ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.177.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
30 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 177/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 177/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 177/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

5

2009/C 177/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

2009/C 177/05

Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b’applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

15

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 177/06

Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma tal-2009 u l-2010 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

16

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 177/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5564 – Raiffeisen Leasing/SAG/Advisory House/The Mobility House JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

 

Rettifika

2009/C 177/08

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 174 28.7.2009)

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 177/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.1.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 9/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Anglo-Irish Bank

Il-bażi legali

The Credit Institutions (Financial Support) Act 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: 1 500 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Minister, acting on behalf of the Government, in accordance with the Act

Department of Finance

Government Building

Upper Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.2.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 61/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Change of ownership of Anglo Irish Bank Corporation plc

Il-bażi legali

The Anglo-Irish Bank Corporation Act 2009

It-tip tal-miżura

L-għan

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Minister, acting on behalf of the Government, in accordance with the Act

Department of Finance

Government Building

Upper Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 326/09

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Garantiju shēmas bankām Latvijā pagarināšana

Il-bażi legali

Government Regulation on “Procedure for Issuing and Supervision of Guarantees for Bank Loans”

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: 2 400 miljun LVL

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2009–31.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Smilšu 1

Rīga, LV-1919

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Lulju 2009

2009/C 177/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4104

JPY

Yen Ġappuniż

133,86

DKK

Krona Daniża

7,4451

GBP

Lira Sterlina

0,86110

SEK

Krona Żvediża

10,5849

CHF

Frank Żvizzeru

1,5268

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7890

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,540

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,75

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7020

PLN

Zloty Pollakk

4,1928

RON

Leu Rumen

4,2183

TRY

Lira Turka

2,0975

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7220

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5335

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9307

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1457

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0353

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 752,15

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1778

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6350

HRK

Kuna Kroata

7,3420

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 043,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,9836

PHP

Peso Filippin

67,859

RUB

Rouble Russu

44,2170

THB

Baht Tajlandiż

47,989

BRL

Real Brażiljan

2,6679

MXN

Peso Messikan

18,7160

INR

Rupi Indjan

68,3000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/5


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 177/03

Għajnuna Nru: XA 74/09

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Kennisverbreding biologische landbouw ten behoeve van omschakeling van gangbare landbouw naar biologische landbouw.

Bażi legali: Artikel 21:13 van de Wet tot vaststelling van de begrotingsstaten van het Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (XIV) voor het jaar 2009.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 0,1 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mill-iktar fis possibbli, skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Mid-data mniżżla iktar 'il fuq sa u inkluż l-1.1.2012

Għan tal-għajnuna: Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat li jagħtu informazzjoni dwar kif għandhom jitmexxew il-farms organiċi u sabiex jistħarrġu s-suq għall-prodotti organiċi bażiċi. Dawn il-laqgħat qegħdin jiġu organizzati f’diversi postijiet madwar il-pajjiż u l-bdiewa kollha interessati li għandhom farms żgħar jew ta' daqs medju mhumiex mitluba jħallsu biex jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat, skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għan ta’ din l-għajnuna huwa li l-bdiewa parteċipanti jingħataw informazzjoni u pariri. Fil-laqgħat il-bdiewa għandhom jirċievu informazzjoni u pariri li jistgħu jgħinuhom inaqqsu d-diffikultajiet li l-bdiewa jħabbtu wiċċhom magħhom huma u jibdlu għall-biedja organika. Dan il-parir huwa għalhekk meqjus bħala skambju tal-għarfien skont l-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jgħin fl-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat u għalhekk ma jagħmel l-ebda ħlasijiet fi flus direttament lill-bdiewa, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jgħin ukoll fit-twaqqif ta’ sit li jkun fih l-informazzjoni rilevanti għall-bdiewa li huma interessati li possibilment jibdlu għall-biedja organika. Dan il-kontribut huwa konformi mal-Artikolu 15(2)(d)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur(i) kkonċernat(i): L-impriżi tal-agrikoltura primarja kollha li jipproduċu prodotti msemmija fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajuna:

Ministerie van Landbouw

Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

Sit: http://www.minlnv.nl/portal/page?_pageid=116,1640827&_dad=portal&_schema=PORTAL

(inżel sal-aħħar ta’ din il-paġna)

Tagħrif ieħor: Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat li jagħtu informazzjoni dwar kif għandhom jitmexxew il-farms organiċi u sabiex jistħarrġu s-suq għall-prodotti organiċi bażiċi. Dawn il-laqgħat qegħdin jiġu organizzati f’diversi postijiet madwar il-pajjiż u l-bdiewa kollha interessati li għandhom farms żgħar jew ta' daqs medju mhumiex mitluba jħallsu biex jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat, skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għan ta’ din l-għajnuna huwa li l-bdiewa parteċipanti jingħataw informazzjoni u pariri. Fil-laqgħat il-bdiewa għandhom jirċievu informazzjoni u pariri li jistgħu jgħinuhom inaqqsu d-diffikultajiet li l-bdiewa jħabbtu wiċċhom magħhom huma u jibdlu għall-biedja organika. Dan il-parir huwa għalhekk meqjus bħala skambju tal-għarfien skont l-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jgħin fl-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat u għalhekk ma jagħmel l-ebda ħlasijiet fi flus direttament lill-bdiewa, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

Il-Ministeru tal-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel qiegħed jgħin ukoll fit-twaqqif ta’ sit li jkun fih l-informazzjoni rilevanti għall-bdiewa li huma interessati li possibilment jibdlu għall-biedja organika. Dan il-kontribut huwa konformi mal-Artikolu 15(2)(d)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Għajnuna Nru: XA 78/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titolu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Fedacova

Bażi Legali: Propuesta de Resolución del expediente acogido a la linea “Programas intersectoriales en materia de tributos y valores de la Calidad Agroalimentaria”

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 145 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Minn dakinhar li n-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni tkun ippublikata fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Diċembru 2009

Għan tal-għajnuna: Li jiġu organizzati laqgħat ta' diskussjoni dwar il-kwalità tal-ikel, is-sikurezza tal-ikel u l-prodotti tal-ikel tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia; li jiġu ppubblikati l-proċedimenti tal-laqgħa ta’ diskussjoni; l-istudji u r-rapporti tekniċi: li jiġu deskritti l-fatturi tas-settur tal-prodotti agrikoli tal-ikel; li tiġi analizzata l-kompetizzjoni tas-settur; ir-rapporti, in-noti u d-dokumentazzjoni teknika, informattiva u edukattiva; li l-istudju tas-settur tal-prodotti agrikoli tal-ikel tal-Komunità Awtonoma ta' Valencia jiġu ppjanati u ddisinjati; li jsir it-taħriġ: li jiġu organizzati korsijiet dwar is-sistema tal-kontroll proprju tal-HACCP għall-għasel ippakkjat; li jiġu ddisinjati u applikati prerekwiżiti tal-iġene, tat-traċċabbiltà u tal-HACCP fl-ażjendi tas-settur tal-prodotti agrikoli tal-ikel; is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-ikel; tas-sit dwar id-deskrizzjoni tal-fatturi tas-settur tal-prodotti agrikoli tal-ikel; li jattendu fieri u forums li fihom isir skambju ta’ għarfien bejn l-intrapriżi.

L-attivitajiet imniżżlin fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Settur(i) kkonċernat(i): L-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju dwar il-prodotti agrikoli tal-ikel fil-Komunità Awtonoma ta' Valencia.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura

Pesca y Alimentación

C/Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Sit: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/FEDACOVA.pdf

Tagħrif ieħor: —

Direttur Ġenerali għall-Kummerċ

Marta VALSANGIACOMO GIL

Għajnuna Nru: XA 92/09

Stat Membru: Il-Ġermanja

Reġjun: Rhineland-Palatinate

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen nach der Beihilfesatzung der Tierseuchenkasse Rheinland-Pfalz

Bażi legali: “Beihilfesatzung der Tierseuchenkasse von Rheinland-Pfalz über die Gewährung von Beihilfen” (abbozz mhux ippubblikat)

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 3,3 miljun fi spejjeż totali li jaqgħu taħt l-iskema

Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nre 1857/2006, l-aktar kmieni 1.1.2009

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: Mard tal-bhejjem (Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Appoġġ tekniku fis-settur agrikolu- Is-servizzi konsultattivi dwar is-saħħa tal-bhejjem (Artikolu 15(2)(c) Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur(i) kkonċernat(i): A104 – Produzzjoni tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Tierseuchenkasse Rheinland-Pfalz

Anstalt des öffentlichen Rechts

Burgenlandstraße 7

55543 Bad Kreuznach

DEUTSCHLAND

Websajt: http://www.lwk-rlp.de/bilder/mediafile_9137_Beihilfesatzung_2009_INTERNET_.pdf

Informazzjoni oħra: L-għajnuna kollha li taqa' taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 se titħallas b'konnessjoni mal-mard tal-bhejjem koperti mill-Komunità jew minn dispożizzjonijiet legali nazzjoni jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

L-għajnuna b'konnessjoni ma' mard tal-bhejjem titħallas biss għat-telf ta' bhejjem li jidhru fil-lista ta' mard tal-bhejjem stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa tal-Annimali u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE, li ġiet stabbilita tifqigħa tagħhom mill-awtoritajiet veterinarji rilevanti.

L-għajnuna mhijiex relatata ma’ mard tal-bhejjem fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi għall-ħlasijiet speċifiċi għall-miżuri ta’ kontroll.

L-għajnuna ma għandhiex x'taqsam ma' miżuri li l-ispejjeż tagħhom, skont il-liġi Komunitarja, għandhom jinġarru mill-impriżi agrikoli stess.

Għajnuna Nru: XA 95/09

Stat membru: Ir-Renju ta' Spanja

Reġjun: Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: “Subvenciones destinadas al fomento de las Agrupaciones de Defensa Sanitaria Ganaderas de Canarias”

Bażi legali: “Proyecto de Orden de la Consejería De Agricultura, Ganadería, Pesca Y Alimentación por la que se convocan, durante el ejercicio de 2009, las subvenciones destinadas al fomento de las Agrupaciones de Defensa Sanitaria Ganaderas de Canarias.”

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema: EUR 600 432

intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 3 tal-abbozz tal-Ordni ta’ hawn fuq, l-ammont tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1 jista' jkopri sa 75 % tal-ispiża tal-programm. Skont l-Artikolu 5(3) tad-Digriet Irjali Nru 428/2003 tal-11 ta' April 2003, l-approprjazzjonijiet allokati għall-azzjonijiet speċifikati fis-sejħa għall-offerta mill-Ministru għall-Ambjent, u għall-Affarijiet Rurali u Marittimi jistgħu jkopru sa 50 % biss tal-ispiża globali tal-programm. L-approprjazzjonijiet allokati mill-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji jistgħu jissupplimentaw dak l-ammont sar-rata massima permessa.

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna eliġibbli ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti ta’ flus; l-għajnuna tingħata lill-benefiċjarji f'forma ta' servizzi ssussidjati, li għandhom ikunu aċċessibli għal persuni eliġibbli kollha fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti oġġettivament.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja tal-għajnuna individwali: Mis-7.10.2008 sas-6.10.2009 inklużi jew sakemm il-fondi (EUR 600 432) jkunu ġew eżawriti

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jiġifieri l-qerda tal-mard tal-annimali jew tal-pjanti u l-infestazzjonijiet tal-pesti.

Subimpriża (speċijiet)

Tip ta' subimpriża

Bhejjem

BHEJJEM BOVINI

Tnissil tal-bhejjem bovini għall-ħalib jew għal-laħam jew imħallta

Nru ta' bhejjem maskili għat-tnissil

Nru ta' bhejjem femminili għat-tnissil

 

Impriżi ta' produzzjoni

Nru ta' bhejjem

NAGĦAĠ/MOGĦOŻ

Tnissil għall-ħalib jew għal-laħam jew imħallta

Nru ta' bhejjem maskili għat-tnissil

Nru ta' bhejjem femminili għat-tnissil

MAJJALI

Produzzjoni

Nru ta' ħnieżer maskili

Nru ta' ħnieżer femminili

TJUR TAL-BAJD

Produzzjoni tal-bajd

Nru ta' tiġieġ

 

Bhejjem għall-produzzjoni tal-bajd

Nru ta' għattuq

TJUR GĦAL-LAĦAM

Produzzjoni tal-laħam

Nru ta' tiġieġ preżenti

FNIEK

Produzzjoni tal-laħam

Nru ta' bhejjem maskili għat-tnissil

Nru ta' bhejjem femminili għat-tnissil

NAGĦAM

Produzzjoni tal-laħam

Nru ta' bhejjem għat-tnissil

DROMEDARJI

 

Numru totali ta' bhejjem

NAĦAL

 

Numru totali ta' ġarar

Il-programmi tas-saħħa se jiġu implimentati f'impriżi li huma membri tal-ADSG, li jridu jitniżżlu fir-Reġistru tal-Gżejjer Kanarji tal-impriżi tal-bhejjem b'dejta aġġornata kif xieraq, li l-unika referenza għalihom għandha tkun il-konsenji bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar 2009, skont l-Artikolu 4(3) tad-Digriet Irjali Nru 479/2004 tas-26 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi u jirregola ir-Reġistru tal-impriżi tal-bhejjem tat-trobbija.

L-impriżi jistgħu jagħmlu parti minn ADGS wieħed biss, sakemm ma jkunx grupp ta' tip differenti.

A.

spejjeż imġarrba mill-veterinarji responsabbli għall-programmi tas-saħħa;

B.

Spejjeż għall-prodotti mediċinali wżati fl-implimentazzjoni tal-programmi tas-saħħa, fosthom dawk għat-testijiet ta' analiżi u t-testijiet djanjostiċi, u dak kollox li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni normali tal-impriża.

Settur(i) kkonċernat(I): L-impriżi tal-bhejjem li huma membri ta' grupp ta' difiża tas-saħħa tal-bhejjem (ADSG).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación (Dirección General de Ganadería)

Edificio Usos Múltiples II

Avda. José Manuel Guimerá, 8, 3a planta

38071 Santa Cruz de Tenerife

ESPAÑA

Websajt: http//www.gobiernodecanarias.org/agricultura/otros/reglamento_CE_pymes.htm

Għajnuna Nru: XA 106/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Cantabria

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a la reposición de ganado bovino, ovino y caprino después de la realización del vacío sanitario.

Bażi legali: Orden DES/12/2008, de 7 de marzo, por la que se establecen normas de control sanitario y de desarrollo de las Campañas de Saneamiento de la Cabaña Bovina Ovina y Caprina

Orden de 1 de junio de 2001, por la que se regula la realización de vaciados sanitarios en las explotaciones de ganado bovino, ovino y caprino en el marco de las campañas de saneamiento.

Orden DES/66/2008, de 24 de noviembre, por la que se establecen las bases reguladoras y se convocan para el año 2009 ayudas a la reposición de las explotaciones de ganado vacuno, ovino y caprino, objeto de vaciado sanitario

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 600 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont tal-għajnuna jvarja bejn EUR 240, EUR 600 u EUR 800 skont il-valur ġenetiku tal-annimal sostitwit. L-ammont medju ta’ għajnuna għal kull annimal, magħdud mal-kumpens għall-qatla u magħdud mal-kumpens għall-valur tal-laħam, f’ebda każ ma għandu jkun ogħla mill-valur medju ġġustifikat tal-annimali mixtrija minn min jitlob l-għajnuna.

L-ogħla għadd ta’ annimali eliġibbli għall-kumpens għandu jkun 75 % tal-medja taċ-ċensimenti tal-azjenda fit-tliet snin preċedenti għall-qtil għal raġunijiet ta’ saħħa.

L-ogħla ammont li jista’ jingħata għal kull applikant hu ta’ EUR 59 999

Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hu li jikkumpensa lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għal telf li jġarrbu minħabba l-qtil ta' bovini għat-tgħammir ta' razez li jipproduċu l-laħam u l-ħalib, tan-nagħaġ u tal-mogħoż biex jiġu implimentati l-Programmi Nazzjonali ta' Qrid ta' annimali, u li jiffaċilita s-sostituzzjoni tal-annimali sabiex l-istokk tal-annimali tat-tgħammir jerġa' jitla' għal dak li kien qabel ma faqqgħet il-marda, b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Din l-għajnuna tingħata fl-ambitu tal-ġlieda kontra l-mard kopert mill-programmi Nazzjonali ta' Qrid ta' annimali, b'mod partikolari t-tuberkulożi bovina u/jew il-bruċellożi bovina, u għalhekk:

dawn huma mard li l-epidemija tagħhom tkun ġiet rikonoxxuta mill-awtoritajiet pubbliċi;

l-għajnuna tikkostitwixxi parti minn programm ta' qrid ta' annimali obbligatorju Komunitarju, nazzjonali u reġjonali;

l-għajnuna ma tingħatax fir-rigward ta’ miżuri li l-ispejjeż tagħhom għandhom jifduhom l-azjendi agrikoli;

ma jikkonċernawx mardiet li għalihom il-leġiżlazzjoni Komunitarja timponi ħlasijiet speċifiċi għal miżuri ta’ kontroll;

l-annimali għandhom ikunu ġew maqtula minħabba raġunijiet uffiċjali ta’ saħħa, bis-suppożizzjoni li fl-azjenda agrikola jkun sar qtil sanitarju minħabba raġunijiet uffiċjali ta' saħħa.

l-iskema ta' għajnuna hija skont ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 10(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Minn din l-għajnuna jistgħu jibbenefikaw biss dawk l-azjendi agrikoli li huma meqjusa bħala ta' daqs żgħir ħafna, żgħir jew medju.

Spejjeż eliġibbli: il-valur li bih jinxtraw l-annimali li jintużaw għas-sostituzzjoni; l-ammont medju ta’ għajnuna għal kull annimal, magħdud mal-kumpens għall-qatla u magħdud mal-kumpens għall-valur tal-laħam, f’ebda każ ma għandu jkun ogħla mill-valur medju ġġustifikat tal-annimali mixtrija minn min jitlob l-għajnuna.

Setturi ekonomiċi kkonċernati: Trobbija ta' razez bovini li jipproduċu l-laħam u l-ħalib, tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejeria de Desarrollo Rural, Ganaderia, Pesca y Biodiversidad

Dirección General de Ganaderia

C/Gutierrez Solana s/n (Edificio Europa)

39011 Santander

ESPAÑA

L-indirizz tas-sit elettroniku: http://boc.gobcantabria.es/boc/datos/MES%202008-12/OR%202008-12-04%20235/PDF/16375-16378.pdf

Tagħrif ieħor: —


30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 177/04

Għajnuna Nru: XA 107/09

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Il-Fjandri

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Steunpunt Levend Erfgoed vzw

Bażi ġuridika: Decreet van 19 december 2008 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2009

Koninklijk besluit van 20 oktober 1992 betreffende de verbetering van de schapen- en geitenrassen

Ministerieel besluit van 21 oktober 1992 betreffende de verbetering van de schapen- en geitenrassen

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,01 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma ta' kotba tal-merħla.

L-intensità massima tal-għajnuna hija 100 % biex ikunu koperti l-ispejjeż tat-testijiet tat-TSE.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' Mejju u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitfasslu kull sena. Għad irid jitfassal abbozz ta' digriet ta' implimentazzjoni, li sejjer jinkludi “klawżola ‘standstill’”.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: L-għajnuna sejra tingħata fil-perjodu li jintemm fil-31.12.2009.

L-għan tal-għajnuna: L-assoċjazzjoni rreġistrata Steunpunt Levend Erfgoed vzw (SLE) – “Ċentru ta′ Appoġġ għall-Patrimonju Ħaj” iżżomm il-kotba tal-merħla għal tmien razez ta’ nagħaġ rari. Għadd żgħir ta’ razez, mis-settur tat-tgħammir tal-bhejjem żgħar li jixtarru jew minn setturi oħra tat-tgħammir, jistgħu jiżdiedu fl-2009. L-SLE tindika li se tuża l-għajnuna biex tħallas l-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla u r-reġistrar tad-dejta tat-twelid u dejta ġenealoġika fid-database, u l-produzzjoni u l-ħruġ ta' ċertifikati ta' razza pura (pedigree) u żootekniċi.

Il-SLE torganizza wkoll testijiet tat-TSE fl-istabbilimenti ta' min irabbi n-nagħaġ.

Parti mill-ispejjeż ta’ min irabbi għandhom jitħallsu permezz tal-għajnuna kkonċernata.

Din l-għajnuna għandha se tingħata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u tissodisfa l-kriterji tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma ta' kotba tal-merħla.

L-Artikolu 16(1)(g): għajnuna sa rata ta’ 100 % tal-ispejjeż għat-testijiet tat-TSE.

L-ammont totali ta’ għajnuna diretta u indiretta, inkluża l-għajnuna Komunitarja, għal testijiet obbligatorji tat-TSE fuq annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem mhuwiex aktar minn EUR 40 għal kull test. Dak l-ammont jirrigwarda l-ispiża totali tat-testjar, inkluż it-test kit u t-teħid, it-trasport, it-testjar, il-ħżin u l-qerda tal-kampjun.

Jeżisti programm intensiv għall-monitoraġġ u r-rimi sikur tal-bhejjem mejta kollha.

L-għajnuna ma tingħatax fil-forma ta’ ħlas dirett ta’ flus lill-produttur.

Settur(i) kkonċernat(i): L-annimali

Isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Sit elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Segretarju Ġenerali

Jules VAN LIEFFERINGE

Għajnuna Nru: XA 108/09

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Il-Fjandri

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Vlaams Interprovinciaal Verbond van Fokkers van Neerhofdieren vzw

Bażi ġuridika: Decreet van 19 december 2008 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2009

Koninklijk besluit van 2 juni 1998 betreffende de zoötechnische en genealogische voorschriften voor de verbetering en de instandhouding van pluimvee- en konijnenrassen

Ministerieel besluit van 17 maart 2005 houdende de erkenning en subsidiëring van organisaties in het kader van de aanmoediging en de verbetering van de pluimvee- en konijnenfokkerij

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,01 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma ta' kotba tal-merħla.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' Mejju u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ digriet ta’ implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitħejjew kull sena. Għad irid jitfassal abbozz ta' digriet ta' implimentazzjoni, li sejjer jinkludi “klawżola ‘standstill’”.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: L-għajnuna sejra tingħata fil-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2009.

Għan tal-għajnuna: L-assoċjazzjoni rreġistrata Vlaams Interprovinciaal Verbond van Fokkers van Neerhofdieren vzw (VIVFN) iżżomm il-kotba tal-merħla u r-reġistri ta' għadd kbir ta' razez tal-fniek u ta' annimali tal-farms.

Il-VIVFN indikat li se tuża l-għajnuna biex tħallas l-ispejjeż amministrattivi tal-ġbir, l-ipproċessar, il-preparazzjoni għall-użu u l-pubblikazzjoni tad-dejta ta' reġistrazzjoni.

L-għajnuna se tingħata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u tissodisfa l-kriterji tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna b’rata massima ta’ 100 % biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

Settur(i) kkonċernat(i): L-annimali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Sit elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Segretarju Ġenerali

Jules VAN LIEFFERINGE

Għajnuna Nru: XA 109/09

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Il-Fjandri

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vlaams Varkensstamboek vzw

Bażi legali: Decreet van 19 december 2008 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2009

Koninklijk besluit van 2 september 1992 betreffende de verbetering van fokvarkens

Ministerieel besluit van 3 September 1992 betreffende de verbetering van de fokvarkens

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont totali ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 0,46 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

Sa 70 % tal-ispejjeż tat-testijiet imwettqa minn jew f'isem il-partijiet terzi, sabiex jiddeterminaw il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem; ma tingħatax eżenzjoni għall-għajnuna fl-ispejjeż tal-kontrolli li jsiru mis-sid tal-bhejjem jew għall-għajnuna fl-ispejjeż tal-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' Mejju u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitfasslu kull sena. Għad irid jitfassal abbozz ta' digriet ta' implimentazzjoni, li sejjer jinkludi klawżola “ta' waqfien totali”.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Is-sussidju se jingħata fil-perjodu sal-31.12.2009.

Għan tal-għajnuna: Il-Vlaams Varkensstamboek (VVS) hija assoċjazzjoni mhux għall-profitt rikonoxxuta li żżomm il-kotba tal-merħla għad-diversi razez ta' ħnieżer. Hija tispeċifika li se tuża l-għajnuna sabiex tħallas l-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla, id-dħul f'bażi tad-dejta tad-data tat-twelid u r-rekords ġenealoġiċi, u l-produzzjoni u l-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi u tar-razza.

Il-VVS twettaq ukoll testijiet sabiex tiddetermina l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem tat-tnissil. Isiru tliet tipi ta' testijiet:

L-għajnuna trid tingħata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u tissodisfa l-kundizzjonijiet tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

L-Artikolu 16(1)(b): għajnuna sa rata ta' 70 % tal-ispejjeż għal testijiet imwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, sabiex jiddeterminaw il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni tal-kontrolli mwettqa minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib.

Settur(i) konċernat(i): Il-bhejjem

Isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Sit elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Segretarju Ġenerali

Jules VAN LIEFFERINGE

Għajnuna Nru: XA 110/09

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Il-Fjandri

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem tal-impriża li tirċievi l-għajnuna: Vlaamse Confederatie van het Paard vzw

Bażi legali: Decreet van 19 december 2008 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2009

Koninklijk besluit van 10 december 1992 betreffende de verbetering van paardachtigen

Ministerieel besluit van 23 December 1992 betreffende de verbetering van paardachtigen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont totali tal-għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 0,08 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista’ tingħata mill-1 ta’ Mejju u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ digriet ta’ implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitħejjew kull sena. Għad irid jiġi mfassal abbozz ta’ digriet implimentattiv, u dan se jinkludi klawżola “ta' waqfien totali”.

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Is-sussidju se jingħata fil-perjodu sal-31.12.2009.

Għan tal-għajnuna: Il-korp approvat Vlaamse Confederatie van het Paard vzw (VCP) jispeċifika li s-sussidju se jintuża sabiex ikopri l-ispejjeż amministrattivi involuti fl-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla taż-żwiemel u l-ħmir.

L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u tissodisfa l-kundizzjonijiet tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna b’rata massima ta’ 100 % biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

Settur(i) kkonċernat(i): Il-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Sit elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Segretarju Ġenerali

Jules VAN LIEFFERINGE

Għajnuna Nru: XA 111/09

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Il-Fjandri

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Kleine Herkauwers Vlaanderen vzw

Bażi legali: Decreet van 19 december 2008 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2009

Koninklijk besluit van 20 oktober 1992 betreffende de verbetering van de schapen- en geitenrassen

Ministerieel besluit van 21 oktober 1992 betreffende de verbetering van de schapen- en geitenrassen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont totali tal-għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 0,06 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

L-intensità massima tal-għajnuna hija 100 % sabiex tkopri t-testijiet għat-TSE.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista’ tingħata mill-1 ta’ Mejju u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ digriet ta’ implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitħejjew kull sena. Abbozz ta’ digriet ta’ implimentazzjoni għad irid jitfassal, u se jkun jinkludi klawżola “ta' waqfien totali”.

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Is-sussidju se jingħata fil-perjodu sal-31.12.2009.

Għan tal-għajnuna: L-assoċjazzjoni rreġistrata Kleine Herkauwers Vlaanderen vzw (KHV) (Assoċjazzjoni Fjandra ta' min irabbi l-bhejjem żgħar li jixtarru - korp mhux għall-profitt) iżżomm il-kotba tal-merħla għal ħdax-il razza ta' nagħaġ u ħames razez ta' mogħoż. Fl-2009 għadd ta' razez oħra huma mistennija li jiġu miżjuda. Il-KHV tispeċifika li se tuża l-għajnuna sabiex tħallas l-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla u d-dħul fil-bażi tad-dejta tad-data tat-twelid u r-rekords ġenealoġiċi, u l-produzzjoni u l-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi u tar-razza.

Il-KHV torganizza wkoll testijiet għat-TSE fl-istabbilimenti tagħha ta' min irabbi n-nagħaġ.

Parti mill-ispejjeż ta’ min irabbi għandhom jitħallsu permezz tal-għajnuna kkonċernata.

L-għajnuna għandha tingħata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u tissodisfa l-kundizzjonijiet tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna b’rata massima ta’ 100 % sabiex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma tal-kotba tal-merħla.

Artikolu 16(1)(g): għajnuna sa rata ta’ 100 % tal-ispejjeż għal testijiet għat-TSE.

L-ammont totali ta’ għajnuna diretta u indiretta, inkluża l-għajnuna Komunitarja, għal testijiet obbligatorji għat-TSE fuq annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem mhuwiex aktar minn EUR 40 għal kull test. Dak l-ammont għandu x'jaqsam mal-ispiża totali tat-testijiet, inkluż it-test kit u t-teħid, it-trasport, it-testjar, il-ħżin u l-qerda tal-kampjun.

Jeżisti programm intensiv għall-monitoraġġ u r-rimi sikur tal-bhejjem mejta kollha.

L-għajnuna ma tingħatax fil-forma ta’ ħlas dirett ta’ flus lill-produttur.

Settur(i) kkonċernat(i): Il-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Sit elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Segretarju Ġenerali

Jules VAN LIEFFERINGE


30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/15


Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b’applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2009/C 177/05

OMOLOGAZZJONI TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR TAL-KUMPANIJA B’RESPOSABBILTÀ LIMITATA KAUPTHING BANK LUXEMBOURG S.A.

B’sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2009, it-Tribunal d’Arrondissement ta’ u ġewwa l-Lussemburgu, it-tieni awla (fil-Qorti Distrettwali) fil-kompetenza kummerċjali tiegħu, f’seduta pubblika, wara s-smigħ fil-kamra tal-kunsill tal-amministraturi u tar-rappreżentant tal-kumpanija b’responsabbiltà limitata Kaupthing Bank Luxembourg S.A., tar-rappreżentanti tal-Commission de Surveillance du Secteur Financier u tar-rappreżentant tal-Prosekutur Pubbliku fil-konklużjonijiet tagħhom,

 

“omologa l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-kumpanija Kaupthing Bank Luxembourg S.A. bid-data tas-26 ta’ Mejju 2009 bil-kundizzjoni sospensiva għall-kisba tal-konferma tal-Kummissjoni Ewropea li l-intervent tal-Istat Lussemburgiż fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat inkompatibbli skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea;

 

jgħid illi l-kuntratti u t-Terms and Conditions fl-anness tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni se jiġu implimentati malli jseħħ il-qsim bejn Pillar Securitisation u Banque Havilland maħruġa mill-qsim, bla ħsara għall-firma tagħhom minn kwalunkwe parti terza;

 

jiddikkjara li s-sospensjoni tal-perjodu ta’ ħlas tal-Bank se tieqaf konkomittenti mal-approvazzjoni, min-naħa tal-azzjonisti, tal-proġett ta’ qsim tal-Bank li jirriżulta għad-dissoluzzjoni mingħajr stralċ u l-għeluq tal-Bank bil-kundizzjoni li din il-laqgħa ġenerali issir qabel tmiem is-sospensjoni tal-perjodu ta' ħlas stipulat ġuridikament.'”

Is-sentenza ma tistax tiġi kkontestata la mill-partijiet u lanqas mill-partijiet terzi.

L-Amministraturi

PricewaterhouseCoopers S.àr.l., irrappreżentati mis-Sinjura Emmanuelle Caruel- Henniaux, u l-Avukat Franz Fayot


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/16


Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma tal-2009 u l-2010 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2009/C 177/06

B'dan tiġi avżata t-tnedija ta' sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma Kooperazzjoni, Ideat u Kapaċitajiet tal-2009 u l-2010 tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni:

It-tema

L-identifikatur tas-Sejħa

1.

Is-Saħħa;

FP7-HEALTH-2010-single-stage

FP7-HEALTH-2010-two-stage

FP7-HEALTH-2010-Alternative-Testing

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija

FP7-KBBE-2010-4

3.

It-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

FP7-ICT-2009-5

FP7-2010-ICT-GC

4.

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni

FP7-NMP-2010-LARGE-4 two stage

FP7-NMP-2010-SMALL-4 two stage

FP7-NMP-2010-SME-4 two stage

FP7-NMP-2010-CSA-4

FP7-NMP-2010-EU-USA

FP7-NMP-2010-EU-Mexico

5.

L-Enerġija

FP7-ENERGY-2010-1 two stage

FP7-ENERGY-2010-2

FP7-ENERGY-2010-FET two stage

FP7-ENERGY-2010-INDIA

6.

L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima)

FP7-ENV-2010

7.

It-Trasport

FP7-AAT-2010-RTD-1

FP7-AAT-2010-RTD-RUSSIA

FP7-AAT-2010-RTD-CHINA

FP7-SST-2010-RTD-1

FP7-TRANSPORT-2010-TREN-1

FP7-TPT-2010-RTD-1

8.

Ix-Xjenzi Soċjo-Ekonomiċi u l-Umanistika

FP7-SSH-2010-1

FP7-SSH-2010-2

FP7-SSH-2010-3

FP7-SSH-2010-4

9.

L-Ispazju

FP7-SPACE-2010-1

10.

Is-Sigurtà

FP7-SEC-2010-1

L-approċċi multitematiċi

 

It-Temi:

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;

5.

l-Enerġija;

6.

L-Ambjent (inkluż it-tibdil fil-Klima);

7.

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

u

8.

Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika (flimkien)

FP7-OCEAN-2010

It-Temi:

4.

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni;

5.

l-Enerġija;

6.

L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima)

u

7.

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika) (flimkien)

FP7-2010-GC-ELECTROCHEMICAL- STORAGE

It-Temi:

3.

It-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni;

4.

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni;

5.

L-Enerġija

u

6.

L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima) (koordinat)

FP7-2010-NMP-ENV-ENERGY-ICT-EeB

It-Temi:

3.

It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

u

4.

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni (koordinati)

FP7-2010-NMP-ICT-FoF

It-Temi:

1.

Is-Saħħa;

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija

u

6.

L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima) (koordinat)

FP7-AFRICA-2010

It-Temi:

1.

Is-Saħħa

u

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija (koordinati)

FP7-INFLUENZA-2010

It-Temi:

1.

Is-Saħħa;

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;

4.

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni;

6.

L-Ambjent (inkluż it-tibdil fil-Klima);

7.

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika) (koordinati)

FP7-ERANET-2010-RTD


Il-Programm ta’ Ħidma Ideat:

It-titlu tas-Sejħa

L-identifikatur tas-Sejħa

L-Għotjiet tal-KER għal Riċerkaturi Indipendenti li għadhom qed Jibdew [ERC Starting Independent Researcher Grants]

ERC-2010-StG


Il-Programm Speċifiku Kapaċitajiet:

Parti

L-identifikatur tas-Sejħa

1.

L-Infrastrutturi ta' Riċerka

FP7-INFRASTRUCTURES-2010-1

FP7-INFRASTRUCTURES-2010-2

2.

Ir-Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs

FP7-SME-2010-1

3.

Ir-Reġjuni ta' Għarfien

FP7-REGIONS-2010-1

4.

Il-Potenzjal għar-Riċerka

FP7-REGPOT-2010-1

FP7-REGPOT-2010-5

5.

Ix-Xjenza fis-Soċjetà

FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2010-1

FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2010-UNIV

FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2010-NCP

FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2010-CAREERS

7.

L-Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

FP7-INCO-2010-1

FP7-INCO-2010-2

FP7-INCO-2010-3

FP7-INCO-2010-6

Dawn is-sejħiet għall-proposti jorbtu mal-programmi ta' ħidma adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2009) 5893 tad-29 ta’ Lulju 2009, C(2009) 5928 tad-29 ta’ Lulju 2009, u C(2009) 5905 tad-29 ta’ Lulju 2009.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-

http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5564 – Raiffeisen Leasing/SAG/Advisory House/The Mobility House JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 177/07

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li tikkonsisti f’żewġ operazzjonjiet relatati ma’ xulxin, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Raiffeisen Leasing GmbH (“Raiffeisen Leasing”, l-Awstrija) li huma proprjetà tal-grupp ta’ Raiffeisen Zentralbank Österreich AG, Salzburg AG für Energie, Verkehr und Telekommunikation (“SAG”, l-Awstrija) u The Advisory House GmbH (“Advisory House”, l-Iżvizzera) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża Mobility House GmbH (“Mobility House”, l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ ishma fl-impriża mwaqqfa ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill u jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża ElectroDrive Salzburg GmbH (“ElectroDrive”, l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Raiffeisen Leasing: Negozju ta’ leasing,

għal SAG: kumpanija ta’ servizzi pubbliċi li tforni l-enerġija, il-gass, l-ilma, tisħin distrettwali, trasport, telekommunikazzjoni, TV bil-kejbil, internet, u telefonija,

għal Advisory House: konsulenza indipendenti, prinċipalment attiva fis-settur tal-enerġija,

għal Mobility House: “Green Mobility”: leasing ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku u servizzi ta’ mobilità addizzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5564 – Raiffeisen Leasing/SAG/Advisory House/The Mobility House JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Rettifika

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/20


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 174 tat-28 ta' Lulju 2009 )

2009/C 177/08

F'paġna 1, taħt “In-numru ta' referenza tal-għajnuna”:

minflok:

“NN 71/09.”,

aqra:

“NN 71/08.”.