|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.155.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill |
|
|
2009/C 155/01 |
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ( 1 ) |
|
|
2009/C 155/02 |
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 155/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 155/04 |
||
|
|
European Investment Bank |
|
|
2009/C 155/05 |
||
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2009/C 155/06 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 155/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5570 – Platinum/Delphi) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Ġunju 2009
dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 155/01
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 150(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
It-transizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien (Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona 2000) tirrikjedi modernizzazzjoni u titjib kontinwu tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (“ETV”) bi tweġiba għall-bidla mgħaġġla fl-ekonomija u s-soċjetà, sabiex ikunu jistgħu jgħinu biex jiżdiedu l-impjegabilità u l-inklużjoni soċjali u jitjieb l-aċċess għal kulħadd għat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż għall-persuni żvantaġġati. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona fl-2002 stabbilixxa l-mira li jagħmel is-sistemi Ewropej ta' taħriġ u edukazzjoni referenza ta' kwalità dinjija sal-2010. |
|
(3) |
Il-Linji Gwida Integrati ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi 2005-2008 jappellaw lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja bi prezz raġjonevoli u aċċessibbli li jwieġbu għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u tas-soċjetà. L-adattament u l-bini tal-kapaċitajiet tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma meħtieġa sabiex itejbu r-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol. Għalhekk, l-objettivi stabbiliti fil-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom progressivament jikkomplementaw lil dawk tal-politika ekonomika u tas-suq tax-xogħol sabiex jgħaqqdu flimkien il-koeżjoni soċjali u l-kompetittività. |
|
(4) |
Wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill (4) tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“il-Proċess ta' Kopenħagen”), u bħala riżultat tal-ħidma ta' kooperazzjoni sussegwenti bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali, iż-ŻEE-EFTA u l-pajjiżi kandidati dwar il-prijorità tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità, ġie żviluppat Qafas Komuni għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (“QKAK”), li jqis l-esperjenza eżistenti u l-“prassi t-tajba” fil-pajjiżi parteċipanti differenti. |
|
(5) |
Skont ir-rapport interim konġunt tal-2004 tal-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010 (5), il-QKAK għall-ETV (bħala parti mis-segwitu għad-Dikjarazzjoni ta' Kopenħagen) u l-iżvilupp ta' “sett ta' standards, proċeduri u linji gwida maqbula dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità” (6) (flimkien mal-proċess ta' Bologna u bħala parti mill-programm ta' ħidma dwar l-objettivi tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ) “għandhom ikunu l-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa.” |
|
(6) |
F’Mejju 2004 (7) l-Kunsill tal-Edukazzjoni endorsja l-approċċ QKAK u stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, sabiex jippromwovuh fuq bażi volontarja, flimkien mal-partijiet interessati rilevanti. |
|
(7) |
In-Netwerk Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (8) pprovda pjattaforma Ewropea li ppermettiet segwitu xieraq għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2004 u l-Komunikat ta' Ħelsinki, u ffaċilita kooperazzjoni sostenibbli bejn il-pajjiżi. |
|
(8) |
Fl-2006, il-Komunikat ta' Ħelsinki enfasizza l-ħtieġa għal żvilupp u implimentazzjoni ulterjuri tal-għodda Ewropej komuni mmirati speċifikament lejn l-ETV, billi bbaża fuq il-prinċipji li fuqhom huwa mirfud il-QKAK, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2004 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-ETV, sabiex tiġi promossa kultura ta' titjib tal-kwalità u parteċipazzjoni usa’ fin-Netwerk Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali. |
|
(9) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (“il-Qafas”) bħala strument ta' referenza sabiex jgħin lill-Istati Membri jippromwovu u jsegwu t-titjib kontinwu tas-sistemi tagħhom tal-ETV bbażati fuq referenzi Ewropej komuni, li jibni fuq il-QKAK u jiżviluppah aktar. Il-Qafas għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità fl-ETV u għal aktar trasparenza ta', u konsistenza fl-iżviluppi tal-politika tal-ETV fost l-Istati Membri, u b'hekk jippromwovi l-fiduċja reċiproka, il-mobilità tal-ħaddiema u ta' dawk li qed jitgħallmu, u t-tagħlim tul il-ħajja. |
|
(10) |
Il-Qafas għandu jinkludi ċiklu ta' assigurazzjoni u ta' titjib fil-kwalità għall-ippjanar, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni/valutazzjoni u r-rieżami/reviżjoni tal-ETV, abbażi tal-kriterji ta' kwalità, deskritturi indikattivi u indikaturi komuni. Il-proċessi ta' monitoraġġ, inkluż l-użu kkombinat ta' mekkaniżmi interni u esterni ta' evalwazzjoni, għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri b'mod adegwat sabiex jidentifikaw il-qawwa tas-sistemi, il-proċessi u l-proċeduri u l-oqsma li jridu jittejbu. Il-Qafas għandu jinkludi l-użu ta' għodda ta' kejl sabiex jagħtu prova tal-effettività. |
|
(11) |
Il-Qafas għandu jiġi applikat fil-livelli tas-sistema tal-ETV, tal-fornitur tal-ETV u tal-għoti ta' kwalifiki. Huwa jipprovdi approċċ sistematiku għall-kwalità, filwaqt li jkopri u jikkollega l-livelli u l-atturi rilevanti. Il-Qafas għandu jagħmel enfasi qawwija fuq il-monitoraġġ u t-titjib tal-kwalità billi jamalgama l-evalwazzjoni interna u esterna, ir-rieżami u l-proċess għat-titjib, bl-appoġġ ta' kejl u analiżi kwalitattiva. Il-Qafas għandu jkun bażi għal żvilupp ulterjuri permezz tal-kooperazzjoni fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. |
|
(12) |
Billi tipprevedi mezzi konkreti għall-appoġġ ta' kultura ta' evalwazzjoni u ta' titjib tal-kwalità fil-livelli kollha, din ir-Rakkomandazzjoni tikkontribwixxi għall-użu tal-politika u l-prassi bbażati fuq l-evidenza, bħala bażi għal linji politiċi aktar effiċjenti u imparzjali, skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-2006 dwar l-effiċjenza u l-imparzjalità fis-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni u t-taħriġ (9). |
|
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi qafas għall-identifikazzjoni, l-appoġġ u l-iskambju tal-aħjar prassi mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fil-livelli lokali u reġjonali fin-netwerks rilevanti kollha, inkluż in-network tal-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità. |
|
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tqis il-“Prinċipji Komuni għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ” komuni li huma inklużi fl-Anness III għar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (10) (“QEK”). Għalhekk, il-Qafas għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-QEK, b'mod partikolari l-kwalità taċ-ċertifikazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim. Huwa għandu jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni ta' strumenti Ewropej oħrajn, bħalma huma s-Sistema Ewropea tal-Krediti għall-ETV, u l-Prinċipji Komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. |
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni, billi mhix ta' xorta li torbot, tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat, peress li l-objettiv tagħha huwa li tiġi appoġġata u ssupplimentata l-azzjoni tal-Istati Membri billi tiġi ffaċilitata aktar koperazzjoni bejniethom biex tiżdied it-trasparenza tal-ETV u biex jiġu promossi l-mobbiltà u t-tagħlim tul il-ħajja. Hija għandha tiġi implimentata skont il-leġislazzjoni u l-prassi nazzjonali. Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi f’dak l-Artikolu minħabba li ma tissostitwixxix u lanqas ma tiddefinixxi s-sistemi nazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Il-Qafas ma jippreskrivix sistema jew strateġija partikolari ta' assikurazzjoni tal-kwalità, iżda jagħti prinċipji komuni, kriterji ta' kwalità, elementi indikattivi li jiddeskrivu u indikaturi li jistgħu jgħinu sabiex jevalwaw u jtejbu s-sistemi eżistenti u l-forniment tal-ETV. |
|
(16) |
L-indikaturi ta' referenza proposti fl-Anness II huma maħsuba biex jappoġġaw l-evalwazzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-sistemi u/jew il-fornituri tal-ETV skont il-leġislazzjoni u l-prassi nazzjonali, u biex iservu bħala “kaxxa tal-għodda” li minnha d-diversi utenti jistgħu jagħżlu dawk l-indikaturi li huma jqisu l-aktar rilevanti għar-rekwiżiti tas-sistema partikolari tagħhom tal-assigurazzjoni tal-kwalità. F’dawk li huma in-natura u l-iskop tagħhom, għandu jkun hemm distinzjoni bejnhom u l-indikaturi u l-parametri ta' referenza msemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta’ indikaturi u parametri ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta’ Lisbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ (11). |
|
(17) |
Il-Qafas, jekk jintuża u jiġi żviluppat aktar mill-Istati Membri, jista’ jgħinhom biex ikomplu jtejbu u jiżviluppaw is-sistemi tal-ETV, jappoġġaw l-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja, ikattru l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol Ewropew u l-implimentazzjoni tal-QEK u jippromwovu kultura ta' titjib tal-kwalità fil-livelli kollha, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità kbira tas-sistemi ta' edukazzjoni nazzjonali. |
|
(18) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, għat-titjib fl-effettività tat-taħriġ billi tfittex li tiżgura li n-nies ma titlaqx mingħajr kwalifiki, għat-titjib tal-interrelazzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi, għall-bini ta’ rabtiet bejn it-tagħlim formali, dak mhux formali u informali u għall-espansjoni tal-għoti ta’ kwalifiki fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, |
B’DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI:
|
(1) |
jużaw u jiżviluppaw aktar il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (“il-Qafas”), il-kriterji tal-kwalità, id-deskritturi indikattivi u indikaturi ta' referenza kif imniżżlin u deskritti aktar fl-Annessi I u II, sabiex ikomplu jtejbu u jiżviluppaw is-sistemi tagħhom tal-ETV, jappoġġaw l-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja u l-implimentazzjoni tal-QEK u tal-Karta Ewropea tal-Kwalità għall-Mobilità, jippromwovu kultura ta' titjib tal-kwalità u l-innovazzjoni fil-livelli kollha. Għandha ssir aktar enfasi fuq it-transizzjoni mill-ETV għall-edukazzjoni ogħla; |
|
(2) |
kull wieħed minnhom ifassal, mhux aktar tard mit-18 ta' Ġunju 2011, approċċ immirat għat-titjib tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell nazzjonali, fejn xieraq, u li jagħmel l-aħjar użu mill-Qafas, bl-involviment tal-imsieħba soċjali, tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha skont il-leġislazzjoni u l-prassi nazzjonali; |
|
(3) |
jieħdu sehem attiv fin-netwerk tal-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (“in-netwerk tal-Qafas”) bħala bażi għal żvilupp ulterjuri tal-prinċipji, il-kriterji ta' referenza u l-indikaturi, il-linji gwida u l-għodda komuni għat-titjib tal-kwalità fl-ETV fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, kif xieraq; |
|
(4) |
jistabbilixxu, fejn dan għadu ma jeżistix, Punt Nazzjonali ta' Referenza għall- Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV li jkun ikkollegat mal-istrutturi u r-rekwiżiti partikolari ta’ kull Stat Membru u li, skont il-prassi nazzjonali, jlaqqa’ flimkien il-korpi rilevanti eżistenti u jinvolvi l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati kkonċernati kollha fil-livelli nazzjonali u reġjonali, sabiex jiżgura s-segwitu ta' inizjattivi. Il-punti ta' referenza għandhom:
|
|
(5) |
jimpenjaw ruħhom li jagħmlu reviżjoni tal-proċess tal-implimentazzjoni kull erba’ snin - din ir-reviżjoni trid tkun inkorporata f'kull tieni rapport nazzjonali dwar il-progress magħmul fil-kuntest tal-qafas stateġiku ġejjieni għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ - abbażi ta' kriterji ta' referenza li għandhom ikunu definiti permezz tan-netwerk tal-Qafas b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri. |
JENDORSJAW L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
|
(1) |
tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti msemmija hawn fuq, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u t-tagħlim reċiproku, l-ittestjar u l-iżvilupp ta' materjal ta' gwida, u tagħti informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-kwalità tal-ETV fl-Istati Membri; |
|
(2) |
tippromwovi u tipparteċipa flimkien mal-Istati Membri fin-netwerk tal-Qafas, filwaqt li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika f'dan il-qasam permezz ta' proposti u inizjattivi konkreti, kif ikun xieraq; |
|
(3) |
tiżgura segwitu għall-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni billi kull erba’ snin tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, jekk meħtieġ, rieżami ta' din ir-Rakkomandazzjoni magħmul b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u li jinvolvi d-diversi partijiet interessati; |
|
(4) |
timpenja ruħha, abbażi ta' dak ir-rapport u b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li tagħmel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, li tirrevediha. |
Magħmula fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
Štefan FÜLE
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 136.
(2) ĠU C 325, 19.12.2008, p. 48.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2009.
(5) ĠU C 104, 30.4.2004, p. 1.
(6) “Realising the European Higher Education Area”: Komunikat tal-Konferenza tal-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni ogħla, Berlin, 19 ta' Settembru 2003.
(7) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, 28 ta' Mejju 2004.
(8) In-Netwerk Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali twaqqaf f'Ottubru 2005 mill-Kummissjoni wara l-opinjoni favorevoli tal-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali. Il-membri tiegħu ġew magħżula mill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE u l-organizzazzjonijiet tal-Imsieħba Soċjali Ewropej skont proċedura espliċita.
(9) ĠU C 298, 8.12.2006, p. 3.
(10) ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.
(11) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.
INTRODUZZJONI GĦALL-ANNESSI
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (“il-Qafas”), li jinkludi ċiklu ta' assigurazzjoni u titjib tal-kwalità (ippjanar, implimentazzjoni, evalwazzjoni/valutazzjoni u rieżami/reviżjoni) imsejjes fuq għażla ta' kriterji ta' kwalità, deskritturi u indikaturi applikabbli għall-ġestjoni tal-kwalità kemm fil-livell tas-sistemi tal-ETV u kemm tal-fornituri tal-ETV. L-għan m'huwiex li jiġu introdotti standards ġodda, iżda li jkun hemm appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri, filwaqt li tinżamm id-diversità tal-approċċi tagħhom.
Il-Qafas għandu jitqies aktar bħala “kaxxa tal-għodda”, li minnha l-bosta utenti jistgħu jagħżlu dawk id-deskritturi u l-indikaturi li huma jqisu l-aktar rilevanti għar-rekwiżiti tas-sistema partikolari tagħhom għall-assigurazzjoni tal-kwalità.
Id-deskritturi (Anness I) u l-indikaturi (Anness II) proposti qed jingħataw biss bħala gwida u jistgħu jintgħażlu u jiġu applikati mill-utenti tal-Qafas skont ir-rekwiżiti u l-fatturi eżistenti kollha tagħhom, jew parti minnhom.
Huma jistgħu jiġu applikati għal taħriġ vokazzjonali tal-bidu (TVB) u/jew taħriġ vokazzjonali kontinwu (TVS), skont il-karatteristiċi individwali rilevanti tas-sistema tal-ETV ta' kull Stat Membru u t-tip ta' fornituri tal-ETV.
Huma għandhom jintużaw fuq bażi purament volontarja, filwaqt li jitqies il-valur miżjud potenzjali tagħhom u skont il-prassi u l-leġislazzjoni nazzjonali. Huma m'għandhomx jitqiesu la bħala parametri ta’ referenza, u lanqas bħala mezz biex isiru rapporti dwar il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi nazzjonali differenti, jew biex isiru paraguni bejniethom. Ir-responsabbilità għall-monitoraġġ tal-kwalità ta' dawn is-sistemi tibqa′ kompletament tal-Istati Membri.
ANNESS I
IL-QAFAS TA' REFERENZA EWROPEW GĦALL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ: KRITERJI TA' KWALITÀ U DESKRITTURI INDIKATTIVI (1)
Dan l-Anness jipproponi kriterji ta' kwalità komuni u deskritturi indikattivi bħala appoġġ għall-Istati Membri, kif huma jqisu li jkun xieraq, waqt l-implimentazzjoni tal-Qafas (2).
|
Kriterji ta' Kwalità |
Deskritturi indikattivi fil-livell tas-sistema tal-ETV |
Deskritturi indikattivi fil-livell tal-fornitur tal-ETV |
|
L-ippjanar jirrifletti viżjoni strateġika kkondiviża mill-partijiet interessati rilevanti u jinkludi għanijiet/objettivi, azzjonijiet u indikaturi espliċiti |
L-għanijiet/objettivi tal-ETV huma deskritti għall-perijodi medji u fit-tul, u huma konnessi mal-għanijiet Ewropej Il-partijiet interessati rilevanti jipparteċipaw fl-istabbiliment ta' l-għanijiet u l-objettivi tal-ETV fil-livelli differenti Il-miri huma stabbiliti u mmonitorjati permezz ta' indikaturi speċifiċi (kriterji ta' suċċess) Il-mekkaniżmi u l-proċeduri ġew stabbiliti sabiex jidentifikaw ħtiġijiet tat-taħriġ Ġiet imfassla politika ta' informazzjoni sabiex tiżgura diffużjoni ottima ta' riżultati/eżiti ta' kwalità soġġetta għar-rekwiżiti nazzjonali/reġjonali tal-protezzjoni tad-data Ġew iddefiniti standards u linji gwida għar-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi ta' individwi |
L-għanijiet/objettivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali tal-politika tal-ETV huma riflessi fil-miri lokali stabbiliti mill-fornituri tal-ETV L-għanijiet/objettivi u l-miri espliċiti huma stabbiliti u mmonitorjati Issir konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet interessanti rilevanti sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet lokali/individwali speċifiċi Responsabbiltajiet fil-ġestjoni u l-iżvilupp tal-kwalità ġew allokati espliċitament Hemm involviment bikri tal-personal fl-ippjanar, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-kwalità Il-fornituri jippjanaw inizjattivi ta' kooperazzjoni ma' fornituri oħra tal-ETV Il-partijiet interessati rilevanti jieħdu sehem fil-proċess ta' analiżi tal-ħtiġijiet lokali Il-fornituri tal-ETV japplikaw sistema ta' assikurazzjoni tal-kwalità espliċita u trasparenti |
|
Il-pjani ta' implimentazzjoni huma mfassla f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati u jinkludu prinċipji espliċiti |
Il-pjani ta' implimentazzjoni huma stabbiliti f'kooperazzjonji mal-imsieħba soċjali, il-fornituri tal-ETV u partijiet interessati rilevanti oħra fil-livelli differenti Il-pjani ta' implimentazzjoni jinkludu konsiderazzjoni tar-riżorsi meħtieġa, il-kapaċità ta l-utenti u l-għodda u l-linji gwida meħtieġa bħala appoġġ Il-linji gwida u l-istandards tfasslu għall-implimentazzjoni fil-livelli differenti Il-pjani ta' implimentazzjoni jinkludu appoġġ speċifiku għat-taħriġ tal-għalliema u dawk li jħarrġu Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tal-ETV fil-proċess ta' implimentazzjoni huma espliċitament deskritti u magħmula trasparenti Tfassal qafas nazzjonali u/jew reġjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jinkludi linji gwida u standards tal-kwalità fil-livell ta' fornitur tal-ETV sabiex jippromwovi titjib kontinwu u awtoregolazzjoni |
Ir-riżorsi huma allinjati/assenjati internament b'mod adegwat bil-ħsieb li jinkisbu l-miri stabbiliti fil-pjani ta' implimentazzjoni Sħubijiet rilevanti u inklużivi huma appoġġati espliċitament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp tal-kompetenza tal-personal jispeċifika l-ħtieġa ta' taħriġ għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu Il-personal jieħu taħriġ regolari u jiżviluppa kooperazzjoni mal-partijiet interessati esterni rilevanti għall-appoġġ tal-bini tal-kapaċitajiet u t-titjib tal-kwalità, u għat-tisħiħ tal-prestazzjoni |
|
L-evalwazzjoni tal-eżiti u l-proċessi titwettaq regolarment u hija appoġġata minn kejl |
Tfasslet metodoloġija għall-evalwazzjoni, li tkopri evalwazzjoni interna u esterna Jintlaħaq qbil u jiġi deskritt b'mod ċar l-involviment tal-partijiet interessati fil-monitoraġġ u l-proċess ta' evalwazzjoni L-istandards u l-proċessi nazzjonali/reġjonali għat-titjib u l-assigurazzjoni tal-kwalità huma rilevanti u proporzjonati għall-ħtiġijiet tas-settur Is-sistemi huma soġġetti għall-awtoevalwazzjoni, ir-rieżami intern u estern, kif ikun xieraq Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija Jiġu applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni Iseħħ il-ġbir rilevanti, regolari u koerenti data, sabiex jitkejjel is-suċċess u jiġu identifikati oqsma li jistgħu jittejbu. Jitfasslu metodoloġiji adatti tal-ġbir tad-data, per eżempju kwestjonarji u indikaturi/kriterji miżurabbli |
Titwettaq perjodikament awtovalutazzjoni/awtoevalwazzjoni skont ir-regolamenti/l-oqfsa nazzjonali u reġjonali jew fuq inizjattiva tal-fornituri tal-ETV L-evalwazzjoni u r-rieżami jkopru proċessi u riżultati/eżiti tal-edukazzjoni inkluż il-valutazzjoni tas-sodisfazzjon ta' dawk li qed jitgħallmu kif ukoll tal-prestazzjoni u s-sodisfazzjon tal-personal L-evalwazzjoni u r-rieżami jinkludu mekkaniżmi adegwati u effettivi li jinvolvu l-partijiet interessati interni u esterni Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija |
|
Rieżami |
Jiġu ddefiniti fil-livelli kollha l-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-istrumenti għat-twettiq tar-rieżamijiet Jiġu rieżaminati regolarment il-proċessi u jitfasslu pjani ta' azzjoni għall-bidla. Is-sistemi jiġu aġġustati kif meħtieġ L-informazzjoni dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni tkun disponibbli pubblikament |
Tinġabar informazzjoni mingħand min qed jitgħallem dwar l-esperjenza individwali tagħhom tat-tagħlim u dwar l-ambjent tat-tagħlim. Flimkien mat-tagħrif tal-għalliema din ser tintuża sabiex isservi ta' informazzjoni għal azzjonijiet ulterjuri L-informazzjoni dwar l-eżiti tar-rieżami tkun disponibbli b'mod wiesa' u pubbliku Il-proċeduri dwar l-informazzjoni mogħtija u r-rieżami huma parti minn proċess strateġiku ta' tagħlim fl-organizzazzjoni Ir-riżultati/l-eżiti tal-proċess tal-evalwazzjoni huma diskussi mal-partijiet interessati rilevanti u jiġu stabbiliti pjani ta' azzjoni adatti |
(1) Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, id-definizzjonijiet li japplikaw huma bbażati fuq il-Glossarju Cedefop dwar il-Kwalità fit-Taħriġ (dokument ta' ħidma, Novembru 2003).
(2) Sett ieħor ta' indikaturi ta' kwalità magħżula huwa deskritt fid-dettall fl-Anness II.
ANNESS II
SETT TA' REFERENZA TA' INDIKATURI TA' KWALITÀ MAGĦŻULA GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ FL-ETV
Dan l-Anness jipproponi sett komprensiv ta' indikaturi tal-kwalità magħżula li jistgħu jintużaw għall-appoġġ tal-evalwazzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-sistemi u/jew il-fornituri tal-ETV. Is-sett ta' indikaturi ser jiġi żviluppat aktar permezz tal-kooperazzjoni Ewropea fuq bażi bilaterali u/jew multilaterali, li tibni fuq data Ewropea u reġistri nazzjonali.
F’dawk li huma n-natura u l-iskop tagħhom, għandu jkun hemm distinzjoni bejnhom u l-indikaturi u l-parametri ta' referenza msemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta’ indikaturi u parametri ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta’ Lisbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
Barra minn hekk, it-tabella tal-indikaturi ma tinkludix indikaturi aggregati fil-livell nazzjonali f'każijiet fejn dawn ma jeżistux jew huma diffiċli li jinkisbu. L-aggregazzjoni ta’ dawn l-indikaturi fil-livell nazzjonali tista’ titwettaq fi stadju iktar 'il quddiem fuq-il-bażi ta’ ftehim konġunt bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u n-netwerk tal-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità.
|
Indikatur |
Tip ta' indikatur |
Għan tal-politika |
||||
|
Indikaturi Ġenerali għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità |
||||||
|
Nru 1 Rilevanza tas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri tal-ETV:
|
Indikatur tal-kuntest/input |
Promozzjoni tal-kultura ta' titjib tal-kwalità fil-livell ta' fornituri tal-ETV Żieda fit-trasparenza tal-kwalità tat-taħriġ Titjib tal-fiduċja reċiproka fil-forniment tat-taħriġ |
||||
|
Nru 2 Investiment fit-taħriġ tal-għalliema u ta' min iħarreġ:
|
Indikatur tal-input/proċess |
Promozzjoni tas-sens ta' appartenenza tal-għalliema u ta' min iħarreġ għall-proċess tal-iżvilupp tal-kwalità fl-ETV Titjib tar-responsività tal-ETV għat-tibdil fid-domanda tas-suq tax-xogħol Żieda fil-bini tal-kapaċità tat-tagħlim individwali Titjib tal-kisbiet ta' min jitgħallem |
||||
|
Indikaturi li jappoġġaw l-objettivi tal-kwalità fil-politiki tal-ETV |
||||||
|
Nru 3 Rata ta' parteċipazzjoni fil-programmi tal-ETV: Numru ta' parteċipanti fil-programmi (1) tal-ETV, skond it-tip ta' programm u l-kriterji individwali (2) |
Indikatur tal-input/proċess/output |
Kisba ta' informazzjoni bażika fil-livelli ta' sistemi tal-ETV u ta' fornituri tal-ETV dwar kemm l-ETV huma attraenti Identifikazzjoni tal-appoġġ għaż-żieda tal-aċċess għall-ETV, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Nru 4 Rata ta' tlestija fil-programmi tal-ETV: Għadd ta' persuni li jkunu temmew b'suċċess/abbandunaw programmi tal-ETV, skond it-tip tal-programm u l-kriterji individwali |
Indikatur tal-proċess/output/eżitu |
Kisba tal-informazzjoni bażika dwar il-kisbiet edukattivi u l-kwalità tal-proċessi ta' taħriġ Kalkolu tar-rati ta' rtirar imqabbla mar-rata ta' parteċipazzjoni Appoġġ għat-tlestija b'suċċess bħala wieħed mill-objettivi ewlenin għall-kwalità fl-ETV Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Nru 5 Rata ta' kollokazzjoni fil-programmi tal-ETV:
|
Indikatur tal-eżitu |
Appoġġ tal-impjegabilità Titjib tar-responsività tal-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Nru 6 Utilizzazzjoni ta' ħiliet miksuba fuq il-post tax-xogħol:
|
Indikatur tal-eżitu (taħlita ta' data kwalitattiva u kwantitattiva) |
Żieda fil-kapaċità ta' impjieg Titjib tar-responsività tal-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Informazzjoni dwar il-kuntest |
||||||
|
Nru 7 Rata tal-qgħad (4) skont kriterji individwali |
Indikatur tal-kuntest |
Informazzjoni ta' sfond għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika fil-livell tas-sistemi tal-ETV |
||||
|
Nru 8 Prevalenza ta' gruppi vulnerabbli:
|
Indikatur tal-kuntest |
Informazzjoni ta' sfond għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politika fil-livell ta' sistema tal-ETV. Appoġġ tal-aċċess għall-ETV għall-gruppi żvantaġġati Appoġġ ta' forniment adattat ta' taħriġ għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Nru 9 Mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ fis-suq tax-xogħol:
|
Indikatur tal-kuntest/input (informazzjoni kwalitattiva) |
Titjib tar-responsività tal-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol. Appoġġ tal-kapaċità ta' impjieg |
||||
|
Nru 10 Skemi użati għall-promozzjoni ta' aċċess aħjar għall-ETV:
|
Indikatur tal-proċess (informazzjoni kwalitattiva) |
Promozzjoni tal-aċċess għall-ETV, inkluż għal gruppi żvantaġġati Appoġġ għall-forniment adattat tat-taħriġ |
||||
(1) Għat-TVI: jeħtieġ perjodu ta' 6 ġimgħat taħriġ qabel min jitgħallem jgħodd bħala parteċipant.
Għat-tagħlim tul il-ħajja: perċentwali tal-popolazzjoni ammessa għal programmi formali tal-ETV.
(2) Minbarra informazzjoni bażika dwar is-sess u l-età, jistgħu jiġu applikati kriterji soċjali oħrajn, eż. min jitlaq kmieni mill-iskola, l-ogħla kisbiet edukattivi, il-migranti, il-persuni b'diżabbilità, it-tul tal-qgħad.
(3) Għat-TVI: inkluż tagħrif dwar id-destinazzjoni ta' min ma jkomplix.
(4) Definizzjoni skont l-ILO u l-OECD: individwi bejn 15 u 74 sena mingħajr xogħol u li qed ifittxu impjieg b'mod attiv u li huma lesti biex jibdew jaħdmu.
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/11 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 155/02
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 150(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
L-iżvilupp u r-rikonoxximent tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza taċ-ċittadini huma kruċjali għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom, u għall-kompetittività, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali fil-Komunità. F’dan ir-rigward, huma għandhom jiffaċilitaw il-mobbiltà transnazzjonali għall-ħaddiema u għal dawk li qegħdin jitgħallmu u jikkontribwixxu lejn is-sodisfazzjon tal-ħtiġiet tal-provvista u t-talba fis-suq tax-xogħol Ewropew. Il-parteċipazzjoni f’tagħlim mingħajr fruntieri, matul il-ħajja kollha għal kullħadd, u t-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni tar-riżultati ta' tagħlim ta' individwi miksuba f'kuntesti formali, mhux formali u informali għandhom għalhekk jiġu promossi u mtejba fil-livell tal-Komunità. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona fl-2000 ikkonkluda li aktar trasparenza ta' kwalifiki għandha tkun wieħed mill-komponenti meħtieġa sabiex is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-Komunità jiġu adattati għat-talbiet tas-soċjetà tal-għarfien. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona fl-2002 enfasizza l-importanza li jiġu mtejba l-metodi ta’ trasparenza u rikonoxximent fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“ETV”). |
|
(3) |
L-iskemi ETV, li jikkostitwixxu wieħed mill-oqsma ewlenin tat-tagħlim tul il-ħajja, huma marbutin direttament mal-edukazzjoni ġenerali u ta' livell ogħla, u mal-politiki dwar l-impjieg u soċjali ta' kull Stat Membru. Permezz tal-impatt trans-settorjali tagħhom, dawn mhux biss jippromwovu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u t-twettiq tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol iżda wkoll tal-koeżjoni soċjali, tal-ugwaljanza u tal-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini. |
|
(4) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ koperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (4) (“il-proċess ta’ Kopenħagen”), u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottat fl-2004 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ tal-2010 (5), jisħqu fuq l-importanza ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li r-rapport ta’ progress konġunt tal-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex l-ETV tkun ta’ kwalità aħjar u aktar attraenti. |
|
(5) |
Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2004 dwar il-Prijoritajiet futuri ta’ Koperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali taw prijorità lill-iżvilupp u lill-implimentazzjoni ta’ sistema Ewropea ta’ trasferiment ta’ krediti għall-ETV sabiex dawk li qegħdin jitgħallmu jkunu jistgħu jibnu fuq il-kisbiet li jirriżultaw mill-passaġġi ta' tagħlim tagħhom meta jiċċaqalqu minn sistema ta' taħriġ vokazzjonali għal oħra. |
|
(6) |
L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinħoloq Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (“ECVET”), maħsuba biex tiffaċilita t-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni tar-riżultati ta’ tagħlim evalwat ta’ individwi li qed jimmiraw li jiksbu kwalifika. Dan se jtejjeb il-komprensjoni ġenerali tar-riżultati tat-tagħlim taċ-ċittadini u t-trasparenza, il-mobilità transnazzjonali u l-portabilità tagħhom madwar u, fejn xieraq, fl-Istati Membri f’żona ta’ tagħlim mingħajr fruntieri matul il-ħajja kollha u jtejjeb ukoll il-mobilità u l-portabilità tal-kwalifiki fil-livell nazzjonali bejn setturi varji tal-ekonomija u fi ħdan is-suq tax-xogħol; barra minn hekk, dan se jikontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni ta' koperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
(7) |
L-ECVET għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżlin fl-Anness II. Barra minn hekk, dan għandu jkun sostnut mill-prinċipji komuni għall-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2004 dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009... [dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali] (7). |
|
(8) |
L-ECVET hija applikabbli għar-riżultati ta' tagħlim kollha li fil-prinċipju għandhom jinkisbu permezz ta' varjetà ta’ passaġġi tal-edukazzjoni u t-tagħlim fil-livelli kollha tal-Qafas ta’ Kwalifiki Ewropew għal tagħlim tul il-ħajja (“EQF”), biex imbagħad jiġu trasferiti u rikonoxxuti. Din ir-Rakkomandazzjoni għalhekk tikkontribwixxi għall-għanijiet usa’ tal-promozzjoni ta’ tagħlim matul il-ħajja u ż-żieda fil-kapaċità għall-impjieg, disponibilità għall-mobilità u l-inklużjoni soċjali għall-ħaddiema u dawk li għadhom qed jitgħallmu. Hija tiffaċilita b'mod partikolari l-iżvilupp ta' passaġġi flessibbli u individwali kif ukoll ir-rikonoxximent ta’ dawk ir-riżultati ta’ tagħlim li jiġu miksuba permezz ta' tagħlim formali u informali. |
|
(9) |
Il-prinċipji trasparenti tal-assigurazzjoni ta’ kwalità, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-iżvilupp ta’ sħubija bejn l-istituzzjonijiet kompetenti għall-kwalifiki, il-fornituri tal-ETV u partijiet interessati rilevanti oħrajn għandhom jgħinu biex tinbena fiduċja reċiproka u għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(10) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilita l-kompatibbiltà, l-komparabbiltà u l-kumplimentarjetà ta’ sistemi ta’ krediti użati fil-ETV u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Krediti (“ECTS”), li hija użata fis-settur tal-edukazzjoni ogħla, u għalhekk għandha tikkontribwixxi għal permeabiltà akbar bejn il-livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ, skond il-legiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
|
(11) |
Il-validazzjoni tar-riżultati ta' tagħlim mhux formali u informali evalwati għandhom jiġu promossi skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2004 dwar prinċipji Ewropej komuni għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali. |
|
(12) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkomplimenta r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta' Kwalifiki Ewropew għat-tagħlim matul il-ħajja (8) li jirrakkomanda li l-Istati Membri jippromwovu rabtiet mill-qrib bejn il-EQF u sistemi Ewropej eżistenti jew futuri għat-trasferiment u l-akkumulazzjoni ta’ krediti fl-edukazzjoni ogħla u fl-ETV. Filwaqt li l-objettiv ewlieni tal-EQF huwa li tiżdied it-trasparenza, il-komparabbiltà u l-portabbiltà ta' kwalifiki miksuba, l-ECVET huwa immirat biex jiffaċilita t-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni tar-riżultati ta’ tagħlim ta' indivdwi li huma fi triqthom lejn il-kisba ta' kwalifika. |
|
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tieħu kont tad-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) (9) u r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-mobbiltà transnazzjonali fil-Komunità għal finijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ: Il-Karta Ewropea ta’ Kwalità favur il-Mobbiltà (10). |
|
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilita l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti lokali u reġjonali fil-proċess li jgħaqqdu l-oqfsa u sistemi tal-kwalifiki nazzjonali jew oħrajn mal-ECVET, fejn ikun xieraq. |
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (11), li tagħti drittijiet u obbligi kemm lill-awtorità nazzjonali rilevanti kif ukoll lill-migrant. L-użu tal-ECVET ma għandux jaffettwa l-aċċess għas-suq tax-xogħol, fejn il-kwalifiki professjonali jkunu ġew rikonoxxuti skont id-Direttiva 2005/36/KE. Barra minn hekk, l-ECVET ma jinkludi l-ebda dritt ġdid għaċ-ċittadini li jiksbu r-rikonoxximent awtomatiku la tar-riżultati tat-tagħlim u lanqas tal-punti. |
|
(16) |
L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tal-ECVET huma volontarji, skont l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE u għalhekk jistgħu jitwettqu biss b'konformità mal-liġijiet u r-regoli nazzjonali fis-seħħ. |
|
(17) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, jiġifieri li tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri, li tissimplifika l-koperazzjoni bejniethom, li iżżid it-trasparenza u tippromwovi l-mobilità u t-tagħlim tul il-ħajja, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għahekk jista’, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkiseb b’mod aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolutat-Trattat, din ir-Rakkomandazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tikseb dawk l-objettivi, safejn ma tieħux post u lanqas ma tiddefinixxi s-sistemi ta' kwalifiki nazzjonali , il-kwalifiki jew is-sistemi ta' krediti nazzjonali, ma tippreskrivix ir-riżultati speċifiċi tat-tagħlim jew il-kompetenzi ta' individwu, u ma timmirax għal jew tirrekjedi l-frammentazzjoni jew l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' kwalifiki. |
B′DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI:
|
(1) |
jippromwovu s-sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (“ECVET”) kif stipulat fl-Annessi I u II fil-livelli kollha tal-EQF b’referenza għall-kwalifiki ETV sabiex ikunu ffaċilitati l-mobbiltà transnazzjonali u r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim fl-ETV u t-tagħlim mingħajr fruntieri matul il-ħajja kollha; |
|
(2) |
joħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa u jadottaw miżuri, kif adatt, sabiex mill-2012 - f' konformita' mal-legislazzjoni u l-prattika nazzjonali, u abbażi ta' provi u kontrolli - huwa possibbli li l-ECVET tiġi applikata gradwalment għall-kwalifiki ETV fil-livelli kollha tal-EQF, u tkun użata għall-għan tat-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim ta’ individwi miksuba f’kuntesti formali u skont l-objettivi u l-proċeduri nazzjonali, f'kuntesti mhux formali u, fejn xieraq, f'kuntesti mhux formali u informali; |
|
(3) |
jappoġġaw l-iżvilupp ta’ sħubiji u networks nazzjonali u Ewropej li jinvolvu lill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet responsabbli għall-kwalifiki u d-diplomi, il-fornituri tal-ETV, dedikati għall-ippruvar, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-ECVET; |
|
(4) |
jiżguraw li l-partijiet interessati u l-individwi fil-qasam tal-ETV għandhom aċċess għall-informazzjoni u l-gwida għall-użu tal-ECVET, filwaqt li jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, huma għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-ECVET għall-kwalifiki hija ppubliċizzata b’mod adegwat mill-awtoritajiet kompetenti u li dokumenti “Europass” assoċjati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti jkun fihom informazzjoni rilevanti espliċita; |
|
(5) |
japplikaw, skont il-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali, il-prinċipji komuni għall-assigurazzjoni ta’ kwalità fl-ETV stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2004 dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali meta jużaw l-ECVET, b’mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni, il-validazzjoni u l-għarfien ta' riżultati ta' tagħlim; |
|
(6) |
jiżguraw li hemm mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u ta' monitoraġġ li jaħdmu fil-livelli adegwati, skont il-leġislazzjoni, l-istrutturi u l-ħtiġiet ta’ kull Stat Membru, sabiex jiggarantixxu l-kwalità, it-trasparenza u l-konsistenza tal-inizjattivi meħuda biex tiġi implimentata l-ECVET. |
JENDORSJAW IL-ĦSIEB TAL-KUMMISSJONI LI:
|
(1) |
tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti 1 sa 6 u fl-użu tal-prinċipji u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECVET kif imniżżlin fl-Anness II, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-ittestjar, il-kooperazzjoni, it-tagħlim reċiproku, il-promozzjoni u t-tnedija ta’ eżerċizzji ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, filwaqt li tiżgura aċċess għall-materjal ta’ gwida għaċ-ċittadini interessati kollha; |
|
(2) |
tiżviluppa gwidi u għodod għall-utenti, u tadatta dokumenti Europass relevanti, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u ma’ esperti u utenti tal-Istati Membri, nazzjonali u Ewropej; tiżviluppa għarfien espert għat-tisħiħ tal-kompatibilità u l-kumplimentarjetà tal-ECVET u l-ECTS użata fis-settur tal-edukazzjoni ogħla, b’kollaborazzjoni mal-ETV u ma’ esperti u utenti dwar l-edukazzjoni ogħla fuq livelli nazzjonali u Ewropej; u tipprovdi informazzjoni regolari dwar l-iżviluppi tal-ECVET; |
|
(3) |
tippromwovi, u tipparteċipa flimkien mal-Istati Membri f'network ECVET Ewropew li jinvolvi lill-partijiet interessati tal-ETV u lill-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali bil-għan li xxandar u tappoġġa l-ECVET fl-Istati Membri u li tistabbilixxi pjattaforma sostenibbli għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza bejn l-Istati Membri; tistabbilixxi, minn ġo dan in-network, grupp ta' utenti tal-ECVET sabiex tikkontribwixxi għall-aġġornament tal-gwida għall-utenti u għall-kwalità u l-koerenza ġenerali tal-proċess ta' koperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-ECVET; |
|
(4) |
timmonitora u ssegwi l-azzjoni meħuda, inklużi r-riżultati tal-provi u kontrolli, u, wara l-valutazzjoni u l-evalwazzjoni ta' din l-azzjoni mwettqa f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tirraporta, sat-18 ta’ Ġunju 2014, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, jekk meħtieġ, reviżjoni u adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, li jinkludu jekk meħtieġ l-aġġornar tal-Anness tekniċi u l-materjal ta’ gwida f'kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
Štefan FÜLE
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p.140.
(2) ĠU C 325, 19.12.2008, p. 48.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2009
(5) ĠU C 104, 30.4.2004, p. 1.
(7) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
(10) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.
(11) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
“Kwalifika” tfisser riżultat formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni u validazzjoni li jinkiseb meta istituzzjoni kompetenti tiddetermina li indivdwu jkun kiseb riżultati ta’ tagħlim ta' standards preskritti; |
|
(b) |
“Riżultati ta’ tagħlim” tfisser dikjarazzjonijiet dwar dak li jaf, jifhem u dak li huwa kapaċi jwettaq dak li qiegħed jitgħallem fit-tmiem ta’ proċess ta' tagħlim u li huma definiti f’termini ta’ għarfien, ħiliet u kompetenza; |
|
(c) |
“Unità ta’ riżultati ta’ tagħlim” (unità) tfisser komponent ta’ kwalifika, li fiha sett koerenti ta’ għarfien, ħiliet u kompetenza, li tista' tiġi vvalutata u vvalidata; |
|
(d) |
“Kredit għal riżultati ta’ tagħlim” (kredit) tfisser sett ta' riżultati ta’ tagħlim ta’ individwu li ġew ivvalutati u li jistgħu jiġu akkumulati għal kwalifika jew jiġu trasferiti għal programmi jew kwalifiki ta’ tagħlim oħrajn; |
|
(e) |
“Istituzzjoni kompetenti” tfisser istituzzjoni li hi responsabbli għat-tfassil u l-għoti ta’ kwalifika jew għar-rikonoxximent ta' unitajiet jew funzjonijiet oħrajn marbutin mal-ECVET, bħall-allokazzjoni ta’ punti ECVET għall-kwalifiki u l-unitajiet, il-valutazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent ta' riżultati ta' tagħlim, skont ir-regoli u l-prattiki ta' pajjiżi parteċipanti; |
|
(f) |
“Valutazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim” tfisser metodi u proċessi użati biex jiġi stabbilit il-livell tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza miksuba fil-prattika minn dak li qiegħed jitgħallem; |
|
(g) |
“Validazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim” tfisser il-proċess ta’ konferma li ċerti riżultati ta’ tagħlim ivvalutati miksuba minn dak li qiegħed jitgħallem jikkorrispondu ma’ riżultati speċifiċi li jistgħu jkunu meħtieġa għal unità jew kwalifika; |
|
(h) |
“Rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim” tfisser il-proċess tal-attestar tar-riżultati tat-tagħlim miksuba uffiċjalment permezz tal-għoti ta’ unitajiet jew kwalifiki; |
|
(i) |
“Punti ECVET” tfisser rappreżentazzjoni numerika tal-piż ġenerali tar-riżultati tat-tagħlim fi kwalifika u tal-piż relattiv ta’ unitajiet fir-rigward tal-kwalifika. |
ANNESS II
ECVET – PRINĊIPJI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
L-ECVET hija qafas tekniku għat-trasferiment, ir-rikonoxximent u, fejn xieraq, l-akkumulazzjoni tar-riżultati ta’ tagħlim bil-ħsieb li tinkiseb kwalifika. L-għodda u l-metodoloġiji tal-ECVET jinkludu d-deskrizzjoni tal-kwalifiki f'termini ta' unitajiet ta' riżultati ta' tagħlim b'punti assoċjati, proċess ta' trasferiment u akkumulazzjoni u dokumenti komplimentari bħal ftehim ta' tagħlim, traskrizzjoni tar-reġistri u gwida għall-utenti tal-ECVET.
L-ECVET hija maħsuba biex tiffaċilita r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim skont il-leġislazzjoni nazzjonali, fil-qafas tal-mobbiltà bl-għan li tinkiseb kwalifika. Għandu jiġi nnotat li l-ECVET ma timplika l-ebda dritt ġdid għaċ-ċittadini li jiksbu r-rikonoxximent awtomatiku la tar-riżultati tat-tagħlim u lanqas tal-punti. L-applikazzjoni tagħha għal kwalifika hija skont il-leġislazzjoni, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli fl-Istati Membri u hija bbażata fuq il-prinċipji u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:
1. Unitajiet tar-riżultati tat-tagħlim
Unità hija komponent ta’ kwalifika, li tikkonsisti f'sett koerenti ta’ għarfien, ħiliet u kompetenza li jista' jiġi vvalutat u vvalidat ma’ għadd ta’ punti tal-ECVET assoċjati. Kwalifika tinkludi fil-prinċipju diversi unitajiet u hija magħmula minn sett sħiħ ta’ unitajiet. Għalhekk, individwu li jkun għadu qed jitgħallem jista’ jikseb kwalifika billi jakkumula l-unitajiet meħtieġa, miksuba f’pajjiżi differenti u f’kuntesti differenti (formali, u fejn xieraq, mhux formali u informali), filwaqt li tiġi rrispettata l-leġislazzjoni nazzjonali relatata mal-akkumulazzjoni tal-unitajiet u r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim.
L-unitajiet li jiffurmaw kwalifika għandhom ikunu:
|
— |
deskritti f'termini li jistgħu jinqraw u jinftehmu billi jirreferu għall-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li fihom; |
|
— |
imfassla u organizzati b’mod koerenti fir-rigward tal-kwalifika ġenerali; |
|
— |
imfassla b’mod li jippermetti valutazzjoni u validazzjoni diskreta tar-riżultati tat-tagħlim li jkun fiha l-unità. |
Unità tista’ tkun speċifika għal kwalifika unika jew komuni għal diversi kwalifiki. Ir-riżultati tat-tagħlim mistennija, li jagħtu definizzjoni ta' unità jistgħu jinkisbu irrispettivament minn fejn jew kif ikunu nkisbu. Għalhekk, unità ma għandhiex tkun imfixkla ma’ komponent ta’ programm ta’ tagħlim jew forniment ta’ taħriġ formali.
Ir-regoli u l-proċeduri għad-definizzjoni ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet tar-riżultati tat-tagħlim u biex l-unitajiet jingħaqdu u jiġu akkumulati għal kwalifika speċifika huma mfissra mill-istituzzjonijiet kompetenti u s-sħab involuti fil-proċess ta' taħriġ skont ir-regoli nazzjonali jew reġjonali.
L-ispeċifikazzjonijiet għal unità għandhom jinkludu:
|
— |
it-titolu ġeneriku tal-unità; |
|
— |
it-titolu ġeneriku tal-kwalifika (jew il-kwalifiki) li għandha x’taqsam magħha l-unità, fejn applikabbli; |
|
— |
ir-referenza tal-kwalifika skont il-livell tal-EQF u, fejn xieraq, il-livell tal-qafas ta' kwalifiki nazzjonali (“NQF”), bil-punti ta' krediti ECVET assoċjati mal-kwalifika; |
|
— |
ir-riżultati tat-tagħlim li fiha l-unità; |
|
— |
il-proċeduri u l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ dawn ir-riżultati tat-tagħlim; |
|
— |
il-punti ECVET assoċjati mal-unità; |
|
— |
il-validità fiż-żmien tal-unità, fejn rilevanti. |
2. Trasferiment u Akkumulazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim, sħubiji ECVET
Fl-ECVET, l-unitajiet tar-riżultati tat-tagħlim miksuba f’ambjent wieħed huma vvalutati biex imbagħad, wara valutazzjoni ta’ suċċess, jiġu trasferiti għal ambjent ieħor. F’dan it-tieni kuntest, dawn jiġu vvalidati u rikonoxxuti mill-istituzzjoni kompetenti bħala parti mil-ħtiġiet għall-kwalifika li l-persuna għandha l-għan li tikseb. L-unitajiet tar-riżultati tat-tagħlim jistgħu mbagħad jiġu akkumulati għal din il-kwalifika, skont ir-regoli nazzjonali jew reġjonali. Il-proċeduri u l-linji gwida għall-valutazzjoni, il-validazzjoni, l-akkumulazzjoni u r-rikonoxximent tal-unitajiet tar-riżultati tat-tagħlim huma mfassla mill-istituzzjonijiet kompetenti rilevanti u sħab involuti fil-proċess ta' taħriġ.
It-trasferiment ta’ krediti bbażat fuq l-ECVET u applikat għar-riżultati tat-tagħlim miksuba f’kuntesti ta’ tagħlim formali għandu jiġi ffaċilitat billi jiġu stabbiliti sħubiji u networks li jinvolvu istituzzjonijiet kompetenti, li kull waħda minnhom ikollha s-setgħa, fl-ambjent tagħha, li tagħti kwalifiki jew unitajiet jew li tagħti krediti għar-riżultati tat-tagħlim miksuba għal trasferiment u validazzjoni.
L-istabbiliment ta’ sħubiji għandu l-għan li:
|
— |
jipprovdi qafas ġenerali ta’ kooperazzjoni u networking bejn is-sħab, imniżżel fil-Memoranda ta’ Ftehim (“MoU”) li permezz tiegħu jiġi stabbilit ambjent ta’ fiduċja reċiproka; |
|
— |
jgħin lill-isħab fit-tfassil ta' arranġamenti speċifiċi għat-trasferiment ta’ krediti għal dawk li qegħdin jitgħallmu. |
L-MoU għandhom jikkonfermaw li l-isħab:
|
— |
jaċċettaw l-istatus ta’ xulxin bħala istituzzjonijiet kompetenti; |
|
— |
jaċċettaw il-kriterji u l-proċeduri tal-assigurazzjoni ta' kwalità, il-valutazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent ta’ xulxin bħala sodisfaċenti għall-finijiet tat-trasferiment ta’ krediti; |
|
— |
jaqblu dwar il-kondizzjonijiet li fihom ser taħdem l-isħubija, bħall-objettivi, it-tul u l-arranġamenti għar-reviżjoni tal-MoU; |
|
— |
jaqblu dwar il-komparabbiltà tal-kwalifiki kkonċernati għall-finijiet tat-trasferiment ta’ krediti, bl-użu tal-livelli ta’ referenza stabbiliti mill-EQF; |
|
— |
jidentifikaw atturi u istituzzjonijiet kompetenti oħrajn li jistgħu jkunu involuti fil-proċess ikkonċernat u l-funzjonijiet tagħhom. |
Biex l-ECVET tiġi applikata għar-rizultati tat-tagħlim miksuba f'kuntesti ta’ tagħlim mhux formali u informali jew barra l-qafas ta' MoU, l-istituzzjoni kompetenti li tingħata s-setgħa li tagħti kwalifiki jew unitajiet jew li tagħti l-krediti għandha tistabbilixxi proċeduri u mekkaniżmi għall-identifikazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent ta' dawn ir-riżultati ta' tagħlim permezz tal-għoti tal-unitajiet korrispondenti u l-punti ECVET assoċjati.
3. Ftehim ta’ tagħlim u traskrizzjoni personali
Biex jiġi applikat it-trasferiment ta’ krediti li jinvolvi żewġt isħab u individwu speċifiku u mobbli li qed jitgħallem, iż-żewġ istituzzjonijiet kompetenti involuti fil-proċess tat-taħriġ u validazzjoni u dak li qiegħed jitgħallem għandhom jikkonkludu ftehim ta’ tagħlim fil-qafas tal-MoU. Dan għandu:
|
— |
jiddistingwi bejn istituzzjonijiet “domestiċi” kompetenti u tal-pajjiż “ospitant” (1); |
|
— |
jispeċifika l-kondizzjonijiet partikolari għal perijodu ta’ mobbiltà, bħall-identità ta’ dak li qiegħed jitgħallem, it-tul tal-perijodu ta’ mobbiltà, ir-riżultati tat-tagħlim mistennija li jinkisbu u l-punti ECVET assoċjati. |
Il-ftehim ta’ tagħlim għandu jistipula li, jekk dak li qiegħed jitgħallem ikun kiseb ir-riżultati tat-tagħlim mistennija u dawn ikunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant”, l-istituzzjoni “domestika” għandha tivvalidhom u tirrikonoxxihom bħala parti mill-ħtiġiet għal kwalifika, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti.
It-trasferiment bejn l-isħab jista’ japplika għar-riżultati tat-tagħlim miksuba f’kuntesti formali u, fejn xieraq, f'kuntesti mhux formali u informali. Għalhekk, it-trasferiment ta’ krediti għar-riżultati tat-tagħlim miksuba għandu tliet stadji:
|
— |
l-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant” tivvaluta r-riżultati tat-tagħlim miksuba u tagħti krediti lil dak li qiegħed jitgħallem. Ir-riżultati tat-tagħlim miksuba u l-punti ECVET korrispondenti jitniżżlu fit-“traskrizzjoni personali” ta’ dak li qiegħed jitgħallem (2); |
|
— |
l-istituzzjoni “domestika” tivvalida l-krediti bħala rekord xieraq tal-kisba ta’ dak li qiegħed jitgħallem; |
|
— |
imbagħad, l-istituzzjoni “domestika” tirrikonoxxi r-riżultati tat-tagħlim li jkunu nkisbu. Dan ir-rikonoxximent iġib miegħu l-għoti tal-unitajiet u l-punti ECVET korrispondenti tagħhom, skont ir-regoli tas-sistema “domestika”. |
Il-validazzjoni u r-rikonoxximent mill-istituzzjoni “domestika” kompetenti jiddependu fuq il-valutazzjoni b'suċċess tar-riżultati tat-tagħlim mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant” kompetenti, skont il-proċeduri u l-kriterji miftiehma tal-assigurazzjoni ta' kwalità.
4. Punti ECVET
Il-punti ECVET jipprovdu informazzjoni komplimentarja dwar il-kwalifiki u l-unitajiet f’forma numerika. Dawn ma għandhom l-ebda valur indipendenti mir-riżultati tat-tagħlim miksuba għall-kwalifika partikolari li jirreferu għaliha u jirriflettu l-kisba u l-akkumulazzjoni tal-unitajiet. Sabiex ikun possibbli approċċ komuni għall-użu tal-punti ECVET, tintuża konvenzjoni li skont din jingħataw 60 punt għar-riżultati tat-tagħlim mistennija li jinkisbu f’sena ta’ ETV formali u full-time.
Fl-ECVET l-allokazzjoni tal-punti normalment ikollha żewġ fażijiet: Il-punti ECVET huma allokati l-ewwel għal kwalifika sħiħa u imbagħad għall-unitajiet tagħha. Għal kwalifika speċifika, bħala referenza jittieħed kuntest ta’ tagħlim formali wieħed u, abbażi tal-konvenzjoni jingħata l-għadd totali ta’ punti għal dik il-kwalifika. Minn dan it-total, il-punti ECVET huma mbagħad allokati għal kull unità skont il-piż relattiv tagħhom fil-kwalifika.
Għal kwalifiki li ma għandhomx referenza ta’ passaġġ ta’ tagħlim formali, il-punti ta’ krediti ECVET jistgħu jiġu allokati permezz ta' stima bi tqabbil ma’ kwalifika oħra li għandha kuntest ta' referenza formali. Biex tiġi stabbilita l-komparabbiltà tal-kwalifiki, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirreferi għal-livell EQF ekwivalenti jew, possibilment, il-livell NQF, jew għas-similarità għar-rizultati tat-tagħlim f'qasam professjonali relatat mill-qrib.
Il-piż relattiv ta’ unità tar-riżultati tat-tagħlim, fir-rigward tal-kwalifika, għandu jiġi stabbilit skond il-kriterji li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom:
|
— |
l-importanza relattiva tar-riżultati tat-tagħlim li jikkostitwixxu l-unità għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, għall-progess lejn livelli ta’ kwalifika oħrajn jew għall-integrazzjoni soċjali; |
|
— |
il-kumplessità, il-kamp tal-applikazzjoni u l-volum tar-riżultati tat-tagħlim fl-unità; |
|
— |
l-isforz meħtieġ għal dak li qiegħed jitgħallem biex jikseb l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-unità. |
Il-piż relattiv ta’ kwalunkwe unità komuni għal diversi kwalifiki, kif espressa f'punti ECVET, tista' tvarja minn waħda minn dawn il-kwalifiki għal oħra.
Normalment, l-allokazzjonijiet ta’ punti ECVET huma parti mit-tfassil tal-kwalifiki u l-unitajiet. Dawn huma provduti mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għat-tfassil u ż-żamma tal-kwalifika jew mogħtija awtorità speċifika għal dan il-kompitu. F’pajjiżi fejn diġà teżisti sistema nazzjonali ta’ punti, l-istituzzjonijiet kompetenti rilevanti jistabbilixxu arranġamenti għall-konverżjoni ta’ punti ta’ krediti nazzjonali għal punti ECVET.
Il-kisba b’suċċess ta’ kwalifika jew ta’ unità ġġib magħha l-għoti ta’ punti ECVET assoċjati, indipendentement miż-żmien proprju meħtieġ biex jinkisbu.
Normalment it-trasferiment ta’ unità jikkonsisti fit-trasferiment tal-punti ECVET korrispondenti sabiex dawn ikunu inklużi meta jiġu rikonoxxuti r-riżultati tat-tagħlim trasferiti, skont ir-regoli nazzjonali jew reġjonali. Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti li tikkunsidra mill-ġdid, fejn ikun meħtieġ, il-punti ECVET li għandhom jitqiesu, sakemm ir-regoli u l-metodoloġiji li huma stabbiliti għal dan il-għan huma trasparenti u sostnuti minn prinċipji tal-assigurazzjoni ta' kwalità.
Kull kwalifika miksuba permezz ta’ tagħlim mhux formali jew informali li għaliha tista' tiġi identifikata referenza ta' passaġġ ta’ tagħlim formali, u l-unitajiet korrispondenti, għandhom l-istess punti ECVET bħar-referenza, minħabba li jkunu nkisbu l-istess riżultati tat-tagħlim.
(1) L-istituzzjoni “domestika” hija l-istituzzjoni li ser tivvalida u tirrikonoxxi r-riżultati tat-tagħlim miksuba minn dak li qiegħed jitgħallem. L-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant” hija dik li tipprovdi taħriġ għar-riżultati tat-tagħlim ikkonċernati u tivvaluta r-riżultati tat-tagħlim miksuba.
(2) It-traskrizzjoni personali hija dokument li fih jitniżżlu r-riżultati tat-tagħlim ivvalutati, l-unitajiet u l-punti ECVET mogħtija ta’ dawk li qegħdin jitgħallmu.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/19 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Lulju 2009
2009/C 155/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4019 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4465 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86380 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9650 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5181 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0565 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,882 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
273,20 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6971 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3740 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2117 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1593 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7484 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6223 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8648 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1996 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0420 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 784,41 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,1837 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5788 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3425 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 374,43 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9746 |
|
PHP |
Peso Filippin |
67,591 |
|
RUB |
Rouble Russu |
44,0625 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
47,794 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,7321 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,5100 |
|
INR |
Rupi Indjan |
67,6140 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/20 |
Sejħa għal proposti TREN/SUB/01-2009
2009/C 155/04
Il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li talloka sussidji għal ammont globali indikattiv ta' EUR 4 750 000 bil-għan li jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet politiċi kienu ġew iffissati fil-Programm ta' Ħidma għas-sena 2009 adottat mill-Kummissjoni Ewropea.
It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq, is-sikurezza tat-trasport u s-suq intern (għal navigazzjoni 'l ġewwa mix-xtajta u navigazzjoni marittima).
L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fis-sit tad-DĠ TREN f'dan l-indirizz:
http://ec.europa.eu/transport/grants/index_en.htm
European Investment Bank
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/21 |
Sejħa għall-Proposti
Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment jipproponi żewġ skemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan l-Azzjoni għar-Riċerka Universitarja
2009/C 155/05
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jamministra l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu ma’ l-Universitajiet permezz ta’ Azzjoni għar-Riċerka Universitarja li tikkonsisti fi tliet programmi differenti:
|
— |
EIBURS, il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja |
|
— |
STAREBEI ( STAges de REcherche BEI ), programm li jiffinanzja lir-riċerkaturi żgħażagħ li jaħdmu fuq proġetti konġunti tal-BEI u Universitajiet, u |
|
— |
Netwerks ta’ Universitajiet BEI, li huwa mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal netwerks ta’ l-universitajiet li jkollhom karatteristiċi ta’ relevanza partikolari li jappoġġaw l-għanijiet tal-Grupp tal-BEI. |
EIBURS jipprovdi għotjiet lil Ċentri ta’ Riċerka Universitarji li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka li huma ta’ interess kbir għall-Bank. L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil Dipartimenti Universitarji jew Ċentri ta’ Riċerka interessati, li jkunu assoċjati ma’ Universitajiet fl-UE, fil-Pajjiżi Aderenti jew Pajjiżi fil-Fażi ta’ Adeżjoni, bi speċjalizzazzjoni esperta f’oqsma magħżula mill-BEI, sabiex ikunu jistgħu jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma. Jeħtieġ li l-proposta magħżula tipproduċi għadd ta’ attivitajiet (fosthom riċerka, organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars, netwerking, tqassim ta’ riżultati, eċċ) li jkunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank.
Għas-sena akkademika 2009/2010, il-programm EIBURS għażel żewġ linji ġodda ta’ riċerka:
— Żvilupp ta’ servizzi elettroniċi pubbliċi fl-Ewropa
Kemm l-Istrateġija ta’ Liżbona Mġedda kif ukoll il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku jidentifikaw l-installazzjoni universali madwar l-Ewropa kollha ta’ infrastruttura ta’ aċċess għal broadband ta’ veloċità għolja bħala ħtieġa ewlenija sabiex jixterdu b’pass aktar imgħaġġel applikazzjonijiet ta' servizzi elettroniċi li jtejbu l-produttività. Peress li l-inċentivi tas-suq jistgħu ma jkunux biżżejjed inizjalment sabiex jiġu mnedija dawn l-applikazzjonijiet, is-settur pubbliku huwa mistenni li jkollu rwol ewlieni biex jistimola d-domanda għal dawn l-applikazzjonijiet sabiex l-installazzjoni ta’ din l-infrastruttura tkun iġġustifikata ekonomikament. Fl-istess ħin, is-settur pubbliku jista’ jibbenefika minn żidiet sinifikanti fil-produttività billi jipprovdi servizzi eżistenti b’mod aktar effiċjenti jew billi jiżviluppa servizzi ġodda. Dan b’hekk jista’ jinvesti fin-netwerk infrastrutturali meħtieġa (minħabba n-natura tagħha bħala beni pubbliku u l-ħtieġa għal aċċess miftuħ) u jispeċifika t-tip ta’ servizzi li dik l-infrastrutturi hija mistennija li tkopri (approċċ ibbażat fuq il-produzzjoni).
Il-programm ta’ riċerka għandu jevalwa l-potenzjal li jiġu stabbiliti tipi differenti ta’ servizzi elettroniċi (eż. servizzi elettroniċi Governattivi, servizzi elettroniċi tas-Saħħa, servizzi elettroniċi ta’ Tagħlim), waqt li jidentifika l-irwoli rispettivi tas-settur privat u dak pubbliku u l-aktar metodi effiċjenti ta’ kunsinna (b’mod speċjali fil-kuntest ta’ arranġament ta’ sħubija pubblika-privata). Għandu jikkunsidra azzjonijiet ġodda tal-UE bħall-inizjattiva tas-suq ewlieni u akkwisti prekummerċjali, li huma intiżi biex jippermettu lis-settur pubbliku li jieħu rwol ewlieni biex iħeġġeġ il-ħolqien ta’ swieq ġodda. Il-programm ta’ riċerka għandu jirrifletti wkoll l-interess pubbliku fl-iżvilupp ta’ inizjattivi min-naħa tad-domanda bbażati fuq applikazzjonijiet tal-ICT f’setturi oħrajn bħat-trasport u b’mod partikolari l-enerġija, fejn l-ICT jista’ jkollha rwol importanti biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija.
Il-proġett jista’ jinvolvi kwalunkwe attività addizzjonali ta’ riċerka li ċ-Ċentru Universitarju jixtieq iwettaq bi sponsorship, bħall-organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars, il-ħolqien ta’ databases u servejs u studji dettaljati ta’ każijiet.
— Evalwazzjoni Finanzjarja u Ekonomika ta’ Impatti Ambjentali
L-evalwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-ambjent u tal-implikazzjonijiet tiegħu għall-benesseri tal-bniedem hija partikolarment pertinenti għas-suġġetti interrelatati tal-bidla fil-klima u l-bijodiversità, li huma mistennija li jkunu kwistjonijiet globali fis-seklu 21.
Il-bidla fil-klima diġà qed isseħħ: id-dinja qed tisħon bil-bidliet kollha assoċjati, u dan qed jaggrava t-theddidiet eżistenti għall-ekosistemi u l-bijodiversità.
B’mod partikolari, ekosistemi bħal foresti, artijiet mistgħadra u żoni ta’ mal-kosta jinsabu mhedda mill-qirda u t-tfarrik tal-ambjenti li jinsab għaddej. Għaldaqstant, diversi servizzi tal-ekosistemi – bħall-kontroll tal-għargħar, il-fertilizzazzjoni bil-polline, il-preżervazzjoni ta’ ħamrija b’saħħitha u s-sekwestrar tal-karbonju – ukoll jinsabu mhedda. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-funzjonalità fit-tul ta’ dawn l-ekosistemi sabiex jinżammu s-servizzi li huma jipprovdu. Ekosistemi b’saħħithom jifilħu aktar għall-impatti tal-bidla fil-klima u l-varjabbiltà fit-temp assoċjata.
F’dan l-isfond, u waqt li jibni fuq sejbiet mir-riċerka eżistenti u evidenza empirika, il-BEI qed jistieden proposti ta’ riċerka f’wieħed minn dawn l-oqsma relatati jew fit-tnejn li huma:
|
— |
L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-protezzjoni tal-ekosistema fil-kuntest tal-bidla fil-klima, waqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li jiġu indirizzati theddidiet eżistenti sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-impatti tal-bidla fil-klima, u l-irwol li għandhom (u l-valur ta’) ekosistemi b’saħħithom kemm fir-rigward tat-taffija tal-bidla fil-klima kif ukoll l-adattament għaliha; |
|
— |
L-użu ta’ approċċi bbażati fuq is-suq għall-protezzjoni u t-titjib ta' servizzi tal-ekosistema, fuq il-bażi tal-esperjenza fis-suq tal-karbonju. |
Id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ proposti hija t-30 ta’ Settembru 2009. Il-proposti sottomessi wara din id-data tal-għeluq ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu lil:
|
EIB-Universities Research Action |
|
100, boulevard Konrad Adenauer |
|
2950 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
To the attention of Ms. Luisa Ferreira, Co-ordinator.
Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn, jekk jogħġbok żur www.eib.org/universities
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/23 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AST/100-101/09
2009/C 155/06
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qiegħed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta' assistenti fil-qasam segretarjali (AST 1) għal ċittadini Bulgari u Rumeni.
|
— |
EPSO/AST/100/09 – Assistenti ta' ċittadinanza Bulgara (BG) |
|
— |
EPSO/AST/101/09 – Assistenti ta' ċittadinanza Rumena (RO) |
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bil-Bulgaru u bir-Rumen fil-Ġurnal Uffiċjali C 155 A tat-8 ta' Lulju 2009.
Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5570 – Platinum/Delphi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 155/07
|
1. |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Platinum Equity LLC (“Platinum”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll ta' partitjiet mill-impriża Delphi Corporation (“Delphi”, fl-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma u ta’ beni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5570 – Platinum/Delphi, fl-indirizz li ġej:
|