut u tal-organizzazzjoni tax-xogħol, titjib ġenerali tas-saħħa fiżika, tal-benessere u tal-kapaċitajiet tal-ħaddiema, u b'tisħiħ tal-abilitajiet u l-kompetenzi professjonali; jistieden lill-intrapriżi sabiex jinvestu fil-prevenzjoni tal-aċċidenti fuq ix-xogħol u ta’ mard relatat max-xogħol, servizzi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, l-iġjene u d-djalogu soċjali;

59.

Jenfasizza li hu importanti li l-post tax-xogħol ikun aċċessibbli u sikur għall-ħaddiema anzjani jew dawk b'diżabilità permezz ta’ infrastrutturi sodisfaċenti u bil-forniment ta’ tagħmir speċifiku adattat għall-bżonnijiet individwali; jenfasizza wkoll li ambjent aċċessibbli jippermettti li persuni anzjani jgħixu ħajja indipendenti, li jgħin ukoll biex titnaqqas l-ispiża pubblika fuq kura istituzzjonali;

60.

Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu d-dritt li jintalab flex time jew xogħol part-time, li ma jkunx biss għal ġenituri, imma wkoll għal ħaddiema anzjani sabiex ikunu jistgħu huma wkoll jassumu risponsabbiltajiet tal-familja;

61.

Jisħaq fuq l-irwol tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju bħala sors ta’ impiegi fl-Unjoni;

62.

Jinnota li s-settur tas-servizzi huwa dak li jimpjega l-aktar nisa, immigranti u ħaddiema anzjani; jitlob bl-akbar urġenza li jitwettaq is-suq intern tas-servizzi;

L-isfida tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u t-territorji

63.

Ifakkar li l-prinċipju tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, prinċipju ta’ mudelli soċjali eċċellenti Ewropej, jiddependi filli persuni li jaħdmu jkopru dħul alternattiv u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali u ta’ kura tas-saħħa għal dawk li ma jaħdmux (tfal, żgħażagħ, persuni dipendenti u persuni anzjani) jinsisti li l-prinċipju tas-solidarjetà għandu jinżamm, minkejja l-iżbilanċ demografiku previst;

64.

Jenfassizza l-importanza tal-intervenzjoni attiva tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod speċjali bil-preżenza tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSIĠs), kemm favur il-familji u t-tfal żgħar, kemm ukoll għall-kenn u responsabbiltà għall-kura tal-anzjani u l-persuni kollha dipendenti; jikkunsidra li aċċess għal dawn is-servizzi jikkostitwixxi dritt fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi s-sikurezza legali tas-SSIĠ fil-liġi komunitarja li tiggarantixxi l-aċċess universali u l-prinċipju ta’ solidarjetà;

65.

Jisħaq fuq l-importanza Membri ta’ skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membridwar kif is-sistemi tas-saħħa jistgħu iħejju ruħhom għaż-żieda fid-domanda mill-popolazzjoni li qed tixjiħ; rigward dan, jinnota b'mod partikulari li l-popolazzjoni li qed tixjiħ se tikkontribwixxi biex tikber l-ispiża pubblika fil-qasam tal-kura tas-saħħa minħabba li tul ix-xjuħija d-diżabiltà u l-mard ikomplu jiggravaw bis-sħiħ, b'mod partikolari fir-rigward ta’ persuni ta’ eta' avanzata ħafna (iżjed minn 80 sena)- grupp li ser jikber sew fis-snin li ġejjin;

66.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex japplikaw miżuri aktar stretti kontra kull evażjoni tat-taxxi u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali sabiex tkun żgurata s-sostenibilità tal-iskemi tal-pensjoni; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki attivi u effettivi dwar ix-xogħol u jħeġġiġhom sabiex jipprovdu sistemi flessibbli u opportunitajiet għall-għażla personali rigward meta wieħed jista' jirtira mix-xogħol (lilhinn mill-età minima għall-pensjoni) permezz ta’ inċentivi għal dawk il-ħaddiema li jiddeċiedu li jkomplu jaħdmu;

67.

Ifakkar fil-kontribut enormi li jagħtu l-anzjani għall-koeżjoni soċjali u ekonomika u li l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-solidarjetà tal-familja u bejn il-ġenerazzjoniiet issaħħaħ l-irwol ta’ ridistribuzzjoni tar-riżorsi li jeżistu fi ħdan il-katina tal-familja; barra minn hekk, jikkunsidra li l-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet ta’ volontarjat għandha tkun faċilitata u mħeġġa; jikkunsidra f-aħħarnett li l-konsum tagħhom ta’ beni u servizzi, divertiment, kura u benessere jikkostitwixxi settur ekonomiku li qed jikber u rikkezza ġdida msejħa “deheb griż”; jistieden lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-iżvilupp u l-parteċipazzjoni ekonomika u soċjali tal-anzjani, b'attenzjoni partikulari għall-benessere fiżiku tagħhom u għall-kundizzjonijiet soċjali u finanzjarji tajbin tagħhom;

68.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-irwol tal-anzjani biex tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazjonijiet u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jgħinu, b'kollaborazzjoni ma’ msieħba fil-livell lokali, il-parteċipazzjoni tal-anzjani f'attivitajiet ta’ volontarjat, b'mod partikulari dawk ta’ xejra edukattiva, kulturali u intrapreditorjali;

69.

Jenfasizza l-importanza tal-volontarja li jippermetti li għadd ta’ persuni jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-gvenijiet sabiex jiffaċilitaw l-aċċess tal-anzjani fil-volontarjat permezz ta’ ħlas ta’ kumpens;

70.

Ifakkar li l-SSIĠ, b'mod partikulari rigward il-kenn, is-saħħa u l-edukazzjoni tat-tfal żgħar jgħinu biex jintegraw il-ġenituri fis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-faqar, b'mod partikulari fil-każ ta’ familji b'ġenitur wieħed; huwa konvint li dawn is-servizzi huma essenzjali biex l-Unjoni ssib soluzzjoni għall-isfidi demografiċi; min-naħa l-oħra iqis li, bil-ħolqien tal-impjiegi l-SSIĠ jistimulaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjunali u jikkontribwixxu għall-kompetettività tal-Unjoni; f'din il-perspettiva, jikkunsidra li huwa indispensabbli li jsir xogħol sabiex jiġu identifikati SSIĠ ekonomiċi (SSIĠE) u sabiex issir evalwazzjoni tal-impatti soċjali u ekonomiċi tagħhom; jitlob l-implimentazzjoni ta’ indikaturi ta’ kwalità sabiex jitkejjel il-progress tal-għanijiet ta’ Barċellona; jenfasizza li l-SSIĠE għal persuni anzjani u dipendenti għandhom jingħataw l-istess kunsiderazzjoni u l-istess trattament;

71.

Jenfasizza li f'reġjuni fejn il-popolazzjoni qed tonqos, il-volontarjat u n-networks soċjali jagħtu kontribut sinifikanti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali, iżda ma jistgħux jieħdu post l-irwol essenzjali tal-awtoritajiet pubbliċi fl-għoti ta’ SSIĠ fir-reġjuni; jikkunsidra li dan l-impenn attiv taċ-ċittadini jrid jiġi rikonoxxut u li l-korpi involuti jridu jkunu appoġġjati bħala msieħba fil-politika reġjonali; jenfasizza li dan iwassal għal proċessi ta’ tagħlim li permezz tagħhom reġjun ikun jista' jiffaċċja l-isfidi tal-bidla demografika;

72.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jużaw il-Fondi Strutturali għal dan il-għan; u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja, fi ħdan il-qafas tal-Koperazzjoni Territorjali (Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (12)), l-iskambju tal-esperjenzi bejn ir-reġjuni fejn l-“ekonomija tal-anzjani” diġà għandha rwol ewlieni, jew fejn se jkollha rwol ewlieni fil-ġejjieni;

73.

Jappella sabiex ikun hemm dibattitu fil-fond dwar id-dritt ta’ pensjoni diċenti għal kulħadd li fuqha jiddependu l-istat finanzjarju tajjeb, id-dinjità u l-integrazzjoni soċjali tal-popolazzjoni anzjana; ifakkar fil-kontribut essenzjali li jagħtu l-anzjani għall-koeżjoni soċjali permezz tal-volontarjat u tal-kura fil-familji;

74.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu diskussjonijiet koordinati dwar possibiltajiet ta’ riformi li jistgħu jiżguraw is-sostenibilità tas-sistemi ta’ pensjoni u ta’ sigurtà soċjali, u li b'mod partikulari jistipulaw dispożizzjonijiet li jiggarantixxu lin-nisa li ż-żmien ta’ liv ta’ maternità u għat-trobbija tal-ulied jitqies fil-kalkolu tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni;

75.

Jistieden lill-Istati Membri biex, fejn dan ma jsirx diġà, jeżaminaw ir-relazzjoni bejn l-għoti ta’ pensjonijiet u l-inċentivi għax-xogħol, b'mod partikulari rigward l-organizzazzjoni flessibbli tax-xogħol sabiex jiġi elimiminat dak kollu li jiskuraġġixxi x-xogħol;

76.

Jinnota li x-xjuħija tas-soċjetà Ewropea taħbi inugwaljanzi reġjunali kbar u billi d-data nazzjonali rigward bidliet demografiċi jostru realtajiet lokali differenti, kultant ikun diffiċli li jiġu identifikati l-bżonnijiet infrastururali u t-trasferimenti finanzjarji meħtieġa mingħand il-gvernijiet ċentrali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u l-affidabilità ta’ data statistika rigward xejriet demografiċi u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iħaffu aktar il-proċess taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-ħaddiema kollha tal-Unjoni mkabbra ukoll qabel l-2014;

77.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżommu ugwaljanza fil-baġit bejn id-dħul u l-ħruġ, fis-sistemi rispettivi tal-pensjoni, b'rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarità u jifraħ lill-Istati Membi li kull sena jirriservaw fond tal-baġit għall-ħlas tal-pensjonijiet fil-ġejjieni;

78.

Jinnota li l-impatt ta’ bidla demografika fuq reġjuni individwali huwa kbir u jeħtieġ strateġiji differenti ta’ aġġustament skond jekk ir-reġjun konċernat huwiex reġjun ta’ migrazzjoni jew ta’ popolazzjoni li qed tonqos; jinnota li l-kwalità tal-ħajja hija definita b'mod differenti f'reġjuni fejn il-popolazzjoni qed tonqos, li huma l-aktar reġjuni rurali, minn kif inhi definita f'reġjuni b'popolazzjoni li qed tiżdied, u għalhekk iqis li jinħtieġu strateġiji differenti ta’ appoġġ;

79.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkunsidrau d-dimensjoni ġenerazzjonali tas-solidarjetà bejn ir-reġjuni tal-Ewropa u sabiex jagħtu kunsiderazzjoni għall-impatt territorjali sinifikattiv ħafna tax-xejriet demografiċi differenti li jinsabu fl-Unjoni; jenfasizza li dawn l-impatti huma kbar fejn jolqtu l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura, b'mod partikulari fiz-zoni urbani li probabbli se jaraw tkabbir kbir u konċentrazzjoni qawwija ta’ komunitajiet ta’ migranti; jenfasizza wkoll il-bżonnijiet speċifiċi fil-livell lokali fir-reġjuni li qed jixjieħu rigward investiment fis-servizzi lokali sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ persuni anzjani u sabiex ikunu żgurati għal żmien twil kemm jista' jkun l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom; jipproponi li l-attribuzzjoni ta’ fondi strutturali u l-possibiltajiet li joffru l-Fondi Soċjali Ewropej sabiex jiġi mobilizzat il-kapital soċjali lokali għas-servizzi għandhom jikkunsidraw dawn il-bżonnijiet ta’ investiment; jitlob li dawn jinżammu wara l-2013; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jittieħdu miżuri mir-reġjuni ta’ immigrazzjoni sabiex jinżamm bilanċ demografiku naturali permezz ta’ investimenti fix-xogħol, fit-taħriġ u fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi;

80.

Jipproponi lill-Kummissjoni li, bħala parti mill-Koperazzjoni Territorjali, għandha tippromwovi netwerks madwar l-Ewropa kollha li minnhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali u tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin kif għandhom jiġu ttrattati l-problemi li joriġinaw mill-bidla demografika;

81.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jippromwovu proġetti interġenerazzjonali li fihom l-anzjani jaħdmu flimkien maż-żagħżagħ sabiex jaqsmu bejniethom il-kapaċitajiet tagħhom u jiksbu esperjenzi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilità l-iskambju ta’ prattiki tajba f'dan il-qasam;

82.

Jistieden lill-Istati Membri biex jgħinu lir-reġjuni b'emigrazzjoni netta billi jiggarantixxu livell għoli ta’ servizzi ta’ interess ġenerali (eż. l-edukazzjoni, inklużi s-servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal qabel ma jmorru l-iskola, is-servizzi tas-saħħa, is-servizzi postali) u servizzi ta’ aċċessibilità (eż. tat-trasport pubbliku, l-infrastrutturi tat-trasport u n-networks tat-telekomunikazzjoni) il-parteċipazzjoni ekonomika u l-ħiliet (eż. permezz tat-taħriġ, inklużi metodi ta’ taħriġ għal tul il-ħajja, kif ukoll permezz tal-investiment f'teknoloġiji ġodda u l-użu tagħhom); jitlob li l-qafas prattiku fejn għandhom jitwteqqu dawn il-ħidmiet għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet lokali u għall-parteċipanti lokali u jagħmel aħjar l-adattibilità tagħhom; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikulari għas-sitwazzjoni tal-gżejjer, taz-zoni mal-fruntieri, ta’ reġjuni muntanjużi u ta’ oħrajn ultraperiferiċi;

83.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta biex jitwaqqaf Fond Ewropew għall-Integrazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali u lokali li huma responsabbli għat-tfassil u l-immaniġġjar tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika għall-Iżvilupp Rurali biex jaħdmu dejjem aktar flimkien sabiex jinkuraġġixxu li n-nies imorru joqogħdu f'reġjuni rurali fejn qed tonqos il-popolazzjoni, billi jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol f'dawn ir-reġjuni;

84.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-raba' rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-Kummissjoni identifikat l-iżbilanċ demografiku li qed jikber bħala waħda mill-isfidi li trid tiffaċċja; jistenna b'interess ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet soċjali u d-definizzjoni tal-irwol tal-politika reġjonali fil-ġlieda kontra l-effetti negattivi tal-bidla demografika fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

85.

Ifakkar lill-Istati Membri fl-iżvantaġġi numerużi li għandhom voluntiera responsabbli għall-kura, b'mod speċjali dawk l-aktar anzjani; jissuġġerixxi li jiġi propost aktar appoġġ għal dawn il-persuni sabiex ikunu jistgħu jgħelbu l-għadd ta’ ostakli biex isibu impjieg;

86.

Jikkunsidra li f'zoni urbani, f'subborgi u f'zoni rurali żvantaġġati t-tendenzi demografiċi wisq probabbli se juru tnaqqis fil-popolazzjoni li jkollu effett deċiżiv fuq l-akkomodazzjoni u fuq l-infrastrutturi;

87.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex fl-ambitu tal-iżvilupp urban u tal-ippjanar tal-ibliet iżidu d-disponibilità ta’ djar xierqa għall-familji, speċjalment għall-familji b'ġenitur wieħed u għan-nies imdaħħla fiż-żmien pereżempju permezz ta’ “proġetti interġenerazzjonali”;

88.

Jenfasizza li l-iżbilanċi demografiċi f'livell dinji qed jirriskjaw li jkabbru l-inugwaljanza fl-iżvilupp u l-pressjonijiet migratorji; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jintegraw dawn l-elementi fil-politiki għall-immigrazzjoni tagħhom bl-iskop li jkun hemm żvilupp konġunt;

L-isfida tal-immigrazzjoni integrata

89.

Jinnota li r-rikors għall-immigrazzjoni huwa, u se jibqa', wieħed mill-elementi fid-demografija tal-Unjoni Ewropea u jista' jkun kontribut pożittiv minn perspettiva ekonomika, soċjali u kulturali; jappella għalhekk lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali sabiex jiżviluppaw approċċ kalm u raġunat għall-immigrazzjoni sabiex jaffronta l-opinjonijiet u attitudnijiet ksenofobiċi u razzisti u sabiex jippromwovi l-integrazzjoni sħiħa u effettiva tal-migranti fis-soċjetà;

90.

Jagħraf madankollu li l-migrazzjoni, b'mod partikulari dik li tiġi mir-reġjuni ta’ emigrazzjoni, toffri wkoll opportunità biex tpatti għall-effetti negattivi tal-bidla demografika u għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw l-integrazzjoni tal-migranti bħala miżura politika ta’ importanza strateġika;

91.

Jikkunsidra li l-politiki ta’ integrazzjoni għandhom ikunu msaħħa fl-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-istabbiliment tal-migranti fl-Unjoni Ewropea; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tal-25 ta’ Ġunju 2007 li twaqqaf il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Tmexxija ta’ Flussi tal-Migrazzjoni” (13) u jemmen li dan jikkontribwixxi biex jiffaċilità l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti fl-UE;

92.

Jenfasizza l-bżonn li jkunu definiti u koordinati bejn l-Istati Membri l-politiki ta’ immigrazzjoni billi jiggarantixxu lill-immigranti kundizzjonijiet indaqs ta’ għajxien u ta’ xogħol; jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja u tippreżenta malajr kemm jista' jkun strateġija u miżuri speċifiċi rigward l-immigrazzjoni ekonomika;

93.

Jenfasizza l-urgenza li jiġu koordinati aħjar il-politiki għall-immigrazzjoni tal-Istati Membri sabiex jiggarantixxu integrazzjoni aħjar tal-immigranti fis-soċjetà u l-ekonomija formali u li tiġi żgurata s-sikurezza legali tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni; jitlob lill-Istati Membri biex jiġġieldu b'konvinzjoni kontra l-kutrabandu u t-traffikar tal-bnedmin u biex jiġi penalizzat min iħaddem u/jew jesplojta ħaddiema f'sitwazzjoni irregolari; jilqa' l-inizjattiva Ewropea kontra x-xogħol illegali u kontra l-esplojtazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ ħajja mhux diċenti li tagħhom jisfaw vittmi l-immigranti illegali;

94.

Jagħraf rigward dan l-irwol speċifiku li għandhom l-ibliet, billi l-maġġoranza tal-immigranti jgħixu hemm, u jenfasizza li l-Kummmissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta'l-impatt taz-zoni urbani fuq il-politika tal-immigrazzjoni u jinvolvuhom mill-qrib fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki; jinnota b'interess il-proċess “L-Integrazzjoni tal-Ibliet” imniedi mill-Kummissjoni u EUROCITIES, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ Milan dwar l-integrazzjoni, iffirmata fis-6 ta’ Novembru 2007 bħala garanzija li jitkompla d-djalogu dwar l-implentazzjoni, fil-livell tal-ibliet, tal-prinċipji bażiċi komuni rigward l-integrazzjoni;

95.

Jenfasizza li l-immigrazzjoni legali fl-Unjoni Ewropea għandha tkun ta’ vantaġġ għall-immigranti u m'għandhiex tkun ta’ piż għall-pajjiżi ta’ oriġini; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jespandu l-miżuri tagħhom għall-integrazzjoni soċjali u ċivika tal-immigranti;

96.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri biex jikkunsidraw id-dimensjoni dinjija tal-immigrazzjoni u l-konsegwenzi tal-immigrazzjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta’ oriġini; jenfasizza l-ħtieġa li jitqies ir-riskju tat-telf tal-aħjar imħuħ fil-pajjiżi ta’ oriġini tal-migranti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b'kollaborazzjoni mal-pajjiżi terzi, iniedu miżuri effikaċi biex jiġġieldu dan il-fenomenu;

97.

Jinsisti li d-dimensjoni umana tal-immigrazzjoni m'għandhiex tintilef minħabba kunsiderazzjonijiet strettament ekonomiċi u li l-għażla tal-integrazzjoni tal-familja għandha tibqa' possibilita? għal dawk l-immigranti li jkunu jixtiquha; jitlob għal koperazzjoni mill-qrib bejn il-politiki Ewropej dwar l-immigrazzjoni u dawk dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni u r-reġjuni;

98.

Ifakkar li l-qligħ li jagħmlu l-immigranti fl-Ewropa jippermetti b'mod sostanzjali ħafna li jingħata kontribut għall-għajxien ta’ persuni anzjani f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

99.

Jenfasizza li l-politiki għall-immigrazzjoni għandhom jitfasslu b'mod li jiġġieldu kontra d-diskriminizzazzjoni u jkollhom l-iskop li jkun hemm grad aktar għoli ta’ ugwaljanza legali, soċjali u soċjetali, kemm għall-immigranti li diġà jinsabu fl-Ewropa, kemm għal dawk li għad iridu jiġu;

100.

Jidhirlu li membri tal-familji li jkunu qed jakkumpanjaw ħaddiema immigranti għandhom jingħataw permessi ta’ residenza u, fejn ikun jixraq, permessi tax-xogħol;

101.

Jenfasizza l-irwol importanti tan-nisa migranti u jistieden lill-Istati Membri biex jagħtuhom il-post li jixirqilhom fil-politiki ta’ integrazzjoni u sabiex jiggarantulhom id-drittijiet kollha tagħhom;

102.

Jistieden lill-Istati Membri biex idaħħlu fl-aġenda ta’ samit li jmiss skambju ta’ opinjonijiet dwar il-bidla demografika u dwar il-prattiki tajbin li saru f'oqsma differenti, bħal fil-qasam tax-xjuħija attiva, tal-impjieg taż-żgħażagħ, tal-politika għall-familja u tal-integrazzjoni tal-migranti;

103.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta kull sentejn rapport fuq is-sitwazzjoni tal-Forum Demografiku Ewropew; jixtieq li dan ir-rapport jikkunsidra ukoll l-impatt tal-politiki implimentati mill-Istati Membri fil-qasam konċernat; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li kull sentejn tiddedika kapitlu tar-rapport tagħha għall-infertilità u li tinkludi f'dan ir-rapport kapitlu dwar il-preparazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-bidliet demografiċi; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex timplimenta sistema ta’ indikaturi sabiex jimmoniterjaw u janalizzaw il-bidla demografika f'kull Stat Membru individwali u fl-Unjoni Ewropea;

104.

Josserva li l-ġejjieni demokratiku tal-Ewropa jippreżenta diffikultajiet ġodda fil-livell ta’ mekkaniżmi demokratiċi u tal-mezzi li permezz tagħhom il-vuċi tal-pluralità tal-komponenti tagħha tkun tista' tinstema' u tinfluwixxi fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi; jikkunsidra li l-kwistjoni prinċipali f'soċjetà li qed tixjiħ hija dik tar-rappreżentanza politika tal-minorenni, li jikkostitwixxu l-ġejjieni komuni, u għalhekk il-ġejjieni politiku tal-komunità, u li attwalment la jistemgħu u lanqas ma jinfluwixxu b'xi mod fuq id-deċiżjonijiet; jinnota li għal raġunijiet diversi l-immigranti, kemm l-adulti kif ukoll l-ulied tagħhom, isibu diffikultajiet kbar biex isemmgħu leħinhom; huwa tal-opinjoni li l-kwistjoni tal-espressjoni u tar-rappreżentanza politika ta’ gruppi soċjali li llum huma miċħudin minnhom, b'mod partikulari l-minorenni, hija sfida essenzjali li jistħoqqilha dibatittu wiesa' u fil-fond;

105.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex isaħħu s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni rigward l-isfidi demografiċi fl-Ewropa, inter alia permezz ta’ kampanji u proġetti pilota f'dan il-qasam;

*

* *

106.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 115, 14.4.1997, p 238.

(2)  ĠU C 104, 6.4.1998, p 222.

(3)  ĠU C 232, 17.8.2001, p 381.

(4)  ĠU C 292, 1.12.2006, p. 131.

(5)  ĠU C 305, 14.12.2006, p. 141.

(6)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 66.

(7)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(8)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(9)  ĠU L 145, 19.6.1996, p.4.

(10)  ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9.

(11)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(12)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(13)  ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/88


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Koperazzjoni xjentifika internazzjonali mal-Afrika

P6_TA(2008)0067

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Frar 2008 dwar l-importanza li jkunu appoġġjati miżuri għat-titjib tal-koperazzjoni xjentifika internazzjonali mal-Afrika

2009/C 184 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-laqgħa għolja bejn l-UE u l-Afrika tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2007, is-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika u l-Pjan ta’ Azzjoni (2008-2010),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar iz-Żona Ewropea ta’ Riċerka: Prospettivi Ġodda (1),

wara li kkunsidra l-irwol tat-teknoloġija tal-enerġija fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jirrikonoxxi t-tendenza li qed tiżdied fost min ifassal il-politika fl-Afrika li tingħata prijorità lix-xjenza u t-teknoloġija (S&T) u lill-innovazzjoni għall-iżvilupp;

2.

Jirrikonoxxi l-kontribut siewi tas-Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp tal-Afrika (NEPAD), il-pjan ta’ azzjoni kkonsolidat tagħha għall-S&T u l-programmi tal-S&T tal-Unjoni Afrikana, u jitlob implimentazzjoni aħjar u żvilupp akbar tagħhom u li jittejbu l-miżuri rilevanti;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-involviment tax-xjentisti Afrikani fix-xjenza kollaborattiva internazzjonali u fi proġetti ta’ riċerka u żvilupp (R&D) sabiex iżommu u jiżviluppaw l-għarfien tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Afrika, b’mod partikulari f’oqsma speċifiċi bħall-ikel, is-saħħa u l-enerġija;

4.

Filwaqt li jfakkar ir-rilevanza speċjali mogħtija lill-mardiet injorati fi ħdan is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2), għandha ssir enfasi speċjali fuq ir-riċerka dwar l-HIV/AIDS fil-pajjiżi Afrikani;

5.

Jitlob li tissaħħaħ l-infrastruttura eżistenti tar-riċerka skond l-indikazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u tal-komunità xjentifika Afrikana, inkluż l-Uffiċċju NEPAD għall-Programmi Xjentifiċi u Tekonoloġiċi, il-programmi tal-Unjoni Afrikana u l-proġetti ta’ riċerka u żvilupp, b’mod partikulari f’oqsma speċifiċi bħall-ikel, is-saħħa u l-enerġija;

6.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Afrika li tiggarantixxi malajr żvilupp komprensiv u ġenwin tal-għarfien u t-teknoloġiji fil-pajjiżi Afrikani stess;

7.

Jinnota li l-progress xjentifiku jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali previst fl-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp; jistieden b’mod partikulari lill-Unjoni Ewropea biex il-bidla fil-klima tkun prijorità fil-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika tagħha mal-Afrika, filwaqt li jintużaw qabel kollox is-sorsi enormi ta’ enerġija li jiġġeddu li hemm fl-Afrika, b’referenza partikulari għall-enerġija tax-xemx;

8.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-iskambju ta’ għerf u ta’ teknoloġiji bejn l-UE u l-Afrika, kif ukoll proġetti ta’ riċerka u żvilupp, f’qafas koerenti ġdid għal azzjoni biex jintlaħqu għanijiet immedjati u għall-futur imbiegħed għall-iżvilupp sostenibbli, u biex fl-istess ħin jiġu żviluppati l-politika u l-miżuri meħtieġa;

9.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jiżguraw konsistenza akbar bejn il-politika internazzjonali tal-UE għall-S&T u l-ħtiġijiet bażiċi tal-pajjiżi Afrikani, biex dan iwassal għall-iżvilupp ta’ qafas globali ġdid għax-xjenza u d-diplomazija mal-Afrika;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0029.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/89


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

P6_TA(2008)0068

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Frar 2008 dwar ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (2007/2148(INI))

2009/C 184 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273) (“ir-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni”),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Strateġija għar-Reġjuni l-aktar imbiegħda: Suċċessi u Prospetti għall-ġejjieni” (COM(2007)0507),

wara li kkunsidra l-Artikoli 158, 159 u 299(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE u l-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli u l-Ewwel Programm ta’ Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport min-Network ta’ Osservazzjoni Ewropew dwar l-Ippjanar Territorjali (ESPON) bit-titlu l-Ġejjieni tat-Territorji — Ix-xenarji territorijali għall-Ewropa u dak tal-Parlament Ewropew id-Differenzi Reġjonali u ta’ Koeżjoni: liema Strateġiji għall-Ġejjieni,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (COTER-IV-011) tat-28 ta’ Novembru 2007 u dik tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (CESE 1712/2007) tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar l-impatt u l-konsegwenzi tal-politiki strutturali rigward il-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar l-irwol u l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-iktar reġjuni foqra tal-UE (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0023/2008),

A.

billi politika ta’ koeżjoni Ewropea globali tibqa’ meħtieġa minħabba l-persistenza ta’ disparitajiet kbar u problemi strutturali speċifiċi f’bosta reġjuni Ewropej, li hija sitwazzjoni li saret agħar minħabba t-tkabbir riċenti tal-Unjoni,

B.

billi l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għalhekk tibqa’ bħala pilastru fundamentali fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea, u għandha rwol attiv fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tan-nuqqas ta’ żvilupp,

C.

billi hemm rabta ċara bejn iż-żieda fl-ewroxettiċiżmu u z-żieda fid-disparitajiet territorjali bejn u fi ħdan ir-reġjuni, li juru l-bżonn għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali sabiex tissaħħaħ il-konverġenza u tingħata bażi soda lill-leġittimità tal-Unjoni Ewropea, li tista’ tinkiseb permezz ta’ politika reġjonali viżibbli; billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet involuti għandhom rwol ċentrali fit-tqarrib tal-attivitajiet tal-UE lejn in-nies u fl-implimentazzjoni tal-politika reġjonali, li l-kisbiet tagħhom għandhom jiġu rreklamati b’mod aktar effiċjenti,

D.

billi, wara li jittieħed kont tal-valur miżjud tagħha, il-politika ta’ koeżjoni toffri lil kull reġjun il-possibilità ta’ benefiċċji konkreti f’termini ta’ impjiegi fuq medda twila ta’ żmien u kwalità tal-ħajja ogħla għall-popolazzjonijiet lokali, partikolarment fir-reġjuni li għadhom lura u tikkontribwixxi biex issaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċità ammistrattiva u tassigura ġestjoni deċentralizzata; billi, fid-dawl ta’ dan kollu, kull tentattiv ta’ nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid ta’ din il-politika għandu jiġi rrifjutat,

E.

billi t-Trattat ta’ Liżbona, li ġie approvat mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fit-18 ta’ Ottubru 2007, u ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007, inaqqax il-koeżjoni territorjali fost l-objettivi fundamentali tal-Unjoni, flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali,

F.

billi żieda fir-riżorsi finanzjarji għall-politika ta’ koeżjoni għandha tkun garantita fil-ġejjieni sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb l-isfidi l-ġodda mistennija, li għandhom impatt territorjali importanti, bħall-bidla demografika, il-konċentrazzjoni urbana, is-segregazzjoni, il-movimenti migratorji, (li huma partikolarment problematiċi għaż-żoni rurali u periferali), l-adattazzjoni għall-globalizzazzjoni, il-bidla fil-klima, il-provvista tal-enerġija, u l-proċess ta’ żvilupp bil-mod taż-żoni rurali; billi dawn l-isfidi jistgħu jiġi ffaċċjati biss jekk l-importanza kbira tal-politika ta’ koeżjoni tkun rikonoxxuta għal dan l-iskop fil-ġejjieni;

Data kuntrastanti dwar l-istat tal-koeżjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon dan ir-rapport, li huwa iktar dettaljat minn ta’ qablu, li jibbaża fuq diversi indikaturi u joffri informazzjoni komparattiva utli ma’ pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina u l-Indja, filwaqt li jirrifletti l-kuntest internazzjonali li fih joperaw l-ekonomiji tal-UE;

2.

Jiddispjaċih, madankollu, min-nuqqas ta’ dejta traversali u dejta komparabbli minn livelli differenti tan-NUTS, li kieku jippermettu valutazzjoni aħjar tas-sostenibilità tat-tkabbir u tal-konverġenza; jitlob, għalhekk, għal għodda statistiċi aħjar — bħall-indikaturi l-ġodda (apparti l-PGD per capita) li kienu użati b’suċċess fir-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni — li kieku jippermettu li l-grad ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fuq il-post tkun imkejla b’mod aktar ċar, kif ukoll jippermettu l-kontribuzzjoni konkreta tal-azzjonijiet lokali għall-politika ta’ koeżjoni; huwa tal-opinjoni li, sabiex dan jinkiseb, il-kapaċità ta’ ESPON trid tiżdied;

3.

Jinnota d-dewmien fit-teħid ta’ approprjazzjonijiet strutturali fl-Istati Membri u jitlob għal miżuri li jtejbu s-sitwazzjoni; jinnota madankollu li għadu kmieni wisq biex ir-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri ġodda jkunu evalwati; jilqa’ l-isforzi kollha biex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni u biex titnaqqas il-burokrazija eċċessiva u jitlob għal evalwazzjoni sistematika ta’ din il-politika, itenni l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-“Inizjattiva Ewropea ta’ Trasparenza”, mibdija mill-Kummissjoni, li se tidentifika min se jirċievi l-fondi strutturali mill-2008 ’il quddiem;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pajjiżi ta’ koeżjoni l-antiki, jiġifieri l-Greċja, Spanja, il-Portugall u l-Irlanda, laħqu sew mal-bqija, fejn irreġistraw rata ta’ tkabbir impressjonanti matul il-perjodu 2000 — 2006, iżda jinnota li, minkejja t-tkabbir tagħhom, għad hemm żbilanċji kbar bejn ir-reġjuni tagħhom u anki problemi strutturali serji;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rati għolja ta’ tkabbir irreġistrati fl-Istati Membri ġodda iżda jinnota li l-konverġenza ekonomika tagħhom ma tistax tidher ħlief fuq it-terminu ta’ żmien medju u twil u li se teħtieġ proċess twil minħabba li PGD per capita baxx, huwa l-punt tat-tluq f’uħud minn dawn il-pajjiżi,

6.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-affermazzjoni mill-ġdid tal-Kummissjoni dwar l-irwol importanti tal-politika ta’ koeżjoni fit-tisħiħ tal-ħila tal-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw b’mod armonjuż u joħolqu impjiegi ġodda u vijabbli, kif intwera mir-riżultati eċċellenti tal-politika ta’ koeżjoni f’bosta mir-reġjuni tal-Objettiv 2;

7.

Huwa mħasseb li l-konverġenza fost il-pajjiżi ħafna drabi tgħatti t-twessigħ tal-qabża bejn ir-reġjuni u fi ħdan ir-reġjuni individwali; jinnota li dan it-tkabbir ta’ disparitajiet reġjonali u lokali jistgħu jiġi osservati f’diversi oqsma, f’termini ta’ impjiegi, ta’ produttività, ta’ dħul, tal-livelli tal-edukazzjoni, kif ukoll tal-kapaċità innovattiva; jenfasizza wkoll l-irwol tal-koperazzjoni territorjali fl-għajnuna biex jingħelbu dawn il-problemi;

8.

Jinnota, pereżempju, li l-kompetittività tar-reġjuni tiddependi ħafna fuq il-produttività, mill-aċċessibiltà tas-swieq u mil-livelli ta’ kwalifiki tal-ħaddiema, li jvarjaw ħafna iktar bejn ir-reġjuni milli bejn l-Istati Membri; apparti dan jinnota li l-fatturi interistituzzjonali aktar ma jmur aktar qed jitqiesu bħala elementi ewlenin fil-kompetittività; dawn il-fatturi jinkludu l-għoti ta’ kapital soċjali fil-forma ta’ kultura tan-negozju u normi komuni ta’ mġieba li jiffaċilitaw il-koperazzjoni u l-intrapriża u anki l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika;

9.

Jinnota, f’dan ir-rigward, li ċerti reġjuni żviluppati, kif ukoll reġjuni oħra anqas żviluppati, qed jibdew jesperjenzaw problemi varji b’impatt territorjali qawwi f’termini ta’ potenzjal ta’ iżvilupp: rati baxxi ta’ tkabbir ekonomiku, tnaqqis fil-produttività u fl-impjiegi u tixjiħ tal-popolazzjoni,

10.

Jinnota li, jekk rati ta’ tkabbir għolja għamluha possibbli għal xi Stati Membri biex ikollhom imjieg għal kulħadd u biex iżidu l-PGD per capita tagħhom, f’pajjiżi oħra d-differenzi bejn il-gruppi soċjali individwali kibru, u dan jimplika li l-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni għadhom jeħtieġu l-integrazzjoni soċjali;

11.

Jinnota konverġenza dgħajfa f’termini tal-livell ta’ edukazzjoni, u qabża edukattiva reali, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, fejn 29 % tal-adulti ta’ bejn il-25 u l-64 sena għandhom lawrea universitarja, meta mqabbla mas-16 % fl-Unjoni Ewropea; jinnota, madankollu, li n-numru ta’ nisa bi kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla qed jiżdied iktar malajr milli fost l-irġiel;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni sistematika tas-sessi, tal-opportunitajiet indaqs u tal-bżonnijiet speċjali tal-persuni b’diżabilità kif ukoll tal-persuni mdaħħla fiż-żmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-politika ta’ koeżjoni;

13.

Jisħaq fuq l-effett tal-polarizzazzjoni fir-reġjuni madwar il-bliet kapitali — fenomenu partikolarment evidenti fl-Istati Membri ġodda — li ġġeneraw bħala medja 32 % tal-PGD ta’ pajjiżhom, filwaqt li dawn jirrappreżentaw 22 % tal-popolazzjoni; jinnota li din il-polarizzazzjoni tista’ tagħti lok għal disparitajiet kbar fir-rata tal-qgħad fiċ-ċentri tal-bliet;

14.

Jinnota li l-urbanizzazzjoni bla kontroll tista’ toħloq żbilanċi demografiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali fi spazju ristrett u twassal għal suburbanizzazzjoni u għal tnaqqis fil-popolazzjoni fiż-żoni rurali li jinsabu mbiegħda mill-bliet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tindirizza speċifikament din il-problema billi tressaq proposti konkreti bħala reazzjoni għal dawn il-problemi;

15.

Jiġbed l-attenzjoni għad-disparitajiet reġjonali f’dak li jikkonċerna l-aċċessibilità u r-rotot ta’ aċċess bejn iċ-ċentri u ż-żoni periferiċi, li huma r-riżultat ta’ żvantaġġi ġeografiċi u strutturali, nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura tat-trasport, kif ukoll in-nuqqas li jiġu ddiversifikati rotot ta’ aċċess potenzjali tat-trasport; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għax-xkiel sostanzjali f’termini ta’ aċċessibilità għar-reġjuni muntanjużi u insulari u anki periferiċi kif ukoll ir-reġjuni l-aktar imbiegħda li jinsabu lilhinn ħafna mill-Ewropa Kontinentali; enfasizza l-bżonn li jiġu mfassla miżuri sabiex jissaħħaħ il-potenzjal reġjonali u l-attrattività u l-iżvilupp sostenibbli f’dawn ir-reġjuni;

16.

Jesprimi s-sorpriża kbira tiegħu għall-istqarrija tal-Kummissjoni fir-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni li tgħid li “l-insularità ma jidhirx li fiha nnifisha tikkostitwixxi ostaklu ewlieni għall-iżvilupp” u jinnota d-diżappunt qawwi tal-abitanti tar-reġjuni insulari dwar din l-istqarrija, minħabba li huma ta’ kuljum iridu jiffaċċjaw l-impatti negattivi u d-diffikultajiet tal-insularità,

Il-politika reġjonali u l-istrateġija ta’ Liżbona

17.

Jiġbed l-attenzjoni għad-differenzi enormi bejn il-pajjiżi f’termini ta’ ammonti investiti fir-riċerka u l-iżvilupp, u jinnota disparitajiet reġjonali kbar fil-qasam tal-innovazzjoni, imkejla, fir-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni, skond indikatur utli tar-rendiment reġjonali fil-qasam tal-innovazzjoni;

18.

Hu tal-istess opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-effett ta’ lieva tal-politika ta’ koeżjoni vis-à-vis l-istrateġija ta’ Liżbona, li tinkiseb permezz tal-iggwidar tal-investiment pubbliku lejn proġetti li jiffavorixxu l-ħolqien ta’ netwerk ekonomiku aktar dinamiku, li jiġġenera t-tkabbir u li jħeġġeġ l-innovazzjoni fuq il-bażi tas-sinerġija maħluqa minn armonizzazzjoni aktar effiċjenti ta’ politiki u ta’ programmi;

19.

Jiddispjaċih li l-potenzjal ta’ innovazzjoni ta’ negozji żgħar, mikro u artiġjanali ma ġiex meqjus biżżejjed fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, minkejja l-allokazzjoni ta’ riżorsi, għalhekk jitlob għal aktar implimentazzjoni ta’ politika attiva biex tappoġġja l-forom kollha ta’ innovazzjoni f’dawn l-intrapriżi u jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex toħloq opportunitajiet għal koperazzjoni reċiproka bejn in-negozji, is-settur pubbliku, l-iskejjel u l-universitajiet sabiex jinħolqu clusters reġjonali ta’ innovazzjoni, fl-ispirtu tal-Istrateġija ta’ Liżbona;

20.

Jinnota li l-effett ta’ lieva tal-appoġġ strutturali jista’ jiżdied permezz tal-użu ta’ kofinanzjar privat; jitlob, għall-introduzzjoni rapida ta’ regoli trasparenti u ta’ soluzzjonijiet standard għal sħubijiet pubbliċi-privati li jagħtu ċ-ċans lir-reġjuni sabiex jattiraw kapital privat sabiex jinkisbu l-għanijiet pubbliċi;

21.

Jinnota li l-konformità mal-prinċipju ta’ rilaxx awtomatiku hija essenzjali sabiex jitħeġġeġ l-iffinanzjar u l-implimentazzjoni rapida ta’ proġetti mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni; jinsisti li l-prinċipju tar-regola N+2 (u N+3 fl-Istati Membri ġodda matul l-ewwel tliet snin tal-qafas finanzjarju 2007-2013) għandu jiġi rrispettat;

22.

Jinnota li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huwa dovut, fost l-oħrajn, għal proċeduri stretti żżejjed u li għalhekk jaqbel li ssir riflessjoni fuq is-simplifikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri u fuq tqassim ċar tar-responsabiltajiet u tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri;

23.

Jinnota, b’referenza għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013, li s-sistema tal-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet se tiggwida 64 % mir-riżorsi tal-Objettiv 1 (Konverġenza) u 80 % minn dawk tal-Objettiv 2 (Kompetittività reġjonali u impjiegi) lejn l-innovazzjoni, li jirrappreżentaw EUR 55 000 miljun iktar minn dak tal-perjodu ta’ qablu; josserva li l-użu ta’ dawn l-approprjazzjonijiet huwa marbut mal-kapaċità tar-reġjuni l-anqas żviluppati li jimmaniġġjaw proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni fi kwantità meħtieġa u ta’ kwalità li tiżgura li dawn l-approprjazzjonijiet jintużaw sew u mhux jiġu ddevjati lejn investimenti ta’ valur baxx;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa s-sistema tal-allokazzjonijiet u l-impatt tagħha fuq l-evoluzzjoni tad-disparitajiet reġjonali, u biex tivverifika jekk, fid-definizzjoni tal-prijoritajiet, din is-sistema tħeġġiġx strateġija ċentralizzata wisq jew “top-down”; jittama li din l-evoluzzjoni tibda bil-pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2008 tal-Ħames Rapport ta’ Progress dwar il-Koeżjoni, li huwa previst se jikkonċentra fuq ir-rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-prijoritajiet tat-tkabbir u tal-impjiegi tal-Istrateġija ta’ Liżbona għar-reġjuni kollha;

25.

Jenfasizza, għalhekk, li l-politika ta’ koeżjoni m’għandhiex tiffavorixxi reġjuni li diġà huma dinamiċi, li jseħħ kieku ma jkunx hemm allokazzjonijiet stretti tal-approprjazzjonijiet; ifakkar li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-politika ta’ koeżjoni se tħaddan it-tliet objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, li jmorru lil hinn mill-Istrateġija ta’ Liżbona;

26.

Jistieden biex l-Istrateġija ta’ Liżbona titwessa’ sabiex tinkludi d-dimensjoni territorjali, li tippermetti li jitqiesu karatteristiċi speċifiċi għar-reġjuni, filwaqt li tħeġġeġ sinerġiji u koperazzjoni transEwropea, b’appoġġ speċjali għall-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet innovattivi b’firxa wiesgħa;

27.

Jenfasizza li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni ma jistax jiġi limitat għall-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Liżbona; huwa tal-fehma li l-kisba tal-koeżjoni territorjali permezz ta’ azzjonijiet skond l-għan tal-konverġenza hija prekondizzjoni għall-kompetittività tar-reġjuni fuq medda twila ta’ żmien; iqis, għalhekk, li l-Objettiv 1 (Konverġenza) u l-Objettiv 2 (Kompetittività reġjonali u l-impjiegi) għandhom jiġu ttratati bħala kumplimentari fil-ġejjieni u filfatt kumplimentari anki ma’ Objettiv 3 (Koperazzjoni territorjali Ewropea);

Il-koeżjoni territorjali: lejn strateġija integrata

28.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi definizzjoni ta’ “koeżjoni territorjali” fil-Green Paper li ġejja dwar il-Koeżjoni Territorjali (ippjanata għal Settembru 2008) sabiex isir progress ulterjuri f’din il-politika Komunitarja;

29.

Jenfasizza l-importanza ta’ sħubija reali u tal-implimentazzjoni ta’ governanza ġenwina fuq livelli differenti li tinvolvi l-livelli kollha — Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali, fil-konsultazzjoni mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali — fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ objettivi ta’ żvilupp reġjonali, li jiżguraw li l-ambitu ta’ azzjonijiet prijoritarji definiti fuq livell Ewropew ma jiċċekknux meta jiġu implimentati fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali (strateġija “bottom-up”) u sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-jiġu esklużi partijiet kkonċernati involuti fl-iżvilupp lokali u fil-koeżjoni, kif jiġri ta’ spiss fil-politika urbana;

30.

Jipproponi li tingħata prijorità lil politiki li jaqdu żvilupp poliċentriku ġenwin tat-territorji, sabiex il-pressjonijiet fuq bliet kapitali jitnaqqsu u jkunu mħeġġa il-ħolqien ta’ poli sekondarji; iqis li f’dan il-kuntest appoġġ għal żoni rurali u l-irwol importanti li għandhom bliet ta’ daqs żgħir u medju f’żoni rurali ma għandhomx jintesew;

31.

Jistieden ukoll li jittieħdu passi prattiċi biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn reġjuni aċċessibbli u dawk bi żvantaġġi strutturali, primarjament ġżejjer, żoni muntanjużi, żoni b’popolazzjoni mifruxa u reġjuni periferali u konfinali, u fl-istess ħin tiġi rikonoxxuta l-pożizzjoni żvantaġġata ta’ dawn tal-aħħar u jittieħdu miżuri speċjali u permanenti biex ikollhom appoġġ; itenni l-importanza li jitqiesu l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

32.

Jirrakkomanda rabtiet aħjar bejn kwistjonijiet urbani u rurali; jenfasizza li l-iżvilupp ta’ żoni rurali għandhom jiġu kkordinati b’azzjonijiet implimentati fil-qafas tal-politika reġjonali; huwa mħasseb, f’dan il-kuntest, dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ strateġija differenti għall-iżvilupp rurali u ta’ koeżjoni (permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali); jitlob għal studju dwar il-konsegwenzi ta’ żieda fil-fondi għall-iżvilupp rurali permezz tal-mekkaniżmi ta’ modulazzjoni mandatorja;

33.

Javża kontra l-perikli tas-settorizzazzjoni tal-politiki u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strateġija integrata li tidentifika s-sinerġiji li huma possibbli bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politiki settorjali ewlenin bħat-trasport, l-agrikoltura, is-sajd, l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-enerġija, ir-riċerka u t-teknoloġija;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti li jmiss tagħha, tanalizza sa liema punt id-diversi strumenti u politiki, inkluża l-politika ta’ adeżjoni, ikkontribwew għall-progress miksub fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; iqis li l-kisbiet u l-problemi jiġu analizzati fl-oqsma importanti kollha, b’mod partikolari fl-Istrateġija ta’ Liżbona.

35.

Jistenna li d-diskussjonijiet dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 iwasslu biex reġjuni li jinsabu mal-fruntieri esterni tal-Komunità jingħataw importanza speċjali sabiex tiġi żgurata l-istabilità u l-prosperità mal-fruntieri li finalment iwasslu mhux biss fl-iżvilupp tar-reġjuni mal-fruntiera tal-UE iżda anki iktar koeżjoni u kompetittività għall-Komunità kollha bħala tali.

36.

Jinnota li l-ġlieda kontra, “is-segregazzjoni territorjali” u l-esklużjoni soċjali, bil-għan li jinkiseb tkabbir sostenibbli u bbilanċjat, jeħtieġ l-appoġġ ta’ politika tal-akkomodazzjoni attenta, li tiġi taħt żvilupp lokali wiesa’, ippjanar urban u strateġija lokali tal-immaniġġjar tas-servizz pubbliku;

37.

Jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni ta’ programm ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig li jiżgura li d-dimensjoni territorjali tkun integrata aħjar fil-politiki pubbliċi kollha, fil-livell Komunitarju, nazzjonali u lokali, u jistenna l-materjalizzazzjoni prattika tiegħu; fid-dawl tal-espansjoni ppjanata tal-koeżjoni ekonomika u soċjali taħt it-Trattat ta’ Liżbona biex tinkludi komponent territorjali bħala parti mit-Trattat ta’ Liżbona, jeħtieġ li jkunu żviluppati indikaturi xierqa biex jiddefinixxu l-kontenut tal-koeżjoni territorjali;

38.

Jilqa’ b’sodisfazzjon t-tħabbir li sar mill-Kummissjoni dwar Green Paper futura dwar il-koeżjoni territorjali, li hija mistennija li tiġi adottata f’Settembru 2008, u jitlob li din tinkludi linji gwida konkreti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata;

39.

Huwa konxju mill-importanza ta’ koperazzjoni regolari bejn il-Parlament, permezz tal-intermedjarju tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu, u l-Kumitat tar-Reġjuni, fir-rigward tal-futur tal-politika reġjonali,

Sfidi ġodda għall-politika ta’ koeżjoni u l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea

40.

Huwa tal-opinjoni li, fil-futur, l-Unjoni se tkun dejjem iktar iffaċċjata minn sfidi ġodda li jkollhom impatt territorjali qawwi li jkabbar ix-xkiel tal-iżvilupp reġjonali, bħall-bidla demografika, il-konċentrazzjoni urbana, iċ-ċaqliq migratorju, (li huwa problematiku b’mod partikulari għaż-żoni rurali u periferali), il-kwistjonijiet enerġetiċi u klimatiċi u l-adattazzjoni għall-bidliet li ġġib magħha l-globalizzazzjoni, kif ukoll il-politika dwar it-tkabbir u l-viċinat; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ proġetti pilota li għandhom x’jaqsmu mal-adattazzjoni tar-reġjuni għal dawn l-isfidi l-ġodda;

41.

Jitlob li ssir analiżi regolari tal-ispejjeż u tal-implikazzjonijiet għall-politika strutturali ta’ tkabbir possibbli fil-ġejjieni qabel ma jibdew negozjati ġodda tal-adeżjoni u jittama li din ikollha importanza akbar fil-politiki ta’ tkabbir u tal-viċinat, bil-parteċipazzjoni tagħha fit-tfassil ta’ strumenti ta’ qabel l-adeżjoni li jsiru jorbtu;

42.

Jenfasizza s-serjetà tal-problema tat-tnaqqis fil-popolazzjoni f’ħafna partijiet tal-UE, li jinvolvi t-tixjiħ tal-popolazzjoni, it-tnaqqis tal-kapital uman, il-ħarba tal-kapital, is-servizzi bi prezz ogħla, eċċ;

43.

Huwa tal-opinjoni li t-tendenzi demografiċi jista’ jkollhom impatt territorjali qawwi, bħat-tnaqqis fil-popolazzjoni ta’ ċerti żoni, speċjalment iż-żoni rurali l-anqas żviluppati, flimkien ma’ konċentrazzjoni urbana u soċjetà li aktar ma jmur aktar qed tixjieħ, jew l-iżvilupp tal-ekonomija residenzjali f’żoni oħra, li jeħtieġu l-iżvilupp ta’ strateġiji innovattivi speċifiċi biex isolvu l-problemi tagħhom, li jeħtieġu sforz partikolari biex jinżammu s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u jkun żgurat standard għoli ta’ servizzi universali;

44.

Jinnota li l-bidla fil-klima se jkollha riperkussjonijiet varji, b’mod partikolari f’termini ta’ diżastri naturali li se jkunu aktar spissi u aktar qawwija, bħan-nirien fil-foresti, in-nixfiet u l-għarar, li se jeħtieġu azzjonijiet li se jvarjaw minn reġjun għall-ieħor tal-UE u li r-reġjuni jridu jieħdu azzjoni dwarhom billi jirrevedu u jadattaw l-istrateġiji ta’ żvilupp sostenibbli tagħhom biex jinkiseb l-għan tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2; jemmen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tkun “favur l-ambjent”, iżda jfakkar li l-possibilitajiet miftuħa għall-politika ta’ koeżjoni f’din iż-żona huma limitati; huwa tal-opinjoni li l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima għandha tkun indirizzata wkoll f’politiki Komunitarji oħra;

45.

Ifakkar anki fi ħdan il-qafas tal-formulazzjoni ta’ politika globali effettiva biex tipprovdi ħarsien minn diżastri naturali u l-importanza tal-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108), li jipprovdi azzjoni aktar f’waqtha u adegwata għal diżastri naturali fuq livell reġjonali, li spiss huma devastanti f’ċerti reġjuni minħabba l-qagħda ġeografika tagħhom;

46.

Iqis li l-kwistjonijiet tal-provvista tal-enerġija u ż-żieda fil-prezz tal-enerġija jista’ jkollhom implikazzjonijiet territorjali maġġuri fuq it-territorji minħabba dipendenza enerġetika qawwija f’ħafna mill-Istati Membri tal-UE, partikolarment f’reġjuni rurali, muntanjużi, insulari kif ukoll dawk l-iktar imbiegħda minħabba d-dipendenza tagħhom fuq it-trasport, li huwa sensittiv ħafna għall-prezz tal-enerġija, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-unitajiet ta’ forniment deċentralizzati jistgħu joffru opportunitajiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali;

47.

Itenni r-rikjesta tiegħu dwar l-użu mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet li ma ntefqux, permezz tar-regola N+2 jew N+3 applikabbli għall-politika ta’ koeżjoni, bil-għan li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi skarsi disponibbli;

48.

Huwa tal-opinjoni li ż-żamma tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 hija azzjoni xierqa biex jiġu ffaċċjati dawn l-isfidi l-ġodda u li din il-politika għandha tiġi applikata, b’mod differenzjat, għat-territorju kollu tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-politika ta’ koeżjoni għandha tibqa’ politika Komunitarja f’konformità mat-trattat u l-prinċipju ta’ solidarjetà, u jirrifjuta, għalhekk kull tentattiv li din il-politika terġa tiġi nazzjonalizzata;

49.

Huwa tal-opinjoni li l-politika ta’ koeżjoni teħtieġ tkun infurzata aktar fil-ġejjieni, u li l-valur miżjud tagħha għandu jkun enfasizzat ħafna aktar; jitlob, għalhekk, għal riżorsi finanzjarji biżżejjed biex ikunu allokati għall-politika ta’ koeżjoni fil-livell tal-Komunità; jitlob għar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju biex tintuża bħala opportunità biex jiġu definiti r-riżorsi baġitarji meħtieġa biex jintlaħqu l-isfidi tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni;

*

* *

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi Adottati P6_TA(2007)0202.

(2)  Testi Adottati P6_TA(2007)0356.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/95


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Is-Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta’ Leipzig: Lejn Programm ta’ Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp ġeografiku u l-Koeżjoni Territorjali

P6_TA(2008)0069

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Frar 2008 dwar is-Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta’ Leipzig: Lejn Programm ta’ Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp ġeografiku u l-Koeżjoni Territorjali (2007/2190(INI))

2009/C 184 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE (“l-Aġenda Territorjali”) u l-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli (“il-Karta ta’ Leipzig”), li t-tnejn kienu adottati waqt il-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-iżvilupp ġeografiku u l-iżvilupp urban li sar f’Leipzig fl-24 u l-25 ta’ Mejju 2007, u l-Ewwel Programm ta’ Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea, adottat waqt il-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-iżvilupp ġeografiku u l-iżvilupp li sar f’Ponta Delgada (Azores) fit-23 u l-24 ta’ Novembru 2007 (“l-Ewwel Programm ta’ Azzjoni”),

wara li kkunsidra r-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273) (“ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni”),

wara li kkunsidra l-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Ġeografiku, adottata fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar tal-ispazji li sar f’Potsdam fil-11 ta’ Mejju 1999,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Programm 2006 tan-Network Osservatorji Ewropej tal-Ippjanar Ġeografiku (ESPON),

wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma propost għall-ESPON 2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkonsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0028/2008),

A.

billi d-diversità territorjali, il-poliċentriżmu u l-bliet kumpatti huma karatteristiċi strutturali essenzjali tat-territorjuta’ l-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej illum jgħixu fil-bliet,

C.

billi l-isfidi attwali għall-iżvilupp ġeografiku fl-Unjoni Ewropew jinkludu l-bidla fil-klima, it-tifrix tal-bliet u l-iżvilupp tal-art, il-konsum tal-enerġija, l-infrastrutturi tat-trasport, il-bidla demografika, inkluża d-depopolazzjoni taz-zoni rurali u reġjuni oħra tal-UE, l-impatt tat-tkabbir fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u l-effetti reġjonali differenti tal-globalizzazzjoni, inkluż id-distakk dejjem ikbar bejn ir-reġjuni sinjuri u dawk inqas sinjuri, kif ukoll l-iżvilupp mhux indaqs taz-zoni urbani u rurali magħqud mal-bidliet strutturali;

D.

billi l-objettivi stabbiliti fl-Aġenda Territorjali huma l-iżvilupp ta’ sistema urbana poliċentrika u bbilanċjata u l-ħolqien ta’ relazzjoni urbana-rurali ġdida; il-formazzjoni ta’ raggruppamenti reġjonali innovattivi, li jiżguraw aċċess ugwali għall-infrastruttura u l-konoxxenza, il-promozzjoni ta’ immaniġġjar ta’ riskju trans-Ewropew, l-iżvilupp sostenibbli, l-immaniġġjar li jħares 'il quddiem u l-konservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali,

E.

billi l-objettivi stipulati fil-Karta ta’ Leipzig qed jużaw iktar approċċi tal-politika integrata ta’ żvilupp urban permezz tal-ħolqien u l-garanzija ta’ spazji pubbliċi ta’ kwalità għolja, l-immodernizzar tan-networks tal-infrastruttura u t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, il-promozzjoni proattiva tal-innovazzjoni u l-politiki edukattivi u — partikolarment fiz-zoni fejn jgħixu persuni fil-bżonn — il-promozzjoni ta’ trasport urban sostenibbli, effiċjenti u bi prezzijiet li jintlaħqu minn kullħadd, l-użu ta’ strateġiji biex l-ambjent fiżiku jittejjeb, it-tisħiħ tal-ekonomija lokali u l-politika lokali tas-suq tax-xogħol, u politiki proattivi għall-edukazzjoni u t-taħriġ għat-tfal u ż-żgħażagħ,

F.

billi l-ippjanar ġeografiku huwa l-istrument xieraq biex jiggwida l-użu ta’ l-art u l-istruttura taċ-ċentri ta’ abitazzjoni fl-Istati Membri u r-reġjuni u l-bliet tagħhom, u biex jiġu ddeterminati l-kwalità tal-ħajja u l-opportunitajiet ta’ żvilupp fil-post,

G.

billi, flimkien mal-politika ta’ koeżjoni bħala strument ta’ tmexxija strateġika, miżuri oħra huma neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig, b’mod partikolari l-evalwazzjoni tal-impatt tal-użu tal-ispazju, l-approċċ integrat u l-osservazzjoni tal-ippjanar ġeografiku,

H.

billi, flimkien mal-politika ta’ koeżjoni, il-politika tal-iżvilupp rurali għandha impatt sinifikanti fuq l-ispazju; billi m’hemmx integrazzjoni biżżejjed bejn dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika u għalhekk hemm bżonn ta’ sinerġiji mtejba li joħorġu potenzjal veru għall-iżvilupp u jagħtu spinta biex zoni rurali jsiru iktar attraenti u kompettitivi, ħaġa li tgħin biex tkun miġġielda d-depopolazzjoni rurali;

I.

billi l-kwalità tal-ispazju pubbliku u tal-ambjent naturali, kulturali u arkitettoniku għandha rwol importanti fil-kwalità ta’ ħajja tal-persuni li jgħixu f’zoni urbani u rurali u huma fatturi ta’ lokazzjoni “soft” kruċjali,

J.

billi l-kreattività u l-innovazzjoni huma riżorsi deċiżivi fit-tranżizzjoni għal soċjetà globalizzata bbażata fuq l-għerf; billi, għalhekk, is-suċċess tal-iżvilupp tal-potenzjal tal-kreattività fil-post huwa essenzjali għas-suċċess ta’ ppjanar ġeografiku u urban sostenibbli,

K.

billi l-“Baukultur” (il-kultura ta’ ambjent mibni ta’ kwalità għolja), jiġifieri s-somma tal-aspetti kulturali, ekonomiċi, tekonoloġiċi u ambjentali li jinfluwenzaw il-kwalità u l-proċess tal-ippjanar u l-bini, huwa element essenzjali tal-iżvilupp urban integrat,

L.

billi l-approċċ integrat jimplika li l-proġetti żviluppati għandhom jikkostitwixxu pjan koerenti fit-tul li jinkorpora d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u li jinvolvi b’mod sħiħ lill-imsieħba prinċipali fl-ippjanar, fl-eżekuzzjoni u fl-evalwazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp urban;

M.

billi approċċ integrat lejn id-dimensjoni territorjali ta’ koeżjoni ma jikkonsistix biss fl-ippjanar tal-art u f’ azzjonijiet u politiki ta’ żvilupp urban, għaliex l-għan aħħari hu li jiġi żgurat bilanċ bejn iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni kull fejn jgħixu, għan li ma jistax jintlaħaq biss permezz tal-ippjanar tal-art,

1.

Huwa tal-fehma li l-objettivi tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig jistgħu jintlaħqu biss billi tiġi segwita strateġija ta’ żvilupp komprensiva, trans-settorjali u olistika biex tqiegħed fil-prattika l-approċċ integrat;

2.

Jipproponi, fil-kuntest tal-evalwazjoni ta’ nofs iż-żmien tal-politika ta’ koeżjoni, u in vista tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 li l-implimentazzjoni ta’ approċċ integrat għandha tkun rekwiżit obbligatorju għall-ippjanar ta’ programmi u l-għażla ta’ proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali; għal dak il-għan, jitlob lil min jiddeċiedi biex jimpenja ruħu volontarjament li jimplimenta metodi ġodda ta’ koperazzjoni;

3.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-ministri tal-UE responsabbli mill-iżvilupp urban, fil-laqgħa informali tagħhom f’Leipzig fl-24 u l-25 ta’ Mejju 2007, sabiex iwaqqfu grupp ta’ ħidma intergovernamentali, ippresedut mill-Ġermanja, biex jidentifika u jitfa’ dawl fuq kwistjonijiet varji li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva JESSICA;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ grupp ta’ servizzi interni tal-Kummissjoni biex jittratta s-suġġerimenti dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat u jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem f’koperazzjoni sħiħa mal-imsieħba soċjali, ambjentali u ekonomiċi kollha u biex tiżgura l-involviment tagħhom fid-deċiżjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-koeżjoni territorjali; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament dwar il-pogress ta’ din il-ħidma;

5.

Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari, fit-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni għal wara l-2013, lill-karatteristiċi u l-bżonnijiet ġeografiċi u għal trattament speċifiku għar-reġjun ibbażat fuq dawn il-fatturi; jirrakkomanda l-użu ta’ għodda ta’ ppjanar orjentati lejn l-implimentazzjoni, kif imsemmi fil-Kapitlu ta’ Leipzig, ibbażat fuq ir-riċerka u l-monitoraġġ permanenti;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien tal-politika ta’ koeżjoni, biex jagħmlu użu aħjar mis-sinerġiji mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) għall-iżvilupp tat-territorju kollu; jirrakkomanda, in vista tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2013, koordinazzjoni mill-qrib bejn il-politika ta’ koeżjoni u dik tal-iżvilupp rurali, sabiex ikun hemm opportunajiet aħjar għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiz-zoni rurali;

7.

Jinnota li mhux ir-reġjuni metropolitani biss għandhom potenzjal ta’ innovazzjoni, u li numru ta’ zoni relattivament remoti u rurali qegħdin fuq quddiem fil-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Liżbona; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b’urġenza tħares iktar mill-qrib lejn il-fatturi ta’ suċċess ta’ dawn iz-zoni bil-ħsieb tal-ħolqien ta’ mudell ta’ żvilupp għall-bliet żgħar u ta’ daqs medju f’zoni rurali;

8.

Jenfasizza l-importanza ta’ ftehim ta’ sħubija u tal-qsim tal-funzjonijiet bejn iz-zoni urbani u rurali biex ikun hemm żvilupp bilanċjat u sostenibbli tat-territorju kollu kemm hu; jitlob lill-awtoritajiet urbani u rurali f’koperazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha biex jidentifikaw l-assi komuni u jipproduċu strateġiji konġunti reġjonali u sub-reġjonali għall-iżvilupp sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tal-għajxien u kwalità tal-ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni; jitlob lill-presidenzi futuri biex jagħmlu laqgħat informali tal-Ministri responsabbli mill-ippjanar tat-territorju u l-iżvilupp urban biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jikkunsidraw l-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig fir-reviżjoni tagħhom tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu aġġustamenti ta’ kwalità sabiex il-miri ta’ koeżjoni territorjali jiġu inkorporati b’mod aktar effettiv fil-politiki tal-UE; jikkunsidra li hemm bżonn li jittieħdu miżuri leġiżlattivi fis-snin li ġejjin sabiex dan isir;

10.

Jitlob lill-Kunsill, fir-reviżjoni tal-istrateġiji ta’ Liżbona u Göteborg (l-istrateġija ta’ żvilupp sostenibbli) fil-laqgħa għolja tar-Rebbiegħa 2008, biex jiddefinixxi l-interessi tal-politika territorjali u urbana bħala għanijiet;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni malajr ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda Territorjali u tiġi implimentata l-Karta ta’ Leipzig;

12.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri, fi spirtu ta’ governanza fuq diversi livelli vera li tieħu kont tad-diversità territorjali tal-Unjoni Ewropea u wkoll tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jinvolvu bis-sħiħ il-gvernijiet lokali u reġjonali, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi transkonfinali, u, fir-rispett tal-prinċipju tas-sħubija, biex jinvolvu l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u partijiet interessati privati fil-programmi ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig, u jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għal dawn l-isforzi; jenfasizza li dan il-bżonn ta’ ħidma flimkien għandu jkun meqjus f’dawl pożittiv mill-parteċipanti kollha nvoluti, minħabba li kien ippruvat li l-kollaborazzjoni koerenti hija effettiva;

13.

Ifakkar fl-irwol ewlieni li l-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandhom fil-prospettivi futuri ta’ żvilupp tar-reġjuni, u għalhekk jirrakkomanda, kif imsemmi fl-Aġenda Territorjali, li tkun integrata infrastruttura bħalma huma l-cables tal-broadband, fi programmi ġodda tat-trasport u tal-komunikazzjoni;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi sistematika tal-impatt territorjali tal-politiki rilevanti tal-UE, kif miftehma mill-Istati Membri skond il-linja ta’ azzjoni 2 tal-Ewwel Programm ta’ Azzjoni, u tagħmel ukoll evalwazzjoni tal-impatt territorjali tal-leġiżlazzjoni rilevanti ġdida; jinnota, f’dan il-kuntest, il-potenzjal tal-metodi ta’ evalwazzjoni żviluppati minn ESPON;

15.

Jirrikonoxxi li edukazzjoni ta’ kwalità għolja kemm qabel kif ukoll waqt żmien l-iskola, it-tagħlim tul il-ħajja, l-universitajiet u istituti oħra ta’ riċerka, huma fundamentali għall-iżvilupp futur tal-bliet u tar-reġjuni;

16.

Ifakkar li Natura 2000 hi strument importanti għall-iżvilupp territorjali Ewropew; jinsisti li r-rekwiżiti ta’ Natura 2000 jiġu implimentati b’mod sħiħ u li jinħolqu kuriduri ta’ pajsaġġ (landscape corridors) u netwerks ta’ spazji miftuħa bejn zoni protetti sabiex il-flora tkun tista titferrex u l-fawna tkun tista’ tiċċaqlaq liberament minn post għall-ieħor u b’hekk tiġi ppreservata l-bijodiversità;

17.

Jitlob li politika dwar oqsma ekonomiċi kreattivi tkun inkorporata fl-iżvilupp ġeografiku u urban bl-għan li jinħoloq qafas, bl-użu tal-istrumenti disponibbli (il-politika ta’ koeżjoni, l-ippjanar ġeografiku u urban) u kunsiderazzjoni għall-kwalità tal-ispazju, għat-titjib ta’ opportunitajiet għall-azzjoni kreattiva u innovattiva;

18.

Jikkunsidra neċessarju, fid-dawl tat-tendenzi demografiċi, li titjieb l-adattabilità tal-bliet u r-reġjuni, filwaqt li l-mira tkun fuq l-iżvilupp indipendenti u l-promozzjoni tal-ħidma volontarja;

19.

Jenfasizza li t-tendenzi demografiċi jwasslu għal sfidi ġodda fis-suq tax-xogħol, fl-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa u għad-djar fl-ippjanar b’mod ġenerali; jirrimarka li wieħed jista’ jikkunsidra t-tixjiħ tal-popolazzjoni bħala opportunità għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda f’suq li qed jikber u prodotti u servizzi ġodda li jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni ta’ età ikbar; jenfasizza li l-iżvilupp tal-hekk imsejħa “ekonomija tal-fidda” hu importanti fuq livell lokali u reġjonali;

20.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiggarantixxu bħala kwistjoni ta’ prinċipju madwar it-territorju tagħhom id-disponibilità, id-dritt tal-aċċess u l-aċċessibilità ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, sabiex persuni f’reġjuni differenti jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet u l-potenzjali speċifiċi tar-reġjun tagħhom; jitlob li jitqiesu b’mod partikulari il-bżonnijiet ta’ gruppi żvantaġġati bħalma huma l-persuni b’diżabilità, l-immigranti, il-minoranzi etniċi, persuni bla xogħol għal tul ta’ żmien u persuni li għandhom ftit kwalifiki u l-bżonnijiet partikulari tan-nisa; jitlob lill-Kummissjoni, fil-linji gwida tagħha għall-applikazzjoni tar-regolament ta’ qafas dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, biex tippermetti lill-awtoritajiet lokali li jikkunsidraw iktar il-bżonnijiet lokali u l-atturi lokali u biex ittejjeb l-adattabilità tagħhom;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-kompetenzi ġodda tal-Komunità għall-ippjanar ġeografiku skond it-Trattat ta’ Liżbona, biex tfassal komunikazzjoni li toħloq qafas tal-UE għall-evalwazzjoni tal-impatt territorjali fil-livell ta’ proġetti, li jikkunsidra l-ħidma tal-ESPON;

22.

Jinnota li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejnu u l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżdiedu fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ewwel Programm ta’ Azzjoni;

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon partikulari l-fatt li t-Trattat ta’ Liżbona jiddikjara l-koeżjoni territorjali, flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali, bħala għan tat-Trattat u jipprovdi għal kompetenza leġiżlattiva maqsuma għall-UE u l-Istati Membri f’dan il-qasam; jinnota li t-Trattat ta’ Liżbona jirrikonoxxi l-fatt li l-isfidi territorjali li jaffettwaw lill-gżejjer, lill-muntanji, lir-reġjuni tal-fruntieri u liz-zoni mbiegħda ħafna u bi ftit popolazzjoni għandhom jiġu ttrattati, minħabba li dawn għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività ġenerali tal-ekonomija tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkumplementa l-Ewwel Programm ta’ Azzjoni bi proposti speċifiċi għal miżuri u inizjattivi tal-UE;

24.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s’issa m’hemmx definizjoni miftiehma bejn kullħadd ta’ koeżjoni territorjali; u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-koeżjoni territorjali b’mod ċar u biex tagħmel lista tal-objettvi tal-iżvilupp territorjali fl-Unjoni Ewropea fil-Green Paper li se toħroġ dalwaqt dwar il-koeżjoni territorjali; jistenna li tingħata l-ogħla prijorità lill-objettiv li jiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, jgħixu fejn jgħixu fl-UE, jiġu offruti żvilupp u opportunitajiet indaqs ta’ żvilupp u aċċess;

25.

Jirrakkomanda aktar żvilupp tal-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Ġeografiku u jħeġġeġ l-involviment sħiħ tal-Istati Membri l-ġodda f’dan il-qafas ta’ politika;

26.

Jikkunsidra li hu importanti li jsiru evalwazzjonijiet regolari tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lil partijiet interessati kollha biex jevalwaw mhux biss il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ miżuri individwali tal-Ewwel Programm ta’ Azzjoni, iżda wkoll l-impatt ta’ dawn il-miżuri u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-iżvilupp ġeografiku sostenibbli fl-Unjoni Ewropea;

27.

Jitlob lill-Kunsill biex jiftiehem kemm jista’ jkun malajr fuq indikaturi sempliċi u kwantifikabbli għall-osservazzjoni tal-iżvilupp ġeografiku fl-EU; jitlob li l-iżvilupp annwali tal-art jkun stabbilit bħala wieħed mill-indikaturi tal-iżvilupp ġeografiku;

28.

Jinnota li dawn l-indikaturi jistgħu jintużaw bħala miri għall-gwida tal-iżvilupp ġeografiku; jipproponi li l-Kunsill u l-Kummissjoni jużaw dawn l-indikaturi għall-benchmarking bejn l-Istati Membri, u sabiex jibnu bażi tad-data tal-aħjar prattiki;

29.

Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kunsill li joħroġ rapport konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Ewwel Programm ta’ Azzjoni għal kull laqgħa informali tal-Kunsill; jipproponi li l-Kunsill jikkunsidra Programm ta’ Tagħlim Reċiproku (MLP) għall-iżvilupp ġeografiku Ewropew dwar skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

30.

Jenfasizza l-importanza li titjieb il-koordinazzjoni bejn l-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig; jiddispjaċih f’dan ir-rigward li l-Kunsill għadu m’adottax programm ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-miri tal-Karta ta’ Leipzig, u jitlob lill-presidenzi tal-ġejjieni biex jirrimedjaw dan in-nuqqas, u b’hekk jiżguraw segwitu sistematiku għall-Karta ta’ Leipzig;

31.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Slovena biex tipprepara u tippromwovi miżuri li jippruvaw isaħħu l-koordinazzjoni bejn l-iżvilupp territorjali u urban bil-ħsieb li jkunu aktar interkonnessi l-objettivi tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig;

32.

Jirreferi għall-konklużjonijiet tar-Raba’ Rapport ta’ Koeżjoni li fih il-bliet u z-zoni urbani qed jitqiesu bħala ċ-ċentri tal-popolazzjoni, saħħa ekonomika u innovazzjoni; jilqa’ l-proposti għall-ħolqien ta’ raggruppamenti reġjonali u urbani innovattivi li jaqsmu l-fruntieri kemm interni u kemm esterni tal-UE;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-ħidma tal-Verifika Urbana, biex jiġu stabbiliti indikaturi għall-benchmarking tas-sostenibilità tal-bliet kif stipulat fil-Karta ta’ Leipzig, bħal pereżempju l-konsum tal-enerġija per capita, l-użu tat-trasport pubbliku lokali bħala proporzjon tal-volum tat-trasport totali, u l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra per capita;

34.

Jenfasizza l-irwol prinċipali li l-bliet għandhom għar-realizzazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona u għalhekk isejjaħ għal strateġija ta’ żvilupp urban olistika u kkoordinata sew appoġġjata mil-livelli kollha tal-gvern kif ukoll tas-settur privat;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu interess ikbar fil-kwistjoni tat-tifrix tal-bliet; jitlob lill-Istati Membri, fid-dawl tal-problema tal-frammentazzjoni tal-kampanja u t-telf kontinwu ta’ art favur it-tkabbir urban fl-Istati Membri, biex jadottaw miżuri u strateġiji effettivi biex jirrestrinġu l-iżviupp tal-art;

36.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-iżvilupp urban intern fuq l-iżvilupp estern, jiġifieri li jagħtu prijorità lill-użu mill-ġdid, jew użu għal skopijiet oħra, ta’ bini diġà eżistenti, l-aktar permezz ta’ mmaniġġjar sostenibbli tal-art, qabel jibnu fuq art ġdida;

37.

Jilqa’ l-enfasi li qed issir fuq l-interkonnessjoni ta’ modi ta’ trasport mill-Karta ta’ Leipzig; jenfasizza l-importanza ta’ sistema ta’ trasport integrata u sostenibbli u l-irwol sinifikanti li l-infrastruttura mtejba għaċ-ċiklisti u għall-persuni bil-mixi jista’ jkollha, b’mod partikulari fil-bliet iktar kbar; jitlob lill-Kummissjoni biex tesplora mekkaniżmi iktar effettivi biex tapppoġġja l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp ta’ strateġiji għal networks integrati tat-trasport, b’mod partikulari f’reġjuni inqas żviluppati;

38.

Iqis li sabiex tinsab soluzzjoni effikaċi għall-ħtiġijiet dejjem jikbru għall-kwalità għolja ta’ ħajja fl-ibliet huwa indispensabbli li l-awtoritajiet jieħdu ħsieb li t-tagħmir tekniku tagħhom ikun konformi mal-istandards Ewropej; b’mod partikulari jikkunsidra li l-forniment ta’ ilma għax-xorb (pereżempju billi tittejjeb id-distribuzzjoni u l-kwalità tal-ilma) id-dikontaminazzjoni tal-ilma skartat (pereżempju billi jinqerdu l-komunikazzjonijiet jew billi jinħolqu komunikazzjonijiet ġodda) u kull tagħmir simili ieħor għandu jiġi adattat fl-iqsar żmien possibbli għad-dispożizzjonijiet ġodda tar-regolamenti;

39.

Jiddispjaċih li d-differenzi qed jiżdiedu, b’mod partikulari fir-reġjuni u l-bliet metropolitani fl-UE, imma wkoll fiz-zoni rurali; u jitlob lill-Istati Membri biex jittrattaw din il-problema b’aktar enerġija u biex jikkunsidrawha aktar meta jippjanaw il-programmi bil-ħsieb tal-għoti ta’ approprjazzjonijiet mill-fondi strutturali;

40.

Huwa tal-fehma li l-bliet għandhom responsabilità partikolari biex jilħqu l-objettivi tal-UE rigward il-klima għaliex qegħdin f’pożizzjoni unika li jagħtu soluzzjonijiet potenzjali biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-gass b’effett ta’ serra; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinkorporaw il-ħarsien tal-klima bħala għan orizzontali fl-iżvilupp urban;

41.

Jenfasizza l-fatt li l-investiment f’teknoloġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, bħall-miżuri ta’ prevenzjoni innovattiva, ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament, fl-aħħarnett joffri opportunitajiet sinifikanti ta’ kummerċ fuq perjodu twil ta’ żmien;

42.

Jinnota li z-zoni urbani jħossu ferm aktar l-effetti tal-bidla fil-klima meta n-nuqqas ta’ kurituri ta’ arja friska jwasslu għal temperatura aktar sħuna u għal konċentrazzjonijiet ta’ tniġġis ogħla;

43.

Jinsisti li għandhom jiżdiedu l-isforzi sabiex jitjiebu l-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali u territorjali, b’mod partikolari billi jingħelbu d-difetti fl-ambjent mibni, u billi jittejbu l-kundizzjonijiet ambjentali, waqt li tiġi segwita politika ta’ żvilupp bilanċjat għaz-zoni urbani, jiġifieri billi jiġu stabilizzati z-zoni problematiċi u jinħolqu zoni attraenti għall-għajxien, ix-xogħol u l-mistrieħ;

44.

Jitlob integrazzjoni aħjar ta’ kwartieri mċaħħda; jitlob lill-awtoritajiet komptenti tal-Istati Membri biex jidentifikaw is-sinjali ta’ twissija li juru li ċerti zoni sejrin lura u biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw politika ta’ integrazzjoni soċjali biex inaqqsu l-inugwaljanzi u jevitaw l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-irwol importanti li l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju għandhom fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u l-kompettività territorjali, mhux biss fi kwartieri mċaħħda, imma fiz-zoni urbani kollha;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ programmi futuri ta’ ffinanzjar inkluż is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, biex iżżid l-appoġġ tagħha għall-proġetti li jippromwovu l-iżvilupp u l-iskambju ta’ esperjenzi dwar l-immaniġġjar urban sostenibbi, il-promozzjoni ta’ prattiki u ta’ teknoloġiji li huma effiċjenti fir-rigward tal-enerġija, is-soluzzjoni ta’ problemi ambjentali urbani u l-kontribuzzjoni tal-bliet fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

46.

Huwa tal-fehma li tisħiħ tal-identità urbana u impenn attiv taċ-ċittadini fil-bliet jistgħu jikkontribwixxu sabiex l-implimentazzjoni tal-Karta ta’ Leipzig tkun suċċess; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iniedu djalogu territorjali ħalli jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-ippjanar biex tingħata ħajja ġdida u għall-iżvilupp taz-zoni urbani;

47.

Jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni u l-bliet tagħhom biex jagħtu aktar attenzjoni lill-ħolqien ta’ kultura ta’ ambjent mibni ta’ kwalità għolja (Baukultur) kif ukoll lid-disponibilità ta’ djar deċenti bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kullħadd bħala fatturi kruċjali għall-inklużjoni soċjali u għall-kwalità tal-ħajja fil-bliet fil-kuntest ta’ żvilupp urban sostenibbli, waqt li jagħtu attenzjoni partikulari lill-kwalità tal-ispazju pubbliku, b’mod partikulari permezz tad-disinn tal-arkitettura, bħala mezz li jtejjeb il-benesseri għaċ-ċittadini Ewropej;

48.

Jistieden lill-Kunsill, u partikolarment lill-Presidenzi tas-Slovenja u ta’ Franza, sabiex jibnu fuq il-progress li sar taħt il-Presidenzi tal-Ġermanja u tal-Portugal fir-rigward tal-koeżjoni territorjali u jkomplu jadottaw proposti f’dan ir-rigward; hu tal-fehma li, minħabba li l-enfasi attwalment kienet fuq il-bliet, ir-relazzjoni bejn il-belt u l-kampanja, u l-ippjanar tal-art, l-inizjattivi tal-ġejjieni għandhom jikkunsidraw aktar il-bżonnijiet ta’ reġjuni li għandhom żvantaġġi territorjali, bħalma huma l-gżejjer, il-muntanji, iz-zoni tal-fruntieri u zoni li huma mbiegħda ħafna jew bi ftit popolazzjoni;

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/101


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Timor Leste

P6_TA(2008)0070

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Timor Leste

2009/C 184 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Timor-Leste,

wara li kkunsidra il-laqgħa ta' informazzjoni għall-Kunsill tas-Sigurtà (il-5,432 laqgħa) mogħtija mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU),

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu biex josserva l-elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Repubblika Demokratika tat-Timor-Leste mis-27 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2007, immexxija minn Ana Gomes,

wara li kkunsidra l-istqarrija mill-Presidenza Portugiża f'isem l-Unjoni Ewropea tal-5 ta' Lulju 2007 dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi fit-Timor-Leste,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kunsill tas-Sigurta' tan-NU tal-11 ta' Frar 2008 li jikkundanna l-attakk fuq il-President Jose Ramos-Horta tat-Timor-Leste,

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' Javier Solana, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Barranija u ta' Sigurta' Komuni, tal-11 ta' Frar 2008, li jikkundanna l-attentati ta' qtil fit-Timor-Leste,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-tkeċċija, f'April 2006, ta' kważi 600 suldat fit-Timor-Leste, bħala reazzjoni għall-ilmenti tagħhom, wasslet għal kriżi tas-sigurtà serja ħafna fil-pajjiż, ikkaratterizzata minn konfrontazzjoni armata (bejn il-forzi armati u t-truppi mkeċċija u anki mal-forzi tal-pulizija), diżgwid tal-pulizija, rewwixti u vjolenza mifruxa ta' gruppi, li wasslu għall qtil ta' bosta nies, u għal ħafna iżjed midruba u 150 000 persuna ħarbu minn djarhom, u nofshom għadhom spostati f'kampijiet,

B.

billi din il-kriżi tas-sigurtà inkludit ukoll il-waqa' tal-gvern immexxi mill-Prim Ministru Mari Alkatiri f'Ġunju 2006, u l-ħatra ta' gvern ta' tranżizzjoni mmexxi minn José Ramos Horta,

C.

billi l-eks-Prim Ministru u rebbieħ tal-Premju Nobel, José Ramos Horta, ġie elett President tat-Timor-Leste fid-9 ta' Mejju 2007 u, wara l-elezzjonijiet parlamentari tat-30 ta' Ġunju 2007, l-eks-President Kay Rala Xanana Gusmão sar Prim Ministru tal-Pajjiż fis-6 ta' Awwissu 2007, filwaqt li għolew it-tamiet għall-istabilizzazzjoni definittiva tal-pajjiż u r-rispett xieraq għall-istituzzjonijiet demokratiċi,

D.

billi kompliet l-instabilità politika fit-Timor-Leste, minkejja l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ħielsa u paċifiċi u minkejja involviment iktar b'saħħtu mill-komunità internazzjonali taħt l-awspiċi tan-NU, bħala reazzjoni għall-appelli mill-awtoritajiet tat-Timor-Leste,

E.

billi ħafna minn din l-instabilità kienet konsegwenza tan-nuqqas ta' rispett għall-istat tad-dritt maħluqa mit-tmexxija tas-suldati li ma kienux affetwati li ħa f'idejh l-eks-Sindku Alfredo Reinado, li kien ħarab mill-ħabs fl-2006 u li serva bħala ispirazzjoni għal gruppi ta' żgħażagħ vjolenti fil-kapitali,

F.

billi, fil-11 ta' Frar 2008, dawn il-gruppi ribelli sparaw u darbu b'mod serju lill-President Ramos Horta, li jinsab f'qagħda kritika fi sptar Awstraljan, u fetħu n-nar fuq il-Prim Ministru Xanana Gusmão f'attakki separati iżda kkoordinati kontra t-tmexxija tal-pajjiż u l-istituzzjonijiet tal-Istat,

G.

billi l-parlament tat-Timor-Leste ddikjara stat ta' emerġenza li għadu fis-seħħ; billi l-gvern talab rinforzi għall-1,600 gwardjan tal-paċi diġà involuti fit-Timor-Leste,

H.

billi dawn l-attakki vjolenti kontra l-ogħla istituzzjonijiet statali u l-mexxejja eletti demokratikament tat-Timor-Leste huma konsegwenza tal-kriżi ta' April 2006, u dan jagħmilha evidenti li, minkejja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-Missjoni Integrata tan-NU fit-Timor-Leste (UNMIT) u tal-forzi internazzjonali, is-sigurtà nazzjonali effettiva u l-istat tad-dritt fit-Timor-Leste għadhom mhux qed jiffunzjonaw,

I.

billi osservaturi kkwalifikati ġibdu l-attenzjoni għan-nuqqas ta' reazzjoni f'waqtha u adegwata mill-Pulizija Internazzjonali tan-NU jew minn forzi internazzjonali oħra għall-attakki tal-11 ta' Frar 2008, bl-eċċezzjoni tal-intervent effettiv tal-Gwardja Nazzjonali Repubblikana Portugiża, meta ntalbet tintervjeni,

J.

billi l-attakki seħħew wara li l-President Ramos Horta involva ruħu personalment fl-isforzi biex tinstab soluzzjoni negozjata mar-ribelli; billi s-sekwenza eżatta tal-avvenimenti għadha m'hix ċara, u l-irwoli tal-forzi tas-sigurtà nazzjonali u internazzjonali jħalli ħafna mistoqsijiet li għad iridu jingħataw risposta,

K.

billi l-ekonomija tat-Timor-Leste tinsab f'qagħda ħażina, minkejja d-dħul miż-żejt tal-pajjiż, b'40 % tal-popolazzjoni li tgħix taħt il-livell tal-faqar u 60 % tal-popolazzjoni ta' tmintax-il sena u iżgħar, qgħad kbir, li qiegħed madwar 80 %, u rati ta' illiteriżmu għolja, qed toħloq kundizzjonijiet soċjali instabbli ħafna u qed iżżid il-potenzjal għal inkwiet ċivili,

L.

billi kemm l-UE u kif ukoll in-NU huma pubblikament impenjati li jappoġġjaw l-indipendenza, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fit-Timor-Leste, u dan jirrikjedi l-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Istat, governanza tajba, l-użu tajjeb tal-fondi statali biex tiġi indirizzata l-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad u biex jiġu promossi l-iżvilupp u l-ġustizzja soċjali, u jirrikjedi wkoll imġiba eżemplari min-naħa tal-ġirien tat-Timor-Leste,

M.

billi t-Timor-Leste huwa membru sħiħ tal-grupp ta' Stati tal-AKP u għalhekk l-Unjoni Ewropea għandha responsabilita' partikulari biex tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-governanza demokratika tiegħu, billi tgħin lill-istituzzjonijiet tat-Timor-Leste fl-isforz ewlieni meħtieġ għall-bini ta' kapacitajiet;

N.

billi għandu jittieħed kont tad-drittijiet sovrani inaljenabbli tal-poplu tat-Timor-Leste, b'mod partikulari fuq ir-riżorsi naturali tagħhom,

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-attentat ta' qtil tal-President Ramos Horta u jawguralu fejqan sħiħ u ritorn rapidu għat-tmexxija tal-pajjiż;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakk simultanju kontra l-Prim Ministru Xanana Gusmão, li furtunatament ħelisha ħafif, u jispera li l-Gvern Timoriż, flimkien mal-President u l-Parlament tat-Timor-Leste, jirnexxielhom jegħlbu dan it-theddid serju għall-istabilità tat-Timor-Leste u jikkoperaw biex jiġi żgurat ir-rispett għal-liġi u l-ordni u t-tħaddim normali ta' istituzzjonijiet demokratiċi, skond il-Kostituzzjoni;

3.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha fit-Timor-Leste biex ma jwettqux vjolenza, jinvolvu ruħhom fi djalogu u jipparteċipaw fil-proċess demokratiku fi ħdan il-qafas legali u kostituzzjonali, biex b'hekk jikkontribwixxu sabiex terġa' titrawwem stabilità soċjali u politika;

4.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-messaġġ ta' impunità u disrispett għall-istat tad-dritt li seta' twassal, fi sforz biex tiġi promossa rikonċiljazzjoni nazzjonali, mill-attitudni ambigwa tal-awtoritajiet Timoriżi, il-UNMIT u l-forzi tas-sigurtà internazzjonali lejn dawk il-persuni msejħa jiffaċjaw il-ġustizzja;

5.

Jikkundanni lil kwalunkwe persuna fit-Timor-Leste li tipprova tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni fraġli ta' wara l-attakki tal-11 ta' Frar 2008 u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jirrispettaw u jikkoperaw bis-sħiħ mal-korpi politiċi li rriżultaw mill-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari tal-2007;

6.

Jitlob inkjesta bir-reqqa fi ħdan il-qafas legali u kostituzzjonali tar-Repubblika Demokratika tat-Timor-Leste, bil-koperazzjoni u l-appoġġ internazzjonali meħtieġa, bil-għan li jiġi ċċarat kull dettal tal-attentat apparenti ta' kolp ta' stat u n-nuqqas min-naħa tas-sistema tas-sigurtà tal-pajjiż, li dawk responsabbli għal dawn l-attakki jitressqu quddiem il-ġustizzja; jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ ta' investigazzjoni konġunta dwar l-attakki min-Nazzjonijiet Uniti u mill-pulizija tat-Timor-Leste;

7.

Iħeġġeġ lill-forzi politiċi ewlenin fit-Timor-Leste, kemm dawk fil-poter u kif ukoll dawk fl-oppożizzjoni, biex jinvolvu ruħhom fi sforz li jinkludi l-partiti kollha biex jintlaħaq fehim nazzjonali b'urġenza dwar kwistjonijiet fundamentali dwar l-iffunzjonar tal-Istat, bħall-irwol tal-forzi armati, il-pulizija u t-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja; joffri l-appoġġ tiegħu għal sforzi ta' dan it-tip fost il-partiti parlamentari tat-Timor-Leste;

8.

Ifakkar li l-irwol tal-komunità internazzjonali, u b'mod partikulari tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tas-Sigurtà tagħhom, huwa ta' importanza vitali għall-proċess ta' konsolidazzjoni tal-istat tat-Timor-Leste u tal-indipendenza u s-sovranità tiegħu, u kif ukoll għat-tisħiħ tad-demokrazija f'dan in-nazzjon żagħżugħ;

9.

Jenfasizza l-importanza tal-imġieba tal-pajjiżi ġirien tat-Timor-Leste fir-rispett u l-ivvantaġġjar tal-istabilità tas-soċjetà tat-Timor-Leste u l-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi nazzjonali tagħha; jirrikonoxxi l-attitudni pożittiva tal-Indoneżja minn meta ġiet rikonoxxuta l-indipendenza tat-Timor-Leste u d-deċiżjonijiet tal-Awstralja u oħrajn li jgħinu;

10.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħeġġu lill-awtoritajiet tat-Timor-Leste u l-UNMIT biex jipprojbixxu, jiżbandaw u jiddiżarmaw il-gruppi paramilitari, il-gruppi armati u ċ-ċivili armati kollha, u biex iqajmu t-tħassib tal-Ewropa dwar kapaċità ta' sigurtà u rispett għall-istat tad-dritt bin-Nazzjonijiet Uniti u l-Gvern ta' Timor-Lest fil-laqgħat uffiċċjali kollha, u fl-ogħla livell;

11.

Jistieden lill-istituzzjonijiet internazzjonali biex jipprovdu appoġġ usa' biex jintlaħaq il-bżonn tat-Timor-Leste għal riforma tas-settur ta' sigurtà fraġli u politiċizzat tagħha, kif inhu essenzjali għal Stat demokratiku u sikur li jiffunzjona kompletament, permezz ta' proċess wiesa' ta' konsultazzjoni u approċċ sistematiku u komprensiv, kif rakkomandat mir-Riżoluzzjoni 1704(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-rapporti sussegwenti tan-NU; jistieden lill-Gvern tat-Timor-Leste biex jagħti prijorità għolja lil dak il-kompitu; jistiednu biex jieħu vantaġġ tal-kompetenza fl-Unità għall-Appoġġ tas-Settur tas-Sigurtà tan-NU biex iwettaq konsultazzjonijiet nazzjonali dwar riforma tas-settur tas-sigurtà; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lil donaturi internazzjonali oħra biex jistabbilixxu mekkaniżmu biex titjieb il-koordinazzjoni tal-assistenza lis-settur tas-sigurtà; jistieden lill-UNMIT biex tagħti lill-Unità għall-Appoġġ tas-Settur tas-Sigurtà r-riżorsi u l-istaff biex jassistu l-proċess ta' konsultazzjoni u r-reviżjoni komprensiva;

12.

Jirrakkomanda li d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet tat-tribunali jiġu rispettati immedjatament u infurzati kompletament mill-awtoritajiet tat-Timor-Leste, bl-appoġġ, kull meta jkun meħtieġ, tal-forzi internazzjonali fil-pajjiż;

13.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Istat tat-Timor-Leste u lill-UNMIT biex jiddefendu l-istat tad-dritt, jiġġieldu l-impunità ta' reati u jiżguraw konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd fit-Timor-Leste, b'mod speċjali l-pulizija u l-forzi armati;

14.

Itenni r-rikonoxximent tiegħu tal-bżonn tat-Timor-Leste għal appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju fil-bini tal-infrastruttura u l-istrutturi amministrattivi li huma essenzjali biex terġa' tibda l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tagħha, u fit-tisħiħ tal-ekonomija tat-Timor-Leste u l-promozzjoni tal-impjiegi; jitlob it-tkomplija tal-appoġġ mill-komunità internazzjonali biex jittaffa' l-faqar fit-Timor-Leste u tiġi provduta assistenza biex jerġgħu jinbnew l-istrutturi fiżiċi u amministrattiva meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tat-Timor-Leste;

15.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-komunità internazzjonali, u b'mod partikulari lill-pajjiżi ġirien u tal-ASEAN, biex iżommu u jżidu l-appoġġ meħtieġ għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' kultura demokratika fit-Timor-Leste, b'attenzjoni fuq kultura ta' diversi partiti, il-libertà tal-kelma u l-bini tal-istituzzjonijiet — speċifikament il-parlament, il-gvern, il-ġudikatura, l-aġenziji tas-sigurtà, tad-difiżi u tal-infurzar tal-liġi — u biex jassistu fl-estensjoni urġenti tal-kopertura medjatika għall-pajjiż sħiħ, u kif ukoll fit-tisħiħ tan-netwerks għall-edukazzjoni u s-saħħa u tal-infrastruttura tad-djar, tas-sanità u tal-provvista tal-ilma;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef u tikkonkludi l-installazzjoni ta' delegazzjoni li tiffunzjona kompletament f'Dili;

17.

Jirrakkomanda li tinbagħat delegazzjoni parlamentari ad hoc fit-Timor-Leste biex terġa' tevalwa l-qagħda politika, tesprimi solidarjetà mal-forzi u l-istituzzjonijiet demokratiċi u ġġedded l-offerta ta' assistenza mill-Parlament Ewropew għall-iffunzjonar demokratiku tal-Parlament tat-Timor-Leste;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Timor-Leste, lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Barranija u s-Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-AKP, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvernijiet tal-Awstralja u tal-Indoneżja, lis-Segretarju Ġenerali u s-Segretarjat tal-ASEAN, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Timor-Leste u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/104


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Il-Belarus

P6_TA(2008)0071

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-Belarus

2009/C 184 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-qagħda fil-Belarus, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-19 ta' Marzu 2006 (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2006 dwar ir-rieda min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex iġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u l-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP),

wara li kkunsidra l-Premju Sakharov għal-libertà tal-ħsieb, li ngħata lill-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarus fl-14 ta' Diċembru 2004 u lil Aleksander Milinkevich fit-13 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi huwa ikkundanna bosta drabi l-falliment tal-elezzjonijiet presidenzjali, parlamentari u politiċi fil-Belarus,

B.

billi l-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iressqu proposti biex jagħmlu pressjoni ulterjuri fuq ir-reġim ta' Lukashenko f'organizzazzjonijiet internazzjonali u talab li jitressaq pakkett sħiħ ta' sanzjonijiet speċifiċi u mmirati — li jikkastigaw serjament lil dawk li qed iwettqu l-oppressjoni mingħajr ma jżidu aktar tbatija liċ-ċittadini tal-Belarus,

C.

billi huwa ikkundanna b'mod partikolari l-fatt li d-demokrazija lokali, li hija fundamentali f'kull treġija demokratika u li tesprimi r-rieda ta' persuni ordinarji li jiksbu t-tamiet u l-aspettattivi ġenwini tagħhom, ma kinitx ikkunsidrata u anzi kienet injorata fil-Belarus,

D.

billi l-pressjoni politika u amministrattiva kontinwa fuq organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Belarus qed thedded l-eżistenza tagħhom u ddgħajfilhom l-indipendenza,

E.

billi f'Jannar 2008 kien hemm serje ta' protesti ta' imprendituri f'Minsk, u l-mexxejja ta' dawn id-dimostrazzjonijiet ġew miżmuma u bosta drabi msawta,

F.

billi dan l-aħħar seħħew żviluppi pożittivi dwar il-ħolqien tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Minsk,

1.

Jiddispjaċih ħafna li s-sitwazzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt mhijiex titjieb fil-Belarus; jinnota li arresti arbitrarji kontinwi ta' membri tas-soċjetà ċivili u attivisti tal-oppożizzjoni, b'mod partikolari ż-żamma temporanja ta' Aleksander Milinkevich, u s-sikkatura fuq il-media indipendenti, tmur kontra r-retorika tal-Gvern tal-Belarus rigward ix-xewqa tiegħu li jtejjeb ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea;

2.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar is-sentenza ta' tliet snin ħabs għall-ġurnalist Aliaksandr Zdvizhkov, u jqis li l-kastig huwa aħrax wisq, kif ukoll jistieden lill-Gvern tal-Belarus biex jerġa' jikkunsidra din id-deċiżjoni;

3.

Jieħu nota tal-ħelsien riċenti ta' bosta attivisti tal-oppożizzjoni demokratika inklużi l-mexxejja taż-Żgħażagħ tal-Front Popolari tal-Belarus u l-Front Żagħżugħ (Malady Front), fl-istess ħin jikkundanna l-arresti ta' dawn l-attivisti, li ġew miżmuma għal 15-il-jum fil-ħabs u kienu se jitkeċċew mill-università, wara d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tas-16 ta' Jannar 2008 f'Minsk biex jiġi ċċelebrat il-jum ta' solidarjetà u jitfakkru l-attivisti tal-oppożizzjoni tal-Belarus li ġew arrestati u l-familji ta' persuni prominenti fil-Belarus li sfaw nieqsa;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jilliberaw immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet il-priġunier politiku li fadal, Alyaksandr Kazulin, u jieqfu jużaw l-intimidazzjoni, il-fastidju, l-arresti mmirati u l-prosekuzzjonijiet motivati politikament kontra l-attivisti tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili fil-Belarus;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżviluppi riċenti dwar il-ftehimiet biex tiġi stabbilita d-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Minsk bħala pass pożittiv lejn it-tiġdid tad-djalogu mal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża l-potenzjal sħiħ derivat mill-ftuħ tad-delegazzjoni;

6.

Ifakkar li fil-21 ta' Novembru 2006 l-Unjoni Ewropea ddikjarat li lesta ġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u l-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-ENP hekk kif il-Gvern tal-Belarus juri rispett għall-valuri demokratiċi u għad-drittijiet bażiċi tal-poplu tal-Belarus;

7.

Jenfasizza li sabiex jinvolvi ruħu fi kwalunkwe djalogu sostanzjali mal-UE, il-Belarus jeħtieġ jimplimenta l-kondizzjonijiet li fadal, stipulati fin-“non-paper” bit-titlu X'tista' tagħti l-UE lill-Belarus, li tinkludi l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, it-tneħħija tal-pieni tal-mewt, l-assigurazzjoni ta' midja ħielsa u l-libertà ta' espressjoni, l-indipendenza tal-ġudikatura kif ukoll ir-rispett għall-valuri demokratiċi u għad-drittijiet bażiċi tal-poplu tal-Belarus;

8.

Jinkundanna l-fatt li l-Belarus huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt, li tmur kontra l-valuri Ewropej;

9.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jirrevokaw id-Digriet Nru 70 tat-8 ta' Frar 2008, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jiksru d-dritt tal-edukazzjoni taċ-ċittadini tal-Belarus billi joħolqu xkiel meta jippruvaw jidħlu fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla;

10.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jimplimentaw l-istandards tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin maħsuba għat-28 ta' Settembru 2008; jistieden lill-Gvern biex jagħti aċċess lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika għall-kummissjonijiet tal-elezzjoni distrettwali, jagħti r-reġistrazzjoni lill-kandidati parlamentari kollha u l-osservaturi tagħhom, u ma joħloqx xkiel biex il-missjoni ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet tkun kompluta u sħiħa;

11.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi ulterjuri lejn il-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża għaċ-ċittadini tal-Belarus, għaliex dan biss jista' jgħin biex jitwettaq l-għan ewlieni tal-politika tal-UE lejn il-Belarus, jiġifieri li jiġu ffaċilitati u intensifikati l-kuntatti bejn il-popli u biex il-pajjiż ikollu d-demokrazija; iħeġġiġhom f'dan il-kuntest biex iqisu l-possibilitajiet li jneħħu l-ispiża tal-viża għaċ-ċittadini tal-Belarus li jkunu deħlin fiż-żona ta' Schengen, li huwa l-uniku mod kif jiġi evitat li l-Belarus u ċ-ċittadini tiegħu jkunu aktar iżolati;

12.

Jistieden lill-Istati Membri fiż-żona ta' Schengen biex jużaw l-għodda kollha disponibbli (l-ispejjeż tal-viża nazzjonali) biex jiffaċilitaw il-moviment taċ-ċittadini tal-Belarus fi ħdan it-territorju ta' kull Stat Membru;

13.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-komunità internazzjonali bħala entità sħiħa biex jagħtu aktar appoġġ lis-soċjetà ċivili tal-Belarus u, b'mod partikolari, biex tiżdied l-għajnuna finanzjarja lill-media indipendenti, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-istudenti tal-Belarus li jistudjaw barra l-pajjiż; jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Kummissjoni lill-Università tal-istudji Umanistiċi tal-Ewropa f'Vilnius (il-Litwanja); jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu l-għoti ta' appoġġ finanzjarju għall-proġett eżistenti mmirat lejn il-ħolqien tal-istazzjon tat-televiżjoni indipendenti “Belsat” fil-Belarus;

14.

Jesprimi s-solidarjetà mal-oppożizzjoni demokratika magħquda tal-Belarus u l-mexxejja tal-moviment demokratiku, Aleksander Milinkevich, u ċ-ċittadini kollha tal-Belarus li qed jirsistu għal Belarus indipendenti, miftuħ u demokratiku bbażat fuq l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-mexxejja tal-oppożizzjoni biex juri għaqda u determinazzjoni bejniethom fl-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin;

15.

Jiddeplora d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Belarus li ripetutament ċaħdu viżi ta' dħul lill-Membri tal-Parlament Ewropew u l-parlamentari nazzjonali f'dawn l-aħħar sentejn; jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex ma joħolqux xkiel ulterjuri, għad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Belarus, biex iżuru l-pajjiż u jiksbu esperjenza u jagħmlu osservazzjonijiet diretti fil-Belarus;

16.

Jikkundanna r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tal-Belarus fuq membri tal-kleru barranin bil-għan li jillimitaw l-aċċess tagħhom għall-pajjiż ħalli jaqdu organizzazzjonijiet reliġjużi, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex iwaqqfu dawn ir-restrizzjonijiet;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblei Parlamentari tal-OSCE u tal-Kunsill tal-Ewropea, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Belarus.


(1)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p.304.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/106


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Kivu tat-Tramuntana (Repubblika Demokratika tal-Kongo)

P6_TA(2008)0072

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Kivu tat-Tramuntana

2009/C 184 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-istupru bħala reat tal-gwerra (1), u wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE tat-22 ta' Novembru 2007 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-Lvant tal-pajjiż, u l-impatt fuq ir-reġjun,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ir-rispons tal-UE għas-sitwazzjonijiet fraġli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità- l-involviment f'ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi (COM(2007)0643) u d-dokument ta” ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li huwa mehmuż mal-Komunikazzjoni (SEC(2007)1417),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-riżultati tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikulari, il-paragrafi 138 sa 140 tiegħu dwar ir-responsabiltà tal-protezzjoni tal-popolazzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 (5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, mill-1998, il-kunflitt li qed jolqot l-RDK qatel 5 400 000 persuna, u billi ikompli jkun il-kawża, b'mod dirett jew indirett, tal-mewt ta' 1 500 persuna kuljum,

B.

billi l-ġlied bejn l-armata Kongoliża, it-truppi ribelli tal-Ġeneral megħlub Laurent Nkunda u l-ġellieda tal-Forzi Demokratiċi għal-liberazzjoni tal-Irwanda (FDLR, imsejħa wkoll Interhamwes) ilhom xhur twal jikkawżaw tbatija enormi għall-popolazzjoni ċivili tar-reġjun ta' Kivu tat-Tramuntana,

C.

billi f'dawn l-aħħar 18-il xahar twettqu massakri, stupri ta' tfajliet, ta' ommijiet u ta' nanniet, kien hemm reklutaġġ sfurzat ta' persuni ċivili u ta' suldati tfal kif ukoll għadd kbir ta' atti vjolenti u ta' abbużi gravi oħra tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kemm mit-truppi ribelli ta' Laurent Nkunda kif ukoll mill-ġellieda tal-FDLR u l-armata Kongoliża nnifisha,

D.

billi l-MONUC (Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) għandha mandat, taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li jawtorizzaha biex tuża l-mezzi kollha meħtieġa biex ixxekkel kull attentat tal-użu tal-forza li jhedded il-proċess politiku min-naħa ta' kwalunkwe grupp armat, Kongoliż jew barrani, b'mod partikulari mill-ex-FAR (Forzi Armati tal-Irwanda) u l-ġellieda Interhamwes, u biex jiġu protetti l-persuni ċivili li qed jiffaċċjaw it-theddida imminenti tal-vjolenza fiżika,

E.

billi fil-25 ta' Jannar 2008 r-rappreżentant speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ħabbar li se jintbagħtu osservaturi biex jissorveljaw il-waqfien mill-ġlied fit-territorji kollha li qabel kienu okkupati mill-gruppi armati, u li l-istaff militari u ċivili fl-uffiċċju tal-MONUC ġewwa Goma se jissaħħaħ,

F.

billi impenji dwar id-demobilizzazzjoni progressiva u dwar l-introduzzjoni ta waqfien mill-ġlied, magħmula fit-23 ta' Jannar 2008 fil-Konferenza għall-Paċi, għas-Sigurtà u għall-Iżvilupp li saret f'Goma, liema wegħdiet kienu jinkludu waqfien mill-ġlied mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt, id-diżarm tal-forzi kollha mhux governattivi, ir-ritorn u l-installazzjoni mill-ġdid tal-persuni kollha spustjati fil-Lvant tar-RDK, kif ukoll it-twaqqif ta' mekkaniżmu temporarju għall-kontroll tal-waqfien mill-ġlied,

G.

billi d-dettalji prattiċi ta' din id-demobilizzazzjoni għadhom ma ġewx iċċarati mill-Kummissjoni teknika konġunta għall-paċi u għas-sigurtà, taħt il-ko-presidenza tal-gvern tal-RDK u tal-medjatur internazzjonali dwar dan l-impenn,

H.

billi l-FDLR, li l-ġellieda tagħhom kienu ħadu rifuġju fir-reġjun, huma involuti fil-ġlied,

I.

wara li kkunsidra li l-armata Kongoliża m'għandhiex ir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex twettaq il-ħidma tagħha fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, u li din hija r-raġuni ewlenija għaliex l-armata tirrappreżenta theddida għall-popolazzjoni, minflok forza li taħdem għas-servizz tal-popolazzjoni u favur il-paċi,

J.

billi huwa neċessarju li tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, biex jiġu konsolidati l-paċi u d-demokrazija, biex ikun hemm promozzjoni tal-istabilità u tal-iżvilupp fir-reġjun, għall-benessri tal-popli kollha tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar,

K.

billi saret laqgħa fil-Kinshasa fit-3 ta' Settembru 2007 bejn Mbusa Nyamwisi u Charles Murigande, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Kongo u tal-Irwanda rispettivament, bħala parti mill-isforzi biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana,

L.

billi saret laqgħa f'Beni bejn it-28 u t-30 ta' Jannar 2008, taħt il-ko-presidenza ta' Chikez Diemu u ta' Crispus Kiyonga, il-Ministri tad-Difiża tar-RDK u tal-Uganda rispettivament,

M.

wara li kkunsidra li, mill-aħħar tal-2006, il-kunflitt li qed jolqot lir-RDK wassal ukoll biex madwar 400 000 persuni jkunu sfurzati jaħarbu minn djarhom, u billi bħalissa hemm total ta' 800 000 persuna spustjata fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana,

N.

billi l-gwerra ċivili, li ilha għaddejja għal tliet snin, kienet karatterizzata mis-sakkeġġ sistematiku tar-rikkezzi tal-pajjiż mill-alleati u mill-għedewwa tal-Gvern Kongoliż,

O.

billi, sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fil-qasam tas-saħħa u tnaqqis fir-rata tal-mortalità fir-RDK b'mod ġenerali u fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana b'mod partikulari, se jkunu meħtieġa bosta snin ta' impenn sod u investiment finanzjarju sostanzjali, kemm min-naħa tal-Gvern Kongoliż kif ukoll min-naħa tal-komunità internazzjonali,

P.

billi fit-3 ta' Frar 2008, terremot ta' forza 6 fuq l-iskala Richter affettwa r-reġjun tal-Lagi l-Kbar u, b'mod partikulari, il-bliet ta' Bukavu u ta' Goma, kif ukoll l-inħawi tagħhom, li diġà kienu milquta b'mod qawwi mill-kunflitti, u dan wassal għal imwiet, persuni midruba u ħsarat materjali importanti,

Q.

billi bosta organizzazzjonijiet umanitarji kellhom jissospendu l-attivitajiet tagħhom wara l-ostilitajiet fl-aħħar tal-2007, filwaqt li ċ-ċentri tas-saħħa m'għandhomx provvisti jew ġew abbandunati mill-istaff mediku tagħhom,

R.

billi l-organizzazzjoni Médecins Sans Frontières (MSF) irrappurtat li fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, il-popolazzjonijiet lokali u spustjati qed isiru dejjem aktar dgħajfa, u li l-ġlied li għadu għaddej mhux qed iħalli lis-servizzi tal-għajnuna jkollhom aċċess għal ċerti żoni li jeħtieġu l-ikel u l-għajnuna medika b'mod urġenti,

S.

billi bħalissa n-nutriment fqir huwa aspett ieħor tal-vulnerabiltà estrema tal-popolazzjoni tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, u billi d-data meħuda mill-programmi tal-għajnuna medika tal-MSF tagħti indikazzjoni allarmanti tal-livell tan-nuqqas ta' ikel f'Kivu tat-Tramuntana, fattur li jnissel biża' dwar dawk il-familji li ma jistgħux jintlaħqu mill-għajnuna,

1.

Jesprimi l-istmerrija qawwija tiegħu rigward il-massakri u r-reati kontra l-umanità li ilhom jitwettqu għal snin twal wisq fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, u jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali kompetenti kollha sabiex, b'mod sistematiku, ifittxu lill-persuni ħatja u jressquhom quddiem il-Qorti, huma min huma, u jitlob lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex, b'mod urġenti, jieħu l-miżuri kollha possibbli sabiex b'mod ġenwin ma jitħallewx isiru aktar attakki fuq il-popolazzjonijiet ċivili tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana;

2.

Jinnota li, minkejja l-mandat wiesa' tagħha, il-MONUC ma kellhiex riżorsi biżżejjed biex tkun tista' tipprevjeni dawn il-massakri, l-istupri, is-sakkeġġ, ir-reklutaġġ sfurzat tal-persuni ċivili u tas-suldati tfal u għadd enormi ta' atti oħra ta' vjolenza u ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u għalhekk jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li t-tisħiħ reċenti tal-MONUC iwassal għal titjib sinifikanti fis-sigurtà tal-popolazzjonijiet tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, u jekk dan ma jkunx il-każ, sabiex iħeġġu lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jagħti lill-MONUC il-mezzi biex twettaq il-missjoni tagħha, l-ewwelnett il-ħarsien effettiv u dejjiemi tal-popolazzjoni ċivili tar-reġjun;

3.

Jitlob li ma jkun hemm l-ebda tolleranza tal-vjolenza sesswali fir-rigward tal-bniet u tan-nisa, aġir li jintuża bħala arma tal-gwerra, u jitlob kastigi ħorox kontra l-persuni ħatja minn dawn ir-reati; ifakkar fl-importanza tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa riproduttiva f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u fil-kampijiet tar-rifuġjati;

4.

Jilqa' bi pjaċir, wara li qies il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt li qed jolqot lill-Lvant tar-RDK, il-fatt li qed issir il-Konferenza għall-Paċi f'Goma; jenfasizza, madankollu, minbarra n-nuqqas notevoli ta' rappreżentanti ta' Interhamwes (FDLR), il-fraġilità tal-wegħdiet ta' demobilizzazzjoni u tal-impenn għall-waqfien mill-ġlied li saru fit-23 ta' Jannar 2008 fit-tmiem ta' din il-Konferenza, u jkompli għalhekk iħeġġeġ lill-atturi kollha f'dan il-konflitt biex jaħdmu bla waqfien għall-paċi u biex jitwaqqfu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għar-rispett tal-liġi internazzjonali umanitarja, biex iwaqqfu kull attakk dirett fuq persuni ċivili u biex jippermettu li l-organizzazzjonijiet umanitarji jkunu jistgħu jgħinu lill-popolazzjoni ċivili;

5.

Ifakkar li d-dettalji prattiċi ta' din id-demobilizzazzjoni għad iridu jiġu preċiżati fil-qafas tal-kummissjoni teknika konġunta għall-paċi u s-sigurtà taħt il-kopresidenza tal-Gvern tar-RDK u tal-faċilitazzjoni internazzjonali ta' dan l-impenn, u jitlob għalhekk li din il-Kummissjoni tiġi kostitwita kemm jista' jkun malajr biex jiġu finalizzati l-kwistjonijiet ta' demobilizzazzjoni;

6.

Jilqa' bi pjaċir il-laqgħa li saret bejn il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Kongo u tal-Irwanda f'Settembru 2007 u jitlob lill-awtoritajiet Irwandiżi biex jinolvu ruħhom konkretament fid-diversi tentattivi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitt fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, partikolarment fir-rigward tal-prosekuzzjonijiet legali, tad-diżarm, tad-demobilizzazzjoni u tar-ripatrijazzjoni tal-Interhamwes preżenti fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana;

7.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrilaxxaw il-fondi ta' emerġenza, minħabba s-serjetà estrema tal-qagħda umanitarja li jridu jiffaċċjaw il-popolazzjonijiet tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana mhux biss minħabba l-kunflitti li għadhom qed jolqtu lir-reġjun tagħhom imma anke minħabba t-terremot tat-3 ta' Frar 2008 li għadda, u biex jgħassu li l-ħaddiema umanitarji jkunu jistgħu iwettqu l-missjoni tagħhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli;

8.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, b'effett immedjat, jimplimentaw programmi ta' għajnuna medika fuq skala kbira għall-popolazzjonijiet ċivili tal-Lvant tar-RDK, sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet immedjati tal-popolazzjoni kif ukoll tiġi antiċipata r-rikostruzzjoni tar-reġjun li ser tkun meħtieġa;

9.

Jitlob li jiġu implimentati b'mod effettiv mekkaniżmi ta' kontroll, bħall-proċess ta' Kimberley, f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifkazzjoni tal-oriġini tar-riżorsi naturali importati fis-suq tal-Unjoni;

10.

Jitlob lill-Kunsill kif ukoll lil kull Stat Membru biex jagħtu għajnuna speċifika intenzjonata għall-popolazzjonijiet tal-Lvant tar-RDK;

11.

Jitlob lill-missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, prevista għax-xahar ta' Marzu 2008, biex tirraporta lura lilu;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lir-Rappreżentant Għoli tas-CFSP, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, lill-President kif ukoll lill-parlament u lill-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, lill-President kif ukoll lill-parlament u lill-gvern tar-Repubblika tal-Irwanda.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0022.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0540.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/110


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava

P6_TA(2008)0047

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))

2009/C 184 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Claudio Fava, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b'konnessjoni mal-proċeduri ċivili li nbdew kontrieh quddiem il-Qorti Ċivili ta' Marsala fid-29 ta' Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja tas-6 ta' Ġunju 2007

wara li sema' lil Claudio Fava, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0007/2008),

1.

Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava,;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-Kumitat responsabbli lill-awtoritajiet ikkonċernati tar-Repubblika Taljana.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vFohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/111


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak

P6_TA(2008)0048

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak (2007/2130(IMM))

2009/C 184 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Witold Tomczak għall-ħarsien tal-immunità tiegħu f'rabta mal-każ kriminali mmexxi mill-Qorti Distrettwali f'Ostrów Wielkopolski, il-Polonja, li saret fil-21 ta' Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta' Mejju 2007,

wara li sema' lil Witold Tomczak fl-4 ta' Ottubru 2007 skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz tas-suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Pollakka,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0008/2008),

A.

billi Witold Tomczak kien elett għall-Parlament Pollakk (Kamra tad-Deputati, Sejm) fil-21 ta' Settembru 1997 u fit-23 ta' Settembru 2001; billi, wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Adeżjoni fis-16 ta' April 2003 sar Osservatur; billi kien Membru tal-Parlament Ewropew mill-1 ta' Mejju 2004 sad-19 ta' Lulju 2004; billi kien ġie elett għall-Parlament Ewropew fit-13 ta' Ġunju 2004 u ż-żmien tal-kariga tiegħu fil-Parlament Pollakk għalaq fis-16 ta' Ġunju 2004,

B.

billi Witold Tomczak huwa akkużat li insulenta żewġ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta' dmirijiethom f'Ostrów Wielkopolski fis-26 ta' Ġunju 1999 bi ksur tal-Artikolu 226(1) tal-Kodiċi Penali Pollakk; billi wara li Witold Tomczak naqas għal numru ta' drabi li jidher waqt is-seduti ta' smigħ, il-Qorti Distrettwali f'Ostrów Wielkopolski iddeċidiet fl-10 ta' Jannar 2005, skond l-Artikolu 377(3) tal-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Kriminali, li tibqa' għaddejja bil-ġuri in absentia,

C.

billi, skond l-Artikolu 9 tal-Att tat-23 ta' Jannar 2004 dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, “Persuna tkun eliġibbli għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li jinżammu fir-Repubblika tal-Polonja jekk hi […] ma tkunx ġiet misjuba ħatja ta' xi reat kommess intenzjonalment u mħarrka bi proċess ta' akkuża …”; billi l-Artikolu 142, paragrafu 1(1) tal-Att jiddikjara li “It-telfa tad-dritt għal siġġu li jkollu Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun ir-riżultat tat-telfa tad-dritt għall-eliġibilità”; billi ma teżisti l-ebda dispożizzjoni bħal din fl-Att tat-12 ta' April 2001 dwar l-elezzjonijiet għas-Sejm u s-Senat tar-Repubblika tal-Polonja (il-parlament Pollakk);

D.

billi Witold Tomczak kien preċedentement (fid-29 ta' April 2005) talab lill-Parlament iħares l-immunità tiegħu f'dawn il-proċeduri kriminali; billi l-Parlament iddeċieda fil-plenarja fl-4 ta' April 2006 li ma jħarisx l-immunità tiegħu, minkejja li s-Sur Tomczak kien bagħat ittra qabel ma saret is-seduta plenarja li biha kien allega li kien se jirtira l-applikazzjoni aktar bikrija tiegħu għall-ħarsien tal-immunità tiegħu,

E.

billi Witold Tomczak qed jgħid li l-imħallef li qed jippresjedi l-każ m'huwiex oġġettiv, u li l-possibilità li l-ġuri jsir in absentia jkun qed jikser il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza,

F.

billi Witold Tomczak jilmenta li l-Qorti Distrettwali m'hijiex tagħtih aċċess għall-fajls fil-każ u li l-proċeduri kriminali kontrih huma mxaqilba għax fittex li jisfida l-legalità tal-azzjonijiet tal-pulizija lokali u tal-prosekutur lokali,

G.

billi, fuq il-bażi tat-tagħrif miksub, Witold Tomczak m'huwiex protett bl-immunità parlamentari fir-rigward tal-ebda waħda mill-affermazzjonijiet li nġiebu għall-attenzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew,

1.

Jiddeċiedi li ma' jħarisx l-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak.


(1)  Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.


Parlament Ewropew

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/113


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l- Iżrael, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ***

P6_TA(2008)0036

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (15061/2007 — COM(2007)0464 — C6-0445/2007 — 2007/0165(AVC))

2009/C 184 E/21

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0464),

wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (15061/2007),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, b'mod konġunt mal-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0445/2007)

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0025/2008),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Istat tal-Iżrael.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/114


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l-Eġittu, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ***

P6_TA(2008)0037

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13199/2007 — COM(2007)0487 — C6-0438/2007 — 2007/0180(AVC))

2009/C 184 E/22

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0487),

wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (13199/2007),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0438/2007),

wara li kkunsidra r-Regoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0026/2008),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/114


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
L-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) ***I

P6_TA(2008)0038

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2007)0669 — C6-0394/2007 — 2007/0230(COD))

2009/C 184 E/23

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0669),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0394/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0012/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/115


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
L-installazzjoni ta' dwal u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0039

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta' dwal u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0192 — C6-0108/2007 — 2007/0066(COD))

2009/C 184 E/24

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0192),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251, paragrafu 2, u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli, il-proposta ġiet preżentata lilu mill-Kummissjoni (C6-0108/2007),

wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' xogħol mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0022/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/116


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
Pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0040

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0344 — C6-0193/2007 — 2007/0119(COD))

2009/C 184 E/25

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0344),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0193/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0016/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/116


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0041

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0451 — C6-0252/2007 — 2007/0162(COD))

2009/C 184 E/26

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0451),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0252/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar — Metodu ta’ ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0017/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/117


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0042

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0462 — C6-0256/2007 — 2007/0166(COD))

2009/C 184 E/27

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0462),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li b'konformità magħhom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0256/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0018/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/118


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Livell ta’ storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0043

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0588 — C6-0344/2007 — 2007/0205(COD))

2009/C 184 E/28

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0588),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0344/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 — Metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0019/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/118


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
L-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata) ***I

P6_TA(2008)0044

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0667 — C6-0397/2007 — 2007/0235(COD))

2009/C 184 E/29

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0667),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0397/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0020/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/119


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
L-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2008)0045

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0587 — C6-0392/2007 — 2007/0206(CNS))

2009/C 184 E/30

(Proċedura ta’ konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0392/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0021/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/120


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Ftehim KE/Żvizzera dwar il-programm MEDIA 2007 *

P6_TA(2008)0046

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 — C6-0328/2007 — 2007/0171(CNS))

2009/C 184 E/31

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0477),

wara li kkunsidra l-Artikolu 150(4) u l-Artikolu 157(3), flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0328/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0512/2007),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Żvizzera.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/120


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
It-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) ***II

P6_TA(2008)0049

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) (11272/6/2007 — C6-0354/2007 — 2005/0246(COD))

2009/C 184 E/32

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11272/6/2007 — C6-0354/2007) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0608),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0011/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.

Jiġbed l-attenzjoni li l-att huwa mwaqqaf skond il-pożizzjoni komuni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-Att flimkien mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254 (1) tat-Trattat KE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu ġew ikkumpletati kif xieraq, u bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 298 E, 11.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 82.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/121


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
L-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ***I

P6_TA(2008)0050

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ((COM(2006)0866 — C6-0033/2007 — 2006/0290(COD))

2009/C 184 E/33

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0866),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0033/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0488/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
P6_TC1-COD(2006)0290

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni dwar materji doganali u agrikoli

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)


L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/122


L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2008
Iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar ***I

P6_TA(2008)0056

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar (COM(2007)0069 — C6-0078/2007 — 2007/0032(COD))

2009/C 184 E/34

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0069),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0078/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0471/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2008
P6_TC1-COD(2007)0032

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/123


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
L-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq ***I

P6_TA(2008)0061

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq (COM(2007)0037 — C6-0068/2007 — 2007/0029(COD))

2009/C 184 E/35

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0037),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 95 u 133 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0068/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0491/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
P6_TC1-COD(2007)0029

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/123


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
Qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq ***I

P6_TA(2008)0062

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq (COM(2007)0053 — C6-0067/2007 — 2007/0030(COD))

2009/C 184 E/36

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0053),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0067/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali(A6-0490/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
P6_TC1-COD(2007)0030

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq u li jħassar d-Deċiżjoni 93/465/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni Nru …/2008/KE.)


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/124


Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
L-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor ***I

P6_TA(2008)0063

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE (COM(2007)0036 — C6-0065/2007 — 2007/0028(COD))

2009/C 184 E/37

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0036),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0065/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0489/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
P6_TC1-COD(2007)0028

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta’ Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)