|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.182.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
450 sessjoni plenarja tal-KTR fil-14 u t-15 ta’ Jannar 2009 |
|
|
2009/C 182/01 |
||
|
2009/C 182/02 |
||
|
2009/C 182/03 |
||
|
2009/C 182/04 |
||
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW |
|
|
|
450 sessjoni plenarja tal-KTR fil-14 u t-15 ta’ Jannar 2009 |
|
|
2009/C 182/05 |
||
|
2009/C 182/06 |
||
|
2009/C 182/07 |
||
|
2009/C 182/08 |
||
|
2009/C 182/09 |
||
|
2009/C 182/10 |
||
|
2009/C 182/11 |
||
|
2009/C 182/12 |
||
|
2009/C 182/13 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar it-tema Niffaċċjaw l-isfidi taż-żejt |
|
|
2009/C 182/14 |
||
|
2009/C 182/15 |
||
|
2009/C 182/16 |
||
|
2009/C 182/17 |
||
|
2009/C 182/18 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
450 sessjoni plenarja tal-KTR fil-14 u t-15 ta’ Jannar 2009
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/1 |
450 SESSJONI PLENARJA TAL-KTR FIL-14 U T-15 TA’ JANNAR 2009
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-dimensjoni soċjali u ambjentali tas-suq intern
(2009/C 182/01)
Rapporteur: is-Sur ADAMCZYK
Nhar is-17 ta’ Jannar 2008, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Id-dimensjoni soċjali u ambjentali tas-suq intern
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur Andrzej ADAMCZYK.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu (seduta tal-14 ta’ Jannar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’94 vot favur, 29 vot kontra u 15-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet
1.1 Għalkemm mhuwiex għan fih innifsu, is-suq intern huwa strument li qiegħed jikkontribwixxi għal benesseri dejjem ikbar taċ-ċittadini tal-UE, iżid il-prosperità tagħhom u l-aċċess tagħhom għall-prodotti u s-servizzi u jtejjeb il-kwalità u s-sigurtà ta’ xogħolhom, filwaqt li jagħtihom l-opportunità li jivvjaġġaw, jgħixu, jaħdmu u jistudjaw fi kwalunkwe post fi ħdan il-fruntieri tal-UE.
1.2 Dan il-progress huwa marbut mal-opportunitajiet akbar li s-suq intern qiegħed jipprovdi kemm lin-negozju — bis-saħħa tal-espansjoni tas-suq għal prodotti, servizzi, libertà tal-investiment — kif ukoll lill-ħaddiema, billi jingħataw l-opportunità ġdida li jfittxu impjieg fi kwalunkwe pajjiż tal-UE tal-għażla tagħhom.
1.3 Jekk l-Ewropa trid tibqa’ kompetittiva fuq perijodu fit-tul, is-suq intern għandu jiżgura tkabbir sostenibbli u fit-tul, u dan ifisser li għandu wkoll iqis id-dimensjoni ambjentali. Għalhekk, standards, regoli, prodotti u ideat ġodda għandhom iqisu din l-isfida ewlenija, anke jekk tista’ twassal għal tensjonijiet inevitabbli f’xi industriji, speċjalment billi dan kollu jagħmel sens biss jekk l-ekonomija Ewropea tingħata ċans li tibqa’ fuq saqajha, jiġifieri jekk il-kompetittività fuq perijodu qasir ma tkunx imxekkla.
1.4 L-għan aħħari huwa li l-funzjonament tas-suq intern jitjieb b’mod sinjifikanti fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali, jiġifieri li jiġi żgurat livell ugwali għall-partijiet interessati kollha u li dawn joperaw fl-istess ambjent legali. Dan huwa kruċjali biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u sabiex jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar billi jiġu integrati d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali fis-suq intern sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea.
1.5 Fl-approċċ tagħhom għat-tisħiħ tas-suq intern, l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jqisu l-interessi leġittimi tan-negozju u l-bżonn li jiġu rrispettati d-drittijiet soċjali fundamentali rikonoxxuti mil-liġi tal-UE, l-istandards internazzjonali tax-xogħol u l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri individwali, inkluż id-dritt tan-negozjar kollettiv.
1.6 Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ ir-riżoluzzjoni ta’ ċerti ambigwitajiet relatati mal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Qafas legali dirett u prevedibbli huwa prerekwiżit biex is-suq intern jiżviluppa u jissaħħaħ aktar.
1.7 B’mod aktar speċifiku, kontroversji li jirriżultaw mis-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar l-interpretazzjoni legali tad-Direttiva dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema jidhru li jilleġittimizzaw it-talba li d-Direttiva tiġi riveduta jew li jintlaħaq ftehim addizzjonali bejn l-imsieħba soċjali.
1.8 Bħala medjatur bejn l-istituzzjonijiet u l-pubbliku, in-netwerk SOLVIT jista’ jaqdi rwol importanti ħafna f’dan ir-rigward. Madankollu, in-netwerk m’għandux biżżejjed fondi u impjegati, u r-rwol u l-attivitajiet tiegħu jridu jiġu stmati mill-ġdid.
2. Daħla
2.1 Għalkemm għadu qed jiġi żviluppat, is-suq intern diġà ta liċ-ċittadini tal-UE diversi benefiċċji tanġibbli, u jirrappreżenta l-ksib prinċipali tal-proċess tal-integrazzjoni Ewrope (1). Madankollu, il-ftuħ gradwali tas-swieq u t-tneħħija tal-ostakli ġabu magħhom għadd ta’ diffikultajiet u problemi li għandhom jiġu indirizzati jekk irid jinkiseb appoġġ sabiex is-suq intern jissaħħaħ aktar.
2.2 Ta’ min ifakkar li l-iżvilupp tas-suq intern mhuwiex għan fih innifsu iżda mezz biex jogħla l-livell ta’ għajxien tan-nies tal-Unjoni Ewropea u biex tiżdied il-prosperità tagħhom u l-aċċess tagħhom għall-prodotti u s-servizzi u jittejbu l-kwalità u s-sigurtà ta’ xogħolhom, filwaqt li jingħataw l-opportunità li jivvjaġġaw, jgħixu u jaħdmu liberament fi kwalunkwe post fi ħdan il-fruntieri tal-UE (2). Dawn il-benefiċċji huma marbuta sewwa maż-żieda fil-libertà li għandhom il-kumpaniji biex jinnegozjaw, pereżempju permezz tal-espansjoni tas-suq għall-prodotti u s-servizzi u l-libertà tal-investiment.
2.3 It-tneħħija gradwali tal-ostakli f’oqsma relatati direttament mal-erba’ libertajiet tista’ twassal għal problemi u tensjonijiet f’oqsma fejn għad hemm differenzi sinifikanti bejn pajjiżi varji; dan japplika partikolarment għal kwistjonijiet bħall-paga, is-sigurtà soċjali, il-liġi tax-xogħol u d-drittijiet tal-imsieħba soċjali. Tali tensjonijiet jistgħu jitneħħew, u sa ċertu punt qegħdin jitneħħew, permezz ta’ regolamenti addizzjonali mfassla biex:
|
— |
tiġi ċċarata l-konfużjoni legali li nqalgħet mill-applikazzjoni tar-regolamenti minn pajjiżi differenti; |
|
— |
jiġu miġġielda d-dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta; |
|
— |
jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi (3); |
|
— |
jiġi żgurat li l-produtturi u l-fornituri ta’ prodotti kif ukoll il-fornituri ta’ servizzi jkollhom aċċess effettiv għas-suq intern Ewropew; |
|
— |
tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi kollha, l-iktar tas-servizzi ta’ interess ġenerali permezz ta’ politiki li japplikaw għal kulħadd (4); |
|
— |
jippromovu l-politiki attivi li jiżguraw ugwaljanza bejn is-sessi u li jiġġieldu kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni. |
2.4 Biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jeħtieġ li jiġu solvuti l-ambigwitajiet varji rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Huwa kompletament inaċċettabbli li, fi kwistjonijiet li huma ta’ importanza kbira għalihom, l-imsieħba soċjali jistgħu jkunu obbligati jirrikorru għall-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li d-deċiżjonijiet tagħha kultant jew ma jinftehmux jew iqajmu kontroversja.
2.5 F’dan il-kuntest, wieħed irid iqis il-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tistieden lill-imsieħba soċjali u lill-Istati Membri sabiex jiddiskutu l-kwistjonijiet li qamu b’riżultat ta’ sentenzi reċenti tal-Qorti, u organizzat forum ta’ dibattitu dwar kif għandhom jiġu rrispettati d-drittijiet soċjali fuq sfond ta’ mobilità akbar tax-xogħol (5).
3. Is-suq intern: benefiċċji u sfidi
3.1 Is-suq intern ġab varjetà kbira ta’ benefiċċji. Dawn jinkludu benefiċċji kemm għan-negozji u l-ħaddiema, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, li jibbenefikaw mit-tħaddim b’suċċess tas-suq intern f’varjetà ta’ oqsma. Il-kisbiet indiskutibbli tas-suq intern jinkludu t-tkabbir fil-prosperità relatat ma’ żieda fil-PGD, il-libertà li wieħed jivvjaġġa, jgħix, jaħdem jew jistudja fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, l-aċċess sostanzjalment usa’ għal prodotti u servizzi ta’ kwalità tajba, spiss bi prezzijiet aktar baxxi, fatt li huwa marbut mal-aċċess imtejjeb tal-produtturi, l-operaturi tal-kummerċ u l-fornituri tas-servizzi għas-suq intern, u l-aħħar iżda mhux l-inqas, l-estensjoni tad-drittijiet tal-konsumatur li issa jinkludu ż-żona kollha tal-UE, irrispettivament mill-pajjiż minn fejn il-prodott jew is-servizz ikun inxtara.
3.2 Il-limiti imposti fuq il-libertà tal-moviment tal-persuni minn għadd ta’ Stati Membri, fil-forma ta’ “perijodi ta’ tranżizzjoni”, għadhom sors ta’ kontroversja minkejja ż-żmien limitat tagħhom. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-ħarsien tas-suq tax-xogħol wera li huwa aktar diffiċli milli ħsibna f’dawk il-pajjiżi li applikaw perijodi ta’ tranżizzjoni; bl-istess mod, l-eżodu tal-ħaddiema ta’ sengħa li qegħdin ifittxu impjieg jirrappreżenta problema ġenwina għall-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom.
3.3 Madankollu, il-KESE huwa tal-opinjoni (6) li l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol hija l-aħjar protezzjoni kontra l-esklużjoni soċjali. Il-Kummissjoni għandha taħdem flimkien mal-imsieħba soċjali biex tagħmel użu aħjar mill-potenzjal tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa fis-soċjetajiet tagħna, li tant qegħdin jinbidlu malajr. Problema waħda li għad trid tiġi solvuta hija dik tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki (7).
3.4 Għan-negozji, il-benefiċċji jinkludu kemm aċċess għal suq kbir b’popolazzjoni ta’ kważi 500 miljun, proċeduri aktar faċli ta’ kummerċ transkonfinali u ta’ twaqqif ta’ negozju, applikazzjoni usa’ tal-istandards u t-tikketti Ewropej kif ukoll kooperazzjoni transkonfinali mtejba u trasferimenti tat-teknoloġija. Benefiċċju ieħor huwa l-aċċess faċli għas-swieq tal-kapital, għalkemm il-funzjonament tas-servizzi finanzjarji għad irid jittejjeb. Dawn il-kisbiet kollha tas-suq intern, irrispettivament minn jekk jinvolvux lin-negozji jew lill-pubbliku direttament, jiġbru fihom l-implikazzjonijiet soċjali u l-isfidi tagħhom stess.
3.5 Filwaqt li jista’ jidher li huwa ovvju li l-introduzzjoni tas-suq intern ġabet tkabbir ekonomiku bla preċedent, li kellu wkoll effett pożittiv fuq il-benesseri soċjali pubbliku, għad hemm ħafna dibattitu dwar jekk il-livell ta’ ftuħ tas-suq u l-ambitu tar-regolamentazzjoni f’żoni individwali humiex soċjalment mixtieqa jew aċċettabbli. Il-kontroversji rigward is-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (Viking (8), Laval (9), Rüffert (10), Kummissjoni vs. Lussemburgu (11)), id-dibattitu aktar bikri dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi kif ukoll il-problemi dwar il-ftuħ ta’ swieq tax-xogħol, id-dumping soċjali, il-kompetizzjoni inġusta u l-impatt tas-suq intern fuq il-funzjonament tal-mudell soċjali Ewropew bla dubju jeħtieġu analiżi u, probabbilment, deċiżjonijiet dwar leġiżlazzjoni ġdida jew koregolazzjoni.
3.6 Is-suq intern wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet ta’ ħafna prodotti, li jagħmel tajjeb kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Madankollu, dan it-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ spiss isir bir-riskju li l-impjegati jitkeċċew bħala riżultat tar-ristrutturar tan-negozju jew it-trasferiment tax-xogħlijiet lejn post ieħor. Mil-lat soċjali, għalhekk, huwa neċessarju li l-interessi tal-konsumaturi (prezzijiet baxxi) jiġu rrikonċiljati mal-interessi tal-ħaddiema, jiġifieri s-sigurtà tax-xogħol, l-istandards tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-paga.
3.7 It-tkabbir ekonomiku li ġab miegħu s-suq intern ikkontribwixxa wkoll għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Dan ikun fenomenu pożittiv ħafna kieku ma kienx għall-fatt li ħafna drabi dawn ix-xogħlijiet mhumiex imħallsa tajjeb minħabba l-bżonn li jibqgħu kompetittivi.
3.8 F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li l-Ewropa kisbet il-kompetittività kbira tagħha prinċipalment permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji ġodda, taħriġ u edukazzjoni tal-ħaddiema, titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol, kundizzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà aħjar fuq il-post tax-xogħol kif ukoll promozzjoni attiva tad-djalogu u s-sħubija soċjali. Madankollu, peress li l-ħaddiema huma wkoll konsumaturi, żieda fil-kompetittività tal-ekonomija permezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż tax-xogħol, tista’ twassal għal nuqqas fil-poter tal-akkwist jew, fi kliem ieħor, konsum aktar baxx u staġnar ekonomiku.
3.9 Il-ftuħ parzjali tas-suq tax-xogħol għall-migranti ekonomiċi iġib miegħu sensiela ta’ problemi speċifiċi. Xi Stati Membri naqsu milli jakkomodaw b’mod effettiv lill-migranti ekonomiċi fl-arranġamenti kollettivi tagħhom u/jew regoli, dispożizzjonijiet jew prattiki legali oħra, u b’riżultat ta’ dan dgħajfu l-istandards lokali tax-xogħol u kabbru l-ekonomija informali. Dan iwassal għal deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u djalogu soċjali inqas effikaċi, u jirriżulta f’dumping soċjali u f’kompetizzjoni inġusta; tali żviluppi għandhom jiġu miġġielda bil-qawwa kemm mit-trejdjunjins kif ukoll mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.
3.10 Ċerti prattiki ta’ intrapriżi li jħaddmu lil ħaddiema ppustjati ġew ikkwalifikati bħala dumping soċjali u kompetizzjoni inġusta minn uħud mill-partijiet interessati. Barra minn hekk, fis-sentenzi tagħha fil-każijiet ta’ Viking, Laval, Rüffert u l-Kummissjoni vs. Lussemburgu, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li tali prattiki kienu legali u konformi mad-Direttiva dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema. Dan qajjem kontroversji kbar partikolarment minħabba l-fatt li s-sentenzi jikkontradixxu b’mod ċar l-objettiv tad-Direttiva. Il-promozzjoni tal-forniment transkonfinali ta’ servizzi titlob kompetizzjoni ġusta u garanziji tad-drittijiet tal-ħaddiema. Għalhekk, jidher li sabiex jiġu ggarantiti opportunitajiet ugwali, kompetizzjoni ġusta u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, hemm bżonn ta’ inizjattivi legali ġodda u negozjati addizzjonali bejn l-imsieħba soċjali, speċjalment dwar il-kwistjoni tal-ħaddiema ppustjati.
3.11 Madankollu, qabel ma jitfasslu regolamenti ġodda, il-Kumitat (12) jemmen li hemm il-bżonn urġenti li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 96/71/KE, b’mod partikolari billi l-objettivi tagħha għadhom ma nkisbux b’mod sħiħ 10 snin wara l-approvazzjoni tagħha.
3.12 Il-kwistjoni dwar il-ftuħ tas-suq għas-servizzi u l-problemi relatati mas-servizzi ta’ interess ġenerali, li huma, fost oħrajn, koperti mid-Direttiva dwar is-Servizzi li ġiet adottata reċentement, tibqa’ kwistjoni separata. Din id-Direttiva bħalissa qiegħda fil-proċess li tiġi implimentata u għalhekk l-impatt tagħha għadu ma jistax jiġi stmat. Madankollu, jidher biċ-ċar li d-dimensjoni soċjali tas-servizzi bażiċi tmur, b’mod sinifikanti, lil hinn mill-kwistjonijiet tal-ħaddiema u tad-djalogu soċjali waħedhom, u li tkopri wkoll il-garanzija ta’ aċċess għal dawn is-servizzi għal kulħadd (13).
3.13 Fil-kuntest taż-żieda reċenti fil-prezzijiet fl-Ewropa, il-kwistjoni tal-aċċessibilità għas-servizzi ta’ interess ġenerali hija marbuta mill-qrib mal-kwistjoni ta’ kemm jistgħu jintlaħqu l-prezzijiet, speċjalment fir-rigward tal-enerġija. Madankollu, il-problema tal-provvisti tal-enerġija għandha titqies b’rabta mhux biss maż-żieda reċenti, u wisq probabbli futura, fil-prezzijiet iżda wkoll mal-aspetti ambjentali tal-konsum tal-enerġija.
4. L-impatt ta’ sentenzi reċenti fuq is-suq intern
4.1 Biex jiffunzjona kif xieraq, is-suq intern jeħtieġ għadd ta’ regoli ċari. L-integrazzjoni aktar fil-fond tas-suq intern ser tiddependi ħafna mill-possibbiltà li jinstab bilanċ aċċettabbli bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu fi ħdan qafas legali dirett u prevedibbli.
Sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qajmu kontroversja fiċ-ċirki industrijali madwar l-Ewropa. Hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet ċari għal kwistjonijiet li jibqgħu kontroversjali sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-bażi komuni tant meħtieġa għall-fiduċja pubblika.
4.2.1 Fil-każ Viking, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tat-Trasport (ITF) u t-Trejdjunjin tal-Baħħara Finlandiżi heddu li jieħdu azzjoni industrijali fir-rigward tal-pjanijiet li kellha l-Viking Line biex tbiddel il-bandiera ta’ bastiment Finlandiż għal dik Estonjana u tissostitwixxi l-ekwipaġġ b’ħaddiema Estonjani b’pagi aktar baxxi. Il-Qorti kkonkludiet li thedidda ta’ strajk bil-għan li kumpanija tiġi obbligata tikkonkludi ftehim kollettiv, f’dan il-każ tista’ tillimita l-libertà tal-istabbiliment.
4.2.2 Il-każ Laval involva kumpanija Latvjana li kienet qed tippustja l-ħaddiema l-Iżvezja b’termini u kundizzjonijet Latvjani, li kienu ferm inferjuri għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tal-Iżvezja. It-trejdjunjins Żvediżi ħadu azzjoni industrijali u ibbojkottjaw il-provvisti lejn is-sit tal-Vaxholm. Il-Qorti kkonkludiet li fejn tapplika d-Direttiva dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema, l-organizzazzjoni ta’ azzjoni industrijali mit-trejdjunjins għall-ksib ta’ termini u kundizzjonijiet aħjar mir-regoli obbligatorji dwar il-ħarsien minimu stabbiliti fid-Direttiva hija illegali.
4.2.3 Fil-każ Rüffert, kumpanija Ġermaniża rebħet sejħa għall-offerti mal-Land ta’ Niedersachsen li kienet tinvolvi xogħol ta’ kostruzzjoni f’ħabs. Il-kumpanija Ġermaniża għaddiet ix-xogħol tal-kuntratt tagħha lil kumpanija Polakka li ħallset lill-impjegati tagħha 47 % biss tar-rata minima stabbilita fil-ftehim kollettiv settorjali reġjonali. Għalhekk, il-Land ta’ Niedersachsen ħassret il-kuntratt tagħha iżda fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea il-liġi lokali li tobbliga lill-kuntratturi tal-bini pubbliku jirrispettaw il-ftehim kollettiv hija inkompatibbli mad-Direttiva dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema sakemm il-ftehim ma jkunx universalment vinkolanti.
4.2.4 Fil-każ tal-Lussemburgu, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea appoġġjat l-ilment tal-Kummissjoni fil-konklużjoni tagħha li l-Lussemburgu mar ’il bogħod wisq fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema fir-rigward tal-obbligi imposti f’dan il-pajjiż fuq l-intrapriżi nazzjonali, b’mod partikolari dwar l-itwal perijodu ta’ ħidma u l-iqsar perijodu ta’ serħan possibbli, l-indiċjar awtomatiku tal-pagi u r-rispett tal-ftehim kollettiv.
4.3 Is-sentenzi tal-każijiet imsemmija hawn fuq qajmu wkoll tħassib dwar l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea rigward id-Direttiva tal-UE dwar l-Ippustjar tal-Ħaddiema. Dawk il-każijiet kienu kontroversjali ħafna u ħafna partijiet kienu jarawhom bħala promozzjoni ta’ dumping tal-pagi. F’dawk il-każijiet, kumpaniji barranin evitaw ftehimiet kollettivi, dispożizzjonijiet jew prattiki legali u regolamenti li kienu fis-seħħ fil-pajjiż li kienu qegħdin joperaw fih bi ħsara għall-kumpaniji lokali u bi spejjeż għall-ħaddiema.
4.4 Is-suq intern għandu jkun sors ta’ ċertezza legali, mhux ta’ ambigwità. Għalhekk, huwa ta’ importanza kruċjali li jintlaħaq qbil dwar dawk il-prinċipji li għandhom bżonn jiġu riveduti b’konformità kemm mal-interpretazzjoni letterali kif ukoll mal-intenzjoni tal-liġi, u li tinstab bażi komuni ċara.
5. Mekkaniżmi u strumenti li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern
5.1 Il-funzjonament tas-suq intern ġie kkompletat b’mod progressiv minn għadd ta’ mekkaniżmi li tejbu t-tħaddim tiegħu. Dawk il-mekkaniżmi jistgħu jkunu utli biex jiġu stmati mezzi għat-titjib tal-integrazzjoni tad-dimensjoni kemm soċjali kif ukoll ambjentali fis-suq intern.
5.2 Fis-snin reċenti tqajmu dibattiti dwar l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku fil-kuntest tal-aħħar proċessi ta’ tkabbir. Hemm kunsens wiesa’ li l-armonizzazzjoni għandha tiffoka fuq dak li huwa verament neċessarju, u li mhuwiex realistiku li wieħed jimmira lejn wisq armonizzazzjoni f’Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru. Ir-rikonoxximent reċiproku, min-naħa l-oħra, minkejja li huwa wieħed mill-pilastri tas-suq intern, ħafna drabi jiġi injorat. L-armonizzazzjoni tista’ tkun utli għall-bini ta’ Mudell Soċjali Ewropew, iżda d-dimensjoni soċjali tibqa’ kapitolu riżervat għas-27 Stat Membru, f’ħafna mill-każijiet bl-appoġġ sħiħ tal-imsieħba soċjali u skont il- prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, tista’ tkun utli fil-qasam ambjentali, tistabbilixxi regoli għall-prodotti u l-proċessi, skont l-għanijiet ambizzjużi li l-Unjoni stabbilixxiet għaliha nnifisha.
5.3 Bħala medjatur bejn l-istituzzjonijiet u l-pubbliku, in-netwerk SOLVIT jista’ jkun importanti ħafna f’dan ir-rigward. Huwa għandu r-responsabbiltà li jinforma, jagħti parir u janalizza mill-ġdid kwistjonijiet relatati mas-suq intern li jikkonċernaw kumpaniji, konsumaturi, ħaddiema, eċċ. fl-Istati Membri. Jiġbor ammont kbir ta’ data u għarfien. Madankollu, b’mod ġenerali, in-netwerk m’għandux biżżejjed fondi u impjegati, u r-rwol u l-attivitajiet tiegħu jridu jiġu stmati mill-ġdid.
5.4 L-“approċċ il-ġdid” wassal biex il-leġiżlaturi tal-UE jżommu lura meta jistipulaw ir-rekwiżiti bażiċi u jiddelegaw l-aspetti tekniċi lill-korpi ta’ standardizzazzjoni. Anke jekk dan ftit li xejn jista’ jiġi applikat għad-dimensjoni soċjali, jista’ jkollu — u tassew diġà għandu — importanza fundamentali fil-qasam ambjentali (standards tal-kwalità, eċċ. — ikun utli kieku l-Kummissjoni taġġorna għadd ta’ oqsma rilevanti).
5.5 Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini għadu kwistjoni kontenzjuża, kif juri wkoll il-fatt li l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur mhumiex sodisfatti bih. Huwa jistipula li meta azzjoni jew servizz jitwettqu f’pajjiż wieħed iżda jiġu rċevuti f’pajjiż ieħor, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-pajjiż fejn isiru l-azzjoni jew is-servizz. L-għan ta’ dan il-prinċipju huwa li l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi jiġi stimulat u li tiġi mħeġġa l-kompetizzjoni transkonfinali. Madankollu, dan ġie miċħud matul id-dibattitu rigward id-Direttiva dwar is-Servizzi, minħabba li fil-fatt ikun jirrikjedi li l-Istati japplikaw sistemi legali differenti għal kumpaniji u persuni skont il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.
5.6 Il-proċess ta’ Lamfalussy ipprovda eżempju tajjeb dwar kif kwistjonijiet regolatorji pan-Ewropej jistgħu jittejbu. Huwa ta interpretazzjoni aktar konsistenti u pprovda għal konverġenza aktar sempliċi ta’ prattiki u tradizzjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet regolatorji speċifiċi. Minbarra l-eżempju tas-servizzi finanzjarji, il-proċess ta’ Lamfalussy huwa punt ta’ referenza biex tinħoloq sistema li tipprovdi kwalità u sempliċità. Għadu mhux magħruf jekk huwiex kapaċi jipprovdi mekkaniżmu aktar effiċjenti ta’ leġiżlar f’oqsma oħra, b’mod speċjali fil-qasam tal-ambjent.
5.7 Il-klawżola Monti tirreferi — fil-kuntest tal-moviment liberu tal-prodotti — għall-fatt li d-Direttiva m’għandhiex tiġi interpretata bħala direttiva li taffettwa l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali tal-UE, li jinkludu d-dritt li tittieħed azzjoni industrijali. Sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea xeħtu dubju fuq il-klawżola Monti, u huwa importanti li jiġi ċċarat x’inhuma l-limiti tagħha u għalfejn.
6. Qafas aħjar għall-integrazzjoni tal-ambjent fis-suq intern
6.1 Kemm l-enerġija kif ukoll l-ambjent saru — u ser jibqgħu fil-futur prevedibbli — prijoritajiet ewlenin għall-gvernijiet u ċ-ċittadini fl-Ewropa. Sfortunatament, il-ħarsien tal-ambjent ta’ spiss jitqies bħala piż għas-suq: sensiela ġdida ta’ kundizzjonijiet negattivi li awtomatikament taffettwa l-kompetittività tan-negozju.
6.2 Madankollu, illum hemm qbil ġenerali li wieħed mill-aktar mezzi effettivi biex tiġi ggarantita l-kompetittività futura tal-Ewropa huwa li jsir progress sostanzjali addizzjonali permezz tal-iżvilupp ta’ ideat, prodotti u standards li jindirizzaw waħda mill-aktar sfidi importanti li l-umanità qiegħda tiffaċċja llum il-ġurnata u, għalhekk, l-iżvilupp ta’ suq intern li tassew iqis id-dimensjoni ambjentali, li hija parti ċentrali minn dan l-objettiv. Madankollu, dan ma jnaqqasx mill-fatt li regolamenti ġodda f’dan il-qasam jistgħu joħolqu tensjoni f’ċerti industriji, speċjalment minħabba l-fatt li l-kompetittività fuq perijodu qasir għadha importanti ħafna.
6.3 It-Trattat ta’ Amsterdam saħħaħ mill-ġdid l-idea tal-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali f’politiki oħra li huma kruċjali għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni Ewropea esplorat mezzi ta’ kif jistgħu jittejbu s-sinerġiji bejn is-suq uniku u l-kwistjonijiet ambjentali billi qieset miżuri bħall-akkwist pubbliku, il-valutazzjoni effettiva tal-impatt, l-standardizzazzjoni, ir-rappurtaġġ finanzjarju, jew l-istrumenti ekonomiċi bħat-taxxi ambjentali, eċċ. Il-Kummissjoni staqsiet ukoll dwar setturi u problemi ġodda li jistgħu jeħtieġu miżuri ta’ armonizzazzjoni.
6.4 Sal-lum, minħabba s-setturi u l-prattiki wesgħin involuti fid-dimensjoni tal-ambjent u tas-sostenibbiltà, l-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fis-suq uniku għad mhijiex kwistjoni ċara. Taffettwa oqsma importanti ta’ politika bħall-enerġija u t-trasport, filwaqt li kwistjonijiet li oriġinarjament kienu ristretti għall-moviment liberu tal-prodotti twessgħu għal oqsma oħra. Għalhekk, u filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-importanza kbira li l-ambjent għandu fl-aġenda politika llum, jeħtieġ li jsir ħafna aktar progress fil-kwistjonijiet speċifiċi li jistgħu jittejbu, u li jiġi identifikat liema għodod tas-suq intern ikunu l-aktar xierqa biex jinkisbu dawn l-għanijiet.
7. Kummenti finali
7.1 Is-suq intern huwa xogħol li għadu għaddej. L-għan aħħari huwa li jinbena suq intern mingħajr ostakli. Suq intern komplut ifisser li l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess ugwali għal kull suq nazzjonali. U fl-aħħar nett, aċċess ugwali għas-swieq ta’ kull Stat Membru jfisser ukoll li n-negozju, il-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi joperaw fl-istess ambjent legali u b’hekk ikun żgurat li l-kuntest ikun ugwali u tiġi evitata kompetizzjoni inġusta fi ħdan il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe tnaqqis fil-kompetittività tas-suq intern kollu kemm hu.
7.2 Il-Kumitat esprima l-opinjoni (14) li s-suċċess tas-suq intern huwa r-responsabbiltà konġunta tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri li jridu sjieda akbar tiegħu. Ir-rwol li l-imsieħba soċjali għandhom fil-bini u fl-infurzar għandu jiġi enfasizzat ukoll.
7.3 Id-dibattitu attwali dwar il-limiti tal-integrazzjoni Ewropea, inkluża d-diskussjoni reċenti rigward id-Direttiva dwar is-Servizzi, juri kemm huwa diffiċli li l-prinċipji tas-suq intern jiġu rrikonċiljati mal-bżonn ta’ standards soċjali għoljin, ħarsien soċjali, funzjonament u servizzi pubbliċi aċċessibbli u kompetizzjoni ġusta. Id-diskussjonijiet dwar is-suq intern għandhom jiffukaw primarjament fuq il-formolazzjoni ta’ tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet leġittimi. Huma u jwieġbu dawn il-mistoqsijiet, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom iqisu kemm l-interessi leġittimi tan-negozju kif ukoll il-fatt li l-libertajiet ekonomiċi għandhom bżonn ikunu soġġetti għal regolazzjoni sabiex ikun żgurat li l-eżerċitar tagħhom ma jnaqqasx mid-drittijiet soċjali fundamentali rikonnoxxuti mil-liġi tal-UE, mill-istandards internazzjonali tax-xogħol u mil-liġijiet tal-Istati Membri individwali, li jinkludu d-dritt tan-negozjar u d-dritt tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi.
7.4 Il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-aġenda soċjali mġedda (15) ittenni l-impenn qawwi tal-Ewropa għal soċjetajiet armonjużi, magħqudin u inklużivi li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali f’ekonomiji sodi tas-suq soċjali. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll l-impenn tagħha li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kontradizzjoni bejn il-libertajiet fundamentali tat-Trattat u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.
7.5 Il-funzjonament tas-suq intern skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona għad irid jiġi stmat; l-ewwel stima tal-KESE dwar it-test tat-Trattat tindika, madankollu, li s-suq intern, filwaqt li mhuwiex għaddej minn modifiki strutturali, jidher li huwa ddefinit minn aspett aktar soċjali.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2007) 724 finali.
(2) ĠU C 93, 27.4.2007, p. 25.
(3) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 14.
(4) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 14.
(5) COM(2008) 412.
(6) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 15.
(7) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 100.
(8) ĠU C 51, 23.02.2008, każ C-438/05.
(9) ĠU C 51, 23.02.2008, każ C-341/05.
(10) ĠU C 128, 24.05.2008, każ C-346/06.
(11) ĠU C 209, 15.08.2008, każ C-319/06.
(12) ĠU C 151, 17.6.2008, p. 45.
(13) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 80.
(14) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 15.
(15) COM(2008) 412.
APPENDIĊI
għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-punt li jidher hawn taħt, meħud mill-Opinjoni tas-Sezzjoni, ġie rrifjutat peress li minfloku ntlaqgħet emenda li ġiet adottata mill-assemblea, iżda kien appoġġjat b’aktar minn kwart tal-voti mixħuta:
1.4 L-għan aħħari huwa li jitneħħew l-ostakli kollha għall-funzjonament tas-suq intern, jiġifieri li jiġi żgurat livell ugwali għall-partijiet interessati kollha u li dawn joperaw fl-istess ambjent legali. Dan huwa kruċjali biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta għal kulħadd u biex tiżdied il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE.
|
Voti: |
Favur: 79 |
Kontra: 46 |
Astensjonijiet: 11 |
Din l-emenda, li rċeviet aktar minn kwart tal-voti mixħuta, ġiet irrifjutata fil-votazzjoni:
Punt 4.3 għandu jitħassar
Raġuni
Il-KESE m’għandu l-ebda kompetenza li jdgħajjef is-sentenzi tal-QĠE. Dan ikun preċedent perikoluż li jista’ jwassal għal tnaqqis fil-prestiġju tagħna.
|
Voti |
Favur: 44 |
Kontra: 78 |
Astensjonijiet: 14 |
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tal-UE
(2009/C 182/02)
Rapporteur: Is-Sinjura SIRKEINEN
Matul is-sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:
id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tal-UE
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura SIRKEINEN.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’181 vot favur, 4 voti kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet: Lejn strateġija esterna tal-enerġija tal-UE
1.1 Il-kwistjoni tal-enerġija ilha fiċ-ċentru tal-politika internazzjonali. L-atturi l-kbar l-oħra fix-xena politika globali għandhom aġendi tal-enerġija b’saħħithom, fil-miftuħ jew mistura. L-enerġija ta’ sikwit tiġi użata wkoll bħala strument jew saħansitra arma fit-tilwim internazzjonali.
|
— |
Skont il-KESE, l-UE, bħala l-aktar unità ekonomika globali b’saħħitha, għandha teżerċita mill-aktar fis possibbli r-rwol tagħha fix-xena internazzjonali tal-enerġija. |
1.2 Iċ-ċittadini Ewropej jinsabu mħassbin dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħhom, u dwar il-prezzijiet għoljin u xejn stabbli, kif ukoll il-bidla fil-klima u żviluppi globali inġenerali li mhumiex sostenibbli. Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE teħtieġ strateġija esterna tal-enerġija definita b’mod ċar u komprensiv, sabiex twieġeb għat-tħassib taċ-ċittadini, u b’mod partikolari, ir-rieda u d-determinazzjoni sabiex timplimentaha.
|
— |
Il-KESE jipproponi żewġ pilastri għal politika esterna tal-enerġija tal-UE:
|
1.3 Ħafna elementi għal strateġija bħal din huma implimentati diġà. Il-kwistjoni tas-sigurtà tal-enerġija ġiet indirizzata mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15-16 ta’ Ottubru 2008, u aktar proposti ġew ippreżentati mill-Kummissjoni fit-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija tat-13 ta’ Novembru 2008 (1), li l-KESE ser jikkummenta fuqha fid-dettall f’opinjoni oħra aktar tard.
|
— |
Fil-fehma tal-KESE, l-UE trid tiżviluppa strateġija żviluppata dwar il-politika esterna għall-enerġija u pjan ta’ azzjoni prattiku, waqt li fl-istess ħin jitqiesu l-kummenti mleħħna f’din l-opinjoni. |
|
— |
Waqt li jagħraf l-interdipendenza reċiproka bejn il-fornituri u l-utenti tal-enerġija, il-KESE b’mod partikolari jħeġġeġ għal reċiproċità fl-aċċess għal netwerks u kundizzjonijiet għal investimenti, inkluż l-aċċess għal investimenti “upstream”. |
|
— |
Qed jiġu żviluppati bosta proġetti ta’ pipelines bejn l-Ewropa u r-reġjun tal-Kawkasu, l-Ażja u r-Russja. Dawn huma proġetti ta’ importanza kbira, iżda jista’ jagħti l-każ li ma jkunux biżżejjed għall-Ewropa fuq perjodu medju ta’ żmien. |
1.4 S’issa l-politika tal-enerġija tal-UE ffuokat fuq il-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija, b’mod partikulari għall-elettriku u l-gass.
|
— |
Il-KESE jappoġġja l-fehma li biex strateġija esterna u prestazzjoni jkunu effettivi jistgħu jkunu bbażati biss fuq politika interna komuni u ċara u fuq suq intern tal-enerġija li jaħdem tajjeb. |
|
— |
Il-KESE jenfasizza li miżuri ta’ politika interni dwar l-enerġija jistgħu jnaqqsu b’mod deċiżiv id-dipendenza esterna fuq l-enerġija u jqawwu s-sigurtà tal-provvista, b’mod partikulari l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u taħlita ta’ enerġija diversifikata, investimenti suffiċjenti fl-infrastruttura kif ukoll miżuri li jevitaw kriżi, bħal twissija bikrija, skambju ta’ informazzjoni u l-ħżin/sostituzzjoni. |
1.5 L-Ewropa għandha kemm ir-responsabilità kif ukoll il-potenzjal li twassal għal kambjament radikali fil-kultura tal-konsum tal-enerġija — it-tielet rivoluzzjoni industrijali.
|
— |
L-UE trid iżżomm il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem fil-qasam tal-politika globali dwar il-klima, u b’kull mezz possibbli ssaħħaħ ġejjieni ta’ enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. |
1.6 Teknoloġiji ġodda u aqwa għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fit-tilħiq ta’ sfidi tal-enerġija fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul, kemm ġewwa l-UE kif ukoll globalment.
|
— |
Il-KESE jħeġġeġ biex l-UE, l-Istati Membri u l-kumpaniji jassiguraw li riżorsi suffiċjenti jiġu diretti lejn ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll kooperazzjoni globali ħafna iktar inklużiva f’dan il-qasam. |
1.7 Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-politika tal-enerġija u r-relazzjonijiet esterni għandhom isaħħu l-possibilitajiet li l-UE tieħu azzjoni kollha kemm hi u jkollha impatt iżjed b’saħħtu fix-xena globali tal-politika tal-enerġija.
|
— |
Il-KESE jirrakkomanda li l-partijiet kollha responsabbli għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex isibu soluzzjoni sabiex it-Trattat ta’ Liżbona jidħol fis-seħħ mill-iktar fis. |
L-iktar rekwiżit kruċjali huwa li l-UE taġixxi tassew b’mod unit. Għalhekk, l-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq fehma ċara tar-rwoli differenti tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-atturi ekonomiċi.
1.8.1 Is-setgħat, fuq livell estern u purament politiku, jaqgħu taħt l-Istati Membri. Meta l-Istati Membri rnexxielhom jitkellmu b’leħen wieħed, saru żviluppi pożittivi, b’mod partikulari fil-każ tar-relazzjonijiet mar-Russja.
|
— |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fuq il-politika esterna u jaġixxu kontra l-prassi li l-enerġija tintuża bħala arma fit-tilwim internazzjonali. |
1.8.2 L-UE għandha politika komuni tal-kummerċ ibbażata fuq prinċipji uniformi. Il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tmexxija ta’ negozjati dwar il-kummerċ fuq il-bażi ta’ mandat mogħti lilha mill-Kunsill.
|
— |
Il-KESE jirrakkomanda li l-mandati għal negozjati multilaterali u għal negozjati bilaterali ma’ pajjiżi u reġjuni jkunu biżżejjed ambizzjużi iżda li jistgħu jitħaddmu sabiex jintlaħqu riżultati tanġibbli fir-rigward tal-enerġija. |
1.8.3 Kuntratti ta’ xiri, ta’ infrastruttura u ta’ proġetti oħrajn huma konklużi u implimentati mill-kumpaniji. Spiss il-gvernijiet ikollhom rwol b’saħħtu jew anke deċiżiv fin-negozjati dwar kuntratti.
|
— |
Il-KESE jirrakkomanda li fil-kuntest ta’ negozjati dwar kuntratti, ir-rappreżentanti tal-gvern tal-Istati Membri tal-UE għandhom jitolbu, bħala prerekwiżit ta’ appoġġ għall-kuntratt, li l-pajjiż terz imsemmi japplika ċerti regoli fis-swieq tiegħu, bħal pereżempju r-reċiproċità, it-trattament ugwali, it-trasparenza u l-protezzjoni għall-investimenti, kif ukoll ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u li l-Kunsill jaqbel fuq qafas ta’ tali prinċipji li għandu jiġi applikat għan-negozjati kollha dwar il-kuntratti tal-enerġija ma’ pajjiżi terzi. |
1.9 L-objettiv ta’ strateġija esterna tal-enerġija huwa li jirrispondi għall-ħtiġijiet u t-tħassib tan-nies fil-ħajja privata u professjonali tagħhom.
|
— |
Il-KESE jirrakkomanda li l-imsieħba soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet ambjentali u rappreżentanti oħrajn tas-soċjetà ċivili jridu jinstemgħu u jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil ta’ definizzjoni dwar l-istrateġija esterna tal-enerġija. Il-kapaċitajiet tagħhom biex jappoġġjaw id-djalogu u n-negozjati internazzjonali għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ. |
1.10 Kemm is-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll il-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali għandhom ċerta influwenza u għaldaqstant responsabilità li jsawru l-politika esterna tal-enerġija tal-UE.
|
— |
Il-KESE jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iħeġġu lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tagħhom sabiex flimkien jaġixxu fuq dawn il-kwistjonijiet fil-livell tal-UE. Is-solidarjetà bejn l-Ewropej għandha tiġi qabel l-interessi dejqa lokali jew nazzjonali, għaliex l-objettivi ta’ sigurtà tal-enerġija u responsabilità internazzjonali jistgħu jintlaħqu aħjar billi naħdmu flimkien. |
1.11 Id-djalogu u n-negozjati dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija jsiru fuq ħafna fora differenti, minħabba li hija kwistjoni ġeopolitika li għandha ħafna aspetti. Djalogu miftuħ li jkopri kemm jista’ jkun dawn l-aspetti differenti tas-suġġett ikun ta’ għajnuna għal fehim u involviment iżjed mifrux mill-partijiet interessati.
|
— |
Il-kwistjoni tal-enerġija għandha titqiegħed fuq l-aġenda u tibqa’ hemm bħala punt fiss fil-laqgħa tal-KESE u round tables ma’ msieħba internazzjonali. |
|
— |
Il-KESE jara rwol għalih innifsu fl-organizzar ta’ seminars regolari bbażati b’mod wiesa’ fuq l-aspetti esterni tal-politika tal-enerġija tal-UE, b’mod partikulari li jinvolvu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, anke minn pajjiżi u reġjuni terzi. Is-seduta organizzata mill-Grupp ta’ Studju tal-KESE dwar il-politika esterna tal-enerġija fl-1 ta’ Ottubru 2008 fi Brussell diġà kellha suċċess. |
2. Daħla
2.1 Illum il-ġurnata, il-kwistjoni tal-enerġija saret parti essenzjali mill-aġenda politika madwar id-dinja kollha. Dan il-fatt huwa enfasizzat permezz ta’ instabilità politika u anke militari b’rabta evidenti mal-enerġija. Il-kuntest huwa d-domanda li qiegħda dejjem tiżdied, l-iżjed fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw — b’riżultat tal-iżvilupp pożittiv tal-livell ta’ għajxien f’dawn il-pajjiżi — u l-iskarsezza prevista ta’ xi karburanti fossili. Barra minn hekk, il-provvista taż-żejt u tal-gass hija kkaratterizzata minn dipendenza għolja fuq ftit pajjiżi produtturi, u l-provvista hija mistennija tkun dejjem iktar ikkonċentrata fil-ġejjieni.
2.2 L-instabilità ekonomika globali għandha rabta mal-prezz tal-enerġija. Inqas minn sentejn ilu l-prezz taż-żejt u sussegwentement il-prezz tal-gass beda jiżdied b’mod qawwi, u kkawża inflazjoni għolja u problemi konsiderevoli għall-konsumaturi u s-soċjetà kollha kemm hi. Bħalissa l-prezz taż-żejt waqa’ b’mod drammatiku, bir-riżultat li issa hemm tħassib dwar produzzjoni suffiċjenti u s-sigurtà tal-provvista. F’nofs din il-volatilità, it-tendenza fil-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija hija mistennija tiżdied, minħabba bilanċi fis-suq, u b’mod partikulari miżuri politiċi favur il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Dawk li huma l-iżjed dgħajfa fis-soċjetajiet tagħna huma mhedda mill-faqar enerġetiku.
2.3 Bħalissa, 53 % tal-enerġija primarja kollha użata fl-UE hija importata. Id-dipendenza fuq l-importazzjoni hija ta’ 40 % għall-karburanti solidi, 56 % għall-gass u 82 % għaż-żejt (iċ-ċifri tal-2005). L-aġġornament tax-xenarju ta’ bażi tal-Kummissjoni fl-2007 juri total ta’ 67 % ta’ dipendenza fuq l-importazzjoni fl-2030. Skont It-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija li saret riċentement, l-importazzjoni tal-karburanti fossili hija mistennija tibqa’ bejn wieħed u ieħor fl-istess livelli tal-lum fl-2020, meta l-politika tal-klima u l-enerġija tal-UE jkunu ġew implimentati bis-sħiħ.
2.4 L-UE timporta aktar minn 40 % tal-gass tagħha, u kwart taż-żejt mir-Russja, u s-sehem tal-gass, b’mod partikolari, ser jiżdied. L-ikbar fornituri taż-żejt huma l-Lvant Nofsani u n-Norveġja, filwaqt li għall-gass it-tieni l-ikbar sors ta’ importazzjoni huwa n-Norveġja mbagħad l-Alġerija. Id-dipendenza hija reċiproka — fornituri tal-UE jiddependu mid-domanda tagħna. B’mod partikolari dan japplika għar-Russja, peress li iktar min-nofs tal-esportazzjonijiet tal-enerġija tagħha jmorru għall-UE.
2.5 Kemm iċ-ċifri għoljin ta’ dipendenza fuq l-importazzjoni kif ukoll id-dominanza ta’ ċerti sorsi ta’ importazzjoni, li mhux kollha jirrispettaw l-istess regoli tas-suq u dawk politiċi tal-UE, poġġew il-kwistjoni tas-sigurtà tal-enerġija bħala prijorità fuq l-aġenda tal-UE. Dan kompla jiżdied kemm minħabba t-twaqqif ta’ provvisti min-naħa tar-Russja, kif ukoll minħabba azzjonijiet militari riċenti fil-Ġeorġja.
2.6 L-enerġija mhijiex settur wieħed omoġenju f’dik li hija politika esterna tal-enerġija jew politika oħra tal-enerġija. L-ewwel u qabel kollox, iż-żejt jintuża għat-trasport u ma jistax jiġi sostitwit faċilment. L-UE hija parti mis-swieq globali taż-żejt u għalhekk ma tantx għandha fejn tista’ tiċċaqlaq. Sorsi u teknoloġiji oħra tal-enerġija jistgħu jintużaw għal diversi affarijiet u sa ċertu punt wieħed jista’ jintuża flok l-ieħor. Il-faħam u l-uranju huma nnegozjati f’suq globali miftuħ, filwaqt li għandha tingħata importanza lill-gass, minħabba ż-żieda kontinwa fid-domanda u n-numru limitat u l-karatteristiċi tal-fornituri.
2.7 Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-UE implimentat diversi azzjonijiet bil-mira li tiżgura l-provvista esterna tagħha tal-enerġija.
2.8 Dan l-aħħar, fil-15-16 ta’ Ottubru 2008 l-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti jew inizjattivi rilevanti dwar il-kwistjoni tas-sigurtà tal-enerġija, fejn ġew identifikati sitt prijoritajiet. Il-Kummissjoni wieġbet għal din it-talba fit-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija tagħha. Il-KESE ser ilesti opinjoni separata u ddettaljata dwar dan id-dokument u l-pakkett ta’ proposti li jakkumpanjah.
3. Elementi interni tal-politika esterna tal-enerġija tal-UE
3.1 Ħafna azzjonijiet ta’ politika fi ħdan l-UE u l-Istati Membri jistgħu jħejju t-triq għal inqas dipendenza fuq l-enerġija esterna u għal iżjed sigurtà fl-enerġija, flimkien mal-pożizzjoni mtejba tal-UE fl-azzjonijiet tal-politika esterna tal-enerġija tagħha. Dawn il-miżuri se jissemmew fil-qosor biss hawnhekk, minħabba li ġew diskussi fid-dettall f’opinjonijiet oħra tal-KESE.
3.2 Il-miżura li għandha tittieħed l-ewwel u qabel kollox hija t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, peress li dan jaffettwa l-iżvilupp tad-domanda għall-enerġija u b’hekk id-dipendenza esterna.
3.3 Taħlita bilanċjata ta’ enerġija u diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija b’mod partikolari lejn sorsi ta’ enerġija indiġeni b’kontenut baxx ta’ karbonju, bħal pereżempju l-bijoenerġija, l-enerġija li ġejja mir-riħ u dik nukleari.
3.4 Rigward il-karburanti fossili, għandhom jittejbu kemm il-produzzjoni kumbinata tas-sħana u l-enerġija b’effiċjenza għolja kif ukoll il-qbid u l-ħżin tal-karbonju.
3.5 Il-kompetizzjoni fil-kummerċ tal-gass għandha tiżdied billi jiġu stabbiliti impjanti tal-LNG u infrastruttura oħra.
3.6 Suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb jappoġġja l-effiċjenza fir-riżorsi u huwa soluzzjoni għal problemi possibbli ta’ provvista, kemm lokali kif ukoll reġjonali. Jeħtieġ li jkun hemm kemm investiment biżżejjed fl-infrastruttura, kif ukoll aċċess miftuħ għan-netwerks u infrastruttura oħra. Interkonnessjoni effiċjenti teħtieġ kooperazzjoni effettiva bejn ir-regolaturi tal-enerġija.
3.7 Biex jiġu indirizzati r-riskji tas-sigurtà tal-provvista, jeħtieġ li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi. Solidarjetà effettiva u mekkaniżmi ta’ twissija bikrija għandhom jiġu stabbiliti sabiex jaħdmu flimkien f’każ ta’ kriżi tal-enerġija u diżordni fil-provvista. Fil-ġejjieni l-KESE ser jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-proposti riċenti tal-Kummissjoni dwar dawn il-kwistjonijiet.
3.8 Il-KESE jesprimi l-appoġġ partikulari tiegħu għal miżuri effiċjenti sabiex jiġu konnessi żoni iżolati tal-Unjoni, b’mod speċjali fl-Istati Baltiċi, għas-suq komuni tal-enerġija u li tiġi żgurata provvista tal-enerġija suffiċjenti u diversifikata.
4. Kummenti ġenerali tal-KESE dwar il-politika esterna tal-enerġija tal-UE
4.1 Il-KESE jiddefinixxi żewġ pilastri tal-politika esterna tal-enerġija
|
— |
Li tiġi żgurata provvista tal-enerġija għall-UE, u |
|
— |
Politika globali attiva u responsabbli dwar l-enerġija u l-klima. |
4.2 Dawn il-politiki jeħtieġu perspettiva għall-futur qarib u għall-futur imbiegħed. Fil-futur qarib, minħabba l-fatt li s-sostituzzjoni fuq skala kbira tas-sorsi tal-enerġija u l-użu tal-infrastrutturi jieħdu l-ħin, hemm il-ħtieġa li tiżdied il-provvista tal-enerġija, filwaqt li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli għall-futur qarib sabiex titnaqqas id-domanda. Fil-futur imbiegħed, meta l-investimenti fir-riċerka u fit-teknoloġiji l-ġodda jkunu qegħdin iħallu l-frott, id-domanda għall-enerġija tista’ tkompli titnaqqas u, b’mod partikolari, sorsi tal-enerġija limitati jew inkella problematiċi jistgħu jiġu sostitwiti permezz ta’ alternattivi oħra.
4.3 Sadanittant, il-KESE jistenna li l-politiki dwar il-bidla fil-klima se jkollhom effett qawwi fuq il-qasam tal-enerġija minn żewġ aspetti — prezzijiet ogħla u inqas dipendenza fuq il-karburanti fossili.
4.4 Teknoloġija ġdida hija l-mod fundamentali kif jiżdied l-użu tal-enerġija u jiġu sostitwiti sorsi tal-enerġija li huma problematiċi. Fl-Ewropa, billi ninsabu fuq quddiem fil-qasam tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima, irridu naħtfu l-possibilità, niżviluppaw it-teknoloġiji neċessarji, ngħinu ’l oħrajn biex insolvu l-problemi tagħhom u noħolqu impjiegi ġodda. Sabiex dan isir, huwa neċessarju li anke mil-lum ninvestu biżżejjed fir-riċerka dwar l-enerġija u fl-iżvilupp tat-teknoloġija.
5. L-iżgurar tal-provvista tal-enerġija tal-UE
5.1 L-UE għamlet bosta sforzi kemm b’mod bilaterali kif ukoll b’mod multilaterali sabiex testendi r-regoli tagħha u l-implimentazzjoni tagħhom fil-bqija tad-dinja, b’mod partikolari għall-imsieħba tagħha fil-kamp tal-enerġija. Sa issa, is-suċċess kien wieħed limitat. Jeħtieġ li jkun hemm azzjoni iżjed b’saħħitha.
5.2 Hemm ħtieġa urġenti ta’ reċiproċità fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-investimenti. Ħafna pajjiżi li jipproduċu l-enerġija jeħtieġu investiment barrani biex jiżviluppaw is-sorsi tal-enerġija u l-infrastrutturi tagħhom, iżda dan mhux se jseħħ sakemm ir-regoli jkunu ineżistenti, mhux ċari jew mhux implimentati b’mod sistematiku. L-arranġamenti għall-Karta tal-Enerġija għandhom jinżammu u approċċi simili għandhom jiġu inklużi fi trattati bilaterali tal-enerġija fil-futur.
5.3 L-istess kundizzjoni tapplika għal kwistjonijiet regolatorji oħra, bħal pereżempju it-trattament ugwali, il-libertà u r-rispett għall-kuntratt u l-aċċess għal infrastruttura transitorja.
5.4 L-UE għandha tesiġi b’mod attiv u tiddifendi d-drittijiet u l-possibilitajiet tal-kumpaniji Ewropej biex jinvestu “upstream” fl-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija u infrastrutturi.
5.5 L-Ewropa teħtieġ ċerta sigurtà ta’ provvista filwaqt li l-fornituri tagħna, b’mod partikolari r-Russja, jenfasizzaw li huma jeħtieġu s-sigurtà tad-domanda sabiex jagħmlu l-investimenti meħtieġa. Spiss ikun hemm il-ħtieġa ta’ kuntratti għall-futur imbiegħed sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi fuq skala kbira. Sabiex jinstab l-aħjar bilanċ ta’ poter, tali kuntratti għandhom jitħejjew fi ħdan qafas Ewropew. Dan jitlob li jkun hemm skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi tas-suq.
5.6 Il-Pjan ta’ Prijorità tal-UE dwar l-Interkonnessjoni jkopri ċerti proġetti kbar ta’ interkonnessjoni, li jinkludu wieħed għal konnessjoni esterna — il-pipeline ta’ Nabucco li jintuża biex il-gass jiġi trasportat mill-Kaspju għall-Ewropa Ċentrali. Dawn huma proġetti ta’ importanza kbira, iżda jista’ jagħti l-każ li ma jkunux biżżejjed għall-Ewropa fuq perjodu medju ta’ żmien.
5.7 Ir-rabta bejn l-UE u l-Kawkasu u l-Ażja Ċentrali jista’ jkun li tkun teħtieġ diversi pipelines ġodda minbarra dak tal-proġett Nabucco. L-UE għandha tippreżenta proposti sabiex tikkoordina proġetti reġjonali li jkunu ta’ daqs sinifikanti, u sabiex timmobilizza investiment pubbliku u privat.
5.8 Il-KESE jieħu nota tas-sitt azzjonijiet ta’ prijorità tal-infrastruttura proposti mill-Kummissjoni fit-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija. Il-Kumitat ser jieħu pożizzjoni dwar dawn, kif ukoll dwar il-Green Paper “Lejn netwerk Ewropew ta’ enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva” (2).
5.9 Jeħtieġ li d-djalogi mal-OPEC u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf jidħlu iżjed fid-dettall, filwaqt li l-ftehimiet mal-Ażerbajġan u l-Każakstan għandhom jiġu implimentati fit-totalità tagħhom. Jeħtieġ li jkun hemm rabtiet iżjed b’saħħithom mal-produtturi tal-Ażja Ċentrali bħat-Turkmenistan u l-Użbekistan sabiex jitħaffef il-proċess ta’ trasportazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija mill-Kaspju għall-UE.
5.10 L-importanza tal-Afrika bħala fornitur tal-enerġija żdiedet b’mod konsiderevoli. Sħubija żviluppata mal-Afrika jeħtieġ li tkun waħda komprensiva, b’tali mod li tassisti b’mod bilanċjat l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomiji tal-produtturi Afrikani taż-żejt u tal-gass.
5.11 Il-kooperazzjoni Mediterranja, li bħalissa għaddejja minn żvilupp qawwi, għandha rwol importanti peress li din tkopri aspetti differenti tal-enerġija — produzzjoni, transitu u konsum.
5.12 Dalwaqt se tiżdied l-importanza tad-Dimensjoni tat-Tramuntana. L-oqsma taż-żejt u tal-gass fl-Oċean Artiku u l-kooperazzjoni fiż-żoni tat-Tramuntana għandu jkollhom prijorità ogħla fil-politika esterna tal-enerġija tal-UE. Il-kooperazzjoni taż-żona fil-Baltiku min-naħa tagħha tkopri fil-parti l-kbira l-utent tal-enerġija u l-pajjiżi ta’ transitu, fejn ir-rabta mar-Russja hija essenzjali.
5.13 Mar-Russja, l-għan għandu jkun li jintlaħaq ftehim ta’ qafas b’saħħtu u komprensiv ibbażat fuq l-ugwaljanza, fehim reċiproku u reċiproċità. Ir-Russja għandha tippermetti t-transitu tal-gass fin-netwerk Russu u tippermetti li kumpaniji Ewropej jinvestu fl-iżvilupp ta’ netwerks u sorsi Russi. Hija r-responsabbiltà tar-Russja li ttaffi ftit mit-tħassib dwar il-kredibilità tagħha bħala fornitur tal-enerġija, hekk kif l-imsieħba Ewropej tagħha huma mistennija li jirrispettaw il-kuntratti u l-impenji tagħhom.
5.14 L-UE għandha tiżviluppa wkoll kooperazzjoni ma’ utenti oħrajn tal-enerġija, fi ħdan u lil hinn mill-qafas tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.
6. Politika globali attiva u responsabbli dwar l-enerġija u l-klima
6.1 Il-kultura preżenti tal-konsum tal-enerġija nħolqot fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka bl-ewwel rivoluzzjoni industrijali. Filwaqt li ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw qegħdin jippruvaw jgħollu l-livell ta’ għajxien tagħhom, ħafna minnhom jinsabu fl-istess sitwazzjoni li l-Ewropa kienet tinsab fiha xi għexieren ta’ snin ilu. F’dawk il-pajjiżi dan ifisser żieda mgħaġġla fil-konsum tal-enerġija — huwa d-dritt tagħhom u huwa meħtieġ għas-sigurtà globali u għal żvilupp paċifiku. Illum il-ġurnata, l-Ewropa għandha kemm ir-responsabilità kif ukoll il-potenzjal li twassal għal bidla radikali fil-kultura tal-konsum tal-enerġija — it-tielet rivoluzzjoni industrijali.
6.2 Madwar 2 biljun ruħ madwar id-dinja f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jgħixu mingħajr ma jkollhom aċċess għall-elettriku u jkollhom iserrħu fuq l-injam, id-demel u l-iskart agrikolu, fatti li wasslu biex it-tniġġis tal-ajra interna jkun fost l-ewwel 10 kawżi dinjija ta’ mortalità jew mewt prematur. L-aċċess għal netwerks tal-elettriku u għall-kapaċità tal-produzzjoni għal dawn in-nies huwa wieħed mill-akbar impenji globali li għandha d-dinja. Dan kollu jfisser investimenti kbar u żieda enormi fil-konsum globali tal-enerġija. Madankollu, dawn l-investimenti għandhom isiru sabiex jippermettu li dawn in-nies ikollhom kundizzjonijiet ta’ għajxien diċenti u li jixirqu lill-bnedmin kif ukoll il-possibilità li jkollhom livell ta’ għajxien ogħla.
6.3 L-UE, bid-dritt, ħadet post fuq quddiem fil-politiki tal-klima. Hawnhekk l-objettiv l-iktar importanti għandu jkun li jintlaħaq ftehim effettiv internazzjonali li jkopri l-pajjiżi kollha, għaliex kemm l-effetti tat-tisħin globali kif ukoll iż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra se jkunu b’saħħithom l-iktar lil hinn mill-Ewropa. Il-Konferenza dwar il-Klima f’Kopenħagen f’Diċembru 2009 se tkun ta’ importanza kbira fin-negozjati globali u l-UE għandha taħdem kemm tiflaħ għal din il-konferenza. Madankollu, azzjonijiet unilaterali mill-UE jistgħu jħallu piż mhux sostenibbli fuq l-ekonomija tal-UE.
6.4 L-UE żviluppat u għadha tiżviluppa strumenti sabiex ittaffi l-bidla fil-klima — kemm teknoloġiji tal-enerġija li jiġġeddu u oħrajn li jużaw ammonti żgħar ta’ karbonju kif ukoll teknoloġiji li ma jaħlux ħafna enerġija. Dawn it-teknoloġiji għandhom jintużaw b’mod effettiv madwar id-dinja kollha. Dan għandu jwassal ukoll għal żieda fid-domanda għall-għarfien Ewropew u l-prodotti Ewropej, biex b’hekk jinħolqu impjiegi ġodda.
6.5 Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-idea ta’ ftehim internazzjonali dwar l-effiċjenza tal-enerġija bejn dawk il-pajjiżi li huma l-ikbar utenti tal-enerġija (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun, l-Awstralja, l-Indja u ċ-Ċina). Pass f’din id-direzzjoni huwa l-forum miftiehem mill-G-8 fil-Ġappun f’Lulju 2008. Iżda wieħed għandu jkun ċert li dawn il-konsumaturi prinċipali kollha jipparteċipaw b’mod effettiv fil-ftehim u jagħtu l-kontribut dovut tagħhom. Minbarra l-promozzjoni tal-politiki dwar l-effiċjenza tal-enerġija u l-iżvilupp u t-tixrid tat-teknoloġiji u ta’ sorsi rinnovabbli, il-ftehim għandu jkopri l-prevenzjoni tal-prattika ta’ prezz doppju (dual pricing), jiġifieri prezzijiet sussidjati tal-enerġija lill-utenti domestiċi. Dan iwassal għal ħela konsiderevoli ta’ enerġija.
6.6 L-UE għandha tappoġġja wkoll b’mod effettiv l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Hawnhekk l-approċċ għandu jkun tali sabiex jiġu evitati l-investimenti fi produzzjoni u konsum li huma intensivi fl-enerġija. Il-politiki tal-iżvilupp tal-UE għandhom jintużaw aħjar għal dan il-għan.
6.7 Appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jkun l-għodda prinċipali fost l-istrumenti għall-kooperazzjoni tal-enerġija ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
6.8 Il-KESE jenfasizza li l-kooperazzjoni kollha, b’mod partikolari mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, għandha tikkunsidra l-mira tal-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-pajjiżi, fosthom l-iżvilupp fid-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea: It-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għas-Sigurtà u s-Solidarjetà tal-Enerġija SEC(2008) 2794, SEC(2008) 2795.
(2) Green Paper “Lejn Netwerk Ewropew ta’ enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva” COM(2008)782 finali.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/13 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)
(2009/C 182/03)
Rapporteur: Is-Sur IULIANO
Nhar l-10 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
l-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Diċembru 2008, Ir-rapporteur kien is-Sur IULIANO.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-15 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’115-il vot favur u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Tisħiħ tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali
Il-KESE jitlob li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali (1) jingħataw importanza akbar fil-politiki tal-Unjoni Ewropea permezz tal-użu tal-istrumenti ġeografiċi u tematiċi disponibbli, fosthom, bħala komponent kumplimentari, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR).
Wara l-approvazzjoni reċenti tal-protokoll fakultattiv tal-Patt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, il-KESE jitlob li l-Unjoni Ewropea tappella għal ratifika universali u biex dan il-Patt u l-Protokoll tiegħu jiġu implimentati. (ara anness 1)
1.2 “Id-djalogu soċjali” u “ix-xogħol dinjituż” fil-prijoritajiet tal-EIDHR
Fil-qafas tal-affermazzjoni tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u fost il-kundizzjonijiet indispensabbli għaż-żamma tal-paċi u l-iżvilupp demokratiku ta’ kull pajjiż, il-KESE jenfasizza l-importanza li jitħares ix-xogħol fl-aspetti kollha tiegħu (ix-xogħol bħala element determinanti għall-identità soċjali u d-dritt taċ-ċittadinanza ta’ kull persuna) (2). Il-KESE jenfasizza r-rabta li teżisti bejn il-ħarsien tax-xogħol u d-drittijiet kollha relatati miegħu, kif imfissra fil-Konvenzjonjiet internazzjonali fundamentali tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (dritt għax-xogħol, dritt tal-assoċjazzjoni u negozjar kollettiv, in-nuqqas tad-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, projbizzjoni tat-tħaddim tal-minorenni u tax-xogħol furzat), u b’hekk jirrikonoxxihom fost id-Drittijiet Umani fundamentali. Għaldaqstant ix-xogħol dinjituż (skont id-definizzjoni tal-ILO) u d-djalogu soċjali, kundizzjoni indispensabbli għall-affermazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tax-xogħol, iridu jsibu għarfien adegwat fost il-prijoritajet tal-EIDHR.
1.3 Sostenn għall-imsieħba soċjali
F’dan il-kuntest l-imsieħba soċjali (l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem), bħala protagonisti tad-djalogu soċjali, jridu jitqiesu bħala atturi u interlokuturi essenzjali għall-Unjoni Ewropea. Il-partijiet soċjali jridu jiġu integrati għall-kollox fid-djalogu politiku u jridu jkunu jistgħu jgawdu minn appoġġ dirett.
1.4 It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta’ konsultazzjoni fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem
Il-KESE b’mod ġenerali jitlob li fil-politika barranija adottata mill-UE jinżammu dejjem fuq quddiem l-għanijiet ta’ promozzjoni tad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem u li l-programmi u l-istrumenti tematiċi jkunu ddestinati b’mod prioritarju lejn is-soċjetà ċivili organizzata, kull fejn dan ikun possibbli.
Għalhekk il-KESE jitlob li titneda diskussjoni istituzzjonali dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-politika barranija tal-Unjoni b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar il-possibbiltà li s-soċjetà ċivili organizzata tipparteċipa b’mod aktar dirett fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika. Il-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata għandha ssir b’mod sistematiku qabel ma jitfassal kull dokument ta’ strateġija fosthom id-dokumenti ta’ strateġija speċifiċi għall-pajjiżi terzi (DSP:Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż).
1.5 Ir-rwol tal-KESE: direzzjoni, monitoraġġ u valutazzjoni
Il-KESE jitlob li jiġi assoċjat b’mod formali mal-proċess ta’ konsultazzjoni interna qabel it-tfassil tal-programm strateġiku multiannwali u annwali tal-EIDHR, biex dan tal-aħħar ikun jista’ jgawdi mir-riżultati tal-ħidma tal-Kumitat mal-imsieħba tas-soċjetà ċivili organizzata fil-pajjiżi terzi, li magħhom għandu rabtiet privileġġjati (Round table mal-Indja, iż-żona Ewro-Mediterranja, il-pajjiżi tal-AKP, eċċ). Barra minn hekk jitlob li jiġi kkonsultat fil-qafas tal-valutazzjoni ta’ nofs iż-żmien u ta’ valutazzjoni tal-EIDHR.
Il-KESE joffri li jaqdi rwol attiv f’dan il-proċess, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu u n-“netwerks” ta’ riferiment tiegħu (imsieħba ekonomiċi u soċjali u Kunsilli ekonomiċi u soċjali).
Il-KESE jissuġġerixxi li jibda diskussjoni fuq il-ħolqien ta’ “focal points” li jappoġġjaw lid-difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jkunu jippermettu lill-Istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE li jaħdmu flimkien, kull wieħed fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu.
Il-KESE jista’ wkoll jaqdi rwol importanti fir-rigward tas-soċjetà ċivili organizzata fil-qasam tas-segwitu li jsir wara l-elezzjonijiet, biex isaħħaħ is-sistemi demokratiċi.
Fid-dawl ta’ dak li għamel il-Parlament Ewropew, il-KESE jipproponi li jinħoloq Kumitat ta’ segwitu tal-EIDHR li bħala missjoni, minn naħa, jirrispondi għat-talbiet urġenti ta’ konsultazzjoni fil-qasam tal-proċeduri l-ġodda stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji, u minn naħa l-oħra jiżgura s-segwitu tal-programm u l-implimentazzjoni tal-EIDHR.
2. L-Unjoni Ewropea u d-Drittijiet tal-Bniedem
2.1 Il-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jiffurmaw wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Unjoni Ewropea (UE), kemm ġewwa il-fruntieri tagħha kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma pajjiżi terzi. L-artikolu 6, tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, tal-1999 jiddikjara: “L-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji ta’ libertà, demokrazija, rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri”. Barra minn hekk f’Artikolu 7 tal-istess Trattat hemm previst mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet għal ksur gravi u persistenti ta’ dawn id-drittijiet min-naħa tal-Istati Membri.
2.2 L-artikolu 11 tat-Trattat imbagħad jitkellem dwar id-dimensjoni esterna tal-UE dwar id-difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem. It-Trattat ta’ Nizza, konkluż f’Diċembru tal-2000, ikompli jwessa’ l-objettiv tad-difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-libertajiet fundamentali, billi jdaħħalhom fil-qafas tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-forom l-oħra kollha ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Artikolu 181 u 181(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew it-TKE). Fl-aħħar, il-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE, promulgata fis-summit ta’ Nizza fl-2000, hija punt ta’ riferiment fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem għad-dimensjoni interna u esterna tal-Unjoni (3).
2.3 F’dawn l-aħħar deċennji l-iżvilupp mgħaġġel tal-proċess tal-globalizzazzjoni wassal biex it-tema tal-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem tkun dejjem aktar rilevanti għall-UE, fuq kollox fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni u l-Kunsill, bil-qbil tal-Parlament Ewropew (4), ilhom żmien jisħqu fuq ir-rabta bejn l-iżvilupp (ġlieda kontra l-faqar) u l-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem, peress li huma dawn tal-aħħar li joħolqu l-kundizzjonijiet għal żvilupp soċjoekonomiku reali u stabbli f’pajjiż, u li jikkontribwixxi għall-għaniijiet ta’ żvilupp tal-millenju.
2.4 (L-UE) fir-rwol ta’ suġġett ekonomiku u politiku bi statura diplomatika dinjija, li għandha riżorsi sostanzjali għall-għajnuna esterna, għandha influwenza u poter ta’ negozjar konsiderevoli li tista’ tużahom favur id-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (fil-pajjiżi terzi) (5). Bħalissa l-Unjoni tuża din l-influwenza permezz tad-djalogu politiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem mal-pajjiżi li għandha relazzjonijiet magħhom. Wieħed jiftakar pereżempju fid-djalogi strutturati esklussivament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (iċ-Ċina) jew dawk li nbdew fil-livell reġjonali u bilaterali fil-qafas tal-ftehimiet ta’ partenarjat u kooperazzjoni u l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, rispettivament mal-pajjiżi fit-triq tal-iżvilupp, mal-ġirien il-ġodda tal-UE u mal-pajjiżi kandidati.
2.5 Eżempju partikolari huwa l-klawżola għad-Drittijiet tal-Bniedem li l-UE daħħlet fil-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi, fejn hemm ddikjarat li r-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija huma “elementi essenzjali” mill-ftehim. Din il-Klawsola tidher fil-ftehimiet bilaterali li ġew konklużi mill-UE sa mill-1992 u bħalissa tapplika għal aktar minn mitt pajjiż (6) Fil-każ ta’ ksur eventwali ta’ parti essenzjali, jistgħu jittieħdu miżuri varji u f’livelli differenti, bħat-twaqqif tal-kuntatt fuq livell politiku jew bidliet fil-programmi ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk l-UE għandha strument ieħor, jiġifieri il-klawżola tal-“inċentiv soċjali” fi ħdan sistema ta’ preferenzi ġeneralizzati SPĠ u SPĠ +), li tipprevedi l-għoti ta’ preferenzi supplimentari għall-pajjiżi li jirrispettaw xi normi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (7).
2.6 Madankollu fil-politika Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem wieħed għad jista’ jsib xi nuqqasijiet u xi kuntradizzjonijiet. Il-Parlament Ewropew, fl-2005, adotta riżoluzzjoni (8) li fiha indika li f’diversi ftehimiet settorjali tal-UE (fis-settur tat-tessuti, tas-sajd, tal-agrikoltura, eċċ.), għad m’hemmx “il-Klawżola tad-Drittijiet tal-Bniedem”. Fuq il-livell ġenerali jiddispjaċih għall-ambigwità fid-diskors u fil-proċeduri użati fil-ftehimiet attwali, li ma jippermettux applikazzjoni effettiva tal-klawżoli. B’mod aktar partikolari jidher li r-rwol tal-Parlament fil-proċess tan-negozjati tal-ftehimiet huwa limitat (monitoraġġ u sospensjoni), ħaġa li tippermetti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni l-aktar marġni wiesa’ ta’ deċiżjoni
2.7 Fil-ftehimiet tas-sħubija ekonomika (EPA) (9) mal-pajjiżi tal-Afrika, Karibew u l-Paċifiku (l-AKP), kif ukoll il-ftehimiet tal-kummerċ ħieles għall-Mediterran (PEV), hemm it-tendenza min-naħa tal-UE li tiffoka iktar fuq l-aspetti kummerċjali. L-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE għandha l-periklu li titqies bħala strument ta’ pressjoni fuq l-imsieħba tan-nofsinhar u l-ftehimiet jispiċċaw biex ma jaħdmux biex iġibu l-iżviluppu (u għalhekk l-anqas il-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem) fil-pajjiżi li jibbenefikaw.
2.8 Il-KESE jafferma mill-ġdid il-ħtieġga ta’ politiki koerenti u kumplimentari min-naħa tal-UE b’appoġġ għad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-demokratizzazzjoni, li jiggarantixxu l-istess livell ta’ prijorità fis-setturi differenti tal-politika barranija, kummerċjali u ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp. Proċess aktar wiesa’ ta’ konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili organizzata jidher li daqstant meħtieġ biex jiżgura li din il-koerenza tinżamm b’mod effettiv. Fil-fatt, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jagħtu kontribut validu f’diversi fażijiet, min-negozjati għall-ftehimiet, sal-monitoraġġ u l-valutazzjoni fil-fażi tal-implimentazzjoni.
3. Il-preżentazzjoni tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR: European Instrument for Democracy and Human Rights).
3.1 L-EIDHR jirrappreżenta l-istrument finanzjarju tal-UE ddedikat għall-appoġġ tal-attivitajiet li huma favur il-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-demokrazija fil-pajjiżi terzi. F’dan is-sens, l-EIDHR irid jitqies bħala strument kumplimentari għall-mezzi l-oħra ta’ implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem imsemmija hawn fuq, jiġifieri: id-djalogu politiku, l-inizjattivi dipolomatiċi, il-ftehimiet kummerċjali, l-istrumenti u l-programmi ġeografiċi u tematiċi ta’ kooperazzjoni.
3.2 Dan l-istrument inħoloq fil-kuntest tal-qafas finanzjarju tal-UE 2007-2013, li permezz tiegħu inbeda proċess twil ta’ riorganizzazzjoni tal-fondi tal-assistenza barranija tal-Unjoni. Il-qafas il-ġdid issa fih xi strumenti ġeografiċi — jiġifieri l-IPA (Strument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni, li jinkludi l-pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati), l-ENPI (Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, għall-pajjiżi tal-Kawkażu, l-Ewropa ċentrali u l-Mediterran), id-DCI (Strument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp), l-ICI (Strument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrializzati) — kif ukoll strumenti tematiċi — jiġifieri l-EIDHR (Drittijiet tal-Bniedem), is-SI (Strument ta’ Stabbiltà) u l-INSC (Sikurezza Nukleari). L-istrumenti tematiċi ma’ jeħtieġux il-ftehim tal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi biex jiġu implimentati.
3.3 Huwa permezz tar-regolament EIDHR (10), li daħal fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 2007 li ġie stabbilit strument li għandu l-fondi tiegħu. Dan l-istrument kellu bidu li ma kienx faċli, peress li fil-proposti tal-bidu id-Drittijiet tal-Bniedem u d-demokrazija kienu fost it-temi koperti mill-istrument DCI, u għalhekk kien nieqes mill-awtonomija meta mqabbel ma’ azzjonijiet oħra ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp. Kien minħabba il-pressjoni li għamel il-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li fl-aħħar kien possibbli li jinkiseb regolament speċifiku għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.
3.4 L-istrument il-ġdid jieħu post l-Inizjattiva Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri il-programmi li kien hemm fis-seħħ mill-2000 sal-2006. Dan hu r-risposta għall-kritika li tressqet għall-Inizjattiva Ewropea, li tqieset bħala riġida wisq fuq il-livell amministrattiv u finanzjarju u ftit adattata għas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi li fihom id-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem għandhom sitwazzjoni diffiċli.
3.5 L-implimentazzjon tal-Istrument tinqasam f’żewġ fażijiet: (1) l-ipprogrammar strateġiku multiannwali, li jiddefinixxi il-qafas tal-għajnuna tal-UE, u jidentifika il-prijoritajiet u l-ammont indikattiv tal-fondi. Id-dokument strateġiku relattiv ġie żviluppat mid-Direzzjoni ġenerali tar-Relazzjonjiet Esterni tal-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra, fosthom, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. (2) mill-banda l-oħra, il-Pjan ta’ azzjoni annwali, huwa bbażat fuq id-dokument strateġiku u jiddefinixxi b’iktar dettall l-objettivi, is-setturi tal-intervent, il-proċeduri tat-tmexxija u l-ammont tal-fondi. Dan il-pjan jitfassal mill-Europe Aid.
3.6 Huwa importanti li wieħed jinnota li ddaħħlet sistema ta’ legal scrutiny min-naħa tal-Parlament Ewropew tad-dokumenti ta’ strateġija ppreparati mill-Kummissjoni Ewropea u adottati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni trid tqis l-osservazzjonijiet li jagħmel il-Parlament waqt l-implimentazzjoni tal-politiki.
3.7 L-għanijiet (11) tal-EIDHR bħalissa huma 5:
|
— |
Għan 1: It-tisħiħ tar-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-pajjiżi u r–reġjuni tad-dinja fejn huma l-aktar mhedda. |
|
— |
Għan 2: It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-riformi demokratiċi, b’sostenn għall-konċiljazzjoni paċifika tal-interessi tal-gruppi varji u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni politika. |
|
— |
Għan 3: Is-sostenn tal-miżuri favur id-Drittijiet tal-Bniedem u d-demokrazija li jidħlu fil-qafas tal-linji gwida tal-UE, fosthom dawk marbuta mad-djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-difensuri tagħhom, il-piena kapitali, it-tortura, u t-tfal fil-kunflitti armati. |
|
— |
Għan 4: Is-sostenn u t-tisħiħ tal-qafas internazzjonali u reġjonali għall-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ġustizzja, l-Istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija. |
|
— |
Għan 5: Il-ħolqien tal-fiduċja fil-proċess elettorali demokratiku, b’mod partikolari permezz tal-monitoraġġ tal-elezzjonijiet. |
3.8 L-EIDHR huwa strument ta’ importanza fundamentali għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti b’sostenn għad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa joħloq strument essenzjali, l-aktar għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li fih jisbu punt adattat minn fejn iniedu l-inizjattivi tagħhom.
4. Kummenti ġenerali
4.1 B’mod globali, il-KESE għandu opinjoni favorevoli tal-istrument EIDHR, li l-importanza tiegħu għall-appoġġ tal-politika tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-dinja hija indiskutibbli. Daqstant ieħor japprova ż-żjieda fil-fondi mwarba għal dan l-istrument. Bis-saħħa tal-esperjenza speċifika tiegħu, il-KESE huwa lest li jappoġġja s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi terzi, li trid tibqa’ d-destinatarja ewlenija tal-fondi tal-Istrument. Fl-aħħar, il-KESE jidentifika rabta qawwija bejn it-temi tal-Istrument u l-prijoritajiet strateġiċi individwati mis-Sezzjoni Speċjalizzata tal-Relazzjonijiet Esterni.
4.2 Madankollu, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal żewġ rekwiżiti ta’ natura ġenerali: 1) dik li tingħata iktar prominenza lill-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, b’mod partikolari tad-dritt internazzjonali tax-xogħol, fl-istruttura ġenerali tal-EIDHR (id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, fil-fatt, jistgħu jkunu punt ta’ tluq biex wara jkunu jistgħu jiġu sostnuti d-drittijiet ċivili u politiċi, speċjalment fil-każ ta’ pajjiżi “diffiċli”) u 2) dik li jingħata rwol aktar attiv lill-KESE u lis-soċjetà ċivili organizzata fil-proċessi differenti ta’ konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem (12).
4.3 Kif stipulat fir-regolament EIDHR innifsu, “l-isfida li tinħoloq u tinbena kultura ta’ drittijiet u ta’ garanziji tat-tħaddim tal-proċess demokratiku” ma tistax isseħħ mingħajr ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali. Il-ħarsien tax-xogħol u tad-drittijiet marbuta miegħu imniżżla fil-Konvenzjoni tal-ILO, illum huma aspett ċentrali għall-iżvilupp tal-pajjiżi terzi. Kif tfakkar l-istess Kummissjoni Ewropea “L-UE tqis li r-rispett tad-drittijiet soċjali u tal-istandards tax-xogħol iwasslu għal żvilupp soċjali u ekonomiku ekwu u li jtul” u bħala konsegwenza li “l-atturi ewlenin huma il-partijiet soċjali (l-intrapriżi u l-għaqdiet tal-ħaddiema) … L-għaqdiet tal-ħaddiema huma spiss l-organizzazzjonijiet tal-massa l-aktar b’saħħithom fil-pajjiżi msieħba u li jgħassu fuq l-istandards tax-xogħol internazzjonali” (13).
4.4 Diġà ntqal li s-soċjetà ċivili organizzata tista’ tipparteċipa iktar fil-proċessi tan-negozjati tal-ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiżi terzi. Dan mhux biżżejjed. Jidher li tkun ħaġa tajba li kieku, anke waqt it-tfassil tal-programm strateġiku u tal-programmi annwali għall-għajnuna barranija, is-soċjetà ċivili organizzata tiġi integrata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Anke jekk fil-fatt diġà hemm pjanijiet għal konsultazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, din il-proċedura għandha tkun aktar trasparenti u ssir uffiċjali fl-aġendi istituzzjonali.
4.5 B’mod partikolari, il-konsultazzjoni mad-delegazzjoni tal-UE fil-pajjiż li jibbenefika tidher li hija fundamentali biex jiġi garantit li l-assistenza tindirizza l-ħtiġijiet reali tas-soċjetà (14).
4.6 Il-KESE jenfasizza li l-konsultazzjoni sistematika mas-soċjetà ċivili hi importanti ukoll fil-livell transkonfinali, reġjonali u lokali. Għalhekk il-KESE jħeġġeġ lir-rappreżentanti fil-livelli kollha sabiex jinkludu lis-soċjetà ċivili fid-deċiżjonijiet politiċi kollha qabel it-tfassil ta’ dokumenti strateġiċi jew it-teħid ta’ kull deċiżjoni strateġika. Minħabba li f’dan il-qasam ma teżisti l-ebda valutazzjoni komparattiva, il-KESE jissuġġerixxi monitoraġġ u evalwazzjoni regolari ta’ dawn il-konsultazzjonijiet bil-għan li jissaħħaħ il-proċess konsultattiv mas-soċjetà ċivili u sabiex fuq il-bażi ta’ fatti aċċertati ikun hemm rikonxximent tal-metodi maqbula
4.7 Għal dan il-għan il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jinbeda djalogu veru bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-delegazzjonijiet tal-UE. Għaldaqstant il-KESE jittama li d-Delegazzjonijiet kollha tal-UE jipparteċipaw iktar fl-implimentazzjoni tal-proġetti u li jkun jista’ jkollhom persunal speċifiku, adattat għal dan ir-rwol, bħal fil-każ tal-figura tas-“Civil Society Officer”, li diġà hemm xi wħud bħalhom.
4.8 Il-KESE jitlob li r-riżorsi umani u ta’ bilanċ li jingħataw għall-implimentazzjoni tal-EIDHR ikunu adegwati għall-ispeċifiċità tal-proġetti li jsiru mas-soċjetà ċivili u l-limitazzjonijiet tagħhom f’termini ta’ ħin, persunal u riskji finanzjarji, kemm għad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi kif ukoll fil-kwartjieri tal-Kummissjoni (15). Dan jitlob l-intervent speċifiku ta’ għażla u formazzjoni tar-riżorsi umani barra minn dak li diġà twettaq mill-Kummissjoni.
4.9 B’mod partikolari il-KESE jitlob li l-istrumenti tal-Unjoni Ewropea li huma disponibbli b’mod konkret għall-appoġġ tal-inizjattivi ta’ “capacity building” favur l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili interessati, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar tas-soċjetà ċivili li huma awtonomi u informali, jiġu analizzati, fid-dawl tal-bżonn li dawn tal-aħħar jingħataw sostenn dirett (core funding) f’każijiet partikolari u spiss anke għal ammonti żgħar.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Għan 1:
Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni speċifika tad-dritt għall-assoċjazzjoni u d-dritt li tifforma jew tkun parti minn organizzazzjoni tal-ħaddiema bħala l-bażi tal-miżura ta’ prijorità skont dan l-għan.
Madankollu tkun ħaġa tajba li kieku jiġi speċifikat ukoll id-dritt għan-negozjazzjoni, li tikkumplimenta d-dritt tal-assoċjazzjoni, kif imniżżel fl-istess Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).
Il-KESE jfakkar kemm dawn it-temi huma rilevanti u kruċjali f’ħafna pajjiżi (16). F’dan is-sitwazzjonijiet fil-fatt il-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni jiġu miċħuda. Ta’ spiss ġara li xi membri tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema inqatlu għall-ġlieda tagħhom favur id-Drittijiet tal-Bniedem. F’dan il-kuntest is-solidarjetà u l-għajnuna internazzjonali huma meħtieġa biex jappoġġja l-organizzazzjonijiet lokali, bil-parteċipazzjoni, sa fejn hu possibbli, tal-imsieħba soċjali kollha (17).
Mhux b’inqas il-KESE jenfasizza l-importanza tal-libertà tal-intrapriża, dritt, li l-eżerċizzju tiegħu bi skopijiet ta’ żvilupp ekonomiku, huwa mfixkel f’diversi pajjiżi.
5.2 Għan 2:
Dan l-għan huwa ffukat fuq ir-riformi demokratiċi, b’sostenn għall-konċiljazzjoni tal-interessi tal-gruppi varji u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ djalogu soċjali fost il-prijoritajiet imsemmija fil-Pjan ta’ azzjoni.
Minkejja li terġa tissemma l-libertà tal-assoċjazzjoni, id-djalogu soċjali jrid jiġi indikat b’mod espliċitu bħala prijoritarju bħala strument sħiħ, tal-parteċipazzjoni tar-rappreżentazzjoni kif ukoll tal-konċiljazzjoni tal-gruppi ta’ interess, li f’dan il-każ huma l-partijiet soċjali (min iħaddem u ħaddiema). Id-djalogu soċjali huwa mezz li jippermetti t-tlaqqigħ tal-interessi tal-partijiet, li fuq il-bażi tagħhom il-partijiet jilħqu ftehim. Għalhekk dan il-proċess fih il-prinċipju tal-ugwaljanza tar-rappreżentanza, kif ukoll l-affermazzjoni tal-prinċipji bażiċi tad-demokrazija. Għalhekk, id-djalogu soċjali huwa prova konkreta tal-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, li kif jgħid l-istess regolament tal-EIDHR “huma l-kundizzjonijiet għall-pluraliżmu politiku u l-proċess demokratiku”.
L-implimentazzjoni tad-djalogu soċjali, stabbilit bħala mudell ta’ qbil fost il-partijiet soċjali fi ħdan l-UE, jrid jiġi appoġġjat preċiżament, fil-pajjiżi terzi wkoll, fejn id-dinamika tad-demokrazija għandha bżonn li titħaddem u tissaħħaħ. Ma rridux ninsew li, minħabba fin-natura tiegħu, id-djalogu soċjali huwa wkoll strument li jevita, barra milli jsolvi l-kunflitti.
Il-KESE jfakkar li l-libertà tal-assoċjazzjoni u tad-djalogu soċjali jirrappreżentaw elementi fundamentali għall-applikazzjoni tal-politiki ta’ appoġġ tal- ħidma dinjituża , li kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Kunsill adottaw u ħaddnu fl-2006 (18). Jindika wkoll li anke d-dokument strateġiku tal-EIDHR jirreferi b’mod espliċitu għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet dinjitużi tax-xogħol. Għalhekk wieħed jittama li dawn il-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jsiru għanijiet reali tal-Istrument għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem.
5.3 Għan 3: Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem
Il-KESE jitlob li dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema jingħataw attenzjoni ikbar u joffri li jsaħħaħ l-appoġġ għal dawk li li huma mhedda għax jiddefendu d-Drittijiet tal-Bniedem, bl-għajnuna tan-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (19).
Il-KESE jissuġġerixxi li jibda diskussjoni fuq il-ħolqien ta’ “focal points” li jappoġġjaw lid-difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jkunu jippermettu lill-Istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE li jaħdmu flimkien, kull wieħed fl-isfera tiegħu ta’ kompetenza (fosthom il-Kunsill tal-Ewropa li diġà beda jieħu xi inizjattivi f’din id-direzzjoni).
Fl-aħħar qed issir proposta li tikber il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, li jibda' jipparteċipa b’mod dirett f’inizjattivi li jirrigwardaw din it-tema (ara pereżempju les villes refuges (20)
5.4 Ir-rwol speċifiku tal-KESE
Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tikkonsultah b’mod regolari dwar l-EIDHR. Bħala organu konsultattiv tal-Istituzzjonijiet Ewropej, fejn huma rrappreżentati il-partijiet soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, li min-naħa tagħhom joperaw b’mod attiv fl-isħubija mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi terzi, il-KESE jista’ fil-fatt joffri kontribut validu kemm għall-ipprogrammar strateġiku tal-istrument kif ukoll għall-valutazzjoni tiegħu.
Fid-dawl ta’ dak li għamel il-Parlament Ewropew, il-KESE jipproponi li jinħoloq Kumitat ta’ segwitu tal-EIDHR li bħala missjoni, minn naħa, jirrispondi għat-talbiet urġenti ta’ konsultazzjoni fil-qasam tal-proċeduri l-ġodda stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji, u minn naħa l-oħra jiżgura s-segwitu tal-programm u l-implimentazzjoni tal-EIDHR.
Fl-aħħar, il-KESE jista’ jaqdi rwol ta’ appoġġ tas-soċjetà ċivili organizzata kemm fil-pajjiżi meqjusa “diffiċli”, kif ukoll fil-qasam tas-segwitu li jsir wara l-elezzjonijiet, biex jissaħħu s-sistemi demokratiċi (implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, u b’mod partikolari tal-istituzzjonijiet li jistgħu jassiguraw id-djalogu bejn il-partijiet soċjali).
Brussell, il-15 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) L-Artikoli 6 sa’ 15 tal-Patt dwar l-għarfien tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali jirrikonoxxu: dritt indaqs lill-irġiel u n-nisa biex igawdu d-drittijiet umani kollha u jappella lill-Istati biex dan il-prinċipju jsir realtà. (Artikolu 3)
|
— |
id-dritt għax-xogħol; |
|
— |
tat-tgawdija ta’ kundizzjonijiet ġusti u favorevoli tax-xogħol; |
|
— |
li jiffurmaw u jissieħbu mal-għaqdiet tal-ħaddiema; |
|
— |
għas-sigurtà soċjali inkluż l-assigurazzjoni soċjali; |
|
— |
għall-ħarsien kemm jista’ jkun wiesa’ u l-assistenza għall-familja, l-ommijiet, it-tfal u ż-żgħażagħ; |
|
— |
għal livell ta’ għejxien adegwat; |
|
— |
tat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ saħħa fiżika u mentali; |
|
— |
għal edukazzjoni adegwata u |
|
— |
ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali. |
(2) Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar xogħol deċenti, koprut ukoll mill-Artikoli 6,7 u 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966.
(3) Għandha titfakkar ukoll il-Karta Soċjali Ewropea tal-1961, peress li din kienet l-ewwel sors legali fil-livell Ewropew li kkodifikat id-drittijiet ekonomiċi u soċjali. Il-Karta daħlet fis-seħħ fl-1965 u riveduta fl-1966 u fil-verżjoni attwali tagħha fl-1999. Fl-aħħar nett għandha tissemma ukoll il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989.
(4) Dikjarazzjoni konġunta dwar il-politika ta’ żvilupp tal-KE, il-Kunsill u l-Kummissjoni, l-10 ta’ Novembru 2000, disponibbli fuq is-sit: http://europa.eu.int/comm/development/lex/en/council20001110_en.htm (http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/00/st13/13458en0.pdf) Il-Politika dwar l-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea “Il-Kunsens Ewropew” (COM(2005) 311 finali).
(5) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija fil-pajjiżi terzi, (COM(2001) 252 finali).(traduzzjoni libera, verżjoni bil-Malti mhux disponibbli).
(6) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija u d-drittijiet umani fil-ftehimiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi COM(1995) 216 finali.
(7) Regolament (KE) Nru. 2820/98 tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ skema multiannwali ta’ preferenzi fit-tariffi ġeneralizzati għall-perjodu tal-1 ta’ Lulju 1993 sal-31 ta’ Diċembru 2001 ( ĠU L 357, 30.12.1998, pġ. 1–112) (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-klawżola dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (2005/2057(INI). (mhux disponibbli bil-Malti)
(9) Fuq il-bażi tal-ftehim ta’ Cotonu (2000) fl-2002 bdew in-negozjati biex jiġu konklużi dawn il-ftehimiet. Dawn jipprevedu l-ħolqien ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-imsieħba tal-AKP.
(10) Regolament (KE) Nru. 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja.(ĠU L 386, 29.12.2006).
(11) Dokument tal-Istrateġija EIDHR 2007-2010, DG RELEX/B/1 JVK 70618, is-sit elettroniku tal-EuropeAid.
(12) Il-KESE jfakkar li l-konsultazzjoni mas-Soċjetà Ċivili Organizzata hi rilevanti mhux biss għall-EIDHR, iżda wkoll għall-istrumenti l-oħra li jirrigwardaw l-assistenza esterna tal-UE. Pereżempju il-Kumitat jitlob li l-programm tematiku “ażil u migrazzjoni” integrat fl-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp — DCI — jiġi ffukat prinċipalment għall-appoġġ tal-inizjattivi tas-soċjetà ċivili fil-ħarsien tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-migranti, b’konformità mal-prijoritajiet stipulati minnu fl-Opinjonijiet tiegħu dwar il-politika tal-migrazzjoni tal-UE, adottati f’Lulju 2008. Ara: Migrazzjoni u żvilupp: opportunitajiet u sfidi. Rapporteur Sukhdev Sharma, ĠU C 120, 16.5.2008, p. 82.
(13) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija fil-pajjiżi terzi, COM(2001) 252 finali).(traduzzjoni libera, verżjoni bil-Malti mhux disponibbli).
(14) B’mod partikolari hem bżonn li tiġi żgurata l-koerenza tat-tqassim tal-fondi bejn il-pajjiżi u ż-żoni ġeografiċi differenti, b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet oġġettivi u l-ħtiġijiet effettivi.
(15) Bħalissa l-fondi għall-EIDHR huma madwar 10 % tal-fondi totali disponibbli għall-programmi ta’ kooperazzjoni. Il-bqija tal-fondi jiġu allokati permezz ta’ ftehimiet bilaterali u ta’ “appoġġ baġitarju” favur il-pajjiżi li jibbenefikaw. Għalhekk, apparti l-fatt li l-fondi l-aktar importanti jaslu fil-livell tal-gvern, dan l-arranġament iwassal biex l-ikbar interess u disponibbiltà min-naħa tal-istess persunal tad-Delegazzjoni jkunu jridu jduru lejn il-programmi li jkollhom prijorità finanzjarja akbar.
(16) Bħala riferenza ara s-sit elettroniku tal-UNHRC (United Nations Human Rights Council)
(17) Ara: CESE Il-libertà ta’ assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba tal-Euromed Rapporteur Juan Moreno, ĠU C 211, 19.8.2008, p. 77.
(18) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd. COM(2006) 249 finali
(19) Wieħed ifakkar per eżempju il-mekkaniżmu ta’ koordinament u ta’ reazzjoni fil-każ tal-ksur tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-għaqdiet tal-ħaddiema li twaqqfu mill-Human and Trade Union Rights Department tal-International Trade Unions Confederation (ITUC).
(20) Għal eżempju ara is-sit elettroniku: http://www.icorn.org/
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/19 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali
COM(2008) 426 finali (Opinjoni addizzjonali)
(2009/C 182/04)
Rapporteur: is-Sur CROOK
Nhar it-23 ta’ Ottubru 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(a) tal-Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, iddeċieda li jfassal opinjoni addizzjonali dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali
COM(2008) 426 finali (Opinjoni addizzjonali għall-opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur CROOK.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar l-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’183 vot favur, 7 voti kontra u 18-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ l-abbozz tad-Direttiva li bejn wieħed u ieħor isegwi r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja riċenti dwar miżuri kontra d-diskriminazzjoni għal oqsma barra l-impjiegi (1), u li għandu jwassal għal standards ta’ protezzjoni konsistenti kontra d-diskriminazzjoni għar-raġunijiet kollha tal-Artikolu 13 TKE fl-UE kollha.
1.2 Madankollu, il-KESE jemmen li f’ċerti oqsma d-direttiva toffri protezzjoni inqas minn dik li diġà teżisti fid-direttivi dwar l-ugwaljanza tar-razez u tas-sessi.
1.3 Dan huwa l-każ tal-Artikolu 2, li jippermetti li jsiru eċċezzjonijiet għal projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tas-servizzi finanzjarji. Il-KESE jirrakkomanda li l-istess rekwiżiti ta’ trasparenza, reviżjoni u sorveljanza diġà fis-seħħ fir-rigward tas-sessi għandhom japplikaw għall-età u d-diżabilità.
1.4 Il-KESE jqis li l-Artikolu 3, li jiddefinixxi l-ambitu tad-direttiva, jillimita u jippermetti eċċezzjonijiet wiesgħa li jnaqqsu l-effikaċja tad-direttiva kollha.
1.5 Il-KESE jemmen li l-obbligu tal-fornituri ta’ oġġetti u servizzi li jieħdu miżuri bil-quddiem li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli, stipulat fl-Artikolu 4, huwa limitat wisq.
1.6 Il-KESE jinnota li l-korpi ta’ ugwaljanza li għandhom jitwaqqfu skont l-Artikolu 12, għal kuntrarju ta’ korpi maħtura skont id-direttivi dwar ir-razza u s-sess, ma jkoprux il-qasam tal-impjiegi u jirrakkomanda li dan għandu jiġi indirizzat permezz ta’ premessa ġdida.
1.7 Il-KESE jiddispjaċih li d-direttiva tonqos milli tindirizza adegwatament il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni multipla, u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjoni f’dan ir-rigward.
2. Ħarsa ġenerali
2.1 Fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja riċenti tiegħu, il-KESE rreveda l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u l-Istati Membri kontra d-diskriminazzjoni u kkonkluda li “issa hemm bżonn ta’ liġijiet ġodda li ma jippermettux d-diskriminazzjoni barra mill-qasam tal-impjiegi fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.”
2.2 Wara li kellu l-opportunità li jqis il-kontenut tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, il-KESE jinnota li ċertu tħassib muri minnu ma ġiex indirizzat għalkollox, u ddeċieda li jfassal opinjoni addizzjonali dwar id-direttiva proposta.
2.3 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li ħafna mid-dispożizzjonijiet tad-direttiva proposta jirriflettu d-dispożizzjonijiet ta’ direttivi oħra tal-Artikolu 13: definizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u fastidju diretti u indiretti, dispożizzonijiet dwar infurzar u rimedji ġuridiċi, li jinkludu l-bidla fl-oneru tal-provi, protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni u sanzjonijiet li jridu jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. Bħad-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali (2), l-ambitu tad-direttiva proposta jkopri l-protezzjoni soċjali, inklużi l-kura tas-saħħa, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni, l-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi inkluża l-akkomodazzjoni (għalkemm kif jiġi diskuss iktar ’il quddiem, b’restizzjonijiet u esklużjonijiet li jistgħu jnaqqsu l-ambitu kollu).
2.4 Fil-kummenti segwenti, il-KESE jiffoka fuq dispożizzjonijiet partikolari li fil-fehma tiegħu, b’mod espliċitu jew impliċitu, jistgħu joffru inqas protezzjoni għar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali minn dik li jistipulaw direttivi oħrajn tal-Artikolu 13 dwar ir-razez, l-oriġini etnika jew is-sess.
3. Kummenti dwar Artikoli speċifiċi
3.1 L-Artikolu 2
L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-kunċett tad-diskriminazzjoni; f’2(1)-2(4) hemm l-istess definizzjonijiet tal-kunċetti ewlenin li jinsabu fid-direttivi l-oħra tal-Artikolu 13. Skont l-Artikolu 2(5), iċ-ċaħda ta’ akkomodazzjoni raġonevoli stipulata fl-Artikolu 4(1)(b) hija għamla ta’ diskriminazzjoni pprojbita.
3.1.1.1 Sabiex tkun żgurata traspożizzjoni preċiża tad-direttiva fil-liġi nazzjonali, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Coleman –v — Attridge Law, li kkonfermat li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità fid-Direttiva 2000/78/KE tapplika għal persuna assoċjata ma’ persuna b’diżabilità (3), il-KESE jirrakkomanda li d-direttiva tikkjarifika li d-diskriminazzjoni għal raġunijiet stipulati fid-direttiva tinkludi diskriminazzjoni abbażi ta’ assoċjazzjoni ma’ persuni ta’ reliġjon jew twemmin partikolari, jew għal raġunijiet ta’ diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
Skont l-Artikolu 2(6) l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li differenzi fit-trattament għal raġunijiet ta’ età m’għandhomx jikkostitwixxu diskriminazzjoni, jekk “huma ġustifikati minn għan leġittimu, u jekk il-mezzi ta’ ksib ta’ dak l-għan huma xierqa u neċessarji”.
3.1.2.1 Il-KESE rrakkomanda (4) li l-kapaċità li jingħata trattament preferenzjali m’għandux japplika wkoll għal persuni b’diżabilitajiet suġġetti għall-istess eżamijiet ta’ ġustfikazzjoni; din għandha tkun b’żieda ma’ miżuri li jiżguraw aċċess effettiv skont l-Artikolu 4.
3.1.2.2 Ta’ min jinnota li biex għan ikun “leġittimu” għal dan l-iskop, għandu jkun konsistenti mal-prinċipju tat-trattament ugwali, pereżempju biex tgħin il-grupp inkwistjoni jipparteċipa fil-ħajja pubblika f’kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza.
Skont l-Artikolu 2(7) l-Istati Membri jistgħu jippermettu “differenzi proporzjonati fi trattament” fl-għoti ta’ servizzi finanzjarji fejn “l-użu ta’ età jew diżabilità bħala huwa fattur ewlieni fl-evalwazzjoni ta’ riskju bbażat fuq dejta preċiża attwarjali jew ta’ statistika”.
3.1.3.1 Il-KESE huwa mħasseb li din l-eċċezzjoni wiesgħa tibqa’ ġġedded l-iżvantaġġ dokumentat tajjeb li għandhom iż-żgħażagħ, in-nies anzjani u l-persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ prodotti bankarji u ta’ firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni.
3.1.3.2 Dan jikkuntrasta b’mod notevoli mad-Direttiva dwar is-Sessi u l-Prodotti u s-Servizzi (5), li permezz tagħha l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu differenzi proporzjonati fi premiums u benefiċċji għal nisa u rġiel, iżda biss jekk ikunu appoġġjati minn data attwarjali preċiża li tkun miġbura, ippubblikata, u aġġornata regolarment; l-Istati Membri mbagħad iridu jirrevedu din id-deċiżjoni wara ħames snin.
3.1.3.3 Il-KESE jaċċetta li għal uħud mill-attivitajiet ir-riskji jistgħu jkunu ikbar għal persuni f’ċerti faxex ta’ età jew b’ċerti tipi ta’ diżabilità; madankollu, l-Artikolu 2(7) jippermetti ambitu wiesa’ wisq għal premiums differenzjati mingħajr ma jobbliga lill-assiguraturi jipprovdu data attwarjali. Klijenti prospettivi ma jistgħux ikunu jafu jekk ir-rati differenzjati humiex ġustifikati, u l-kompetituri ma jkollhom l-ebda inċentiv li joffru prezzijiet aktar ġusti.
3.1.3.4 Anke jekk rati differenzjati huma ġustifikabbli, il-provvista ta’ data attwarjali jew statistika hija meħtieġa biex tiżgura l-proporzjonalità skont l-Artikolu 2(7).
3.1.3.5 Il-KESE jirrakkomanda li l-istess rekwiżiti ta’ trasparenza, reviżjoni u sorveljanza diġà fis-seħħ fir-rigward tas-sessi għandhom japplikaw għall-età u d-diżabilità. Id-direttiva proposta għandha tagħti l-fakultà lill-Istati Membri jippermettu differenzi fit-trattament bil-kundizzjoni li jobbligaw lill-fornituri tas-servizzi finanzjarji jippubblikaw id-data attwarjali jew statistika marbuta mal-attività ta’ “riskju” partikolari, pereżempju sewqan, ivvjaġġar, ħlas lura ta’ self fuq djar, u mal-faxxa ta’ età jew mad-diżabilità partikolari kkonċernata. Din id-data għandha tiġi rriveduta perjodikament biex tirrifletti kull varjazzjoni fir-riskji, u l-Istati Membri għandhom, wara perjodu stabbilit, ikunu meħtieġa li jirrevedu l-evidenza dwar trattament differenzjat u li jikkunsidraw il-qsim gradwali tar-riskji u l-ekwalizzazzjoni tal-premiums.
3.2 L-Artikolu 3
L-Artikolu 3 jiddefinixxi l-ambitu tad-direttiva proposta, jiġifieri l-oqsma ta’ attività li dwarhom tapplika l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
3.2.1.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li 3(1) (a)-(d) jirriflettu l-ambitu tad-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali (6) kif kien irrakkomanda (7).
3.2.1.2 Wara li 3(1) (d) jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fl-oqsma ta’ “Aċċess għal u provvista ta’ oġġetti u servizzi oħra li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni”, id-direttiva tgħid li: “Subparagrafu (d) għandu japplika għal individwi biss safejn ikunu qed iwettqu attività professjonali jew kummerċjali”.
3.2.1.3 Din l-eċċezzjoni, li tidher ukoll fil-premessa 16, ma tinsabx fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali. Il-KESE jinsab imħasseb li mingħajr definizzjoni ta’ “professjonali jew kummerċjali”, ikun hemm nuqqas ta’ ċarezza li jdgħajjef l-impatt tad-direttiva. Jekk kif qed tissuġġerixxi l-Kummissjoni (8), l-għan huwa li jiġu eżentati tranżazzjonijiet privati, allura l-KESE jissottometti li dan jista’ jinqara mill-fatt li huma koperti biss l-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, il-Premessa 17 taqra: “Filwaqt li jipprojbixxu diskriminazzjoni, huwa importanti li jkunu rispettati […] il-protezzjoni tal-ħajja privata u familjari u tranżazzjonijiet imwettqa f’dak il-kuntest.”
L-Artikolu 3(2) teżenta l-protezzjoni għal kwalunkwe waħda mill-erba’ raġunijiet fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili jew familjari u d-drittijiet riproduttivi.
3.2.2.1 Il-KESE jirrikonoxxi li dwar l-istatus ċivili, l-istatus familjari u d-drittijiet riproduttivi, l-Istati Membri għandu jkollhom il-kompetenza li jilleġiżlaw, iżda ma jaċċettax li tali kompetenza għandha tiċħad għalkollox il-protezzjonijiet legali kontra d-diskriminazzjoni li jeżistu madwar l-UE.
3.2.2.2 Stat ċivili. Fir-rigward tal-prerogattivi nazzjonali dwar ir-regolazzjoni tal-istat ċivili, il-Qorti tal-Ġustizzja riċentement ippronunzjat ruħha li “l-istat ċivili u l-benefiċċji li jiddependu minnu huma kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri u l-liġi Komunitarja ma tippreġudikax din il-kompetenza. Madankollu, għandu jiġi mfakkar li l-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju ta’ tali kompetenza, jirrispettaw il-liġi Komunitarja, partikolarment id-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni” (9).
3.2.2.3 Stat familjari. Il-kunċett ta’ “stat familjari” mhuwiex definit u għalhekk huwa vag wisq biex jintuża bħala bażi għall-esklużjoni tal-protezzjoni.
3.2.2.4 Drittijiet riproduttivi. Il-KESE jqis l-aċċess għas-servizzi riproduttivi bħala parti integrali mis-servizzi tas-saħħa, li dwarhom m’hemm l-ebda raġunijiet ta’ diskriminazzjoni permessi la skont il-liġi Komunitarja u lanqas skont il-liġijiet nazzjonali. Hemm evidenza ta’ diskriminazzjoni marbuta mas-servizzi riproduttivi abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali, diżabilità u età. Minbarra dan, peress illi huma n-nisa li jitolbu u jużaw is-servizzi riproduttivi, li tiġi eskluża l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni f’dan il-qasam tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel kif ukoll għal raġunijiet ta’ diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
3.2.2.5 Għalhekk il-KESE jemmen li l-Artikolu 3(2) kollu kemm hu għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid, u kull formulazzjoni finali tiegħu għandha tinkludi li l-liġijiet nazzjonali marbuta mal-istat ċivili, l-istat familjari u d-drittijiet riproduttivi għandhom jiġu implimentati mingħajr ma ssir diskriminazzjoni kontra l-ebda persuna għall-ebda raġuni msemmija fid-direttiva.
3.2.2.6 L-Artikolu 3(3) jissoġġetta l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni għar-“responsabbiltajiet ta’ Stati Membri għall-kontenut ta’ tagħlim, attivitajiet u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom, inkluż l-għoti ta’ edukazzjoni ta’ bżonnijiet speċjali”.
3.2.2.7 Il-KESE huwa mħasseb li din l-eċċezzjoni, li ma tinsabx fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali, u li tmur lil hinn mill-Artikolu 149, id-dispożizzjoni speċifika tat-Trattat dwar l-edukazzjoni (10), tista’ tillimita bla bżonn l-effett ta’ din id-direttiva fuq it-tneħħija għalkollox tad-diskriminazzjoni u l-fastidju mill-skejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi.
3.2.2.8 Il-KESE jinnota li l-Artikolu 150 TKE jgħid, fi kliem kważi identiku għal dak tal-Artikolu 149, li l-Istati Membri għadhom ir-responsabbiltà għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali, mentri t-taħriġ vokazzjonali kien jaqa’ fl-ambitu tal-leġiżlazjoni antidiskriminatorja tal-UE mingħajr l-ebda limitazzjoni (11).
3.2.2.9 L-evidenza ta’ diskriminazzjoni fl-edukazzjoni madwar l-UE abbażi tar-reliġjon, it-twemmin, id-diżabilità jew l-orjentazzjoni sesswali kienet ir-raġuni ewlenija għal din id-direttiva proposta. Il-KESE huwa tal-fehma li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tat-trattament ugwali fl-edukazzjoni huma ta’ importanza tali għall-iżvilupp ta’ soċjetajiet demokratiċi u tolleranti, għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u għat-tilħiq tal-koeżjoni soċjali, li hija meħtieġa leġiżlazzjoni fil-livell Komunitarju, konsistenti mal-prinċipji tas-sussidarjetà u l-proporzjonalità skont l-Artikolu 5 tat-Trattat KE.
3.2.2.10 Huwa ta’ importanza partikolari l-istipular ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-provvediment tal-edukazzjoni għall-bżonnijiet speċjali, biex jiġi żgurat trattament ġust u onest tat-tfal ikunu xi jkunu r-reliġjon jew it-twemmin, diżabilita, età jew orjentazzjoni sesswali tagħhom. It-twettiq ta’ dan ma jfixkilx il-politiki tal-Istati Membri dwar edukazzjoni separata jew integrata, iżda jiżgura li dawk il-politiki jitħaddmu mingħajr diskriminazzjoni. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sentenza tagħha f’D.H. u oħrajn –v– Ir-Repubblika Ċeka turi kif id-deċiżjonijiet li jispeċifikaw min għandu jirċievi edukazzjoni għal bżonnijiet speċjali jista’ jipperpetwa skemi stabbiliti ta’ diskriminazzjoni fl-edukazzjoni (12).
3.2.2.11 Il-KESE jqis li l-konsistenza fil-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni hija ta’ importanza partikolari minħabba l-interazzjoni frekwenti f’dan il-qasam bejn diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ razza jew oriġini etnika u għal raġunijiet ta’ reliġjon jew twemmin. Jekk limitazzjoni bħal dik tal-Artikolu 3(3) ma kinetx meħtieġa fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali, mhux ċar għaliex hija meħtieġa fid-direttiva proposta.
3.2.2.12 Huma x’inhuma l-limiti tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-edukazzjoni, id-direttiva għandha tgħid b’mod espliċitu li dawn il-funzjonijiet kollha għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni.
3.2.2.13 It-tieni sentenza fl-Artikolu 3(3) tippermetti differenzi fit-trattament fir-rigward tal-aċċess għall-istituzzjonijiet edukattivi fuq il-bażi ta’ reliġjon jew twemmin; il-KESE jqis li d-direttiva għandha tiżgura li tali istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jiddiskriminaw fuq ebda bażi oħra.
3.3 L-Artikolu 4
L-Artikolu 4 jirrigwarda t-trattament ugwali tal-persuni b’diżabilità.
3.3.1.1 Il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà (13) tinkludi deskrizzjoni mhux eżawrjenti ta’ dawk meqjusa bħala “persuni b'diżabilità”. L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkunsidraw din id-deskrizzjoni fit-tfassil tal-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet ta’ ugwaljanza ta’ persuni b’diżabilità. Id-direttiva proposta għandha tinkludi gwida dwar dan kif ukoll dwar it-tifsira ta’ diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ diżabilità.
3.3.1.2 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazjon l-approċċ doppju tal-Artikolu 4 fit-tneħħija tal-ostakoli għall-aċċess għall-protezzjoni soċjali, vantaġġi soċjali, kura tas-saħħa, edukazzjoni, u l-aċċess għal u l-provvista ta’ prodotti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, inklużi akkomodazzjoni u trasport, konformi mal-linja adottata fir-rakkomandazzjoni tal-KESE (14). Dan jinkludi l-obbligu li jittieħdu miżuri bil-quddiem dwar il-ħtiġijiet tal-aċċess għal persuni b’diżabilità (Artikolu 4(1)(a)) u rekwiżit li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli biex jiżguraw aċċess mingħajr diskriminazzjoni f’każ partikolari (Artikolu 4(1)(b)). Skont lL-Artikolu 2(5) in-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 4(1)(b) għamla ta’ diskriminazzjoni pprojbita. Il-KESE jirrakkomanda li d-direttiva tiċċara il-kunċett ta’ aċċess “effettiv mhux diskriminatorju”.
3.3.1.3 Il-KESE huwa mħasseb dwar it-tliet limitazzjonijiet tal-obbligu antiċipatorju fl-Artikolu 4(1)(a), jiġifieri li l-miżuri meħuda biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-aċċess m’għandhomx
|
a) |
jimponu piż sproporzjonat |
|
b) |
jirrikjedu tibdil fundamentali tal-protezzjoni soċjali, il-vantaġġi soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, jew il-provvisti u s-servizzi kkonċernati, jew |
|
c) |
jirrikjedu l-istabbiliment ta’ alternattivi għalihom. |
3.3.1.4 Il-limitazzjonijiet f'(b) u (c) mhumiex preċiżi, u x’aktarx li jżommu f’posthom prattiki diskriminatorji mhux ġustifikabbli. Pereżempju, fornitur tas-servizzi tas-saħħa li joffri dawn is-servizzi għal persuni bla diżabiltà biss, bis-saħħa ta’ (b), jista’ jirreżisti talba għall-modifika tas-servizz tiegħu. Jew awtorità lokali li bħalissa toffri servizz lejn sptar lokali b’xarabank li ma tistax takkomoda utenti tas-siġġu tar-roti, bis-saħħa ta’ (c) tista’ tirreżisti talbiet biex tipprovdi forma alternattiva ta’ trasport. Fil-fehma tal-KESE huwa biżżejjed li jiġi stipulat li miżuri minn qabel ikunu “raġonevoli”, rekwiżit li bħalissa mhux inkluż fl-Artikolu 4(1)(a), u li l-obbligu impost f’4(1)(a) jiġi suġġett għal dispożizzjoni waħdanija li tali miżuri m’għandhomx jimponu piż sproporzjonat.
3.3.1.5 L-Artikolu 4(2) ikun jipprovdi awtorità legali vinkolanti lil ċerti fatturi speċifiċi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta’ jekk il-miżuri fl-Artikolu 4(1)(a) jew 4(1)(b) “jimponux piż sproporzjonat”. Il-premessa 19 tidentifika d-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-organizzazzjoni bħala fatturi li għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-piż hux sproporzjonat. Fid-Direttiva 2000/78/KE kien hemm fatturi simili msemmija fil-Premessa 21. Żewġ fatturi oħra, “il-ħajja tal-provvisti u servizzi” u “l-benefiċċji possibbli ta’ aċċess miżjud għal persuni b'diżabilitajiet”, huma elenkati fl-Artikolu 4(2). Il-KESE jqis li peress li dawn iż-żewġ fatturi addizzjonali għandhom jiffurmaw parti mill-evalwazzjonijiet kollha tal-proporzjonalità, dawn huma bla ħtieġa u jistgħu jgerrxu lill-fornituri ta’ protezzjoni soċjali, vantaġġi soċjali, kura tas-saħħa, edukazzjoni, prodotti u servizzi, akkomodazzjoni u trasport, milli jaċċettaw il-ħtieġa ta' miżuri li jiżguraw l-aċċess effettiv għall-persuni b’diżabilità.
3.3.1.6 L-Artikolu 15(2) jippermetti lill-Istati Membri jiddiferixxu sa erba’ snin l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu li jipprovdu aċċess effettiv. Filwaqt li l-KESE jispera li jara lill-Istati Membri kollha resqin lejn l-iżgurar ta’ aċċess tajjeb għal persuni b’diżabilità malajr kemm jista jkun, huwa ma jsibx oġġezzjoni li l-Istati Membri jitħallielhom żmien biex jattwaw l-obbligu antiċipatorju msemmi fl-Artikolu 4(1)(a) għal dan il-perjodu limitat biss. Huwa essenzjali madankollu li d-direttiva tagħmilha ċara li l-ebda dewmien wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni mhu se jkun permess fir-rigward tal-konformità mal-obbligu li tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli għal xi persuna partikolari b’diżabilità skont l-Artikolu 4(1)(b).
3.4 L-Artikolu 12
3.4.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rekwiżit li l-Istati Membri jaħtru korp jew aktar għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali bla ebda distinzjoni fuq il-bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali b’kompetenzi paralleli għal dawk speċifikati fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali u d-Direttiva dwar is-Sessi u l-Prodotti u s-Servizzi. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll id-dikjarazzjoni ċara fil-premessa (15) li tali korpi għandhom joperaw b’mod konsistenti mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti, li b’mod partikolari, jippruvaw jiggarantixxu l-indipendenza tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Kif diġà ġie ddikjarat mill-KESE, dawn il-korpi għandhom ikunu responsabbli għall-evalwazjoni regolari tar-riżultati tal-politiki antidiskriminatorji nazzjonali (16). Dawn il-korpi għandhom ikunu mistennija jipparteċipaw fi djalogu xieraq ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw dawk il-persuni li huma fil-periklu li jiġu diskriminati fuq il-bażi ta’ dak kollu li huwa inkluż fil-proposta għal direttiva.
3.4.2 Il-proposta fl-Artikolu 12, madankollu, se tħalli vojt, peress li billi xorta mhux se jkun hemm ebda rekwiżit biex jinħatar korp jew aktar għall-promozzjoni tat-trattament ugwali fl-impjiegi u l-okkupazzjoni għal dawn ir-raġunijiet, minħabba li d-Direttiva Qafas għall-Impjieg (2000/78/KE) ma titlobx korp tal-ugwaljanza speċjalizzat. Korpi mwaqqfa skont id-Direttiva Qafas għall-Impjieg għandhom jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mat-trattament ugwali bla ebda distinzjoni fuq il-bażi ta’ razza jew oriġini etnika kemm fil-qasam tal-impjiegi kif ukoll barra minnu, u korpi mwaqqfa skont id-Direttiva dwar is-Sessi u l-Prodotti u s-Servizzi u d-Direttiva tat-Trattament Ugwali (imfassla mill-ġdid) (2006/54/KE) għandhom jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mat-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-qasam tal-impjiegi, kif ukoll barra minnu.
3.4.3 Il-KESE jirrakkomanda, għalhekk, premessa miżjuda fil-preambolu għad-direttiva proposta li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu kompetenzi ekwivalenti lill-korpi maħtura skont l-Artikolu 12 fir-rigward ta’ trattament ugwali fuq il-bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fl-ambitu tad-Direttiva Qafas għall-Impjieg.
4. Diskriminazzjoni multipla
4.1 Fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja reċenti, il-KESE għamel referenza għal evidenza tal-frekwenza tal-inċidenza tad-diskriminazzjoni multipla, jiġifieri diskriminazzjoni għal waħda jew aktar mir-raġunijiet fl-ambitu tal-Artikolu 13. Il-KESE rrakomanda li direttiva ġdida għandha tikkonferma li l-prinċipju tat-trattament ugwali jinkludi protezzjoni fir-rigward ta’ diskriminazzjoni multipla, biex tiddaħħal fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali.
4.2 Id-direttiva proposta tirrikonoxxi (17) li n-nisa spiss jaqgħu vittmi ta’ diskriminazzjoni multipla, iżda ma tikkunsidrax id-diskriminazzjoni multipla għar-raġunijiet l-oħra. Il-KESE jirrakkomanda li l-progress lejn ir-rikonoxximent tad-diskriminazzjoni multipla jista’ jsir b’żewġ modi:
|
a) |
Premessa addizzjonali fid-direttiva proposta li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-proċeduri ġuridiċi jkunu disponibbli biex jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni multipla, u jiġi speċifikat b’mod partikolari li l-proċeduri ġuridiċi nazzjonali għandhom jippermettu li persuna li tilmenta tqajjem kull aspett ta’ diskriminazzjoni multipla f’każ wieħed. |
|
b) |
Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni li ssostni l-ħtieġa li titqies id-diskriminazzjoni multipla fit-tfassil u l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali, għalkemm ma tkunx torbot lill-Istati Membri, ikollha titqies mill-qrati nazzjonali. |
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “L-estensjoni tal-miżuri kontra d-diskriminazzjoni għal oqsma barra l-impjiegi u l-possibbiltà ta’ direttiva komprensiva unika kontra d-diskrimazzjoni”, rapporteur:is-Sur Crook (ĠU C 77, 31.3.2009, p. 102).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, Artikolu 3.
(3) [2008] EUECJ C-303/06 tas-17 ta’ Lulju 2008, f’dan il-każ diskriminazzjoni kontra ġenitur mingħajr diżabilità li jagħti l-biċċa l-kbira tal-kura lill-ibnu/bintu lio għandha diżabilità.
(4) Nota tal-qiegħ nru 1, punt 8.10.5.
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, Artikolu 5.
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, Artikolu 3.
(7) Nota tal-qiegħ nru 1, punt 8.6.
(8) Kapitolu 5 “Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi” fil-COM(2008) 426 finali.
(9) Maruko v. Versorgungsanstalt der deutschen Bühnen, C-267/06, l-1 ta’ April 2008, paragrafu 59.
(10) L-Artikolu 149 tat-Trattat KE jgħid: “Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom.”
(11) Pereżempju d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE Artikolu 3(1)(b) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE Artikolu 3(1)(b).
(12) Sentenza tal-Gran Kunsill tat-13.11.2007 (nru 57325/00).
(13) Artikolu 1.
(14) Nota tal-qiegħ nru 1, punt 8.10.2.
(15) Premessa 28.
(16) Nota tal-qiegħa nru 1 punt 8.10.8.
(17) Premessa 13.
III Atti preparatorji
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
450 sessjoni plenarja tal-KTR fil-14 u t-15 ta’ Jannar 2009
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/24 |
450 SESSJONI PLENARJA TAL-KTR FIL-14 U T-15 TA’ JANNAR 2009
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur
COM(2008) 316 finali — 2008/0100 (COD)
(2009/C 182/05)
Rapporteur: Is-Sur RANOCCHIARI
Nhar id-9 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur
COM(2008) 316 finali — 2008/0100 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata “Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum”, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009 Ir-rapporteur kien is-Sur RANOCCHIARI.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 173 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) minn dejjem kien favur kull inizjattiva li tissemplifika l-leġiżlazzjoni, aktar u aktar fejn jidħlu suġġetti sensittivi bħas-sikurezza u l-ambjent. Għalhekk, ma jistax ma japprezzax il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni Ewropea li tipprova tindirizza dawn it-tliet kwistjonijiet importanti permezz ta’ leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tipi tal-vetturi bil-mutur u tat-tajers.
1.2 L-għażla li għamlet il-Kummissjoni, jiġifieri li tirrevoka aktar minn 150 Direttiva attwali u tbiddilhom bir-Regolament propost, mal-ewwel daqqa t’għajn tidher ferm interessanti u żgur konformi mas-semplifikazzjoni mixtieqa. Madankollu, jekk ma tiġix ikkalkulata tajjeb, din l-għażla toħloq ir-riskju li jinħoloq saff ġdid ta’ proċeduri ġodda li mhux dejjem ikunu kompatibbli ma’ dawk eżistenti, u b’hekk l-industriji u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jitgħabbew b’aktar diffikultajiet u piżijiet.
1.3 B’mod partikolari, il-KESE jsaqsi kif din il-proposta għandha x’taqsam mad-direttiva ta’ qafas 2007/46/KE li ħarġet dan l-aħħar dwar l-approvazzjoni Ewropea jew mal-istandards tal-NU/KEE (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) li qed jitfasslu bħalissa, li ser jiġu diskussi aktar fil-fond aktar ’il quddiem f’din l-opinjoni.
1.4 Fil-fatt, il-KESE jinnota li s-semplifikazzjoni tal-approvazzjonijiet u tal-proċeduri li l-Kummissjoni qed tipprova tikseb permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli armonizzati tista’ tintlaħaq billi r-Regolamenti attwali u futuri tan-NU/KEE jiġu inklużi fl-Anness IV tad-direttiva msemmija dwar l-approvazzjoni Ewropea, bil-mod il-mod u flimkien mal-ħtieġa li dawn l-istandards jiġu adattati għall-progress tekniku.
1.5 Rigward it-“teknoloġiji avvanzati ta’ sikurezza”, meta jitqies li għad ma hemmx tekniki speċifiċi xierqa għalihom kollha u bl-istess mod, il-KESE jippreferi li dawn jiġu ttrattati fi proposti individwali li jqisu l-livell teknoloġiku għoli li laħqu l-gruppi tekniċi tan-NU/KEE f’Ġinevra.
1.6 Fl-aħħar nett, fejn għandhom x’jaqsmu l-preskrizzjonijiet relatati mat-tajers, il-KESE jqis li l-proposta tal-industrija ta’ dan is-settur, jiġifieri li jekk jiġu rrispettati l-limiti ta’ żmien tal-proposta tal-Kummissjoni din tkun qed tiġi ssemplifikata, u b’hekk ikun hemm żewġ ċikli ta’ implimentazzjoni minflok il-ħamsa previsti, hija aċċettabbli.
1.7 Fid-dawl tad-dubji li qamu, il-KESE laqa’ l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew li titlob li jsir studju ieħor dwar il-kwistjoni, wara dak li sar f’isem il-Kummissjoni Ewropea; madankollu, ir-riżultati ta’ dan it-tieni studju ma tawx il-kjarifiki mistennija.
1.8 Il-KESE għalhekk jibża’ li fin-nuqqas ta’ analiżi xierqa tal-ispejjiż/il-benefiċċji ta’ xi wħud mis-soluzzjonijiet proposti, l-ispejjeż konsiderevoli żejda fuq l-industrija u b’hekk fuq il-konsumaturi, ser ikomplu jdewmu t-tibdil tal-vetturi Ewropej fiċ-ċirkolazzjoni, li diġà ntlaqat mill-kriżi ekonomika attwali.
1.9 Fl-aħħar, il-KESE jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-ispezzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi jerġgħu jħarsu mill-ġdid b’attenzjoni lejn ir-rekwiżiti għas-sikurezza tal-vetturi — u speċjalment tat-tajers tal-vetturi — li ser jiġu impurtati fl-Ewropa wara li jiġi adottatat ir-regolament inkwistjoni.
2. Introduzzjoni
2.1 Minkejja li sar titjib konsiderevoli f’dawn l-aħħar għaxar snin, is-sikurezza tal-vetturi u l-ħarsien tal-ambjent jibqgħu bix-xieraq iċ-ċentru tal-attenzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha. B’mod partikolari, għad hawn tħassib dwar ir-riżultati pjuttost dgħajfa fit-tnaqqis tat-tniġġis ikkawżat mill-mezzi tat-trasport, b’mod partikolari l-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll in-numru ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku. Kull sena, fis-27 Stat Membru għadhom imutu aktar minn 44 000 persuna u 1.7 miljuni oħra jiġu midruba f’inċidenti tat-traffiku (1).
2.2 Kif nafu, il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-approvazzjoni tat-tipi tistabbilixxi regoli preċiżi dwar il-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur. Min-naħa l-waħda, dawn ir-regoli għandhom l-għan li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza possibbli għal min ikun fil-karozza u għal min ikun miexi fit-triq, u mill-oħra jiggarantixxu l-ħarsien tal-ambjent. Bħalissa fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tipi hemm madwar 60 direttiva bażika: 50 dwar is-sikurezza u xi għaxra dwar l-ambjent. Ma’ dawn iridu jiżdiedu xi mitt direttiva ta’ emenda wkoll.
2.3 Ir-riċerka u l-iżvilupp li qed isiru fis-settur tal-vetturi bil-mutur illum jippermettu li jiġu sodisfatti aktar u b’mod aktar effettiv iż-żewġ ħtiġijiet li ssemmew aktar ’il fuq, fejn fir-rigward ta’ vetturi b’disinn ġdid imma anki, għall-inqas b’mod parzjali, fir-rigward ta’ dawk li diġà hemm fit-toroq, jiġu applikati teknoloġiji ġodda li jistgħu jnaqqsu l-inċidenti u t-tniġġis.
2.4 Skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ CARS 21 (2) anki dawn il-problemi importanti għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ metodu integrat ħalli jintlaħqu l-għanijiet li — kif fakkar il-Viċi President tal-Kummissjoni, is-Sur Günter Verheugen, meta ppreżenta l-proposta għal dan ir-Regolament — ser igwadu minnhom iċ-ċittadini, l-ambjent u l-industrija. Biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sikurezza u tal-ħarsien tal-ambjent tal-UE, jeħtieġ li jkomplu jiġu aġġornati l-bosta regolamenti li jkopru l-kostruzzjoni ta’ vetturi l-ġodda. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ ukoll li jiġu limitati l-piżijiet regolatorji li hemm fuq l-industrija billi, fejn ikun possibbli, tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ. Għal dan il-għan, l-imsemmi dokument CARS 2, kien jirrakkomanda anki l-użu tal-istandards tan-NU/KEE (3) fejn dawn ikunu disponibbli.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
L-għan tal-proposta għal Regolament huwa li jemenda l-leġiżlazzjoni attwali dwar l-approvazzjoni tat-tipi tal-vetturi fir-rigward ta’ tliet oqsma: is-semplifikazzjoni, is-sistemi avvanzati ta’ sikurezza u t-tajers.
B’mod aktar dettaljat, il-proposta għar-Regolament tipprovdi:
3.1.1 L-emenda tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-approvazzjoni tat-tipi rigward is-sikurezza tal-vetturi u tal-komponenti tagħhom
Il-Kummissjoni beħsiebha tirrevoka aktar minn 150 direttiva li għadhom fis-seħħ u tbiddilhom b’Regolament wieħed tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, li jkun direttament applikabbli fl-UE.
3.1.2 L-introduzzjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza li ġejjin
|
— |
Mill-2012, l-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Kontroll Elettroniku tal-Istabbiltà (Electronic Stability Control — ESC) għas-serje l-ġdida ta’ karozzi u ta’ vetturi kummerċjali; sal-2014, il-karozzi l-ġodda kollha ser ikunu mgħammra b’din is-sistema. Dawn is-sistemi jaħdmu fuq is-sistemi tal-brejkijiet u tal-qbid biex jgħinu lis-sewwieq iżomm il-kontroll tal-vettura f’sitwazzjonijiet kritiċi (ikkawżati, pereżempju, minn kundizzjonijiet ħżiena tat-triq jew minn veloċità eċċessiva f’kantuniera). |
|
— |
Mill-2013, l-installazzjoni obbligatorja tas-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (Advanced Emergency Braking Systems — AEBS) fuq vetturi kbar li jużaw is-sensors biex iwissu lis-sewwieq jekk il-vettura tkun qrib wisq tal-vettura ta’ qabilha u, f’ċerti sitwazzjonijiet, jattivaw il-brejk ta’ emerġenza biex jevitaw jew inaqqsu l-konsegwenzi ta’ ħabta. Sal-2015, il-vetturi l-ġodda kollha ser ikunu mgħammra b’dawn is-sistemi. |
|
— |
Mill-2013, l-installazzjoni obbligatorja ta’ Sistemi ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mil-Lejn (Lane Departure Warning Systems — LDWS) fuq vetturi kbar li javżaw lis-sewwieqa meta l-vettura tkun ser toħroġ mil-lejn b’mod involontarju, fuq kollox f’każ li s-sewwieq ma jkunx moħħu hemm. Sal-2015, il-vetturi ġodda kollha ser ikunu mgħammra b’dawn is-sistemi (4). |
3.1.3 Ir-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tajers (5):
|
— |
Mill-2012 ser isiru obbligatorji t-tajers b’reżistenza baxxa ta’ tidwir (Low Rolling Resistance Tyres — LRRT), li jnaqqsu l-konsum tal-karburant billi jnaqqsu r-reżistenza għas-sewqan li jkun hemm meta jdur it-tajer, ikkawżata l-iktar mid-deformazzjoni tar-rota, tat-tajer jew tat-triq; |
|
— |
Mill-2012 ser isiru obbligatorji s-Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers fil-karozzi (Tyre Pressure Monitoring Systems — TPMS), li javżaw lis-sewwieq meta l-pressjoni tat-tajer tkun inqas minn dik ottimali; |
|
— |
It-tnaqqis fil-livell tal-ħsejjes: kif inhu pprovdut fl-Anness I għall-proposta għar-Regolament. |
|
— |
L-irbit fiż-żliq: kif inhu pprovdut fl-Anness I għall-proposta għar-Regolament. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex ikunu stabbiliti regoli armonizzati għall-manifattura tal-vetturi bil-mutur ħalli jkunu ggarantiti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas-sikurezza u tal-ambjent.
4.2 Il-KESE jinnota li din il-proposta għal Regolament għandha l-potenzjal li tkun strument mill-aqwa ħalli, minn naħa, tiżdied is-sikurezza attiva u passiva, u b’hekk jitnaqqsu n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku u, mill-oħra, jiġi introdott tagħmir li jista’ jnaqqas il-konsum tas-CO2, wara li jiġu eżaminati bir-reqqa d-direttivi li għandhom jiġu rrevokati u l-konsegwenzi ta’ dawn ir-revoki.
4.3 Il-KESE jirrikonoxxi li l-għażla li saret għandha l-għan li timmassimizza s-semplifikazzjoni għall-benefiċċju, fuq kollox, tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-industrija. Madankollu, il-KESE jinnota li s-semplifikazzjoni leġiżlattiva ma tistax tkun limitata għall-iggruppar tal-proċeduri li bħalissa qed jiġu implimentati taħt il-kappa ta’ xorta ta’ Regolament Kwadru dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, il-KESE jemmen li għandhom jitqiesu l-implikazzjonijiet relatati mal-introduzzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas il-ġdida dwar l-approvazzjoni tat-tipi tal-UE (id-Direttiva 2007/46/KE) (6), sabiex tiġi assigurata koerenza u jkun evitat li d-dupplikazzjoni tal-proċeduri l-ġodda tista’ twassal biex il-piżijiet li għandhom l-amministrazzjonijiet u l-manifatturi jiżdiedu minflok ma jitnaqqsu.
4.4 Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-iskeda taż-żmien għall-introduzzjoni ta’rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi għandha tqis l-attwazzjoni teknika ta’ dawn ir-rekwiżiti. B’mod ġenerali, ir-rekwiżiti għandhom inizjalment japplikaw biss għal tipi ġodda ta’ vetturi. Tipi eżistenti ta’ vetturi għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti.
4.5 F’dawk li huma r-rekwiżiti tat-tajers, m’għandniex ninsew li t-tajer huwa l-uniku element ta’ kuntatt bejn il-vettura u t-triq u l-karatteristiċi ta’ sikurezza tiegħu għandhom jieħdu prijorità fuq kull objettiv ieħor. B’hekk, il-KESE jqis li:
|
— |
jeħtieġ li jiġi żgurat li t-titjib previst fil-prestazzjonijiet ambjentali ma jnaqqasx ir-rekwiżiti daqstant ieħor importanti tas-sikurezza tal-utenti, tal-vetturi u taċ-ċittadini, |
|
— |
għandu jintuża metodu integrat li ma jnaqqasx il-prestazzjonijiet globali tat-tajers (ir-reżistenza tat-tidwir, l-irbit fiż-żliq, eċċ) sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes, minkejja li dan tal-aħħar huwa importanti wkoll. |
4.6 Għalhekk, il-KESE għandu xi dubji dwar l-effettività tal-istima tal-impatt li saret f’isem il-Kummissjoni u laqa’ l-għażla li għamel il-Parlament Ewropew li jwettaq studju indipendenti ieħor. Fil-fatt, il-KESE jinnota li d-data li ntużat fl-istima tal-impatt setgħet waslet għal tgħawwiġ fir-riżultati.
Jiddispjaċieh, madankollu, li l-istudju kkummissjonat mill-Parlament Ewropew u ppubblikat fl-aħħar ta’ Novembru 2008 (7) ma jirnexxielux jindirizza l-kwistjonijiet u ma jneħħix id-dubji tal-KESE la dwar l-aspetti amministrattivi u tekniċi u lanqas dwar analiżi aktar dettaljata tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proposta tal-Kummissjoni.
4.7.1. L-istudju inkwistjoni jikkonċentra biss fuq it-tajers u t-TPMS, u fil-każ ta’ dan tal-aħħar jesprimi preferenza għas-sistema aktar għolja “diretta” flok is-sistema “indiretta” (ara hawn taħt) — filwaqt li ma jżid xejn ġdid dwar is-sistemi avvanzati l-oħra ta’ sikurezza jew l-impatt tas-simplifikazzjoni proposta.
4.8 F’din is-sitwazzjoni l-KESE jidhirlu li l-ispejjeż ogħla għall-industrija, u b’hekk għall-konsumaturi, li mistennija toħloq l-implimentazzjoni tar-regolament kif ippreżentat ma jiġux ikkumpensati minn benefiċċji li jkunu ppruvati kif jixraq. Għalhekk hemm riskju li jinħoloq dewmien fit-tibdil tal-vetturi Ewropej fiċ-ċirkolazzjoni, li diġà ntlaqat mill-kriżi finanzjarja attwali.
4.9 Il-KESE jinnota wkoll li biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija Ewropea li laħqet livelli eċċellenti ta’ prestazzjoniji f’dik li hija sikurezza, jinħtieġ regolament li fl-aħħar mill-aħħar ma jgħawwiġx il-kompetizzjoni biex ikunu vvantaġġjati manifatturi minn barra l-UE li għandhom inqas spejjeż, u spiss livelli ta’ sikurezza ġenerali baxxi. Dan ifissser li għandu jiġi kkontrollat li l-vetturi u fuq kollox it-tajers importati jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament.
4.10 Il-KESE jinnota li għandu jiġi stmat b’mod xieraq anki l-impatt tar-Regolament fuq is-settur kollu tal-industrija tat-tajers. Is-sostenibbiltà ekonomika tal-kumpaniji tad-distribuzzjoni ż-żgħar u ta’ daqs medju, mal-ewwel analiżi, tista’ titqiegħed fil-periklu. Il-ħażniet żejda, li huma prevedibbli fil-każ ta’ dħul fis-seħħ fid-dati proposti mill-Kummissjoni, jistgħu jqiegħdu f’diffikultà l-katina ta’ distribuzzjoni. Fil-fatt, x’aktarx li l-maġġornaza ta’ kumpaniji fis-settur, ħafna minnhom żgħar li mhux kapaċi joperaw fis-suq internazzjonali, ma jirnexxielhomx ineħħu ħażniet anki sostanzjali.
4.11 Anki jekk il-kwistjoni ma tikkonċernax il-kompetenza esklussiva tal-Komunità, il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li, bix-xieraq ħerqana biex tevita x-xkiel għas-suq uniku u konxja mill-implikazzjonijiet transkonfinali tas-suġġett tal-proposta għar-Regolament, tqis li l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu fuq mill-Istati Membri waħidhom, u li jinħtieġu miżuri vinkolanti li jintlaħaq ftehim dwarhom fuq livell Ewropew.
4.12 Żgur li l-KESE ma jistax ma jappoġġjax il-proposta li għandhom ikunu l-Istati Membri li jistabbilixxu l-penali li għandhom japplikaw f’każ li jinkiser dan ir-Regolament u li dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
4.13 Il-KESE japprezza wkoll l-istrument leġiżlattiv li ntgħażel, jiġifieri r-Regolament, li jiżgura l-meta u l-kif jiġi applikat fl-Istati Membri kollha, aspett partikolarment rilevanti għal leġiżlazzjoni daqstant teknika. Barra minn hekk, il-fatt li anki f’dan il-każ intgħażel l-approċċ mifrux fuq diversi livelli (split approach) jagħmilha possibbli li b’dan ir-Regolament, permezz ta’ proċedura ta’ kodeċiżjoni, jiġu definiti r-regoli fundamentali previsti, filwaqt li l-aspetti aktar tekniċi jiġu posposti għal Regolament ieħor li jiġi adottat skont proċedura ta’ komitoloġija.
5. Kunsiderazzjonijiet speċifiċi
5.1 Il-KESE jappoġġja kull inizjattiva li tipprova tissemplifika l-leġiżlazzjoni; madankollu, kif diġà ntqal aktar ’il fuq, għandu dubji serji dwar il-mezzi ta’ kif dan għandu jintlaħaq. Il-KESE, fil-fatt, jinnota li s-semplifikazzjoni għandha sseħħ tassew, jiġifieri li dan ir-Regolament ma għandux ikun is-somma tar-regolamenti ta’ qablu, ħalli b’hekk jiġu evitati piżijiet addizzjonali għall-aġenziji ta’ ċertifikazzjoni.
B’mod partikolari, il-KESE però jinnota li s-semplifikazzjoni tal-approvazzjonijiet u tal-proċeduri prevista mill-Kummissjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet armonizzati għandha tintlaħaq billi r-Regolamenti tan-NU/KEE attwali u futuri jiġu inklużi gradwalment fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE (8) (aktar u aktar, meta r-rekwiżiti tar-regolamenti jkunu aktar iebsin u jeħtieġu perjodu ta’ tħejjija (lead-time) (9) biex jiġi adattat il-prodott) u flimkien mal-ħtieġa li dawn il-dispożizzjonijiet jiġu adattati għall-progress tekniku.
5.2.1 Dawn l-azzjonijiet mhumiex previsti fl-ipoteżi (c) tal-Istima tal-Impatt ta’ dan ir-Regolament “Sostituzzjoni tad-Direttivi eżistenti kollha permezz tar-Regolament propost”, imma fil-(b) li titlob biex issir “analiżi ta’ kull Direttiva bħal meta din tkun meħtieġa li tiġi emendata, u jiġi deċiż jekk hu adatt li jkun hemm sostituzzjoni”. Barra minn hekk, ir-raġuni għala ntgħażlet l-ipoteżi (c) tal-Istima tal-Impatt ma jidhirx li ġiet adegwatament sostanzjata (“tirrappreżenta l-aktar mod mgħaġġel biex jiġi ssemplifikat ir-reġim preżenti u hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta’ CARS 21”) u ma tqisx b’mod xieraq l-elementi fundamentali l-oħra ta’ CARS 21, bħas-sostenibbiltà, ir-referenza għan-NU/KEE u l-ħtieġa li jiġi garantit perjodu ta’ tħejjija (lead-time) industrijali xieraq lil dawk milquta mir-Regolament.
5.2.2 Jekk tiġi adottata l-għażla (c), il-funzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun effettiva fejn ma jkunx hemm Regolament tan-NU/KEE ekwivalenti jew f’każi fejn ikunu meħtieġa rekwiżiti ta’ installazzjoni li ma ġewx ipprovduti fir-Regolament tan-NU/KEE, bħal fil-każ tat-tajers.
5.3 Min-naħa l-oħra, il-KESE jara fl-iffissar ta’ data għad-dħul fis-seħħ li tevita l-problemi li nqalgħu s’issa bir-Regolament propost bħala kompromess possibbli li jista’ jagħmel ir-Regolament tassew effettiv, biex b’hekk jiġi eliminat ir-riskju li l-adozzjoni tar-Regolamenti tan-NU/KEE twassal għal nuqqas ta’ allinjament tar-rekwiżiti (jew tad-dati ta’ applikazzjoni) ipprovduti mid-direttivi li għandhom jiġu rrevokati.
5.4 B’hekk, f’dawk li huma l-aspetti amministrattivi, il-KESE jinnota u jipproponi, fid-dawl tal-istudju tad-direttivi fl-Anness IV, li indipendentement mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament jew ta’ partijiet minnu, ir-Regolament stess ikun konformi mad-dati ta’ applikazzjoni inklużi fid-direttivi li ser jiġu sostitwiti u jqis it-“transitional provisions” (id-dispożizzjonijiet tranżitorji) stipulati fir-Regolamenti tanNU/KEE li ser jiġu introdotti minflokhom.
5.5 Barra minn hekk, il-KESE jinnota li f’dawk li huma t-“teknoloġiji avvanzati ta’ sikurezza” minflok ma jiġu inklużi f’regolament “oriżżontali”, għandhom ikunu s-suġġett ta’ proposti individwali għal Regolamenti tan-NU/KEE ġodda jew emendati li għandhom jitressqu u jiġu diskussi fil-gruppi tekniċi rilevanti tal-NU/KEE ta’ Ġinevra (GRB, GRRF, GRSP (10)), fejn ikunu jistgħu jsiru l-istimi tekniċi korretti tas-sistemi ta’ sikurezza proposti. Għandha tiġi adottata proċedura simili fil-każi indikati mill-Kummissjoni fejn ma jkunx hemm rekwiżiti partikolari fl-ambitu tan-NU/KEE meta mqabbel ma’ dak ipprovdut fid-Direttivi tal-KE.
Fejn għandhom x’jaqsmu l-aspetti relatati mas-sistemi avvanzati ta’ sikurezza fit-toroq, b’mod speċifiku l-KESE jindika:
5.6.1 Il-kontroll elettroniku tal-istabbiltà: kien suġġett għal aġġustament tar-Regolamenti f’Ġinevra u diġà ġie ppjanat kollox għall-klassijiet M2, N2, M3, N3 (11). Il-KESE jinnota li l-perjodu ta’ żmien ta’ referenza għandu jibqa’ dak tat-tabella 12.4.1 li ġie miftiehem għar-Regolament tan-NU/KEE Nru. 13 (12), jiġifieri introduzzjoni gradwali, minn Lulju 2009 sa Lulju 2016 skont it-tip ta’ vettura.
Is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f’Emerġenza: l-industrija tista’ tiżviluppa sistemi obbligatorji biss jekk ikollha tekniki speċifiċi li ġew definiti b’mod ċar u dawn, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ma jeżistux fil-każ tal-AEBS. Ma jistgħux jiġu ffissati dati ta’ introduzzjoni rigward sistema li għadha ma ġietx iddefinita mil-lat tekniku u l-introduzzjoni għandha sseħħ wara stima tal-impatt adegwata, li tinkludi l-ispejjeż u bil-benefiċċji kkalkulati bi preċiżjoni.
5.6.2.1 Id-definizzjoni ta’ Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza li tinsab fl-Artikolu 3 tal-proposta hija ferm wiesa’ u tista’ tinkludi anki sistemi li għadhom mhumiex biżżejjed affidabbli. Dawn jistgħu jsiru huma stess riskju għas-sikurezza minħabba teknoloġiji li għadhom mhumiex maturi. Jeħtieġ li jkun hemm studji u żvilupp adegwati flimkien ma’ perjodu ta’ tħejjija (lead-time) twil biżżejjed.
5.6.3 Il-miżura relatata mal-AEBS tolqot il-klassijiet M2, M3, N2 u N3. F’bosta każi, il-vetturi kummerċjali ħfief tal-klassi N1 għandhom anki verżjonijiet li jappartjenu għal klassijiet ogħla (N2, M2, e M3); dan jimplika li hemm il-ħtieġa li l-firxa tiġi ddiversifikata għall-verżjonijiet li jkunu itqal u li jkunu kkaratterizzati minn volumi relattivament baxxi. Għaldaqstant ikun aħjar jekk ir-rekwiżiti tal-AEBS jiġu limitati għall-vetturi kummerċjali tqal jew għall-inqas għall-vetturi b’PTT ta’ aktar minn 7.5 tunnellata u tiġi stmata l-ħtieġa li ċerti kategoriji, bħall-karozzi tal-linja urbani, it-trakkijiet għall-ġbir tal-iskart u vetturi oħra ta’ użu pubbliku li jiċċirkolaw b’veloċitajiet limitati, jiġu eżentati.
5.6.4 Sistemi ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mil-Lejn: il-KESE jinnota li jistgħu japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet li saru rigward l-AEBS, jiġifieri:
|
— |
il-ħtieġa ta’ tekniki speċifiċi, li għandhom jiġu ddefiniti min-NU/KEE ta’ Ġinevra, |
|
— |
tekniki differenti għal klassijiet differenti ta’ vetturi, |
|
— |
stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji u l-eżenzjoni ta’ kategoriji speċifiċi. |
5.7 Fi ftit kliem, il-KESE jinnota li għadu kmieni wisq biex jiġu introdotti l-AEBS u l-LDWS, li għalissa huma applikabbli biss fil-vetturi tqal. Għad jinħtieġ perjodu ta’ riċerka u ta’ esperimenti, biex b’hekk ikun jista’ jiġi stmat tabilħaqq x’inhu l-vantaġġ ta’ dawn is-sistemi. Dan jippermetti wkoll l-użu ta’ elementi validi fid-dawl ta’ applikazzjoni futura tal-istess sistemi f’vetturi bil-mutur ħfief.
5.8 It-TPMS: il-KESE qed jitlob lill-Kummissjoni, peress li r-rekwiżiti tekniċi ta’ din is-sistema bħalissa qed jiġu diskussi fl-Informal Group (Grupp Informali) tal-GRRF (13), biex tistenna li tintemm din il-ħidma (li għandha tqis anki l-preskrizzjonijiet li diġà hemm fil-pajjiżi barra mill-Ewropa) qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet tagħha. Biex ma żżidx aktar mal-ispejjeż tal-karozzi, għandha ssir għażla dwar is-sensittività tal-kejl li tippermetti anki l-applikazzjoni tas-sistema “indiretta”, speċjalment meta jitqiesu l-għadd ta’ karatteristiċi pożittivi tagħha, l-ewwel fosthom dak li tkompli taħdem anki meta t-tajers jitbiddlu. Is-sistema “diretta” teħtieġ li jkun hemm sensor f’kull tajer. Dan jinvolvi li jinbidlu s-sensors flimkien mat-tajers, jew inkella li jiġu żarmati u armati mill-ġdid, operazzjoni li mhijiex biss spiża iżda wkoll biċċa xogħol diffiċli, għax is-sensors ma jidhrux minn barra u tista’ ssirilhom ħsara faċilment.
5.9 Dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi għat-tajers, il-KESE jinnota li:
|
— |
Il-ħsejjes: il-livelli proposti biex jitnaqqas il-livell tal-ħsejjes jistgħu jwasslu għal tnaqqis fis-sikurezza kemm tal-vetturi — u għaldaqstant tal-konsumaturi — meta bit-tnaqqis tal-veloċità fiż-żoni fejn ikun hemm konġestjoni tat-traffiku u/jew bit-tiġdid ta’ wiċċ it-toroq ikun hemm tnaqqis ta’ 3-4 darbiet aktar fil-livell tal-ħsejjes. Barra minn hekk, pereżempju fil-klassi C3 huwa diffiċli li jinkiseb tnaqqis ta’ 3dB mingħajr ma jkun hemm tnaqqis fil-livell tal-karatteristiċi tal-irbit fiż-żliq tat-tajers. Il-klassi C3, jiġieri tajers għal qbid, għandu jkollhom wiċċ imfellel ta’ barra “aggressiv” biex ikun hemm irbit tajjeb ma’ art li tiżloq. |
|
— |
Ir-reżistenza tat-tidwir: għall-klassijiet C1 u C2 hija meħtieġa reviżjoni tad-dati ta’ applikazzjoni, filwaqt li minħabba t-tip partikolari tat-tajers C3 jeħtieġ li jsiru studji ġodda u, jekk ikun meħtieġ, tiġi posposta l-introduzzjoni tagħhom għal wara stima tal-impatt oħra. |
|
— |
L-irbit fiż-żliq: il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu introdotti rekwiżiti obbligatorji fuq il-bażi tar-Regolament tanNU/KEE Nru. 117 (14) għandha tintlaqa’ skont it-termini proposti. |
5.10 Il-KESE jinnota li l-proposta għar-Regolament teħtieġ bidliet kull sentejn li ma jaħbtux mal-perjodu ta’ tħejjija (lead-time) meħtieġ għall-industrija tat-tajers. Dan żgur li mhux avvanz fid-direzzjoni ta’ “better regulation” (regolamentazzjoni aħjar). Għaldaqstant, il-KESE tappoġġja s-soluzzjoni li ssuġġeriet l-industrija, jiġifieri, li jekk jiġu rrispettati l-limiti ta’ żmien tal-proposta iżda li din tiġi ssemplifikata, u b’hekk ikun hemm żewġ ċikli ta’ implimentazzjoni (2012-2016 e 2016-2020) minflok il-ħamsa previsti bħalissa. Dan jippermetti li l-proċessi ta’ approvazzjoni tat-tipi kif ukoll il-loġistika u l-ħażniet eventwali jkunu ġestiti b’mod effettiv.
5.11 Aspett ieħor li għandu jiġi ċċarat jikkonċerna t-trattament li għandhom jiġu suġġetti għalih it-tajers b’wiċċ imfellel ġdid. Fil-fatt, id-definizzjoni ta’ dan it-tip ta’ tajers (ir-Regolament Nru. 109 tal-UNECE) tirreferi għas-sit tal-produzzjoni u mhux għat-tajer per se. Jidher biċ-ċar li huwa diffiċli li jiġi ddefinit it-“tip” ta’ tajer skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda, pereżempju rigward il-ħsejjes, f’fabbrika waħda li twaħħal uċuh imfella ġodda ma’ tajers ta’ kull xorta. Skont il-KESE, meta titqies id-diffikultà kbira fl-applikazzjoni u l-ispejjeż enormi li jkollhom jidħlu għalihom l-azjendi, fil-parti l-kbira impriżi żgħar u ta’ daqs medju, dan is-settur għandu jiġi eżentat mill-applikazzjoni tar-Regolament, għalkemm xorta jkunu jridu jiġu ssodisfati ir-rekwiżiti kollha ta’ sikurezza stipulati.
5.12 Fl-aħħar nett, il-KESE qed jitlob lill-Kummissjoni biex tistma jekk hux fattibbli li d-data tal-manifattura tittieħed bħala referenza fejn għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti tat-tajers peress li d-data tista’ tiġi rikonoxxuta faċilment mill-bejjiegħa, mill-konsumaturi u mill-awtoritajiet nazzjonali minħabba l-obbligu attwali li din id-data tiġi mmarkata fuq it-tajers kollha maħruġa fis-suq tal-Unjoni Ewropea. Din id-data u mhux dik tal-introduzzjoni fis-suq jew tal-bejgħ għandha titqies bħala prova tal-konformità tat-tajers mar-rekwiżiti l-ġodda li jiġu imposti.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Sors: CARE (Community Road Accident Database — Database Komunitarja tal-Inċidenti tat-Traffiku): database li tiġbor u tipproċessa data dwar l-inċidenti tat-traffiku pprovduta mill-Istati Membri.
(2) COM(2007) 22 finali tas-7 ta’ Frar 2007 — Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21.
(3) Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, Ġinevra. Din il-Kummissjoni tippromwovi l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni fost il-56 Stat Membru billi tiżviluppa standards u regoli komuni anki fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur.
(4) Sommarju tad-dati obbligatorji u tar-rekwiżiti ta’ sikurezza:
|
— |
ESC: 29.10.2012 approvazzjoni ġdida tat-tip, 29.10.2014 reġistrazzjoni ġdida, |
|
— |
AEBS: 29.10.2013 approvazzjoni ġdida tat-tip, 29.10.2015 reġistrazzjoni ġdida, |
|
— |
LDWS: 29.10.2013 approvazzjoni ġdida tat-tip, 29.10.2015 reġistrazzjoni ġdida. |
(5) Għal finijiet ta’ ċarezza ġew elenkati d-dati pprovduti mill-Kummissjoni rigward ir-rekwiżiti għat-tajers:
|
— |
2012 approvazzjoni tat-tip ġdida għat-tajers C1 biss rigward l-irbit fiż-żliq, u għat-tajers C1–C2–C3 rigward il-fażi 1 tar-RR (ir-reżistenza tat-tidwir) u l-ħsejjes esterni, |
|
— |
2014 reġistrazzjoni ġdida għat-tajers C1 biss li jkunu konformi rigward l-irbit fiż-żliq u għat-tajers C1–C2 li jkunu konformi rigward il-fażi 1 tar-RR, |
|
— |
2016 approvazzjoni tat-tip ġdida għat-tipi ġodda kollha ta’ tajers C1–C2–C3 skont il-fażi 2 tar-RR; jistgħu jiġu rreġistrati u jitqiegħdu fis-suq tal-UE it-tajers C1–C2–C3 biss li jkunu konformi rigward il-ħsejjes esterni, |
|
— |
2018 jistgħu jiġu rreġistrati fis-suq tal-UE it-tajers C1–C2 biss li jkunu konformi mal-fażi 2 tar-RR, |
|
— |
2020 jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-UE it-tajers C3 biss li jkunu konformi rigward il-fażi 2 tar-RR. |
(6) Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas).
(7) Type approval requirements for the general safety of motor vehicles (IP/A/IMCO/ST/2008-18).
(8) Id-Direttiva 2007/46/KE — Anness IV: Lista ta’ ħtiġijiet għall-finijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi. Anness IV: Lista ta’ ħtiġijiet għall-finijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi.
(9) Żmien biżżejjed biex l-industrija timplimenta kwalunkwe rekwiżit ġdid li jinvolvi interventi fuq l-istruttura tal-prodott.
(10) Gruppi Tekniċi tal-UNECE ta’ Ġinevra: Working Party on Brakes and Running Gear (GRRF — Grupp ta’ Ħidma dwar il-Brejkijiet u t-Tagħmir tas-Sewqan); Working Party on Noise (GRB — Grupp ta’ Ħidma dwar il-Ħsejjes); Working Party on Lighting and Light-Signalling (GRE — Grupp ta’ Ħidwa dwar id-Dawl u s-Sinjali bid-Dawl); Working Party on General Safety Provisions (GRSG — Grupp ta’ Ħidma dwar Dispożizzjonijiet ta’ Sikurezza Ġenerali); Working Party on Pollution and Energy (GRPE — Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tniġġiż u l-Enerġija); u, Working Party on Passive Safety (GRSP — Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sikurezza Passiva).
(11) Il-vetturi tal-kategorija N huma vetturi li għandhom mill-inqas 4 roti u jintużaw għat-trasport tal-merkanzija. Huma ġew maqsuma fi 3 klassijiet, N1, N2 u N3, skont il-massa massima: N1 < 3 500 kg; N2 < 12 000 kg; N3 > 12 000 kg. Min-naħa tagħha, il-klassi N1 imbagħad tinqasam fi 3 sottoklassijiet, jiġifieri NI, NII u NIII, dejjem identifikati skont il-massa. Il-vetturi tal-kategorija M huma dawk il-vetturi li għandhom mill-inqas 4 roti u jintużaw għat-trasport tal-passiġġieri. Dawn huma maqsuma fi 3 klassijiet (M1, M2, M3) skont in-numru ta’ postijiet u l-massa massima tagħhom: M1 < 9 postijiet; M2 > 9 postijiet u < 5 000 kg; M3 > 9 postijiet u > 5 000 kg. Il-kategorija O huma l-vetturi bit-trejlers.
(12) Regolament Nru. 13 tan-NU/KEE: Heavy vehicles braking (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal).
(13) GRRF: Working party on Brakes and Running Gear (Grupp ta’ Ħidma dwar il-Brejkijiet u t-Tagħmir tas-Sewqan).
(14) Ir-Regolament Nru. 117 tan-NU/KEE: Tyres with regard to rolling sound emissions (Tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar).
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa
COM(2008) 394 finali
(2009/C 182/01)
Rapporteur: is-Sur MALOSSE
Korapporteur: is-Sur CAPPELLINI
Nhar il-25 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa
COM(2008) 394 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur MALOSSE, filwaqt li l-korapporteur kien is-Sur CAPPELLINI.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’112-il vot favur, 10 voti kontra u 9 astensjonijiet.
1. Sommarju u konklużjonijiet
1.1 Fl-opinjonijiet tiegħu INT/390 u INT/394 (1), il-KESE kien diġà appoġġja t-tfassil ta’ Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar ambizzjuż li jkun jista’ jwieġeb għall-potenzjal tat-tkabbir u tal-impjiegi li jirrappreżentaw it-23 miljun intrapriża żgħira u ta’ daqs medju, u dawk li jistgħu jinħolqu, għall-Unjoni Ewropea.
1.2 Minkejja d-dikjarazzjonijiet ta’ rieda tajba u l-proġetti pożittivi (b’mod partikolari, il-kumpanija privata Ewropea, iż-żmien stipulat għall-pagament, eċċ.), il-KESE jemmen li l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma tindirizzax biżżejjed din il-kwistjoni, speċjalment fil-kuntest tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji attwali.
1.3 Għalhekk, il-KESE jipproponi Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar ambizzjuż li jinkludi:
|
— |
strument legali vinkolanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” sabiex tiġi żgurata, bl-aktar mod vinkolanti possibbli, implimentazzjoni effettiva u konkreta ta’ dawn il-prinċipji ta’ gvernanza fil-livell Komunitarju kif ukoll fl-Istati Membri u fir-reġjuni; |
|
— |
pjan direzzjonali b’kalendarju preċiż u mezzi adegwati għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet konkreti b’firxa wiesgħa tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar; |
|
— |
impenji ċari biex jitnaqqas il-piż burokratiku, b’mod partikolari rigward il-prinċipju ta’ “darba biss” għall-formalitajiet amministrattivi kollha; |
|
— |
riorganizzazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-SMEs ikollhom rappreżentant ġenwin u strumenti li jgħinu lill-intrapriżi jsiru dejjem iżjed Ewropej (l-“Ewropanizzazzjoni” tal-intrapriżi); |
|
— |
għodod Ewropej li jservu ta’ lieva biex jippromovu l-kapitalizzazzjoni, in-netwerking, l-investimenti u t-tagħlim tul il-ħajja fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju; |
|
— |
qafas politiku koerenti għall-politiki Ewropej kollha sabiex l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jitqiesu bħala r-regola u mhux bħala l-eċċezzjoni; |
|
— |
it-tqassim fil-livell nazzjonali tal-objettivi tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar, inkluż il-livell leġiżlattiv; |
|
— |
l-użu mill-ġdid tal-konsultazzjoni permanenti mal-organizzazzjonijiet intermedjarji u l-imsieħba soċjali. |
2. Introduzzjoni
2.1 Il-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea ħeġġet lill-Unjoni Ewropea tikkunsidra l-idea ta’ Att dwar in-Negozji ż-Żgħar bi stil Ewropew, u bħala eżempju semmiet il-liġi tal-SMEs li hija implimentata bħalissa fl-Istati Uniti. L-idea ta’ dan l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar diġà kienet issemmiet mill-KESE fl-2005 (2), u l-Parlament Ewropew irrefera għaliha wkoll.
2.2 Ta’ min wieħed ifakkar li l-liġi Amerikana msemmija tistipula li għandha titwaqqaf amministrazzjoni bil-għan li tgħin lill-SMEs Amerikani (Small Business Administration), u tinkludi xi miżuri favur il-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar, b’mod partikolari dawk immexxija mill-minoranzi etniċi, in-nisa u ż-żgħażagħ. L-Att Amerikan dwar in-Negozji ż-Żgħar fih ukoll xi miżuri li jiffavorixxu lill-SMEs Amerikani fl-għoti tal-akkwisti pubbliċi mill-Istat Federali Amerikan u l-aġenziji governattivi differenti tiegħu.
2.3 Filwaqt li, bħall-kumplament tad-dinja, l-Unjoni Ewropea għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika serja, l-intrapriżi u, b’mod partikolari, l-SMEs huma l-aktar elementi sensittivi u importanti li jżommu r-rota ddur fil-qasam tal-impjiegi u tal-kapaċità li l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha. Għalhekk, jekk jiġi rivedut b’mod iktar ambizzjuż, l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar jista’ jkun strument fundamentali fi strateġija ġdida għall-futur imbiegħed tal-UE favur l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi.
2.4 Dan l-aħħar, il-KESE esprima l-fehma tiegħu dwar din il-kwistjoni f’żewġ ċirkustanzi:
|
— |
permezz ta’ opinjoni esploratorja, fuq talba tal-Presidenza Slovena, dwar “Id-diversi miżuri ta’ politika, minbarra finanzjament xieraq, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju”, li fiha ġie propost li jitfassal Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar effiċjenti li jmur lil hinn minn sempliċi dikjarazzjoni politika (3); u |
|
— |
permezz ta’ opinjoni esploratorja, fuq talba tal-Presidenza Franċiża, dwar l-“Akkwist pubbliku internazzjonali” li għamlet referenza b’mod speċifiku għan-negozjati li għaddejjin bħalissa fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u b’mod partikolari pproponiet id-dħul fis-seħħ ta’ pjan direzzjonali ambizzjuż sabiex jiġi applikat l-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar (4). |
2.5 Għalkemm jilqa’ bi pjaċir is-sensiela ta’ inizjattivi pożittivi li jinsabu fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, il-KESE jilmenta dwar il-forma li nżammet mill-Kummissjoni (sempliċi komunikazzjoni) li ma fiha l-ebda obbligu ta’ kalendarju u ta’ mezzi, u l-ebda proposta li tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”.
2.6 Għalhekk, huwa jilmenta dwar il-fatt li ma ttieħdet l-ebda miżura leġiżlattiva speċifika bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni sistematika tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fil-proċess leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tiegħu. Il-KESE jemmen li n-natura vinkolanti hija importanti immens meta jiġu implimentati prinċipji ta’ gvernanza favur l-intrapriżi ż-żgħar. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju b’mod konkret u t-tqassim tiegħu f’kull stadju tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni u l-politiki Komunitarji, nazzjonali u territorjali għandhom jitniżżlu f’test jew strument xieraq.
2.7 Huwa jiddispjaċih ħafna li l-proposta tiegħu għal “pjan direzzjonali” vinkolanti msemmija hawn fuq ma ntlaqgħetx fir-rigward tal-programm ta’ ħidma u tal-prijoritajiet, li m’hemmx għalfejn jiġu inklużi fi proċeduri leġiżlattivi peress li huma diġà jagħmlu parti mill-programmi eżistenti jew jistgħu jagħmlu parti minnhom, b’mod partikolari fil-qafas tar-reviżjoni tagħhom f’nofs it-terminu. Bl-istess mod, numru kbir ta’ miżuri konkreti proposti diġà qed jitħejjew jew inkella ilhom imħabbra żmien twil. Il-proposti ewlenin u utli, li bażikament huma l-istatut tal-kumpanija privata Ewropea, id-Direttiva dwar id-dewmien fil-ħlas tal-pagamenti, it-tnaqqis tat-TVA jew inkella l-eżenzjoni fuq l-għajnuna mill-istat, huma pjuttost sintomatiċi ta’ din is-sitwazzjoni.
2.8 L-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għandu jagħmel distinzjoni ċara bejn, min-naħa l-waħda l-intrapriżi ż-żgħar tal-familja jew dawk artiġjanali fis-suq lokali li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-SMEs, u li l-parti l-kbira minnhom ma jixtiqux jikbru sabiex iżommu l-kontroll tal-intrapriża tagħhom u, min-naħa l-oħra l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li għandhom potenzjal qawwi ta’ żvilupp u li wieħed jista’ jirreferi għalihom bħala l-“prekursuri”. Hawnhekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fir-reġjuni li huma żvantaġġati mil-lat strutturali, b’mod partikolari l-gżejjer, iż-żoni muntanjużi u dawk li għandhom popolazzjoni baxxa.
2.9 F’dan il-kuntest, il-KESE ntalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Fis-7 ta’ Ottubru 2008 l-KESE, flimkien mal-Assemblée Permanente des Chambres de Métiers (Assemblea Permanenti Franċiża tal-Kmamar tal-Kummerċ), organizza seduta f’Pariġi biex iħejji aħjar it-tweġiba tiegħu.
3. L-ewwel rakkomandazzjoni tal-KESE: strument legali vinkolanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”.
3.1 L-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar m’għandux jillimita ruħu għal sempliċement aktar rikonoxximent politiku; huwa għandu jiġi introdott fil-leġiżlazzjoni sabiex l-applikazzjoni tiegħu tkun waħda vinkolanti.
Rigward il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, il-KESE jerġa’ jikkonferma l-pożizzjoni preċedenti tiegħu (opinjoni INT/390) u jitlob li tiġi stabbilita regola vinkolanti f’forma li għad trid tiġi definita (kodiċi tal-kondotta, ftehim interistituzzjonali, deċiżjoni tal-Kunsill), iżda li tkun tapplika għall-Parlament Ewropew, għall-Kummissjoni u għall-Kunsill. Jidher li t-triq ta’ ftehim interistituzzjonali msejjes fuq l-istess bażi legali tal-Ftehim dwar “Regolamentazzjoni Aħjar” tal-2003 hija għażla interessanti u l-KESE jista’ jikkunsidraha flimkien ma’ possibbiltajiet oħra. B’mod konkret ħafna, dan l-att vinkolanti għandu jiżgura:
3.2.1 li t-testi leġiżlattivi fil-livelli kollha jinkitbu fid-dawl tas-sitwazzjonijiet speċifiċi u l-bżonnijiet partikolari tal-kategoriji differenti tal-SMEs; kull leġiżlazzjoni Ewropea ġdida rigward l-intrapriżi għandha tiġi diskussa minn qabel bejn l-organizzazzjonijiet intermedjarji konċernati, fosthom l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, u dawn għandhom iressqu t-tweġiba tagħhom fi żmien 12-il ġimgħa (u mhux fi żmien 8 ġimgħat kif ipproponiet il-Kummissjoni Ewropea).
3.2.2 li l-ebda leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-intrapriżi ma tiġi emendata ta’ spiss ħafna (6 snin huwa l-minimu). Għandu jiġi propost ukoll li kull leġiżlazzjoni ġdida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena meta l-leġiżlazzjoni jista’ jkollha effetti vinkolanti, filwaqt li kull leġiżlazzjoni li tnaqqas jew tissemplifika l-piż għandha tkun tista’ tidħol fis-seħħ b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin.
3.2.3 li l-leġiżlazzjoni fil-livelli kollha tirrispetta erba’ prinċipji fundamentali:
|
— |
il-valutazzjoni sistematika tal-impatt fuq l-SMEs għandha ssir obbligatorja għal kull leġiżlazzjoni ġdida, l-ebda test leġiżlattiv m’għandu jkun jista’ jiġi adottat jekk ma tkunx saret valutazzjoni tal-impatt tiegħu fuq il-kategoriji differenti tal-intrapriżi fis-settur tal-attivitajiet konċernati; |
|
— |
il-prinċipju tal-proporzjonalità, applikat b’mod sistematiku f’tipi differenti ta’ intrapriżi, |
|
— |
il-prinċipju ta’ “darba biss” għal kull formalità mitluba mingħand l-intrapriżi; |
|
— |
il-prinċipju ta’ protezzjoni jew ta’ prekawzjoni għandu jintuża bħala garanzija kontra leġiżlazzjoni vinkolanti addizzjonali. |
3.2.4 li jiġi stabbilit l-obbligu kwantifikat tas-semplifikazzjoni tal-piż amministrattiv għall-intrapriżi fis-suq intern fuq il-bażi tal-objettiv li l-piż burokratiku tal-leġiżlazzjoni Ewropea jonqos b’25 % sal-2012.
4. It-tieni rakkomandazzjoni tal-KESE: pjan direzzjonali preċiż b’kalendarju, bil-mezzi u bil-finanzjamenti f’każ ta’ bżonn.
4.1 Il-KESE jissuġġerixxi pjan direzzjonali preċiż li jinkludi azzjonijiet ta’ prijorità, miżuri konkreti, kalendarju għall-implimentazzjoni, mezzi ta’ twettiq u finanzjamenti f’każ li jkun hemm bżonnhom. Tajjeb li wieħed jiżgura li l-miżuri kollha proposti jiġu implimentati minn issa sal-2013 u magħhom għandu jkun hemm miżuri ta’ segwitu u ta’ evalwazzjoni.
4.2 B’rabta mal-parti operattiva f’forma ta’ katalgu bi 92 azzjoni, il-KESE jappoġġja dawn l-azzjonijiet u jixtieq jarahom implimentati minnufih kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll fl-Istati Membri, u jfakkar li huwa jqis dawn il-miżuri bħala l-implimentazzjoni jew l-estensjoni ta’ azzjonijiet li diġà qegħdin iseħħu jew diġà ġew deċiżi, bħall-erba’ miżuri leġiżlattivi. Dawn il-miżuri mhumiex iqisu biżżejjed l-istennijiet u l-bżonnijiet tal-kategoriji differenti tal-SMEs, u l-KESE jitlob pjan iżjed ambizzjuż li jwieġeb għar-rwol reali tal-intrapiżi ż-żgħar u tas-sitwazzjoni ekonomika dinjija. Għalhekk jipproponi li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament iħejju proġett Ewropew ġenwin favur l-SMEs u l-mikrointrapriżi, ibbażat mhux biss fuq l-appoġġ lill-intrapriżi b’rata għolja tat-tkabbir, iżda wkoll fuq l-appoġġ lil dawk l-intrapriżi tal-ekonomija tal-prossimità, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u tal-attivitajiet tradizzjonali, fuq gvernanza aħjar li tippermetti djalogu mtejjeb bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta’ SMEs, u fuq il-kunsiderazzjoni effettiva tar-realtajiet differenti ta’ dawn il-kategoriji ta’ SMEs.
4.3 Fost l-azzjonijiet proposti fil-livell Komunitarju, il-KESE jappoġġja b’mod partikolari:
|
— |
l-abbozz ta’ Regolament dwar il-ħolqien ta’ kumpanija privata Ewropea (5), inizjattiva li l-KESE kien ippropona f’opinjoni fuq inizjattiva proprja fl-2001 sabiex jinħolqu “Ewrointrapriżi” li jkunu jistgħu jibbenefikaw mit-tkabbir tas-suq uniku u b’hekk inaqqsu l-formalitajiet u l-ispejjeż marbutin mat-twaqqif ta’ kumpaniji sussidjarji f’diversi Stati Membri. Il-KESE jixtieq li dan l-abbozz jiġi adottat mill-aktar fis possibbli billi tinstab formola li la toħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, u lanqas iddgħajjef id-drittijiet soċjali b’xi mod jew ieħor; |
|
— |
l-abbozz ta’ Direttiva riveduta dwar il-ħlasijiet tard (6) li għandu jżid l-obbligi u l-penali għall-awtoritajiet pubbliċi f’każ ta’ pagament li jaqbeż it-30 jum. |
4.4 Il-KESE jissuġġerixxi li jiżdiedu l-azzjonijiet ambizzjużi u konkreti, jiġifieri:
|
— |
l-azzjonijiet pilota favur l-effiċjenza tal-enerġija għall-SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni minħabba l-importanza tagħhom f’dan is-settur (80 % tal-intrapriżi) u l-kontribut potenzjali tagħhom għall-objettiv tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (40 % tal-emissjonijiet ġejjin mis-settur tad-djar); |
|
— |
il-mekkaniżmi adatti għall-fergħat u l-oqsma ta’ azzjoni differenti, kif ukoll il-proċessi progressivi tal-ġestjoni ambjentali pass wara l-ieħor għall-intrapriżi ż-żgħar sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ambjentali u tal-enerġija ma jeskludux l-intrapriżi ż-żgħar mis-suq; |
|
— |
l-azzjonijiet konkreti tal-UE favur l-“Ewropanizzazzjoni” tal-intrapriżi f’forma ta’ programmi ta’ konnessjoni u ta’ kooperazzjoni (ara l-programmi antiki EUROPARTENARIAT u INTERPRISE li tneħħew bi żball fl-2000 min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea); |
|
— |
il-fatt li l-intrapriżi jiġu involuti aħjar fl-azzjonijiet Ewropej ta’ taħriġ u edukazzjoni, b’mod partikolari f’forma ta’ programm ġdid biex l-intrapriżi u l-istabbilimenti tat-tagħlim jersqu lejn xulxin. Barra minn hekk, il-KESE jtenni t-talba tiegħu li jissaħħu l-programmi għall-mobbiltà tal-apprentisti u taż-żgħażagħ li jkunu jinsabu fil-fażi inizjali tat-taħriġ professjonali; |
|
— |
il-fatt li t-trasferiment tal-intrapriżi jiġi faċilitat u mħeġġeġ; il-KESE jerġa’ jikkonferma l-importanza tat-trasferiment tas-sjieda tal-intrapriżi, b’mod partikolari tal-intrapriżi ż-żgħar tal-produzzjoni u tas-servizzi li jinsabu f’ambjent urban u f’ambjent rurali, intrapriżi li jekk jisparixxu kif inhu mħabbar iħallu effetti negattivi konsiderevoli. B’mod partikolari jissuġġerixxi li jiġu mħeġġa s-sistemi ta’ konnessjoni, l-inċentivi fiskali, l-inċentivi ta’ kapitalizzazzjoni u s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat; |
|
— |
l-iżvilupp b’mod iżjed loġiku tan-netwerk “Intrapriżi Ewropej” sabiex jinħoloq netwerk Ewropew ġenwin ta’ informazzjoni u kooperazzjoni. |
4.5 Fil-kuntest tar-reċessjoni dinjija, il-KESE jappoġġja b’mod partikolari l-mekkaniżmi finanzjarji msaħħa permezz tal-BEI u tal-FEI sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament fil-futur qarib u jappoġġja, meta jkun għad hemm il-ħtieġa, l-intrapriżi li jinsabu f’diffikultà. F’dan ir-rigward, l-inizjattivi attwali u dawk proposti mill-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar għandhom jiġu estiżi b’mod konsiderevoli minħabba s-sitwazzjoni ekonomika attwali. Fuq kollox għandna niffinalizzaw il-proġetti pilota marġinali, u nibdew naħdmu bis-serjetà biex niftħu u nsaħħu n-netwerks ta’ finanzjament ta’ prossimità (ir-riskji kapitali, il-“business angels”, il-kawtela reċiproka), u biex nippromovu l-ħolqien ta’ fondi maħsuba għall-appoġġ ta’ proġetti Ewropej u transkonfinali.
4.6 Barra minn hekk, il-KESE jitlob, kif diġà sar fl-opinjoni preċedenti tiegħu 390/2008, li fil-kuntest tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar jinbdew inizjattivi ġodda li jwieġbu għat-talbiet li tressqu minn xi organizzazzjonijiet matul diversi konferenzi Komunitarji, u mill-KESE kif ukoll mill-Parlament Ewropew:
|
— |
l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-SMEs fil-politiki Komunitarji kollha: il-KESE enfasizza li, lil hinn mid-diskorsi politiċi, huwa l-mudell tal-intrapriża l-kbira li spiss jiddomina waqt it-tħejjija tal-leġiżlazzjonijiet; |
|
— |
it-tkomplija ta’ politika ta’ semplifikazzjoni amministrattiva, iżda fuq kollox wieħed għandu jara li jkun hemm koordinazzjoni perfetta mal-organizzazzjonijiet intermedjarji settorjali konċernati; il-Kummissjoni għandha tara li jkun hemm kooperazzjoni iktar b’saħħitha mal-organizzazzjonijiet u mal-KESE sabiex jiġi evitat li din is-semplifikazzjoni jkollha effetti li jmorru kontra l-għan mistenni. Huwa jtenni d-dubji tiegħu dwar il-bażi soda u l-effiċjenza tal-fatt li l-intrapriżi ż-żgħar jiġu eżentati sistematikament mill-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri leġiżlattivi; u jippreferi l-proporzjonalità fl-implimentazzjoni tat-testi; |
|
— |
l-appoġġ tal-attivitajiet ta’ akkumpanjament u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet intermedjarji; il-KESE jagħti importanza kbira lill-kwistjonijiet ta’ gvernanza, b’mod partikolari l-kwistjoni ta’ konsultazzjoni u ta’ segwitu. Huwa jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix iżjed importanza lir-rwol tal-organizzazzjonijiet intermedjarji, element fundamentali jekk wieħed irid jiddjaloga ma’ miljuni ta’ intrapriżi, id-diretturi u l-ħaddiema tagħhom. Il-KESE jsostni mill-ġdid li dawn l-organizzazzjonijiet huma essenzjali għas-suċċess tal-politiki Komunitarji, u huma jaqdu rwol fundamentali fit-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-għajnuna għall-intrapriżi, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ politika wiesgħa u koerenti tal-innovazzjoni sabiex jiġu appoġġjati mhux biss l-intrapriżi li huma magħrufin diġà bħala innovattivi iżda wkoll l-innovazzjoni attwali u l-innovazzjoni fl-oqsma tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti, tat-teknoloġija baxxa u medja kif ukoll l-innovazzjoni mhux teknoloġika b’mod partikolari fl-intrapriżi ż-żgħar; |
|
— |
it-tkabbir tal-aċċess għall-programmi Komunitarji billi jitaqqsu r-restrizzjonijiet legali, finanzjarji u amministrattivi li jaqtgħu qalb l-SMEs, u billi jiġu ffaċilitati proġetti fi grupp proposti mill-organizzazzjonijiet intermedjarji. Il-KESE jtenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tikkoopera mal-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-intrapriżi sabiex jiġu ssemplifikati r-regoli ta’ aċċess għall-programmi u jiġu stipulati l-kundizzjonijiet il-ġodda għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-programmi f’livelli territorjali differenti. Il-proċeduri tal-aċċess tal-SMEs għall-fondi Ewropej għandhom jiġu ssemplifikati bl-aħjar mod possibbli. F’din il-perspettiva, l-ewwel pass jista’ jittieħed billi l-programmi Komunitarji jkunu kkoordinati flimkien (il-Fondi Strutturali, is-CIP, is-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka u Żvilupp, eċċ.), meta wieħed jaf li l-proċeduri sussegwenti għal kull wieħed minnhom huma differenti. Fl-istess ħin, jekk tiġi ċċarata l-lingwa tad-dokumenti qafas, il-maġġoranza tal-SMEs jkunu jistgħu jużaw l-istrumenti differenti ta’ żvilupp proposti minn dawn il-programmi b’mod aktar faċli. Fl-aħħar nett, tinħtieġ azzjoni għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri li tkun miftiehma bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istituzzjonijiet nazzjonali: fil-fatt, ir-restrizzjonijiet amministrattivi għadhom kbar wisq għal intrapriża li ġeneralment ma tkunx midħla tal-amministrazzjoni. |
4.7 Rigward l-akkwisti pubbliċi, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi struttura ta’ għajnuna personalizzata għall-SMEs li jixtiequ jkollhom aċċess għall-akkwisti pubbliċi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Komunitarju. Permezz ta’ din l-għajnuna, l-SME ser tkun taf x’hemm bżonn isir biex tressaq l-applikazzjoni tagħha, u ser issir aktar midħla tal-vokabularju li jintuża fl-akkwisti pubbliċi. (In-nuqqas ta’ fehim tat-terminoloġija użata jxekkel l-aċċess tal-SMEs ukoll).
5. It-tielet rakkomandazzjoni tal-KESE: proposti partikolari għal-livell Komunitarju:
5.1 Sabiex l-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar ikun effettiv, il-KESE jissuġġerixxi li titfassal politika viżibbli u ambizzjuża fil-livell Komunitarju, li sa llum il-ġurnata għadha ma teżistix. B’mod partikolari, jissuġġerixxi:
|
— |
li wieħed mill-Kummissarji Ewropew jerġa’ jingħata responsabbiltà sħiħa għall-applikazzjoni tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar; |
|
— |
li jiġu riveduti s-servizzi sabiex, bħalma ġara fl-epoka tat-Task Force tal-SMEs, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jkollhom ukoll rappreżentant politiku viżibbli u aċċessibbli u li jkun dedikat biss għall-SMEs u għad-difiża tal-interessi tagħhom fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċess deċiżiv; |
|
— |
li jinħoloq kumitat ta’ ġestjoni — “Kumitat Ewropew tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar”, — li barra li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, ikollu wkoll delegati tal-organizzazzjonijiet Ewropej konċernati, inklużi l-imsieħba soċjali. Il-KESE jixtieq li dan il-Kumitat ikollu setgħat wiesgħa ta’ kontroll għall-applikazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, għas-segwitu tal-pjan ta’ azzjoni u għall-koordinazzjoni mal-pjanijiet implimentati mill-Istati Membri. Il-KESE jappella wkoll li fil-mument li l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar jidħol fis-seħħ, |
|
— |
jinħatar rappreżentant tal-SMEs f’kull Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni biex jara li l-miżuri leġiżlattivi u l-programmi mmexxija mid-DĠ kompetenti jintegraw tajjeb il-prijoritajiet u l-istennijiet tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi, |
|
— |
il-kuntest intraprenditorjali meħtieġ fl-applikazzjoni konkreta ta’ “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir”għandu jinħoloq kemm fil-livell tas-soċjetà kif ukoll fil-livell tal-istituzzjonijiet. Dan għaliex sabiex “ir-regoli stipulati jirrispettaw il-maġġoranza ta’ dawk li għalihom huma applikabbli”, f’dan il-każ l-SMEs, jinħtieġ ċertu għarfien dwar id-dinja tal-SMEs. Huwa proprju għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu l-passi tagħha f’din il-kwistjoni permezz tal-programm tagħha “Enterprise Experience Program” li jippermetti li bosta uffiċjali pubbliċi jiffarmiljarizzaw ruħhom mad-dinja tal-SMEs. Tali inizjattiva għandha tkun ta’ ispirazzjoni għall-Istati Membri differenti, jew għall-anqas għal dawk li m’għandhomx approċċ simili. |
6. Ir-raba’ rakkomandazzjoni tal-KESE: azzjonijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali:
6.1 Fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza nazzjonali, il-KESE jissuġġerixxi li kull Stat Membru:
|
— |
jadotta liġi fil-livell nazzjonali sabiex il-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” isir wieħed vinkolanti; |
|
— |
joħloq “Pjan Nazzjonali għall-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” flimkien mal-atturi ekonomiċi u soċjali konċernati. Kull sena, għandu jitressaq rapport separat mir-rapport dwar il-PNR — il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma — sabiex wieħed ikun jaf xi twettaq minn kull pjan nazzjonali. Konferenza annwali tista’ tenfasizza l-“prattiki tajbin” u l-“istejjer ta’ suċċess”. Il-parteċipazzjoni mill-qrib tal-organizzazzjonijiet Ewropej konċernati u tal-KESE tippermetti li dan l-eżerċizzju jsir validu; |
|
— |
jappoġġja l-azzjonijiet komuni sabiex jiġu żviluppati azzjonijiet favur, pereżempju, it-trasferiment tal-intrapriża (kwistjonijiet legali u fiskali); il-liġi tal-falliment sabiex dejjem jingħata “ċans ieħor” lill-intrapriżi u lill-intraprendituri, l-iżvilupp ta’ one-stop shops u l-applikazzjoni tal-prinċipju “darba biss” għall-formalitajiet; |
|
— |
jaħtar rappreżentant tal-SMEs fil-livell nazzjonali, li jkun responsabbli min-naħa l-waħda li jirregola l-applikazzjoni tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar fl-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, li jara li l-liġijiet nazzjonali dwar l-implimetazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja jkunu konformi mal-prinċipji fundamentali ta’ “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”. |
6.2 Għall-oqsma ta’ azzjoni ta’ kompetenza nazzjonali, il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jikkooperaw aktar u jippjanaw azzjonijiet komuni, f’każ ta’ bżonn fil-qafas ta’ kooperazzjonijiet imsaħħa, sabiex jiġu żviluppati b’mod komuni azzjonijiet favur, pereżempju, it-trasferiment tal-intrapriżi (kwistjonijiet legali u fiskali); il-liġi tal-falliment sabiex dejjem jingħata “ċans ieħor” lill-intrapriżi u lill-intraprendituri.
6.3 Fil-livell nazzjonali u transkonfinali, il-KESE jinsisti fuq l-iżvilupp u l-interoperabbiltà tal-one-stop-shops madwar l-UE kollha. L-Istati Membri jistgħu jiġu mħeġġa jiftħu u jiżviluppaw l-interoperabbiltà tal-uffiċċji nazzjonali tal-formalitajiet, kemm dawk fiżiċi kif ukoll dawk virtwali. Rigward dan l-aħħar punt ittieħdu xi inizjattivi fil-qafas tad-Direttiva dwar is-servizzi jew inkella fir-Regolament li għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. B’mod globali, jeħtieġ li t-twaqqif ta’ dawn il-one-stop shops ikun akkumpanjat minn komunikazzjoni indirizzata lill-SMEs sabiex tinfurmahom, mill-mument li dawn jinħolqu u matul “ħajjithom” kollha, dwar l-eżistenza ta’ tali servizzi.
7. Il-ħames rakkomandazzjoni tal-KESE: koerenza, parteċipazzjoni u evalwazzjoni:
7.1 Fil-kuntest tal-problemi internazzjonali ewlenin, is-sitwazzjoni ekonomika attwali u l-għan li jiġi rivedut il-proċess ta’ Liżbona, il-Kumitat huwa tal-opinjoni li l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għandu:
|
— |
jistabbilixxi inizjattivi strutturati sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jiġifieri: il-privattiva Komunitarja, il-ġurisdizzjoni kompetenti rigward il-privattivi fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u t-twaqqif ta’ osservatorju Ewropew tal-iffalsifikar u l-piraterija (li ntalab għall-ewwel darba mill-KESE fl-2001); |
|
— |
jappoġġja approċċ integrat tal-politika favur l-SMEs li tintegra l-politiki settorjali kollha fil-livell Komunitarju, il-livell nazzjonali u l-livell reġjonali; |
|
— |
jippermetti l-iżvilupp tal-gvernanza, is-sħubija u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-komunitajiet, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta’ SMEs fil-livelli kollha tat-territorju Ewropew; |
|
— |
jappoġġja l-iżvilupp u l-kompetittività tal-intrapriżi kollha, inklużi l-intrapriżi li għandhom x’jaqsmu mas-swieq ta’ prossimità; l-azzjonijiet pożittivi tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għandhom jiddistingwu b’mod ċar min-naħa l-waħda l-intrapriżi tas-suq lokali li jirrappreżentaw l-ikbar maġġoranza tal-SMEs, u min-naħa l-oħra l-intrapriżi li għandhom potenzjal kbir li jiżviluppaw mil-lat teknoloġiku jew lil hinn mit-territorju tagħhom. Tal-ewwel għandhom isibu ambjent favorevoli għall-attivitajiet tagħhom, u tat-tieni għandu jkollhom il-mezzi biex iħaffu t-tkabbir tagħhom, biex isiru iżjed Ewropej, jew saħansitra internazzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li bosta intrapriżi ta’ prossimità jista’ jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw fis-swieq estiżi jew li jaġixxu fil-qafas ta’ kooperazzjonijiet u ta’ “clusters” sabiex jilħqu d-daqs meħtieġ għas-suċċess fl-Ewropanizzazzjoni jew l-internazzjonalizzazzjoni. |
7.2 Il-KESE jemmen li, minbarra r-rieda politika tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali li jimpenjaw ruħhom favur l-SMEs, b’mod partikolari favur l-iżgħar intrapriżi, is-suċċess tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar ser jiddependi fil-parti l-kbira tiegħu mill-azzjoni tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi. Huwa jitlob lill-awtoritajiet konċernati jieħdu l-miżuri kollha u joffru kull xorta ta’ għajnuna bil-għan li jiffavorixxu l-azzjoni tagħhom u li jiġu assoċjati mar-riflessjonijiet dwar il-proċess Komunitarju ta’ wara Liżbona.
7.3 Il-KESE jtenni t-talba speċifika tiegħu li ssir evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar, kemm għall-programm ta’ azzjoni tiegħu kif ukoll għall-applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, kif ukoll tal-politiki kollha tal-SMEs fil-livell Komunitarju u nazzjonali, u li kull sena jsir rendikont tal-progress li jsir, inkluż dak fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet intermedjarji. Dan ir-rapport għandu jkun is-suġġett ta’ proċess partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona, jagħti lok għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri u lir-reġjuni, jippermetti l-adattazzjoni jew ir-reviżjoni tal-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar, u għandu jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-KESE.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Id-diversi miżuri ta’ politika, minbarra finanzjament xieraq, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju” (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7) u l-opinjoni esploratorja tal-KESE dwar l-“Akkwist pubbliku internazzjonali” (ĠU C 224, 30.8.2008, p. 32).
(2) Ara l-ħidma tal-KESE b’rabta mal-opinjoni CESE (rapporteur: is-Sinjura Faes — ĠU C 256, 27.10.2007, p. 8).
(3) Opinjoni tal-KESE dwar “Id-diversi miżuri ta’ politika, minbarra finanzjament xieraq, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju” (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7).
(4) Opinjoni esploratorja tal-KESE dwar l-“Akkwist pubbliku internazzjonali” (ĠU C 224, 30.8.2008, p. 32).
(5) COM(2008) 394 finali.
(6) Direttiva 2000/KE/35 (ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35). Opinjoni tal-KESE: ĠU C 407, 28.12.1998, p. 50.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati
COM(2008) 464 finali — 2008/0157 (COD)
(2009/C 182/07)
Rapporteur: is-Sur GKOFAS
Nhar l-4 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati
COM(2008) 464 finali — 2008/0157 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur GKOFAS.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’115-il vot favur, 3 voti kontra u 15-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jitlob li tinħoloq sistema unika li tarmonizza r-regoli tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq kompożizzjonijiet mużikali miktuba minn bosta awturi, sabiex jiġu evitati l-problemi waqt id-distribuzzjoni transkonfinali tad-drittijiet finanzjarji (royalties).
1.2 Il-KESE jitlob li l-kompożizzjonijiet mużikali li jinkludu l-lirika jitqiesu bħala xogħlijiet uniċi b’perijodu ta’ protezzjoni ta’ 70 sena wara l-mewt tal-aħħar awtur.
1.3 Ħafna drabi l-Istati Membri jagħtu r-responsabbiltà tad-drittijiet tal-awtur lil ħafna soċjetajiet differenti tal-ġestjoni kollettiva bir-riżultat li l-utenti jiġu soġġetti għar-regoli ta’ aktar minn soċjetà waħda saħansitra meta jkunu kisbu xogħol uniku, sħiħ, mhux editjat u prodott f’forma waħda. Għandu jkun hemm dispożizzjoni f’dan ir-rigward u għandu jiġi ċċarat il-fatt li dawn ix-xogħlijiet huma u għandhom jitqiesu bħala prodotti uniċi, sħaħ u mhux diviżibbli.
1.4 Għandu jitwaqqaf korp uniku tal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur li jiġbor id-drittijiet finanzjajri u li jħares lid-detenturi tad-drittijiet. Dan il-korp għandu jkun l-uniku korp responsabbli mill-ġbir tad-drittijiet finanzjarji u mid-distribuzzjoni ta’ kull somma lill-korpi li jeżistu jew korpi ġodda li jirrappreżentaw lid-detenturi tad-drittijiet sabiex l-utenti jinnegozjaw u jidħlu f’kuntratti ma’ organizzazzjoni waħda u mhux ma’ ħafna.
1.5 Il-KESE jipproponi li t-terminu ta’ protezzjoni għall-iffissar tal-prestazzjonijiet jiġi estiż minn 50 għal 85 sena. Bil-għan li jiżdiedu l-isforzi favur il-ħarsien tal-artisti anonimi li jċedu d-drittijiet tagħhom fuq il-fonogramma għal “rimunerazzjoni ġusta” jew għal somma globali, għandu jkun hemm regolament li jgħid li l-produtturi tad-diski għandhom iwarrbu 20 % tal-qligħ li jagħmlu mill-bejgħ tal-fonogrammi, li jistgħu jiddeċiedu li jużaw matul il-perijodu estiż tal-protezzjoni.
1.6 Fid-dawl tal-fatt li l-artisti l-kbar dejjem jirnexxielhom jaslu għal ftehim mal-produtturi dwar il-perċentwali tal-bejgħ tal-fonogrammi, il-KESE jissuġġerixxi li jitwaqqaf fond għall-artisti u b’mod partikolari għall-artisti anqas magħrufa.
1.7 Il-KESE jemmen li għandu jitfassal kuntratt bejn l-artisti u l-membri tas-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva sabiex il-ġestjoni u l-ġbir tad-drittijiet finanzjarji jsiru b’mod legali. B’hekk is-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva ma jkollhom l-ebda dritt li jiġbru somom f’isem detentur individwali tad-drittijiet li miegħu ma jkunu ffirmaw l-ebda kuntratt.
1.8 Dawn għandhom ikunu kumpaniji mingħajr skop ta’ qligħ u b’dokumentazzjoni trasparenti tal-introjti u l-ħlasijiet tad-drittijiet finanzjarji sabiex jiżguraw li r-riżorsi jitqassmu sew.
1.9 Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-introjti li ġejjin minn sorsi sekondarji ta’ qligħ huma piż kbir fuq min hu responsabbli mill-ħlas. Fil-livell Komunitarju, hemm bżonn li jiġi ċċarat xi tfisser prestazzjoni pubblika fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, u li din id-definizzjoni tiġi introdotta fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri sabiex kemm il-prestazzjoni raġonevoli, kif ukoll ix-xandir mill-ġdid ikunu jfissru x-xandir (mill-ġdid) privat ta’ prestazzjonijiet pubbliċi li diġà tħallsu.
1.10 Il-KESE jemmen li r-rimunerazzjoni għandha tkun ġusta kemm għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għal dawk li huma soġġetti għall-ħlas. Jeħtieġ li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tar-rimunerazzjoni ġusta tat-trasferiment tad-dritt tal-kiri tal-artisti. Mhuwiex aċċettabbli l-fatt li għad m’hemmx regola Komunitarja waħda dwar dan, u li r-responsabbiltà titħalla f’idejn il-legiżlaturi fl-Istati Membri, li mbagħad jerġgħu jitfgħu r-responsabbiltà fuq is-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva li jistabbilixxu ħlasijiet inġusti li ma huma soġġetti għall-ebda kontroll.
1.11 Il-KESE jemmen li hemm bżonn li jiġi speċifikat il-fatt li l-użu pubbliku jfisser l-użu ta’ xogħol għall-qligħ u fil-kuntest ta’ attività kummerċjali li titlob jew tiġġustifika dak l-użu (ta’ xogħol li jinvolvi l-ħsejjes (sound), kontenut viżiv jew ħsejjes u kontenut viżiv).
1.12 Jeħtieġ li jiġi speċifikat ukoll jekk prestazzjoni hix imxandra permezz tal-apparat jew permezz ta’ komunikazzjoni diretta (diski ottiċi, raġġi manjetiċi (receivers)). F’dawn il-każijiet, ir-responsabbiltà tax-xandir pubbliku (u l-għażla) hija f’idejn min qed ixandar u mhux tal-utent aħħari. L-utent tax-xogħol mhuwiex l-utent aħħari għalhekk il-kunċett tal-prestazzjoni pubblika ma japplikax f’dan ir-rigward.
1.13 L-użu ta’ xogħlijiet imxandra minn pereżempju ristoranti, kafetteriji, karozzi tal-linja u taxis ma jistax jitqies bħala prestazzjoni pubblika primarja għalhekk dawn m’għandhomx iħallsu d-drittijiet finanzjarji tal-artist. Id-drittijiet finanzjarji tal-fonogrammi jkunu diġà tħallsu minn dawk li kisbu l-fonogrammi u li għandhom dritt li jdoqquhom permezz ta’ apparat bil-fili jew mingħajr fili. Li l-pubbliku jisma’ l-fonogrammi fuq ir-radju mid-dar, mix-xogħol, fuq tal-linja jew fir-restaurant, għandha titqies bħala attività privata. Membru tal-pubbliku ma jistax ikun f’żewġ postijiet fl-istess waqt għalhekk id-drittijiet finanzjarji għandhom jitħallsu mill-istazzjonijiet li huma l-utenti proprji.
1.14 Is-setturi professjonali fejn il-mużika u/jew il-kontenut viżiv ma jaqdu l-ebda rwol fil-proċess tal-produzzjoni lanqas m’għandhom iħallsu. Dawk is-setturi li fihom ix-xandir tal-mużika jew tal-kontenut viżiv jaqdi rwol sekondarju fl-attivitajiet kummerċjali għandhom iħallsu anqas u skont rata fissa li tkun ġiet stabbilita wara negozjati bejn ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet kollettivi tal-utenti u l-korp uniku tal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur.
1.15 Il-KESE jemmen li għandu jkun hemm fond addizzjonali li jservi ta’ garanzija għas-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva u li jiżgura li huma jħallsu s-somom dovuti lill-artisti anki f’każijiet ta’ diffikultà. Il-klawżola “use it or lose it” għandha tidħol fil-kuntratti li jsiru bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogrammi u fil-kuntratti għandu jidħol ukoll il-prinċipju “clean slate” għall-kuntratti li jkopru l-perijodu ta’ estensjoni wara l-ewwel 50 sena.
1.16 Il-KESE jinsab imħasseb b’mod partikolari dwar il-fatt li l-għan prinċipali tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità huwa li tħares id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u drittijiet relatati oħra mingħjar ma tqis id-drittijiet tal-utenti u tal-konsumaturi aħħarin. Filwaqt li d-Direttiva tirreferi għall-fatt li l-attivitajiet kreattivi, artistiċi u kummerċjali jitwettqu minn persuni li jaħdmu għal rashom u għalhekk għandhom jiġu ffaċilitati u mħarsa, l-approċċ mhuwiex l-istess fir-rigward tal-utenti. Għalhekk hemm bżonn li jiġu eliminati l-inkonsistenzi li jeżistu bejn ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri, u li, fejn jeżistu, il-multi amministrattivi għandhom jieħdu post il-penali imposti meta ma jitħallsux id-drittijiet finanzjarji.
1.17 Il-KESE jaqbel mal-emenda li saret fuq Artikolu3(1) iżda bl-inklużjoni ta’ perjodu ta’ protezzjoni ta’ 85 sena. Il-KESE jixtieq ukoll li t-tieni u t-tielet sentenzi ta’ Artikolu 3(2) jirreferu għal perijodu ta’ 85 sena. Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni ta’ Artikolu 10(5) dwar in-natura retroattiva tad-Direttiva.
1.18 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tqis il-kummenti u l-proposti li għandhom l-għan li jtejbu l-ġurisprudenza attwali u jitlob lill-Istati Membri sabiex jobdu d-direttivi u jieħdu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex dawn id-direttivi jsiru liġi nazzjonali.
2. Daħla
2.1 Il-bażi tal-iskema attwali, li tipprovdi perijodu ta’ protezzjoni ta’ 50 sena, tinsab fid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati tal-artisti.
2.2 Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, din il-proposta tolqot lill-artisti magħrufa iżda l-iktar li tolqot huma lil dawk li ċedew id-drittijiet esklużivi tagħhom lill-produttur tal-fonogramma għal somma globali. Eventwalment dan il-ħlas għal xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni tal-fonogrammi tagħhom isir darba u wara jieqaf.
3. Kummenti ġenerali
3.1 L-iskop tal-opinjoni huwa li temenda xi artikoli tad-Direttiva 2006/116 dwar il-perijodu ta’ protezzjoni relatat mal-prestazzjonijiet u l-fonogrammi u li tiġbed attenzjoni partikolari lejn miżuri addizzjonali u lejn ċerti kwistjonijiet sabiex jintlaħaq l-għan prinċipali tal-opinjoni, jiġifieri t-tnaqqis tad-differenzi soċjali bejn il-produtturi, l-artisti magħrufa u l-mużiċisti tal-istudjo b’mod aktar effettiv.
3.2 Il-KESE jinsab tassew imħasseb dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-artisti u d-drittijiet relatati b’mod partikolari fejn jidħlu l-fonogrammi u jitlob li l-eżiġenzi tagħhom jingħataw widen u li jingħatalhom kontribut minimu għal matul il-perijodu estiż ta’ protezzjoni.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 L-idea prinċipali tal-Kummissjoni hija li testendi t-terminu tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur.
4.2 Il-KESE jemmen li din l-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri hija meħtieġa biex jiġu evitati d-diffikultajiet waqt id-distribuzzjoni transkonfinali tad-drittijiet tal-awtur bejn Stat Membru u ieħor.
4.3 Il-KESE jemmen ukoll li l-kompożizzjonijiet mużikali li jinkludu l-lirika, għandhom jitqiesu bħala xogħol uniku b’perijodu ta’ protezzjoni ta’ 70 sena wara l-mewt tal-aħħar awtur għax aħjar tiżdied il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur milli jitnaqqas il-perijodu ta’ protezzjoni li jista’ joħloq ħafna problemi.
4.4 Il-KESE jipproponi li t-terminu ta’ protezzjoni għall-iffissar tal-prestazzjonijiet jitwal minn 50 għal 85 sena.
4.5 Sabiex jiżdiedu l-isforzi favur il-ħarsien tal-artisti anonimi li jċedu d-drittijiet tagħhom fuq il-fonogramma għal “rimunerazzjoni ġusta” jew għal somma globali, għandu jkun hemm regolament li jgħid li l-produtturi tad-diski għandhom iwarrbu 20 % tal-qligħ li jagħmlu mill-bejgħ tal-fonogrammi li huma jistgħu jiddeċiedu li jużaw matul il-perijodu estiż tal-protezzjoni.
4.6 B’konformità ma’ dawn l-għanijiet, il-KESE jemmen li għandu jiġi stabbilit fond għall-artisti b’mod partikolari għal dawk li huma inqas famużi.
4.7 L-amministrazzjoni u l-ħlas tas-somom għandu jsir mis-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva li għandhom jamministraw ukoll ir-rimunerazzjoni sekondarja. Madanakollu hemm bżonn li jiġu stabbiliti miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tat-tħaddim u l-kompożizzjoni ta’ dawn il-korpi.
4.8 Il-KESE jemmen li għandu jkun hemm kuntratt bil-miktub bejn l-artisti u l-membri tas-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva sabiex il-ġestjoni u l-ġbir tad-drittijiet finanzjarji jsiru b’mod legali.
4.9 Dawn għandhom ikunu kumpaniji mingħajr skop ta’ qligħ b’dokumentazzjoni trasparenti tal-introjti u l-ħlasijiet tad-drittijiet finanzjajri sabiex jiżguraw li r-riżorsi jitqassmu sew. Il-KESE jemmen li dawn is-soċjetajiet għandhom jitwaqqfu b’konformità mal-istandards u r-regoli ta’ kull Stat u għandhom jinqasmu f’żewġ kategoriji skont jekk jirrappreżentawx lill-awturi jew lill-artisti li jippreżentaw ix-xogħol. Il-KESE jemmen li l-eżistenza ta’ aktar soċjetajiet bħal dawn li jirrappreżentaw lil gruppi differenti tista’ twassal għall-konfużjoni, u t-trasparenza u l-kontrolli jsiru aktar diffiċli.
4.10 Madankollu, l-artisti jirċievu wkoll dħul minn sorsi oħra. Is-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva twaqqfu sabiex jamministraw l-hekk imsejħa rimunerazzjoni sekondarja li tinqasam fi tliet tipi (a) rimunerazzjoni ġusta għax-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, (b) tariffi għal kopja privata u (c) rimunerazzjoni ġusta għat-trasferiment tad-dritt tal-kiri tal-artisti. Jekk il-perijodu ta’ protezzjoni jitwal minn 50 għal 85 sena, dan id-dħul ser jiżdied ukoll.
4.11 Madanakollu, il-KESE jinsab imħasseb fir-rigward tal-fatt li l-introjti li ġejjin minn sorsi sekondarji ta’ qligħ huma piż kbir fuq min hu responsabbli mill-ħlas. Din hija kwistjoni separata mill-estensjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni. Hemm bżonn li fil-livell Komunitarju jiġi ċċarat xi tfisser prestazzjoni pubblika fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni u li din id-definizzjoni tiġi introdotta fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri sabiex il-prestazzjoni raġonevoli u x-xandir mill-ġdid ikunu jfissru x-xandir (mill-ġdid) privat ta’ prestazzjonijiet pubbliċi li diġà tħallsu.
4.12 Il-KESE jemmen li l-ħlas ta’ rimunerazzjoni ġusta sabiex tkun tista’ terġa’ tixxandar prestazzjoni, b’mod partikolari jekk ser terġa’ tixxandar mingħajr finijiet ta’ profitt, huwa ħlas eċċessiv u jikkontribwixxi għal ksur tad-drittijiet tal-awtur (frodi) fil-qasam tal-mużika.
4.13 Il-KESE jinsab imħasseb fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi li ġejjin miż-żewġ sorsi oħra ta’ dħul tal-artisti. Din hija kwistjoni ċentrali li tolqot lil kull minn hu soġġett għad-drittijiet finanzjarji. Mingħajr kuntratt bejn il-persuna li lejha huwa dovut dan id-dħul addizzjonali u l-persuna li qed tirrappreżentaha fis-soċjetà tal-ġestjoni kollettiva u li hija responsabbli mill-ħlas, il-persuna li lejha huwa dovut id-dħul kif tista’ tkun ċerta li min ser iħallas ser iħallas il-pagament addizzjonali kif xieraq?
4.14 Jeħtieġ li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tar-rimunerazzjoni ġusta tat-trasferiment tad-dritt tal-kiri tal-artisti. Il-KESE jemmen li r-rimunerazzjoni għandha tkun ġusta kemm għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għal dawk li huma soġġetti għall-ħlas. Barra minn hekk dan il-ħlas għandu jiġi stabbilit b’mod proporzjonat kull ħames snin u wara negozjati kollettivi bilaterali.
4.15 Il-KESE jemmen li b’hekk, filwaqt li jkun qed jirregola l-pagamenti għall-kopji li jsiru għall-użu privat, b’mod speċjali għall-professjonisti fl-industrija tad-divertiment li jużaw il-kopji għal attivitajiet li mhumiex strettament privati, ikun jista’ jiġi żgurat fluss stabbli tad-dħul mis-sorsi sekondarji matul il-perijodu estiż ta’ protezzjoni, filwaqt li tiġi miġġielda l-piraterija u jiżdied il-bejgħ legali tal-fonogrammi fuq l-internet.
4.16 Il-KESE jemmen li għandu jkun hemm fond addizzjonali li jservi ta’ garanzija għas-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva u li jiżgura li huma jħallsu s-somom dovuti lill-artisti anki f’każijiet ta’ diffikultà.
4.17 Il-KESE jemmen ukoll li sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi ta’ din l-opinjoni, id-Direttiva għandha teżamina ċerti miżuri ta’ akkumpanjament. B’mod aktar speċifiku, il-klawżola “use it or lose it” għandha tidħol fil-kuntratti li jsiru bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogrammi u fil-kuntratti għandu jidħol ukoll il-prinċipju “clean slate” għall-kuntratti li jkopri l-perijodu ta’ estensjoni wara l-ewwel 50 sena. Jekk tgħaddi sena minn wara l-estensjoni tal-perjodu ta’ protezzjoni, id-drittijiet fuq il-fonogramma u l-iffissar tal-prestazzjoni jiskadu.
4.18 Il-KESE jemmen li għandha tingħata prijorità lil dawk l-artisti li jindunaw li xogħolhom jinsab maqbud f’fonogrammi li l-produttur ma ħax azzjoni fuqhom u m’għamilhomx disponibbli għall-pubbliku. Huwa jemmen li jenħtieġu miżuri addizzjonali li jiżguraw li l-produtturi ma jiskartawx ix-xogħol tal-artisti. Dawn jistgħu jkunu miżuri amministrattivi jew multi u penali.
4.19 Il-KESE jemmen ukoll li fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri għandhom tradizzjoni kbira ta’ kanzunetti tradizzjonali, għandu jkun hemm regolamenti speċjali għal dawn it-tip ta’ diski u oħrajn ta’ natura simili li jistgħu jitqiesu bħala “xogħlijiet orfni” sabiex dawn ikunu disponibbli għall-pubbliku.
4.20 Il-KESE jaqbel mar-referenza li saret f’Artikolu 10 għan-natura retroattiva tal-liġi dwar il-kuntratti attwali kollha.
4.21 Il-KESE jaqbel ukoll ma’ paragrafu 3 u paragrafu 6 ta’ Artikolu 10.
4.22 Il-KESE jaqbel mad-dritt għal pagament addizzjonali annwali għal matul il-perijodu estiż ta’ protezzjoni tal-kuntratti li jikkonċernaw it-trasferiment tad-drittijiet tal-artisti.
4.23 Il-KESE jaqbel li 20 % tal-introjti li jirċievi l-produttur matul is-sena ta’ qabel il-pagament hija ċifra ta’ pagament addizzjonali xierqa.
4.24 Il-KESE ma jaqbilx mal-proposta li l-Istati Membri għandhom jirregolaw il-pagament tal-ammont addizzjonali annwali li jiġbru s-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva.
4.25 Il-KESE jemmen li għandu jkun hemm kuntratt bil-miktub bejn kull artist u r-rappreżentanti tas-soċjetà tal-ġestjoni kollettiva. Il-kuntratt għandu jsir qabel ma r-rappreżentanti jibdew jiġbru d-drittijiet finanzjarji f’isem l-artist. Is-soċjetajiet għandhom jissottomettu l-kontijiet annwali tagħhom lil korp ieħor ta’ artisti u produtturi u jindikaw l-amministrazzjoni tal-introjti li jkunu saru minn pagamenti addizzjonali matul il-perijodu estiż ta’ protezzjoni.
4.26 Il-KESE jaqbel mal-miżura ta’ tranżizzjoni ta’ Artikolu 10 u mal-miżura dwar l-isfruttament tal-fonogramma min-naħa tal-artist.
4.27 Għalhekk il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ regolament wieħed, li skontu ċerti produtturi, pereżempju dawk li ma jaqilgħux aktar minn EUR 2 miljun fis-sena, m’għandhomx jiġu soġġetti għar-regola li tgħid li għandhom iwarrbu 20 % tal-qligħ mill-bejgħ tal-fonogrammi. Għalhekk ikun hemm bżonn ta’ valutazzjoni annwali tal-produtturi sabiex ikun jista’ jiġi determinat liema huma dawk li jaqgħu f’din il-kategorija.
4.28 Il-KESE jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-mezzi ta’ pagamenti, kontrolli fuq il-pagamenti, provi tal-pagamenti, falliment tal-kumpaniji, il-każijiet fejn id-detenturi tad-drittijiet imutu jew iċedu d-drittijiet tagħhom, ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet u s-soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva, kontrolli fuq is-soċjetajiet u diversi kwistjonijiet legali oħra. L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-fażi tal-implimentazzjoni tagħha u fil-qasam tal-ġestjoni u l-pagament ta’ 20 % tad-dħul addizzjonali, ser toħloq aktar problemi mingħajr ma toħloq kundizzjonijiet ugwali bejn l-artisti magħrufa u dawk anqas magħrufa.
4.29 Is-soluzzjoni għal din il-problema mhix li jittawwal il-perjodu ta’ protezzjoni biss iżda li jitfasslu kuntratti li jinkludu l-klawżola “use it or lose it”. Il-KESE huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jiżguraw li x-xogħlijiet ma jiġux ibblukkati għal 50 sena għandhom jiġi adottati meta tiġi adottata l-emenda fuq id-Direttiva. Hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali b’mod partikolari fir-rigward tal-mezzi ta’ pagament tad-drittijiet finanzjarji lid-detenturi tad-drittijiet qabel ma tiġi adottata liġi interna fl-Istati Membri.
4.30 Il-KESE jemmen li sabiex nevitaw ġeneralizzazzjonijiet u interpretazzjonijiet differenti f’dan il-qasam, il-kunċett “tal-publikazzjoni tal-fonogramma” għandu jiġi ċċarat sew. Teżisti wkoll il-kwistjoni ta’ pubblikazzjoni simultanja tal-istess fonogramma minn żewġ artisti differenti b’mod partikolari minn mużiċisti tal-istudjo li ma jkunux ċedew id-drittijiet lill-produttur ikkonċernat (xogħlijiet li jintużaw mill-mezzi tax-xandir, rehearsals tad-diski għall-kompetizzjonijiet, jew ix-xandir tad-diski fuq l-internet).
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/40 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI)
COM(2008) 467 finali — 2008/0148 (CNS)
(2009/C 182/08)
Rapporteur: is-Sur STANTIČ
Nhar il-5 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 172 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI)
COM(2008) 467 finali — 2008/0148 (CNS)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur STANTIČ.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-15 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’149 vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Infrastruttura tar-riċerka ta’ livell għoli hija waħda mill-pilastri essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
1.2 L-iżvilupp u t-tħaddim effettiv ta’ Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) ta’ livell dinji ġeneralment jeċċedu l-kapaċitajiet u d-domanda potenzjali ta’ Stati Membri individwali. Għaldaqstant, azzjoni konġunta f’dan il-qasam għandha valur miżjud Ewropew ta’ livell partikularment għoli. L-attrazzjoni ta’ dawn l-infrastrutturi twassal għal iktar netwerking u kooperazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tgħin biex tagħmel tajjeb għall-frammentazzjoni li għad fadal.
1.3 Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja l-pjan direzzjonali mressaq mill-Forum tal-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka (l-ESFRI) dwar il-ħolqien ta’ 44 proġett pan-Ewropew ġdid ta’ infrastruttura tar-riċerka fuq skala kbira għall-għaxar sa għoxrin sena li ġejjin.
1.4 L-oqfsa legali nazzjonali x’aktarx ma jistgħux jipprovdu bażi legali adegwata għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tar-riċerka ta’ livell għoli u ta’ interess pan-Ewropew. Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja l-proposta għal Regolament dwar qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka li jista’ jissemplifika u jħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti proposti mill-ESFRI.
1.5 Il-ħolqien ta’ infrastrutturi ġodda tar-riċerka ta’ livell dinji jista’ jsaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka b’mod sinifikanti u jwaqqaf il-brain drain barra mill-Ewropa. Madankollu, il-konċentrazzjoni ta’ infrastrutturi ta’ skala kbira fl-Istati Membri żviluppati biss ser, għall-anqas fil-perijodu qasir, tiġbed ir-riċerkaturi minn madwar l-Ewropa. Fil-perijodu fit-tul, dawn l-effetti potenzjalment negattivi għal ċerti pajjiżi jistgħu jiġu kkompensati permezz ta’ distribuzzjoni ġeografika adegwata tal-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka kif ukoll permezz ta’ aċċess ħieles kemm jista’ jkun.
1.6 Il-KESE jistieden lill-Istati Membri sabiex isegwu l-inizjattiva tal-ESFRI u tal-Kummissjoni u jfasslu l-pjan nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka mill-aktar fis possibbli.
1.7 Il-Kumitat jaqbel mal-proposta għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) u t-taxxi tas-sisa peress li din il-miżura tista’ ssaħħaħ l-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka u tatihom vantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma’ proġetti simili madwar id-dinja.
1.8 Il-KESE jirrakkomanda lill-Komunità sabiex tipparteċipa b’mod aktar attiv fil-finanzjament tal-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka billi żżid il-fondi tat-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp. Għalhekk, billi takkwista vantaġġ mis-sjieda parzjali tal-ERIs, il-Komunità tkun f’qagħda aħjar biex tiggarantixxi distribuzzjoni ġeografika aktar wiesgħa kif ukoll aċċess ħieles għall-ikbar ċirklu ta’ riċerkaturi Ewropej possibbli.
1.9 Il-Kumitat jirrakkomanda li l-politika Ewropea ta’ Koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji tagħha, jiġifieri l-Fondi Strutturali, jagħtu prijorità akbar lill-iżvilupp ta’ impjanti ġodda tar-riċerka u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu politiki oħra u strumenti maħsuba biex iħeġġu lis-settur privat jinvesti aktar fl-infrastruttura tar-riċerka.
1.10 Il-Kumitat beħsiebu jiġbed l-attenzjoni għall-problema tal-ispejjeż tat-twettiq u ż-żamma tal-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka ladarba l-investiment inizjali jkun sar. Dawn l-ispejjeż, li, kull sena, jistgħu jilħqu 20 % tal-ammont investit, jistgħu jxekklu l-kunċett ta’ aċċess ħieles għar-riċerkaturi tal-pajjiżi li ma jagħmlux parti minn din l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka. Għalhekk, ikun xieraq li ninkludu l-konfinanzjament minn fondi Ewropew għal proġetti li għaddejjin bħalissa fil-kuntest tat-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp.
2. Daħla
2.1 It-twaqqif ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka huwa l-għan prinċipali tal-miżuri Komunitarji kollha fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp sa mill-2000 ’il hawn (1). Għalkemm minn dak iż-żmien ’il hawn l-Istati Membri adottaw bosta inizjattivi, illum il-ġurnata għad hemm numru sostanzjali ta’ ostakoli nazzjonali u istituzzjonali li jfixklu l-ksib tal-objettiv aħħari, jiġifieri l-ħolqien tal-“ħames libertà” fl-Ewropa: il-moviment ħieles tal-għarfien. Waħda mill-problemi l-kbar li qed tiffaċċja l-Ewropa fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka hija l-frammentazzjoni tagħha li ma tħallihiex tapprofita kemm tista’ mill-potenzjal tagħha tar-riċerka.
2.2 M’hemm l-ebda dubju li infrastruttura tar-riċerka ta’ livell għoli hija waħda mill-pilastri ċentrali għall-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (2). Fil-fatt, din l-infrastruttura:
|
— |
tippromovi livell għoli fix-xjenza, |
|
— |
tagħmel ir-riċerka fondamentali u dik applikata kompetittivi fil-livell dinji, |
|
— |
tattira l-aqwa riċerkaturi, |
|
— |
tħeġġeġ l-innovazzjoni fl-industrji u tħaffef l-iskambju tal-għarfien, |
|
— |
tikkontribwixxi għall-integrazzjoni Ewropea, |
|
— |
tiggarantixxi valur miżjud aktar għoli fil-livell Ewropew. |
2.3 L-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka ta’ skala kbira huma kkaratterizzati, fost affarijiet oħra, mill-fatt li l-investiment, l-ispejjeż tal-funzjonament tagħhom kif ukoll il-possibbiltà li jiġu sfruttati bis-sħiħ il-potenzjalitajiet tagħhom jaqgħu barra mill-ambitu tal-Istati Membri individwali. Dan ifisser li ċ-ċentri Ewropej ta’ livell għoli sikwit ma jilħqux il-massa kritika meħtieġa. Xi wħud ibatu wkoll minn nuqqas ta’ netwerks adegwati u minn nuqqas ta’ kooperazzjoni. Minkejja dawn in-nuqqasijiet, fil-passat l-Ewropa rnexxilha twettaq bosta proġetti pan-Ewropej estensivi u ta’ livell dinji, bħal pereżempju s-CERN, l-ITER, l-EMBO, l-ESA, l-ESRF (3) u oħrajn.
2.4 Il-proposta għal Regolament li qed tiġi analizzata (COM(2008) 467 finali) hija waħda minn ħames inizjattivi mressqa mill-Kummissjoni fl-2008 sabiex tħaffef b’mod sinifikanti t-twaqqif ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka (4).
2.5 L-inizjattiva kkonċernata hija konformi mal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona. L-għan tagħha huwa li tħeġġeġ l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka, li għadu ’l bogħod mill-objettiv ta’ 3 % sal-2010, meta attwalment il-medja ta’ dan l-investiment hi ta’ 1,7 sa 1,8 % tal-PGD. Il-proposta tipprovdi l-bażi għall-konsolidazzjoni meħtieġa tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka li ser isaħħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej.
3. L-isfond
3.1 Bil-għan li jingħelbu b’suċċess il-bosta sfidi marbuta mal-infrastruttura tar-riċerka, fl-2002 il-Kunsill Ewropew ħoloq Forum tal-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka (l-ESFRI) (5) u nkarigah ifassal pjan direzzjonali għall-iżvilupp u t-twaqqif tal-ġenerezzjoni li jmiss tal-infrastruttura tar-Riċerka ta’ interess pan-Ewropew.
3.2 Wara konsultazzjoni estensiva ma’ elf espert f’livell għoli u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, l-ESFRI identifika 35 proġett pan-Ewropew (6) li jindirizza l-ħtiġijiet marbuta mal-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka fuq skala kbira għall-għaxar sa għoxrin sena li ġejjin (7).
3.3 Il-Pjan Direzzjonali jipprevedi infrastrutturi tar-riċerka ġodda u vitali, ta’ dimensjonijiet u valuri differenti, li jkopru ħafna oqsma ta’ riċerka: mix-xjenzi soċjali u naturali sas-sistemi ta’ arkivji elettroniċi tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u tal-bażi tad-data (8). Il-valur stmat għall-proġetti kollha jammonta għal aktar minn EUR 20 biljun.
3.4 Hu u jidentifika l-fatturi li jistgħu jxekklu t-twaqqif tal-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej ta’ livell dinji, barra l-ostakoli finanzjarji u organizzattivi l-ESFRI, saħaq ukoll fuq il-qafas legali. M’hemmx struttura legali fil-livell Ewropew li tippermetti l-ħolqien sempliċi u effikaċi tal-isħubijiet internazzjonali. Attwalment, l-imsieħba li jixtiequ jikkooperaw bil-għan li jiżviluppaw infrastruttura tar-riċerka komuni għandhom l-ewwel jiftiehmu fuq il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li beħsiebhom japplikaw (9) (jew jibbażaw fuq ftehim internazzjonali), li jwassal għal aktar diffikultajiet amministrattivi.
3.5 Għalhekk, l-ESFRI wasal għall-konklużjoni ċara li jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali Komunitarju speċifiku għall-ħolqien ta’ Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem ERIs) li jinvolvi bosta Stati Membri.
3.6 Il-kunċett ta’ “Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka” jirreferi għall-faċilitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi li jintużaw mill-komunità xjentifika sabiex twettaq riċerka ta’ livell għoli. Id-definizzjoni tkopri t-tagħmir xjentifiku, ir-riżorsi bbażati fuq l-għarfien (bħall-kollezzjonijiet, l-arkivji u l-informazzjoni xjentifika strutturata), l-infrastrutturi bbażati fuq it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kif ukoll il-mezzi speċifiċi kollha l-oħra li huma essenzjali għal riċerka ta’ livell għoli. Dawn it-tipi ta’ infrastrutturi tar-riċerka jistgħu jkunu f'“sit wieħed” jew “imqassma”(netwerk organizzat ta’ riżorsi).
4. Il-proposta tal-Kummissjoni
4.1 Fuq il-bażi li l-oqfsa legali attwali, magħmula mill-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti, ma jissodisfawx il-bżonnijiet tal-infrastrutturi l-ġodda pan-Ewropej u fuq inizjattiva tal-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea, b’konformità mal-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ħejjiet proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għall-ERI.
4.2 L-għan ewlieni tal-qafas ġuridiku li ġie propost huwa li jiffaċilita t-twaqqif u t-tħaddimkollettiv tal-faċilitajiet tar-riċerka, li huma ta’ interess pan-Ewropew, minn bosta Stati Membri u pajjiżi relatati mal-Programm Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp.
4.3 L-ERIs huma entitajiet legali bbażati fuq il-membri tagħhom (minn tal-anqas tliet Stati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet intergovernattivi), li għandhom personalità ġuridika u jgawdu mill-iżjed kapaċità ġuridika wiesgħa rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha. Ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas legali li jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għat-twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka.
4.4 L-ERIs għandhom statut ta’ organizzazzjoni internazzjonali taħt id-Direttivi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxa tas-sisa u l-akkwist pubbliku. Għalhekk, huma eżentati mill-VAT u s-sisa, u l-akkwist pubbliku tagħhom mhuwiex kopert mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku (10).
4.5 L-ERIs jistgħu jiġu kofinanzjati mill-istrumenti finanzjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (11) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.
5. Kummenti ġenerali
5.1 Il-KESE jemmen li l-istrument ġuridiku l-ġdid li ġie propost, li għandu jikkomplementa lill-forom ġuridiċi attwali l-oħra, ser jiffaċilita u jħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-infrastrutturi l-ġodda ta’ interess pan-Ewropew u għalhekk iħaffef il-ħolqien ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka u l-ksib tal-objettivi ta’ Liżbona.
5.2 Il-KESE jilqa’ l-impenn ċar u deċiż tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri favur l-armonizzazzjoni tal-iżvilupp futur tal-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka. Fil-fatt, dan huwa l-uniku mezz għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali mressaq mill-ESFRI.
5.3 L-iżvilupp ta’ infrastrutturi ġodda tar-riċerka tal-ogħla livell dinji jista’ jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-interess taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan huwa importanti sabiex jinżammu u jiġu mħeġġa aktar l-400 000 riċerkatur żagħżugħ ta’ talent kbir li l-Ewropa għandha bżonn biex tilħaq l-objettiv ta’ 3 % fir-rigward tal-investiment fl-għarfien u l-iżvilupp. Barra minn hekk, infrastruttura tar-riċerka ta’ livell għoli tista’ tattira riċerkaturi li għandhom talent u li huma kwalifikati mid-dinja kollha.
5.4 Minħabba n-natura eżiġenti tal-proġetti tal-infrastruttura tar-riċerka li ġew proposti (12), il-possibbiltajiet li l-pajjiżi ż-żgħar jew dawk anqas żviluppati jilqgħu jew jipparteċipaw fi proġetti ta’ infrastrutturi tar-riċerka kbar fil-prattika huma limitati. Wieħed jistenna li l-infrastrutturi l-kbar tal-ġejjieni ser jitqiegħdu fil-pajjiżi l-aktar żviluppati, li fil-perijodu qasir jista’ jżid il-brain drain ġewwa l-UE. Fuq il-perijodu fit-tul, dan l-iżbilanċ għandu jonqos peress li 28 mill-44 proġett fuq il-lista tal-ESFRI huma kklassifikati bħala “infrastrutturi mqassma”, fi kliem ieħor, infrastruttura li tinvolvi netwerk madwar l-Ewropa li jkabbar il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni, anke għall-pajjiżi ż-żgħar u dawk anqas żviluppati. Sabiex dan l-objettiv ikun jista’ jinkiseb, il-KESE jħeġġeġ li r-riċerkaturi jkollhom aċċess wiesa’ għal dawn l-infrastrutturi. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi garantita mobilità kbira kemm jista’ jkun tal-persunal xjentifiku, tekniku u amministrattiv bejn is-siti differenti ta’ dawn l-istrutturi mqassma.
5.5 Madwar 15 % tar-riċerkaturi fl-istituti Ewropej tar-riċerka jikkooperaw mal-industrija huma u jużaw infrastruttura tar-riċerka. Għaldaqstant, it-twaqqif ta’ infrastrutturi ġodda tar-riċerka jista’ joħloq domanda ġdida, iħalli bosta effetti pożittivi u jistimola aktar it-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġiji għall-industrija. B’hekk inkunu nistgħu nħaffu l-ksib tal-objettivi ta’ Barċellona li jipprevedu tkabbir fl-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ 2 % tal-PGD.
5.6 Il-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku, mniedi mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2008 bil-għan li jtaffi l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, isemmi b’mod espliċitu r-riċerka u l-iżvilupp. Fost il-miżuri fuq il-perijodu fit-tul, il-pjan jisħaq fuq l-investimenti intelliġenti u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-settur privat sabiex jinvestu aktar fir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u t-taħriġ. Il-KESE jenfasizza l-effetti pożittivi tal-investimenti fl-infrastrutturi tar-riċerka. Il-valur kummerċjali potenzjali huwa ta’ aktar minn EUR 10 biljun u dan jista’ jgħin sabiex jiġu mħarsa għadd ta’ impjiegi fl-intrapriżi li jwettqu proġetti ta’ infrastruttura. Barra minn hekk, dan jista’ jkun stimolu pożittiv għal tranżizzjoni aktar malajr lejn is-soċjetà tal-għarfien.
5.7 Il-Pjan Direzzjonali Ewropew dwar l-infrastruttura tar-riċerka jservi ta’ bażi tajba ħafna għat-tfassil tal-pjanijiet direzzjonali nazzjonali. Il-Kumitat jinnota li ċerti Stati Membri ma ħadux dawn l-inizjattivi bis-serjetà. Għalhekk, jistedinhom ipattu għalih mill-aktar fis u jsegwu l-inizjattivi tal-ESFRI u tal-Kummissjoni.
5.8 L-enfażi tal-finanzjament għall-infrastrutturi tar-riċerka fil-ġejjieni ser tibqa’ fuq il-finanzjament mill-Istati Membri. Għalhekk huwa importanti li dan il-finanzjament jiġi kkordinat. Huwa l-uniku mezz biex jiġu garantiti massa kritika, investiment effettiv kif ukoll speċjalizzazzjoni adegwata tal-infrastrutturi u l-livell xjentifiku għoli tagħhom.
5.9 Minkejja ż-żjieda fil-fondi allokati għall-infrastruttura tar-riċerka fis-Seba’ Programm Qafas u l-possibbiltajiet tal-politika ta’ koeżjoni, il-baġit Komunitarju mhuwiex biżejjed biex jitwettqu l-proġetti ambizzjużi. Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-sinerġiji bejn is-Seba’ Programm Qafas u l-Fondi Strutturali fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastruttura tar-riċerka. Barra minn hekk, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu politiki oħra u strumenti maħsuba biex iħeġġu lis-settur privat jinvesti aktar fl-infrastruttura tar-riċerka. Impenn akbar mill-BEI (b’mod partikolari permezz tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji) u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra huwa wkoll mixtieq.
5.10 Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Politika Ewropea ta’ Koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji tagħha, jiġifieri l-Fondi Strutturali, jagħtu prijorità akbar lill-iżvilupp ta’ impjanti ġodda tar-riċerka u l-innovazzjoni. Fl-istess waqt, isejjaħ lill-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex jibdew jagħmlu aktar użu mill-Fondi Strutturali bil-għan li jimmodernizzaw u jżidu l-kapaċitajiet tagħhom tar-riċerka. Fl-Istati Membri l-ġodda, b’mod partikolari, il-fondi Ewropej ma jintużawx għax il-gvernijiet ma jagħtux għajnuna finanzjarja adegwata jew ma jagħtux prijorità lit-titjib tal-kapaċitajiet ta’ riċerka. Konsegwentement, ħafna riċerkaturi qed jitilqu minn pajjiżhom minħabba nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ riċerka. Għaldaqstant, jeħtieġ li jsir progress f’dan il-qasam jekk irridu nindirizzaw il-problema tal-brain drain fi ħdan l-UE.
6. Kummenti speċifiċi
6.1 Il-Kumitat jappoġġja l-proposta għall-eżenzjoni mill-VAT peress li dan jista’ jagħmel l-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka aktar attraenti. Barra minn hekk, dan jista’ jkun ta’ vantaġġ kompetittiv meta mqabbel ma’ proġetti simili madwar id-dinja. Għalhekk, il-Kumitat jitlob li l-ERIs jibbenefikaw minn sistema, wiesgħa kemm jista’ jkun, ta’ eżenzjoni mit-taxxa (b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat). Għadd ta’ infrastrutturi tar-riċerka diġà eżistenti li rnexxielhom jiksbu l-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont id-Direttiva relatata diġà jibbenefikaw minn sistema ta’ eżenzjoni mill-VAT u mit-taxxi tas-sisa. Madankollu, il-proċess attwali jinvolvi negozjati fit-tul u kumplessi, li jwasslu għal dewmien fil-kostruzzjoni kif ukoll inċertezza legali u finanzjara kbira. L-eżenzjoni awtomatika għall-ERIs, kif stipulat f’dan ir-Regolament, telimina ostakoli kbar għall-iżvilupp u l-funzjonament tal-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka.
6.2 Il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi analizzata l-possibbiltà li l-Komunità tipparteċipa b’mod aktar attiv fil-kofinanzjament tal-ERIs. B’hekk, permezz tal-vantaġġ li jinkiseb minn konċessjonijiet immirati għal dan il-għan, il-Komunità tista’ tiggarantixxi distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata tal-ERIs kif ukoll aċċess aħjar għall-pajjiżi li m’humiex membri diretti. Madankollu, biex din il-proposta tiġi implimentata, jeħtieġ li jiġu allokati aktar mezzi finanzjarji speċifiċi fit-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp.
Il-Kumitat jemmen li ma hemm l-ebda raġuni għala, fil-każ tal-infrastrutturi tar-riċerka, l-UE m’għandiex tadotta l-istess approċċ li ntuża għall-finanzjament ta’ netwerks infrastrutturali Ewropej oħra (pereżempju t-toroq, il-ferroviji, il-linji tal-elettriku, il-katusi taħt l-art tal-gass, eċċ).
Il-Kumitat beħsiebu jiġbed l-attenzjoni għall-problema tal-ispejjeż tal-funzjonament u taż-żamma ladarba l-investiment inizjali jkun sar u li skont ċerti stimi jistgħu jilħqu 20 % tal-ammont investit inizjalment kull sena. Dawn l-ispejjeż huma sikwit injorati fl-istudji dwar l-investiment u fil-perijodu fit-tul jistgħu jfixklu l-funzjonament tajjeb tal-infrastrutturi tar-riċerka. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi inkluża l-possibbiltà li l-ispejjeż għall-funzjonament jiġu kkofinanzjati mill-fondi Ewropej taħt it-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp.
6.3.1 Rigward l-ispejjeż tal-operar, il-KESE jirrakkomanda li l-miżati raġonevoli u ġusti imposti għall-użu tal-infrastruttura jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet ekonomiċi limitati (Artikolu 2).
6.4 Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-aċċess ħieles għall-ERIs għal ċirklu ta’ riċerkaturi u xjentisti Ewropej kbir kemm jista’ jkun. Tkun ħasra jekk fil-prattika l-aċċess ikun limitat għall-pajjiżi membri ta’ ERI jew ikun esklussiv għal dawk li jistgħu jħallsu għall-aċċess. Il-proposta għal sjieda mill-Komunità mressqa fil-punt 6.2 tiffaċilita wkoll l-aċċess ħieles u tikkontribwixxi għal integrazzjoni aħjar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
6.5 L-iżvilupp u l-użu ta’ infrastrutturi ta’ livell għoli għandhom iqisu wkoll il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali. Il-problemi potenzjali għandhom jissolvew b’mod responsabbli u f’ħinhom.
Brussell, il-15 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Lejn Żona Ewropea tar-Riċerka” f’Jannar 2000.
(2) Deċiżjonijiet tal-Kunsill “Kompetizzjoni” (suq intern, industrija u riċerka) tad-29 u t-30 ta’ Mejju 2008.
(3) CERN: Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari; ITER: Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali; EMBO: Organizzazzjoni Ewropea tal-Bijoloġija Molekolari; ESA: Aġenzija Spazjali Ewropea; ESRF: Il-Faċilità Ewropea tar-radjazzjoni sinchroton.
(4) L-inizjattivi u l-politiki l-oħra jindirizzaw it-temi li ġejjin: il-programmazzjoni konġunta tar-riċerka; is-sħubija Ewropea għal riċerkaturi; il-ġestjoni tal-proprjetà intelletwali; u l-ftuħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għad-dinja.
(5) ESFRI: Forum tal-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka, http://cordis.europa.eu/esfri/home.html
(6) Pjan Direzzjonali Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta’ Riċerka, rapport 2006, http://cordis.europa.eu/esfri/home.html (disponibbli bl-Ingliż biss). Il-Pjan Direzzjonali ġie aġġornat fl-2008 biex jinkludi b’mod partikolari proġetti dwar ix-xjenzi ambjentali, bioloġiċi u medikali. B’kollox, illum jiġbor fih 44 proġett.
(7) Pjan Direzzjonali Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta’ Riċerka, rapport 2006, http://cordis.europa.eu/esfri/home.html (disponibbli bl-Ingliż biss).
(8) Il-proġetti tal-infrastruttura jkopru seba’ oqsma xjentifiċi: ix-xjenzi soċjali u umani; ix-xjenzi ambjentali; l-enerġija, ix-xjenzi biomedikali u tal-organiżmi ħajjin; ix-xjenzi materjali; l-astronomija, l-astrofiżika, il-fiżika nukleari u tal-materja; il-komputazzjoni u t-trattament tad-data.
(9) Pereżempju: is-“société civile” Franċiża, il-“Gesellschaft mit beschränkter Haftung” (GmbH) Ġermaniża, il-kumpanija ta’ responsabbiltà limitata (“Ltd.”) Ingliża jew l-i“stichting” (il-fondazzjoni) Olandiża.
(10) Direttiva Nru 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28.11.2006, Artikolu 151 (1b); Direttiva Nru 92/12/KEE tal-Kunsill tat-25.2.1992, Artikolu 23 (1); u Direttiva Nru 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31.3.2004, Artikolu 15 (c).
(11) Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11.7.2006.
(12) L-istima tal-valur medju ta’ Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka hija ta’ bejn EUR 500 miljun sa EUR 1 biljun.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju
COM(2008) 535 finali — 2008/0172 (COD)
(2009/C 182/09)
Rapporteur uniku: is-Sur JÍROVEC
Nhar l-24 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju
COM(2008) 535 finali — 2008/0172 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Jannar 2009. Ir-rapporteur kien is-Sur JÍROVEC.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’192 vot favur u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mad-dokument ippreżentat mill-Kummissjoni.
1.2 Il-Kumitat jilqa’ dan id-dokument ta’ modifiki, li jfissru protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà kif ukoll azzjoni li tħares lill-ambjent permezz ta’ użu iktar effikaċi tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi fil-livell Komunitarju u taż-ŻEE.
1.3 Ir-riżervi tal-KESE jikkonċernaw l-aspetti tat-test propost li għad mhumiex ċari biżżejjed fir-rigward tal-konsegwenzi fuq l-impjiegi fl-Istati li għadhom ma qalbux ir-rekwiżiti tad-Direttiva f’diżpożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali.
2. Daħla
2.1 Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu, fid-deċiżjoni li biha adottaw is-sitt Programm ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent tal-Komunità, li kien hemm lok għal tnaqqis addizzjonali tal-effetti negattivi tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.
2.2 Minn dak iż-żmien lil hawn, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-istrateġija (imsejħa “l-istrateġija tematika” minn hawn ’il quddiem) u pproponiet direttiva lill-Parlament u lill-Kunsill li tistabbilixxi qafas ta’ azzjoni Komunitarju dwar żewġ aspetti leġiżlattivi prinċipali tal-implimentazzjoni tagħha (minn hawn ’il quddiem imsejħa “d-direttiva ta’ qafas”). L-istrateġija tematika tistabbilixxi l-ħames objettivi ewlenin li ġejjin:
|
— |
li tnaqqas ir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidi; |
|
— |
li ttejjeb il-kontrolli fuq l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi; |
|
— |
li tissostitwixxi l-pestiċidi l-aktar perikolużi b’alternattivi aktar sikuri; |
|
— |
li tħeġġeġ kultivazzjoni b’użu minimu ta’ jew ħieles mill-pestiċidi; |
|
— |
li tistabbilixxi sistema trasparenti għar-rappurtaġġ u s-sorveljanza tal-progress. |
2.3 Id-direttiva ta’ qafas proposta tinkludi rekwiżiti li l-Istati Membri għandhom jużaw bħala bażi għat-twaqqif ta’ sistema ta’ manutenzjoni u spezzjoni regolari tal-makkinarju użat, b’konformità mal-ewwel objettiv tal-istrateġija tematika.
3. Il-kuntest ġenerali
3.1 L-objettif tal-proposta huwa li jiġi assigurat li l-makkinarju l-ġdid iddestinat għall-applikazzjoni tal-pestiċidi ma jkunx inutilment ta’ ħsara għall-ambjent. Din il-proposta tinkludi rekwiżiti essenzjali komplementarji fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, rekwiżiti li l-makkinarju l-ġdid għandu jissodisfa qabel ma jitpoġġa fis-suq u/jew jitħaddem fil-Komunità.
3.2 L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti hija kundizzjoni neċessarja għall-garanzija ta’ livell għoli ta’ protezzjoni. Fl-istess ħin tassigura l-moviment ħieles ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità.
3.3 Din id-Direttiva tħassar id-Direttiva 98/37/KE u ser tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2009.
3.4 Il-proposta tmur fl-istess direzzjoni tal-objettivi u l-iskopijiet tas-sitt Programm ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent tal-Komunità, l-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, l-Istrateġija ta’ Liżbona u l-istrateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.
3.5 Il-proposta hija konformi mal-ftehim interistituzzjonali “Regolamentazzjoni aħjar”.
3.6 Din il-proposta tagħti segwitu lill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2002 intitolata “Lejn strateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi”, li ntlaqgħet b’mod favorevoli mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
3.7 Il-proposta hija bbażata fuq ir-risposti tal-analiżi tal-impatt imwettqa fil-qafas tal-konsultazzjoni finali, li kkonfermaw il-bżonn li jiġu stabbiliti rekwiżiti fil-qasam tal-makkinarju l-ġdid għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, immirati lejn il-ħarsien tal-ambjent, u li l-makkinarju l-ġdid jikkonforma magħhom qabel ma jitpoġġa fis-suq u/jew jitħaddem.
3.8 Fl-analiżi ta’ impatt, id-Direttiva tittratta l-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni, li hija tiddefinixxi b’mod aktar ċar, u tressaq, bħala objettiv, soluzzjoni li tikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni obbligatorja għall-makkinarju l-ġdid użat għall-applikazzjoni tal-pestiċidi fil-livell Komunitarju.
3.9 Konsulent estern (BiPRO) analizza l-impatti potenzjali u bassar li l-armonizzazzjoni tista’ tgħolli l-istandards għall-makkinarju l-ġdid fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent. Iż-żieda fl-ispejjeż ser tvarja, billi ċerti produtturi diġà qegħdin jissodisfaw ir-regoli u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni. L-armonizzazzjoni għandha l-vantaġġ li tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta fis-suq intern.
4. L-elementi ġuridiċi
4.1 Il-proposta tintroduċi rekwiżiti ġodda fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali huma dispożizzjonijiet obbligatorji li għandhom l-għan li jassiguraw li l-prodotti ma jagħmlux ħsara lill-ambjent inutilment.
4.2 Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, artikolu li ħejja l-pedament tat-twettiq tas-suq uniku. Din id-Direttiva tiggarantixxi l-moviment ħieles tal-makkinarju li huwa kkonċernat mill-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha.
4.3 Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa applikabbli minħabba li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.
4.4 Ċerti Stati Membri diġà introduċew xi rekwiżiti obbligatorji għall-ħarsien tal-ambjent u proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità tal-makkinarju użat għall-applikazzjoni tal-pestiċidi. Stati Membri oħra ħabbru proposti ta’ regolamentazzjoni. Jekk inkomplu b’sistema ta’ ċertifikazzjoni volontarja għad-definizzjoni tar-rekwiżiti, ser inkomplu nosservaw multiplikazzjoni ta’ regoli u proċeduri nazzjonali differenti. Ir-riżultat ta’ dan jista’ jkun spejjeż inutli għall-industrija u ostakoli għall-moviment ħieles tal-prodotti fil-Komunità.
4.5 L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti hija l-uniku mezz biex jintlaħaq l-objettiv mixtieq tal-ħarsien tal-ambjent filwaqt li jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni fil-Komunità kollha, kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi u l-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq intern.
4.6 Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
4.7 Din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex wieħed jilħaq l-objettiv tiegħu u għaldaqstant hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ddefinit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.
4.8 Għall-produtturi tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, id-Direttiva tfisser tnaqqis sostanzjali tal-ispejjeż amministrattivi.
4.9 Il-proposta hija konformi mal-ftehim interistituzzjonali “Regolamentazzjoni aħjar”.
4.10 Ma hemm l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju.
4.11 L-Istati Membri huma mitluba jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
4.12 L-att propost jirrigwarda kwistjoni li hija ta’ interess għaż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-ŻEE.
5. Spjegazzjoni
5.1 Ir-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent huma limitati għall-makkinarju tal-applikazzjoni tal-pestiċidi u r-riskji għall-ambjent li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti essenzjali l-ġodda proposti fl-Anness I tad-Direttiva.
5.2 Il-proposta tikkompleta d-definizzjoni l-ġdida tar-“rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà”, u b’hekk jiġi evitat l-bażonn li jinbidlu r-referenzi għar-rekwiżiti essenzjali tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fid-Direttiva.
5.3 Il-modifiki proposti għall-Artikolu 4(1), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 11(1) jistabbilixxu l-objettiv tal-ħarsien tal-ambjent.
5.4 Il-produtturi tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandhom l-obbligu li jevalwaw ir-riskji ta’ ħsara għall-ambjent.
5.5 Id-Direttiva tiddefinixxi l-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li hija applikabbli għalih.
5.6 Id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali b’mod li jimminimizza l-ħsara għall-ambjent.
5.7 Ir-rekwiżiti essenzjali l-ġodda proposti għandhom jiġu appoġġjati mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inklużi fl-istandards armonizzati għad-diversi kategoriji ta’ magni użati għall-applikazzjoni tal-pestiċidi. Il-Kummissjoni tagħti dan il-mandat lill-korpi Ewropej responsabbli għall-istandardizzazzjoni.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/46 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
COM(2007) 844 finali — 2007/0286 (COD)
(2009/C 182/10)
Rapporteur: is-Sur BUFFETAUT
Nhar il-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
COM(2007) 844 finali — 2007/0286 (COD)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Ottubru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur BUFFETAUT.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’152 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.
1. Daħla
1.1 It-test li tressaq quddiem il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa riformulazzjoni tad-Direttiva attwali. Fil-fatt dan it-test huwa ħafna aktar minn sempliċi reviżjoni jew traqqim tat-test fis-seħħ illum. Il-Kummissjoni tassigura li din ir-riformulazzjoni hija konformi ma’ loġika ta’ semplifikazzjoni fil-kuntest tal-inizjattiva ta’ “Regolamentazzjoni aħjar”, għalkemm mhux kulħadd huwa tal-istess opinjoni. L-għanijiet ewlenin ta’ din ir-regolamentazzjoni huma:
|
— |
Ambjentali: il-ħarsien effettiv tal-ambjent permezz ta’ approċċ integrat li jagħti każ tal-fatturi ambjentali kollha; |
|
— |
Ekonomiċi: armonizzazzjoni tal-proċeduri u tal-prattiki biex ma jkunx hemm distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. |
2. L-objettivi tal-Kummissjoni
2.1 Il-Kummissjoni tagħraf li matul dawn l-aħħar deċennji kien hemm tnaqqis fl-emissjonijiet niġġiesa, iżda dan mhuwiex biżżejjed u tixtieq timxi pass ’il quddien fil-ġlieda kontra dawn l-emissjonijiet niġġiesa.
2.2 Id-Direttiva IPPC tkopri xi 52 000 impjant fl-Unjoni Ewropea u, minkejja l-isforzi li twettqu, l-emissjonjiet niġġiesa josbqu l-objettivi stipulati fl-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja.
2.3 It-tniġġis iġġenerat mill-attività industrijali jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal impatti negattivi fuq is-saħħa u l-ambjent. Madwar 83 % tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, 34 % tal-ossidi tan-nitroġenu, 25 % tad-dijossini u 23 % tal-merkurju jiġu minn dawn l-impjanti (1). Dawn l-emissjonijiet mhux biss jiġu rilaxxati fl-arja, iżda jaffettwaw ukoll l-ilma u l-ħamrija. Dawn l-attivitajiet huma wkoll konsumaturi ewlenin tal-materji prima, tal-ilma u tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-iskart. Għalhekk, l-approċċ integrat (IPPC), permezz tal-proċedura ta’ ħruġ ta’ permessi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jirregolaw l-iskart tal-intrapriżi kkonċernati, huwa mezz tajjeb sabiex jitnaqqas it-tniġġis.
2.4 Skont il-Kummissjoni, dan l-approċċ għandu jkun prinċipalment ibbażat fuq l-użu tal-Aħjar Tekniki Disponibbli (Best Available Techniques — BAT). Fil-prinċipju, għandhom jintużaw it-tekniki l-aktar effettivi għall-ħarsien tal-ambjent f’settur partikolari, dejjem jekk dawn it-tekniki huma disponibbli fuq livell kummerċjali u huma ekonomikament vijabbli.
2.5 Bil-għan li jiġi ffaċilitat dan l-approċċ, il-Kummissjoni qed torganizza skambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-aħjar tekniki disponibbli bil-għan li jitfasslu dokumenti ta’ referenza BAT (il-BREF) li jindikaw x’jista’ jitqies bħala l-aħjar tekniki disponibbli fil-livell Komunitarju għal kull settur industrijali. Peress li l-uffiċju tal-IPPC jinsab ġewwa Sivilja, dan sar magħruf bħala l-proċess ta’ Sivilja.
2.6 Barra minn hekk, ċerti fergħat industrijali (iżda wħud biss) huma koperti minn direttivi settorjali li jistipulaw il-kundizzjonijiet tat-tħaddim u r-rekwiżiti tekniċi minimi. Dawn id-direttivi jistabilixxu b’mod partikolari l-valuri limiti tal-emissjonijiet għal ċerti niġġiesa u japplikaw mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tad-Direttiva IPPC.
2.7 Wara bosta studji u stħarriġ, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ bħalissa jissaħħu sabiex il-ġlieda kontra l-emissjonijiet industrijali titjieb. Il-Kummisjoni qieset ukoll li hemm xi nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni attwali li min-naħa jwasslu għal tħaddim mhux sodisfaċenti tad-direttiva u minn oħra joħolqu diffikultajiet fil-kontroll tal-implimentazzjoni tad-direttiva.
2.8 Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu riveduti seba’ direttivi differenti sabiex jingħaqdu f’direttiva waħda (Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali), iżda fl-aħħar mill-aħħar għandha skop li:
|
— |
issaħħaħ il-kunċett tal-aħjar tekniki disponibbli; |
|
— |
tirrevedi l-valuri limiti tal-emissjonijiet għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni; |
|
— |
toħloq kumitat biex jadatta r-rekwiżiti tekniċi mhux essenzjali għall-progress tekniku u xjentifiku, u biex jiddefinixxi r-rapporti li għandhom jitressqu mill-Istati Membri; |
|
— |
tintroduċi dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet; |
|
— |
tħeġġeġ l-innovazzjoni u t-tħaddim ta’ tekniki ġodda; |
|
— |
tissemplifika u tiċċara ċerti dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ ħruġ ta’ permessi; |
|
— |
twessa’ u tiċċara l-ambitu tad-direttiva; |
|
— |
tħeġġeġ l-użu ta’ tekniki ġodda. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 It-tliet prinċipji tad-direttiva attwali:
|
— |
l-approċċ integrat tal-impatt tal-attività industrijali, |
|
— |
l-użu tal-aħjar tekniki disponibbli, |
|
— |
il-possibbiltà li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi |
jiġbru l-ftehim tal-intrapriżi kkonċernati u jirriflettu azzjoni globali u kontinwa għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tas-siti industrijali.
3.2 Huwa minnu li jeżistu xi differenzi fl-implimentazzjoni tad-direttiva tal-1996 bejn l-Istati Membri, iżda wieħed irid jiftakar li din id-direttiva m’ilhiex wisq li daħlet fis-seħħ b’mod komplet (f’Ottubru tal-2007 fil-każ tal-impjanti eżistenti) u li għadu m’għaddiex biżżejjed żmien biex it-tħaddim tagħha jkun valutat bis-sħiħ. Madankollu, skont il-Kummissjoni, l-evalwazzjonijiet ta’ permessi speċifiċi u b’mod aktar ġenerali tal-prattiki tal-Istati Membri jiżvelaw għadd ta’ problemi ta’ implimentazzjoni b’mod partikolari minħabba d-dispożizzjonijiet mhux ċari tad-direttiva attwali. U dejjem skont il-Kummissjoni, il-konsultazzjonijiet u l-istimi li twettqu juru li s-sitwazzjoni mhux ser titjieb mingħajr bidla fil-leġiżlazzjoni. Ta’ min jinnota li r-responsabbilità tal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni taqa’ fuq l-Istati Membri u l-obbligu ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permessi jaqa’ fuq l-operaturi tal-impjanti kkonċernati.
3.3 Id-dokumenti ta’ referenza tal-Aħjar Tekniki Disponibbli (BREF) diġà ġew adottati u tqassmu mill-2001, iżda għadda ammont ta’ żmien sostanzjali sakemm ġew tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, permezz tal-istudji ta’ implimentazzjoni qed jintwera li mhux l-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha wettqu l-kompiti tagħhom sewwa, u għalhekk, fil-każ ta’ implimentazzjoni fit-tard jew mhux kompluta, ir-responsabbiltà ma taqax biss fuq l-industriji kkonċernati jekk il-kundizzjonijiet tal-permess ma jkunux konformi mal-BREF. Konsegwentement, ikun milqugħ kontribut akbar dwar l-implimentazzjoni ġenerali tal-BREF fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea peress li dawn qegħdin jintużaw b’modi differenti ħafna.
3.4 Bla edba dubju ta’ xejn, dan kollu jista’ jispjega l-anormalitajiet li ġew innutati iżda wieħed irid isaqsi lilu nnifsu jekk id-deċiżjoni ta’ riformulazzjoni tad-direttiva kinitx waħda mgħaġla? Fil-fatt, għadd ta’ Stati Membri ħarġu l-permessi ta’ ħidma lill-impjanti eżistenti tard, f’xi każijiet anke wara d-dati stabbiliti fid-direttiva.
3.5 Madankollu, it-tħassib huwa ġġustifikat, billi l-informazzjoni tal-Istati dwar it-tbassir tal-emissjonijiet tissuġġerixxi li l-implimentazzjoni tal-Aħjar Tekniki Disponibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjanti kbar tal-kombustjoni, mhijiex biżżejjed biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija dwar it-tniġġis.
3.6 Fi kwalunkwe każ, din ir-riformulazzjoni ma tistax issir mingħajr ma tirrispetta “il-prinċipji ta’ trasparenza, l-effiċjenza ekonomika u l-kost-effettività, u l-ġustizzja u s-solidarjetà fit-tqassim tal-isforz bejn l-Istati Membri” skont il-kliem eżatt tal-Kunsill Ewropew.
4. Punti li jqajmu diffikultajiet partikolari
4.1 Ir-rwol tal-BREF
4.1.1 Sal-lum il-ġurnata il-BREF kellhom rwol doppju:
|
— |
jkunu l-punt ta’ referenza għad-definizzjoni ta’ dawk li huma meqjusa bħala l-Aħjar Tekniki Disponibbli meta jitfasslu l-permessi: il-BREF jintużaw bħala sors ta’ informazzjoni ta’ referenza dwar għażliet multipli fuq l-Aħjar Tekniki Disponibbli li jolqtu sitwazzjonijiet differenti skont is-sit. Jirrappreżentaw ir-riżultat ta’ approċċ imsejjes fuq ħafna partijiet interessati, imfassal skont il-ħtiġijiet ta’ proċessi differenti mnejn l-awtorità kompetenti għażlet l-istandard l-iktar xieraq, |
|
— |
it-tfassil tagħhom serva ta’ forum għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni u l-evoluzzjoni tat-tekniki fi ħdan l-Unjoni. |
L-għażla tal-Aħjar Tekniki Disponibbli issir fuq il-bażi li dan il-punt indikattiv tekniku jintlaħaq mingħajr ma tiġi mhedda l-kompetittività tal-industrija, peress li dan il-punt huwa impliċitu fid-definizzjoni tal-Aħjar Tekniki Disponibbli li tesiġi li jkunu “żviluppati fuq skala li tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur industrijali rilevanti taħt kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi vijabbli [u] sakemm ikunu aċċessibbli b’mod raġonevoli għall-operatur” (Art. 2.11 IPPC, 3(9 IED)). Fil-każ oppost, bħal tekniki emerġenti li ma jitqiesux bħala l-Aħjar Tekniki Disponibbli, dawn jirrappreżentaw simultanjament kemm l-aħjar prattika kif ukoll l-aħjar proċessi ta’ manifattura, u jipprovdu bażi tad-data dwar il-prestazzjoni tat-teknoloġiji u metodi ta’ operazzjoni differenti applikati fil-fergħat industrijali kkonċernati.
4.1.2 Huwa importanti li jinżamm l-approċċ attwali: l-Aħjar Tekniki Disponibbli jirrappreżentaw it-tekniki li fuq bażi ta’ każ b’każ, jippermettu li jintlaħqu r-rekwiżiti tar-regolamentazzjoni u fost oħrajn, li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet industrijali u jiżguraw il-ħarsien tal-ambjent filwaqt li tingħata attenzjoni lill-ispejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni ta’ dawn it-tekniki. Ir-regolamentazzjoni għandha tibqa’ tapplika għal kulħadd fl-istess ħin fl-Unjoni sabiex tiġi evitata konfużjoni ġenerali minħabba d-dati tar-reviżjoni tal-permessi, id-dati tar-reviżjoni tal-BREF settorjali, jew l-approċċi ftit jew wisq konservattivi tas-setturi kkonċernati. L-Aħjar Tekniki Disponibbli għandhom inaqqsu wkoll it-tfixkil fil-kompetizzjoni.
4.1.3 Fil-kuntest ta’ din l-analiżi, hemm bżonn li jiġi ċċarat ir-rwol tal-BREF. Dawn m’għandhomx ifissru l-livelli ta’ emissjonijiet iżda għandhom jibqgħu bħala referenza u għodda għall-progress, u jippermettu għalhekk fost oħrajn li jiġu rispettati l-limiti tal-emissjonijiet jew l-istandards ta’ kwalità tal-ambjent (l-ilma, l-arja u l-ħamrija), stabbiliti bnadi oħra. Għalhekk tajjeb li jitfakkar, kif imniżżel fil-gwida u l-linji gwida tal-BREF tal-2005, li l-BREFs ma jippreskrivux tekniki jew valuri limiti ta’ emissjonijiet. Id-definizzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet hija marbuta mal-politika ekonomika ambjentali tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar, dawn l-għodod m’għandhomx ikunu ta’ ostakolu għal flessibbiltà meħtieġa skont il-kondizzjonijiet lokali u tekniċi.
4.2 Il-proċess ta’ Sivilja
4.2.1 Il-proċess huwa miftuħ u bbażat fuq konsultazzjoni, għalkemm mhuwiex demokratiku fis-sens strett tal-kelma. Fil-fatt, it-tliet partijiet interessati kkonċernati “klassiċi” huma jew irrappreżentati jew jistgħu jkunu: l-Istati Membri, l-esperti tekniċi u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi. Minkejja dan, il-proċess jibqa’ wieħed “vertikali” u ftit li xejn hemm skambji bejn il-fergħat industrijali. L-abbozzaturi tal-BREF jinbidlu, u (fil-każ tal-Istati Membri u l-Kummissjoni) rari jkunu l-istess nies li jabbozzaw verżjonijiet suċċessivi tal-BREF jew tal-BREF ta’ setturi differenti. Dan ifisser telf ta’ sustanza u ta’ għarfien espert għall-approċċ li jindirizza ċerti niġġiesa “fatali” (NOx, CO, CO2, …) jew globali (SOx, metalli, trab) fir-rigward tat-tekniki implimentati, liema tekniki għandhom jgħinu lill-Forum tal-Iskambju tat-Tagħrif (IEF). Madankollu, il-proċess ta’ Sivilja għandu l-mertu li jivvaluta regolarment il-prestazzjonijiet irreġistrati tas-setturi industrijali. Jekk l-Istati Membri jkunu involuti b’mod aktar attiv, jistgħu japprofittaw mill-proċess sabiex jagħmluh aktar effiċjenti billi jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjonijiet li għandhom iwettqu.
4.3 Ir-reviżjonijiet tal-permessi
4.3.1 Impjant wieħed jista’ jkun kopert minn diversi BREF fl-istess ħin. Għalhekk, irid jiġi żgurat li r-reviżjoni perijodika tal-BREF u l-pass li bih il-permessi jiġu kkunsidrati mill-ġdid li jistgħu jwasslu għal bidliet fir-rekwiżiti jkunu kompatibbli maċ-ċikli ta’ deprezzament tal-impjanti. F’dan il-każ ukoll, regolamentazzjoni/programmazzjoni leġiżlattiva biss hija adattata għas-sitwazzjoni. It-tekniki l-ġodda jiġu integrati aħjar jekk il-kwistjonijiet jiġu speċifikati minn qabel. Bl-istess mod, l-Aħjar Tekniki Disponibbli jkunu aktar effettivi jekk ikunu adattati b’mod progressiv, iżda huwa inkonċepibbli li wieħed jimponi bidliet tal-investiment bl-istess rata li jsiru r-reviżjonijiet tal-BREF. Għalhekk, huwa f’idejn il-leġiżlatur Ewropew sabiex ifassal skeda koerenti tal-progress, fid-dawl tal-prestazzjonijiet irreġistrati u l-avvanzi tekniċi, iżda din il-biċċa xogħol m’għandhiex tiġi ddelegata lill-proċess ta’ Sivilja.
4.4 Il-kunċett ta’ teknika ġdida
It-test il-ġdid jintroduċi l-kunċett ta’ teknika ġdida. Il-karatteristika ta’ teknika ġdida hija li trid tiġi ittestjata f’ambjent industrijali reali. Xi tekniki jkunu promettenti fil-laboratorju, jew saħansitra f’faċilitajiet pilota iżda ma jkunux sodisfaċenti waqt użu normali. Għalhekk, hemm bżonn li noqogħdu attenti sabiex l-introduzzjoni ta’ dan il-kunċett fit-test jinftiehem tajjeb bħala mezz li jħeġġeġ l-innovazzjoni bil-għan li jiġu ttestjati tekniki ġodda, u mhux bħala preludju għad-definizzjoni ta’ referenzi ġodda.
4.5 Approċċ integrat
It-test il-ġdid żamm il-prinċipju tal-adattament skont il-kuntest lokali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tħaddim u jagħmel użu mid-derogi. Din is-sistema, anke jekk tagħti lill-awtoritajiet kompetenti ċerta flessibbiltà biex iqisu kundizzjonijiet speċifiċi, hija aktar stretta minn dik ta’ qabilha. Huwa importanti li d-definizzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli toħroġ minn diskussjoni ġenwina u trasparenti bejn l-amministrazzjonijiet lokali u nazzjonali u l-industrijalisti kkonċernati.
4.6 L-integrazzjoni tad-direttivi settorjali
Wieħed irid joqgħod attent li din l-integrazzjoni ma toħloqx test tqil u kumpless, li jmur kontra l-iskop ta’ semplifikazzjoni. L-integrazzjoni tad-direttivi settorjali fil-proposta għal direttiva tvarja b’mod sinifikanti minn direttiva għal oħra, l-iktar fir-rigward tal-valuri limiti tal-emissjonijiet. Ir-raġuni hija sabiex il-valuri limiti tal-emissjonijiet joqorbu lejn il-valuri tal-prestazzjoni tal-Aħjar Tekniki Disponibbli. L-objettivi taċ-ċarezza u l-koerenza, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-operaturi kkonċernati, għandhom jibqgħu objettiv essenzjali ta’ din l-integrazzjoni li tista’ twassal ukoll għal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa.
4.7 Il-Komitoloġija, il-Forum tal-Iskambju tat-Tagħrif u l-Bureau IPPC ta’ Sivilja
Il-proposta għal direttiva tipproponi użu aktar frekwenti tal-komitoloġija speċjalment għad-definizzjoni tal-kriterji ta’ deroga għall-BREF. X’ser ikun għalhekk ir-rwol tal-partijiet interessati? U x’ser ikun ir-rwol mogħti lill-Forum tal-Iskambju tat-Tagħrif u lill-Bureau ta’ Sivilja? Hemm il-biża’ li fil-ġejjieni, l-industrija Ewropea għad tkun aktar retiċenti meta tiġi biex tagħti informazzjoni dwar l-aħjar tekniki disponibbli lill-Bureau IPPC ta’ Sivilja mentri sal-lum din il-kollaborazzjoni hija milqugħa unanimament bħala suċċess Ewropew. Barra minn hekk, il-komitoloġija hija proċedura impenetrabbli, ftit li xejn ikkunsidrata mill-Parlament Ewropew. Għalhekk, il-proċedura tal-komitoloġija għandha tkun limitata għall-bidliet ta’ elementi sekondarji tal-leġiżlazzjoni.
4.8 Il-ħarsien tal-artijiet
It-test il-ġdid jinkludi l-obbligu li s-sit irid jitħalla fl-istat li kien fih qabel ma beda jitħaddem l-impjant. Id-diversità kbira tal-artijiet fl-Ewropa tħalli lok għall-prinċipju tas-sussidjarjetà filwaqt li jitħalla marġini ta’ flessibiltà għall-awtoritajiet nazzjonali. Għalhekk, jidher li l-aħjar soluzzjoni tkun li s-sit jitħalla fi stat li jikkorrispondi mal-użu futur approvat tiegħu.
4.9 Pubblikazzjoni tar-rapporti
Skont it-test, l-awtoritajiet jippubblikaw ir-rapport fi żmien xahrejn wara l-ispezzjonijiet. Dan iż-żmien huwa qasir wisq peress li għandu jingħata biżżejjed ħin lill-industrijalist ikkonċernat sabiex iressaq il-kummenti tiegħu u jfassal pjan ta’ azzjoni u anke sabiex dawn l-aspetti jsiru pubbliċi.
4.10 Implimentazzjoni tad-direttiva
Jidher li l-implimentazzjoni tad-direttiva skedata għall-Jannar tal-2016 hija wisq fil-qrib meta titqies l-esperjenza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva IPPC attwali. Barra minn hekk, hemm numru ta’ proġetti ta’ direttivi Ewropej li għadhom qed jitħejjew u d-data tal-implimentazzjoni futura tagħhom hija l-2020 (reviżjoni tad-direttiva għal limiti nazzjonali ta’ emissjonijiet, implimentazzjoni tal-“Ftehim tal-Pakkett Ambjentali”). Barra minn hekk, il-Protokoll ta’ Göteborg qiegħed jiġi rivedut fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra u jagħti l-2020 bħala s-sena tal-implementazzjoni tal-objettivi l-ġodda.
Ikun aktar koerenti jekk il-proposta għal direttiva tkun armonizzata mar-regolamenti ambjentali l-oħra billi tipproponi l-2020 minflok l-2016 bħala d-data ta’ implimentazzjoni.
5. Konklużjoni
5.1 Jekk id-Direttiva IPPC ġiet implimentata b’mod mhux sodisfaċenti, ikun jaqbel li, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati l-oħra, isir kull ma huwa possibbli sabiex titjib malajr kemm jista’ jkun il-kwalità tal-implimentazzjoni tad-direttiva attwali sabiex din tkun bażi konkreta għar-riformulazzjoni tad-Direttiva IPPC, kif maħsub fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni 2008-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali. L-objettivi tar-reviżjoni tat-test għandhom ikunu l-effiċjenza ambjentali u ekonomika, it-trasparenza, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, bilanċ tajjeb bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u r-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza u s-solidarjetà fit-tqassim tal-impenn bejn l-Istati Membri.
5.2 In-netwerk IMPEL jista’ jgħin fit-titjib tal-implimentazzjoni tad-direttiva attwali; it-traduzzjoni uffiċjali tad-dokumenti BREF fl-ilsna tal-Unjoni għandha twassal għall-fehim aħjar tal-BREF, u b’hekk għat-titjib fl-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom. B’kooperazzjoni mal-Bureau IPPC ta’ Sivilja, għandu jiġi żgurat li ma jiġux inklużi opinjonijiet diverġenti fil-BREF peress li dawn inaqqsu l-koerenza u r-rilevanza ta’ dawn id-dokumenti fil-livell Ewropew.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) SEC(2007) 1679.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/50 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni
COM(2008) 388 finali — 2008/0127 (COD)
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/23/KEE
COM(2008) 390 finali — 2008/0128 (COD)
(2009/C 182/11)
Rapporteur: Is-Sur KRAWCZYK
Nhar l-4 ta’ Settembru 2008 u t-18 ta’ Lulju 2008 rispettivament, il-Kunsill Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 80(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni
COM(2008) 388 finali — 2008/0127 (COD)
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/23/KEE
COM(2008) 390 finali — 2008/0128 (COD)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur KRAWCZYK.
Matul il-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-15 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’131 vot favur u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 L-implimentazzjoni f’waqtha u kompleta tal-Ajru Uniku Ewropew (SES), imsejsa fuq il-proposta tal-Kummissjoni hija pass ewlieni ’l quddiem lejn integrazzjoni Ewropea akbar u t-tisħiħ tas-suq komuni Ewropew. Hija ssaħħaħ ukoll il-koeżjoni soċjali u l-mobbiltà soċjali Ewropea.
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass importanti lejn l-implimentazzjoni reali tal-Ajru Uniku Ewropew. Dan il-pakkett, magħruf bħala Ajru Uniku Ewropew II (SES II) jindirizza ħafna min-nuqqasijiet li seħħew tul l-implimentazzjoni tal-SES I introdott fl-2004.
1.2.1 Għalhekk il-proposta leġiżlattiva SES II m’għandhiex tiddewwem u l-KESE jitlob lil-leġiżlatur tal-UE sabiex jintlaħaq ftehim finali qabel Marzu 2009. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Ajru Uniku Ewropew, jenħtieġ li l-leġiżlatur tal-UE (il-Kunsill u l-Parlament) ma jdgħajjifx is-saħħa tal-proposti tal-Kummissjoni f’dan il-kuntest.
1.3 Fuq kollox ir-rekwiżiti għas-sigurtà għandhom jiżdiedu b’mod parallel maż-żjieda fit-traffiku.
1.4 B’mod partikolari l-KESE jappoġġja bil-qawwi:
|
— |
Il-proposti marbutin mal-qafas ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u mal-miri ta’ prestazzjoni vinkolanti sa kemm il-prestazzjoni hi evalwata fuq il-bażi ta’ erba’ kriterji ewlenin: is-sigurtà, il-kapaċità, l-ambjent u l-kosteffettività. |
|
— |
It-twessiegħ tal-kompetenzi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) bl-inklużjoni tas-sigurtà tal-ajrudromi u tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM)/ Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru (ANS). |
|
— |
Ir-rikonoxximent tal-importanza tal-fattur uman fis-sigurtà tal-ajru. |
|
— |
Aktar sforz biex tiżdied il-kompetenza tal-persunal responsabbli mis-sigurtà, bl-implimentazzjoni ta’ “Kultura Ġusta”. |
|
— |
Ir-riformulazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi tal-ajru, li tħassar mill-proposta Ajru Uniku Ewropew II, sabiex tippermetti l-estensjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-persunal kollu li huwa responsabbli mis-sigurtà u fuq kollox għall-ATSEP (Air Traffic Safety Electronics Personnel). |
|
— |
L-għażla tas-sena 2012 bħala l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet funzjonali tal-ispazju tal-ajru. |
|
— |
It-titjib tas-SESAR u tal-metodi ta’ finanzjament tiegħu. |
|
— |
It-tisħiħ tal-funzjonijiet tan-Netwerk Ewropew tal-ATM. |
|
— |
Ir-riforma tal-EUROCONTROL. |
|
— |
Ir-rikonoxximent tal-limitazzjonijiet tal-kapaċità tal-ajruporti. |
|
— |
Emenda fuq Artikolu 18 a — il-KESE mhuwiex kontra li jsir studju sakemm l-għan tiegħu ma jkunx il-ftuħ tas-servizzi anċillari tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-kompetizzjoni. |
1.5 L-implimentazzjoni tal-SES II ser ittejjeb l-ATM u ser tagħti kontribut għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-industrija tal-linji tal-ajru. Rotot iqsar jistgħu jiffrankaw kważi 5 miljun tunnellata ta’ CO2 fis-sena. It-titjib kemm fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif ukoll fl-operat tal-ajruporti jista’ jnaqqas l-emissjonijiet bi 12 % għal kull titjira fuq distanza medja, jew b’16-il miljun tunnellata ta’ CO2 fis-sena.
1.6 L-SES II huwa appoġġjat ħafna minn diversi partijiet interessati madanakollu xorta hemm bżonn ta’ aktar konsultazzjoni dwar ir-regolamenti tal-implimentazzjoni wara l-approvazzjoni tal-SES II. Għandu jkun hemm konsultazzjoni f’kull livell tal-implimentazzjoni tal-SES II (UE, nazzjonali u reġjonali) u fost l-imsieħba/il-partijiet interessati soċjali u/jew industrijali.
1.7 L-implimentazzjoni tal-SES II ser toffri diversi benefiċċji liċ-ċittadini u lill-konsumaturi, fosthom:
|
— |
Livelli ogħla ta’ sigurtà. |
|
— |
Ħinjiet ta’ vjaġġar iqsar. |
|
— |
Servizz/prestazzjoni aħjar, inkluż skeda aktar affidabbli u aktar prevedibbli li tfisser anqas telf tal-konnessjonijiet għall-passiġġieri. |
|
— |
Prezzijiet orħos minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-linji tal-ajru. |
|
— |
Marka tal-karbonju personali (carbon footprint) iżgħar. |
2. Daħla
2.1 L-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 li jistipula l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (1), tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (2), tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-Ajru Uniku Ewropew (3), u tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni tat-Traffiku tal-Ajru (4) (l-ewwel pakkett tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew) stipulat il-bażi legali għal sistema tal-ATM uniformi u interoperabbli fil-livell Ewropew. Fl-2002 il-KESE indirizza r-Regolamenti proposti fl-opinjonijiet tiegħu — TEN 080 Programm ta’ Azzjoni/l-Ajru Uniku Ewropew u TEN 098 Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.
2.2 Iż-żieda kbira fit-trasport bl-ajru qed tħalli l-effetti tagħha fuqil-kapaċità tal-infrastruttura: 28 000 titjira kuljum minn 4 700 ajruplan kummerċjali qegħdin jagħfsu kemm lill-ajruporti kif ukoll lill-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM). It-tkabbir tal-UE u politika tal-viċinat attiva, kabbar is-suq tal-avjazzjoni tal-Ewropa għal 37 pajjiż b’aktar minn 500 miljun ċittadin (5).
2.3 Il-frammentazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru xxekkel l-aħjar użu tal-kapaċità u titfa’ piż finanzjarju żejjed fuq l-avjazzjoni ta’ madwar EUR 1 biljun (normalment, l-ajruplani jtiru 49 km iktar milli meħtieġ). Fl-2007, titjiriet ineffiċjenti wasslu għal devjazzjonijiet ta’ 468 Mkm li rriżultaw fi spejjeż addizzjonali ta’ EUR 2.4 biljun għall-industrija tal-kumpaniji tal-ajru. Id-dewmien fil-ġestjoni tal-flussi tat-traffiku tal-ajru tela’ għall-21.5 miljun minuta fl-2007 li rriżultaw fi spejjeż żejda ta’ EUR 1.3 biljun għall-kumpaniji tal-ajru u konsegwentement għall-klijenti tagħhom ukoll.
2.4 Bi tweġiba għat-talba qawwija min-naħa tal-industrija, l-Istati Membri u l-partijiet interessati l-oħra, għas-semplifikazzjoni u ż-żjieda fl-effikaċja tal-qafas regolatorju tal-avjazzjoni fl-Ewropa, f’Lulju 2007, il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-qafas regolatorju għall-avjazzjoni fl-Ewropa ressaq rapport li kien jinkludi sett ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif wieħed jista’ jtejjeb il-prestazzjoni u l-gvernanza tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni. Dan ir-rapport u r-rapporti tal-Kummissjoni tal-Eurocontrol għall-Analiżi tal-Prestazzjoni kkonfermaw li n-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (EATMN) għandu jitfassal u jiġi implimentat b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza, is-sigurtà u sostenibbiltà ambjentali tan-netwerk tat-trasport bl-ajru kollu kemm hu.
2.5 F’Diċembru 2007 l-EASA bagħtet opinjoni dwar l-ajrudromi lill-Kummissjoni. F’April 2008 hija bagħtet l-opinjoni tagħha dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fejn ħeġġet it-twettiq finali tal-proċess li tnieda fl-2002 biż-żjieda ta’ aspetti ta’ sigurtà fl-ajrudromi u fl-ATM/ANS (Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru) fil-ħidmiet fdati lill-EASA.
2.6 Il-Pakkett ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — l-Ajru Uniku Ewropew II: lejn sistema Ewropea tal-avjazzjoni aktar sostenibbli u aktar effiċjenti, ref COM(2008) 388, COM(2008) 389/2, COM(2008) 390 ġie ppubblikat fil-25 ta’ Ġunju 2008.
3. Il-Proposta tal-Kummissjoni (SES II)
3.1 Sabiex jitwettaq il-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew, jeħtieġ l-addozzjoni ta’ miżuri addizzjonali fil-livell Komunitarju biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni f’oqsma prinċipali bħal pereżempju: is-sigurtà, il-kapaċità, titijiriet effiċjenti bi prezz effiċjenti u f’ambjent mibni fuq il-prinċipji tas-sigurtà.
L-Ajru Uniku Ewropew II (SES) huwa msejjes fuq erba’ pilastri:
L-ewwel pilastru jħaddan sistema ta’ regolamentazzjoni tal-prestazzjoni:
|
a) |
It-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ATM permezz tal-ħolqien ta’ korp indipendenti għall-analiżi tal-prestazzjoni li jimmonitorja u jevalwa l-prestazzjoni tas-sistema. Huwa jiżviluppa indikaturi għal diversi oqsma ta’ prestazzjoni u jipproponi miri għall-Komunità kollha (jiġifieri dewmien, tnaqqis fl-ispiża, taqsir ta’ rotot). Il-Kummissjoni ser tipprovdi l-miri ta’ prestazzjoni u ser tgħaddihom lill-livell nazzjonali. Il-miri miftehma huma vinkolanti. |
|
b) |
L-iffaċilitar tal-integrazzjoni tal-forniment tas-servizz permezz tal-appoġġ tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta’ taqsimiet funzjonali tal-ispazju tal-ajru billi: jingħataw skadenzi għall-implimentazzjoni stretti (sa mhux aktar tard minn tmiem l-2012); jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni biex jiġbor fih il-parti l-baxxa tal-ispazju tal-ajru kif ukoll l-ajruport u jitneħħew l-ostakoli ġuridiċi u istituzzjonali nazzjonali. |
|
c) |
It-tisħiħ tal-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk permezz ta’ firxa ta’ ħidmiet imwettqa minn atturi differenti li jinkludu: it-Tfassil tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, il-Ġestjoni tar- Riżorsi Skarsi, il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku u l-Ġestjoni tal-użu tat-teknoloġiji tas-SESAR u x-xiri tal-elementi infrastrutturali madwar l-Ewropa kollha. |
It-tieni pilastru — il-qafas ta’ sigurtà uniku
Il-kompetenzi tal-EASA ilhom jiżviluppaw b’mod progressiv sa mill-2002 biex ikopru l-oqsma taċ-ċertifikazzjoni tal-ajruplani, l-operat tal-ajruplani u l-liċenzji tal-ekwipaġġ tal-ajru. B’segwitu ta’ dan l-approċċ, il-Kummissjoni tipproponi l-estensjoni tal-kompetenza tal-Aġenzija għall-bqija tal-oqsma ewlenin ta’ sigurtà tal-ajrudromi u tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/is-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru.
It-tielet pilastru tas-SESAR — il-parti teknoloġika u operattiva tal-SES:
L-Ewropa għandha tħaffef l-iżvilupp tas-sistema tal-ATM tagħha sabiex twieġeb għall-isfidi u tissinkronizza l-iskjeramenti kemm fl-art u waqt it-titjira. Il-programm SESAR huwa maħsub biex iżid il-livelli ta’ sigurtà b’fattur ta’ għaxra, b’mod li jkun kapaċi jikkontrolla żieda ta’ tliet darbiet akbar fit-traffiku b’inqas min-nofs l-ispiża tal-lum għal kull titjira. Fl-2006, il-KESE ħejja l-opinjoni — TEN 232 — fejn appoġġja bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-programm SESAR.
Ir-raba’ pilastru — il-ġestjoni tal-kapaċità fl-art:
Dan se jinkludi: użu aħjar tal-infrastruttura eżistenti, ippjanar infrastrutturali mtejjeb, il-promozzjoni tal-intermodalità, it-titjib fl-aċċess għall-ajruporti u l-Osservatorju tal-Komunità dwar il-Kapaċità tal-Ajruporti.
4. Kummenti speċifiċi
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-Iskema ta’ Prestazzjoni għall-ANSPs (ref. Artikolu 11).
4.1.1 Il-KESE jilqa’ l-Qafas ta’ Prestazzjoni propost (l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas). Il-KESE jemmen li l-ħolqien ta’ din l-iskema ta’ prestazzjoni ser itejjeb is-servizz. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ajru Uniku Ewropew, huwa essenzjali li l-leġiżlatur tal-UE (il-Kunsill u l-Parlament) ma jdgħajjifx il-proposti tal-Kummissjoni f’dan il-kuntest.
4.1.2 Il-KESE jilqa’ l-Qafas ta’ Prestazzjoni propost (l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas), sakemm il-prestazzjonijiet jiġu evalwati skont erba’ prinċipji fundamentali, li huma — f’ordni ta’ importanza: is-sigurtà, il-kapaċità, l-ambjent u l-kosteffettività.
4.1.3 Huwa importanti li l-miri nazzjonali/reġjonali jkunu konsistenti mal-miri tan-netwerk globali u għalhekk huwa essenzjali li l-Kummissjoni tapprova l-pjanijiet ta’ prestazzjoni nazzjonali (reġjonali). Dan jitlob ukoll proċess ta’ konsultazzjoni effettiv u effiċjenti fil-livell Ewropew, reġjonali u nazzjonali sabiex jiġi żgurat li l-miri u l-għanijiet tal-ANSPs individwali huma kompatibbli u jikkumplementaw l-għanijiet tal-SES.
4.1.4 Il-KESE jemmen li l-ewwel nett għandhom jiġu enfasizzati s-sigurtà, it-titjiriet effiċjenti bi prezz effiċjenti(l-ambjent tat-titjira)u l-kapaċità (dewmien) qabel ma wieħed jgħaddi għal oqsma oħra. L-istipular tal-miri għandu jinkludu bilanċ adegwat bejn l-oqsma varji ta’ prestazzjoni ewlenin li jirriflettu s-sistemi differenti li jeżistu madwar l-Ewropa.
4.1.5 Il-KESE jemmen li miri ta’ sigurtà jistgħu jitfasslu u jintlaħqu wara li jkunu ġew introdotti sistemi ta’ rappurtar tal-inċidenti u tal-ġestjoni tas-sigurtà fl-Istati Ewropej kollha. Minħabba s-sistemi legali differenti li jeżistu madwar l-Ewropa, id-data li nġabret s’issa mhijiex kompluta. Għandha tiġi implimentata Kultura Ġusta fl-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat li r-rappurtar li jsir dwar is-sigurtà, isir b’mod miftuħ u sħiħ.
4.1.6 Il-KESE jemmen li jenħtieġ korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni indipendenti u mgħammar tajjeb sabiex jimmonitorja u jevalwa l-prestazzjoni tas-sistema ta’ rappurtaġġ direttament lill-Kummissjoni Ewropea u li jinkludi d-dispożizzjoni għal proċess ta’ appell.
4.1.7 Il-KESE jixtieq jenfasizza li kemm il-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni kif ukoll l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sorveljanza (NSAs) għandhom ikunu indipendenti u separatai mill-organizzazzjonijiet li tkun qed issir l-evalwazzjoni tagħhom (f’termini ta’ gvernanza, post u persunal). Din l-indipendenza hija essenzjali għall-kredibbiltà tal-proċess ta’ analiżi.
4.2 Sigurtà/EASA
4.2.1 Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-EASA għar-Regolament dwar l-ATM u s-sigurtà tal-ajrudromi sabiex jiżgura approċċ integrat għas-sigurtà fl-Ewropa. Huwa essenzjali li l-leġiżlatur tal-UE li ma jdewwimx l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-EASA. Dan huwa ferm importanti b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan definittiv SESAR, li se jeħtieġ integrazzjoni mill-qrib tas-sistemi tal-art u tal-ajru.
4.2.2 Huwa essenzjali li r-regoli ta’ sigurtà tal-EASA jissejsu fuq Stima tal-Impatt Regolatorju aċċettabbli u li l-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li jkunu disponibbli l-fondi pubbliċi adegwati sabiex jiġi żgurat li l-EASA tkun tista’ tibni l-kompetenza meħtieġa għall-funzjonijiet addizzjonali.
4.2.3 Il-KESE jistieden lill-Istati Membri tal-UE sabiex jiżguraw li jiġi żviluppat pjan direzzjonali li jissostitwixxi kompletament l-attivitajiet tar-Regolament ta’ Sigurtà tal-Eurocontrol (SRC/SRU) u sabiex jinkludihom fl-EASA. Il-Eurocontrol se jkollu rwol importanti matul it-tranżizzjoni lejn l-EASA, iżda ladarba l-EASA tkun bniet il-kompetenza, mhux se jkun hemm bżonn li r-riżorsi jinżammu fil-Eurocontrol u għalhekk għandu jiġi stabbilit it-tmiem għall-attivitajiet SRU/SRC kollha tal-Eurocontrol. F’dan il-kuntest, il-KESE jixtieq jirreferi għall-mudell użat b’suċċess għall-JAA (rapport FUJA approvat uffiċjalment mill-ECAC DGCAs kollha) li jista’ jiġi estiż għall-funzjonijiet SRC/SRU tal-Eurocontrol ukoll.
4.2.4 Il-KESE jemmen li l-kisba ta’ Kultura Ġusta għandha tkun ċentrali għall-miri tal-pakkett li jinkludu l-implimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sigurtà u rappurtar tal-inċidenti. L-implimentazzjoni uniformi ta’ Kultura Ġusta, hekk kif approvata mill-Grupp ta’ Livell Għoli, hija importanti ħafna biex inkunu nistgħu nassiguraw id-disponibbiltà tal-istatistiki dwar is-sigurtà. Permezz t’hekk, l-iskema ta’ prestazzjoni proposta tkun tista’ timmonitorja l-kisbiet fil-qasam tas-sigurtà u tkompli tfassal il-miri ta’ sigurtà.
4.2.5 Il-KESE jistieden lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew jirriformulaw l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, kif stipulat fil-Qafas tal-Proposta SES II, sabiex is-sistema tal-liċenzji tiġi estiża għall-persunal responsabbli mis-sigurtà kollu u fuq kollox għall-ATSEP.
4.3 Kultura ġusta, il-fattur uman u kompetenzi tal-persunal
4.3.1 Il-KESE jinsab dispjaċut li l-leġiżlazzjoni proposta ma tinkludix il-ħames pilastru li jikkonċerna l-kultura ġusta, il-fattur uman u l-kompetenzi tal-persunal. Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-serizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru ser tibqa’ tiddependi bil-qawwi, għal ħafna żmien fuq il-fattur uman. Għaldaqstant hija marbuta maż-żamma u t-tisħiħ tal-livell tas-sigurtà fl-ajru u għalhekk tajjeb li l-kompetenzi tal-persunal responsabbli mis-sigurtà jingħataw attenzjoni partikolari.
4.4 Taqsimiet Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru (FABs)
4.4.1 Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-ħtieġa li tiġi introdotta data vinkolanti, mhux aktar tard mill-2012, għall-Istati Membri kollha sabiex jimplimentaw it-Taqsimiet Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru li jilħqu l-miri speċifiċi ta’ prestazzjoni, minħabba li l-ewwel pakkett tal-SES ma kienx jinkludi skadenza għall-FBAs u b’hekk ma’ nħoloq l-ebda FBA.
4.4.2 F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li l-Ministeri tat-Trasport u l-Ministeri tad-Difiża jisfruttaw il-potenzjal tat-Taqsimiet Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru permezz ta’ koordinazzjoni ċivili-militari u militari-militari fl-ATM mtejba u bit-tisħiħ tal-infrastrutturi u tas-servizzi tal-ATM.
Il-KESE jappoġġja d-definizzjoni usa’ tal-FABs u l-iskeda għall-iżvilupp tagħhom. Il-KESE jemmen li huwa importanti li jittieħdu l-miżuri li jindirizzaw il-problemi li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-FABs fil-livell nazzjonali inklużi: is-sovranità, ir-responsabbiltà u l-integrazzjoni sħiħa tal-militar. Madankollu l-approċċ minn isfel ’il fuq bħala wieħed mill-prinċipji ta’ implimentazzjoni tal-FBA għandu jiġi promoss.
4.4.3.1 Fid-dawl ta’ dawn il-kwistjonijiet, il-KESE jinsab diżappuntat li l-Kummissjoni ma segwietx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi ta’ Livell Għoli dwar Koordinatur tas-Sistema tal-Avjazzjoni li jappoġġja l-iżvilupp tal-FABs.
4.4.4 Il-KESE jemmen li biex jitnaqqsu l-ispejjeż hemm bżonn li jitnaqqas in-numru ta’ fornituri tas-servizz tal-ATM Ewropew. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proġett Ajru Uniku Ewropew, jenħtieġ li n-numru ta’ Ċentri għall-Kontroll taż-Żoni (ACCs) fl-Ewropa jiġi addattat skont il-ħtiġijiet operattivi, irrispettivament mill-konfini nazzjonali. Il-KESE jixtieq jenfasizza li jenħtieġ l-iżvilupp ta’ sistema ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn il-fornituri jekk irridu li jinkisbu l-objettivi ta’ kosteffettività.
4.4.5 Grazzi għat-titjib teknoloġiku u għat-tnaqqis fin-numru ta’ fornituri tas-servizz u ACCs, huwa mistenni li jkun hemm żjieda fil-produttività tas-sistema tal-ATM. Żviluppi teknoloġiċi (pereżempju xogħol remot) u l-fatt li l-avjazzjoni fl-Ewropa hija industrija li qed tikber se jtaffu ħafna mill-impatt, inklużi l-fatturi soċjali.
4.4.6 Skont ir-Regolament tal-SES, jenħtieġ li l-ANSPs jistipulaw pjanijiet ta’ kontinġenza għas-servizzi kollha li jipprovdu u li jintużaw f’każ ta’ avvenimenti li jwasslu għal degrad sinifikanti jew interruzzjoni tas-servizzi tagħhom. Bħalissa l-ANSPs kollha rduppjaw l-infrastruttura attwali tal-ACC tagħhom. Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-ANSPs jiffukaw fuq is-soluzzjonijiet l-iżjed effiċjenti u ekonomiċi billi l-ewwel jmorru lura għal possibbilitajiet li diġà jeżistu fl-infrastruttura nazzjonali (faċilitajiet ACCs jew militari oħrajn) u jantiċipaw id-dispożizzjonijiet marbuta mal-iżviluppi tal-FABs għal dawn l-eventwalitajiet.
4.4.7 Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u tal-FAB fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni.
4.5 It-tariffi tar-rotta u l-proġetti komuni/SESAR
4.5.1 Il-KESE jirrikonoxxi d-diffikultà li teżisti għall-iffinanzjar ta’ programmi ta’ teknoloġija u inċentivi ġodda. In-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament adegwati jhedded kemm l-użu tajjeb tal-ewwel pakkett ta’ implimentazzjoni SESAR kif ukoll il-fażijiet segwenti tat-tħaddim tal-programm SESAR. Għalhekk, il-KESE jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu finanzjament temporanju sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tas-SESAR. Dan jippermetti li jingħelbu l-ispejjeż tranżizzjonali lejn is-sistema l-ġdida SESAR. Il-KESE appoġġja bis-sħiħ il-proġett SESAR sa’ mill-bidu tiegħu.
4.5.2 Il-KESE ma jappoġġjax l-użu ta’ tariffi għall-prefinanzjament ta’ proġetti komuni hekk kif propost fl-emenda tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-forniment ta’ servizz li jinkludi l-kunċett tal-użu tat-tariffi tar-rototgħall-iffinanzjar tal-proġetti komuni sabiex “… jassistu kategoriji speċifiċi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru sabiex itejbu l-infrastrutturi kollettivi ta’ navigazzjoni tal-ajru …”.
4.5.3 Il-KESE jilqa’ l-kunċetti operattivi ġodda hekk kif deskritti fil-pjan definittiv SESAR ATM bħala l-parti teknika/operattiva li tikkomplementa l-SES bħala riżultat tal-fażi ta’ definizzjoni tas-SESAR. Madankollu, il-KESE jixtieq jenfasizza l-fatt li se jkun hemm bżonn ta’ ħidma akbar matul il-fażi li jmiss tal-programm SESAR u l-Impriża Konġunta SESAR. Għalhekk, il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jibda l-fażi tal-iżvilupp tas-SESAR. Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-fażi li jmiss tas-SESAR tibqa’ ffukata fuq l-utent u li tagħti benefiċċji bikrin.
4.5.4 Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tipprojbixxi sussidji reċiproċi bejn servizzi en-route u fit-terminals tal-ATM. Madankollu, il-KESE jinsab diżappuntat li l-Kummissjoni ma pproponietx projbizzjoni totali tas-sussidji reċiproċi bejn is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Minħabba li s-sussidji reċiproċi normalment iwasslu għal distorsjoni fil-kompetizzjoni, il-problema mhijiex limitata għall-każ ta’ sussidji reċiproċi bejn servizzi en-route u fit-terminals iżda wkoll f’dawk il-każijiet fejn ikun hemm sussidji reċiproċi bejn xi waħda minn dawn il-kategoriji b’mod partikolari bejn is-servizzi fit-terminals f’ajruporti differenti.
4.6 Il-Funzjoni ta’ Regolazzjoni tal-Ispazju tal-Ajru u ta’ Ġestjoni tan-Netwerk
4.6.1 Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ ukoll il-ħtieġa għall-Ġestjoni u Ippjanar tan-Netwerk Ewropew b’mod partikolari fir-rigward tal-ippjanar tar-rotot, il-koordinazzjoni u l-allokazzjoni ta’ riżorsi skarsi (frekwenzi tar-radju u kodiċi tat-transponder) u ta’ funzjonijiet tan–netwerk oħrajn kif stipulati fil-pjan definittiv tal-ATM. Il-KESE jixtieq jispjega wkoll li l-prinċipju ta’ żgurar ta’ distinzjoni ċara bejn il-forniment tas-servizz u l-attivitajiet regolatorji għandha tapplika għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tan-netwerk, il-funzjonijiet tal-forniment tas-servizz għandhom jiġu ġestiti mill-industrija.
4.6.2 Huwa essenzjali li dawn il-funzjonijiet jitwettqu fil-livell Ewropew indipendentement mill-interess speċifiku tal-fornituri individwali tal-ANS. In-nuqqas ta’ approċċ pan-Ewropew wassal għal rotot mhux ottimizzati li rriżultaw f’ħela ta’ fjuwil bla bżonn u danni ambjentali li setgħu ġew evitati.
4.6.3 Il-KESE mhuwiex ċert dwar il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni ta’ regoli li se jinkludu l-konsistenza bejn l-iskedi tat-titjiriet u l-ħinijiet disponibbli fl-ajruporti u għal koordinazzjoni meħtieġa ma’ reġjuni ġirien. Jekk il-Kummissjoni għandha l-għan li twaqqaf l-abbuż tar-regoli kurrenti dwar il-ħinijiet disponibbli, għan appoġġjat mill-KESE, allura dan l-abbuż jista’ jiġi kkontrollat fi ħdan il-qafas regolatorju eżistenti.
4.7 Ir-riforma tal-Eurocontrol
4.7.1 Il-KESE jixtieq jenfasizza l-importanza tar-riforma tal-Eurocontrol, b’konformità mat-test tal-Komunikazzjoni (jiġifieri “ir-riforma interna tal-organizzazzjoni għandha tibbilanċja strutturi ta’ governanza mal- Ajru Uniku Ewropew bl-għan li (i) ikun hemm konformità mal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet tan-netwerk; u (ii) jiġi nfurzat l-involviment industrijali f’konformità mal-politika komuni tat-trasport”).
4.7.2 Il-KESE jemmen li l-Eurocontrol jista’ jkompli joffri l-kompetenza tiegħu lill-UE iżda hemm bżonn trasparenza ikbar rigward ir-rwol tiegħu u l-mod kif jista’ jiġi ffinanzjat. Il-ħidmiet governattivi, b’mod partikolari, għandhom jiġu ffinanzjati mill- fondi pubbliċi. Ir-riċerka fil-perijodu fit-tul(2020+), għandha tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ fondi pubbliċi iktar milli permezz ta’ ħlasijiet en-route.
4.7.3 Il-KESE jemmen li, safejn hu possibbli, il-ħidmiet ta’ forniment ta’ servizzi tal-Eurocontrol (pereżempju ċ-Ċentru Sperimentali, l-Istitut tas-Servizzi ta’ Navigazzjoni tal-Ajru) għandhom jikkompetu mal-fornituri l-oħra tas-servizzi, u jitmexxew skont il-prinċipji tas-suq u mhux jiġu sussidjati mill-baġit ġenerali tal-Eurocontrol/ħlasijiet en-route tal-ATM.
4.8 In-nuqqas ta’ kapaċità fl-ajruporti hi riskju rikonoxxut għat-twettiq tal-miri ta’ prestazzjoni futuri. Il-KESE jilqa’ r-rikonoxximent tal-importanza tal-kapaċità tal-ajruporti u l-inklużjoni tagħha bħala wieħed mill-erba’ pilastri tal-SES II u b’mod partikolari l-ħtieġa li l-kapaċità fl-ajruportijiet tikkonforma mal-kapaċità tal-ATM.
4.9 Servizzi anċillari tal-ATM.
4.9.1 Filwaqt li bla dubju m’hemmx lok għall-ħtieġa ta’ forniment ta’ servizzi anċillari tal-ATM fl-ogħla livell professjonali, tajjeb li wieħed jirrejalizza li llum il-ġurnata għandhom spejjeż sinifikanti. Pereżempju, l-ispejjeż en route annwali tal-MET jiswew amont esaġerat ta’ madwar EUR 300 miljun.
4.9.2 Il-KESE jitlob għall-emenda tal-artikolu 18 b, li għall-ġejjieni jimplika r-ristrutturazzjoni tas-settur u l-ftuħ ta’ xi servizzi għall-liġi tas-suq. Il-KESE mhuwiex kontra li jsir studju sakemm l-għan ma jkunx il-ftuħ tas-servizzi anċillari tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-kompetizzjoni. Hu jfakkar li l-mira ewlenija tas-settur tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru hija li jassigura s-sigurtà tal-ajru.
Is-sens ta’ urġenza li jeżisti fost l-atturi kkonċernati joħloq ambjent li jiffavorixxi l-implimentazzjoni ta’ dawn it-tibdiliet.
4.10.1 Wara l-approvazzjoni tal-SES, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta pjan direzzjonali dwar il-passi li jmiss.
4.10.2 Il-grupp inkarigat mill-ġestjoni tal-proġett għandu jiġbor fih ukoll esperti li għandhom esperjenza fil-qasam tat-tibdil tal-ġestjoni. L-SES II jista’ jġib miegħu mentalità u kultura ġdida u jekk jirnexxi ser joħloq soluzzjonijiet sostenibbli fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.
Brussell, il-15 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(2) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(3) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(5) Bosta Stati ġirien iddeċidew li jidħlu fiż-Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea sabiex jagħtu spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/56 |
Opinjonital-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
COM(2008) 580 finali — 2008/0187 (COD)
(2009/C 182/12)
Rapporteur ġenerali: is-Sur HENCKS
Nhar is-6 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
COM(2008) 580 finali — 2008/0187 (COD).
Nhar il-21 ta’ Ottubru 2008, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur HENCKS bħala rapporteur ġenerali matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar l-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-15 ta’ Jannar), u adotta din l-opinjoni b’132 vot favur u vot wieħed kontra.
1. Konklużjonijiet
1.1 L-objettiv iddikjarat tar-Regolament (KE) 717/2007, li kien li jippermetti li l-utenti tas-servizzi mobbli permezz tar-roaming ma jħallsux prezz eċċessiv meta jagħmlu jew jirċievu sejħiet, intlaħaq b’mod ġenerali; 400 miljun konsumatur għalhekk issa jibbenifikaw minn Ewrotariffa.
1.2 Madankollu, skont il-Kummissjoni, l-iżvilupp tat-tariffa għal servizzi roaming bil-vuċi madwar il-Komunità wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament imsemmi hawn fuq mhuwiex konvinċenti biżżejjed biex wieħed jasal għall-konklużjoni li, mingħajr miżuri regolatorji, il-kompetizzjoni se tkun waħda sostenibbli fis-swieq bl-ingrossa u bl-imnut minn Ġunju 2010 ’l quddiem; il-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut ma jvarjawx biżżejjed taħt il-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament sabiex jippermettu kompetizzjoni b’saħħitha.
1.3 Għalhekk, sabiex il-konsumaturi jkollhom l-assigurazzjoni li ma jħallsux prezz eċċessiv meta jagħmlu jew jirċievu sejħa roaming regolata, il-proposti ewlenin tal-Kummissjoni huma:
|
— |
li testendi r-Regolament 717/2007 sat-30 ta’ Ġunju 2013; |
|
— |
li tkompli tnaqqas, matul il-perjodu ta’ estensjoni, il-prezz massimu għal kull minuta tas-sejħa, b’rata ta’ 0,03 euro fis-sena, |
|
— |
li tistabbilixxi prezzijiet roaming massimi għall-SMSs (bl-ingrossa u bl-imnut) u għat-trażmissjoni tad-data (prezz bl-ingrossa). |
1.4 Il-KESE japprova t-tnaqqisiet ġodda fit-tariffi massimi għal sejħiet roaming bil-vuċi, u jemmen li huma proporzjonati u xierqa.
1.5 Japprova wkoll l-introduzzjoni ta’ prezz massimu ta’ Ewrotariffa għal messaġġi SMS bl-imnut u l-introduzzjoni ta’ limitu fuq il-prezzijiet bl-ingrossa.
1.6 Fir-rigward tas-servizzi roaming għat-trażmissjoni tad-data, il-KESE jiddispjaċih li l-proposta sabiex jitnaqqsu l-prezzijiet tapplika biss għal servizzi tad-data bl-ingrossa, għalkemm il-prezzijiet bl-imnut huma eċċessivi wkoll minħabba nuqqas ta’ pressjoni suffiċjenti mill-kompetizzjoni.
1.7 Fl-aħħar nett, il-KESE jemmen li huwa importanti immens li jissaħħaħ id-dritt tal-konsumaturi għal tagħrif sabiex jingħataw protezzjoni aħjar u iktar trasparenza fir-rigward tal-prezzijiet.
2. Sfond
2.1 Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2006 wasal għall-konklużjoni li kienu essenzjali politiki speċifiċi, effiċjenti u integrati fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-tkabbir ekonomiku u ta’ produttività tal-Istrateġija ta’ Liżbona, u f’dan ir-rigward, enfasizza l-importanza għall-kompetittività li jitnaqqsu t-tariffi tar-roaming.
2.2 Qabel dan, f’diversi okkażjonijiet, il-Kummissjoni kienet diġà esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-prezzijiet bl-imnut eċċessivi li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli jridu jħallsu meta jużaw iċ-ċellulari tagħhom barra mill-pajjiż, fi ħdan il-Komunità (tariffi ta’ roaming Komunitarju), minħabba livell għoli ta’ prezzijiet bl-ingrossa mħallsa lill-operatur tan-netwerk barrani u, f'ħafna każijiet, ta’ marġni għoljin fuq il-prezz bl-imnut mitluba mill-operatur tan-netwerk tal-abbonat.
2.3 Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-2002 ma pprovdiex lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali strument adegwat biex jittieħdu l-miżuri neċessarji rigward il-prezzijiet eċċessivi ta’ roaming Komunitarju.
2.4 F’dawn il-kondizzjonijiet, l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, għamlet intervent fis-suq permezz ta’ Regolament (1), sabiex, għall-perjodu ta’ bejn l-1.9.2007 u t-30.9.2010, tistabbilixxi
|
— |
limitu fuq il-prezzijiet bl-ingrossa għal kull minuta, |
|
— |
“Ewrotariffa” massima għas-suq tal-bejgħ bl-imnut, |
li l-operaturi ta’ netwerk mobbli jistgħu jiċċarġjaw għall-forniment ta’ servizzi ta’ roaming internazzjonali għal komunikazzjonijiet mobbli bil-vuċi li jibdew u jispiċċaw fil-Komunità.
2.5 Fl-opinjoni tiegħu dwar is-suġġett (2), il-KESE approva l-proċess u kien tal-opinjoni li l-intervent tal-Unjoni kien wieħed neċessarju, proporzjonat u barra minn hekk għolla l-livell ta’ ħarsien tal-konsumaturi, b’mod partikolari billi saħħaħ id-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-informazzjoni grazzi għal miżuri ta’ trasparenza u billi pproteġa l-interessi ekonomiċi tagħhom permezz tal-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu li jikkonsisti fl-istabbiliment ta’ limiti ta’ tariffi preventivi għall-forniment ta’ servizzi ta’ roaming b’rabta mal-komunikazzjonijiet mobbli bil-vuċi bejn l-Istati Membri.
2.6 Fil-pożizzjoni li ħa, il-Parlament Ewropew approva li l-approċċ komuni għandu jiġi stabbilit għal perjodu limitat iżda talab li dan ikun jista’ jiġi estiż jew emendat fid-dawl ta’ eżami li għandu jitwettaq mill-Kummissjoni, qabel it-3 ta’ Diċembru 2008, li għandu jeżamina wkoll l-impatt tar-Regolament fuq il-fornituri żgħar tat-telefonija mobbli fil-Komunità u fuq il-pożizzjoni tagħhom fis-suq Komunitarju kollu tar-roaming.
2.7 Meta wieħed iqis li, minbarra t-telefonija bil-vuċi, servizzi ġodda ta’ komunikazzjoni ta’ data mobbli qegħdin isiru dejjem iżjed popolari, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tosserva l-iżviluppi tas-suq tar-roaming tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tad-data, li jinkludu l-SMSs (short message service) u l-MMSs (multimedia messaging service) fil-Komunità.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni:
3.1 Il-proposta tar-Regolament imsemmi hija bbażata fuq Komunikazzjoni (3) li twassal għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-funzjonament tar-Regolament 717/2007, u għal żewġ dokumenti ta’ ħidma (4) tal-Kummissjoni.
3.2 Skont dawn id-dokumenti, il-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut tas-sejħiet roaming bil-vuċi ma tantx ivarjaw mil-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament 717/2007 sabiex b’hekk ikun hemm il-possibiltà ta’ kompetizzjoni b’saħħitha.
3.3 Is-servizzi roaming tal-SMSs u tad-data jirrappreżentaw rispettivament 12,3 u 8,6 % tal-kontijiet fis-settur tar-roaming. Il-prezzijiet tal-SMSs permezz tar-roaming, b’mod ġenerali, ma tantx varjaw matul is-sena li għaddiet minkejja l-pressjoni politika imposta fuq l-operaturi sabiex inaqqsu l-prezzijiet u b’hekk jevitaw regolamentazzjoni uffiċjali.
3.4 Konsegwentement, billi r-Regolament (KE) Nru 717/2007 ma wassalx għal kompetizzjoni f’saħħitha u meta wieħed iqis li huwa impossibbli li l-kompetizzjoni tingħata spinta mill-ġdid permezz ta’ żieda fl-ammont ta’ operaturi alternattivi peress li l-frekwenzi huma riżors limitat, il-Kummissjoni kienet obbligata tressaq dawn il-proposti li ġejjin:
|
— |
li testendi r-Regolament attwali lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2010 għal perjodu ulterjuri ta’ tliet snin; |
|
— |
li tistipula limiti massimi ġodda fuq it-tariffi li l-operaturi mobbli jistgħu jitolbu għal sejħiet roaming bil-vuċi matul il-perjodu estiż ta’ validità; |
|
— |
li tippreċiża l-eżiġenzi tal-kontijiet għal kull sekonda; |
|
— |
li tavvanza d-data għat-tnaqqis tal-limiti fuq il-prezzijiet ta’ sejħiet roaming bil-vuċi mit-30 ta' Awwissu għall-1 ta’ Lulju 2009; |
|
— |
li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 717/2007 għas-servizzi roaming intraKomunitarji tal-SMSs; |
|
— |
li tistabbilixxi limitu ta’ prezz għat-tariffa bl-ingrossa għas-servizzi roaming tad-data u li tistabbilixxi trasparenza u mekkaniżmi preventivi; |
|
— |
li tippromovi t-trasparenza fil-prezzijiet. |
4. Osservazzjonijiet speċifiċi
4.1 Fl-opinjoni tiegħu rigward ir-Regolament 717/2007, il-KESE laqa’ bi pjaċir l-objettiv tal-Kummissjoni li twettaq tnaqqis fit-tariffi tar-roaming sa 70 %, fatt li jfisser li l-konsumatur se jiffranka madwar 5 biljun euro.
4.2 Bil-proposta tiegħu għal tnaqqis ġdid tal-prezzijiet massimi msemmija hawn taħt, dan l-objettiv se jinqabeż fir-rigward tas-sejħiet riċevuti (–76 %) filwaqt li għas-sejħiet magħmula it-total tat-tnaqqis se jkun ta’ 55,8 %.
|
euro/minuta mingħajr VAT |
Prezz bl-ingrossa |
Diff. % |
Prezz bl-imnut MOC (5) |
Diff. % |
Prezz bl-imnut MTC (6) |
Diff. % |
|
prezz medju qabel l-1.9.2007 |
|
|
0,7692 |
|
0,417 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Regolament 717/2007 |
|
|
|
|
|
|
|
prezz massimu 1.9.2007-31.8.2008 |
0,30 |
|
0,49 |
|
0,24 |
|
|
prezz massimu 1.9.2008-30.6.2009 (7) |
0,28 |
6,67 |
0,46 |
6,12 |
0,22 |
8,33 |
|
prezz massimu 1.7.2009 (7)-30.6.2010 |
0,26 |
7,14 |
0,43 |
6,52 |
0,19 |
13,64 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Proposta għal Regolament COM(2008)580 |
|
|
|
|
|
|
|
prezz massimu 1.7.2010-30.6.2011 |
0,23 |
11,54 |
0,40 |
6,98 |
0,16 |
15,79 |
|
prezz massimu 1.7.2011-30.6.2012 |
0,20 |
13,04 |
0,37 |
7,50 |
0,13 |
18,75 |
|
prezz massimu 1.7.2012-30.6.2013 |
0,17 |
15,00 |
0,34 |
8,11 |
0,10 |
23,75 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
tnaqqis totali |
|
|
0,4292 |
55,79 |
0,317 |
76,01 |
4.3 Il-KESE japprova l-miżuri l-ġodda u jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva neċessarja u proporzjonata tagħha li ssaħħaħ ukoll id-dritt tal-konsumatur għall-informazzjoni sabiex jingħata protezzjoni aħjar u iktar trasparenza fir-rigward tal-prezzijiet.
4.4 Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li skont it-tagħrif provdut mill-Kummissjoni, it-tnaqqis fit-tariffi introdott mir-Regolament 717/2007 ma wassal għal ebda tnaqqis fl-impjieg jew kundizzjonijiet ta’ xogħol agħar fis-settur.
4.5 F’dawn id-dokumenti ta’ analiżi, il-Kummissjoni tagħmel differenza bejn il-formoli ta’ pagament tas-servizzi bil-vuċi u l-SMSs imħallsa minn qabel (“prepaid”) jew imħallsa wara (“postpaid”). Issa, din id-differenza mhijiex meqjusa fl-istruttura tariffarja stabbilita jew proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li għall-operaturi, il-profitt ekonomiku jvarja sostanzjalment bejn iż-żewġ kategoriji.
4.6 Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-opinjoni li d-domanda tal-Parlament Ewropew fejn dan jitlob li jiġi eżaminat l-impatt tar-Regolament fuq il-fornituri żgħar tat-telefonija mobbli fil-Komunità u fuq il-pożizzjoni tagħhom fis-suq Komunitarju kollu tar-roaming, ġiet trattata biss b’mod vag ħafna.
4.7 Fl-opinjoni tiegħu dwar ir-Regolament 717/2007, il-KESE kien esprima t-tħassib tiegħu li l-applikazzjoni tar-Regolament ma tinkludix aġġustament mill-ġdid tat-tariffi tal-komunikazzjonijiet mobbli nazzjonali u ma twassalx sabiex l-operaturi, f’ċerti ċirkostanzi, jirkupraw l-ispejjeż billi jżidu l-kontijiet ġġenerati minn servizzi oħra.
4.8 Skont il-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel prezzijiet massimi obbligatorji, ma ġie rreġistrat l-ebda żieda fit-tariffi nazzjonali li setgħu kienu speċifikament attribwiti għar-Regolament 717/2007. Madankollu, xi operaturi introduċew żidiet konsiderevoli fit-tariffi tar-roaming lejn jew minn pajjiżi mhux fl-UE, li jaqgħu barra mill-mandat tal-Kummissjoni u korpi regolatorji nazzjonali.
4.9 Rigward il-fatturazzjoni tad-dewmien tas-sejħiet, anke jekk ir-rati tat-tariffa bl-imnut stabbiliti mir-Regolament huma espressi permezz ta’ rati għal kull minuta, is-soluzzjoni preferuta mill-Kummissjoni kienet dik li tippermetti li l-operaturi jitħallew jitolbu ħlas massimu ta’ tqabbid ekwivalenti għall-ewwel 30 sekonda ta’ sejħa roaming li ssir, u wara l-ħlas isir għal kull sekonda.
4.10 Madankollu, bosta operaturi komplew jużaw il-prattiki antiki tagħhom, u kultant saħansitra jbiddlu l-istruttura tariffarja tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jitolbu ħlas għal perjodi itwal minn 30 sekonda, li jitilgħu sa 60 sekonda. Ġie rreġistrat li l-ħlas mitlub għas-sejħiet magħmula jaqbeż b’medja ta’ 24 % it-tul effettiv tas-sejħiet imsemmija.
4.11 Il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni timponi, mill-1 ta’ Lulju 2009, li għal kull sejħa roaming riċevuta jew magħmula, it-tariffi jkunu stabbiliti għal kull sekonda, madankollu bil-possibiltà li jiġi applikat perjodu fiss ta’ fatturazzjoni li ma jaqbiżx it-30 sekonda. Dan il-perjodu ta’ fatturazzjoni ta’ 30 sekonda huwa ġustifikat mill-fatt li kull sejħa, tkun kemm tkun qasira, tagħmel użu minn mezzi tekniċi importanti.
4.12 Madankollu, din id-deroga għar-regola ġenerali tal-fatturazzjoni għal kull sekonda tapplika biss għas-sejħiet magħmula, filwaqt li s-sejħiet riċevuti jeħtieġu wkoll appoġġ tekniku sostanzjali.
4.13 Il-proposta tal-Kummissjoni tavvanza d-data tat-tnaqqis tar-rati tal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut tas-sejħiet roaming bil-vuċi mit-30 ta’ Awwissu għall-1 ta’ Lulju 2009, sabiex l-utenti jibbenifikaw mit-tariffi l-ġodda matul il-perjodu tal-ogħla domanda. Dan kollu jassumi li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
4.14 Il-proposta msemmija tintroduċi, mill-1 ta’ Lulju 2009 sal-30 ta' Ġunju 2013 l-“Ewrotariffa” massima għall-SMSs, li ma tistax taqbeż il-0.11-il euro, u livell għall-prezzijiet bl-ingrossa ta’ 0,04 euro.
4.15 Rigward is-servizz roaming tad-data, il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix, f’dan l-istadju, regolamentazzjoni dwar il-livell tal-prezz bl-imnut, iżda tistabbilixxi limitu medju tal-prezz bl-ingrossa stabbilit għal 1 EUR/MB li jibda japplika mill-1.7.2009. Madankollu, fil-premessi tar-Regolament li qed jiġi analizzat, il-Kummissjoni nnotat il-livell għoli tal-prezzijiet bl-imnut għal servizzi tar-roaming tad-data u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni f’dawn is-servizzi, b’mod partikulari peress li fil-fehma tagħha jeħtieġ li jsir iżjed sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet.
4.16 F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-KESE għandu dubji serji dwar kemm l-użu ta’ mezzi oħra għall-aċċess ta’ servizzi tad-data, bħall-aċċess pubbliku bla fil għall-internet, jista’ jeżerċita l-pressjoni kompetittiva meħtieġa. Il-KESE kien jippreferi li kieku l-Kummissjoni tintervjeni minnufih ukoll fuq il-prezzijiet ta’ dan is-suq.
4.17 Min-naħa l-oħra, il-proposta tipprevedi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu li jinterrompi s-servizz sabiex jintlaħaq limitu li jista’ jiġi definit liberament mill-klijent, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ avviż permezz ta’ messaġġ awtomatiku hekk kif dan il-limitu jkun se jintlaħaq.
4.18 Tali approċċ, hu kemm hu adegwat, jippreżenta ċerti problemi tekniċi sostanzjali u jirriskja li jpoġġi lill-klijent f’sitwazzjoni li ma jkunx jista’ joħroġ minnha jekk ma jkollux il-possibiltà li permezz ta’ sempliċi manipulazzjoni jestendi l-limitu li stabbilixxa għalih innifsu. Barra minn hekk, dan l-approċċ bilkemm huwa konformi mal-ħtieġa tat-trasparenza u l-orjentazzjoni tat-tariffi b’rabta mal-ispejjeż. Il-KESE jiddispjaċih li dawn il-kwistjonijiet ma ġewx trattati fl-istudju ta’ impatt pertinenti.
4.19 Il-proposta tal-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tippromovi t-trasparenza tal-prezzijiet. Sabiex dan iseħħ, hija għandha l-intenzjoni li testendi l-obbligu impost fuq il-fornituri tat-telefonija mobbli li jagħtu lill-abbonati tar-roaming tagħhom informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi, kemm dwar l-SMSs u kemm dwar is-servizz roaming tad-data, hekk kif huma jidħlu fi Stat Membru ieħor.
4.20 Il-KESE japprova din il-miżura filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa li jintbagħtu messaġġi ta’ informazzjoni multipli kull darba li tinqasam fruntiera, u li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tkun ċara, li tinftiehem u li tista’ titqabbel ma’ offerti alternattivi.
Brussell, il-15 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE.
(2) Rapporteur is-Sur Hernández Bataller, ĠU C 324, 30.12. 2006, p. 42.
(3) COM(2008) 579 finali.
(4) SEC(2008) 2489 u SEC(2008) 2490.
(5) MOC = mobile originating call/sejħa magħmula.
(6) MTC = mobile terminal call/sejħa riċevuta.
(7) Il-Kummissjoni tipproponi li ġġib ’il quddiem id-data stabbilita inizjalment għat-30 ta’ Awwissu 2009 b’xahrejn.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/60 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar it-tema Niffaċċjaw l-isfidi taż-żejt
(2009/C 182/02)
Rapporteur Ġenerali: is-Sur OSBORN
Nhar il-21 ta’ Novembru 2008, il-Parlament Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċieda li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar it-tema
Niffaċċjaw l-isfidi taż-żejt.
Fit-12 ta’ Novembru 2008 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar 2009) li jaħtar lis-Sur OSBORN bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’140 vot favur, 6 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Sommarju u Konklużjonijiet
1.1 Iż-żewġ fatturi kritiċi li ser jinfluwenzaw il-futur tal-industrija taż-żejt matul l-għexieren ta’ snin li ġejjin huma:
|
— |
L-aċċelerazzjoni tal-bidla fil-klima b’riżultat taż-żieda fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-ħruq tal-karburanti fossili. |
|
— |
Il-provvista dinjija limitata ta’ riżervi u d-diffikultajiet tekniċi u politiċi, li dejjem qegħdin jiżdiedu, għall-ksib ta’ aċċess sikur u faċli għar-riżervi li għad baqa’. |
1.2 Bħalissa, l-interazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi qed tqiegħed lid-dinja f’pożizzjoni li qed issir dejjem iktar instabbli peress li ż-żieda fl-emissjonijiet tal-karbonju tħaffef il-bidla fil-klima u ż-żieda fil-konsum taż-żejt tqarribna iktar lejn sitwazzjoni fejn il-limitazzjonijiet fil-provvista jistgħu jwasslu għal nuqqasijiet kritiċi u inkwiet ekonomiku.
1.3 L-uniku mezz biex noħorġu mill-kriżi tal-bidla fil-klima b’suċċess huwa billi l-ekonomija dinjija tbiddel minnufih il-bażi tal-enerġija tagħha biex ma tibqax eċċessivament dipendenti mill-ħruq tal-karburanti fossili, kif inhu l-każ bħalissa. Jeħtieġ li d-domanda dinjija għaż-żejt ma tkomplix tikber fis-snin li ġejjin u imbagħad tonqos gradwalment sa ma tilħaq livell ħafna iktar baxx sa nofs is-seklu. Din l-isfida hija partikolarment urġenti għall-Ewropa peress li l-Ewropa tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet taż-żejt.
1.4 Is-sorsi ġodda taż-żejt qed isiru iktar skarsi u sikwit jimplikaw problemi politiċi u ambjentali. Id-dinja b’mod ġenerali (u l-Ewropa b’mod partikolari) tkun f’qagħda ħafa aħjar u iktar sikura jekk id-dipendenza miż-żejt tonqos.
1.5 Id-domanda Ewropea għandha tonqos mill-inqas b’50 % sal-2050 u wisq probabbli b’ħafna iktar.
1.6 Is-suq waħdu ma jistax jikseb il-bidla meħtieġa lil hinn mid-dipendenza miż-żejt.
1.7 Il-miżuri fiskali mmirati lejn żieda fil-prezz taż-żejt (1) (u ta’ karburanti fossili oħra), meta mqabbel ma’ sorsi oħra tal-enerġija, permezz ta’ taxxi fuq il-karburant jew fuq iż-żejt mhux raffinat jew ta’ skambju ta’ permessi tal-karbonju, għandhom rwol importanti x’jaqdu u għandhom jiġu żviluppati iktar. Iżda jinħtieġu miżuri oħra wkoll, li jvarjaw skont is-settur.
1.8 Is-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi żviluppata b’tali mod li jiġi stabbilit prezz minimu għall-karbonju sabiex tingħata ċertezza akbar lis-suq. Il-prezz minimu għandu jiżdied b’mod stabbli tul it-tletin sena li ġejjin biex il-pressjoni mis-suq fuq l-operaturi ta’ kull tip tiżdied gradwalment bil-għan li dawn jiddiversifikaw lil hinn mill-karburanti fossili.
1.9 Il-bidliet li huma meħtieġa fis-settur tat-trasport huma:
|
— |
L-ippjanar tal-bliet u l-irħula fost oħrajn b’tali mod li jitnaqqsu t-tul u l-ħin tal-ivvjaġġar, fejn dan huwa possibbli. |
|
— |
It-titjib kontinwu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prestazzjoni f’termini ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-ajruplani, il-bastimenti, il-ferroviji u kull tip ta’ vettura tat-triq. |
|
— |
Il-promozzjoni
|
1.10 Fid-djar u f’bini ieħor, l-użu taż-żejt (u ta’ karburanti fossili oħra) għat-tisħin, it-tkessiħ u t-tisjir ser ikollu jiġi sostitwit bil-mod il-mod b’elettriku ġġenerat minn sorsi li jirrispettaw l-ambjent.
1.11 Fil-qasam tal-produzzjoni tal-enerġija, is-sorsi rinnovabbli għandhom jikbru malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, il-karburanti fossili ser jibqgħu l-karburant ewlieni għall-produzzjoni tal-enerġija għal bosta snin u għalhekk jeħtieġ li tiġi żviluppata u installata, malajr kemm jista’ jkun, teknoloġija għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju. L-użu taż-żejt bħala karburant għall-produzzjoni tal-enerġija għandu jonqos ftit ftit, iżda fejn jibqa’ jintuża għandha tiġi applikata t-teknoloġija għall-qbid tal-karbonju, bħal fil-każ tal-faħam.
1.12 Ġenerazzjoni ġdida ta’ impjanti tal-enerġija nukleari jista’ jkollha sehem importanti x’taqdi f’xi pajjiżi biex tħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Iżda l-investiment f’dan is-settur m’għandux ineħħi r-riżorsi u l-attenzjoni politika mill-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija.
1.13 L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sa minn kmieni, ħadu pożizzjoni biex imexxu l-politiki marbuta ma’ dawn il-kwistjonijiet fid-direzzjoni t-tajba, iżda għad fadlilhom x’jagħmlu u jridu jħaffu l-pass. Hemm bżonn li jitolbu impenji simili min-naħa ta’ pajjiżi żviluppati oħra u li jiddedikaw riżorsi finanzjarji kbar għall-promozzjoni ta’ sforzi komparabbli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
1.14 Is-soċjetà ċivili għandha tiġi involuta b’mod iktar estensiv u sistematiku fil-proċess tat-tixrid tal-għarfien u l-aċċettazzjoni tal-bidliet li huma meħtieġa, b’mod partikolari dawk il-bidliet li ser jaffettwaw l-istil ta’ ħajja u l-imġiba.
1.15 L-industrija dinjija taż-żejt qed tiffaċċja sfida doppja għall-futur:
|
— |
Li tgħin lid-dinja tadatta għal sitwazzjoni fejn id-dipendenza miż-żejt ser tonqos b’mod stabbli; |
|
— |
Li tapplika r-riżorsi kbar tagħha ta’ għarfien, kompetenza u setgħa finanzjarja biex issir (jew tgħin lill-oħrajn isiru) pijuniera tat-teknoloġiji l-ġodda li ma jużawx karburanti fossili. |
2. L-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-bidla fil-klima
2.1 Ir-riskju ta’ bidla fil-klima qerrieda b’riżultat ta’ żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra hija waħda mill-akbar sfidi li d-dinja tas-seklu 21 qed tiffaċċja.
2.2 L-IPCC stabbilixxa li sabiex iż-żieda fit-temperatura dinjija kkawżata mill-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra ma taqbiżx iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, jeħtieġ li l-emissjonijiet ta’ CO2 ma jkomplux jiżdiedu fi żmien 5 sa 10 snin u li jonqsu b’mod stabbli b’bejn 50 u 85 %, mil-livelli tal-2000, sal-2050.
2.3 Dan jitlob bidla radikali fit-tendenzi tal-konsum u l-produzzjoni attwalment prattikati madwar id-dinja — xorta ta’ rivoluzzjoni industrijali ġdida. Jeħtieġ li t-tnaqqis fil-livell ta’ emissjonijiet mill-ħruq taż-żejt jagħmel parti mit-tnaqqis ġenerali tad-dijossidu tal-karbonju. Ikun utli li tiġi stabbilita trajettorja jew benchmark bi ftehim ġenerali għat-tnaqqis progressiv tad-domanda dinjija għaż-żejt tul dawn l-erbgħin sena li ġejjin, u din għandha tinkludi trajettorja speċifika għall-Ewropa. Jeħtieġ li l-konsum taż-żejt fl-Ewropa jonqos mill-inqas b’50 % sal-2050, u wisq probabbli b’ħafna aktar.
2.4 Bħalissa t-trajettorja tal-konsum dinji taż-żejt għadha qed tiżdied minn sena għal sena, u hija mmexxija prinċipalment mill-espansjoni mgħaġġla tad-domanda fl-ekonomiji emerġenti. Għalkemm id-domanda fl-Ewropa kważi qed tistabbilizza ruħha, it-trajettorja għadha ma qabditx it-triq tan-niżla kif inhu meħtieġ.
2.5 It-tip ta’ miżuri li l-Ewropa qed timplimenta fil-pakkett tal-enerġija huma bidu, iżda fil-fehma tal-Kumitat, il-Kummissjoni dalwaqt ser ikollha tressaq it-tieni pakkett biex tikseb il-livell it-tajjeb ta’ tnaqqis.
2.6 Is-sehem tad-domanda għaż-żejt tal-Ewropa huwa biss 20 % tad-domanda dinjija. Ser ikun ukoll importanti li jiġi żgurat impenn simili għat-tnaqqis tad-domanda min-naħa ta’ pajjiżi żviluppati oħra u min-naħa tal-ekonomiji emerġenti fin-negozjati dwar il-bidla fil-klima li qed isiru bħalissa.
3. Il-provvista taż-żejt
3.1 Ir-riżorsi dinjija taż-żejt mhumiex infiniti u mhux ser iservu għal dejjem. Sorsi ġodda ta’ provvista taż-żejt għadhom qed jiġu skoperti, iżda dawn is-sorsi l-ġodda għandhom ħabta jkunu iżgħar u iktar diffiċli biex jiġu żviluppati u xi kultant jinsabu f’żoni ostili jew politikament instabbli. L-iżvilupp tagħhom jista’ jġib miegħu spejjeż akbar.
3.2 Uħud mis-sorsi l-ġodda jinsabu f’żoni sensittivi għall-ambjent bħall-Artiku. Oħrajn, bħal pereżempju r-ramel tal-qatran fil-Kanada, huma iktar diffiċli biex jinħadmu u l-proċess innifsu li jintuża biex jiġi estratt iż-żejt jipproduċi iktar emissjonijiet ta’ CO2. Fejn possibbli, ikun aħjar li ma nużawx dawn is-sorsi jew li nippostponu l-użu tagħhom sakemm jiġu stabbiliti miżuri ambjentali mtejba għall-qbid tal-karbonju.
3.3 L-Ewropa qed tiffaċċja problemi partikolari b’rabta mal-provvisti taż-żejt. Is-sorsi taż-żejt ġewwa l-Ewropa qed jonqsu u l-Ewropa qed issir iktar dipendenti mill-importazzjoni, li bħalissa tirrappreżenta aktar minn 80 % tal-provvista.
3.4 Fil-futur il-pożizzjoni tal-Ewropa tista’ ssir iktar diffiċli. Il-provvisti taż-żejt jistgħu jsiru anqas disponibbli jew bi prezzijiet ħafna iktar għoljin. Il-volatilità tal-provvista u tal-prezzijiet tista’ ssir iktar frekwenti wkoll.
3.5 Din il-problema potenzjali fil-provvista tagħti dimensjoni iktar importanti lill-ħtieġa li jsir progress minnufih fl-Ewropa bil-għan li nnaqqsu d-dipendenza tagħna miż-żejt. Iktar ma nnaqqsu d-domanda ġenerali malajr u niddiversifikaw billi nagħmlu użu minn sorsi ta’ enerġija disponibbli oħra, iktar tikber l-indipendenza u s-sigurtà tagħna u iktar nkunu nistgħu nħeġġu lill-oħrajn biex irażżnu d-domanda tagħhom bil-għan li niġġieldu kontra l-bidla fil-klima.
4. X’hemm bżonn li jsir? Niddiversifikaw lil hinn miż-żejt
4.1 Iż-żejt jintuża prinċipalment fis-settur tat-trasport, iżda jintuża wkoll fi proporzjonijiet sinifikanti għat-tisħin u t-tisjir domestiku, għat-tisħin u t-tkessiħ fi stabbilimenti oħra, għall-produzzjoni tal-enerġija u bħala materja prima fl-industrija petrokimika. F’dawn is-setturi kollha jeħtieġ li d-dipendenza miż-żejt tonqos jew tiġi eliminata malajr kemm jista’ jkun.
4.2 Is-settur tat-trasport — Tliet bidliet huma meħtieġa
|
— |
L-ippjanar tal-bliet u l-irħula fost oħrajn b’tali modi li jitnaqqsu t-tul u l-ħin tal-ivvjaġġar fejn possibbli. |
|
— |
It-titjib kontinwu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prestazzjoni f’termini ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-ajruplani, il-bastimenti, il-ferroviji u kull tip ta’ vettura tat-triq. |
|
— |
Il-promozzjoni
|
4.3 L-avjazzjoni tista’ tibqa’ utent privileġġat taż-żejt, għal skopijiet essenzjali, minn tal-anqas għall-għoxrin jew tletin sena li ġejjin. Iżda għandha ttejjeb l-effiċjenza tal-prestazzjoni tagħha bl-aqwa mod possibbli. L-espansjoni tas-servizzi tal-ferrovija ta’ veloċità għolja għandha tiġi promossa minflok it-trasport bl-ajru kull fejn dan huwa possibbli. L-espansjoni ulterjuri tat-trasport bl-ajru u tal-ajruporti m’għandhiex tiġi mħeġġa.
4.4 Rigward l-effiċjenza tat-trasport bil-baħar, dan is-settur għandu jkun soġġett għal titjib kontinwu u għandhom jiġu promossi ideat innovattivi b’mod attiv, bħal pereżempju ż-żieda fl-użu tal-enerġija mir-riħ bil-għan li jonqos il-konsum tal-karburant.
4.5 Il-konsum domestiku taż-żejt
Il-ħruq dirett tal-karburanti fossili fin-nirien, fil-kaldaruni u għat-tisjir ser ikollu jitwaqqaf u l-elettriku (li għandu jkun iktar u iktar iġġenerat minn sorsi lokali ta’ enerġija rinnovabbli u meħud min-netwerk) jew l-injam minn foresti sostenibbli ser isiru l-karburanti domestiċi standard. Għandu jiġi stabbilit programm għal din it-tranżizzjoni.
4.6 Iż-żejt fis-settur tan-negozju
Tinħtieġ tranżizzjoni simili fis-settur industijali u kummerċjali tal-ekonomija għall-finijiet kollha ta’ tisħin ġenerali u oħrajn. Fejn il-proċessi industrijali bħalissa jiddependu mill-użu tal-karburanti fossili bħala materja prima, jeħtieġ li ssir analiżi, settur b’settur, biex jiġi stabbilit kemm jistgħu jinqabdu u jinħażnu emissjonijiet minn dawn il-proċessi u fejn dawn il-proċessi jistgħu jiġu sostitwiti bi proċessi li ma jużawx karburanti fossili.
4.7 Il-produzzjoni tal-enerġija
Fil-produzzjoni tal-enerġija ser ikun hemm bżonn ta’ sforz kbir għall-espansjoni ta’ kull tip ta’ sors rinnovabbli ta’ enerġija malajr kemm jista’ jkun. L-objettivi li stabbiliet l-Ewropa huma bidu tajjeb iżda għad baqa’ ħafna xi jsir biex it-teknoloġiji differenti jitqiegħdu fis-suq bi prezzijiet raġonevoli.
4.8 Il-faħam (u fuq skala iżgħar il-karburanti fossili l-oħra) ser jibqa’ karburant importanti għall-produzzjoni tal-enerġija għall-għexieren ta’ snin li ġejjin. It-teknoloġija tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju għandha tiġi żviluppata mill-iktar fis possibbli. L-impjanti li jibqgħu jaħdmu biż-żejt għandhom jintalbu jagħmlu dan ukoll.
4.9 Ġenerazzjoni ġdida ta’ impjanti tal-enerġija nukleari jista’ jkollha rwol x’taqdi wkoll. Iżda t-teknoloġija tal-enerġija nukleari għandha l-problemi tagħha marbuta mas-sostenibbiltà, u m’għandhiex titħalla tneħħi l-attenzjoni politika u r-riżorsi tal-investiment mill-espansjoni ewlenija tas-sorsi rinnovabbli u l-użu effiċjenti tal-enerġija li huma l-objettiv ewlieni tat-tranżizzjoni.
4.10 Sabiex il-partijiet ikkonċernati kollha jiġu megħjuna jippjanaw dawn il-bidliet, ikun utli jekk jiġu stabbiliti linji gwida indikattivi għal-livell ta’ tfaddil li jinkiseb f’kull sottosettur li jagħmel użu miż-żejt, u l-iskedi taż-żmien probabbli għat-tranżizzjoni kemm fil-livell dinji kif ukoll f’dak reġjonali.
5. X’hemm bżonn li jsir? Miżuri ta’ politika biex innaqqsu d-dipendenza mill-karburanti fossili u biex inħeġġu d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija
5.1 Ħafna mill-miżuri meħtieġa biex inħeġġu u nippromovu l-bidliet diġà huma magħrufa tajjeb. Is-sensiela ta’ miżuri fil-pakkett reċenti tal-enerġija tal-Kummissjoni ikopru ħafna mill-punti u għandhom jipprovdu punt ta’ tluq tajjeb għal żvilupp addizzjonali. Madwar id-dinja, inkluż fl-Ewropa, il-firxa ta’ miżuri għandha tiġi estiża u għandha tiġi applikata b’mod iktar attiv u minnufih.
5.2 Miżuri fiskali biex jingħata prezz xieraq lill-emissjonijiet ta’ CO2
Il-karburanti fossili għandhom iġorru l-ispiża kollha tal-piż li l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju qed jitfgħu fuq id-dinja. Dan jeħtieġ taxxa fuq il-prodotti li joħolqu emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (bħall-gażolina) jew ta’ sistema għar-razzjonar u l-iskambju ta’ permessi għall-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju, jew it-tnejn.
5.3 Is-sistema tal-iskambju tal-karbonju tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi promossa b’mod iktar attiv biex tagħti sinjal ċar u stabbli fis-suq favur it-tnaqqis tal-konsum tal-karburanti fossili u d-diversifikazzjoni lejn karburanti oħra. L-anomaliji għandhom jiġu solvuti u l-eżenzjonijiet għandhom jonqsu. Fuq kollox, is-sistema għandha tiġi estiża għall-bqija tad-dinja żviluppata u, malli tkun prattikabbli, għall-ekonomiji emerġenti wkoll. Dan għandu jkun objettiv ewlieni fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.
5.4 Is-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi żviluppata b’tali mod li jiġi stabbilit prezz minimu għall-karbonju sabiex tingħata ċertezza akbar lis-suq. Imbagħad il-prezz minimu jista’ jiżdied b’mod stabbli tul it-tletin sena li ġejjin biex il-pressjoni mis-suq fuq l-operaturi ta’ kull tip tiżdied gradwalment, bil-għan li dawn jiddiversifikaw lil hinn mill-karburanti fossili.
5.5 Miżuri regolatorji
Il-miżuri fiskali waħidhom mhumiex biżżejjed biex iwasslu għat-tranżizzjoni meħtieġa lil hinn miż-żejt. Id-domanda hija wisq riġida u hemm limitazzjonijiet politiċi għal żieda mgħaġġla wisq fil-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt. Hemm bżonn ta’ programm komprensiv ta’ miżuri regolatorji biex jiżdiedu l-istandards u jitnaqqsu l-proċessi u l-prodotti ineffiċjenti. Hemm bżonn ukoll ta’ appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-introduzzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda li huma meħtieġa.
5.6 Fil-qasam tal-effiċjenza, hemm bżonn ta’ programm komprensiv u urġenti biex jiżdiedu l-istandards dwar l-effiċjenza tal-enerġija għall-prodotti u s-servizzi kollha li jikkonsmaw l-enerġija. L-Ewropa għad għandha fejn tavvanza, kemm fl-istabbiliment ta’ standards kif ukoll fl-iżgurar li dawn l-istandards jiġu rispettati. Pereżempju, it-tisħin u t-tkessiħ tal-bini għadhom ineffiċjenti ħafna u jeħtieġu pjan ta’ azzjoni viġoruż li jiżgura titjib rapidu.
5.7 L-istandards għat-titjib tal-emissjonijiet tal-karbonju mill-vetturi huma partikolarment importanti. Il-KESE jilqa’ l-istandards il-ġodda li ġew mifthiema iżda jħeġġeġ il-ħolqien, sa minn kmieni, ta’ standards iktar stretti għas-snin li ġejjin bil-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ ppjanar sod li l-industrija tal-karozzi tkun tista’ tadatta għalih. Il-pass li jmiss u li huwa meħtieġ minnufih huwa li jiġi stabbilit programm strett simili għat-titjib progressiv tal-emissjonijiet tal-vannijiet u l-vetturi li jġorru l-merkanzija tqila. Anke f’dan il-qasam, għandhom isiru sforzi simili f’partijiet oħra tad-dinja.
5.8 Riċerka, żvilupp u appoġġ finanzjarju
Xi wħud mit-teknoloġiji l-ġodda meħtieġa għadhom qed jiġu żviluppati u ser jeħtieġu appoġġ u inkoraġġiment sinifikanti mis-settur pubbliku biex jiġu żgurati l-introduzzjoni bikrija u l-użu wiesa’ tagħhom. Il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, l-iżvilupp ulterjuri ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni, il-vetturi li jaħdmu bl-elettriku (jew bl-idroġenu) u l-infrastruttura li ser ikollhom bżonn, kollha jaqgħu f’din il-kategorija u kollha jeħtieġu appoġġ pubbliku kbir biex jiġu introdotti fid-dinja mill-iktar fis possibbli.
5.9 Hemm bżonn ta’ investiment kbir biex jinfirex l-elettriċizzar u biex l-ivvjaġġar bil-ferrovija jsir l-alternattiva preferuta għall-ivvjaġġar bl-ajru għal ħafna mir-rotot il-qosra fl-Ewropa u f’partijiet oħra tad-dinja.
5.10 Ninvolvu s-soċjetà ċivili
Għad baqa’ ħafna xi jsir biex il-pubbliku ġenerali, in-negozju, it-trejdjujnins u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili jissieħbu u jipparteċipaw fl-isforz komuni.
|
— |
Iċ-ċittadini għandhom jiġu mħeġġa u jingħataw inċentivi sabiex jagħtu sehemhom billi jtejbu l-effiċjenza ta’ djarhom u tal-karozzi tagħhom, billi jużaw forom ta’ enerġija għat-tidwil u t-tisħin li jħarsu iktar l-ambjent, billi jixtru prodotti u servizzi li jużaw l-enerġija b’mod iktar effiċjenti, u billi jnaqqsu l-impatt tas-CO2 mill-ivvjaġġar regolari u l-vaganzi tagħhom. Fil-fehma tagħna diġà hemm għadd dejjem jikber ta’ ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma lesti jieħdu azzjoni ladarba jkollhom tmexxija politika b’saħħitha u effettiva fir-rigward ta’ x’inhu mistenni minnhom, flimkien ma’ inċentivi adattati għat-teħid ta’ azzjoni. |
|
— |
Ħafna korpi governattivi, lokali u reġjonali, diġà wrew viżjoni u tmexxija politika kuraġġuża fir-rigward ta’ din il-kwistjoni. Dawn għandhom jiġu mħeġġa u jingħataw inċentivi sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. |
|
— |
Bl-istess mod, l-intrapriżi għandhom jingħataw inċentivi biex javvanzaw iktar. Għandhom jiġu mħeġġa u jingħataw inċentivi biex, b’mod kontinwu, itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-operat tagħhom u biex jiksbu l-enerġija tagħhom minn sorsi li jużaw ftit karbonju. Ir-regolamentazzjoni għandha tintuża b’mod iktar sistematiku u vigoruż sabiex ittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ kull tip ta’ prodott u servizz. |
|
— |
It-trejdjunjins għandhom rwol importanti x’jaqdu wkoll. Ħafna mill-membri tagħhom qegħdin jaqdu rwol ewlieni fil-qasam tat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tixrid ta’ informazzjoni prattika, u l-kontribut potenzjali tagħhom għandu jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ. Jekk jitmexxew sewwa, il-forom il-ġodda tal-produzzjoni għandhom jipprovdu opportunitajiet ta’ impjieg ekwivalenti għal dawk tas-sistemi l-antiki li kienu jagħmlu użu intensiv mill-karbonju, filwaqt li jżommu kondizzjonijiet tax-xogħol tajbin. |
5.11 Dawn il-miżuri kollha għandhom jiġu adattati u mħaddma b’mod vigoruż ġewwa l-Ewropa sabiex id-domanda ġenerali għall-karburanti fossili, u partikolarment għaż-żejt, tonqos. Jeħtieġ ukoll li jiġu promossi bil-kooperazzjoni ta’ msieħba oħra fid-dinja żviluppata kif ukoll dejjem iktar fl-ekonomiji emerġenti u dawk li qegħdin jiżviluppaw.
5.12 L-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jagħmlu innovazzjonijiet u jsiru pijunieri tal-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u dan għandu jiġi mħeġġeġ b’mod attiv. Il-politiki kummerċjali m’għandhom qatt jintużaw biex jitħarsu industriji iktar antiki li jagħmlu użu anqas effiċjenti tal-karbonju fi kwalunkwe post fid-dinja.
6. Adattament fl-industrija taż-żejt u l-gass
6.1 Sakemm l-ekonomija dinjija tibqa’ tiddependi miż-żejt, huwa ċar li l-industrija taż-żejt għandha tipprovdi għal din il-ħtieġa. Madankollu, jekk l-industrija taż-żejt tkompli fid-direzzjoni attwali ma tkunx qed tagħti risposta adegwata. Hemm għadd ta’ oqsma fejn l-industrija taż-żejt tista’ u għandha tkun mistennija tgħin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Tista’:
|
— |
Tagħraf il-ħtieġa ta’ tranżizzjoni fl-ekonomija dinjija lejn tnaqqis fl-użu ta’ żejt fossili tul l-għaxar snin li ġejjin, u taħseb, tippjana u taġġixxi b’dan il-mod. |
|
— |
Tkompli ttejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-karbonju fl-operat tagħha stess. |
|
— |
Tuża bijomassa jew riżorsi oħra li ma fihomx karbonju minflok il-karburanti fossili fil-prodotti tagħha fejn huwa fattibbli u sostenibbli. |
|
— |
Tuża r-riżorsi l-kbar tal-industrija taż-żejt tal-ħiliet u s-saħħa finanzjarja biex tgħin aspetti oħra tat-tranżizzjoni, u l-iżvilupp u l-użu tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju sa minn kmieni. |
|
— |
Taħdem mill-qrib mal-industrija tal-karozzi biex tħaffef it-tranżizzjoni lejn vetturi li ma jemettux jew jemettu ftit CO2. |
6.2 Min-naħa tagħhom, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u gvernijiet oħra għandhom imexxu djalogu intensiv mal-industrija dinjija taż-żejt biex jippruvaw jiżviluppaw ftehim komuni tat-trajettorja għat-tnaqqis fl-użu taż-żejt li għandha tiġi stabbilita u biex jipprovdu inċentivi xierqa biex iħeġġu (u jekk hemm bżonn iġiegħlu) lill-industrija timxi f’dawn il-ħames direzzjonijiet ewlenin.
6.3 Fir-rigward tal-investiment, il-KESE jixtieq jara lill-industrija timpenja ruħha iktar biex tgħin fit-tranżizzjoni lejn dinja li fil-ġejjieni tuża inqas żejt, u tnaqqas l-impenn tagħha fl-iżvilupp ta’ sorsi marġinali taż-żejt, partikolarment f’postijiet fejn dan l-iżvilupp stess ikun ta’ ħsara kbira għall-ambjent.
6.4 Il-KESE jemmen li hemm lok għal żvilupp tal-bijokarburanti (u b’mod partikolari għal użu akbar tal-bijomassa) iżda l-kriterju tas-sostenibbiltà għandu jiġi applikat u jista’ jillimita l-vantaġġi ta’ estenzjoni ta’ din it-teknoloġija. Il-piroliżi tal-bijomassa biex jiġi prodott il-biochar (faħam tal-kannol prodott mill-bijomassa) għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u tal-kapaċità tagħha li taħżen il-karbonju, tidher promettenti. Fis-settur tat-trasport, l-elettriku jew l-idroġenu jidhru li huma iktar promettenti bħala soluzzjonijiet għall-perijodu fit-tul. Diskussjonijiet intensivi mas-setturi relevanti tal-industrija għandhom jitkomplew biex jiġu stabbiliti l-aħjar orjentazzjonijiet għal dawn it-tranżizzjonijiet.
6.5 Peress li l-prezz taż-żejt żdied, l-industrija diġà għandha inċentiv finanzjarju qawwi biex ittejjeb l-effiċjenza tal-estrazzjoni u r-raffinar u biex tnaqqas l-ispejjeż tat-trasport. Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti tipprovdi inċentiv bżonjuż ieħor f’dan ir-rigward u tagħti inċentiv għall-introduzzjoni tal-bijokarburanti.
6.6 It-taxxi fuq il-prodotti taż-żejt diġà qegħdin jipprovdu dħul kbir għall-gvernijiet, u dan jista’ jkompli jiżdied meta l-permessi tal-karbonju jiġu rkantati b’mod iktar estensiv. Ammont minn dan id-dħul għandu jappoġġja l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-enerġija l-ġodda li huma meħtieġa. Jista’ wkoll jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ inċentivi lill-industrija taż-żejt fiha nnfisha, permezz ta’ konċessjonijiet fiskali jew ta’ kapital fir-rigward tal-investiment meħtieġ, bil-għan li jkollha sehem akbar fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Il-KESE jindirizza s-suġġett tal-prezzijiet taż-żejt f’iktar dettall fl-opinjoni li ħierġa dalwaqt CESE 348/2008 Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin, it-tweġiba tal-KESE għall-Komunikazzjoni “Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin”.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/65 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21
COM(2008) 412 finali
(2009/C 182/03)
Rapporteur: is-Sinjura REGNER
Korapporteur: is-Sur PEZZINI
Nhar it-2 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21
COM(2008) 412 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Diċembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura REGNER, il-korapporteur kien is-Sur PEZZINI.
Matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’162 vot favur, 21 vot kontra u 25 astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġenda soċjali mġedda u jikkunsidraha, flimkien mal-inizjattivi soċjali attwali l-oħra, bħala pass tajjeb lejn il-modernizzazzjoni tal-istat soċjali Ewropew li jiffoka fuq li jagħti l-mezzi lill-individwi sabiex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u bħala mezz kif l-Unjoni Ewropea tista’ tieħu dimensjoni iktar soċjali.
1.2 Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, huwa iktar u iktar importanti li l-Unjoni Ewropea timpenja ruħha favur Ewropa b’saħħitha, soċjali u kompetittiva. Għalhekk il-KESE huwa favur programm ta’ azzjoni soċjopolitiku ġenwin li jmur lil hinn mill-aġenda soċjali mġedda.
1.3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiffoka l-iktar fuq ir-reazzjoni għas-sitwazzjoni l-ġdida. B’mod partikolari din ir-reazzjoni tikkonsisti mill-adattament tal-politika soċjali għall-bidliet fis-soċjetà, iżda fuq kollox għall-bidla fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol. L-Ewropa għandha bżonn urġenti ta’ politiki moderni dwar is-suq tax-xogħol u sistemi soċjali sodi, sostenibbli u favur l-impjieg.
1.4 Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni qiegħda żżomm lura milli tkompli tiżviluppa l-istandards minimi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol. Fil-passat dawn kienu s-sinsla tal-politika soċjali Ewropea u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Fejn ikunu meħtieġa u jagħmlu sens għandhom ikunu parti tal-aġenda soċjali fil-ġejjieni wkoll.
1.5 Il-KESE jsostni li d-djalogu soċjali, issa bħal qabel, jirrappreżenta wieħed mill-aktar pilastri importanti tal-mudell soċjali Ewropew kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew. L-imsieħba soċjali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fil-kwistjonijiet kollha tal-bidla soċjali u għalhekk għandhom jiġu inklużi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri kollha tal-aġenda soċjali mġedda. Id-djalogu mas-soċjetà ċivili ser ikun pilastru importanti ieħor fil-ġejjieni.
1.6 Il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għandu jissaħħaħ, b’mod speċjali permezz ta’ użu ikbar ta’ linji gwida kwantitattivi u kwalitattivi. Il-KESE jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jiġi involut aktar u li jiġu kkunsidrati b’mod obbligatorju l-objettivi u/jew linji gwida soċjali fil-qafas tal-akkwist pubbliku.
1.7 Il-KESE jemmen li l-appoġġ tal-Istati Membri min-naħa tal-Unjoni — b’kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali — huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-prinċipji komuni tal-flessigurtà. Għalhekk il-KESE jitlob rabta ikbar bejn id-dibattitu dwar il-flessigurtà u l-estensjoni tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha kif ukoll fin-negozjati kollettivi fil-livelli adegwati.
1.8 Fil-fehma tal-Kumitat, l-azzjonijiet Komunitarji għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-appoġġ tal-persuni b’diżabilità, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni attiva għandhom jissaħħu permezz ta’ miżuri politiċi attivi iktar b’saħħithom, immirati lejn il-ħolqien ta’ impjiegi għall-persuni mdaħħla fiż-żmien kif ukoll għall-gruppi żvantaġġati u l-qiegħda. Il-ġlieda kontra l-faqar għandha tkun prijorità wkoll.
1.9 Il-KESE jemmen li d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ippustjar tal-ħaddiema u l-miżuri trejdjunjinistiċi jeħtieġu reazzjoni xierqa. Il-forum ta’ diskussjoni mniedi mill-Kummissjoni Ewropea huwa l-ewwel pass f’din id-direzzjoni. Ikun partikolarment utli li jitfasslu diversi alternattivi li jgħinu sabiex jiġu solvuti l-problemi ta’ kunflitt bejn il-libertajiet tas-suq intern minn naħa u l-libertajiet fundamentali min-naħa l-oħra. Jekk ikun hemm bżonn u jekk ikun possibbli, għandhom jittieħdu miżuri adattati u konkreti għall-ħarsien tal-ħaddiema kemm jista’ jkun malajr sabiex jiġi żgurat li la l-libertajiet ekonomiċi u lanqas ir-regoli tal-kompetizzjoni ma jieħdu prijorità fuq id-drittijiet soċjali fundamentali.
1.10 Fir-rigward tal-biża’ li għandha parti sostanzjali tal-popolazzjoni Ewropea li ħafna nies mhux ser ikollhom aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità minn hawn u 20 sena oħra (1), huwa importanti li jiġu żviluppati objettivi rilevanti, ċari u trasparenti li jkunu segwiti b’ħidma ta’ monitoraġġ u komunikazzjoni adegwata.
1.11 Minbarra opportunitajiet ġodda u żieda fit-tkabbir ekonomiku u fil-kompetittività, il-migrazzjoni għandha l-aspetti negattivi tagħha wkoll. Fil-ġejjieni l-Kummissjoni għandha tindirizza wkoll dawn l-aspetti negattivi u l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati.
1.12 Bħall-Kummissjoni, il-KESE jagħti importanza kbira wkoll lill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet Ewropej eżistenti. Appelli lill-Istati Membri waħidhom mhumiex biżżejjed hawn, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva dwar l-ippustjar tal-ħaddiema. B’rabta ma’ dan, jeħtieġ b’mod speċjali li t-tfassil ta’ miżuri effettivi għat-tisħiħ tal-kwistjonijiet transkonfinali jingħata prijorità għolja. Il-Kumitat jilqa’ l-appell tal-Kummissjoni sabiex l-Istati Membri kollha jagħtu eżempju billi jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjonijiet ILO kklassifikati mill-ILO bħala aġġornati.
2. Il-Proposta tal-Kummissjoni
2.1 Fit-2 ta’ Lulju 2008 l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Komunikazzjoni dwar l-aġenda soċjali mġedda (2). F’din il-komunikazzjoni l-Kummissjoni ssostni li hemm bżonn li jinstabu risposti ġodda għal realtà soċjali ġdida. L-affarijiet qegħdin jinbidlu malajr. Il-politika għandha żżomm ruħha aġġornata u tindirizza l-isfidi tal-globalizzazzjoni, il-progress teknoloġiku u l-iżvilupp demografiku b’mod innovattiv u flessibbli.
2.2 Il-Kummissjoni tispjega li l-ambitu ta’ applikazzjoni potenzjali huwa kbir ħafna u għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet. Għaldaqstant l-aġenda hija bbażata fuq għadd ta’ oqsma prijoritarji fejn il-miżuri tal-UE għandhom valur miżjud ċar u jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità:
|
— |
it-tfal u ż-żgħażagħ — l-Ewropa ta’ għada; |
|
— |
investiment fin-nies, aktar impjiegi u impjiegi aħjar, ħiliet ġodda; |
|
— |
il-mobilità; |
|
— |
ħajja itwal u bi tgawdija ta’ saħħa aħjar; |
|
— |
il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
|
— |
il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; |
|
— |
opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fix-xena globali. |
2.3 Il-miżuri meħudin f’dawn l-oqsma jikkontribwixxu għall-ksib tat-tliet objettivi tal-aġenda — opportunitajiet, aċċess u solidarjetà.
2.4 Skont il-Kummissjoni, l-analiżi tar-realtà soċjali kkonfermat li ċ-ċittadini u l-partijiet interessati jistennew li l-UE tikkontribwixxi b’valur miżjud Ewropew għall-iżvilupp soċjali.
2.5 Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tkompli tuża l-istrumenti tat-Trattat KE (il-leġiżlazzjoni, id-djalogu soċjali, il-metodu Komunitarju, il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, il-fondi tal-UE, l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili) kif ukoll li toħloq sinerġiji bejniethom permezz ta’ użu komprensiv u taħlita “intelliġenti” ta’ strumenti politiċi. F’dan il-kuntest, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika ekonomika u baġitarja jaqdu rwol importanti.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Fl-aġenda soċjali mġedda l-Kummissjoni ssostni li l-politika tal-UE diġà għandha dimensjoni soċjali qawwija u effett soċjali pożittiv. Naturalment, il-KESE jaqbel li l-EU għandu jkollha dimensjoni soċjali b’saħħitha u impatt soċjali pożittiv, b’mod speċjali fid-dawl tal-kriżi finanzjarja li għaddej minnha bħalissa l-hekk imsejjaħ “villaġġ globali”. Din il-kriżi finanzjarja ser iġġib magħha kriżi ekonomika, u reċessjoni hija mistennija taħkem lill-Istati Membri Ewropej. Dan ifisser problemi għall-kumpaniji u żmenijiet diffiċli għall-ħaddiema u għas-soċjetà b’mod ġenerali. Minkejja l-fatt li l-politika soċjali hija kompetenza tal-gvernijiet tal-Istati Membri, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattivi li ħadet il-Kummissjoni fl-2007 bl-analiżi tar-realtà soċjali u issa bil-preżentazzjoni tal-aġenda soċjali. Il-Kumitat jemmen li strateġija komuni għandha tgħin sabiex jittaffa t-tħassib dwar l-iżvilupp tal-benesseri ekonomiku. Madankollu jeħtieġ li l-messaġġ soċjali li jingħata liċ-ċittadini Ewropej ikun iktar qawwi minn hekk.
3.2 Il-Kumitat jara wkoll bħala ħaġa pożittiva li l-aġenda ma tiffukax biss fuq l-aspetti tradizzjonali tal-politika soċjali iżda wkoll fuq oqsma oħra bħall-edukazzjoni, is-saħħa u d-djalogu interkulturali.
3.3 Iżda l-Kumitat jemmen li bħalissa approċċ Komunitarju “tradizzjonali” — anke wieħed imġedded jew estiż għal oqsma oħra — mhuwiex suffiċjenti. Il-kwistjoni tal-orjentazzjoni politika bażika fil-qasam tal-makroekonomija ma tistax tintesa. F’dak il-każ hemm ir-riskju li orjentazzjonijiet importanti jibqgħu mingħajr dimensjoni soċjali tanġibbli.
3.4 Il-Kumitat huwa tal-fehma li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa għandha tiġi espressa permezz ta’ programm ta’ azzjoni soċjali fil-veru sens tal-kelma. Mhuwiex biżżejjed li l-aġenda soċjali tiġi sempliċement imġedda. Il-programm ta’ azzjoni għandu jkun appoġġjat minn kooperazzjoni pożittiva bejn l-Istati Membri, mingħajr ma tinħoloq kompetizzjoni li tkun ta’ ħsara għad-drittijiet soċjali, il-ħarsien soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (3). Għandu jiffoka fuq l-aspetti li jwasslu għal titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, tisħiħ tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali b’kunsiderazzjoni tas-sostenibbiltà, kif ukoll għal impatt pożittiv fuq l-impjieg, kompetittività mtejba u kapaċità ta’ adattament aħjar tal-intrapriżi u ta’ min iħaddem kif ukoll iktar impjiegi u impjiegi aħjar.
3.5 Jeħtieġ li l-objettivi soċjali jiġu indirizzati. Mhuwiex biżżejjed li wieħed jadotta pożizzjoni reattiva u jqis li r-reazzjoni għall-bidla u l-adattament għall-eżiġenzi l-ġodda tal-ekonomija huma kompitu tal-politika soċjali. Il-bniedem u l-investiment fil-persuni għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. L-objettiv għandu jkun it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Is-sinsla tal-politika soċjali Ewropea għandha tikkonsisti minn strumenti ċari, effettivi u vinkolanti.
3.6 Fid-dawl tal-kriżi attwali wieħed ma jistax jinsa r-responsabbiltà kollettiva li għandha s-soċjetà għall-benesseri tal-individwi. Dan jeħtieġ b’mod partikolari distribuzzjoni ġusta tad-dħul, opportunitajiet ta’ impjieg suffiċjenti f’kumpaniji kompetittivi, ħarsien soċjali kontra r-riskji marbutin mal-mard, id-diżabilità, il-qgħad, l-età kif ukoll appoġġ għall-familji, opportunitajiet ta’ edukazzjoni għal kulħadd, protezzjoni kontra l-faqar kif ukoll servizzi ta’ interess ġenerali ta’ kwalità tajba u bi prezz aċċessibbli għal kulħadd.
3.7 Id-dinamika ekonomika u l-progress soċjali ma jmorrux kontra xulxin iżda pjuttost jappoġġjaw lil xulxin. Ekonomija tas-suq soċjali torbot il-kompetittività mal-ġustizzja soċjali. Huwa importanti li l-aspetti soċjali, eknonomiċi u ambjentali jitpoġġew fuq l-istess livell.
4. Objettivi u prijoritajiet
4.1 Il-KESE jemmen li l-appoġġ tal-Istati Membri min-naħa tal-Unjoni — b’kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali — huwa utli u meħtieġ għall-implimentazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-prinċipji komuni tal-flessigurtà. Il-prijorità hawn għandha tkun li n-nies jiġu appoġġjati u li l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tagħhom jittejbu. L-aspetti soċjali għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jorjentaw id-dibattiti dwar ir-riformi possibbli lejn it-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-livelli kollha. Għalhekk il-KESE jitlob rabta ikbar bejn id-dibattitu dwar il-flessigurtà u l-estensjoni tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha kif ukoll fin-negozjati kollettivi fil-livelli adegwati. Il-kunċett tal-flessigurtà għandu jwassal għal promozzjoni bbilanċjata kemm tal-flessigurtà kif ukoll tas-sigurtà. Huwa m’għandux jirrappreżenta tnaqqis unilaterali u illeġittimu tad-drittijiet tal-ħaddiema, li hija idea li l-KESE jopponi (4).
4.2 Iż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari, qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet kbar. Ħafna drabi l-“ġenerazzjoni tal-apprendisti” tħabbat wiċċha ma’ kuntratti atipiċi li jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet prekarji (5). Il-miżuri għall-integrazzjoni u l-appoġġ tat-tagħlim tul il-ħajja għandhom jintlaqgħu bis-sħiħ. Il-kwalità u s-sigurtà tal-impjiegi huma marbutin mill-qrib ma’ edukazzjoni tajba u wiesgħa. L-Unjoni Ewropea u b’mod speċjali l-Istati Membri għandhom ifasslu taħlita ta’ politiki li tippermetti li l-kompetenzi u l-kwalifiki jikkoinċidu mal-eżiġenzi tal-kumpaniji. Għandu jiġi żgurat li l-istudenti li jiggradwaw isibu xogħol b’inqas xkiel u l-kundizzjonijiet tal-kumpaniji għandhom jittejbu sabiex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità. Barra minn hekk għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji. Lejlet l-evalwazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ (2005) ikun siewi li fl-aħħar jittieħdu xi miżuri f’dan ir-rigward.
4.3 Ikun siewi wkoll li titnieda inizjattiva Komunitarja għall-promozzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ. Tali inizjattiva jkollha l-għan li, bl-appoġġ attiv tal-imsieħba soċjali, tivvalorizza l-kwalità u l-prestazzjoni tal-gradwati permezz ta’ proġett ġdid fi ħdan il-programm Jasmine għall-mikrokreditu (6).
4.4 Il-KESE jemmen li huwa importanti li jiġu promossi l-ispirtu intraprenditorjali, it-taħriġ fl-intraprenditorija u l-edukazzjoni finanzjarja fl-UE. L-intraprenditorija fl-iktar sens wiesa’ tal-kunċett — jiġifieri intraprenditorija li tista’ tistimola u tippromovi attitudni innovattiva u kreattiva — hija strument importanti tal-aġenda ta’ Liżbona li jikkontribwixxi għaż-żieda fit-tkabbir, għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u tal-koeżjoni soċjali kif ukoll għall-ġlieda kontra l-esklużjoni (7).
4.5 Fil-qafas tal-istrateġija għall-impjieg u l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti objettivi ferm iktar ambizzjużi, effettivi u li jistgħu jitkejlu aħjar, b’kompetenza ikbar għall-Kummissjoni Ewropea. Jeħtieġ li niffukaw fuq l-objettivi kwantitattivi Ewropej, b’mod speċjali fl-oqsma tad-dħul fil-ħajja attiva, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, l-impjieg taż-żgħażagħ, l-aċċess għal ħarsien tas-saħħa ta’ kwalità u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (8).
4.6 Fl-appoġġ tat-tagħlim tul il-ħajja għandna nikkunsidraw b’mod speċjali l-paradoss tal-politika tal-edukazzjoni, jiġifieri l-fatt li l-persuni bi kwalifiki iktar baxxi spiss ikunu żvantaġġati fil-qasam tal-edukazzjoni kontinwa.
4.7 Il-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-ħidma sabiex tiżdied il-kwota tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, it-tisħiħ tal-programm Komunitarju għall-impjieg u s-solidarjetà soċjali — Progress 2007-2013 (9) — dan kollu għandu jsir bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-iktar netwerks importanti tal-Unjoni għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-politiki Komunitarji u għall-introduzzjoni ta’ strumenti ta’ progress għall-evalwazzjoni tal-bżonnijiet u l-perspettivi (foresight) permezz ta’ proċess ta’ parteċipazzjoni tat-tip “bottom-up”.
4.8 Il-kundizzjonijiet tad-djalogu soċjali għandhom jittejbu. B’rabta ma’ dan, il-Kumitat jinnota li għadu ma tħejjiex qafas fakultattiv għan-negozjati kollettivi transnazzjonali bħala parti mill-Aġenda Soċjali 2005 (10).
4.9 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li huwa ferm importanti li jintlaħaq qbil kemm jista’ jkun malajr dwar il-Proposti għal Direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol (11) u l-ħaddiema temporanji (12). F’dan il-kuntest il-KESE jilqa’ l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-ħaddiema temporanji mill-Kunsill.
4.10 Bosta deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (il-każijiet Laval (13), Viking (14) u Rüffert (15)) ħarġu fid-dieher il-kunflitt li jeżisti bejn id-drittijiet mogħtija mis-suq tax-xogħol u d-drittijiet fundamentali, b’mod speċjali d-drittijiet tat-trejdjunjins, u qajmu mistoqsijiet fundamentali. F’dan il-kuntest jeħtieġ li tittieħed azzjoni korrispondenti. Il-forum ta’ diskussjoni mniedi mill-Kummissjoni Ewropea huwa l-ewwel pass f’din id-direzzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina bir-reqqa l-effetti tas-suq uniku fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u n-negozjati kollettivi. Jekk ikun hemm bżonn u jekk ikun possibbli, għandha tieħu miżuri konkreti għall-ħarsien tal-ħaddiema kemm jista’ jkun malajr sabiex jiġi żgurat li la l-libertajiet ekonomiċi u lanqas ir-regoli tal-kompetizzjoni ma jieħdu prijorità fuq id-drittijiet soċjali fundamentali.
4.11 Il-mobilità tal-persuni toffri ħafna opportunitajiet u ġġib magħha żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. Iżda l-Kumitat jemmen li flimkien ma’ dawn l-aspetti pożittivi wieħed għandu wkoll isemmi l-lati negattivi tal-mobilità, b’mod speċjali fil-kuntest tal-mewġiet kbar ta’ migrazzjoni. Hawn jirreferi b’mod speċjali għall-effetti soċjali, bħas-sitwazzjoni soċjali u familjari tal-migranti u l-familji tagħhom, id-dumping soċjali fuq kollox b’rabta max-xogħol illegali, il-kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni tal-migranti kif ukoll l-impatt fuq is-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, wieħed għandu jsemmi wkoll l-effetti fuq perijodu medju u fit-tul fuq is-sistema edukattiva fil-pajjiż ta’ oriġini u l-konsegwenzi tal-brain drain (16). Ir-riżultati għandhom iservu ta’ bażi għall-miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni ta’ dawn l-effetti.
4.12 Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tixtieq tieħu azzjoni favur l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali ta’ kwalità, sodi u aċċessibbli. Huwa jemmen bis-sħiħ li l-interess ġenerali ta’ dawn is-servizzi għandu jingħata prijorità qabel ir-regolamenti dwar is-suq tax-xogħol u l-kompetizzjoni. Huwa kruċjali li jiġu ċċarati l-kunċetti u r-regoli involuti. Għalhekk il-Kumitat jissuġġerixxi approċċ multidirezzjonali u ta’ progress li jorbot l-aspetti settorjali u tematiċi. Dan għandu jwassal għat-tfassil ta’ liġijiet fejn dawn huma meħtieġa u/jew għall-adattament ta’ dawn il-prinċipji u l-kundizzjonijiet għad-diversi setturi milquta (implimentazzjoni orizzontali b’orjentazzjoni skont is-settur) (17).
4.13 Fir-rigward tal-biża’ li għandha parti sostanzjali tal-popolazzjoni Ewropea li ħafna nies mhux ser ikollhom aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità minn hawn u 20 sena oħra (18), huwa importanti li jiġu żviluppati objettivi rilevanti, ċari u trasparenti li jkunu segwiti b’ħidma ta’ monitoraġġ u komunikazzjoni adegwata.
4.14 Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Rüffert, l-idea li r-regoli dwar l-akkwist pubbliku għandhom “rifless soċjali qawwi” (19) hija pjuttost eżaġerata. Wieħed m’għandux jinsa li d-direttivi Ewropej tal-akkwist pubbliku huma bbażati fuq aspetti ekonomiċi u li l-kuntratti ta’ akkwist pubbliku huma allokati kważi esklużivament skont kriterji ekonomiċi. Sabiex l-aspetti soċjali jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati, l-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġu qafas legali ċar u vinkolanti. Barra minn hekk, l-akkwist pubbliku jista’ biss jingħata dimensjoni soċjali jekk ċerti aspetti soċjali jiġu mhux biss ikkunsidrati iżda jsiru legalment vinkolanti. Għaldaqstant il-KESE jemmen li jkun utli li l-Kummissjoni tniedi riflessjoni konkreta f’dan il-kuntest. Linji gwida Ewropej jippermettu li jiġu kkunsidrati l-eżiġenzi soċjali u b’hekk li jintuża l-potenzjal sħiħ tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni.
4.15 Fl-opinjoni tiegħu dwar id-Direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol (20) il-KESE kien diġà esprima d-dispjaċir tiegħu li jekk l-Unjoni Ewropea ma tikkunsidrax ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali tkun qiegħda titlef okkażjoni importanti. Għalhekk il-KESE jilqa’ bis-sħiħ ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-imsieħba soċjali dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali u l-proposti mressqa reċentement dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-leave tal-maternità (21) u tad-drittijiet tan-nisa li jaħdmu għal rashom (22). Il-Kumitat jilqa’ wkoll il-fatt li l-imsieħba soċjali Ewropej qegħdin jikkunsidraw ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri.
4.16 Fil-fehma tal-Kumitat, l-azzjonijiet Komunitarji għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-appoġġ tal-persuni b’diżabilità, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni attiva għandhom jiġu kkompletati permezz ta’ miżuri politiċi attivi iktar b’saħħithom immirati lejn il-ħolqien ta’ impjiegi għall-persuni imdaħħla fiż-żmien kif ukoll għall-gruppi żvantaġġati u l-qiegħda. Il-ġlieda kontra l-faqar għandha tkun prijorità wkoll. F’dan il-kuntest, in-nisa u l-persuni li qegħdin irabbu t-tfal tagħhom waħidhom għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. Fl-istess ħin ikun siewi wkoll li jissaħħu l-miżuri politiċi favur integrazzjoni bbilanċjata tal-immigranti. Il-KESE jista’ jikkontribwixxi b’mod attiv għal dawn l-istudji permezz tal-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol.
5. Strumenti
5.1 F’dawn l-aħħar snin, l-Unjoni Ewropea ħolqot standards legali minimi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kif ukoll f’ċerti oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-kunsiderazzjoni kollettiva tad-drittijiet ta’ min iħaddem. Dawn l-istandards legali huma parti importanti mill-politika soċjali Ewropea. Għalkemm sar xi progress f’dan ir-rigward, għad hemm lok għal titjib.
5.2 Il-KESE jemmen li għandha tintuża l-firxa sħiħa ta’ strumenti soċjopolitiċi (dispożizzjonijiet legali, metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, ftehim soċjali awtonomu) u li għal kull suġġett għandu jintuża l-iktar strument adattat. Fir-realtà ċerti oqsma għadhom mhux qed jiġu indirizzati fil-livell Ewropew, pereżempju l-ħlas estiż f’każ ta’ mard, id-definizzjoni tal-istatus tal-ħaddiem jew il-protezzjoni f’każ ta’ trasferiment. Oqsma oħra huma koperti parzjalment biss, bħar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjali u professjonali u l-protezzjoni f’każ ta’ tkeċċija mix-xogħol.
5.3 Mingħajr dubju, huwa importanti li l-liġi nazzjonali tiġi applikata u li r-regoli legali jiġu implimentati. Il-KESE jaqbel mija fil-mija mal-Kummissjoni fuq dan il-punt. Huwa wkoll importanti li fl-applikazzjoni tal-istandards minimi, dawn jiġu kkunsidrati bħala standards li jwittu t-triq għal titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien u mhux bħala l-aħħar pass tal-iżvilupp. Applikazzjoni tajba teħtieġ strumenti effikaċi u adegwati u fuq kollox l-appoġġ tal-attivitajiet transkonfinali. Dan l-aħħar punt ħareġ fid-dieher fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-ippustjar tal-ħaddiema (23). Appell għall-kooperazzjoni mhuwiex biżżejjed hawn. Hemm bżonn ta’ qafas legali vinkolanti għall-Ewropa kollha. B’rabta ma’ dan, jeħtieġ b’mod speċjali li t-tfassil ta’ miżuri effettivi għat-tisħiħ tal-kwistjonijiet transkonfinali jingħata prijorità għolja.
5.4 Id-djalogu soċjali interprofessjonali, settorjali u transkonfinali kien u għadu element kruċjali tal-mudell soċjali Ewropew fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE. Dawk li jħaddmu u t-trejdjunjins għandhom rwol importanti x’jaqdu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjopolitiċi, billi huma jmexxu l-progress ekonomiku u soċjali (24).
5.5 Id-djalogu mas-soċjetà ċivili, li għandu jiġi separat b’mod ċar mid-djalogu soċjali, ser jibqa’ jaqdi rwol fundamentali fil-ġejjieni. L-inklużjoni taċ-ċittadini kollha u l-organizzazzjonijiet tagħhom f’diversi livelli għall-ħolqien ta’ Ewropa soċjali ser tkun sfida mill-ikbar (25).
5.6 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-potenzjal tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għandu jintuża bis-sħiħ u li għandhom jiġu stabbiliti objettivi kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-KESE jenfasizza li l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għandu jkun iktar “preżenti lokalment” u għandu jiġi applikat b’mod bottom up sabiex jiżgura koordinazzjoni bejn l-imsieħba u l-miżuri politiċi (26). Il-KESE jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew ikun involut iktar mill-qrib fil-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni. B’hekk tkun tista’ tittejjeb il-leġittimizzazzjoni demokratika tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni.
5.7 Il-KESE jilqa’ l-istabbiliment ta’ objettivi għall-benesseri taċ-ċittadini li jmorru lil hinn mill-indikatur PGD per capita li ġeneralment jintuża. Jemmen li dan jista’ jikkontribwixxi sabiex l-analiżi tal-prestazzjoni tal-ekonomiji nazzjonali ssir minn angolu li ma jkunx purament ekonomiku (27).
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara “Expectations of European citizens regarding the social reality in 20 years' time”, Rapport ta’ analiżi, Mejju 2008, Punt 2.9; Flash Eurobarometer Series #227.
(2) COM(2008) 412 finali; il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21”.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar “Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid”, rapporteur: is-Sur Olsson (ĠU C 27, 3.2.2009), punt 4.1, p. 99.
(4) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Flessigurtà (in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali)”, rapporteur: is-Sur Janson, ĠU C 256, 27.10.2007; punt 1.4, p. 108.
(5) Ara l-pakkett ta’ miżuri propost mill-KESE biex iż-żgħażagħ jingħataw perspettivi għall-ġejjieni lil hinn mix-xogħol prekarju. Fl-abbozz ta’ opinjoni tal-CESE “L-impjieg tal-kategoriji ta’ prijorità”, Kapitolu 5: “Ġlieda effettiva kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ”, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 93.
(6) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar it-tema “Il-Mikrokreditu”, rapporteur: is-Sur Pezzini, ĠU C 77, 31.3.2009, p. 23.
(7) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-ispirtu intraprenditorjali u l-Aġenda ta’ Lisbona”, rapporteur: is-Sinjura Sharma; korapporteur: is-Sur Olsson, ĠU C 44, 16.2.2008; punt 1.1, p. 84.
(8) Ara l-opinjoni CESE dwar “Linji gwida għall-impjiegi”, rapporteur: is-Sur Greif, ĠU C 162, 25.6.2008; punt 2.1, p. 92.
(9) Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali — Progress, ĠU L 315, 15.11.2006.
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda soċjopolitika” tad-9.2.2005, COM(2005)33 finali.
(11) Proposta emendata ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti tal-arranġament tal-ħin tax-xogħol. COM(2005) 246 finali.
(12) Proposta mmodifikata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal temporanju (mhux disponibbli bil-Malti); COM(2002) 701 finali.
(13) Qorti Ewropea tal-Ġustizzja każ C-341/05: Laval un Partneri Ltd/Svenska Byggnadsarbetareförbundet (trejdjunjin Żvediża tal-bennejja).
(14) Qorti Ewropea tal-Ġustizzja każ C-438/05: International Transport Workers’ Federation et al./ Viking Line ABP et al.
(15) Qorti Ewropea tal-Ġustizzja każ C-346/06: avukat Dr. Dirk Rüffert fil-kwalità ta’ amministratur legali ta’ Objekt und Bauregie GmbH & Co. KG kontra l-Land ta’ Niedersachsen.
(16) L-emigrazzjoni minn pajjiż, b’mod speċjali ta’ persuni tal-iskola jew ta’ talent.
(17) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21”, rapporteur: is-Sur Cassidy, korapporteur: is-Sur Hencks u s-Sur Cappellini, punti 1.13 u 1.15. ĠU C 77, 31.3.2009, p. 15).
(18) Ara “Expectations of European citizens regarding the social reality in 20 years' time”, Rapport ta’ analiżi, Mejju 2008, Punt 2.9; Flash Eurobarometer Series #227. Stħarriġ imwettaq mill-Gallup Organization Hungary fuq talba tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjieg.
(19) COM(2008) 412 finali, punt 5.6.
(20) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal reviżjoni tad-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol” (mhux disponibbli bil-Malti), rapporteur: is-Sinjura Engelen-Kefer; ĠU C 267, 27.10.2005, p. 16.
(21) Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 92/85/KEE tat-3 ta’ Ottubru 2008, COM(2008)600/4.
(22) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE, COM(2008)636 finali.
(23) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvediment ta’ servizzi; ĠU L 018, 21.1.1997.
(24) Opinjoni tal-KESE tad-9.7.2008 dwar “Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid”, rapporteur: is-Sur Olsson (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 99), punt 5.6.
(25) Opinjoni tal-KESE tad-9.7.2008 dwar “Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid”, rapporteur: is-Sur Olsson (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 99), punt 5.7.
(26) Opinjoni tal-KESE tad-9.7.2008 dwar “Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid”, rapporteur: is-Sur Olsson (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 99), punt 7.9.3.
(27) Opinjoni tal-KESE tad-9.7.2008 dwar “Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid”, rapporteur: is-Sur Olsson (ĠU C 27, 3.2.2009, p. 99), punt 7.9.2.
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/71 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
COM(2008)800 finali
(2009/C 182/04)
Rapporteur Ġenerali: is-Sur DELAPINA
Nhar is-26 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
COM(2008) 800 finali.
Fit-2 ta’ Diċembru l-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-450 sessjoni plenara tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Jannar (seduta tal-15 ta’ Jannar) li jaħtar lis-Sur DELAPINA bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’179 vot favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.
1. Sinteżi u konklużjonijiet
1.1 Bil-programm globali għall-istabbilizzazzjoni tas-settur finanzjarju fid-diversi forom nazzjonali tiegħu, il-Komunità internazzjonali tat sinjal ċar: ħareġ fid-dieher li l-politika ekonomika qed terfa’ r-responsabbiltà għall-istabbiltà ekonomika globali. Bil-pjan Ewropew għall-irkurpu ekonomiku, l-Unjoni Ewropea wriet biċ-ċar li hija lesta u deċiża li tilqa’ għall-kriżi bil-mezzi disponibbli kollha.
1.2 L-effett psikoloġiku tal-pjan għall-irkupru għandu jiġi stmat daqs l-effett tal-flus involuti. Is-sinjali mogħtija mill-politika ekonomika għandhom iwasslu għal stabbilizzazzjoni konsiderevoli tal-fiduċja tal-konsumaturi u l-investituri. Madankollu għandhom isiru negozjati bejn il-partijiet ikkonċernati kollha — b’mod speċjali l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri — sabiex l-istennijiet pessimistiċi ma jiġux ikkonfermati.
1.3 Il-miżuri meħudin għall-irkupru tal-ekonomija reali ser ikunu jistgħu jwasslu għall-effett mistenni biss jekk il-funzjonament tas-settur finanzjarju jerġa’ jiġi stabbilit. Flimkien mad-diversi pakketti ta’ salvataġġ, dan jeħtieġ organizzazzjoni u regolazzjoni ġodda tas-swieq finanzjarji fil-livelli kollha sabiex terġa’ tissawwar il-fiduċja.
1.4 Il-politika ekonomika Ewropea għarfet il-bżonn li l-approċċ tagħha, li s’issa kien ibbażat fuq l-offerta, iħaddan politika makroekonomika attiva u antiċiklika. Barra minn hekk, il-KESE jilqa’ s-sejħa għal protezzjoni mtejba tal-iktar membri dgħajfa tas-soċjetà u għal koordinazzjoni effettiva tal-politika ekonomika. Madankollu l-pjan għall-irkupru ekonomiku tal-UE jidher relattivament fjakk meta mqabbel mal-pakketti ta’ miżuri f’reġjuni oħra tad-dinja.
1.5 Il-Kumitat jemmen li huwa importanti ferm li l-programmi ta’ investiment pubbliku u impuls finanzjarju li għandhom l-għan li jassistu l-irkupru ekonomiku jikkontribwixxu wkoll għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju li ser tkun indispensabbli fil-ġejjieni. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu l-pjanijiet ta’ rkupru u l-programmi tagħhom konsegwentement.
2. Mill-kriżi tas-subprimes għar-riċessjoni globali
2.1 Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali għandha diversi kawżi. Fid-dikjarazzjoni tagħhom waqt is-summit tal-15 ta’ Novembru, il-kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-G-20 semmew dan li ġej: il-politiki monetarji u dawk tar-rati tal-kambju li wasslu għal likwidità eċċessiva, in-nuqqas ta’ regolazzjoni jew ir-regolazzjoni insuffiċjenti ta’ ċerti setturi jew atturi, il-kilba għal dħul esaġerat b’valutazzjoni jew għarfien insuffiċjenti tar-riskji involuti min-naħa ta’ xi atturi tas-suq kif ukoll minn entitajiet ta’ kontroll u regolazzjoni, effetti ta’ lieva eċċessivi, koordinazzjoni insuffiċjenti tal-politiki makroekonomiċi u riformi strutturali insuffiċjenti. B’hekk żviluppaw aberrazzjonijiet li wrew li kien hemm bżonn ta’ reviżjoni tar-regoli applikabbli għall-atturi, il-prodotti u s-swieq.
2.2 F’nofs l-2007, fl-Istati Uniti, l-iskema piramida (Ponzi scheme) tal-krediti tal-proprjetà tfarrket hekk kif il-prezzijiet tal-proprjetà ma komplewx jogħlew. F’suq tal-proprjetà attiv iżżejjed bi prospettivi ottimistiċi wisq, (il-banek sellfu l-flus lil nies bi credit rating baxx u dawn il-krediti ġew esternalizzati u mibjugħa lil entitajiet oħra. Inħolqu prodotti finanzjarji ferm spekulattivi u mhux trasparenti li ħarbu minn kull monitoraġġ u kontroll. Il-persuni kkonċernati ma kinux jafu bil-livell ta’ riskju involut.
2.3 Il-kriżi tal-proprjetà fl-Istati Uniti kif ukoll f’xi Stati Membri tal-UE wasslet għal kriżi fil-hedge funds, fil-banek tal-investiment u kummerċjali u fl-assigurazzjonijiet. Minħabba t-titolizzazzjoni tar-riskji d-dinja tal-finanzi nħakmet minn mewġa ta’ kriżijiet wara l-oħra. U minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà u fiduċja fost l-istituzzjonijiet finanzjarji, anke l-istituzzjonijiet finanzjarji b’saħħithom ma baqgħux isellfu l-flus lil xulxin u waqaf is-suq bejn il-banek.
2.4 Il-kriżi finanzjarja, permezz ta’ diversi mezzi ta’ trażmissjoni, affettwat ukoll lill-ekonomija reali. Fost oħrajn, nistgħu nsemmu l-credit crunch, iż-żieda fl-ispejjeż finanzjarji, l-effetti negattivi fuq il-kapital minħabba l-waqgħa fil-prezz tal-ishma, il-kollass tas-swieq tal-esportazzjoni, l-effetti negattivi fuq il-fiduċja, kif ukoll it-tnaqqis tal-valur tal-assi u r-riskju ta’ defiċit fil-bilanċ. Issa jidher biċ-ċar li fil-bidu tas-sena 2009 l-OECD għaddejja minn riċessjoni. L-esperti għadhom mhumiex ċerti dwar it-tul u l-intensità tagħha.
3. L-iktar sfidi urġenti
3.1 L-ewwel pass kien li tinkiser il-katina ta’ reazzjonijiet fis-swieq finanzjarji. Il-banek ċentrali, b’mod speċjali l-BĊE, ipprovdew il-likwidità lis-swieq sabiex jiżguraw il-funzjonament tagħhom. Fil-livell nazzjonali u internazzjonali ġew imsensla diversi pakketti ta’ salvataġġ, b’miżuri li jvarjaw minn sussidji u allokazzjonijiet ta’ kapital san-nazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji affettwati, garanziji pubbliċi, garanzija ta’ depożiti mtejba għat-tfaddil, eċċ. Sa ċertu punt, dawn il-miżuri għenu lill-banek ikomplu bl-attivitajiet normali tagħhom.
3.2 It-tieni pass importanti jikkonsisti mit-tisħiħ tal-ekonomija reali. Il-fiduċja tal-konsumaturi u l-investituri trid terġa’ tiġi stabbilita. Dan jeħtieġ miżuri favur l-irkupru tad-domanda interna u l-istabbilizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol. B’mod speċjali jeħtieġ li jiġu appoġġjati l-gruppi bi dħul baxx, billi dawn huma l-iktar milquta mill-konsegwenzi tal-kriżi, iżda wkoll għax dawn jirrappreżentaw l-ogħla kwota ta’ konsum b’effett intern.
3.3 Jeħtieġ ukoll li jinħolqu l-kundizzjonijiet adegwati sabiex jittaffew l-effetti fuq is-settur tan-negozju. Dan is-settur għandu rwol ċentrali x’jaqdi għar-riattivazzjoni tal-ekonomija bħala produttur, investitur u esportatur, kif ukoll minħabba l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tiegħu. Huwa jikkontribwixxi b’mod determinanti għall-ħolqien ta’ impjiegi u b’hekk għad-domanda interna. Madankollu, minbarra l-aspetti ċikliċi, jeħtieġ ukoll li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u dawk strutturali.
3.4 Barra minn hekk, jeħtieġ li l-arkitettura finanzjarja internazzjonali tiġi organizzata mill-ġdid u li s-swieq finanzjarji jiġu rregolati b’mod iktar effettiv. Ir-regoli għandhom jinbidlu wkoll għall-korpi ta’ monitoraġġ u l-koordinazzjoni tagħhom, għall-aġenziji ta’ rating kif ukoll għall-proċeduri ta’ rappurtar u kontabbiltà sabiex kriżijiet ta’ dan it-tip ikunu jistgħu jiġu evitati.
4. Ir-rwol tal-politika ekonomika Ewropea
4.1 Minkejja li fil-bidu l-kriżi kienet purament Amerikana, l-ekonomija Ewropea ġiet milquta wkoll bħala parti minn netwerk globali. L-Ewro kien ankra ta’ stabbiltà. Mingħajr munita unika l-impatt fuq l-ekonomiji nazzjonali kien ikun ferm iktar gravi. Kriżi internazzjonali teħtieġ risposti internazzjonali. Il-politika ekonomika Ewropea teħtieġ azzjoni fuq skala kbira. L-isfidi msemmija f’punt 3 jitolbu azzjoni immedjata, deċiżiva, wiesgħa, immirata, ikkoordinata u proattiva, għalkemm ħafna miżuri huma ta’ natura temporanja.
4.2 Jeħtieġ li nitgħallmu mill-passat. Meta fil-bidu tas-seklu l-ġdid, wara li nfaqgħet il-bużżieqa tal-IT u wara l-attentati terroristiċi fl-Istati Uniti, ir-reġjuni ewlenin kollha tad-dinja għaddew minn kriżi ekonomika, il-politika ekonomika Ewropea kienet l-unika waħda li ma għażlitx riattivazzjoni tal-ekonomija permezz ta’ politika baġitarja u monetarja li tinkorpora l-isfera tad-domanda. Din kienet parti mir-raġuni għaliex il-kriżi damet erba’ snin biex tingħeleb u għaliex reġjuni sħaħ tal-Ewropa għadhom qegħdin ibatu minn domanda interna dgħajfa sal-lum, ħaġa li aggravat ħafna l-vulnerabbiltà tagħhom fir-rigward tat-tnaqqis fid-domanda internazzjonali.
4.3 Il-korpi ewlenin tal-politika ekonomika għarfu l-gravità tal-kriżi attwali tard wisq. Sa Settembru l-Ministri tal-Ekonomija u tal-Finanzi tal-ECOFIN kienu xettiċi fir-rigward tal-idea ta’ pjan għall-irkupru ekonomiku. Għalkemm fit-tieni tliet xhur tal-2008 l-ekonomija taż-żona tal-Ewro diġà kienet sejra lura, fis-sajf il-BĊE għolla r-rata bażika. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ qbil bejn il-kapijiet ta’ stat fis-summit dwar il-kriżi finanzjarja li sar f’Pariġi, il-probabbiltà li tittieħed minnufih azzjoni kollettiva naqset. Il-miżuri għat-titjib tal-garanzija ta’ depożiti għat-tfaddil li ttieħdu fil-livell nazzjonali mingħajr l-ebda koordinazzjoni ma tawx l-impressjoni ta’ azzjoni koerenti fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant huwa evidenti li t-teħid ta’ azzjonijiet waħdu mhuwiex biżżejjed. Huwa ferm iktar importanti li tittejjeb il-koordinazzjoni tal-programmi kif ukoll il-pakketti ta’ miżuri, fuq kollox fil-livell nazzjonali.
5. Il-pjan Ewropew għall-irkupru ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea
5.1 Għaldaqstant hija ħaġa ferm pożittiva li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret b’mod ċar u espliċitu r-rieda u l-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni deċiżiva u kkoordinata. Permezz tal-istrateġija li fasslet biex tegħleb il-kriżi finanzjarja, ser tindirizza l-problemi ekonomiċi f’sens wiesa’ u tagħti lill-Ewropa rwol ewlieni fir-reazzjoni dinjija għall-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, il-kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern talbu lill-Kummissjoni tħejji proposti b’rabta mal-azzjoni kkoordinata u tiddiskutihom fis-sessjoni ta’ Diċembru. Dawn tressqu fl-aħħar ta’ Novembru fil-forma ta’ Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, li għandu jiġi implimentat f’waqtu u fi żmien stabbilit b’mod iffukat u kkoordinat. B’segwitu ta’ dan, il-Kunsill Ewropew adotta pjan korrispondenti fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 fi Brussell.
5.2 Konkretament, ġie ssuġġerit impuls baġitarju ta’ 1,5 % tal-PGD tal-UE, jiġifieri EUR 200 biljun għas-snin 2009/2010.L-Istati Membri għandhom jipprovdu EUR 170 biljun filwaqt li t-30 biljun l-oħra għandhom jiġu mill-baġit tal-UE u l-BEI.
5.3 Flimkien mat-tisħiħ tal-attivitajiet tal-BEI, b’mod speċjali fir-rigward tal-SMEs, is-semplifikazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-proċeduri għandhom l-għan li jikkontribwixxu għat- tħejjija antiċipata ta’ riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni kif ukoll mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-Fond Soċjali Ewropew għandu jiffinanzja miżuri għall-promozzjoni tal-impjiegi, b’mod speċjali favur l-iktar gruppi dgħajfa tal-popolazzjoni, u l-effettività tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandha tittejjeb. Il-pjan jinkludi kundizzjonijiet li jissemplifikaw l-għoti tal-għajnuna mill-Istat u miżuri għall-aċċelerazzjoni tas-sejħiet għall-offerti pubbliċi.
5.4 Fil-qafas taż-żieda fil-flessibbiltà tar-riforma tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom iħeġġu d-domanda u jikkontribwixxu għall-impatt tal-istabbilizzaturi awtomatiċi fuq in-nefqa tal-Gvern u/jew it-tnaqqis tat-taxxi. Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti xi eżempji konkreti ta’ dan. Dawn jinkludu iż-żieda temporanja fl-għajnuna għall-qiegħda jew għall-familji bi dħul baxx, l-investimenti pubbliċi fl-infrastruttura u t-taħriġ, appoġġ għall-SMEs (self jew parteċipazzjoni fir-riskju), miżuri kontra l-bidla fil-klima, tnaqqis tat-taxxi u ħlasijiet soċjali għal min iħaddem u għall-ħaddiema kif ukoll tnaqqis temporanju tar-rata tal-VAT. In-natura temporanja tal-miżuri għandha sservi sabiex il-pjan għall-irkupru ekonomiku ma jxekkilx l-istabbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perijodu medju jew fit-tul.
5.5 Il-miżuri tal-Istati Membri għandhom ikunu kkoordinati, billi l-punt ta’ tluq u l-ambitu finanzjarju tal-Istati Membri individwali huma differenti. Għandhom ikunu limitati fiż-żmien billi jeħtieġ li sussegwentement l-objettivi baġitarji fuq perijodu medju jerġgħu jiġu stabbiliti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu appoġġjati minn riformi strutturali li għandhom iwasslu biex is-swieq jaħdmu aħjar u tiżdied il-kompetittività.
5.6 Għandha tinħoloq koerenza kbira bejn il-pjan għall-irkupru ekonomiku u l-oqsma ewlenin tal-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u x-xogħol (persuni, ekonomija, infrastruttura u enerġija, riċerka u innovazzjoni). Il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru ekonomiku u għall-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. L-adozzjoni tal-kapitolu dwar l-Istati Membri, li jiġbor fih il-progress imwettaq mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona, ser issir is-sena d-dieħla (1). Il-pjan għall-irkupru ekonomiku jinkludi firxa wiesgħa ta’ miżuri dwar dan. Kull gvern huwa mħeġġeġ jagħżel l-iktar miżuri adegwati fosthom.
5.7 Orjentazzjoni importanti oħra tal-pjan għall-irkupru ekonomiku tmur fid-direzzjoni tal-ekonomija “ekoloġika”, jiġifieri prodotti intelliġenti għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. Dan jinkludi l-investimenti fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija, fl-ambjent u fil-ħarsien tal-klima. Il-miżuri għall-promozzjoni ta’ ċerti oqsma milquta mill-kriżi, bħas-setturi tal-karozzi u tal-bini pereżempju, għandhom ikunu koerenti mal-objettivi ambjentali u ta’ ffrankar tal-enerġija.
5.8 Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-pjan għall-irkupru ekonomiku jenfasizza wkoll il-bżonn ta’ azzjoni globali li tinkludi l-pajjiżi emerġenti sabiex jerġa’ jinkiseb it-tkabbir ekonomiku.
6. Valutazzjoni inizjali tal-KESE
6.1 Valutazzjoni kwalitattiva
6.1.1 Id-dokument tal-Kummissjoni jidentifika b’mod adegwat l-isfidi, l-azzjonijiet meħtieġa u l-bżonnijiet. Jeħtieġ li l-Ewropa tieħu azzjoni f’waqtha, kunfidenti, iffukata u ambizzjuża. L-Ewropa għandha tkun konxja tal-importanza tagħha u taqdi r-rwol tagħha bis-sħiħ fix-xena internazzjonali.
6.1.2 Il-fiduċja u d-domanda għandhom jissaħħu sabiex is-sitwazzjoni ma tibqax sejra lura. B’mod speċjali, l-effetti negattivi tal-kriżi fuq is-suq tax-xogħol u fuq l-iktar membri dgħajfa tas-soċjetà għandhom jiġu miġġielda b’determinazzjoni. It-taħlita ta’ politiki makroekonomiċi ma offriet l-ebda soluzzjoni adattata għall-problemi attwali għax ma kkunsidratx ir-rwol tad-domanda interna fiċ-ċiklu ekonomiku. Għalkemm ftit tard, il-Kummissjoni qiegħda tirrikonoxxi r-rwol attiv tal-politika baġitarja u monetarja fit-tisħiħ tad-domanda, rwol li l-KESE ilu s-snin jenfasizza u li għandu jingħata l-istess importanza assenjata lill-miżuri marbutin mal-offerta għall-promozzjoni tal-kompetittività. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-aħħar għarfu li l-politika baġitarja trid tistabbilixxi miżuri wiesgħa billi l-effettività tal-miżuri tal-politika monetarja hija limitata immens fis-sitwazzjoni attwali.
6.1.3 F’dan il-kuntest ta’ min isemmi r-referenza tal-Kummissjoni għall-flessibbiltà mtejba tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir mir-riforma tiegħu fl-2005 lil hawn. Skont il-Kummissjoni din il-flessibbiltà għandha tintuża fis-sitwazzjoni attwali. Dan ifisser li fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali attwali, jiġifieri żmien bi kriżi finanzjarja u riċessjoni simultanji, huwa kkunsidrat loġiku li l-limitu tad-defiċit baġitarju ta’ 3 % jinqabeż b’mod temporanju.
6.1.4 Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tenfasizza r-rwol pożittiv li jista’ jaqdi l-BĊE għall-appoġġ tal-ekonomija reali. Il-Kummissjoni tirreferi għall-kontribut sinifikanti li ta l-BĊE għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq permezz tas-self lill-banek kif ukoll fir-rigward tal-likwidità u tat-tnaqqis tar-rati tal-imgħax.
6.1.5 Huwa ovvju li ġaladarba nkunu għelibna l-kriżi, ser ikollna nerġgħu nikkunsidraw l-objettivi fuq perijodu medju tal-politika baġitarja sabiex l-istabbiltà tal-finanzi pubbliċi ma tkunx mhedda. Meta dan isir, m’għandniex nerġgħu nimponu piż eċċessiv fuq il-fattur tax-xogħol jew obbligi inaċċettabbli fir-rigward tal-infiq. Għalhekk ikun xieraq li nibdew naħsbu minn issa f’approċċi li pereżempju jwasslu għal sorsi ġodda ta’ dħul. Fost affarijiet oħra, li l-infiq tal-Gvern jerġa’ jmur lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi m’għandux jiġi kkunsidrat bħala għan fih innifsu. F’sitwazzjoni fejn il-popolazzjoni qed tixjieħ u fejn l-istandards soċjali huma għoljin, bħalma huwa l-każ tal-mudell soċjali Ewropew, livell ogħla ta’ nfiq statali mhuwiex neċessarjament ħaġa ħażina. Barra minn hekk, l-infiq statali ta’ pajjiżi li huma mfaħħra għas-suċċess tal-istrateġija ta’ flessigurtà tagħhom huwa ogħla mill-medja.
6.1.6 Huwa essenzjali li l-miżuri nazzjonali ma jkunux biss ikkomplementati b’miżuri Ewropej iżda li l-azzjonijiet fiż-żewġ livelli jkunu kkoordinati. B’hekk għandhom jinkisbu effetti pożittivi ta’ spillover transkonfinali u l-problema tal-abbuż jew “freeloading” tiġi solvuta. Il-pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-pjan ta’ rkupru jistgħu jnaqqsu l-impatt tal-miżuri. Fl-istess ħin il-pajjiżi li jimpenjaw ruħhom b’mod attiv għall-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija jġarrbu r-riskju li jiġu kkritikati għad-defiċit tagħhom. B’hekk l-idea ġenerali hija li l-Istati Membri, li minħabba d-daqs tagħhom għandhom impatt sinifikanti fuq l-istampa globali u li għandhom flessibbiltà baġitarja ikbar, għandhom jerfgħu responsabbiltà ikbar.
6.1.7 Aspett pożittiv tad-dokument huwa l-fatt li l-parti dwar it-tħeġġiġ tat-tkabbir tinkludi l-objettivi marbutin mal-ambjent, il-bidla fil-klima u l-enerġija. Barra minn hekk, id-dokument mhuwiex limitat għall-pajjiżi li laħqu livell għoli ta’ żvilupp. Mill-perspettiva globali, l-oppożizzjoni fir-rigwad ta’ miżuri protezzjonisti mhux iġġustifikati hija sinifikanti wkoll.
6.2 Valutazzjoni kwantitattiva
6.2.1 F’din l-opinjoni l-KESE għandu l-intenzjoni li jillimita ruħu għal valutazzjoni makroekonomika ġenerali. Madankollu ser ikompli bil-ħidma tiegħu u ser jeżamina u jevalwa l-proposti u d-deċiżjonijiet bir-reqqa f’opinjoni oħra. F’dan il-kuntest hemm bżonn li jiġu diskussi ċerti bidliet fil-qasam tal-liġi dwar is-sussidji, kif ukoll il-modifiki tar-regoli tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Uħud mill-miżuri tal-ġabra wiesgħa ta’ strumenti li għandha l-Kummissjoni ser ikollhom jiġu eżaminati b’mod kritiku. Dawn ser jinkludu t-tnaqqis nonkontroversjali tal-infiq soċjali u tal-VAT fuq is-servizzi li jimpjegaw ħafna nies. Il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ sussidju u appoġġ mal-kompetizzjoni għandha tiġi analizzata wkoll.
6.2.2 Billi l-pjan ta’ rkupru ekonomiku għandu jiġi appoġġjat minn riformi strutturali, jeħtieġ li dawn ma jmorrux kontra l-objettiv tal-istimolu tad-domanda. Ir-riformi strutturali għandhom pjuttost jitfasslu b’tali mod li jkunu soċjalment aċċettabbli u favorevoli għat-tkabbir u l-impjiegi.
6.2.3 Punt ta’ kritika huwa l-fatt li s-somma ta’ EUR 200 biljun għal sentejn tidher ferm ikbar milli hija fil-verità. Fir-realtà tinkludi ħafna inqas “flus ġodda”. Parti mill-finanzjament li għandu jiġi mill-baġit tal-UE u tal-Bank Ewropew tal-Investiment tikkonsisti minn ħlasijiet li diġà kienu ppjanati. Fil-każ tar-riżorsi nazzjonali, ħafna drabi dawn mhumiex proġetti ġodda addizzjonali iżda pjuttost għadd ta’ miżuri li kienu ġew ippjanati jew saħansitra adottati mill-gvernijiet nazzjonali anke qabel ma tfassal il-pjan ta’ rkupru tal-UE.
7. Riorganizzazzjoni tas-swieq finanzjarji
7.1 Żewġ kriżijiet waħda wara l-oħra huma raġuni suffiċjenti għal regolazzjoni ġdida tas-swieq tax-xogħol, jiġifieri tat-tranżazzjonijiet, tal-prodotti, tal-parteċipanti, tas-superviżjoni, tal-aġenziji ta’ rating, eċċ., kemm fl-UE u partikolarment fil-livell globali. Dan huwa neċessarju sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fil-korpi finanzjarji, il-fiduċja bejn l-istituzzjonijiet u dik tal-investituri u l-konsumaturi. Riforma tas-swieq finanzjarji u l-istabbiliment mill-ġdid tat-tħaddim effettiv tagħhom huma żewġ elementi essenzjali sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom bħal qabel, li jikkonsisti mill-appoġġ tal-ekonomija reali u l-iżgurar tas-suċċess tal-miżuri mmirati lejn l-irkupru ekonomiku.
7.2 L-Ewropa adottat ħafna mill-iżviluppi mnedija fl-Istati Uniti mingħajr l-ebda analiżi kritika, mill-introduzzjoni tal-hekk imsejħa innovazzjonijiet finanzjarji għall-finanzjament tal-iskemi tal-pensjoni sar-regoli dwar il-kontijiet tal-kumpaniji, u l-konsegwenzi negattivi ta’ dan huma evidenti llum. Fil-ġejjieni jeħtieġ li tingħata importanza ikbar lill-metodi, punti qawwijin, esperjenza u tradizzjonijiet Ewropej, li għandhom jinkludu forom speċifiċi ta’ entitajiet tan-negozju bħall-kooperattivi. Għal dan il-għan għandha tintuża iktar il-“massa kritika” taż-żona tal-Ewro, li żviluppat bis-saħħa tal-proċess ta’ tkabbir. Is-Summit tal-G-20 f’Washington ta sinjali pożittivi u dak li nkiseb permezz ta’ dan is-summit għandu jkompli jiġi żviluppat sas-summit li jmiss li ser isir f’Londra fit-2 ta’ April 2009.
7.3 Il-ħtieġa ta’ riorganizzazzjoni u ta’ sistema ġdida ta’ regolazzjoni tas-swieq finanzjarji mhix indirizzata fil-pjan għall-irkupru ekonomiku tal-Kummissjoni. Il-KESE jittama li l-unika raġuni għal dan hija li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tadotta l-inizjattiva għall-monitoraġġ tas-swieq finanzjarji tal-UE f’Lulju 2009. It-tfassil il-ġdid tar-regoli għandu jqis l-istudji akkademiċi li juru li s-swieq spekulattivi sistematikament jisparaw fiż-żewġ direzzjonijiet hekk kif l-istint tal-merħla jieħu l-kontroll, u mhux biss minħabba l-kummerċ ibbażat fuq il-mudelli informatiċi u s-sistemi ta’ teħid ta’ deċiżjoni użati mill-parteċipanti ewlenin tas-suq. Il-KESE jirriżerva d-dritt li jressaq il-kummenti u l-proposti tiegħu f’dan ir-rigward iktar ’il quddiem u b’rabta ma’ dan jiġbed l-attenzjoni għall-konferenza intitolata “Rien ne va plus” — Kif nistgħu nerġġħu nibnu l-Ekonomija tas-Suq Soċjali Ewropea wara l-Kollass tal-“Kapitaliżmu ta’ Każinò”, li ser jorganizza fi Brussell fit-22 u t-23 ta’ Jannar 2009.
Brussell, il-15 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Għal iktar informazzjoni dwar dan il-pakkett ta’ miżuri, ara l-istqarrija tal-istampa “Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi” (IP/08/1987).
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/75 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien
COM(2008) 618 finali — 2008/0188 (COD)
(2009/C 182/16)
Nhar il-5 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien
COM(2008) 618 finali — 2008/0188 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u tal-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), b’192 vot favur u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/76 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata)
COM(2008) 690 finali — 2008/0213 (COD)
(2009/C 182/17)
Nhar it-8 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(Verżjoni kkodifikata)
COM(2008) 690 finali — 2008/0213 COD.
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u tal-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), b’186 vot favur, vot kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
|
4.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/77 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każtal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Verżjoni kkodifikata)
COM(2008) 691 finali — 2008/0206 (CNS)
(2009/C 182/18)
Nhar id-19 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 94 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Verżjoni kkodifikata)
COM(2008) 691 finali — 2008/0206 (CNS).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), b’180 vot favur, 2 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI