ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.166.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
18 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2009/C 166/01

Opinjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009 dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2008-2013

1

2009/C 166/02

Opinjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009 dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Awstrija, 2008-2013

7

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 166/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5517 – BNPPIP/CAAM/Fund Channel) ( 1 )

12

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 166/04

Rata tal-kambju tal-euro

13

2009/C 166/05

Opinjoni tal-Kumitat konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u lpożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-30 ta' Novembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-KAŻ COMP/A.37.792 – Microsoft (1) – Relatur: Spanja

14

2009/C 166/06

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-prattiċi restrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-22 ta' Frar 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/A.37.792 – Microsoft (2) – Relatur: Spanja

15

2009/C 166/07

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft (skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

16

2009/C 166/08

Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-27 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft permezz tad-Deċiżjoni C(2005) 4220 finali (Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 764 finali)

20

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 166/09

Impriżi tal-ipproċessar inizjali tat-tabakk rikonoxxuti mill-istati membri

24

2009/C 166/10

L-entitajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta' kuntratti għat-tkabbir tat-tabakk

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 166/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5572 – Barclays/CNP/Barclays Vida y Pensiones) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

32

 

Rettifika

2009/C 166/12

Rettifika għas-sejħa għal proposti – EAC/26/2009 – Prassi u politika msejsa fuq l-evidenza: sejħa għal proposti għall-iżvilupp ta' netwerks ta' inizjattivi ta' senserija ta' għarfien (ĠU C 142, 23.6.2009)

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Lulju 2009

dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2008-2013

2009/C 166/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPNJONI:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, li jkopri l-perijodu 2008 sa 2013.

(2)

Fl-2008, it-tnaqqis li għaddej tal-ekonomija Belġjana intensifika bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. B’mod partikolari, il-waqgħa tal-kummerċ dinji flimkien mal-fiduċja li dejjem qiegħda tonqos, l-effetti fuq l-għana u kondizzjonijiet ta’ kreditu aktar stretti wasslu għal tnaqqis qawwi tal-ekonomija fl-aħħar kwart tal-2008 u l-ewwel kwart tal-2009. Barra minn hekk, fl-2009 b’mod ġenerali, il-PDG hu mistenni jonqos f’daqqa. Dan hu mbassar li jwassal għal żieda f’daqqa fir-rata tal-qgħad, għal aktar minn 10 % fl-2010 skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. L-isfidi politiċi ewlenin fit-tnaqqis tar-ritmu ekonomiku huma li jerġa’ jinġieb lura t-tħaddim normali tas-settur finanzjarju, tinġieb lura l-fiduċja biex issostni t-talba domestika u titjieb il-kompetittività. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ser ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi, bid-defiċit ġenerali tal-gvern stipulat li jiddeterjora minn 1,2 % tal-PDG fl-2008 għal ’il fuq minn 6 % tal-PDG fl-2010 skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Dan hu kkaġunat minħabba t-tħaddim normali tal-istabbilizzaturi awtomatiċi u l-impatt tal-pjanijiet ta’ rkupru adottati mill-gvernijiet federali u reġjonali fl-aħħar tal-2008 (0,5 % tal-PDG fl-2009 u 0,4 % tal-PDG fl-2010). Dawn il-pjanijiet jiġu qabel miżuri oħrajn ta’ madwar 0,4 % tal-PDG diġà inklużi fil-baġit għall-2009. Il-miżuri ewlenin tal-pjanijiet ta’ rkupru huma tnaqqis tar-rata fiskali fuq ix-xogħol, tnaqqis tar-rata tal-VAT għall-bini residenzjali, antiċipazzjoni ta’ investiment pubbliku u d-dispożizzjoni ta’ sostenn ta’ likwidità għall-korporazzjonijiet. Il-gvern implimenta għadd limitat ta’ riformi strutturali, jiġifieri għat-titjib tat-tħaddim tas-suq tax-xogħol.

(3)

Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu jissejjes il-programm jipprevedi li, wara tkabbir b’1,1 % fl-2008, il-PDG reali ser jonqos b’1,9 % fl-2009 qabel ma jirkupra għal rata ta’ tkabbir ta’ 0,6 % fl-2010 u rata medja ta’ madwar 2¼ % matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Meta jiġi vvalutat skont l-informazzjoni disponibbli (2) bħalissa, dan ix-xenarju jidher li huwa favorevoli ħafna. It-tkabbir imbassar għall-2009 kif ukoll l-2010 jidher li qiegħed għoli fid-dawl tal-ambjent internazzjonali li qiegħed jiddeterjora rapidament, l-istima tat-tkabbir tal-PDG sena b’sena ta’ -3,1 % għall-ewwel kwart tal-2009 u l-indikaturi ta’ fiduċja li għadhom baxxi.

(4)

Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni l-PDG mistenni li jonqos bi 3,5 % fl-2009 u b’0,2 % fl-2010. L-iżvilupp imbassar għat-tkabbir fil-medda ta' żmien medja jista’ jitqies ukoll bħala ottimista meta mqabbel maċ-ċifri tat-tkabbir potenzjali medji sinifikament aktar baxxi, kemm dawk ikkalkulati mill-ġdid fuq il-bażi tal-programm u fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. It-tbassir tal-programm għall-inflazzjoni ta' 0,7 % u 1,8 % għall-2009 u l-2010 jidhru li huma relattivament għoljin iżda jistgħu jitqiesu bħala realistiċi wara.

(5)

Fl-2008, id-defiċit ġenerali tal-gvern ammonta għal 1.2 % tal-PDG, imqabbel ma' mira baġitarja bilanċjata stipulata fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Id-dħul instab li kien 0,4 % tal-PDG inqas minn dak mistenni filwaqt li l-infiq kien 0,8 % tal-PDG ogħla minn dak mistenni. Ir-riżultati agħar minn dawk mistennija jirriżultaw mit-tkabbir tal-PDG nominali aktar baxx milli mbassar (2,9 % minflok l-4,6 % imbassar fl-aġġornament tal-programm f’April 2008) u ħlas mgħaġġel ta’ fatturi pubbliċi fl-aħħar tas-sena bħala parti mill-pjanijiet ta’ rkupru.

(6)

L-aġġornament jinkludi mira tad-defiċit għall-2009 ta’ 3,4 % tal-PDG, meta mqabbla ma’ tbassir ta’ 4,5 % fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Id-deterjorazzjoni tad-defiċit tal-2009 jirrifletti l-impatt tal-istabbilizzaturi (madwar 2½ % tal-PDG), il-miżuri ta’ espanzjoni inklużi fil-baġit tal-2009 (0,4 % tal-PDG) u l-pakkett ta’ stimulu fiskali stabbilit mill-gvernijiet reġjonali u fiskali (0,5 % tal-PDG). Id-defiċit strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett mill-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra), skont l-informazzjoni mogħtija fil-programm ta’ stabbiltà aġġornat u kkalkolata mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-metodoloġija miftehma komunement, hu mbassar li jilħaq it-2½ % tal-PDG fl-2009, meta mqabbel ma’ 2 % fl-2008. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni jistenna deterjorazzjoni aktar sinifikattiva tal-bilanċ strutturali (b’punt perċentwali wieħed) fl-2009. Għalhekk, il-pożizzjoni fiskali fl-2009 tista’ titqies bħala waħda ta’ espansjoni, skont il-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Minbarra l-impuls fiskali assoċjat mal-PERE (0,5 % tal-PDG), l-espansjoni fiskali hi spjegata permezz ta’ miżuri deċiżi minn qabel biex iżidu s-saħħa tax-xiri tad-djar (0,4 % tal-PDG). Għalhekk, l-impatt nett jammonta għal madwar 0,9% tal-PDG.

(7)

Il-programm ma jippreżentax strateġija baġitarja fondata tajjeb għall-medda ta' żmien medja u ma jissodisfax rekwiżiti importanti tal-Patt ta' Stabbiltà u t-Tkabbir. B’mod partikolari, l-Artikolu 3(2c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 jitlob għal “deskrizzjoni tal-miżuri fil-budget jew politiki ekonomiċi oħra li jkunu mittieħda”. Barra minn hekk, il-kodiċi ta' kondotta jirreferi espliċitament għall-ħtieġa li jinkludi informazzjoni “dwar il-proporzjon ta’ nfiq u dħul u dwar il-komponenti tagħhom identifikati separatament”, kif ukoll “[analiżi] għal kull sottosettur tal-gvern ġenerali”. Din l-informazzjoni ma ngħatatx. Il-programm jinkludi proċess baġitarju b'defiċits nominali li ser jonqsu mill-2011 ’il quddiem, iżda ma jipprovdix informazzjoni dwar il-miżuri maħsubin għall-ksib tal-miri, lanqas dwar l-iżvilupp ippjanat tal-komponenti wiesgħa tad-dħul u tal-infiq u l-miri għal-livelli differenti tal-gvern. Id-defiċit nominali hu stipulat li jiżdied iżjed minn 4 % fl-2010 qabel ma jinżel għal 1,5 % sal-aħħar tal-perijodu tal-programm. Il-bilanċ primarju jsegwi b’mod ġenerali l-istess proċess. Id-defiċit strutturali kkalkulat mill-ġdid hu stipulat li jiddeterjora b’0,2 punti perċentwali oħra fl-2010 qabel ma jmur għall-aħjar gradwalment wara, b’mod partikolari fl-2012 u l-2013. Il-programm ma jipprevedix li l-Għan tal-Medda ta’ żmien Medja (eċċess ta’ 0,5 % tal-PDG f’termini adattati ċiklikament u nett minn miżuri ta’ darba jew miżuri oħra temporanji) jintlaħaq fi żmien il-perijodu tal-programm. Skont il-programm, il-kisba ta’ dawn il-miri tad-defiċit ser jeħtieġu azzjoni korrettiva, speċjalment peress li l-miżuri deċiżi fis-snin ta’ qabel kif ukoll il-pakkett ta’ stimulu fiskali ser jissoktaw ikollhom effett ta’ espanzjoni tul il-biċċa l-kbira tal-perijodu tal-programm. Il-programm aġġornat jistima d-dejn tal-gvern għal 89,6 % tal-PDG fl-2008, meta mqabbel ma' 84 % fl-2007. Minbarra ż-żieda fid-defiċit u l-waqgħa fit-tkabbir tal-PDG, aġġustament fil-fluss tal-istokk sinifikattiv li b’mod partikolari jirrifletti l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ tal-bank (6 % tal-PDG) ikkontribwixxa għaż-żieda fil-proporzjon tad-dejn. Il-programm jistenna li l-proporzjon tad-dejn meta mqabbel mal-PDG jiżdied għal 95 % fl-2010, u jistabbilizza fl-2011 u jonqos kemmxejn wara dan. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn għandu jilħaq madwar 96 % tal-PDG fl-2009 u kemm kemm jaqbeż il-100 % tal-PDG fl-2010, filwaqt li d-differenza fir-rigward tal-programm aġġornat tiġi spjegata mit-tkabbir diverġenti u ċ-ċifri relatati mad-defiċit ġenerali tal-gvern.

(8)

Filwaqt li n-nuqqas ta’ informazzjoni ewlenija fil-programm kif ukoll il-ksur ta’ diversi punti tal-kodiċi ta' kondotta, kif imsemmi hawn fuq, jagħmlu l-valutazzjoni tal-programm diffiċli ħafna, huwa ċar li l-miri baġitarji huma soġġetti għal riskji negattivi sinifikanti tul il-perijodu tal-programm. L-ewwelnett, l-ambjent makroekonomiku x'aktarx ikun agħar milli kien imbassar fil-programm tul il-perijodu kollu tal-programm. It-tieni nett, il-miri (strutturali) jistgħu jinkisbu biss bit-teħid ta’ miżuri supplimentari mdaqqsa. Madankollu, il-programm ma jipprovdix informazzjoni dwar dawn il-miżuri u lanqas dwar l-iżvilupp ippjanat tal-komponenti wiesgħa tad-dħul u l-infiq li jsostnu l-miri u b’hekk jidher ċar li dawn tal-aħħar mhumiex appoġġjati minn strateġija baġitarja fuq il-medda ta’ żmien medja. Il-fatt li l-miżuri fil-pakkett ta’ rkupru ta’ natura permanenti ma jitpattewx bi tfaddil tal-ġejjieni iżid aktar ma' dan ir-riskju u jmur kontra l-linji gwida fil-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku, miftiehem mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2008. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani għandhom rekord passat imħallat fil-ksib ta' miri baġitarji (ara l-paragrafu 9). Fl-aħħarnett, il-gvern offra garanziji mdaqqsa lis-settur bankarju li jistgħu jżidu d-defiċits u d-dejn tal-ġejjieni jekk jintalbu effettivament. Fid-dawl tar-riskji negattivi konsiderevoli għall-miri baġitarji, l-iżvilupp tal-proporzjon tad-dejn x’aktarx ikun ukoll inqas favorevoli minn dak imbassar fil-programm.

(9)

L-impatt baġitarju fit-tul tax-xjuħija huwa ogħla mill-medja fl-UE, l-aktar b'riżultat ta' żieda relattivament għolja fl-infiq fil-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG tul l-għexieren ta’ snin li ġejjin. Dan jirrifletti, fost l-oħrajn, li l-Belġju għadu ma introduċiex biżżejjed riformi tas-sistema tal-pensjoni sabiex iżid l-età ta’ rtirar effettiv u biex inaqqas l-ispiża tiegħu. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2008, kif stmata fil-programm hija agħar mill-pożizzjoni stmata tal-bidu tal-programm preċedenti, u naqqset xi ftit l-impatt li jimmitiga tal-pożizzjoni baġitarja inizjali fuq il-lakuna ta’ sostenibbiltà. Jekk il-pożizzjoni baġitarja tal-2009 kif prevista fit-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni tittieħed bħala l-punt tat-tluq, il-lakuna tas-sostenibbiltà tmur għall-agħar sostanzjalment. Barra minn hekk, il-livell attwali tad-dejn gross f’termini ta’ PDG huwa ferm ogħla mill-valur ta' referenza tat-Trattat. Ir-riformi tas-suq tax-xogħol u s-sistema tas-sigurtà soċjali għandhom iżidu t-tkabbir potenzjali u, flimkien ma’ eċċessi primarji għoljin, jikkontribwixxu biex inaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li bħalissa jinsabu fuq livell medju. Ir-rispons tal-politika għall-kriżi finanzjarja jista’ jwassal għal żieda akbar tal-proporzjon tad-dejn milli dak imbassar fil-programm jekk l-ispejjeż ma jiġux irkuprati lura fil-ġejjieni.

(10)

Sal-2007, il-Belġju rnexxielu jżomm baġits ġeneralment bilanċjati (3). Madankollu, il-miri baġitarji kienu ripetutament laxki fl-aġġornamenti konsekuttivi tal-programm ta’ stabbiltà, saħansitra taħt kondizzjonijiet makroekonomiċi relattivament favorevoli. Barra minn hekk, ir-riżultati nkisbu parzjalment permezz ta’ miżuri ta’ darba li jnaqqsu d-defiċit li affettwaw b’mod negattiv il-baġits tal-ġejjieni u f’kuntest ta’ nfiq ta' interessi li qed jonqos. Issa li ser jinħtieġu aktar sforzi ta’ konsolidament sostanzjali biex jikkoreġu l-miżuri ta’ stimulu u d-dejn jinġieb lura għan-niżla, jista’ jkun jinħtieġ qafas baġitarju aktar strett, li b’mod partikolari jħaddan limiti ta’ nfiq u ftehimiet baġitarji multiannwali u li jorbtu fost il-livelli differenti tal-gvernijiet, inkluż it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ nfurzar biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-miri fiskali.

(11)

Bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-gvern Belġjan adotta għadd ta’ miżuri biex jiżgura l-istabbiltà fis-settur finanzjarju. L-ewwel nett, huwa ipprovda injezzjonijiet ta’ kapital lil erba’ istituzzjonijiet finanzjarji maġġuri, li ammontaw għal madwar 6 % tal-PDG. It-tieni nett, ipprovda garanziji dwar portafolji speċifiċi ta’ assi riskjużi ta’ ċerti banek sistematiċi. It-tielet nett, il-gvern iggarantixxa wkoll, fuq talba u skont ċertu kondizzjonijiet, dejn bl-imnut u bejn il-banek maħruġa mill-banek. Dawn il-garanziji, li jammontaw għal aktar minn terz ta’ massimu tal-PDG, jingħataw għal drittijiet u m’għandhomx impatt fuq id-defiċit sakemm jintalbu. Fl-aħħar, il-gvern tal-Belġju offra garanzija għad-depożiti kollha tal-banek privati sa EUR 100 000 u estendiha għal ċerti prodotti ta' assigurazzjoni, kif ukoll bi skambju ma' dritt.

(12)

Bħala rispons għall-kriżi ekonomika, il-Belġju adotta għadd ta’ miżuri ta’ rkupru. Il-pakkett tal-gvern federali, b’impatt baġitarju ta’ 0,5 % tal-PDG fl-2009 u 0,4 % tal-PDG fl-2010 jimmira li (i) jipprovdi appoġġ (ta’ likwidità) lill-korporazzjonijiet permezz ta’ ħlas aktar mgħaġġel ta’ fatturi tal-gvern u faċilitajiet ta’ ħlas, (ii) jiżgura s-saħħa tax-xiri tad-djar permezz ta’ benefiċċji għall-qgħad ogħla, (ii) isostni l-impjieg permezz ta’ tnaqqis tar-rata fiskali tax-xogħol u (iv) jistimula l-investiment permezz ta’ tnaqqis immirat tar-rata tal-VAT għal bini residenzjali u investiment pubbliku supplimentari, b’mod partikolari fl-infrastruttura. Il-pakketti tal-gvernijiet reġjonali jiffokaw fuq il-garanzija ta’ aċċess għal finanzjament tal-korporazzjonijiet, b’mod partikolari l-IŻM u n-negozji l-ġodda, u fuq it-tħaffif tal-investiment pubbliku. Fid-dawl tad-diskrezjoni fiskali limitata, il-pakkett ta’ stimulu fiskali jidher li hu rispons xieraq għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-parti l-kbira tal-miżuri huma ġeneralment konformi mal-PERE u l-pakkett hu bilanċjat sew bejn dħul u nfiq. Madankollu, it-tnaqqis tar-rata fiskali tax-xogħol, li parti konsiderevoli minnha tingħata lill-ħaddiema kollha, u s-sussidju għat-tisħin, li hu pprovdut lid-djar kollha, ma jidhirx li hu mmirat biżżejjed. Barra minn hekk, parti mill-istimulu, inkluż il-pakketti ta’ investiment u t-tnaqqis tal-ispiża tax-xogħol, jistgħu jaslu tard mhux ħażin biex itaffu l-impatt immedjat tal-kriżi. Fl-aħħar nett, ma huma mbassra l-ebda miżuri kompensatorji, saħansitra għas-snin li ġejjin, għall-parti tal-istimulu li hu permanenti (0,1 % tal-PDG fl-2009 u 0,3 % tal-PDG fl-2010), b’mod partikolari rigward it-tnaqqis tar-rata fiskali tax-xogħol. Il-pakketti jinkludu miżuri strutturali limitati, bħat-titjib ta’ politiki tas-suq tax-xogħol attivi, tnaqqis ieħor tar-rata fiskali tax-xogħol u appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp, li x'aktar għandhom itaffu t-tnaqqis ta' tkabbir potenzjali u b'hekk, flimkien mar-riformi tas-suq tal-prodott, jindirizzaw sfidi fit-tul tal-ekonomija. Dawn il-miżuri huma relatati mal-aġenda ta’ riforma strutturali ta’ Liżbona u mar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li ġiet proposta mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Jannar 2009 skont l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u adottata mill-Kunsill fit-28 ta’ April. Il-miżuri strutturali fil-pakketti ta’ rkupru huma milqugħa iżda ma jidhrux li huma komprensivi biżżejjed sabiex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi fit-tul, pereżempju rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-effiċjenza tas-suq tax-xogħol.

(13)

Il-qagħda fiskali, kif imkejla mill-bidla fil-bilanċ strutturali u meta wieħed iqis ir-riskji għat-tbassir baġitarju, hija espansjonarja fl-2009, skont il-PERE. Dan jirrifletti parzjalment ir-rispons tal-gvern Belġjan għall-PERE. Wara dan, il-programm jipprevedi pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali fl-2010 u fl-2011 u pożizzjoni limitata mill-2012. Filwaqt li l-evalwazzjoni tal-pożizzjoni mill-2010 ixxekklet konsiderevolment min-nuqqas ta’ informazzjoni fil-programm, jidher li jeżistu riskji negattivi konsiderevoli għall-miri baġitarji, implikati fost oħrajn mill-fatt li l-miri mhumiex appoġġjati minn strateġija baġitarja fuq il-medda ta’ żmien medja fis-sens tal-Patt għat-Tkabbir u l-Istabbiltà. Għaldaqstant, probabbli li l-pożizzjoni fiskali tibqa’ b’espansjoni sal-2011 u l-aktar l-aktar issir newtrali wara dan. Huwa biss fl-2012 li l-programm jipprevedi li jerġa’ jkollu defiċit nominali aktar baxx mill-valur ta’ referenza. Barra minn hekk, tali proċess ma jidhirx xieraq fid-dawl tar-riskji relatati mas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jinkludu l-livell għoli ħafna ta’ dejn governattiv li barra minn hekk, mhuwiex jonqos biżżejjed lejn il-valur ta’ referenza tul il-perijodu tal-programm, u obbligazzjonijiet kontinġenti konsiderevoli li jsegwu l-miżuri biex jistabbilixxu s-sistema finanzjarja.

(14)

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' data speċifikata fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm aġġornat fih lakuni sostanzjali fid-data meħtieġa u dik fakultattiva (4), minkejja preżentazzjoni li kienet erba’ xhur tard meta mqabbla mal-iskadenza uffiċjali. Dawn il-lakuni xekklu bil-kbir lill-Kunsill milli jevalwa l-programm, b’mod partikolari l-istrateġija baġitarja fuq il-medda ta’ żmien medja.

(15)

Il-konklużjoni globali hi li l-finanzi pubbliċi fil-Belġju, ibda mill-pożizzjoni relattivament sfavorevoli fid-dawl tal-proporzjon għoli tad-dejn tal-gvern, ser jiġu affettwati mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-pożizzjoni fiskali fl-2009 hi, b’mod xieraq, waħda ta’ espansjoni, skont il-PERE. Din tirrifletti b’mod partikolari l-istimulu fiskali li d-daqs tiegħu kellu jiġi limitat minħabba l-livell ta’ dejn għoli. Il-bilanċ governattiv ser jaqbeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG fl-2009. Fl-istess ħin, il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern meta mqabbel mal-PDG, li beda jerġa’ jiżdied fl-2008 bħala riżultat tal-miżuri biex tiġi stabbilizzata s-sistema finanzjarja, hu mistenni jkompli jiżdied. Dan iseħħ wara tnaqqis impressjonanti, minn 134 % fl-1993 għal 84 % fl-2007. Il-proċess ta’ konsolidament fil-programm aġġornat jimmira li jnaqqas gradwalment id-defiċits nominali u b’hekk jiggarantixxi sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. In-nuqqas ta’ informazzjoni kruċjali fil-programm, bħall-proporzjonijiet ta' nfiq u dħul, xekkel bil-kbir il-possibbiltà li tiġi evalwata l-kredibbiltà tad-defiċit u l-miri tad-dejn fil-programm. In-nuqqas ta’ rfid għal dawn il-miri jissuġġerixxi li ma kinux appoġġjati minn strateġija baġitarja soda fil-medda ta’ żmien medja fis-sens tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-proċess jidher biċ-ċar li hu suġġett għal riskju negattiv konsiderevoli tul il-perijodu tal-programm kollu, imnissel mis-suppożizzjonjiet makroekonomiċi favorevoli u n-nuqqas ta’ miżuri ta’ bażi. Barra minn hekk, fid-dawl ukoll tad-dinamiċi tad-dejn u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, il-pjan m’għandux ambizzjoni rigward il-korrezzjoni deċisiva tal-defiċit hekk kif il-qagħda ekonomika titjieb.

Fid-dawl tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq, il-Belġju hu mistieden:

(i)

iressaq, sa mhux iżjed tard mill-20 ta’ Settembru, kompliment tal-programm li jinkludi strateġija baġitarja fil-medda ta’ żmien medju msejsa sew u jtejjeb il-konformità mar-rekwiżiti tad-data tal-kodiċi ta' kondotta speċjalment rigward id-data obbligatorja;

(ii)

jimplimenta l-miżuri ta’ stimulu skont il-PERE kif ippjanat filwaqt li jevita aktar deterjorazzjoni tal-bilanċ strutturali fl-2009 u jkompli l-konsolidament fiskali sa mill-2010 meta l-ekonomija hi mistennija titjieb u jħaffef l-isforz tal-konsolidament strutturali fl-2011;

(iii)

itejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi billi jadotta qafas baġitarju aktar strett, li jħaddan limiti ta’ nfiq multiannwali u ftehimiet baġitarji li jorbtu fost il-livelli differenti tal-gvernijiet, inkluż it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ nfurzar biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-miri fiskali;

(iv)

flimkien mal-isforzi ta' konsolidament baġitarju, iwettaq riformi strutturali tas-sistema tas-sigurtà soċjali, is-suq tax-xogħol u s-swieq tal-prodotti biex itejjeb it-tkabbir potenzjali, iżid ir-rata tal-impjieg u jnaqqas l-impatt baġitarju tax-xjuħija sabiex itejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

 

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

PDG reali (% ta’ bidla)

PS Apr 2009

2,8

1,1

–1,9

0,6

2,3

2,3

2,1

COM Rebbiegħa 2009

2,8

1,2

–3,5

–0,2

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

2,8

1,9

2,0

2,0

2,0

m.d.

m.d.

Inflazzjoni tal-IAPK (%)

PS Apr 2009

1,8

4,5

0,7

1,8

1,8

1,7

1,8

COM Rebbiegħa 2009

1,8

4,5

0,3

1,2

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

1,8

3,0

1,7

1,8

1,8

m.d.

m.d.

Lakuna bejn il-prodott effettiv u dak potenzjali (5) (% tal-PDG potenzjali)

PS Apr 2009

2,3

1,5

–1,9

–2,7

–1,9

–1,2

–0,6

COM Rebbiegħa 2009 (6)

2,5

1,9

–2,6

–3,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

0,3

–0,1

–0,4

–0,5

–0,8

m.d.

m.d.

Self mogħti/meħud nett meta mqabbel mal-bqija tad-dinja (% tal-PDG)

PS Apr 2009

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Rebbiegħa 2009

2,1

–2,1

–2,5

–2,6

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Introjtu ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

48,1

48,6

48,2

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Rebbiegħa 2009

48,1

48,6

48,4

48,2

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

48,7

49,0

48,8

48,9

49,2

m.d.

m.d.

Nefqa ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

48,3

49,8

51,6

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Rebbiegħa 2009

48,3

49,8

52,9

54,3

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

48,9

49,0

48,5

48,3

48,2

m.d.

m.d.

Bilanċ tal-Gvern ġenerali (% tal-PDG)

PS Apr 2009

–0,2

–1,2

–3,4

–4,0

–3,4

–2,6

–1,5

COM Rebbiegħa 2009

–0,2

–1,2

–4,5

–6,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

–0,2

0,0

0,3

0,7

1,0

m.d.

m.d.

Bilanċ ewlieni (% tal-PDG)

PS Apr 2009

3,6

2,5

0,4

–0,1

0,6

1,5

2,5

COM Rebbiegħa 2009

3,6

2,5

–0,6

–2,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

3,7

3,7

3,8

4,1

4,3

m.d.

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (5) (% tal-PDG)

PS Apr 2009

–1,5

–2,0

–2,4

–2,6

–2,4

–1,9

–1,2

COM Rebbiegħa 2009

–1,6

–2,2

–3,1

–4,0

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

–0,4

0,0

0,5

1,0

1,4

m.d.

m.d.

Bilanċ strutturali (7) (% tal-PDG)

PS Apr 2009

–1,3

–2,0

–2,4

–2,6

–2,4

–1,9

–1,2

COM Rebbiegħa 2009

–1,5

–2,2

–3,2

–4,0

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

–0,3

0

0,5

1,0

1,4

m.d.

m.d.

Dejn gross tal-gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

84,0

89,6

93

95

94,9

93,9

92

COM Rebbiegħa 2009

84,0

89,6

95,7

100,9

m.d.

m.d.

m.d.

PS Apr 2008

84,9

81,5

778,1

74,7

71,1

m.d.

m.d.

Programm ta' stabbiltà (PS); It-tbassir tar-Rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f’dan it-test jinsabu fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  Il-valutazzjoni tqis notevolment it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll informazzjoni oħra li laħqet saret disponibbli minn dakinhar.

(3)  Għajr għall-2005, meta d-defiċit ammonta għal 2,7 % tal-PDG bħala riżultat tas-suppożizzjoni mill-gvern tad-dejn tal-kumpanija ferrovjarja nazzjonali.

(4)  B’mod partikolari, id-data dwar il-bilanċi settorjali u l-analiżi tal-miri baġitarji bejn id-dħul u l-infiq u fost il-livelli tal-gvern differenti mill-2010 mhix ipprovduta.

(5)  Lakuni fir-riżultati u bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programm kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(6)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,9 %, 1,7 %, 1,0 % u 1,0 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.

(7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta’ darba biss u oħrajn temporanji. Miżuri ta’ darba biss u oħrajn temporanji huma 0,2% tal-PDG fl-2007, żieda fid-defiċit, skont l-aktar programm riċenti u 0,1 % tal-PDG, żieda fid-defiċit, fl-2007 u 0,1% tal-PDG, tnaqqis fid-defiċit, fl-2009 skont it-tbassir tar-Rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Sors:

Programm ta' stabbiltà (PS); It-tbassir tar-Rebbiegħa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/7


OPINJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Lulju 2009

dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Awstrija, 2008-2013

2009/C 166/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lilll-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Awstrija, li jkopri l-perijodu bejn l-2008 u l-2013.

(2)

L-impatt dirett tal-kriżi finazjarja globali fuq l-ekonomija Awstrijaka kien relattivament limitat, għalkemm is-settur finanzjarju sofra minn tnaqqis qawwi fil-profitti speċjalment mill-attivitajiet barranin tal-banek tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fl-2008. Bħala ekonomija żgħira u orjentata b'mod qawwi lejn l-esportazzjoni, l-Awstrija hija affettwata mir-reċessjoni globali l-aktar permezz tat-tnaqqis fil-kummerċ internazzjonali li wassal għal tnaqqis fid-domanda minn barra fl-2009. Is-settur tal-manifattura huwa mistenni jsofri l-aktar, billi l-esportazzjonijiet tal-prodotti huma mistennija jonqsu sewwa, b'riżultat ta' tnaqqis fl-investiment privat fiss. It-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2009 jipprevedi tnaqqis fil-PDG reali ta' 4 % fl-2009, segwit minn staġnar fl-2010. Iż-żieda fil-qgħad kienet sa issa kkontrollata permezz ta' tnaqqis fis-sahra u r-rikors għal xogħol fuq medda qasira ta' żmien, iżda fil-bixra tal-mixja tal-ekonomija lejn reċessjoni, ir-rata tal-qgħad hija mistennija tikber b'mod drastiku minn 3,8 % fl-2008 għal 7 % fl-2010. B'konsegwenza ta' dan, telf sinifikanti fid-dħul tal-gvern u spiża ulterjuri minħabba stabilizzaturi awtomatiċi (stmati għal 2¼ % tal-PDG fl-2009) u miżuri diskrezzjonali (stmati għal 1¼ % tal-PDG fl-2009) biex l-attività tal-kummerċ u d-dħul tal-familji jkunu sostnuti u biex is-swieq finanzjarji jkunu stabilizzati, se jaffettwaw il-finanzi pubbliċi Awstrijaki b'mod sinifikanti.

(3)

Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa msejjes il-programm ta' stabbiltà ta' April 2009 jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PDG se jonqos minn 1,8 % fl-2008 għal 2,2 % fl-2009 qabel ma jirkupra għal rata medja ta' 1,6 % sat-tmiem tal-perjodu tal-programm fl-2013. Meta jiġi evalwat skont it-tagħrif disponibbli attwalment (2), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir konsiderevolment favorevoli. L-aktar li jispikkaw, is-suppożizzjonijiet tal-programm għall-esportazzjonijiet u l-formazzjoni tal-kapital gross fiss fl-2009 huma kkunsidrati ottimistiċi żżejjed. Mill-2010, huwa proġettat irkupru malajr biex it-tkabbir reali tal-PDG jerġa′ lura għal tkabbir potenzjali diġà mill-2011. Il-projezzjonijiet tal-programm għal inflazzjoni ta' 0,6 % fl-2009 u 1,1 % fl-2010 jidhru realistiċi.

(4)

Fl-2008, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern ta' 0,4 % tal-PDG kien ftit anqas mill-mira ta' 0,6 % kif stipulat fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Id-dħul akbar milli mistenni kien il-kawża ta' effett ta' trasferiment minn sena għal oħra mill-2007. Dan id-dħul żejjed għamel tajjeb għall-ispiża ta' miżuri ta' politika ġodda meħuda biex jitnaqqas it-telf tal-poter tal-akkwist domestiku minħabba inflazzjoni ogħla, bħal tnaqqis fir-rati tal-kontribuzzjoni soċjali għal dawk li jaqilgħu anqas u żieda fil-pagamenti soċjali, inkluż miżuri bħal ħruġ ogħla għall-benefiċċji tal-pensjoni u konċessjonijiet għall-ispiża tal-enerġija. Bħala konsegwenza, il-proporzjon tal-ispiża meta mqabbla mal-PDG kien ½ punt perċentwali aktar milli mistenni. B'mod ġenerali, il-bilanċ tal-baġit tal-2008 kien biss affettwat b'mod moderat mill-bidliet drammatiċi fl-ambjent ekonomiku – essenzjalment, kemm it-tnaqqis fid-dħul kif ukoll il-miżuri ta' stabilizzazzjoni tal-gvern se jkollhom effett mill-2009 'l quddiem.

(5)

Il-programm ta' stabbiltà aġġornat jimmira għal żbilanċ ġenerali tal-gvern ta' 3,5 % tal-PDG għall-2009, li jikkumpara ma' żbilanċ proġettat ta' 4,2 % tal-PDG fil-previżjoni tar-rebbiegħa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-gvern ħa azzjoni ta' rispons fiskali diskrezzjonali u sinifikanti li tammonta għal madwar 1,4 % sa 1,7 % tal-PDG (3). Ftit minn dawn il-miżuri kienu diġà ttieħdu fl-2008 biex jipproteġu l-poter tal-akkwist domestiku bħala rispons għaż-żieda fl-inflazzjoni, iżda se jibqgħu effettivi 'l biċċa l-kbira fl-2009 u fl-2010 (0,4 % tal-PDG). Barra mill-miżuri diskrezzjonali, l-istabilizzaturi awtomatiċi se joperaw, b'riżultat ta' impatt ta' espansjoni ta' 1 % u ¼ % tal-PDG (4) fl-2009 u l-2010, rispettivament. Barra minn hekk, l-antiċipazzjoni ta' proġetti ta' kostruzzjoni barra l-baġit minn intrapriżi tal-istat jistgħu jammontaw għal ¼ % ieħor tal-PDG. Skont it-tnaqqis tal-bilanċ strutturali, il-pożizzjoni fiskali hija espansiva.

(6)

L-għan tal-objettiv tat-terminu medju (MTO) tal-Awstrija huwa li jinkiseb baġit ibbilanċjat, li huwa parti minn strateġija baġitarja aktar komprensiva fuq tliet pilastri inkluż skemi ta' investiment pubbliku u riforma strutturali fl-amministrazzjoni pubblika. L-aġġornament tal-programm jipprevedi li l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern se jitwessa′ aktar għal 4,7 % tal-PDG fl-2010 u jibqa' f'dak il-livell sal-2012. Fl-2013, l-iżbilanċ mistenni jonqos bi ftit għal 3,9 % tal-PDG. Għalhekk, l-MTO mhux se jinkiseb fiż-żmien tal-perijodu tal-programm. Il-proporzjon tal-ispiża meta mqabbla mal-PDG, sostnut mill-miżuri ta' stimolu fiskali b'rispons għall-kriżi, se jikber bi 2,6 punti perċentwali bejn l-2008 u l-2010. Fl-istess waqt, il-proporzjon tad-dħul meta mqabbel mal-PDG huwa mistenni jonqos b'1,7 punti perċentwali bħala riżultat ta' tnaqqis diskrezzjonali fit-taxxi u l-erożjoni ċiklika tal-bażijiet tat-taxxa. L-iżbilanċ strutturali (jiġifieri il-bilanċ aġġustat b'mod ċikliku mingħajr il-miżuri ta' darba jew miżuri temporanji oħrajn, kif ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-programm permezz ta' metodoloġija miftiehma b'mod komuni) huwa mistenni jikber għal 3 % tal-PDG fl-2009 u jikber aktar għal 4 % mill-2010 sal-2012. Parti sostanzjali mill-miżuri inklużi fil-programm ta' rkupru se jkunu permanenti, għaldaqstant mhuwiex żgurat li l-politiki adottati bħala rispons għall-kriżi jinqalbu lura. Minn 62,5 % tal-PDG fl-2008, il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern huwa mistenni jiżdied b'16-il punt perċentwali sal-2013. Minbarra ż-żieda fl-iżbilanċ tal-gvern u t-tnaqqis fit-tkabbir tal-PDG, aġġustament sinifikanti tal-fluss tal-istokk li jirrifletti l-miżuri ta' stabilizzazzjoni fis-settur finanzjarju jikkontribwixxi għaż-żieda fil-proporzjon tad-dejn.

(7)

L-eżiti baġitarji huma suġġetti għal riskji negattivi sinifikanti. L-ewwel nett, is-suppożizzjonijiet dwar tkabbir favorevoli tax-xenarju makroekonomiku eżistenti huma mdawwra minn inċertezza konsiderevoli fir-rigward tat-tul ta' żmien, tal-qawwa u tal-impatt makroekonomiku tal-kriżi finanzjarja. Għaldaqstant, il-projezzjonijiet tal-dħul jidhru ottimistiċi. Barra minn hekk, l-interventi tal-gvern fis-settur finanzjarju u fis-suq finanzjarju wkoll fihom riskju ta’ żbilanċ u/jew livelli ta’ dejn ogħla milli kien imbassar fil-programm.

(8)

L-impatt baġitarju fuq medda twila ta' żmien tat-tixjiħ fl-Awstrija huwa anqas mill-medja tal-UE, bl-infiq fil-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG previst li jikber bi ftit biss fuq il-medda twila ta' żmien. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2008, kif stmata fil-programm, hija agħar mill-pożizzjoni tal-bidu tal-programm preċedenti, u b'hekk taggrava l-ħsara tal-impatt baġitarju fuq il-popolazzjoni li qed tixjieħ fuq id-diverġenza fis-sostenibbiltà. Jekk il-pożizzjoni baġitarja tal-2009 kif proġettata mis-servizzi tal-Kummissjoni fit-tbassir għar-rebbiegħa 2009 tkun meħuda bħala l-punt tat-tluq, id-diverġenza fis-sostenibbiltà tikber b'mod sostanzjali. Barra minn hekk, il-livell attwali tad-dejn gross huwa ogħla mill-valur ta’ referenza tat-Trattat. Is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien tal-finanzi pubbliċi se tmur għall-agħar jekk ir-riskji msemmija hawn fuq mill-iskemi ta' stabilizzazzjoni tas-settur finanzjarju jimmaterjalizzaw, sa tali punt li l-ispejjeż tal-appoġġ tal-gvern ma jkunux jistgħu jinġabru lura fil-futur. Il-kisba ta’ bilanċi pożittivi primarji għoljin fuq medda medja ta' żmien u l-miżuri biex tiżdied l-età effettiva tal-pensjoni jikkontribwixxu biex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li attwalment huma f'livell medju.

(9)

Minkejja l-kwalità ġeneralment solida tal-finanzji pubbliċi u tar-regoli fiskali, għad hemm lok għal titjib fil-qafas baġitarju istituzzjonali tal-Awstrija. Ir-relazzjonijiet fiskali federali tal-Awstrija – irregolati mil-Liġi tal-Ugwaljanza Fiskali 2008-2013 u l-Patt ta' Stabbiltà Domestika 2008 – huma kumplessi mhux ħażin u għandhom nuqqas ta' trasparenza minħabba responsabbiltajiet, ko-amministrazzjoni, u ko-finanzjar sovraposti fit-tliet livelli kollha tal-gvern. L-ambitu li jirriżulta, favur titjib fl-effiċjenza f'diversi setturi tal-infiq pubbliku għandu jkun użat, b'mod partikolari fis-saħħa u l-edukazzjoni. F'dan il-kuntest, l-aġġornament tal-programm tal-2009 isemmi l-formazzjoni ta' gruppi ta' ħaddiema dwar riformi ulterjuri tal-att dwar l-ugwaljanza fiskali kif ukoll fis-sistema tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani. Madanakollu, mhumiex mistennija proposti tanġibbli qabel l-2011. Fil-livell federali, l-Awstrija bdiet taħdem fuq riforma estensiva tal-leġiżlazzjoni baġitarja bħala qafas ta' nfiq pluriennali b'limiti fissi stipulati għal erba′ snin konsekuttivi li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009 (l-Att dwar il-Qafas Baġitarju Federali – Bundesfinanzrahmengesetz). Dan mistenni jgħin biex ma jsirx infiq proċikliku u jtejjeb l-effettività tal-istabilizzaturi awtomatiċi. Mill-2013, huma previsti l-introduzzjoni ta' tfassil tal-baġit skont ir-riżultati (“tfassil tal-baġit skont il-prestazzjoni”) u l-immodernizzar tas-sistema tal-kontabbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(10)

Biex is-swieq finanzjarji jkunu stabilizzati, l-awtorijtajiet Awstrijaċi adottaw diversi miżuri, inklużi garanziji ta' depożiti bankarji ta' persuni individwali (bla limitu sal-aħħar tal-2009, u wara sa EUR 100 000; għal depożiti ta' intrapriżi żgħar u medji l-limitu huwa EUR 50 000). Aktar inċentivi kienu pprovduti għat-tfaddil domestiku permezz ta' assoċjazzjonijiet ta' tfaddil u ta' self (Bausparförderung), immirati li jissalvagwardjaw l-iffinanzjar tas-self tad-djar. Għal self bejn il-banek u ħruġ ta' bonds mill-Austrian Clearing Bank (OeCAG) kif iffinanzjat mill-ġdid u għal kwistjonijiet ta' karti kummerċjali minn banek kummerċjali, il-gvern Awstrijak ipprovda garanziji sa EUR 75 biljun (27 % tal-PDG). Fl-aħħar nett, il-gvern alloka sa EUR 15 biljun (5½ % tal-PDG) għal aktar kapital għall-istituzzjonijiet finanzjarji, li minnhom EUR 6,4 biljun kienu maqbula sa nofs Mejju, iżda s'issa ntalbu biss EUR 4,7 biljun.

(11)

Fid-dawl ta' pożizzjoni finanzjarja li kienet qrib bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ fl-2008 u fin-nuqqas ta' żbilanċi esterni, l-istimolu finanzjarju għall-2009 u l-2010 adottat mill-gvern Awstrijak huwa meqjus risposta adegwata għat-tnaqqis ekonomiku. Skont il-Programm Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku miftiehem f'Diċembru mill-Kunsill Ewropew, il-pakketti ta' rkupru Awstrijaċi saru fi żmien propizju, billi parti kbira mill-miżuri ġew implimentati fl-ewwel kwart tal-2009. Il-miżuri adottati għas-suq tax-xogħol huma intiżi biex itaffu ż-żieda fil-qgħad u jtejbu t-taħriġ vokazzjonali. L-appoġġ għal intrapriżi bi problemi ta' kreditu huwa prinċipalment fil-forma ta' garanziji u self issussidjat. Ħafna mill-istimolu huwa pprovdut permezz ta' appoġġ fid-dħul privat, b'konċessjonijiet fid-dħul (1 sa 1½ % tal-PDG) li għandhom dominju fuq l-infiq addizzjonali (madwar ½ % tal-PDG). L-impatt nett baġitarju tal-miżuri fiskali huwa stmat li ser ikun ta' 1,4 % u 1,7 % tal-PDG fl-2009 u fl-2010 rispettivament. Billi l-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' rkupru ser ikunu permanenti (85 %), ir-reviżjonar lura tal-istimolu finanzjarju huwa ta' tħassib. Għalkemm it-tnaqqis fit-taxxi diretti u l-kontribuzzjonijiet soċjali (speċjalment għal gruppi bi dħul baxx) huma konformi mal-objettiv tal-gvern fuq medda twila ta' żmien li jitnaqqas il-piż ta' taxxa għolja fuq ix-xogħol u billi jiġu pprovduti inċentivi aktar qawwijin għax-xogħol, id-diverġenza fil-finanzi pubbliċi tibqa′ tiġi indirizzata, peress li l-programm ta' stabbiltà aġġornat ma jipprevedi l-ebda konsolidazzjoni sinifikanti qabel l-2013. Uħud mill-miżuri ta' stimolu huma relatati mal-aġenda ta' riforma fuq medda medja ta' żmien u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż proposti mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009 skont l-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u kkonfermati mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tad-19 ta' Marzu. Dawn jimmiraw li jsaħħu l-potenzjal ta' tkabbir (investiment fl-infrastruttura u fir-R&Ż) u jindirizzaw sfidi fuq medda twila ta' żmien bħat-tibdil fil-klima b'iffokar fuq l-effiċjenza tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emmissjonijiet tas-CO2.

(12)

Wara l-espansjoni fiskali tal-2009 u l-2010, is-sitwazzjoni fiskali hija meqjusa fil-biċċa l-kbira newtrali fis-snin ta' wara, billi l-bilanċ strutturali hu ppjanat jinbidel biss marġinalment fl-2011/12 u jitjieb b'½ % tal-PDG fl-2013. Id-defiċit mistenni jeċċedi l-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG b'ammont sostanzjali bejn l-2009 u l-2013, bil-konsolidazzjoni mistennija tkompli biss fl-aħħar tal-perijodu tal-programm. Il-programm iħabbar li “l-gvern Awstrijak ser jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikseb korrezzjoni sal-2012” sabiex jevita li l-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG jibqa′ jiġi eċċedut. Madankollu, m'hemm l-ebda azzjoni definita b'mod ċar biex ikun żgurat tnaqqis tad-defiċit qabel l-2013. B'mod simili, il-proporzjon ta' dejn mistenni jeċċedi l-valur ta' referenza tat-Trattat matul il-perijodu kollu tal-programm, bit-tendenza tirrifletti l-pożizzjoni espansiva fl-2009 u fl-2010 u l-effetti baġitarji tal-miżuri ta' stabilizzazzjoni meħudin.

(13)

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' data speċifikati fil-kodiċi tal-imġiba għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi kważi d-data obbligatorja kollha, iżda hemm xi nuqqasijiet fid-data fakultattiva (5).

Il-konklużjoni ġenerali hija li l-politika fiskali fl-Awstrija tipprevedi espansjoni fl-2009 u fl-2010; it-tnaqqis fl-żbilanċ tal-gvern ġenerali għal ½ % tal-PDG fl-2008, permezz ta' tkabbir ekonomiku qawwi fl-aħħar snin u n-nuqqas ta' żbilanċi esterni, jagħtu lill-gvern Awstrijak lok għal manuvri biex idaħħal stimolu fiskali sinifikanti b'reazzjoni għall-kriżi. Ir-reazzjoni kienet f'waqtha u proporzjonata mas-sitwazzjoni mwiegħra tas-settur finanzjarju kif ukoll mal-iskala u l-pass tat-tnaqqis ekonomiku. Madankollu, il-miżuri meħudin huma biss parzjalment skont il-prinċipji ġenerali tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE) billi l-biċċa l-kbira tagħhom huma ta' natura permanenti. Għaldaqstant hemm bżonn ta' strateġija kredibbli u b'saħħitha biex il-konsolidazzjoni baġitarja tkompli hekk kif il-kriżi tbatti. Madankollu, il-programm ta' stabbiltà ma jipprevedi l-ebda tnaqqis fis-self nett tal-gvern qabel l-2013 (permezz ta' politiki kostanti), għalkemm it-tkabbir tal-PDG huwa mistenni jerġa′ jaqbad mill-2010. Barra minn hekk, minħabba n-natura pożittiva tas-suppożizzjonijiet tal-PDG, il-proġezzjonijiet baġitarji tal-awtoritajiet huma soġġetti għal riskji ta' tnaqqis sostanzjali. L-implikazzjonijiet baġitarji diretti tal-programmi ta' appoġġ għall-intrapriżi u l-banek kummerċjali bħalissa huma stmati bħala limitati, billi partijiet kbar minnhom huma 'l barra mill-baġit fil-forma ta' garanziji. Madankollu, jekk in-numru ta′ self domestiku u barrani li ma jitħallasx lura jikber, il-finanzi pubbliċi jiddeterjoraw aktar, billi jkun jeħtieġ aktar kapital min-naħa tal-gvern.

Fid-dawl tal-valutazzjoni t'hawn fuq, l-Awstrija hi mistiedna biex:

(i)

timplimenta l-politika fiskali tal-2009 u l-2010 kif ippjanat, inklużi l-miżuri ta' stimolu f'konformità mal-PERE, u fil-qafas tal-Patt ta' Stabbilta u Tkabbir (SGP), treġġa′ lura l-istimoli fiskali sabiex tappoġġa konsolidazzjoni baġitarja sinifikanti lejn il-MTO, u tibda tagħmel dan mhux aktar tard mill-2011;

(ii)

tissostanzja l-miżuri meqjusin neċessarji biex jinkiseb żbilanċ ġenerali tal-gvern taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG;

(iii)

ittejjeb aktar il-qafas baġitarju biex isaħħaħ id-dixxipplini fiskali f'kull livell tal-gvern permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà permezz tal-allinjament tar-responsabbiltajiet leġislattivi, amministrattivi u finanzjarji bejn il-livelli differenti tal-gvern.

It-tqabbil ta' previżjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji

 

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

PDG reali (% ta’ bidla)

PS Apr 2009

3,1

1,8

-2,2

0,5

1,5

2,0

2,3

COM Rebbiegħa 2009

3,1

1,8

-4,0

-0,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

3,4

2,4

2,5

2,5

m.d.

m.d.

m.d.

Inflazzjoni tal-IAPK (%)

PS Apr 2009

2,2

3,2

0,6

1,1

1,3

1,5

1,9

COM Rebbiegħa 2009

2,2

3,2

0,5

1,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

1,9

2,0

2,0

2,0

m.d.

m.d.

m.d.

Lakuna bejn il-prodott effettiv u dak potenzjali (6) (% tal-PDG potenzjali)

PS Apr 2009

2,5

2,6

-0,9

-1,7

-1,6

-1,2

-0,5

COM Rebbiegħa 20092 (7)

2,7

2,9

-2,2

-3,3

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

0,4

0,4

0,5

0,5

m.d.

m.d.

m.d.

Self mogħti/meħud nett meta mqabbel mal-bqija tad-dinja (% tal-PDG)

PS Apr 2009

3,2

2,9

1,6

0,6

1,0

1,3

1,4

COM Rebbiegħa 2009

3,3

3,3

2,7

2,4

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

3,5

3,7

3,7

3,7

m.d.

m.d.

m.d.

Introjtu ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

48,0

48,2

47,5

46,5

46,4

46,1

46,1

COM Rebbiegħa 2009

48,0

48,2

47,4

46,7

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

47,4

47,5

47,3

47,4

m.d.

m.d.

m.d.

Nefqa ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

48,7

48,7

51,1

51,3

51,1

50,9

50,1

COM Rebbiegħa 2009

48,5

48,6

51,6

52,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

48,3

48,1

47,7

47,2

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ tal-Gvern ġenerali (% tal-PDG)

PS Apr 2009

-0,5

-0,4

-3,5

-4,7

-4,7

-4,7

-3,9

COMRebbiegħa 2009

-0,5

-0,4

-4,2

-5,3

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

-0,7

-0,6

-0,2

0,4

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ ewlieni (% tal-PDG)

PS Apr 2009

2,,3

2,2

-0,6

-1,7

-1,4

-1,3

-0,4

COMRebbiegħa 2009

2,2

2,1

-1,1

-2,1

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

2,0

2,1

2,3

2,8

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (6) (% tal-PDG)

PS Apr 2009

-1,7

-1,6

-3,1

-3,9

-4,0

-4,1

-3,7

COM Rebbiegħa 2009

-1,8

-1,8

-3,2

-3,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

-0,9

-0,8

-0,4

0,1

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ strutturali (8) (% tal-PDG)

PS Apr 2009

-1,7

-1,6

-3,1

-3,9

-4,0

-4,1

-3,7

COM Rebbiegħa 2009

-1,8

-1,8

-3,2

-3,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

-0,7

-0,6

-0,4

0,1

m.d.

m.d.

m.d.

Dejn gross tal-gvern (% tal-PDG)

PS Apr 2009

59,4

62,5

68,5

73,0

75,7

77,7

78,5

COM Rebbiegħa 2009

59,4

62,5

70,4

75,2

m.d.

m.d.

m.d.

PS Nov 2007

59,9

58,4

57,0

55,4

m.d.

m.d.

m.d.

Sors:

Programm ta’ Stabbiltà (PS); It-tbassiriet tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  L-evalwazzjoni tqis notevolment il-previżjoni tas-serivzzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009, imma wkoll tagħrif ieħor li sar disponibbli minn dak iż-żmien.

(3)  Barra minn hekk, huwa offert appoġġ lill-intrapriżi li huma limitati fil-kreditu, liema appoġġ huwa pprovdut prinċipalment bħala garanziji li għandhom effett baġitarju biss jekk jintużaw.

(4)  Ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-programm ta' stabbiltà. Id-differenza mill-istimi tas-servizzi tal-Kummissjoni bbażata fuq il-previżjoni tar-Rebbiegħa 2009 hija minħabba xenarju makroekonomiku differenti (ara l-paragrafi 2 u 3).

(5)  B′mod partikolari, il-programm ma jipprovdix il-livelli tas-suppożizzjonijiet esterni għall-2007. Fir-rigward tad-data fakultattiva, jeżistu xi nuqqasijiet fil-kategoriji ddettaljati tas-self nett meta mqabbel mal-kumplament tad-dinja, fil-kategoriji ddettaljati tal-aġġustamenti tal-flussi tal-istokk u xi elementi ddettaljati dwar is-sostenibbiltà fuq il-medda twila ta' żmien.

(6)  Id-differenzi fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati b'mod ċikliku mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(7)  Abbażi tat-tkabbir potenzjali stmat ta’ 1,8 %, 1,7 %, 1,3 % u 1,3 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.

(8)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta’ miżuri ta’ darba biss u miżuri temporanji oħrajn. M’hemmx miżuri ta’ darba jew miżuri temporanji oħrajn fl-aħħar programm u fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2009.

Sors:

Programm ta’ Stabbiltà (PS); It-tbassiriet tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal Kummissjoni.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5517 – BNPPIP/CAAM/Fund Channel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 166/03

Fid-9 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5517. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Lulju 2009

2009/C 166/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4090

JPY

Yen Ġappuniż

132,06

DKK

Krona Daniża

7,4453

GBP

Lira Sterlina

0,86530

SEK

Krona Żvediża

11,0476

CHF

Frank Żvizzeru

1,5193

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9960

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,918

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

274,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7000

PLN

Zloty Pollakk

4,3355

RON

Leu Rumen

4,2475

TRY

Lira Turka

2,1525

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7621

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5734

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9198

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1884

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0438

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 780,60

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4140

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6259

HRK

Kuna Kroata

7,3360

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 340,05

MYR

Ringgit Malażjan

5,0238

PHP

Peso Filippin

67,567

RUB

Rouble Russu

44,8010

THB

Baht Tajlandiż

47,991

BRL

Real Brażiljan

2,7293

MXN

Peso Messikan

19,1765

INR

Rupi Indjan

68,6610


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/14


Opinjoni tal-Kumitat konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u lpożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-30 ta' Novembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-KAŻ COMP/A.37.792 – Microsoft (1)

Relatur: Spanja

2009/C 166/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Prinċipji tal-Ipprezzar tad-WSPP jirriflettu kif xieraq ir-raġunament tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Marzu 2004 fil-Każ COMP/C-3/37.792 u b'hekk jista' jservi bħala bażi għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-iskemi tar-remunerazzjoni stabbiliti minn Microsoft għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-interpretazzjoni pprovduta fid-Deċiżjoni tat-tliet kriterji li jinsabu fil-Prinċipji tal-Ipprezzar tad-WSPP (jiġifieri l-ħolqien, l-innovazzjoni u l-paragun tal-Microsoft ma' teknoloġiji simili) tirrifletti b'mod xieraq il-valur tal-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà ta' Microsoft għall-utenti tagħha, fejn qiegħed jiġi eskluż “il-valur strateġiku” mnissel mis-saħħa li tgawdi minnha Microsoft fis-suq tal-PC operating system jew fis-suq tal-group server operating system.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-iskemi ta' remunerazzjoni tal-Microsoft għall-Ftehim “Mingħajr Privattiv” qabel it-22 ta' Ottubru 2007 ma kinux “raġonevoli”, skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Marzu 2004 fil-Każ COMP/C-3/37.792.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta’ penali għan-nuqqas ta' konformità tal-Microsoft mal-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Marzu 2004 skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel dwar “il-perjodu rilevanti” tan-nuqqas ta' konformità kkonċernata mid-Deċiżjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/15


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-prattiċi restrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-22 ta' Frar 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/A.37.792 – Microsoft (2)

Relatur: Spanja

2009/C 166/06

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta’ penali li għandu jkun impost fuq Microsoft minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-obbligu tagħha li tagħmel disponibbli l-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà lill-impriżi interessati fuq termini raġonevoli u mhux diskriminatorji, skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/53/KE tal-24 ta' Marzu 2004

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'IL-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/16


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft

(skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

2009/C 166/07

L-abbozz tad-deċiżjoni f'dan il-każ jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

Il-proċedura tal-Artikolu 24(1) hija bbażata fuq id-deċiżjoni finali tal-24 ta' Marzu 2004

Fl-24 ta' Marzu 2004, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/53/KE relatata ma' proċediment skont l-Artikolu 82 [KE] u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE kontra Microsoft Corp. (Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft, ĠU L 32, 6.2.2007, p. 23).

F'din id-deċiżjoni (“id-Deċiżjoni”), il-Kummissjoni sabet, inter alia, li Microsoft kienet kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (“l-Artikolu 82”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE billi rrifjutat, minn Ottubru 1998 sad-data tad-Deċiżjoni, li tiżvela ċerta “Informazzjoni tal-Interoperabilità” speċifikata lil bejjiegħa ta' prodotti ta' work group server operating systems, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw u jiddistribwixxu dawn il-prodotti (1).

Fl-10 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) 1/2003 (“l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni”). L-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni jordna li “Microsoft Corporation għandha tiżgura li sal-15 ta' Diċembru 2005, hija tkun konformi bis-sħiħ mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni. Fin-nuqqas ta' din il-konformità, ħlas perjodiku ta’ penali ta' EUR 2 miljuni kuljum, ikkalkulat minn dik id-data, għandu jiġi impost fuq Microsoft Corporation.”

L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni identifika żewġ sitwazzjonijiet fejn Microsoft naqset milli tkun konformi mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni. Dan il-proċediment hu relatat biss mal-obbligu ta' Microsoft skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni li titlob remunerazzjoni raġonevoli għall-aċċess jew l-użu tal-Informazzjoni tal-Interoperabilità.

Il-proċedura tal-Artikolu 24(2) hija bbażata fuq l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni

Fit-12 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (l-ewwel Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni) li tistabbilixxi ċ-ċifra ta' EUR 280.5 miljun bħala l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta’ penali impost mid-Deċiżjoni 24(1) għall-perjodu bejn is-16 ta' Deċembru 2005 u l-20 ta' Ġunju 2006 fir-rigward tal-ewwel sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità li ġiet identifikata fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni, jiġifieri n-nuqqas min-naħa ta' Microsoft li tipprovdi dokumentazzjoni teknika sħiħa u preċiża li tinkorpora l-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà (2).

Kif stipulat fl-ewwel Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni żammet il-possibbiltà li tistabbilixxi ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta' penali għat-tieni sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità li ġiet identifikata b'mod preliminari fid-Deċiżjoni 24(1) mis-16 ta' Diċembru 2005, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li Microsoft naqset milli titlob remunerazzjoni raġonevoli għall-aċċess jew l-użu tal-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà (3).

Dan l-abbozz ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta' penali li għandu jkun impost fuq Microsoft għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligu biex titlob remunerazzjoni raġonevoli għall-aċċess jew l-użu tal-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà.

Miżuri meħuda minn Microsoft sabiex tkun konformi mal-Artikolu 5(a) u r-reazzjonijiet tal-Kummissjoni

Bejn is-27 ta' Mejju 2004, meta Microsoft ippreżentat l-ewwel deskrizzjoni tal-miżuri li kienet biħsiebha tieħu sabiex tkun konformi mal-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni, sa issa, saru ħafna skambji bejn l-Kummissjoni u Microsoft fir-rigward tal-aspett tad-Deċiżjoni dwar ir-remunerazzjoni raġonevoli.

F'ittra tad-29 ta' Ottubru 2004, Microsoft stqarret li fl-opinjoni tagħha, id-deskrizzjoni tal-miżuri pprovduti fl-ittra tagħha tas-27 ta' Mejju 2004 issodisfaw l-obbligu ta' Microsoft skont l-Artikolu 5(d) tad-Deċiżjoni. Ippreżentat ukoll żewġ abbozzi ta' ftehimiet li kienet biħsiebha toffri bħala parti tal-Programm ta' Protokoll dwar il-Work Group Server (“il-ftehimiet tad-WSPP tal-2004”).

Sussegwentement, saru ħafna skambji matul il-bqija tal-2004 u l-ewwel nofs tal-2005, fejn il-Kummissjoni talbet (inkluż b'talbiet għall-informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003) għall-iktar spjegazzjoni u dokumentazzjoni ta' appoġġ mill-Microsoft, li għalihom Microsoft wieġbet billi ppreżentat diversi rapporti, memoranda u verżjonijiet riveduti tal-ftehimiet tad-WSPP tal-2004. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll talbiet għall-informazzjoni lill-partijiet terzi u talbithom l-opinjonijiet tagħhom dwar il-livelli ta' remunerazzjoni proposti minn Microsoft.

Bid-deċiżjoni tat-28 ta' Lulju 2005, il-Kummissjoni stabbilixiet mekkaniżmu ta' monitoraġġ billi pprovdiet għall-ħatra, funzjonijiet u obbligi ta' Trustee Fiduċjarju ta' Monitoraġġ. Il-funzjoni tal-Trustee Fiduċjarju hu li jgħin lill-Kummissjoni fis-sorveljanza tal-konformità mad-Deċiżjoni (4). Fil-5 ta' Ottubru 2005, il-Kummissjoni għażlet persuna waħda minn lista ta' erba' esperti ppreżentati minn Microsft, bħala Trustee tal-Monitoraġġ.

Bejn Awwissu u Diċembru 2005, Microsoft ipprovdiet Ftehimiet tad-WSPP riveduti u diversi rapporti bl-intenzjoni li tiġġustifika l-livelli ta' remunerazzjoni mitluba fil-Ftehimiet tad-WSPP.

Fis-7 ta' April 2006, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Microsoft bir-reviżjoni tat-Trustee tal-materjali bl-intenzjoni li tiġġustifika l-livelli ta' remunerazzjoni mitluba minn Microsoft fil-Ftehimiet tad-WSPP ppreżentati fil-15 ta' Diċembru 2005 (“Ir-rapport ta' Innovazzjonijiet tat-Trustee ta' Marzu 2006”).

Bħala riżultat, minn Mejju sa Novembru 2006, Microsoft baqgħet tagħmel preżentazzjonijiet bħala tweġiba għar-rapport ta' Innovazzjonijiet tat-Trustee ta' Marzu 2006, u ppreżentat ukoll kemm il-darba ftehimiet tad-WSPP.

Fi Frar 2007, diversi rapporti ġew ippreżentati lill-Kummissjoni mit-Trustee u mit-TAEUS, il-konsulent estern tal-Kummissjoni. Fid-dawl tar-rapporti ppreżentati mit-Trustee u TAEUS, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li Microsoft għadha ma ssodisfatx l-obbligu li titlob remunerazzjoni raġonevoli għall-aċċess jew l-użu tal-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni.

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet

Fl-1 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni notifikat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil Microsft (“Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġeżżjonijiet”) u tat lil Microsoft ħames ġimgħat biex twieġeb.

Fid-9 ta' Marzu 2007, Microsoft talbet estensjoni tad-data ta' għeluq għat-tweġiba tagħha tad-Dikjarazzajoni ta' Oġġezzjonijiet. Jien nilqa' din it-talba fil-15 ta' Marzu 2007 billi nestendi d-data ta' għeluq sat-23 ta' April 2007. Microsoft wieġbet fil-ħin.

Aċċess għall-fajl

Microsoft talbet aċċess għall-fajl fit-2 ta' Marzu 2007, u din kienet ingħatat fil-5 ta' Marzu 2007, fil-bini tal-Kummissjoni.

Fis-27 ta' April 2007, Microsoft ippreżentat corrigendum mat-Tweġiba tagħha għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Fid-9 ta' Mejju 2007 Microsoft talbet għal iktar aċċess għall-fajl.

Fil-11 ta' Mejju 2007, TAEUS, it-Trustee u l-Konsulenti tiegħu ppreżentaw rapporti dwar ir-rapport tal-esperti ta' Microsoft mehmuż mat-Tweġiba għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, u Microsoft ingħatat aċċess għal dawn, flimkien ma' kopji tal-kummenti kollha ppreżentati minn partijiet terzi dwar id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u dwar it-Tweġiba lid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, fl-14 ta' Mejju 2007.

Fis-16 ta' Mejju 2007, Microsoft talbet iktar aċċess għall-fajl, li ngħata fit-23 ta' Mejju 2007.

Fil-21 ta' Mejju 2007, Microsoft ippreżentat Ftehimiet riveduti tad-WSPP li kienu jinkludu Tabella Riveduta tar-Royalty (“l-iskema ta' remunerazzjoni tal-21 ta' Mejju 2007”). Microsoft stqarret li “issa kienet ser toffri dawn ir-rati aktar baxxi b'mod uffiċjali”, b'data ta' applikazzjoni retroattiva mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

Fl-1 ta' Ġunju 2007, Microsoft ippreżentat tweġiba supplimentari għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, u valutazzjoni teknika addizzjonali fit-8 ta' Ġunju 2007.

Diversi drabi matul il-proċedura Microsoft talbet aċċess għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni min-naħa, u t-Trustee jew l-esperti tal-Kummissjoni, min-naħa l-oħra.

Il-Kummissjoni taħseb li dawn id-dokumenti huma interni.

Diġà fil-proċediment dwar l-allegazzjoni li Microsoft naqset milli tipprovdi dokumentazzjoni teknika sħiħa u preċiża li tinkorpora l-Informazzjoni ta' Interoperabilità, jien ma nilqax it-talba ta' Microsoft għal aċċess għall-korrispondenza mat-Trustee tal-Monitoraġġ u mal-esperti esterni tal-Kummissjoni (cf. Rapport Finali tal-Uffiċjali tas-Smigħ fil-każ COMP/C-3/37.792 – MICROSOFT, 3.7.2006, p. 6). Jien inqis li din il-korrispondenza hi interna.

Madankollu, iċċekjajt bir-reqqa jekk l-aċċess għal dawn l-elementi tal-korrispondenza setax ikun neċessarju sabiex tinftiehem b'mod adegwat il-metodoloġija jew il-verifikazzjoni teknika proprja tar-rapport tat-Trustee jew b'xi mod ieħor indispensabbli għad-difiża ta' Microsoft. Bi tweġiba għat-tħassib ta' Microsoft, jien iċċekjajt il-korrispondenza bejn it-Trustee u TAEUS lill-Kummissjoni bejn id-dati relevanti (10.11.2006 u 22.5.2007). Jien stajt nikkonferma lill-Microsoft li fl-opinjoni tiegħi l-ebda element ta' korrispondenza ma kien indispensabbli għall-ftehim tal-metodoloġija applikata fil-rapport jew għat-testjar tal-korrettezza teknika tagħhom.

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-kwistjoni addizzjonali imqajma minn Microsoft, jien iċċekjajt il-korrispondenza mibgħuta mill-Kummissjoni lit-Trustee u lit-TAEUS (10.11.2006 to 27.7.2007) u li kienet magħmula disponibbli għalija. Wara r-reviżjoni tiegħi tal-korrispondenza, jien ikkonfermajtilhom li ma kien hemm l-ebda dokument li jindika li l-Kummissjoni kienet eżerċitat influwenza mhux xierqa fuq it-Trustee jew l-esperti tal-Kummissjoni.

IS-SMIGĦ ORALI

Microsoft ma talbitx smigħ orali.

ITTRA TAL-FATTI

Il-Kummissjoni bagħtet Ittra tal-Fatti (“l-Ittra tal-Fatti”) lil Microsoft fl-24 ta' Lulju 2007. Din l-ittra tat lil Microsoft l-opportunità li tikkumenta dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iskema tar-remunerazzjoni tal-21 ta' Mejju 2007 u dwar evidenza oħra li nġabret mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, b'mod speċjali rapporti tat-Trustee u tal-esperti tal-Kummissjoni, tat-TAEUS, kif ukoll it-tweġibiet għal talbiet għall-informazzjoni lid-detenturi ta' liċenzji ġodda tad-WSPP. Microsoft ingħatet l-aċċess għall-fajl fir-rigward tad-dokumenti ppreżentati wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, u ppreżentat it-tweġiba tagħha lill-Ittra ta' Fatti fil-31 ta' Awwissu 2007.

ID-DEĊIŻJONI MILL-QORTI TAL-PRIM ISTANZA

Fis-17 ta' Settembru 2007 l-Qorti tal-Prim Istanza kkonfermat il-partijiet sostantivi tad-Deċiżjoni, li Microsft kienet appellat. (5)

Madankollu, il-Qorti annullat l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni sakemm dan jordna lil Microsoft biex jippreżenta proposta għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu li għandu jinkludi trustee ta' monitoraġġ bis-setgħa li jkollu aċċess, b'mod indipendenti mill-Kummissjoni, għall-assistenza, informazzjoni, dokumenti, bini u impjegati ta' Microsoft u l-kodiċi tas-sors tal-prodotti relevanti ta' Microsoft.

Fit-2 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni talbet lil Micrsoft biex tipprovdi d-dokumenti u l-informazzjoni kollha li Microsoft ipprovdiet lit-Trustee jew lit-tim tiegħu, b'mod indipendenti mill-Kummissjoni, mid-data tal-appuntament tat-Trustee. Microsoft wieġbet għal din it-talba bl-ittri tal-31 ta' ottubru 2007 u tad-9 ta' Novembru 2007.

Fit-22 ta' Ottubru 2007, wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni, Microsoft introduċiet skema ġdida ta' remunerazzjoni għall-Ftehimiet tad-WSPP.

Id-dispożizzjoni ta' dawn id-dokumenti u informazzjoni u l-introduzzjoni tal-iskema ġdida ta' remunerazzjoni ma fissritx li l-fażi ta' investigazzjoni reġgħet infetħet, u għalhekk ma kienx meħtieġ li terġa toħroġ Ittra ta' Fatti ġdida.

L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI FINALI

Fil-fehma tiegħi, l-abbozz tad-deċiżjoni finali ma fihx elementi ta' liġi li ma ġewx stipulati fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u l-ebda elementi ta' fatti li ma kinux ġew stipulati jew fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet jew fl-Ittra ta' Fatti.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jien nikkunsidra li d-dritt ta' Microsoft u tal-partijiet terzi sabiex jinstemgħu ġie rrispettat f'dan il-każ.

Brussell, il-25 ta' Frar 2008.

Karen WILLIAMS


(1)  Fis-17 ta' Settembru 2007 l-Qorti tal-Prim' Istanza kkonfermat il-partijiet sostantivi tad-Deċiżjoni, li Microsft kienet appellat. Sussegwentement Microsoft ħabbret li mhux ser tappella s-sentenza tal-QPI.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta' penali impost fuq Microsoft Corporation mid-Deċiżjoni finali C(2005) 4420 u li temenda d-Deċiżjoni fir-rigward tal-ammont tal-ħlas perjodiku ta' penali (Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft), C(2006) 3143 finali.

(3)  Premessa 244 tal-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni

(4)  Cf. Artikolu 7 tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tat-Trustee.

(5)  Supra, nota 1.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Frar 2008

li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft permezz tad-Deċiżjoni C(2005) 4220 finali

(Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 764 finali)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2009/C 166/08

Fis-27 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft permezz tad-Deċiżjoni C(2005) 4420 finali (“id-Deċiżjoni ta' Frar 2008”). B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda b'dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluża kull multa imposta, wara li kkunsidrat l-interess legali tal-impriżi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux konfidenzjali tat-test sħiħ tad-deċiżjoni tinsab fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna li bihom taħdem il-Kummissjoni fuq il-websajt tad-DĠ COMP:

http://europa.eu.int/comm/competition/index_en.html

1.   SOMMARJU TAL-KAŻ

1.1.   L-Isfond tal-każ

1.

Fl-24 ta' Marzu 2004, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni 2007/53/EC fi proċediment skont l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (Każ COMP/C-3/37.792) indirizzat lill-Korporazzjoni Microsoft (“Microsoft”) (2). F’din id-deċiżjoni (“id-Deċiżjoni”), il-Kummissjoni sabet, inter alia, li Microsoft kienet kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (“l-Artikolu 82 tal-KE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“l-Artikolu 54 ŻEE”) billi rrifjutat, minn Ottubru 1998 sad-data tad-Deċiżjoni, li tiżvela ċerta “Informazzjoni ta’ Interoperabbiltà” (3) speċifika lill-bejjiegħa ta' prodotti ta' sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw u jiddistribwixxu prodotti interoperabbli.

2.

L-Artikolu 5 (a) u (c) tal-parti operattiva tad-Deċiżjoni tinqara kif ġej:

“(a)

Il-Korporazzjoni Microsoft għandha, fi żmien 120 jum mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, tagħmel l-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà disponibbli lil kwalunkwe impriża interessata fl-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma u għandha, b’termini raġonevoli u mhux diskriminatorji, tippermetti l-użu tal-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà minn tali impriżi għall-iskop tal-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma.[…]

(c)

Il-Korporazzjoni Microsoft għandha, fi żmien 120 jum mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, twaqqaf mekkaniżmu ta' valutazzjoni li jagħti lill-impriżi interessati possibilità fattibbli sabiex jinfurmaw ruħhom dwar il-firxa u t-termini tal-użu tal-Informazzjoni tal-Interoperabilità; fir-rigward ta' dan il-mekkaniżmu tal-valutazzjoni, il-Korporazzjoni Microsoft tista' timponi kundizzjonijiet raġonevoli u mhux diskriminatorji sabiex tiżgura li l-aċċess għall-Informazzjoni tal-Interoperabilità jingħata biss għall-finijiet tal-valutazzjoni;”

1.2.   Nuqqas ta' konformità mad-Deċiżjoni

3.

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità kontinwa tal-Microsoft mad-Deċiżjoni, wara aktar minn sena mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni, fl-10 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penalità fuq Microsoft skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“l-Artikolu 24(1) Deċiżjoni”). L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 24(1) jinqara kif ġej:

“Sal-15 ta’ Diċembru 2005, il-Korporazzjoni Microsoft għandha tiżgura li tissodisfa bis-sħiħ l-obbligi stipulati fl-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2004) 900) tal-24 ta' Marzu 2004.

Fl-assenza ta' din il-konformità, pagament perjodiku ta’ penalità ta' EUR 2 miljuni kuljum, ikkalkulat minn dik id-data, għandu jiġu impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft.”

4.

L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni identifika b'mod preliminari żewġ sitwazzjonijiet fejn Microsoft ma kkonformatx mal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni Finali 2004. L-ewwelnett Microsoft ma pprovdietx dokumentazzjoni teknika sħiħa u preċiża li tinkopora l-Informazzjoni ta' Interoperabbiltà. It-tieni, il-livelli ta' rimunerazzjoni imposti minn Microsoft f'dak iż-żmien għall-aċċess ta' jew l-użu tal-informazzjoni ta' interoperabbiltà ġew meqjusin bħala mhux raġonevoli.

5.

Bħala segwitu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(1), Microsoft forniet deskrizzjoni teknika rriveduta tal-protokolli li kienu relevanti għall-komunikazzjoni bejn kompjuters (PCs) tal-Windows u servers ta' gruppi ta' ħidma (id-“Dokumentazzjoni Teknika”) (4) Ir-reviżjoni li saret tal-verżjonijiet differenti tad-Dokumentazzjoni Teknika li ġiet fornita minn Microsoft wasslet għal konklużjoni li d-dokumentazzjoni xorta waħda ma kinitx tipprovdi informazzjoni ta' interoperabbiltà preċiża lill-impriżi interessati kif mitlub mid-Deċiżjoni 2004.

6.

Fit-12 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) 1/2003 li stabbiliet iċ-ċifra ta' EUR 280,5 miljun bħala l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost mid-Deċiżjoni 24(1) għall-perjodu bejn is-16 ta' Deċembru 2005 u l-20 ta' Ġunju 2006 fir-rigward tal-ewwel sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità li ġiet identifikata fid-Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(1), jiġifieri n-nuqqas min-naħa ta' Microsoft li tforni dokumentazzjoni teknika sħiħa u preċiża li tinkopora l-informazzjoni ta' interoperabbiltà.

7.

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Lulju 2006 emendat ukoll l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(1) b'tali mod li żiedet l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost fuq Microsoft minħabba li ma kkonformatx mal-obbligazzjonijiet tagħha taħt l-Artikolu 5(a) u (c) tad-Deċiżjoni tal-2004 għal EUR 3 miljun kuljum mill-1 ta' Awwissu 2006.

8.

Filwaqt li l-ħidma fuq id-Dokumentzzjoni Teknika baqgħet għaddejja, il-Kummissjoni indirizzat it-tieni sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità li ġiet identifikata fid-Deċiżjoni skont l-Artikolu 24(1), jiġifieri n-nuqqas min-naħa ta' Microsoft li tagħmel l-informazzjoni ta' interoperabbiltà disponibbli b'termini raġonevoli.

9.

Wara li Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet ġiet indirizzata lil Microsoft fl-1 ta' Marzu 2007, Microsoft, fil-21 ta' Mejju 2007, resqet Programm ta' Protokoll dwar is-Servers ta' gruppi ta' ħidma (“WSPP”) li jiggverna l-aċċess għal u l-użu tal-informazzjoni ta' interoperabbiltà. Dawn il-ftehimiet kienu jinkludu tabella bil-pagamenti ta' royalties fejn ir-rati aktar baxxi ġew mqabblin ma' dawk li kienu offruti qabel. Microsoft stqarriet li kienet se tapplika dawn ir-rati aktar baxxi b'data ta' applikazzjoni “retroattiva” mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004. Microsoft kienet resqet, f'diversi okkażjonijet, verżjonijiet irriveduti tal-iskemi dwar rimunerazzjoni tal-WSPP tagħha, fejn l-ewwel verżjoni ġiet bid-data tad-29 ta' Ottubru 2004, u kienet baxxiet ir-rati ta' rimunerazzjoni applikabbli f'diversi okkażjonijiet.

1.3.   Passi ta' proċedura

10.

Fl-1 ta' Marzu 2007, ġiet indirizzata Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil Microsoft (“id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet”) li fissret fil-qosor il-konklużjoni preliminari li Microsoft kienet għadha qiegħda tonqos mill-obbligazzjoni tagħha li tagħmel l-informazzjoni ta' interoperabbiltà disponibbli fuq termini raġonevoli u mhux diskriminitorji.

11.

Fit-23 ta' April 2007 Microsoft resqet ir-risposta tagħha dwar id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u rrifjutat il-possibilità li ngħatatilha għal seduta orali.

12.

Fil-21 ta' Mejju 2007, Microsoft resqet Ftehimiet irriveduti marbutin mal-Programm ta' Protokoll dwar is-Servers ta' gruppi ta' ħidma (“WSPP”) li jirregolaw l-aċċess għal u l-użu tal-informazzjoni ta' interoperabbiltà. Dawn il-ftehimiet kienu jinkludu Tabella Riveduta bil-Pagamenti ta' Drittijiet (“l-iskema dwar rimunerazzjoni tal-21 ta' Mejju 2007”). Microsoft stqarriet li “issa kienet se toffri dawn ir-rati aktar baxxi fis-suq, b'mod uffiċjali”, b'data ta' applikazzjoni “retroattiva” mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Microsoft kienet resqet f'diversi okkażjonijiet verżjonijiet irriveduti tal-iskemi dwar rimunerazzjoni tad-WSPP tagħha, fejn l-ewwel verżjoni kienet iġġorr id-data tad-29 ta' Ottubru 2004, u wara li saru xi diskussjonijiet kienet baxxiet ir-rati ta' rimunerazzjoni applikabbli f'diversi okkażjonijiet. Dawn l-iskemi kollha ġew ikkunsidrati bħala mhux raġenevoli taħt il-kriterji għall-istabbiliment tal-prezzijiet li jifformaw il-bażi tad-Deċiżjoni kif jidher fil-Prinċipji għall-Istabbiliment tal-Prezzijiet tal-WSPP li sar ftehim dwarhom ma' Microsoft. Dawn il-prinċipji jiddependu fuq tliet kriterji li jirreflettu l-valur tal-Informazzjoni ta' Interoperabbilità ta' Microsoft għall-utenti tagħha fejn qiegħed jiġi eskluż “il-valur strateġiku” mnissel mis-saħħa li Microsoft tgawdi minnha fis-suq tas-sistemi operattivi tal-Kompjuters Personali jew fis-suq tas-sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma (jiġifieri, il-ħolqien ta' Microsoft stess, innovazzjoni u paragun b'teknoloġiji simili)

13.

Fl-24 ta' Ġunju 2007, intbagħtet Ittra tal-Fatti lil Microsoft li fiha ġew evalwati r-reviżjonijiet li saru fl-iskema ta' rimunerazzjoni ta' Microsoft li ġew introdotti wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u stiednet l-impriża biex tressaq il-kummenti tagħha, li fil-fatt għamlet fil-31 ta' Awwissu 2007.

14.

Fit-22 ta' Ottubru 2007 Microsoft introduċiet skema ta' rimunerazzjoni ġdida għall-Ftehimiet WSPP. Din l-iskema ġdida tipprevedi Ftehim Mingħajr Privattiv li fih l-aċċess għal u l-użu tal-informazzjoni ta' interoperabbilità huwa permess permezz ta' pagament ta' EUR 10 000 li jitħallas darba biss. Ftehim dwar Privattiv li jipprovdi għall-għoti ta' liċenzja ta' privattiv fir-rigward ta' dawk il-partijiet tal-informazzjoni ta' interoperabbilità li skont Microsoft jaqgħu taħt privattivi, biex tintuża jew madwar id-dinja għal drittijiet ta' 0,4 % tad-dħul nett tal-parti terzi li tkun ingħatatilha l-liċenzja jew inkella għall-prezz li jinqasam, li jipprevedi drittijiet ta' drittijiet ta' 0,25 % fiz-ŻEE u 3,87 % għal lokalitajiet oħra fid-dinja. Meta kienet qiegħda tadotta d-deċiżjoni tas-27 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-iskema tar-rimunerazzjoni tat-22 ta' Ottubru 2007 m'għandhiex tqajjem oġġezzjonijiet dwar kemm hi raġonevoli u n-natura mhux diskriminatorja tar-rati ta' rimunerazzjoni.

1.4.   Il-kumpanija u l-prodott ikkonċernat

15.

Microsoft hija kumpanija tas-software bbażata f'Redmond, fl-Istat ta' Washington, l-Istati Uniti tal-Amerika. Id-dħul ta' Microsoft għas-sena fiskali Lulju 2006 sa Ġunju 2007 kien USD 51 120 miljun. Microsoft timpjega 78 500 persuna madwar id-dinja. Microsft għandha preżenza fil-pajjiżi kollha fi ħdan iż-ŻEE.

16.

Il-prodotti milquta mill-proċedura preżenti huma l-“is-sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma tal-Windows” kif imfissrin fl-Artikolu 1(9) tad-Deċiżjoni

1.5.   In-natura tan-nuqqas ta' konformità

17.

Kif stipulat fil-premessa 1003 tad-Deċiżjoni, l-għan tad-Deċiżjoni“huwa li jiżgura li l-kompetituri ta' Microsoft ikunu jistgħu jiżviluppaw prodotti li huma interoperabbli mal-arkitettura tad-domain Windows oriġinarjament appoġġata mis-sistemi operattivi Windows tal-PC tal-klijenti, biex b'hekk ikunu jistgħu jikkompetu direttament mal-prodotti tas-sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma tal-Microsoft”

18.

Kif stipulat fil-premessa 1008 tad-Deċiżjoni, “il-ħtieġa li t-termini imposti minn Microsoft għandhom ikunu raġenevoli u mhux diskriminatorji tapplika b'mod partikolari […] (ii) għal kwalunkwe rimunerazzjoni li Microsoft tista' ddaħħal minn fuq fornitura; rimunerazzjoni bħal din m'għandhiex tirrifletti 'l-valur strateġiku’ mnissel mis-saħħa li tgawdi minnha Microsoft fis-suq tas-sistemi operattivi għal PCs jew fis-suq tas-sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma”

19.

Id-Deċiżjoni ta' Frar 2008 tevalwa l-konformità ta' Microsoft mal-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-Ftehimiet tal-WSPP riveduti kif intbagħtu minn Microsoft fil-21 ta' Mejju 2007 flimkien mal-iskema dwar rimunerazzjoni tal-WSPP li ġiet applikata minnha. Peress li din l-iskema dwar rimunerazzjoni tipprovdi għal rati ta' rimunerazzjoni aktar baxxi mill-verżjonijiet tal-Ftehimiet tal-WSPP ta' qabel, l-ewalwazzjoni tapplika wkoll, a fortiori, għal skemi ta' rimunerazzjoni ta' dawn il-verżjonijiet ta' qabel. Taħt l-iskema rata ta' 0,5 % tad-dħul nett tar-reċipjent trid titħallas għall-protokolli kollha tad-WSPP taħt il-Ftehim ta' Renunzja għal Privattiv tad-WSPP u rata ta' 0,7 % tad-dħul nett tar-recipjent trid titħallas għall-liċensji kollha ta' privattivi li jkopru il-protokolli tad-WSPP taħt il-Ftehim ta' Privattiv Biss tad-WSPP.

20.

Id-Deċiżjoni ta' Frar 2008 tiffoka fuq l-obligu ta' Microsoft skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 2004 li tagħmel disponibbli Informazzjoni ta' Inoperabbilità li ma taqax taħt privattiv għal prezz raġonevoli.

21.

Fid-Deċiżjoni ta' Frar 2008 il-Kummissjoni tfisser fil-qosor li l-Prinċipji tal-Prezzijiet tad-WSPP jirreflettu kif suppost il-loġika wara d-Deċiżjoni 2004 kif imfissra fil-Premessi 1003 u 1008 (ii). Id-deċiżjoni tas-27 ta' Frar 2008 tikkonkludi li fin-nuqqas ta' evidenza konvinċenti fir-rigward tan-natura nnovattiva tat-tekonoloġiji ta' protokoll kważi kollha ta' Microsoft li ma jaqawx taħt privattiv u li ġew żvelati flimkien mad-dokumentazzjoni teknika tal-informazzjoni ta' Interoperabilità u b'ħarsa lejn valur fis-suq ta' teknoloġiji kumparabbli (cf. is-sommaraju tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-prezzijiet fil-paragrafu 11 hawn fuq), l-iskemi ta' dħul ta' Microsoft qabel it-22 ta' Ottubru 2007 għandhom jitqiesu bħala mhux raġenevoli taħt l-Artikoli 5 (a) tad-Deċiżjoni. Din l-evalwazzjoni hija appoġġata minn rapporti tal-Amministratur Sorveljanti kif ukoll minn esperti tekniċi esterni, TAEUS.

2.   L-AMMONT DEFINITTIV TAL-PAGAMENT PERJODIKU TA' PENALI

2.1.   Il-perjodu relevanti għal nuqqas ta' konformità

22.

Din id-Deċizjoni ta' Frar 2008 tikkonċerna il-perjodu mill-21 ta' Ġunju 2006 sal-21 ta' Ottubru 2007 (“il-perjodu relevanti”).

2.2.   L-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali għall-perjodu relevanti

23.

Id-deċiżjoni tas-27 ta' Frar 2008 tistabilixxi l-ammont definittiv ta' EUR 899 miljun bħala l-pagament perjodiku ta' penali impost fuq Microsoft għall-perjodu relevanti.

24.

B'konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fejn l-impriza kkonċernata ssodisfat l-obbligi li kellha tiġi nfurzata mill-pagament perjodiku ta' penali, il-Kummisjoni tista' tfassal l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali għal ċifra aktar baxxa minn dik li kienet se tidher taħt id-deċiżjoni oriġinali.

25.

Meta jkun qiegħed jiġi kkalkulat l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali, inter alia, ġew ikkunsidrati, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

In-nuqqas ta' konformità persistenti fir-rigward tar-rimunerazzjoni raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-perjodu ta' iżjed minn ħmistax-il xhar.

Iż-żieda ulterjuri fir-riskju li tiġi eliminata l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tas-sistemi operattivi ta' servers għal gruppi ta' ħidma li ġiet identifikata fid-Deċiżjoni 2004.

Il-kapaċità li għandha Microsoft li taħsad il-benefiċċji marbutin man-nuqqas ta' konformità.

In-neċessità li tistabilixxi pagamenti perjodiċi ta' penali li huma proporzjonali u suffiċjenti biex jostakolaw in-nuqqas ta' konformità

Il-fatt li rati sostanzjalment aktar baxxi ġew applikati mill-21 ta' Mejju 2007

Il-fatt li d-Deċiżjoni ta' Frar 2008 hija limitata għall-informazzjoni ta' interoperabilità li ma taqax taħt privattiv.

2.3.   Konklużjoni

26.

Għall-perjodu bejn il-21 ta' Ġunju 2006 u l-21 ta' Ottubru 2007, l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta' penali impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft mid-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni C(2005) 4420 finali tal-10 ta' Novembru 2005 minħabba li naqset mill-obbligazzjoni tagħha li tagħmel Informazzjoni ta' Interoperabilità disponibbli għall-impriżi interessati fuq termini raġonevoli u mhux diskriminatorji skont l-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, huwa ffissat għal EUR 899 miljun fid-Deċizjoni ta' Frar 2008.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 23.

(3)  It-terminu “informazzjoni ta’ interoperabbiltà” huwa mfisser fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni. Ifisser “l-ispeċifikazzjonijiet sħaħ u preċiżi għall-Protokolli kollha implimentati fis-sistemi operattivi għal servers ta' gruppi ta' ħidma tal-Windows u li jintużaw mis-Servers ta' Gruppi ta' Ħidma tal-Windows għall-għoti ta’ fajls u servizzi ta’ stampar u servizzi ta’ amministrazzjoni ta’ grupp u ta’ utent, inklużi s-servizzi ta’ Windows Domain Controller, is-servizzi ta’ Active Directory u s-servizzi ta’ Group Policy, għal Windows Work Group Networks”.

(4)  L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-2004 jfisser “Protokoll” bħala sett ta’ regoli ta’ interkonnessjoni u interazzjoni bejn diversi eżempji ta’ sistemi operattivi tas-servers tal-gruppi ta' ħidma tal-Windows u Sistemi Operattivi ta' PCs tal-Windows Client li jiffunzjonaw fuq kompjuters differenti fin-Netwerk ta' Gruppi ta' Ħidma tal-Windows.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/24


Impriżi tal-ipproċessar inizjali tat-tabakk rikonoxxuti mill-istati membri

2009/C 166/09

Din il-pubblikazzjoni hija konformi mal-Artikolu 171co tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskema ta’ għajnuna għat-tabakk.

IL-BELĠJU

MANIL V.

Rue du Tambour 2

6838 Corbion

BELGIQUE/BELGIË

TABACS COUVERT

Rue des Abattis 49

6838 Corbion

BELGIQUE/BELGIË

TABAC MARTIN

Rue de France 176

5550 Bohan

BELGIQUE/BELGIË

BELFEPAC nv

R. Klingstraat 110

8940 Wervik

BELGIQUE/BELGIË

VEYS TABAK nv

Repetstraat 110

8940 Wervik

BELGIQUE/BELGIË

MASQUELIN J.

Wahistraat 146

8930 Menen

BELGIQUE/BELGIË

VANDERCRUYSSEN P.

Kaaistraat 6

9800 Deinze

BELGIQUE/BELGIË

NOLLET bvba

Lagestraat 9

8610 Wevelgem

BELGIQUE/BELGIË

IL-BULGARIJA

(BT = tabakk tal-Bulgarija; AD = kumpanija b'ishma konġunti; VK = kooperattiva universali; ZPK = Kumpanija tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni; EOOD = kumpanija b'responsabbiltà limitata magħmula minn persuna waħda; ET = negozjant uniku; OOD = kumpanija b'responsabbiltà limitata)

„Asenovgrad — Tabak“ AD

Street „Aleksandar Stamboliyski“ 22

4230 Asenovgrad

BULGARIA

„Blagoevgrad BT“ AD

Street Pokrovnishko Shosse 1

2700 Blagoevgrad

BULGARIA

„Missirian Bulgaria“ AD

Blvd. „Madara“ 25, entr. A, app. 36

9700 Shumen

BULGARIA

„Topolovgrad — BT“ AD

Street „Hristo Botev“ 10

8760 Topolovgrad

BULGARIA

„Bulgartabak Holding“ AD

Street „Graf Ignatiev“ 62

1000 Sofia

BULGARIA

„Pleven — BT“ AD

District Pleven

5850 Yasen

BULGARIA

„Cigarette factory“ EAD

Street „Avksentiy Veleshki“ 23

4000 Plovdiv

BULGARIA

„Gotse Delchev — Tabak“ AD

Street „Tsaritsa Yoana“ 12

2900 Gotse Delchev

BULGARIA

„Dulovo — BT“ AD

„Zona Sever“ 1

7650 Dulovo

BULGARIA

„Dupnitsa — Tabak“ AD

Street „Yahinsko Shose“ 1

2600 Dupnitsa

BULGARIA

„Kardzhali — Tabak“ AD

Street „Republikanska“ 1

6600 Kardzhali

BULGARIA

„Pazardzhik — BT“ AD

Street „Dr. Nikola Lambrev“ 24

4400 Pazardzhik

BULGARIA

„Parvomay — BT“ AD

Street „Omurtag“ 1

4270 Parvomay

BULGARIA

„Sandanski — BT“ AD

Street „Svoboda“ 38

2800 Sandanski

BULGARIA

„Smolyan Tabak“ AD

Street „Trakiya“ 1

4701 Smolyan

BULGARIA

„Yambol — Tabak“ AD

Street „Yambolen“ 7

8600 Yambol

BULGARIA

„Isperih — BT“ AD

Street „Vasil Levski“ 3

7400 Isperih

BULGARIA

VK „Mladost-95“

Street „9-ti septembri“ 2

6800 Momchilgrad

BULGARIA

ZPK „Tyutyun“

Stara Zagora District

6295 Glavan

BULGARIA

„Alliance One Tobacco Bulgaria“ EOOD

Blvd. Saedinenie 62

6300 Haskovo

BULGARIA

„Nord Tabak — Nikotiana“ AD

Blvd. „Madara“ 25, entr. A, 3rd floor, app. 18

9700 Shumen

BULGARIA

„Mehanika“ AD

Street „P. Tsikalov“ 10

4550 Peshtera

BULGARIA

„Leaf Tobacco — A. Mihaylidis“ AD

Promishlena zona 1

2800 Sandanski

BULGARIA

„Trakia — tabak“ EOOD

Street George Papazov 7

8600 Yambol

BULGARIA

„Socotab — Bulgaria“ EOOD

Street Saborna 2A

1000 Sofia

BULGARIA

ET „Zaara — Yancho Ivanov“

Street „Aleksandar Ekzarh“ 7, ap. 4, 4th floor

6000 Stara Zagora

BULGARIA

„Sofia — BT“ AD

Ovcha kupel

Blvd. „Tsar Boris III“ 134

1618 Sofia

BULGARIA

„Balgarski tyutyuni“ AD

Street „Yaldaram“ 1

6850 Dzhebel

BULGARIA

ET „Prominvest — Milcho Yanudov“

Industrial zone, Zelendolsko shosse

P.O. Box 119

Blagoevgrad District

2700 Blagoevgrad

BULGARIA

ET „Nesho Miranov“

Vratsa District

Street „Vasil Levski“ 90

3200 Byala Slatina

BULGARIA

ET „Barbaros — Myumyun Ahmed“

Street „Sini vrah“ 40

4230 Asenovgrad

BULGARIA

ET „Nuri Hadzhiyusein“

Asenovgrad district

4264 Zlatovrah

BULGARIA

„Slantse — K. Belchev“ OOD

Street „Hristo Botev“ 117, vh. G, et. 5, ap. 10

6000 Stara Zagora

BULGARIA

Tyutyuneva kooperatsiya „Zlaten list“

Street „Polkovnik Drangov“ 10

2850 Petrich

BULGARIA

„Prominvest“ EOOD

Street „T. Aleksandrov“ 16

2700 Blagoevgrad

BULGARIA

ET „Mitko Chaushev — Virzhiniya 94“

Municipality Parvomay

4280 Dalbok Izvor

BULGARIA

„Valtabak“ EOOD

Maritza municipality

Plovdiv district

Tobacco storehouse or Tyutyuneva baza

4173 Manole

BULGARIA

ET „Tobacco Trade — Rashko Mechtanov“

Pazardzhik District

Street Vtora 9

4452 Krali Marko

BULGARIA

„Silvarsan Bulgaria“ EOOD

ploshtad „Gradska Bolnitsa“ 1

Biznestsentar-21 vek

et. 4, ofis-apartament 3

6300 Haskovo

BULGARIA

„Slantse Stara Zagora — BT“ AD

Street „Stamo Pulev“ 1

6000 Stara Zagora

BULGARIA

„Shumen BT“ AD

Street „Madara“ 38

9700 Shumen

BULGARIA

„Dzambaz“ OOD

District Yambol, Straldzha municipality

Street P. Penev 2A

8690 Zimnica

BULGARIA

„Tobacco Leaf House“ OOD

Blvd. „Hristo Botev“ 92 V, sector C, et. 3

4000 Plovdiv

BULGARIA

IL-ĠERMANJA

ALLIANCE ONE ROTAG AG

Hardeckstraße 2a

76185 Karlsruhe

DEUTSCHLAND

JAKOB METZ KG

Hauptstraße 75

76863 Herxheim-Hayna

DEUTSCHLAND

SPANJA

AGROEXPANSIÓN, S.A.

C/Suero de Quiñones, 42, 2a planta

28002 Madrid

ESPAÑA

COMPAÑÍA ESPAÑOLA DE TABACO EN RAMA S.A. (CETARSA)

Avda. de las Angustias, no 20

10300 Navalmoral de la Mata (Cáceres)

ESPAÑA

WORLD WIDE TOBACCO ESPAÑA, SA

Paseo de la Castellana, 110, piso 12

28046 Madrid

ESPAÑA

FRANZA

UNION DES COOPÉRATIVES AGRICOLES DES PLANTEURS DE TABAC (UCAPT)

Z.I. de Madrazès

24200 Sarlat

FRANCE

L-ITALJA

Tiberina Tabacchi SRL

Località San Croce 45

52037 Sansepolcro

ITALIA

Tabacchi Poiana — Società Cooperativa Agricola a mutualità prevalente

Largo Europa 101

36026 Pojana Maggiore

ITALIA

Contab sud SRL

Via Dominutti 20

37135 Verona

ITALIA

CO.VE.TAB. Cooperativa Veneta Tabacchi Società Cooperativa Agricola

Via XXV Aprile 17/b

37053 Cerea

ITALIA

MELLA SRL.

Via Signoria 2

35010 San Giorgio delle Pertiche

ITALIA

Consorzio Tabacchicoltori Monte Grappa di Bassano del Grappa

Via Divisione Julia 2

36061 Bassano del Grappa

ITALIA

Cooperativa Tabacchi Verona Società Agricola

Via Canove 15

37056 Salizzole

ITALIA

A.T.I. SRL

Corso Trieste 24

81100 Caserta

ITALIA

Manifatture Sigaro Toscano SRL

L.go Toniolo 6

00186 Roma

ITALIA

CECAS — Coop.va Agr.

Contrada Olivola

82100 Benevento

ITALIA

CO.SV.A.S.C. ARL

Via Macchioni 7

83025 Montoro Inferiore

ITALIA

Comatab SRL

Via Torre 1

83012 Cervinara

ITALIA

Cons. Bright Italia S.C. ARL

Via G. Garibaldi 87

06034 Foligno

ITALIA

PROTAB S.C. ARL

Fraz. Cerbara Via C. Marx 4

06012 Città di Castello

ITALIA

COOP. Agricola Int. Prov. le. — C.A.I.

Via Paduli — Buonalbergo

82020 Paduli

ITALIA

Deltafina SPA

Via Monte Fiorino 4

05919 Orvieto Scalo

ITALIA

Domenico De Lucia SPA

Via Maddaloni 3

81027 San Felice a Cancello

ITALIA

Eurotabac S.C. ARL

C. da Mascanfroni

82100 Benevento

ITALIA

MPM Tabacchi Sud SRL

Via Giardino 9

82010 San Nicola Manfredi

ITALIA

Phonix International Tobacco SRL

Fraz S.M. Ingrisone V. Capocas

82010 San Nicola Manfredi

ITALIA

TAB Trade SRL

Via S. Gioacchino 52

80011 Acerra

ITALIA

SA. Tab. Sannio Tabacchi

C. da Festola

82010 San Leucio del Sannio

ITALIA

SACIT SUD SRL

Contrada San Giovanni

82018 San Giorgio del Sannio

ITALIA

Tobacco Products and Blenders SR

Piazza Euclide 2

00197 Roma

ITALIA

USAG TABACCHI SRL

Piazza Vanvitelli 33

81100 Caserta

ITALIA

Trestina AZ Tab.

Via Fortebraccio 32

06018 Città di Castello

ITALIA

L-AWSTRIJA

Alliance One Rotag AG

Hardeckstrasse 2a

76185 Karlsruhe

ÖSTERREICH

IL-POLONJA

Universal Leaf Tobacco Poland Sp. z o.o.

Street Przemysłowa 20

28-300 Jędrzejów

POLSKA/POLAND

FTK Spółka z o.o.

Street Leśna 2

22-300 Krasnystaw

POLSKA/POLAND

Philip Morris Polska Tobacco Sp. z o.o.

Jana Pawła II 196

31-982 Kraków

POLSKA/POLAND

Luxor Sp. z o.o.

Mała Wieś 10

05-622 Belsk Duży

POLSKA/POLAND

Tabak Polen Sp. z o.o.

Al. Solidarności 129/131

00-898 Warszawa

POLSKA/POLAND

Il-PORTUGALL

Fábrica de Tabaco Estrela

Empresa Madeirense — Tabacos S.A.

Rua de Santa Catarina

9500-240 Ponta Delgada

PORTUGAL

IR-RUMANIJA

SC Integrado SRL

Street Aleea Trandafirilor nr. 1

Zimnicea, jud. Teleorman

ROMÂNIA

SC Investrom Farm SRL

B-dul Burebista 4, Bl. D3, Sc. 3, Et. 07, ap. 99

Sector 3, București

ROMÂNIA

Ult Hungary ZRT

Dugonics u. 2. sz.

4400 Nyíregyháza

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

SC Itália Tobacco Production SRL

Comuna Mogoșoaia nr. 42 B

Judetul Ilfov

ROMÂNIA

Doffer Dohanyfermentalo Hungaria SA – sucursula Arad România

Street Calea Vanatori nr. 55/c

Judetul Arad

ROMÂNIA

IS-SLOVAKKJA

Aris Tobacco spol. s r. o.

Kálnická cesta 8

934 01 Levice

SLOVENSKO/SLOVAKIA


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/29


L-entitajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta' kuntratti għat-tkabbir tat-tabakk

2009/C 166/10

Din il-pubblikazzjoni hija skont l-Artikolu 171co tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, f'dak li jirrigwarda l-iskema ta’ għajnuna għat-tabakk.

IL-BELĠJU

Agentschap voor Landbouw en Visserij

Markt en Inkomensbeheer

Ellipsgebouw 3de verdieping

Koning Albert II-laan 35 bus 41

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Service public de Wallonie

Direction générale de l'Agriculture, des Ressources naturelles et de l'Environnement

Département des aides

Direction des Surfaces agricoles

Chaussée de Louvain 14

5000 Namur

BELGIQUE/BELGIË

IL-BULGARIJA

Tobacco Fund Regional Unit

bul. Bulgaria 14, office 504

4700 Smolyan

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

Street Vasil Levski 67, et. 1, st. 9

7400 Isperih

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

Street Petar Beron 2

8500 Aytos

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

Street Tsar Osvoboditel 4, office 2

6300 Haskovo

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

Street Hristo Botev 15

2900 Gotse Delchev

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

Street Minyorska 1

6600 Kardzhali

BULGARIA

Tobacco Fund Regional Unit

(Institute on tobacco and tobacco products)

4108 Markovo

BULGARIA

IL-ĠERMANJA

Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Süderstraße 63

20097 Hamburg

DEUTSCHLAND

SPANJA

Junta de Castilla y León

Consejería de Agricultura y Ganadería

Dirección General de Política Agraria Comunitaria

C/Rigoberto Cortejoso, 14, 3a planta

47014 Valladolid

ESPAÑA

Junta de Extremadura

Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural

Dirección General de Política Agraria Comunitaria

Avenida de Portugal s/n

06800 Mérida

ESPAÑA

FRANZA

Agence Unique de Paiement

12 rue Henri Rol-Tanguy-TSA 10001

93555 Montreuil-sous-Bois Cedex

FRANCE

L-ITALJA

AGEA

Via Torino 45

00184 Roma

ITALIA

AVEPA

Centro Tommaseo

Via N. Tommaseo 67 C

35131 Padova

ITALIA

ARTEA

Via San Donato 42/1

50127 Firenze

ITALIA

L-AWSTRIJA

Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Süderstraße 63

20097 Hamburg

DEUTSCHLAND

IL-POLONJA

Agencja Rynku Rolnego

ul. Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

POLSKA/POLAND

Il-PORTUGALL

IFAP

Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas

Rua Fernando Curado Ribeiro n.o 4 G

1600 Lisboa

PORTUGAL

IR-RUMANIJA

DADR Alba

Str. Vasile Goldiș nr. 8B

Alba-Iulia

ROMÂNIA

DADR Arad

Str. Cloșca nr. 46

Arad

ROMÂNIA

DADR Argeș

Str. Armand Călinescu nr. 44

Pitești

ROMÂNIA

DADR Bihor

Str. Dimitrie Cantemir nr. 24-26

Oradea

ROMÂNIA

DADR Bistrița Năsăud

Str. Piața Petru Rareș nr. 2

Bistrița

ROMÂNIA

DADR Botoșani

Str. Calea Națională nr. 81

Botoșani

ROMÂNIA

DADR Brăila

Str. Călărași nr. 58

Brăila

ROMÂNIA

DADR Buzău

Str. Victoriei nr. 1

Buzău

ROMÂNIA

DADR Caraș Severin

Str. Piața Republicii nr. 28

Reșița

ROMÂNIA

DADR Călărași

Str. Prel. București nr. 26 B1.D3

Călărași

ROMÂNIA

DADR Cluj

Str. Piața Avram Iancu nr. 15

Cluj

ROMÂNIA

DADR Constanța

Str. Revoluția din 22 dec. 1989 nr. 17-19

Constanța

ROMÂNIA

DADR Dâmbovița

Str. Tudor Vladimirescu nr. 175

Târgoviște

ROMÂNIA

DADR Dolj

Str. Păltiniș nr. 2

Craiova

ROMÂNIA

DADR Galați

Str. Domnească nr. 96

Galați

ROMÂNIA

DADR Giurgiu

Str. Ghizdarului nr. 2

Giurgiu

ROMÂNIA

DADR Gorj

Str. Victoriei nr. 2

Târgu Jiu

ROMÂNIA

DADR Ialomița

Str. B-dul Chimiei nr. 19

Slobozia

ROMÂNIA

DADR Iași

Str. Ștefan cel Mare nr. 47-49

Iași

ROMÂNIA

DADR Mehedinți

Str. Crișan nr. 87

Turnu Severin

ROMÂNIA

DADR Mureș

Str. B-dul Gheorghe Doja nr. 9

Târgu Mureș

ROMÂNIA

DADR Olt

Str. Arcului nr. 20

Slatina

ROMÂNIA

DADR Prahova

Str. Anton Pann nr. 7

Ploiești

ROMÂNIA

DADR Satu Mare

Str. 1 Decembrie 1918 nr. 15

Satu Mare

ROMÂNIA

DADR Teleorman

Str. C. Brâncoveanu nr. 73

Alexandria

ROMÂNIA

DADR Timiș

Str. Libertății nr. 1

Timișoara

ROMÂNIA

DADR Tulcea

Str. Mahmudiei nr. 10bis

Tulcea

ROMÂNIA

DADR Vaslui

Str. Eternității nr. 1

Vaslui

ROMÂNIA

DADR Vrancea

Str. Republicii nr. 5

Focșani

ROMÂNIA

DADR Ilfov

Șos. Berceni nr. 104

București

ROMÂNIA

IS-SLOVAKKJA

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5572 – Barclays/CNP/Barclays Vida y Pensiones)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 166/11

1.

Fid-9 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi Barclays Group (“Barclays”, ir-Renju Unit) u CNP Assurances (“CNP”, Franza) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Barclays Vida y Pensiones Compañía de Seguros S.A. (“BVP”, Spanja), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Barclays, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Barclays: impriża li tipprovdi servizzi finanzjarji globali impenjata f'attivitajiet bankarji għall-klijenti ġenerali u attivitajiet bankarji kummerċjali, karti ta' kreditu, investiment bankarju, ġestjoni tal-ġid u servizzi ta' ġestjoni tal-investiment,

għall-impriża CNP: kumpanija ta' assigurazzjoni globali; li toffri prinċipalment assigurazzjoni fuq il-ħajja, prodotti tal-pensjoni u xi assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja,

għall-impriża BVP: sussidjarja mija fil-mija ta’ Barclays speċjalizzata fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja u fuq il-prodotti tal-pensjoni fi Spanja u fil-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5572 – Barclays/CNP/Barclays Vida y Pensiones, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Rettifika

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/33


Rettifika għas-sejħa għal proposti – EAC/26/2009 – Prassi u politika msejsa fuq l-evidenza: sejħa għal proposti għall-iżvilupp ta' netwerks ta' inizjattivi ta' senserija ta' għarfien

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 142, 23 ta' Ġunju 2009 )

2009/C 166/12

Fit-Taqsima 4, id-data tal-għeluq ta' skadenza għall-applikazzjonijiet inbidlet kif ġej:

minflok:

“… il-25 ta' Settembru 2009.”,

aqra:

“… id-29 ta' Settembru 2009.”