ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.145.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
25 ta' Ġunju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

Il-Kunsill

 

OPINJONIJIET

2009/C 145/01

Avviż għall-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li kienu inklużi mill-Kunsill fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 (Anness V)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 145/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2009/C 145/03

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

2009/C 145/04

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil–qafas tad–Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat–Trattat tal–KE – Fir–rigward ta' dawn il–każijiet il–Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

2009/C 145/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5410 – FORFARMERS/CEFETRA) ( 1 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 145/06

Rata tal-kambju tal-euro

9

2009/C 145/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar L-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħat tiegħu tat-5 ta’ Settembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business – Rapporteur: Ir-Rumanija

10

2009/C 145/08

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business

11

2009/C 145/09

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2008 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5273)  ( 1 )

12

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2009/C 145/10

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim tal-ŻEE

16

2009/C 145/11

Awtorizzazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1(3) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 145/12

Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali anti-dumping

18

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 145/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5530 – GlaxoSmithKline/Stiefel Laboratories) ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 145/14

Avviż għall-attenzjoni tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

Il-Kunsill

OPINJONIJIET

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/1


Avviż għall-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li kienu inklużi mill-Kunsill fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 (Anness V)

2009/C 145/01

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 (1).

B’dik id-Deċiżjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 tad-19 April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), u għalhekk huma kienu inklużi fl-Anness V għal dak ir-Regolament. Ir-Regolament jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha appartenenti għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma għandhom isiru disponibbli għalihom jew għall-benefiċċju ta' tali persuni, entitajiet jew korpi, kemm direttament jew indirettament.

Konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament, il-lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

Għal dan il-għan, il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

Tali talbiet għandhom jintbagħtu, fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 163, 24.6.2008, p.29.

(2)  ĠU L 103, 20.4.2007, p.1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/2


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/02

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

4.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 94/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Änderung des Forschungsprogramms Schifffahrt und Meerestechnik für das 21. Jahrhundert

Il-bażi legali

Bundeshaushaltsordnung mit Allgemeinen Verwaltungsvorschriften, Budeshaushaltsgesetz, Verwaltungsverfahrengesetz

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 25,771 miljun EUR; Baġit globali: 51,542 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Bini ta' vapuri

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft

Scharnhorststr. 34-37

10115 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

15.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 193/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Financial Support Measures to the Banking Industry in the UK

Il-bażi legali

Common Law Powers of UK Government

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija, Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: 250 000 miljun GBP

L-intensità

It-tul ta' żmien

15.4.2009–13.10.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Commissioners of Her Majesty's Treasury

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/4


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/03

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

1.12.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 308/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen de ayudas a la reestructuración de PYMES en la región de Murcia

Il-bażi legali

Ley 38/2003 de 17 de noviembre 2003, Real Decreto 887/2006 de 21 de Julio 2006, Ley 7/2005 de 18 de noviembre y Ley 9/2006 de 23 de noviembre 2006

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax

L-Estimi

Baġit globali: 40 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

iki 31.12.2009

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorita' responsabbli mill-għajnuna

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avenida de la Fama, 3

30003 Murcia

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 623/08

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Extension du régime d'aide N 269/2007 «Fonds de compétitivité des entreprises» (FCE)

Il-bażi legali

Décret no 99-1060 du 16 décembre 1999 relatif aux subventions de l'État pour des projets d'investissement

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Innovazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 35-60 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorita' responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'industrie, de l'économie, de l'emploi — DGCIS — Service compétitivité et développement des PME

12 rue Villot

75572 Paris cedex 12

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

24.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 135/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Forschung für die Produktion von morgen

Il-bażi legali

jährliches Haushaltsgesetz, Einzelplan 30 für den Geschäftsbereich des Bundesministeriums für Bildung und Forschung, Kapitel 04. Fachtitel Produktionssysteme und -technologien (68324)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 260 miljun EUR

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorita' responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Bildung und Forschung

Heinemannstr. 2

53175 Bonn

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/6


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil–qafas tad–Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat–Trattat tal–KE

Fir–rigward ta' dawn il–każijiet il–Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/04

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 42a/07 and NN 42b/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Enterprise Investment Scheme (EIS), Corporate Venturing Scheme (CVS) and Venture Capital Trusts Scheme (VCT)

Il-bażi legali

Income Tax Act (ITA) 2007, Taxation of Chargeable Gains Act (TCGA) 1992, Finance Act 2000, as amended by Finance Acts of 1998, 2000, 2001, 2002, 2004, 2006, 2007, 2008, 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit annwali: 250 miljun GBP

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-6.4.2013 (EIS & VCT) & 31.3.2010 (CVS)

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

HM Revenue & Customs

100 Parliament Street

London

SW1A 2BQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

4.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 608/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Andalusia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programa de ayudas a PYME viables con dificultades coyunturales en Andalucía

Il-bażi legali

Orden de 5 de noviembre de 2008 por la que se establecen las bases reguladoras del programa de ayudas a empresas viales con dificultades coyunturales en Andalucía

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà, Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa, Garanzija

L-Estimi

Baġit annwali: 2008 12 miljun EUR, 2009 115 miljun EUR, 2010 53 miljun EUR;

Baġit globali: 180 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejería de Innovación

Ciencia y Empresa

Junta de Andalucía

Plaza de la Contratación, 3

Sevilla

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.2.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 72/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Temporary aid for the production of green products

Il-bażi legali

The Industrial Development Act 1982, Regional Development Agencies Act 1998, Science and Technology Act 1965, Energy Act 2004, Environmental Protection Act 1990, Employment and Training Act 1973, Civil Aviation Act 1982, Local Government Act 2000, Government of Wales Act 2006 (Section 60), Welsh Development Agency Act 1975 (Section 1), The Industrial Development (Northern Ireland) Order 1982, The Industrial Development (Northern Ireland) Act 2002, The Energy Efficiency (Northern Ireland) Order 1999 (Article 3), Enterprise and New Towns (Scotland) Act 1990 as amended 1 April 2001 by Scottish Statutory Instrument 2001 No 126, Local Government in Scotland Act 2003 (Section 20)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju fuq l-imgħax

L-Estimi

Baġit globali: 8 000 miljun GBP

L-intensità

It-tul ta' żmien

2009–2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform

1 Victoria Street

London

SW1H 0ET

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5410 – FORFARMERS/CEFETRA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/05

Fl-14 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Lingwa Olandiża u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5410. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ġunju 2009

2009/C 145/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4029

JPY

Yen Ġappuniż

133,77

DKK

Krona Daniża

7,4447

GBP

Lira Sterlina

0,84930

SEK

Krona Żvediża

11,0260

CHF

Frank Żvizzeru

1,5183

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0090

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,160

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

277,75

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6970

PLN

Zloty Pollakk

4,5320

RON

Leu Rumen

4,2268

TRY

Lira Turka

2,1829

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7566

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6105

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8725

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1806

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0401

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 799,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2993

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,5857

HRK

Kuna Kroata

7,3147

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 564,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,9564

PHP

Peso Filippin

67,514

RUB

Rouble Russu

43,8104

THB

Baht Tajlandiż

47,888

BRL

Real Brażiljan

2,7652

MXN

Peso Messikan

18,6351

INR

Rupi Indjan

68,0830


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/10


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar L-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħat tiegħu tat-5 ta’ Settembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business

Rapporteur: Ir-Rumanija

2009/C 145/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (KEE) Nru 139/2004.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni ġiet stabbilita permezz tal-Artikolu 22 tad-deċiżjonjiet tat-13 ta' Diċembru 2007 indirizzati lil Spanja, Franza, u l-Portugall.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

Ħmira likwida

(b)

Ħmira kkompressata

(c)

Ħmira niexfa

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq ġeografiċi rilevanti huma:

(a)

nazzjonali fir-rigward tal-ħmira kkompressata fit-territorji ta' Spanja, il-Portugal, u Franza

(b)

u tista' titħalla finalment miftuħa għall-ħmira likwida u għall-ħmira niexfa

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu għas-swieq li ġejjin:

(a)

tal-ħmira kompressa fi Spanja

(b)

tal-ħmira kompressa fil-Portugall

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma toħloqx impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu tas-swieq li ġejjin:

(a)

tal-ħmira kompressa fi Franza

(b)

Ħmira likwida

(c)

Ħmira niexfa

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għal konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-partijiet, u bl-impenji kkunsidrati kollha flimkien, il-konċentrazzjoni proposta mhijiex impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew għal parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2(2), 8(2) u 10(2) tar-Regolament tal-Amalgamazzjoni u li l-konċentrazzjoni proposta għandha għalhekk tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim taż-ŻEE.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/11


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business (1)

2009/C 145/08

Fit-22 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u wara riferiment għall-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”), bl-istess notifika l-impriża Associated British Foods plc (“ABF”, ir-Renju Unit) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta’ numru ta’ sussidjarji u assi ta' GBI Holding BV, xi assi u ishma ta' GB Ingredients BV u DSM Bakery Ingredients BV (flimkien “the GBI Business”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta’ assi u ishma.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twarrab kwalunkwe dubju serju possibbli, il-partijiet resqu proposta ta' rimedju fis-26 ta' Marzu 2008.

Wara eżami tan-notifika u testjar tal-proposta ta' rimedju fis-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet, fis-16 ta' April 2008, li l-operazzjoni notifikata tqajjem dubji serji rigward il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (“Ftehim ŻEE”). Għalhekk, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet.

Fuq it-talba tagħha stess, ABF ingħatat aċċess għad-dokumenti l-aktar importanti fil-fajl, b'konformità mar-regoli dwar l-Aħjar Prattiki għal każijiet ta' amalgamazzjoni, fil-forma ta' għażla ta' verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet ta' partijiet terzi għat-talbiet tal-ewwel fażi għall-informazzjoni; dawn ġew provduti lill-partijiet notifikanti fit-23 ta' April u fit-30 ta' April 2008.

Fl-10 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni bagħtet deċiżjoni tal-Artikolu 11 (3) lil ABF u sussegwentament ssospendiet id-data effettiva tal-limiti taż-żmien tas-26 ta' Ġunju 2008. Din is-sospensjoni spiċċat fis-16 ta' Lulju 2008.

Fl-10 ta' Lulju 2008, ABF offriet abbozz ta' rimedju alternattiv bil-ħsieb li trendi l-konċentrazzjoni kumpatibbli mas-suq komuni u impenjat ruħha li ssegwi ż-żewġ alternattivi b'mod parallel. Abbozz ġdid tal-verżjoni finali tal-impenji tressqu fil-15 ta' Lulju u fit-23 ta' Lulju tal-2008, rispettivament.

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji, kif tressqu fit-23 ta' Lulju 2008 se jneħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-ħmira kkumpressata fil-Portugal u fi-Spanja. Skont dan, l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ma ntbagħtet lil parti notifikanti u l-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament tal-Għaqdiet, u konformi mal-impenji msemmijin fl-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Ma saritli l-ebda mistoqsija jew tressieq mill-partijiet jew minn xi parti terza oħra. Il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.

Brussell, 15 ta' Settembru 2008.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/12


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Settembru 2008

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5273)

(il-verżjoni bl-ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/09

Fit-23 ta' Settembru 2008 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

Dan is-sommarju jikkostitwixxi biss deskrizzjoni simplifikata ta’ wħud mill-aspetti primarji tad-deċiżjoni; ma għandu l-ebda saħħa legali u jintuża biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

I.   IL-PARTIJIET

1.

ABF huwa grupp internazzjonali tal-ikel, ingredjenti u bejgħ bl-imnut, bl-attivitajiet fl-Ewropa, fl-Amerika tat-Tramuntana u fi New Zealand. L-attivitajiet ta' ABF jinkludu l-produzzjoni u l-bejgħ tal-ħmira u jiġu ġestiti permezz tad-diviżjoni AB Mauri, li għandha impjanti ta' produzzjoni madwar id-dinja kollha inklużi ħames impjanti fl-UE (ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Ġermanja, Spanja u l-Portugall). ABF hija wkoll proprjetarja ta' żewġ impjanti tal-ingredjenti tal-ħami fir-Renju Unit (Cereform).

2.

L-attività kummerċjali prinċipali ta' GBI hija l-produzzjoni u l-bejgħ ta' tipi differenti ta' ħmira, inkluża l-ħmira friska (fil-forom likwidi u kompressi) u l-ħmira niexfa għal furnara artiġjanali, industrijali u tad-dar. (1) L-Azjenda GBI m'għandha l-ebda impjanti ta' produzzjoni fi Spanja, il-Portugall jew Franza u l-ammont totali ta' ħmira li tikkumerċjalizza f'dak ir-reġjun jiġi mill-impjant Taljan tal-Azjenda GBI (Casteggio) jew minn impjant fil-Ġermanja mħaddem minn JV Uniferm GmbH & Co KG (“Uniferm”), li fiha għandha sehem ta' 50 %. L-Azjenda GBI qed tinbiegħ minn ditta ta' ekwità internazzjonali privata Olandiża Gilde Buy-Out Partners (“Gilde”) li finalment jikkontrollawha.

II.   IL-KONĊENTRAZZJONI

3.

Skont il-ftehim tax-xiri tal-ishma ffirmat minn ABF u Gilde fit-2 ta' Ottubru 2007, l-operazzjoni nnotifikata tikkonsisti f'proposta ta' akwiżizzjoni tan-negozju tal-ħmira ta' GBI Holdings minn ABF, ġewwa l-Belġju, l-Olanda, Franza, Spanja, il-Portugall, il-Ġermanja u l-Italja, kif ukoll bħala 50 % f'Uniferm u 10 % tal-kapital ta' Somadir SA (il-Marokk). ABF se takkwista wkoll xi beni minn GBI Ingredients u minn DSM Bakery, inklużi l-impjegati, il-kuntratti tal-klijenti u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali fl-Olanda, kif ukoll parti min-negozju tal-esportazzjoni ta' GBI Holding li huwa mħaddem mill-Bakery Export Group. Bħala riżultat tal-ftehim, ABF se takkwista l-kontroll esklussiv tal-Azjenda GBI (2) u tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu tal-ECMR.

III.   IL-KOMPETENZA TAL-KUMMISSJONI

4.

Il-konċentrazzjoni m'għandhiex dimensjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1 tal-ECMR, skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti u minn ABF. Madanakollu, fit-13 ta' Diċembru 2007 il-Kummissjoni ddeċidiet, f'konformità mal-Artikolu 22(3) tal-ECMR, li teżamina l-konċentrazzjoni wara rikjesti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta' Spanja, Franza u l-Portugall. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-impriżi konċernati ġew sussegwentement informati bid-deċiżjonjiet. Għaldaqstant il-kompetenza tal-Kummissjoni ġiet stabbilita permezz ta' dawn id-deċiżjonjiet konformi mal-Artikolu 22.

IV.   IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RELEVANTI

5.

Il-ħmira, li hija ingredjent essenzjali fil-produzzjoni tal-ħobż u prodotti tal-ħami oħrajn, tiġi prodotta fil-forma ta' tlett prodotti bażiċi:

6.

Il-ħmira likwida hija tip ta' ħmira friska li hija essenzjalment il-prodott nej mill-proċess ta' manifattura. Ġeneralment ikun fiha madwar 20 - 25 % ta' ħmira solida. Għandha durata ta' ħażna ta' madwar tlett ġimgħat jekk tinżamm refriġerata.

7.

Il-ħmira kompressa normalment ikollha fiha madwar 30 %-35 % ta' materjal niexef. Tiġi prodotta billi l-ħmira likwida tiġi ffiltrata u maħruġa f'żewġ blokki, imgeżwra f'karta tax-xemgħa u rrefriġerata sakemm tiġi mqassma. Dawn il-blokki jiġu distribwiti f'pakketti tal-kartun permezz ta' trakkijiet refriġerati. Il-klijenti jinħtieġu kamra friska sabiex jaħżnu l-ħmira kompressa. Il-ħmira kompressa għandha durata massima ta' ħażna ta' 45 jum.

8.

Il-ħmira niexfa hija kkaratterizzata b'perċentwali ta' materjal niexef ta′ ′l fuq minn 95 %. Tiġi prodotta billi l-ħmira kompressa titnixxef u għandha durata ta' ħażna ta' madwar sentejn. Il-produtturi f'pajjiżi anqas żviluppati huma aktar propensi li jużaw il-ħmira niexfa minħabba l-ħtieġa ta' trasport u ħażna refriġerati kif ukoll minħabba s-sistema ta' distribuzzjoni inqas żviluppata li hi meħtieġa għall-ħmira friska, u b'mod korrispondenti, relattivament ftit ħmira niexfa tinbiegħ fl-UE.

Sostitwibilità mil-lat tad-domanda

9.

Mill-perspettiva tad-domanda, il-ħmira niexfa minn naħa l-waħda, u l-ħmira likwida u dik kompressa mill-oħra (flimkien imsejħin ħmira friska) mhux sostitwibbli. Mhux tipiku għall-furnara Ewropej li jużaw ħmira niexfa iżda aktar jisstrieħu fuq ħmira friska. Fil-kategorija tal-ħmira friska, il-ħmira likwida u l-ħmira kompressa mhumiex sostituti ta' xulxin lanqas, peress li l-użu tal-ħmira likwida (normalment imqassma f'tankijiet kbar) hija biss alternattiva għall-furnara industrijali li jistgħu jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-apparat meħtieġ sabiex jilqgħu l-ħmira likwida. Ladarba din l-għażla strateġika tkun saret it-treġġiegħ lura għall-ħmira kompressa hija improbabbli.

Is-sostitwibilità mil-lat tal-provvista

10.

Filwaqt li huwa veru li hemm marġini ta' sostiwibilità fil-lat tal-provvista peress illi l-proċess ta' produzzjoni tal-ħmira huwa interkonness, li taqleb minn proċess ta' produzzjoni għall-ieħor għandu wkoll ċerti restrizzjonjiet. Fl-istħarriġ tas-suq ġie kkonfermat illi bidla mill-produzzjoni tal-ħmira friska għall-produzzjoni tal-ħmira niexfa timplika spejjeż addizzjonali sinifikanti għall-apparat tat-tnixxif. Bidla minn ħmira likwida għal ħmira kompressa tkun tinħtieġ magni tal-filtrazzjoni speċjali, apparat tal-ippakeġġjar, u faċilitajiet għall-ħażna refriġerata. Konsiderazzjoni oħra importanti li l-fornituri għandhom ikunu konxji minnha hija ż-żona tat-tbaħħir differenti għall-ħmira kompressa u likwida. Anki jekk bidla fil-livell ta' produzzjoni huwa possibbli, il-produtturi li jipprovdu l-ħmira kompressa f'reġjun mill-bogħod isibuha diffiċli jekk mhux impossibbli li jfornu ħmira likwida fir-reġjun.

V.   IS-SWIEQ ĠEOGRAFIĊI RILEVANTI

Ħmira kkompressata

11.

Fl-istħarriġ tas-suq kien ikkonfermat li s-swieq għall-produzzjoni u l-provvista tal-ħmira kompressa għandhom ambitu nazzjonali. L-ishma u l-pożizzjonjiet tas-suq tal-fornituri jvarjaw b'mod konsiderevoli fi Franza, il-Portugall u Spanja. Barra minn hekk, hemm differenzi sinifikanti bejn l-istruttura tas-sistemi tad-domanda u d-distribuzzjoni (din tal-aħħar hija partikolarment evidenti bejn Franza fuq naħa waħda u l-Portugal u Spanja fuq l-oħra). Il-fornituri tal-ħmira kompressa jinħtieġ li jkollhom min ibiegħ fil-lokal u netwerk ta' distribuzzjoni lokali. Id-ditti jvarjaw minn pajjiż għal pajjiż. Fl-aħħar nett, analiżi ddettaljata tal-livelli tal-prezzijiet u taċ-ċaqlieq tal-prezzijiet uriet differenzi sinifikanti bejn it-tliet pajjiżi. Il-fatt illi l-ħmira kompressata tista' tiġi ttrasportata għal distanzi twal li huma transkonfinali ma jikkontradiċix dawn ir-riżultati.

Ħmira likwida u niexfa

12.

Minħabba distanzi limitati ta' spedizzjoni, is-suq għall-ħmira likwida tidher li hi ta' ambitu nazzjonali, filwaqt li s-suq tal-ħmira niexfa jidher li hu mifrux tal-inqas maż-ŻEE. Madanakollu, għall-finijiet tad-Deċiżjoni mhux neċessarju li tingħata konklużjoni finali.

VI.   EVALWAZZJONI KOMPETITTIVA

13.

Il-parti notifikanti ABF hija produttriċi dinjija tal-ħmira tal-furnar. Hija għandha prinċipalment impjanti fi Spanja (Córdoba) u l-Portugall (Setúbal). Hi ilha preżenti fis-swieq Spanjoli u Portugiżi għal diversi għexieren ta' snin, filwaqt li daħlet fis-suq Franċiż relattivament aktar riċentement. Il-mira GBI fil-preżent topera impjanti fl-Italja (Casteggio) u fil-Ġermanja permezz ta' impriża bi sħab Uniferm. Ilha preżenti fil-Portugall għal aktar minn 80 sena u daħlet fis-suq Spanjol fl-1992. It-tielet attriċi prinċipali fis-swieq tal-ħmira hija Lesaffre, li hi wkoll attiva fis-swieq ta' skala dinjija. Hija għandha impjant wieħed fi Spanja (Valladolid) u oħrajn fi Franza, il-Belġju u l-Italja.

14.

Atturi marġinali f'dan ir-reġjun huma Lallemand, li tissuplixxi kwantitajiet żgħar ta' ħmira kompressa fil-Lbiċ tal-Ewropa, Puratos, kumpannija Belġjana, Zeus, ibbażata fl-Italja b'fornimenti żgħar ta' ħmira kompressa lejn Franza u Spanja, u Gebrüder Asmussen fit-Tramuntana tal-Ġermanja b'fornimenti żgħar ta' ħmira kompressa lejn Spanja. M’hemmx produtturi oħrajn tal-ħmira li jistgħu jiġu kkunsidrati li huma kompetituri ġodda fis-swieq tal-ħmira kompressa fi Spanja u fil-Portugall.

15.

Il-mira GBI li kellha pożizzjoni dinjija qawwija ħafna fis-swieq tal-ħmira ġiet akwiżita minn Gilde ditta ta' ekwità internazzjonali privata Olandiża, fl-2005. Gilde kellha l-intenzjoni li tbiegħ lill-GBI mal-ewwel opportunità u d-dokumenti interni tagħha jissuġġerixxu li evitat kompetizzjoni feroċi fil-prezzijiet fl-Ewropa.

Struttura ġenerali tas-swieq tal-ħmira kkompressata

16.

Is-swieq tal-ħmira kkompressata Franċiżi, Portugiżi u dawk Spanjoli għandhom ċerti karatteristiċi komuni. Is-swieq huma relattivament maturi u d-domanda hija mistennija li tkun stabbli fis-snin li ġejjin. F'dak li jirrigwarda l-aspett tal-provvista, l-istruttura tas-suq hija kkaraterizzata minn grad ta' konċentrazzjoni li dejjem jiżdied. Fi Franza, l-entità amalgamata kieku żżomm madwar [30-40] % b'sehem tas-suq ta' [60-70] % għal Lesaffre; fil-Portugall, l-entità amalgamata kieku żżomm sehem tas-suq ta' aktar minn [70-80] % (Lesaffre: [20-30] %), u fi Spanja l-entità amalgamata kieku żżomm sehem tas-suq ta' aktar minn [40-50] % (Lesaffre: [40-50] %). Id-distributuri għandhom rwol importanti fis-swieq kollha affetwati. Madanakollu, hemm differenza kbira tas-swieq Franċiżi meta mqabbla ma' dawk Portugiżi u dawk Spanjoli: Fi Franza, ħafna mid-distributuri huma organizzati f'wieħed mit-tliet gruppi ta' xiri l-kbar li jkopru l-maġġoranza vasta tas-suq, filwaqt li fil-Portugall u fi Spanja gruppi ta' xiri kbar bħal dawn ma jeżistux. Barra minn hekk għandu jiġi nnutat li l-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni Nazzjonali adottaw deċiżjoni kartell li tirrelata għas-swieq tal-ħmira friska tal-imgħoddi, b'mod partikolari tal-awtorità Franċiża li sabet li fl-1989 Lesaffre u Gist Brocades (ex-GBI) kienet parti minn kartell.

Effetti Koordinati fuq is-swieq Spanjoli u Portugiżi tal-ħmira kkompressata

17.

Is-suq Portugiż u Spanjol tal-ħmira kkompressata għandhom xi kundizzjonjiet strutturali l-istess li jiffaċilitaw koordinazzjoni taċita. Fit-tliet swieq affetwati kollha n-numru ta' operaturi huwa relattivament żgħir u l-operaturi ta' spiss jinteraġixxu peress illi jissuplixxu fuq bażi regolari lill-klijenti diretti u lid-distributuri. Il-flessibilità tad-domanda għall-ħmira kkompressata hija kemmxejn baxxa, dan ifisser li koordinazzjoni hija ta' profitt peress li l-ostakoli għad-dħul huma kbar u l-ħolqien ta' faċilitajiet ta' produzzjoni ġodda huma improbabbli. Minn analiżi profonda tal-kapċitajiet disponibbli, jirriżulta li għallinqas fejn jidħlu s-swieq Portugiżi u Spanjoli l-kapaċitajiet ta' riserva tal-kompetituri tant huma limitati li kieku ma jeżerċitawx restrizzjoni kompetittiva fuq l-operaturi prinċipali wara l-amalgamazzjoni. Fatturi oħra bħall-grad għoli ta' omoġenijetà tal-prodott, it-trasparenza tas-suq għallinqas fil-Portugall u f'Spanja u l-fatt li s-suq mhuwiex orjentat lejn l-innovazzjoni wkoll jiffaċilitaw il-koordinazzjoni taċita.

18.

Kemm fis-suq Spanjol u kif ukoll f'dak Portugiż, l-analiżi tas-suq uriet li l-prezzijiet jaġixxu bħala varjabbli ekonomiku relevanti għall-parteċipanti tas-suq sabiex jiffukaw fuqhom l-imġiba koordinata tagħhom. Il-ftehimiet ta' provvista esklużiva mad-distributuri jgħinu sabiex isostnu l-livell għoli tal-prezzijiet u sabiex jallinejaw l-iżviluppi tal-prezzijiet. In-netwerk ta' distribuzzjoni tagħmilha wkoll faċli sabiex jiġu mmoniterjati devjazzjonjiet mit-termini tal-koordinazzjoni. It-theddida għar-ritorn tal-ipprezzar kompetittiv huwa mekkaniżmu deterrenti suffiċjenti. Il-ħtieġa li jkun hemm sistema ta' distribuzzjoni lokali b'persuni lokali li jbiegħu u b'marki rikonoxxuti kif ukoll il-ħtieġa li jkollok reputazzjoni għas-sigurtà tal-provvista twassal għal ostakoli kbar għad-dħul u/jew għall-espansjoni. Is-saħħa li jixtru tad-distributuri u tal-furnara artiġjanali hija relattivament baxxa u ma tikkontrobilanċjax il-pożizzjoni tas-suq tal-fornituri tal-ħmira kkompressata fi Spanja u l-Portugall wara l-operazzjoni.

19.

Kieku ssir l-amalgamazzjoni din iżżid b'mod sinifikanti il-grad ta' koordinazzjoni taċita kemm fi Spanja kif ukoll fil-Portugall. L-ewwel nett, kieku tnaqqas in-numru ta' operaturi u żżid it-trasparenza tas-suq u tiffaċilita l-kapaċità li tiġi misjuba kondotta devjanti u li tiġi effettivament ritaljata. Barra minn hekk, ma' GBI, se jiġi eliminat operatur li b'xi mod huwa differenti minn ABF u Lesaffre, peress li għandu impjant ta' produzzjoni ta' skala kbira lil hinn il-Peninsula Iberika u m'għandux klijenti industrijali diretti. Fl-aħħar, l-operazzjoni żżid ukoll in-numru ta' kuntatti bejn ABF u Lesaffre dwar swieq minnbarra is-swieq tal-ħmira kkompressata.

20.

Id-deċiżjoni għaldaqstant tikkonkludi li l-operazzjoni proposta toħloq dubji serji fis-swieq tal-ħmira kkompressata fi Spanja u l-Portugall.

L-effetti tal-operazzjoni fis-suq Franċiż tal-ħmira kkompressata

21.

Minkejja li s-suq Franċiż tal-ħmira kkompressata għandu xi karatteristiċi simili għas-swieq Spanjoli u Portugiżi, juri madanakollu differenzi ċari. Lesaffre qiegħed fuq quddiem nett fis-suq, u warajh ABF u GBI. Il-furnara industrijali u gruppi tad-distribuzzjoni l-kbar jilagħbu rwol kbir fis-suq Franċiż u għandhom saħħa li jixtru ikbar. Il-gruppi tad-distributuri l-kbar iffaċilitaw ukoll il-marki l-ġodda fis-settur tal-prezzijiet baxxi. L-iktar sistema ta' distribuzzjoni kumplessa fi Franza tnaqqas it-trasparenza b'paragun ma' Spanja u l-Portugall u tagħmel sistema ta' ritaljazzjoni iktar diffiċli. L-operazzjoni ma tbiddilx il-bilanċ ta' poter fi Franza. Wara l-amalgamazzjoni, Lesaffre tkompli tkun minn ta' quddiem nett u tkun kapaċi tikkompeti fuq il-gamma ta' marki sħiħa. Għal dawk ir-raġunijiet, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-operazzjoni proposta ma toħloq l-ebda tħassib ta' kompetizzjoni fis-suq tal-ħmira kkompressata Franċiż.

Is-swieq tal-ħmira likwida u tal-ħmira niexfa

22.

Fil-Portugall, ABF hija ta' quddiem nett fis-suq tal-ħmira likwida. Ir-rwol ta' GBI huwa marġinali biss, peress illi rnexxielha biss tipprovdi 1.5l Tetrapaks bil-ħmira likwida. Jista' jiġi eskluż li l-operazzjoni sejra tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' GBI fis-suq tal-ħmira likwida fil-Portugall. Fi Spanja u f'Franza, l-attivitajiet tal-partijiet fil-produzzjoni u fil-provvista tal-ħmira likwida jirkbu fuq xulxin marġinalment biss. Fir-rigward tal-ħmira niexfa, li hija minn tal-inqas mifruxa madwar ż-ŻEE, la effetti mhux koordinati u lanqas koordinati ma huma mistennija bħala riżultat tal-operazzjonjiet, minħabba preżenza suffiċjenti ta' numru ta' fornituri alternattivi. Għaldaqstant din id-deċiżjoni tikkonkludi li l-operazzjoni proposta ma toħloqx tħassib dwar kompetizzjoni fis-swieq tal-ħmira likwida u tal-ħmira niexfa.

VII.   IMPENJI

23.

Diġà fil-fażi I il-parti li tinnotifika ppreżentat l-impenji tagħha sabiex tagħmel l-operazzjoni kompatibbli mas-suq komuni. Ipproponiet illi GBI ċċedi l-attivitajiet attwali fir-rigward tal-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ħmira fi Spanja u l-Portugall. Il-proposta għar-rimedju ma kenitx tinkludi impjant ta' produzzjoni, iżda ftehim ta' subappalt. L-analiżi tas-suq tal-ewwel fażi kkonkludiet li żvestiment ta' distribuzzjoni waħida ma kenitx se tkun vijabbli mingħajr kapaċitajiet ta' produzzjoni. Fit-fażi numru II, il-partijiet ippreżentaw l-impenji ġodda li kienu jinkludu konnessjoni għall-kapaċità ta' produzzjoni sabiex tagħmel il-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni.

24.

ABF essenzjalment impenjat ruħha biex (1) tbiegħ in-negozju ta' distribuzzjoni ta' GBI fi Spanja u l-Portugall lil xerrej adegwat li kien se jkun akkwista impjant tal-produzzjoni tal-ħmira fi Felixstowe (ir-Renju Unit) sabiex jforni l-azjendi ta' GBI fi Spanja u fil-Portugall jew,(2) bħala rimedju alternattiv, li tbiegħ in-negozju ta' distribuzzjoni fi Spanja u fil-Portugall flimkien mal-faċilità ta' produzzjoni f'Setúbal (3). L-impjant ta' Felixstowe qed jiġi, fiż-żmien tad-deċiżjoni, ċedut bħala konsegwenza tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni tal-akwiżizzjoni minn Lesaffre ta' GBI (ir-Renju Unit) (4).

25.

Iċ-ċessjoni tas-sussidjarji ta' GBI, Spanjola u Portugiża lil xerrej adegwat b'kapaċitajiet ta' produzzjoni proprji suffiċjenti ggarantiti bl-akkwist ta' Felixstowe jew Setúbal se tellimina kompletament it-trikkib li rriżulta mill-operazzjoni attwali fir-rigward tas-suq Spanjol u Portugiż tal-ħmira kkompressata u tiggarantixxi provvista ta' ħmira indipendenti. It-test tas-suq tal-pakkett ta' rimedji offruti fil-fażi II kien ġeneralment pożittiv peress li jikkombina d-distribuzzjoni u l-produzzjoni. Għaldaqstant, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-kummenti ppreżentati jelliminaw id-dubji serji identifikati dwar is-swieq tal-ħmira kkompressata fil-Portugal u fis-Spanja.

VIII.   KONKLUŻJONI

26.

L-operazzjoni notifikata, kif modifikata mill-impenji, għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE, bla ħsara għall-Impenji li huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.


(1)  Fl-ewwel 1 ta' Awwissu 2006, GBI Holding B.V. svestiet ruħha min-negozju tagħha tal-ingredjenti tal-ħami għaf-favur Werhahn Muehlen KG, b'eċċezzjoni għal xi attivitajiet permezz ta' Uniferm, u minn dak iż-żmien 'il hawn baqgħet attiva biss fil-produzzjoni u l-provvista tal-ħmira għall-ħami.

(2)  Il-kumplament tan-negozju Ewropew tal-ħmira ta' GBI, essenzjalment l-attivitajiet tagħha fir-Renju Unit, ġie akwiżit minn Lesaffre. Dik l-operazzjoni ġiet eżaminata mill-Kummissjoni bħala konsegwenza ta' referenza mill-Office of Fair Trading (OFT) Brittanniku, u ġiet approvata suġġetta għal ċerti impenji fil-11 ta' Lulju 2008; ara każ COMP/M.5020 – Lesaffre/GBI UK.

(3)  Dwar il-possibiltà ta' dawn ir-rimedji alternattivi ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-Rimedji Aċċettabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/98 ĠU C 68, 2.3.2001, p.3, paragrafu 22, 23. Ara wkoll l-Abbozz Rivedut tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-Rimedji Aċċettabbli taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni, ippubblikat fuq ec.europa.eu/comm/competition/mergers/legislation, paragrafu 44-46.

(4)  Każ COMP/M.5020 – Lesaffre/GBI UK, deċiżjoni tal-11 ta' Lulju 2008.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/16


L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim tal-ŻEE

2009/C 145/10

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

17 ta' Diċembru 2008

Numru tal-każ

:

63616

Stat tal-EFTA

:

L-Iżlanda

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Parteċipazzjoni tal-Istat tal-Iżlanda fiż-żieda tal-kapital fi E-Farice ehf. relatata mal-proġett Danice.

Tip ta’ miżura

:

Żieda fil-kapital azzjonarju

Baġit

:

ISK 183.5 miljun (madwar EUR 1.06 miljun)

Setturi ekonomiċi

:

It-telekomunikazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

:

Ministeru tal-Finanzi

Arnarhváli

150 Reykjavík

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Awtorizzazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1(3) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

2009/C 145/11

L-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

Is-17 ta' Diċembru 2008

Numru tal-każ

:

65614

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Emendi għall-iskema ta’ għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp rigward teknoloġiji tal-gass bi prestazzjoni ambjentali mtejjeb (Gassnova)

Il-bażi legali

:

L-Artikolu 61(1) u 61(3)(c)

Għan

:

Il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp rigward teknoloġiji tal-karburanti fossili bi prestazzjoni ambjentali mtejjeb

Forma ta’ għajnuna

:

Għotja

Baġit

:

Madwar 80 000 000 Kroner Norveġiż fis-sena, jew madwar EUR 8 900 000 fis-sena

Tul ta' żmien

:

Sat-30 ta' Novembru 2015

Setturi ekonomiċi

:

Teknoloġiji tal-karburanti fossili

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

:

Ministeru għaż-Żejt u l-Enerġija

Kaxxa Postali 8148 Dep,

Oslo

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-websajt tal-Awtorità tas-Sorveljanża tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/18


Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali anti-dumping

2009/C 145/12

L-importazzjonijiet ta' ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea huma suġġetti għal dazju anti-dumping definittiv, impost mir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1289/2006 tal-25 ta' Awwissu 2006 (1) (“Regolament (KE) Nru 1289/2006”).

Samsung Electronics Co., Ltd. (għall-konvenjenza msemmija bħala “Samsung Electronics Corporation” fir-Regolament (KE) Nru 1289/2006), kumpanija fir-Repubblika tal-Korea, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità ta' ċerti refriġerejters side-by-side huma suġġetti għal dazju anti-dumping ta' 0 % impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1289/2006, infurmat lill-Kummissjoni li mill-11 ta' Jannar 2009, bidlet l-indirizz..

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju applikata lill-kumpanija taħt l-indirizz preċedenti tagħha jiġifieri:

Samsung Main Bldg, 250, 2-ga

Taepyeong-ro

Jung-gu

Seoul

Il-kumpanija ssottomettiet biżżejjed evidenza li turi li l-bidla fl-indirizz kienet, fost l-oħrajn, minħabba riorganizzazzjoni interna tal-kumpanija li rriżultat f'rilokazzjoni tal-unità kummerċjali kkonċernata.

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz bl-ebda mod ma taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (KE) Nru 1289/2006. Barra minn dan, ir-referenza għall-kumpanija għandha tirrifletti l-isem tal-kumpanija kif kien irreġistrat uffiċjalment. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (EC) Nru 1289/2006 għal:

Samsung Electronics Corporation

Samsung Main Bldg, 250, 2-ga

Taepyeong-ro

Jung-gu

Seoul

għandha taqra:

Samsung Electronics Co., Ltd

443-742, 416 Meatan-3 Dong

Yeongtong-Gu

Suwon

Kyonggi-Do

IL-KOREA T’ISFEL

Il-kodiċi addizzjonali TARIC A735 għandha tapplika għal:

Samsung Electronics Co., Ltd

443-742, 416 Meatan-3 Dong

Yeongtong-Gu

Suwon

Kyonggi-Do

IL-KOREA T’ISFEL


(1)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 11.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5530 – GlaxoSmithKline/Stiefel Laboratories)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 145/13

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża GlaxoSmithKline plc (“GSK”, Ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Stiefel Laboratories Inc. (“Stiefel Laboratories”, L-Istati Uniti) permezz ta' għaqda korporattiva mas-sussidjarja GSK u Stiefel Laboratories

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża GSK: l-iskoperta, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi u prodotti tal-konsumatur relatati mas-saħħa,

għall-impriża Stiefel Laboratories: l-iskoperta, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi u prodotti tal-konsumatur relatati mas-saħħa, b'mod partikolari farmaċewtiċi dermatoloġiċi u prodotti għall-kura tal-ġilda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5530 – GlaxoSmithKline/Stiefel Laboratories, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/21


Avviż għall-attenzjoni tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

2009/C 145/14

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267 (1999) u 1333 (2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267 (1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden;

persuni naturali jew legali, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden; kif ukoll

persuni legali, entitajiet u korpi li huma propjetà ta', li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw lil, xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ għal, Al Qaida, it-Taliban jew is-Sur Usama bin Laden, jew xi ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fis-17 ta’ Ottubru 2001 li jżid lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi mal-lista relevanti.

Il-persuna naturali kkonċernata tista' tissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York , NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Skont din id-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill inkluda lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban (2). Din l-entrata ġiet emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2006 (3).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni naturali u legali, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati:

(a)

L-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha tagħhom, jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni tagħhom, jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2 u 2a (4); kif ukoll

(b)

Il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lilhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

4.

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Kawzi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u l-Fondazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill, il-Kumitat tan-NU pprovda raġunijiet għall-inklużjoni tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi.

Huwa jista' jagħmel talba għar-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu lill-Kummissjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Wara li ngħatatlu l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni, il-Kummissjoni se terġa’ tistudja l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u se ssir deċiżjoni ġdida dwaru.

5.

Kull dejta personali pprovduta mis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (5). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' data personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar ’il fuq.

6.

Għall-kompletezza, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni naturali elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(3)  ĠU L 219, 10.8.2006, p. 14.

(4)  L-Artikolu 2a iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.