ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.157.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 157/01 |
||
2009/C 157/02 |
Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej |
|
2009/C 157/03 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 157/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2009/C 157/05 |
Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna ( 1 ) |
|
2009/C 157/06 |
||
2009/C 157/07 |
Proċedura Nazzjonali Irlandiża għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku |
|
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 157/08 |
||
2009/C 157/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/1 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà
2009/C 157/01
Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (1) se jiskadu fid-9 ta' Ottubru 2009 (2).
Sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2004, il-Kummissjoni applikat dawn il-Linji Gwida f’bosta każijiet u l-esperjenza wriet li jipprovdu bażi soda għall-kontroll ta’ din it-tip ta’ Għajnuna mill-Istat.
Il-kriżi ekonomika ħolqot sitwazzjoni ekonomika diffiċli u instabbli. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament tal-Għajnuna mill-Istat għall-Impriżi li jinsabu f’diffikultà finanzjarja, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-validità tal-Linji Gwida eżistenti tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-Impriżi f’Diffikultà tad-9 ta’ Ottubru 2012.
(1) ĠU C 244 tal-1.10.2004, p. 2-17.
(2) Ara l-paragrafu 102 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C 244, 1.10.2004, p. 15.
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/2 |
Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
2009/C 157/02
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:
Paġna 33
Bejn it-titolu tal-Kapitolu 4 (PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA) u “0401” jiġi mdaħħal it-test li ġej:
“Ġenerali
Il-kaseinati li jinkisbu mill-kaseina tal-ħalib huma wżati, pereżempju, bħala emulsifikant (kaseinat tas-sodju) jew sors ta' proteina (kaseinat tal-kalċju). Il-prodotti li għandhom fihom kaseinati f'ammont akbar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi mill-intestaturi 0401 sa 0404 peress li dawk il-kaseinati ma jeżistux naturalment fil-ħalib f'dan il-livell (b'mod partikolari ara l-intestatura 1901).”
Paġna 33
It-tieni paragrafu tan-Nota ta' Spjegazzjoni tan-NM għall-intestatura “0402” jiġi sostitwit b'li ġej:
“Prodotti li fihom il-leċitina tas-soja (emulsifikant) f'ammont iktar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi minn din l-intestatura.”
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/3 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 157/03
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
19.5.2009 |
|||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
NN 21/09 |
|||||||||
Stat Membru |
Il-Belġju |
|||||||||
Reġjun |
— |
|||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Federale Steunmaatregel “Luchtvaart 2008-2013” – Mesure d'aide fédérale “Aéronautique 2008-2013” |
|||||||||
Il-bażi legali |
Mededeling aangaande de Federale Steunmaatregel “Luchtvaart 2008-2013” – Communication relative à la mesure d'aide fédérale “Aéronautique 2008-2013” |
|||||||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||||||
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
|||||||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, Għotja rimborsabbli |
|||||||||
L-Estimi |
Baġit globali: 178 miljun EUR |
|||||||||
L-intensità |
80 % |
|||||||||
It-tul ta' żmien |
sal- 31.12.2013 |
|||||||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||||||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
en/et
|
|||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
3.6.2009 |
|||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 68/09 |
|||
Stat Membru |
Il-Belġju |
|||
Reġjun |
Vlaams Gewest |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
ARKimedes risk capital-programme. Increase of annual investment tranches |
|||
Il-bażi legali |
Decreet van 19 december 2003 betreffende het activeren van risicokapitaal in Vlaanderen/Décret du 19 décembre 2003 relatif à l'activation de capital-risque en Flandre; Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge 17.2.2004; Besluit van de Vlaamse regering huidende uitvoering van het decreet van 19 december 2003 betreffende het activeren van risicokapitaal in Vlaanderen/Arrêté du Gouvernement flamand portant exécution du décret du 19 décembre 2003 relatif à l'activation du capital-risque en Flandre; Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge 30.12.2004 |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Provvista ta' kapital ta' riskju |
|||
L-Estimi |
Baġit annwali: 6 562 miljun EUR |
|||
L-intensità |
— |
|||
It-tul ta' żmien |
sal- 31.12.2010 |
|||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
22.6.2009 |
|||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 331/09 |
|||
Stat Membru |
Is-Slovenja |
|||
Reġjun |
— |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Prolongation of the Slovenian guarantee scheme for credit institutions |
|||
Il-bażi legali |
Zakon o javnih financah (Urandni list RS, št. 79/99, 124/00, 79/01, 30/02, 56/02 – ZJU, 110/02 – ZDT-B, 127/06 – ZJZP, 14/07 – ZSPDPO) Uredba o merilih in pogojih za izdajanje poroštev po 86. a členu Zakona o javnih financah (Uradni list RS, št. 115/08) |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Garanzija |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: 12 000 miljun EUR |
|||
L-intensità |
— |
|||
It-tul ta' żmien |
6.2009–12.2009 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-9 ta’ Lulju 2009
2009/C 157/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3990 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,05 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4469 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86060 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,9785 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5119 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0740 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,933 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
275,00 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6997 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3548 |
RON |
Leu Rumen |
4,2142 |
TRY |
Lira Turka |
2,1625 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7831 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6182 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8426 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,2194 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0408 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 787,29 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,3330 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5575 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3450 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 193,23 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9860 |
PHP |
Peso Filippin |
67,306 |
RUB |
Rouble Russu |
44,5200 |
THB |
Baht Tajlandiż |
47,669 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,8025 |
MXN |
Peso Messikan |
18,8424 |
INR |
Rupi Indjan |
68,1450 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/7 |
Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 157/05
1. Stat Membru: Id-Danimarka
2. Reġjun/awtorità li tagħti l-għajnuna: —
3. Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: XF 10/2009 – Støtteordning: Industri til konsum
4. Bażi ġuridika: Lov om fiskeri og fiskeopdræt (fiskeriloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 978 af 26. september 2008
5. Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna jew ammont kumplessiv ta’ għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Dkr. 2 000 000 DKK
6. Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
7. Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta’ Mejju 2009
8. Tul ta’ żmien tal-iskema ta' għajnuna jew tal-għajnuna individwali (sa mhux aktar tard mit-30.6.2014.) Indika:
— |
skont l-iskema: id-data sa meta tista' tingħata l-għajununa |
— |
fil-każ ta’ għajnuna individwali: id-data prevista għall-għoti tal-aħħar parti tal-ħlas. |
Il-31 ta’ Diċembru 2009
9. Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha tkopri s-swieq tal-bejgħ ta’ speċijiet industrijali, b’mod partikolari taċ-ċiċċirell u tal-laċċ ikħal.
10. Indika l-artikolu jew l-artikoli applikati (l-Artikoli 8 sa 24): Artikolu 16
11. Attività kkonċernata: Fl-ambitu tas-sajd permezz ta’ bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża u mikrija, dan jikkonċerna l-użu tal-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ speċijiet industrijali fuq livell dinji, kemm bi kwantità għall-konsum f’reġjuni li jkollhom domanda għal prodotti alimentari bi prezz relattivament baxx, kif ukoll bħala prodotti pproċessati.
12. Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Fiskeafgiftsfonden |
c/o Danmarks Fiskeriforening |
Nordensvej 3, Taulov |
7000 Fredericia |
DANMARK |
13. Indirizz tas-sit tal-Internet fejn jinsabu t-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna individwali li ma tkun f’ebda forma ta’ skema ta’ għajnuna: http://wk.bakuri.dk/filarkiv/fiskeafgiftsfonden.dk/file/budget2009_supplerende_oplysninger.pdf
http://wk.bakuri.dk/filarkiv/fiskeafgiftsfonden.dk/file/FAF_budget2009.pdf
14. Ġustifikazzjoni: indika għalfejn ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat u mhux għajnuna mill-Fond Ewropew għas-sajd: Dan jikkonċerna proġett kbir li parti minnu hija ffinanzjata mill-Fond Ewropew għas-sajd u l-parti l-oħra minn allokazzjonijiet li jsiru fl-ambitu tal-liġi dwar l-innovazzjoni. Għall-aħħar parti tal-proġett, il-bqija tal-finanzjament għandu jiġi ggarantit mill-iskema ta’ għajnuna għal speċijiet industrijali maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
1. Stat Membru: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
2. Reġjun: L-Iskozja
3. Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: XF 11/2009 – QA Fish
4. Bażi legali: L-Artikolu 37 tal-Aquaculture and Fisheries (Scotland) Act 2007
5. Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 500 398 f’sena waħda biss
6. Intensità massima tal-għajnuna: 60 %
7. Data tal-implimentazzjoni:
8. Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Sad-29 ta’ Mejju 2009
9. Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-QA Fish biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-qerda bla moħqrija ta’ ħut fil-Loch Strom b’konsegwenza tar-restrizzjonijiet fuq moviment imposti mill-Gvern tal-Iskozja fir-rigward tal-anemija infettiva tas-salamun (ISA). Il-pagament isir f’Mejju tal-2009.
10. Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 japplikaw: Dan huwa f’konformità mal-Artikolu 14
11. Attività kkonċernata: L-għajnuna tikkumpensa sa 60 % tal-valur tal-istokk tal-popolazzjoni tal-ħut li jonqos minħabba l-QA Fish permezz tal-qerda tal-istokk li jinqabad fil-Loch Strom b’konsegwenza tar-restrizzjonijiet fuq moviment tal-ħut ħaj lejn u minn żoni ta’ kontroll u sorveljanza tal-ISA.
12. Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Brian Dornan |
Scottish Government, Marine Directorate |
Pentland House |
47 Robb’s Loan |
Edinburgh |
EH14 1TY |
UNITED KINGDOM |
13. Indirizz tal-internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/Fisheries/Fish-Shellfish/18610/diseases/infectious-salmon-anaemia/BER
14. Motivazzjoni: L-għajnuna li titħallas lill-QA Fish għandha tkun għall-ispejjeż relatati mat-tnaqqis ta’ ħut dovut għat-tnixxif tal-Loch u għar-restrizzjonijiet fuq moviment ta’ ħut li żamm lura l-moviment tal-ħut ħaj ’il barra mil-Loch. Mingħajr din l-għajnuna, jeżisti l-periklu reali li din l-industrija tas-settur Skoċċiż tal-akkwakultura ma tibqax teżisti.
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/9 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2009/C 157/06
Għajnuna Nru |
: |
XA 90/09 |
||||
Stat Membru |
: |
L-Awstrija |
||||
Reġjun |
: |
L-Awstrija |
||||
Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali |
: |
Sonderrichtlinie des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt- und Wasserwirtschaft für die Konsolidierung von Verbindlichkeiten land- und forstwirtschaftlicher Betriebe |
||||
Bażi legali |
: |
Landwirtschaftsgesetz 1992, BGBl. Nr. 1992/375 |
||||
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża |
: |
Għajnuna (valur fi flus): ammont massimu ta’ EUR 1,5 miljun fis-sena għal kemm iddum l-iskema |
||||
Intensità massima tal-għajnuna |
: |
L-għajnuna se tingħata fil-forma ta’ sussidju fuq l-imgħax fuq self ta’ konsolidament sabiex jinbidel is-self b’imgħax normali eżistenti u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tal-operat. Is-sussidju huwa ta’ 50 % mir-rata tal-imgħax grossa li tista’ tiġi bbilanċjata fuq il-volum tas-self mogħti u li ma jkunx tħallas. Il-limitu massimu tas-self eliġibbli huwa ta’ EUR 100 000, u t-tul tas-self huwa għal massimu ta’ 15-il sena. Sabiex wieħed jikkalkula s-sussidju fuq is-self, għandha, f’kull każ, issir referenza għar-rata tal-imgħax grossa ta’ dak il-waqt għat-tul ta' żmien kollu tas-self, liema rata ma għandhiex taqbeż l-4.5 %. Il-valur fi flus għal self ta’ EUR 100 000 għal perjodu ta’ 15-il sena huwa ta’ EUR 15 000 (15 %). |
||||
Data tal-implimentazzjoni |
: |
L-1 ta’ April 2009 |
||||
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali |
: |
Mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
||||
Għan tal-għajnuna |
: |
L-għan tal-għajnuna huwa li jinħoloq inċentiv sabiex jinxtraw u jibqgħu jitħaddmu impriżi li għandhom id-dejn u sabiex, fi żmien raġonevoli, dawn jerġgħu jibdew irendu. Is-suġġett tal-għajnuna huwa l-ewwel fergħa ta’ impriża agrikola u x-xiri tal-impriża b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni u ta’ ristrutturazzjoni. Eliġibbli għall-għajnuna huma persuni naturali li għandhom fergħa fl-Awstrija, li jamministraw impriża agrikola u tal-forestrija f’isimhom stess u li jkollhom inqas minn 40 sena meta japplikaw (bdiewa żgħażagħ). |
||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
: |
L-agrikoltura u l-forestrija |
||||
Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
: |
|
||||
Indirizz tas-sit tal-internet |
: |
http://www.landnet.at/article/articleview/17666/1/5125/ |
||||
Tagħrif ieħor |
: |
Din l-iskema taqa’ fi ħdan l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 u tissodisfa l-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
Għajnuna Nru: XA 93/09
Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Reġjun: Brandenburg
Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 2: Landwirtschaft „Nachhaltigkeit“
Bażi legali: Gesetz über die InvestitionsBank des Landes Brandenburg in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juli 1996 (GVBl. I/96, Nr. 19, S. 258) geändert durch Gesetz vom 20. April 2004 (GVBl. I/04, Nr. 07, S. 156) in Verbindung mit der Programminformation Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 2: Landwirtschaft „Nachhaltigkeit“ und dem Merkblatt Beihilfen
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Jingħataw sussidji tal-interessi. L-ammont previst tal-għajnuna huwa EUR 0,2 miljun.
Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lil impriża waħda ma jistax jaqbeż EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin finanzjarji. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' finanzjament pubbliku ieħor b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli, jitħarsu l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Data tal-implimentazzjoni: Skont l-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel l-1 ta' April 2009.
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta’ Ġunju 2014
Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I għat-Trattat tal-KE (ħlief għas-sajd u l-akkwakultura) permezz ta' għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli. Investimenti fil-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali jew titjib tal-kundizzjonijiet tal-iġjene jew tal-benesseri tal-annimali. Investimenti għat-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).
L-ispejjeż eliġibbli huma (a) il-bini, ix-xiri jew l-immodernizzar tal-propjetà immobbli, (b) ix-xiri jew il-kera bix-xiri ta' makkinarju u tagħmir, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur normali tal-assi fis-suq, jew (c) l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-ħlasijiet lill-periti u lill-inġiniera, il-ħlasijiet għall-konsulenza, u għall-istudji dwar il-fattibbiltà.
Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, id-dwieli tal-inbid, l-ortikoltura
Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
InvestitionsBank des Landes Brandenburg |
Steinstraße 104-106 |
14480 Potsdam |
DEUTSCHLAND |
Sit tal-internet: http://www.ilb.de/rd/programme/1812.php
Tagħrif ieħor: —
Għajnuna Nru: XA 94/09
Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Reġjun: Brandenburg
Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 1: Landwirtschaft „Wachstum“ mit Zinsbonus für Junglandwirte
Bażi legali: Gesetz über die InvestitionsBank des Landes Brandenburg in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juli 1996 (GVBl. I/96, Nr. 19, S. 258) geändert durch Gesetz vom 20. April 2004 (GVBl. I/04, Nr. 07, S. 156) in Verbindung mit der Programminformation Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 1: Landwirtschaft „Wachstum“ mit Zinsbonus für Junglandwirte und dem Merkblatt Beihilfen
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Jingħataw sussidji tal-interessi. L-ammont previst tal-għajnuna huwa EUR 0,2 miljun.
Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lil impriża waħda ma jistax jaqbeż EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin finanzjarji. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' finanzjament pubbliku ieħor b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli, jitħarsu l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għax-xiri ta' artijiet, għajr għal finijiet ta' bini, tista’ tingħata għajnuna sa 10 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ investiment.
Data tal-implimentazzjoni: Skont l-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel l-1 ta' April 2009.
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta Ġunju 2014
Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I għat-Trattat tal-KE (ħlief għas-sajd u l-akkwakultura) permezz ta' għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli (l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).
L-ispejjeż eliġibbli huma (a) il-bini, ix-xiri jew l-immodernizzar tal-propjetà immobbli, (b) ix-xiri jew il-kera bix-xiri ta' makkinarju u tagħmir, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur normali tal-assi fis-suq, jew (c) l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-ħlasijiet lill-periti u lill-inġiniera, il-ħlasijiet għall-konsulenza, u għall-istudji dwar il-fattibbiltà.
Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, id-dwieli tal-inbid, l-ortikoltura
Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
InvestitionsBank des Landes Brandenburg |
Steinstraße 104-106 |
14480 Potsdam |
DEUTSCHLAND |
Sit tal-internet: http://www.ilb.de/rd/programme/1812.php
Tagħrif ieħor: —
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/11 |
Proċedura Nazzjonali Irlandiża għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku
2009/C 157/07
F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika din il-proċedura nazzjonali dwar it-tqassim fost it-trasportaturi Komunitarji tad-drittijiet tat-traffiku tal-ajru fejn dawn huma limitati skont ftehimijiet ta' servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi.
GĦANIJIET ĠENERALI
L-għan ġenerali tad-Dipartiment tat-Trasport fir-rigward tal-allokazzjoni tad-drittijiet limitati huwa li tiġi ffaċilitata u mħeġġa firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' servizzi tal-ajru li jkunu affidabbli, regolari u kompettitivi għall-benefiċċju tat-turisti, il-kummerċ u l-industrija Irlandiżi.
Aktar speċifikament, huwa l-għan tad-Dipartiment li jimmassimizza l-benefiċċji tal-konsumaturi, iżomm livell għoli ta' sikurezza u jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni.
1. Informazzjoni u applikazzjoni għad-drittijiet tat-traffiku
— |
It-Taqsima tas-Servizzi u s-Sigurtà tal-Avjazzjoni tad-Dipartiment tat-Trasport għandha tippubblika lista ta' negozjati bilaterali ppjanati ma' pajjiżi terzi fuq il-websajt tad-Dipartiment. |
— |
Ir-riżultat ta' dawn in-negozjati bilaterali għandu jiġi ppubblikat fuq il-webjast tad-Dipartiment. |
— |
L-istedina għall-espressjonijiet ta' interess għall-allokazzjoni tad-drittijiet skont ftehimiet bilaterali ġodda jew emedati ma' pajjiżi terzi ser issir permezz tal-websajt tad-Dipartiment. L-espressjonijiet ta' interess għandhom jitressqu fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-istedina. |
— |
Meta l-għadd tal-espressjonijiet ta' interess ikun ogħla minn dak tad-drittijiet tat-traffiku disponibbli, ser tiġi applikata l-proċedura tad-Dipartiment għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku. |
2. Proċedura tal-allokazzjoni
Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku, jew id-deżinjazzjoni fuq il-ftehimiet bilaterali restrittivi hija msejsa fuq dikjarazzjonijiet u pożizzjonijiet inizjali miktuba tat-trasportaturi Komunitarji eliġibbli li applikaw. Is-sottomissjoni miktuba għandha tkun msejsa fuq formula standard li se tkun disponibbli fil-websajt tad-Dipartiment. Il-formula standard se tkun msejsa fuq il-kriterji tal-għażla li jinsabu fil-punti 3.1 u 3.2 aktar 'l isfel.
Kumitat tal-allokazzjoni
Kull proposta se tiġi evalwata minn kumitat. L-għan tal-Kumitat ser ikun li jqabbel l-applikazzjonijiet kompetituri sabiex jiddetermina, bl-aktar mod oġġettiv possibbli, liema mill-proposti x'aktarx li tirriżulta fl-aktar servizz vantaġġuż għall-konsumaturi, it-turisti u l-kummerċ Irlandiżi.
Jekk meħtieġ, il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-Awtorità Irlandiża tal-Avjazzjoni u/jew mal-Kummissjoni tar-Regolazzjoni tal-Avjazzjoni għal parir fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni teknika li jkunu responsabbli għaliha dawn l-entitajiet.
3. Giet stabbilita sistema ta' allokazzjoni b'żewġ fazijiet:
(1) |
Preselezzjoni |
(2) |
Evalwazzjoni ta' kull proposta skont il-kriterji tal-għażla |
3.1. Preselezzjoni
It-trasportaturi għandhom jissodisfaw lill-Kumitat tal-Allokazzjoni li:
— |
huma stabbiliti fl-Irlanda |
— |
li għandhom Liċenzja Operattiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1). |
— |
l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru jeżerċita u għandu kontroll regolatorju effikaċi tal-linja tal-ajru |
3.2. Kriterji Speċifiċi tal-Evalwazzjoni
Kull każ se jiġi evalwat mill-Kumitat tal-Allokazzjoni skont it-tliet kategoriji ta' hawn taħt:
(a) Il-kwalità tas-servizz propost.
|
Id-deskrizzjoni tas-servizz, |
|
Il-valutazzjoni tal-pjanijiet tan-negozju u l-previżjonijiet tat-traffiku |
|
Il-kapaċità teknika, kummerċjali u finanzjarja biex ikunu pprovduti servizzi u żgurat l-operat kontinwu. |
|
Tip ta' operat (skedat jew mhux skedat, code sharing, servizzi diretti indiretti) |
|
Frekwenzi tas-servizz |
|
Disponibbiltà tal-konnessjonijiet, aċċessibbiltà mir-reġjuni |
|
Tip u konfigurazzjoni tal-inġenji tal-ajru |
|
Kemm ser idum is-servizz, data proposta ta' meta ser jibda |
|
Staġonalità |
(b) Prezz
|
Politika tal-ipprezzar u struttura tal-biljett |
|
Prezzar skont il-kategorija/staġun |
(c) Kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi
|
Pjan tal-kummerċjalizzazzjoni/approċċ/arranġamenti ma' trasportaturi oħrajn |
|
Miri f'termini ta' passiġġier |
|
Distribuzzjoni/aċċess tal-konsumaturi għas-servizz (prenotazzjoni onlajn biss/ħruġ tal-biljetti, eċċ) |
(d) Skadenza proċedurali
Il-Kumitat għandu jevalwa kull applikazzjoni u għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Ministru fi żmien xahrejn minn meta jaslu l-applikazzjonijiet. Id-deċiżjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-websajt tad-Dipartiment.
(e) Appelli
Il-Ministru għandu, fuq talba bil-miktub mingħand trasportatur tal-ajru li jħoss li ma ġiex trattat b'mod ġust, jistabbilixxi bord tal-appell. Bord tal-appell għandu jkun magħmul minn tliet persuni maħtura mill-Ministru. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-appell għandhom jingħataw fi żmien xahrejn minn meta jasal l-appell. Għandhom jingħataw ir-raġunjiet għad-deċiżjonijiet u għandhom ikunu ppubblikati fil-websajt tad-Dipartiment.
4. Tul taż-żmien u trasferiment tad-drittijiet tat-traffiku allokati
— |
Drittijiet limitati tat-traffiku jistgħu jiġu allokati għal perjodu limitat (massimu tliet snin) kif speċifikat fl-istedina għall-espressjonijiet ta' interess. |
— |
Id-drittijiet limitati tat-traffiku mhumiex trasferibbli |
5. Monitoraġġ u Revoka
— |
Id-drittijiet tat-traffiku għandhom jiġu mmonitorjati mit-Taqsima tar-Regolazzjoni tal-Avjazzjoni u r-Relazzjonijiet Internazzjonali. |
— |
Id-drittijiet għandhom jittieħdu mill-ewwel u jintużaw skont l-applikazzjoni. |
— |
Id-drittijiet limitati tat-traffiku għandhom jiġu rrevokati jekk isseħħ kwalunkwe ħaġa minn dan li ġej:
|
— |
Meta d-drittijiet tat-traffiku jiġu rrevokati, jiġu allokati mill-ġdid skont dawn il-proċeduri. |
— |
Il-linji tal-ajru kompetituri ser ikunu jistgħu jikkontestaw l-użu effiċjenti tad-drittijiet tat-traffiku minn linji tal-ajru li jkollhom dawn id-drittijiet. F'dawn iċ-ċirkustanżi, il-linja tal-ajru kompetitriċi għandha tikteb lit-Taqsima tas-Servizzi u s-Sigurtà tal-Avjazzjoni tad-Dipartiment tat-Trasport u turi kif is-servizzi proposti minnha huma bla dubju aħjar mis-servizzi eżistenti. |
— |
Fir-rigward tad-drittijiet allokati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu kkontestati minn linji tal-ajru kompetitturi wara perjodu transitorju ta' tliet snin, qabel ma drittijiet eżistenti jkunu jistgħu jiġu allokati mill-ġdid. |
(1) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/14 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 157/08
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE” JEW “FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE – GWINIZH DU BREIZH”
Nru tal-KE: FR-PGI-005-0555-26.09.2006
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem:
“Farine de blé noir de Bretagne” jew “Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Prodotti tal-klassi 1.6: |
“frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati” |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Il-prodott huwa dqiq li jinkiseb bit-tifrik taż-żrieragħ tal-qamħ saraċin (Fagopyrum esculentum), pjanta mkabbra tradizzjonalment fil-Brittanja.
Il-varjetà li tintuża hija l-Harpe u/jew it-Tetra Harpe sewda tat-tip fiddien.
Il-lewn tad-dqiq għandu jkun superjuri jew ekwivalenti għal 75. Dan jirrigwarda l-kejl tal-lewn tad-dqiq fuq skala minn 0 sa 100 (iktar ma jkun baxx il-valur L (1) iktar ikun imlewwen id-dqiq). Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu lewn qawwi.
L-aċidità tad-dqiq għandu jkollha pH superjuri għal 6.
L-umdità tal-prodott maħżun għandha tinżamm f'livell inferjuri jew ekwivalenti għal 14,5 %.
Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu riħa iktar karatteristika u tfuħ u għandu togħma b'saħħitha.
3.3. Materja prima:
—
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:
Il-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin, it-tnixxif, l-għażla, il-ħżin u l-ipproċessar fi dqiq għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika tal-IĠP.
3.6. Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja jista' jinbiegħ bl-ingrossa jew ippakkjat fi xkejjer ta' 0,5 sa 25 kg
3.7. Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-tikkettar:
Prodott mibjugħ bl-isem “farine de blé noir de Bretagne” jew “farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”.
It-tikketta “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew il-logo Komunitarju għandhom jidhru fuq l-imballaġġ.
4. Definizzjoni konċiża dwar iż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika definita għad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja tikkorrispondi għall-Brittanja Storika, jiġifieri, id-dipartimenti Côtes d’Armor (372 muniċipalità) Finistère (283 muniċipalità), Ille u Vilaine (352 muniċipalità), Morbihan (261 muniċipalità) u Loire Atlantique (221 muniċipalità), kif ukoll id-distretti ta' Pouancé u ta' Candé (Maine u Loire) u ta' Saint-Aignan sur Roe (Mayenne).
5. Ir-rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Fil-Brittanja il-klima hija ideali għall-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin li jeħtieġ ħafna l-ilma. Fil-perjodu tal-kultivazzjoni it-temperaturi karatteristiċi tal-klima oċeanika huma perfetti: fix-xahar ta' Mejju jkun hemm varjazzjoni żgħira fit-temperatura u ftit riskju ta' silġ.
In-nuqqas ta' ilma fil-bidu tas-sajf jiġi kkumpensat minn ammont kunsiderevoli ta' xita regolari matul is-sena. Dan jiffavorixxi bidu tajjeb għall-pjanta tal-qamħ saraċin meta tinżera′.
Din hija pjanta annwali li għandha ċiklu veġetattiv qasir ħafna (iż-żrigħ isir f'Mejju u f'Ġunju, il-ħsad isir f'Settembru u f'Ottubru) adattata għall-klima moderata.
Il-karatteristiċi ġeoloġiċi u idrografiċi jiffavorixxu t-tkabbir tal-qamħ saraċin. Il-pjanta tal-qamħ saraċin tikber partikularment f'ħamrija kemm kemm aċiduża taż-żona definita, fil-ħamrija karatteristika taż-żona ġeografika kkonċernata. Taħt l-art magħmul minn blat aċiduż (granit, shale (blat jitfarrak malajr), ġebel ramli) mhumiex fondi ħafna u m'għandux ħafna ilma. Matul il-veġetazzjoni kollha jrid ikun hemm livell għoli ta' umdità sabiex il-pjanta tikber malajr u jkollha fertilizzazzjoni tajba (f'Lulju u f'Awwissu).
Il-pH tal-ħamrija għat-tkabbir tal-qamħ saraċin m'għandux ikun iktar minn 6,5.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Dqiq imlewwen: Il-ħidma mwettqa fuq id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja turi li hemm lewn qawwi meta mqabbel mad-dqiq maħdum biż-żerriegħa tal-qamħ Franċiża jew importata. Dan jidher mid-differenza fil-ħxuna taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja (bejn 0,10 u 0,15 mm) u tal-oħrajn (bejn 0,15 u 0,23 mm)
Barra minn hekk, ir-rendiment taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja huwa inqas importanti mid-daqs żgħir taż-żerriegħa meta mqabbla ma' postijiet ta' produzzjoni oħra.
Dawn il-fatturi flimkien jagħmluha possibbli għall-prodotti magħmulin mid-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja li jkunu iktar imlewna u li jkollhom il-fwieħa tipika tal-qamħ saraċin.
Dan il-prodott huwa l-qofol tal-ikel tal-popolazzjoni taż-żona ladarba d-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja kien maħsub għall-crêpes u għall-galettes.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-qamħ saraċin, kif ukoll il-prattika tal-kultivazzjoni ilhom magħrufa għal ħafna snin. Fiż-żona ġeografika l-qamħ saraċin kien jiġi prodott sa mis-seklu 14. Din il-produzzjoni żviluppat bħala l-ewwel kultivazzjoni fil-bwar imnixxfa mill-ġdid jew fl-artijiet maħruta.
It-teknika tal-kultivazzjoni taż-żrigħ falz kif ukoll in-nuqqas ta' mezzi agrikoli jagħmlu l-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin maħsub għall-produzzjoni tad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja prodott partikulari.
Il-pjanta ma teħtieġx ħafna xogħol ta' ħrit. Fil-fatt il-bdiewa tal-Brittanja żviluppaw it-teknoloġija taż-żrigħ falz billi jwettqu l-istess xogħol fil-ħamrija daqslikieku se jiżirgħu tassew. Din it-teknika fiha l-vantaġġ li tiffavorixxi it-tnibbit tal-ħaxix ħażin u mbagħad tħejji l-qiegħa għaż-żrieragħ u b'hekk tneħħi l-użu tal-prodotti fitosanitarji. Id-differenza tidher fiċ-ċereali tax-xitwa u tar-rebbiegħa li l-ħidma preparatorja tagħhom hija importanti.
Din hija kultivazzjoni xierqa għall-bosta artijiet fqar li jeżistu fiż-żona ġeografika. Il-pjanta ma teħtieġx ammont kbir ta' nitroġenu u tirrikjedi ftit fertilizzazzjoni. Din il-kultivazzjoni hija meqjusa bħala ewlenija fin-newba tal-għelejjel, b'rendiment ekonomiku tajjeb.
Qabel kollox, il-biedja tal-Brittanja kienet tipproduċi l-qamħ saraċin tal-Brittanja għall-konsum personali tagħha.
It-tradizzjoni tat-trasformazzjoni tal-qamħ saraċin fi dqiq ilha sa mis-seklu ħmistax. L-għadd ta' mtieħen li jittrasformaw il-qamħ saraċin fi dqiq dejjem kien importanti fil-Brittanja. Sa llum il-ġurnata għad hemm xi tletin minnhom.
Il-kisba tad-dqiq terġa′ lura għall-metodu tradizzjonali. Wara t-tindif, it-tifrik taż-żrieragħ isir b'metodu ta' tħin biċ-ċilindru jew bil-ħaġra tal-mitħna.
Il-poplarità tal-prodott hija riflessa fit-tradizzjoni kulinarja tal-Brittanja. Għal ħafna sekli, it-tradizzjoni dejjem riedet li jintuża d-dqiq għall-crêpes u għall-galettes. Fil-Brittanja hemm kompetenza mill-aqwa dwar kif isiru l-crêpes u l-galettes bil-qamħ saraċin li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra. Id-drawwiet ta' kif jittieklu huma antiki ħafna (darba fil-ġimgħa kienu jmorru jieklu l-crêpes tal-qamħ saraċin u jieħdu l-butir, il-bajd u l-ġamm tagħhom magħhom u regolarment kienu jieklu l-galette biz-zalzett). Il-bdiewa kollha kien ikollhom galetière jew billig li kienu jpoġġu fuq in-nar tal-faħam u jsajru l-għaġina. Din it-tradizzjoni saret settur ekonomiku importanti u xterdet mad-dinja.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/IGP2008/cdchFarinedeBleNoirdeBretagnesept2008.pdf
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/18 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2009
2009/C 157/09
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma' ” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:
|
2. |
Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-29 ta’ Ġunju 2009 li jżid erba’ persuni fiżiċi oħra fil-lista relevanti. Dawn huma Arif Qasmani, Mohammed Yahya Mujahid u Fazeel-A-Tul Shaykh Abu Mohammed Ameed Al-Peshawari. Il-persuna naturali kkonċernata tista' tissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml |
3. |
Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'numru 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 601/2009 (2), li jemendaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (3), skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet fiżiċi kkonċernati:
|
4. |
Kull persuna naturali kkonċernata mil-listi tar-Regolament (KE) Nru No 601/2009 tista' tagħmel talba lill-Kummissjoni għar-raġunijiet għaliex ġiet inkluża. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi ikkonċernati dwar il-possibbiltà ta' kontestazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 601/2009 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
6. |
Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (KE) Nru 601/2009 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (5). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq. |
7. |
Għall-fini ta' amministrazzjoni tajba, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni naturali elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal– ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).
(2) ĠU L 179, 10.7.2009, p. 54.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).