|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CA2009.150.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 150A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol |
|
|
2009/C 150A/01 |
Avviż ta' konkors ġenerali: Uffiċjal tar-Riċerka — Statistiku — Referenza: EF/TA/09/04 |
|
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
9 |
(DE/EN/FR) |
|
10 |
(IT) |
|
12 |
(DE/FR) |
|
13 |
|
|
14 |
(DE/EN/FR) |
|
16 |
(DE/EN/FR) |
|
17 |
(BG/ET/LT/LV/MT/RO) |
|
20 |
|
|
21 |
(DE/EN/FR) |
|
23 |
|
|
24 |
(DE/FR/NL) |
|
25 |
(BG/ET/LT/LV/MT/RO) |
|
28 |
(DE/EN/FR) |
|
34 |
(FR) |
|
36 |
(GA/EN) |
|
37 |
|
|
38 |
|
|
39 |
(SV) |
|
41 |
(DE/EN/FR) |
|
42 |
(EN) |
|
45 |
|
|
46 |
(DE/EN/FR) |
|
47 |
|
|
52 |
(DA/FI/MT) |
|
58 |
(DE/EN/FR) |
|
59 |
(DE/EN/ES/FR/PT/SV) |
|
62 |
(BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK) |
|
63 |
|
|
70 |
|
|
71 |
|
|
75 |
(DE/EN/FR) |
|
80 |
(FR) |
|
84 |
(BG/RO) |
|
86 |
|
|
91 |
|
|
93 |
(BG/RO) |
|
94 |
|
|
95 |
|
|
97 |
(DE/EN/FR) |
|
98 |
|
|
99 |
(GA/EN) |
|
103 |
|
|
104 |
(CS/PL) |
|
105 |
|
|
106 |
|
|
107 |
(DE/EN/FR) |
|
109 |
(ET) |
|
114 |
|
|
115 |
(PL) |
|
116 |
|
|
117 |
|
|
118 |
(EL) |
|
119 |
|
|
121 |
(BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK) |
|
124 |
(FI) |
|
130 |
|
|
131 |
(SV) |
|
132 |
|
|
133 |
|
|
134 |
(DE/EN/FR) |
|
137 |
|
|
138 |
(DE/EN/FR) |
|
139 |
|
|
142 |
(EN/FR) |
|
143 |
(ET/GA/PL/SL) |
|
145 |
(BG/CS/LT/LV/RO/SK) |
|
149 |
(EN) |
|
150 |
|
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol
|
2.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 150/1 |
AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI: UFFIĊJAL TAR-RIĊERKA — STATISTIKU
REFERENZA: EF/TA/09/04
(2009/C 150 A/01)
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), b'sede f'Dublin, l-Irlanda, qiegħda tfittex biex timpjega Uffiċjal tar-Riċerka (M/R) — Statistiku.
Il-kariga ta' Uffiċjal tar-Riċerka — Statistiku ser tkun ibbażata fl-Unità tal-Monitoraġġ u l-Istħarriġ li tmexxi l-istrumenti ta' monitoraġġ tal-Eurofound: stħarriġ, osservatorji, dizzjunarji eċċ. L-għan ewlieni ta' dan il-monitoraġġ huwa li jevalwa t-titjib fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Ewropea permezz ta' analiżi ta' xejriet, reviżjonijiet sintetiċi, analiżi tad-dejta tal-istħarriġ u ġbir ta' informazzjoni dwar in-negozju.
Bħala l-kandidat magħżul, ikollok l-esperjenza fit-twettiw ta' riċerka f'oqsma relevanti għall-Eurofound u għarfien bil-provi ta' metodoloġiji ta' riċerka, kif ukoll apprezzament ta' metodoloġiji ta' stħarriġ inkluż it-tfassil ta' kampjun, l-iżvilupp ta' kwestjonarji u strumenti oħra tal-istħarriġ, organizzazzjoni tal-ħidma fuq il-post, tindif u l-editjar tad-dejta, il-korrezzjoni tad-distribuzzjoni tad-dejta u l-assigurazzjoni/il-kontroll tal-kwalità.
Ikollok tirrapporta lill-Kap tal-Monitoraġġ u l-Istħarriġ u tikkontribwixxi għall-firxa sħiħa tal-attivitajiet assoċjati mal-istħarriġ u d-dejta tal-istħarriġ, li jista' jvarja — mit-tfassil u t-tħejjija ta' stħarriġ għall-analiżi tad-dejta (li tkun relevanti għall-politika). Tkun involut fit-tmexxija ta' proġetti u tkun mistenni tikkontribwixxi għall-ħidma relatata mat-tmexxija tan-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO) u ma' proġetti oħra skont il-ħtieġa.
Dan il-konkors huwa miftuħ għal kandidati li:
|
— |
huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini; |
|
— |
ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-leġiżlazzjoni dwar is-servizz militari; |
|
— |
ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-personalità rigward l-idoneità fil-qadi tad-dmirijiet speċifikati; |
|
— |
ikollhom għarfien sod ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Fondazzjoni; |
|
— |
ikollu edukazzjoni universitarja ta' mill-inqas 4 snin li jwasslu għal lawrja fl-oqsma tax-xjenzi soċjali, l-ekonomija, is-soċjoloġija, il-psikoloġija, l-istatistika, il-matematika jew dixxiplini relatati; |
|
— |
Ikollu tal-inqas sentejn ta' esperjenza professjonali relevanti. |
Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AD, Grad 5, bħala aġent temporanju b'kuntratt ta' żmien indeterminat.
Dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-proċeduri ta' applikazzjoni u selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tas-sit elettroniku tal-Eurofound: www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż tal-post battal peress li applikazzjonijiet inkompluti mhumiex ser jiġu permessi jipparteċipaw fil-konkors.
L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel mis-sit elettroniku.
Data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet: 12 ta' Lulju 2009.