ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.141.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
20 ta' Ġunju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 141/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 129, 6.6.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 141/02

Kawża C-362/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Markku Sahlstedt, Juha Kankkunen, Mikko Tanner, Toini Tanner, Liisa Tanner, Eeva Jokinen, Aili Oksanen, Olli Tanner, Leena Tanner, Aila Puttonen, Risto Tanner, Tom Järvinen, Runo K. Kurko, Maa- ja metsätaloustuottajain Keskusliitto MTK ry, MTK:n säätiö vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Protezzjoni tal-habitat naturali — Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Boreali adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni — Ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra din id-deċiżjoni)

2

2009/C 141/03

Kawża C-202/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — France Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tas-servizzi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja — Prezzijiet predatorji — Irkupru tat-telf sostnut — Dritt għall-allinjament)

2

2009/C 141/04

Kawża C-260/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Pedro IV Servicios, S.L. vs Total España SA (Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81 KE — Kuntratt ta’ forniment esklużiv ta’ karburanti u ta’ kombustibbli — Eżenzjoni — Regolament (KEE) Nru 1984/83 — Artikolu 12(2) — Regolament (KEE) Nru 2790/1999 — Artikoli 4(a) u 5(a) — Dewmien tal-esklużività — Fissar tal-prezz ta’ bejgħ lill-pubbliku)

3

2009/C 141/05

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belgju) — VTB-VAB NV (C-261/07) Galatea BVBA (C-299/07) vs Total Belgium NV (C-261/07), Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07) (Kawżi maqgħuda C-261/07 u C-299/07) (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi)

3

2009/C 141/06

Kawża C-287/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/17/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija,tat-trasport u tal-posta — Traspożizzjoni mhux korretta jew mhux kompleta — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

4

2009/C 141/07

Kawża C-292/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Swieq pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

5

2009/C 141/08

Kawża C-331/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji)

5

2009/C 141/09

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Sanofi Aventis SpA, Sanofi Aventis SpA (C-353/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), IFB Stroder Srl (C-354/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Schering Plough SpA (C-355/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Baxter SpA, Bayer SpA (C-356/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute, Simesa SpA (C-365/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, Abbott SpA (C-366/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Baxter SpA (C-367/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’ Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, u SALF SpA (C-400/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute (Kawżi Magħquda C-352/07 sa C-356/07, C-365/07 sa C-367/07 u C-400/07) (Direttiva 89/105/KEE — Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 4 — Iffriżar tal-prezzijiet — Tnaqqis tal-prezzijiet)

6

2009/C 141/10

Kawża C-357/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Renju Unit) — TNT Post UK Ltd, The Queen vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13A(1)(a) — Servizzi pprovduti mis-servizzi postali pubbliċi)

7

2009/C 141/11

Kawża C-373/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Importazzjon ta’ methyl bromide fl-Unjoni — Rifjut ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għas-sena 2005 — Aspettattivi leġittimi — Sigurtà ġuridika)

7

2009/C 141/12

Kawżi magħquda C-378/07 sa C-380/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Rethymnis — Il-Greċja) — K. Angelidaki, A. Aivali, A. Vavouraki, Ch. Kaparou, M. Lioni, E. Makrygiannaki, E. Nisanaki, Ch. Panagioto, A. Pitsidianaki, M. Chalkiadaki, Ch. Chalkiadaki (C-378/07), Charikleia Giannoudi (C-379/07), Georgios Karabousanos, Sofoklis Michopoulos (C-380/07) vs Nomarchiaki Aftodioikisi Rethymnis, Dimos Geropotamou (Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku — L-ewwel jew l-uniku kuntratt — Kuntratti suċċessivi — Miżuri legali ekwivalenti — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi — Sanzjonijiet — Projbizzjoni assoluta tal-bidla tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indefinit fis-settur pubbliku — Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva — Interpretazzjoni konformi)

8

2009/C 141/13

Kawża C-394/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano — l-Italja) — Marco Gambazzi vs DaimlerChrysler Canada Inc., CIBC Mellon Trust Company (Konvenzjoni ta’ Brussell — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat fejn tintalab l-eżekuzzjoni tas-sentenza — Esklużjoni tal-konvenut mill-proċeduri quddiem il-qorti tal-Istat ta’ oriġini minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ ordni ġudizzjarja)

9

2009/C 141/14

Kawża C-406/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni tad-dividendi ta’ ishma ta’ kumpanniji — Rata ta’ taxxa fuq is-soċjetajiet)

10

2009/C 141/15

Kawża C-415/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — L-Italja) — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI (Għajnuna mill-Istat għax-xogħol — Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol — Linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali — Regolament (KE) Nru 2204/2002 — Kunċett ta’ ħolqien ta’ impjiegi — Kalkolu tat-tkabbir fin-numru ta’ impiegi)

10

2009/C 141/16

Kawża C-421/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — proċeduri kriminali kontra Frede Damgaard (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Kunċett ta’ reklamar — Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh)

11

2009/C 141/17

Kawża C-425/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — AEPI Elliniki Etireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Ċħid ta’ lment min-naħa tal-Kummissjoni — Disfunzjonijiet kunsiderevoli fis-suq komuni — Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

11

2009/C 141/18

Kawża C-431/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża, Orange France S.A., Société française du radiotéléphone — SFR (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(2) KE — Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Kriterji li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni)

12

2009/C 141/19

Kawża C-459/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 202 u punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 — Meta jiġi inkors dejn doganali — Introduzzjoni kontra l-liġi ta’ merkanzija — Qbid bil-konfiska — Estinzjoni tad-dejn doganali — Mument li fih għandu jseħħ il-qbid)

12

2009/C 141/20

Kawża C-460/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Sandra Puffer vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(2) u (6) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input — Spejjeż ta’ kostruzzjoni ta’ bini allokat lill-impriża ta’ persuna taxxabbli — Artikolu 6(2) — Użu ta’ parti mill-bini għal bżonnijiet privati — Vantaġġ ekonomiku meta mqabbla ma’ persuna mhux taxxabbli — Trattament ugwali — Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87 KE — Esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis)

13

2009/C 141/21

Kawża C-509/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo — L-Italja) — Luigi Scarpelli vs NEOS Banca SpA (Direttiva 87/102/KEE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kreditu lill-konsumatur — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ)

13

2009/C 141/22

Kawża C-523/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — fil-kawża mibdija minn A (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċetti ta’ materji ċivili — Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali — Residenza abitwali tal-minuri — Miżuri protettivi — Ġurisdizzjoni)

14

2009/C 141/23

Kawża C-533/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Falco Privatstiftung, Thomas Rabitsch vs Gisela Weller-Lindhorst (Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 5(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi — Konċessjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali)

15

2009/C 141/24

Kawża C-544/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Uwe Rüffler vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu (Artikolu 18 KE — Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard imħallsa fl-Istat Membru li jimponi t-taxxa — Rifjut ta’ tnaqqis bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa fi Stati Membri oħra)

15

2009/C 141/25

Kawża C-59/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Copad SA vs Christian Dior couture SA, Vincent Gladel, bħala amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle lingerie (SIL), Société industrielle lingerie (SIL) (Direttiva 89/104/KEE — Dritt tat-trade marks — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Kuntratt ta’ liċenzja — Bejgħ ta’ prodotti koperti bi trade mark bi ksur ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja — Nuqqas ta’ kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark — Bejgħ lil persuni li jbigħu bi prezz inqas — Ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark)

16

2009/C 141/26

Kawża C-74/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nógrád Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenörzési Hivata Hatósági Föosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály (Sitt Direttiva tal-VAT — Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid — Taxxa relatata max-xiri sussidjat ta’ beni kapitali — Dritt għal tnaqqis — Esklużjonijiet previsti minn liġi nazzjonali fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu esklużjonijiet)

16

2009/C 141/27

Kawża C-83/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Finanzgericht, Gotha — Il-Ġermanja) — Glückauf Brauerei GmbH vs Hauptzollamt Erfurt (Armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa — Direttiva 92/83/KEE — Artikolu 4(2) — Birrerija żgħira legalment u ekonomikament indipendenti minn kull birrerija oħra — Kriterji ta’ indipendenza legali u ta’ indipendenza ekonomika — Possibbiltà li tkun suġġetta għal influwenza indiretta)

17

2009/C 141/28

Kawża C-134/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Bremen vs J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j. (Regolament (KE) Nru 2193/2003 — Dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Artikolu 4(2) — Prodotti esportati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li dawn kienu diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji — Suġġettar)

17

2009/C 141/29

Kawża C-139/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Karlsruhe — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Rafet Kqiku (Viżi, ażil, immigrazzjoni — Ċittadin ta’ Stat terz li għandu permess ta’ residenza Żvizzeru — Dħul u residenza fit-territorju ta’ Stat għal skopijiet li mhumiex ta’ tranżitu — Nuqqas ta’ viża)

18

2009/C 141/30

Kawża C-167/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik international, VO Sembodja BV, Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 43(1) — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kunċett ta’ parti)

18

2009/C 141/31

Kawża C-321/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

19

2009/C 141/32

Kawża C-401/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi — Artikolu 11(1)(ċ) — Ttfassil ta’ ċerti pjani ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

19

2009/C 141/33

Kawża C-493/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/56/KE — Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

20

2009/C 141/34

Kawża C-525/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Hasselt — Il-Belġju) — NV de Nationale Loterij vs BVBA Customer Service Agency (Appell minn deċiżjoni li tirrigwarda talba għal deċiżjoni preliminari — Qorti ta’ appell li tiddeċiedi hija stess il-kawża prinċipali — M’hemmx lok li tingħata risposta)

20

2009/C 141/35

Kawża C-374/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni — Dannu ċert u attwali — Żnaturament tal-elementi fattwali u tal-elementi ta’ prova — Oneru tal-prova)

20

2009/C 141/36

Kawża C-38/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Jörn Sack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku — Remurerazzjoni — Nuqqas ta’ applikazzjoni taż-żieda għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

21

2009/C 141/37

Kawża C-90/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 — K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá (Appell — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE — Prova tal-użu ta’ trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard — Oppożizzjoni miċħuda)

21

2009/C 141/38

Kawża C-251/08 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2008 minn Ammayappan Ayyanarsamy mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ April 2008 fil-Kawża T-412/07, Ammayappan Ayyanarsamy vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

22

2009/C 141/39

Kawża C-387/08 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2008 minn VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

22

2009/C 141/40

Kawża C-104/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fid-19 ta’ Marzu 2009 — Pedro Manuel Roca Álvarez vs Sesa Start España ETT SA

22

2009/C 141/41

Kawża C-106/09 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-211/04, u T-215/04: Il-Gvern ta’ Ġibiltà u Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

22

2009/C 141/42

Kawża C-107/09 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2009 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-211/04, Il-Gvern ta’ Ġibiltà, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

23

2009/C 141/43

Kawża C-108/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (L-Ungerija) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Ker-Optika Bt. vs ÁNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete

24

2009/C 141/44

Kawża C-109/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Deutsche Lufthansa AG vs Gertraud Kumpan

25

2009/C 141/45

Kawża C-111/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas

25

2009/C 141/46

Kawża C-115/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgerichts für das Land Nordrhein-Westfalen (Il-Ġermanja) fis-27 ta’ Marzu 2009 — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V. vs Bezirksregierung Arnsberg

26

2009/C 141/47

Kawża C-117/09 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2009 minn Kronoply GmbH & Co.KG, li qabel kienet Kronoply GmbH & Co.KG, mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Jannar 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) fil-kawża T-162/06, Kronoply GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

26

2009/C 141/48

Kawża C-118/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Disziplinarkommission (l-Awstrija) fl-1 ta’ April 2009 — Mag. Lic. Robert Koller vs Rechtsanwaltsprüfungskommission beim Oberlandesgericht Graz

28

2009/C 141/49

Kawża C-119/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-1 ta’ April 2009 — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

28

2009/C 141/50

Kawża C-120/09: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

28

2009/C 141/51

Kawża C-121/09: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

29

2009/C 141/52

Kawża C-122/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fit-2 ta’ April 2009 — Enosi Efopliston Aktoploïas et vs Ypourgos Emporikis Naftilías și Ypourgos Aigaíou

30

2009/C 141/53

Kawża C-125/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Ċipru

31

2009/C 141/54

Kawża C-126/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

31

2009/C 141/55

Kawża C-127/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2009 — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs Simex Trading AG

32

2009/C 141/56

Kawża C-136/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fl-10 ta’ April 2009 — Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon vs DIVANI AKROPOLIS Anonymi Xenodochiaki kai Touristiki Etairia

32

2009/C 141/57

Kawża C-137/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-15 ta’ April 2009 — 1. M. Josemans 2. Burgemeester van Maastricht

32

2009/C 141/58

Kawża C-139/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

33

2009/C 141/59

Kawża C-141/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

33

2009/C 141/60

Kawża C-149/09: Rikors ippreżentat fid-27 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

33

2009/C 141/61

Kawża C-132/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank van koophandel Brussel — Il-Belġju) — Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV vs Andacon NV

34

2009/C 141/62

Kawża C-112/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

34

2009/C 141/63

Kawża C-193/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni peliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — proċeduri mibdija minn Hermann Fisher, Rolf Fisher, fil-preżenza ta’: Regierungspräsidium Freiburg

34

2009/C 141/64

Kawża C-234/08: Digriet tal-President tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

34

2009/C 141/65

Kawża C-269/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

34

2009/C 141/66

Kawża C-283/08: Digriet tal-President tas-17 ta’ Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

35

2009/C 141/67

Kawża C-284/08: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

35

2009/C 141/68

Kawża C-294/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

35

2009/C 141/69

Kawża C-326/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

35

2009/C 141/70

Kawża C-369/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

35

2009/C 141/71

Kawża C-463/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

35

2009/C 141/72

Kawża C-514/08: Digriet tal-President tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal tal-Prim’Istanza ta’ Namur — Il-Belġju) — Atenor Group SA vs L-Istat ta’ Belġju

36

2009/C 141/73

Kawża C-584/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2009 (Talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Liège — il-Belgju) — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd

36

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 141/74

Kawża T-12/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Itochu vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob kompatibbli mal-consoles tal-logħob Nintendo — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela — Responsabbiltà għall-aġir illegali — Multi — Trattament differenzjat — Effett dissważiv — Dewmien tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il proċedura amministrattiva)

37

2009/C 141/75

Kawża T-13/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Nintendo u Nintendo of Europe vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela — Multi — Effett dissważiv — Tul tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ mexxej jew istigatur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)

37

2009/C 141/76

Kawża T-18/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — CD-Contact Data vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela — Prova tal-eżistenza ta’ ftehim intiż sabiex jillimita l-kompetizzjoni parallela — Multi — Trattament differenzjat — Ċirkustanzi attenwanti)

38

2009/C 141/77

Kawża T-281/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana — Irregolaritajiet fil-kontrolli ta’ kwalità — Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata — Proporzjonalità)

38

2009/C 141/78

Kawża T-23/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

38

2009/C 141/79

Kawża T-430/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Bodegas Montebello vs UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

39

2009/C 141/80

Kawża T-449/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — Rotter vs UASI (Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

39

2009/C 141/81

Kawża T-492/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2005 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi — Rati ta’ moltiplikazzjoni ta’ referenza — Artikoli 6 u 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Interess li jiġi invokat aggravju)

39

2009/C 141/82

Kawża T-12/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Mejju 2009 — M vs EMEA (Appell — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Invalidità — Talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ċaħdet l-ewwel talba għall-konvokazzjoni tal-kummissjoni ta’ invalidità — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att konfermatorju — Fatti ġodda u sostanzjali — Ammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu morali)

40

2009/C 141/83

Kawża T-81/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Enercon vs UASI (E-Ship) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali E-Ship — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

40

2009/C 141/84

Kawża T-104/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — ars Parfum Creation & Consulting vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-fwieħa) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun tal-fwieħa — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 7(1)(b), Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

41

2009/C 141/85

Kawża T-184/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Marzu 2009 — Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni (Fond Soċjali Ewropew — Skemi ta’ taħriġ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

41

2009/C 141/86

Kawża T-217/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ April 2009 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 248/2008 — Sistema tal-kwoti tal-ħalib — Żieda tal-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

41

2009/C 141/87

Kawża T-280/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ April 2009 — Perry vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Preskrizzjoni — Inammissibbiltà)

42

2009/C 141/88

Kawża T-359/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ċessjoni tal-att ikkontestat — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2009/C 141/89

Kawża T-360/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Irtirar tal-att ikkontestat — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2009/C 141/90

Kawża T-43/09: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ April 2009 — Cachuera vs UASI — Gelkaps (Ayanda) (Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

42

2009/C 141/91

Kawża T-52/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Nycomed Danmark vs EMEA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Aġent ta’ immaġni ta’ echocardiographic ultrasound għall-finijiet ta’ dijanjosi (perflubutane) — Rifjut tal-EMEA sabiex tagħti deroga mill-obbligu li jiġi sottomess pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

43

2009/C 141/92

Kawża T-96/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ April 2009 — UCAPT vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

43

2009/C 141/93

Kawża T-114/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 141/94

Kawża T-118/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2009 — La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI — Heldmann (BLOOMCLOTHES)

44

2009/C 141/95

Kawża T-122/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2009 — Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods vs Il-Kunsill

44

2009/C 141/96

Kawża T-123/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2009 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 141/97

Kawża T-128/09: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2009 — Meridiana u Eurofly vs Il-Kummissjoni

46

2009/C 141/98

Kawża T-129/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Bongrain vs UASI — Apetito (APETITO)

47

2009/C 141/99

Kawża T-133/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — I Marchi Italiani u B Antonio Basile 1952 vs UASI — Osra (B Antonio Basile 1952)

47

2009/C 141/00

Kawża T-134/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2009 — B Antonio Basile 1952 u I Marchi Italiani vs UASI — Osra (B Antonio Basile 1952)

48

2009/C 141/01

Kawża T-135/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

48

2009/C 141/02

Kawża T-136/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni vs Galor

49

2009/C 141/03

Kawża T-139/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

49

2009/C 141/04

Kawża T-140/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Prysmian, Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni

50

2009/C 141/05

Kawża T-145/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2009 — Bredenkamp et vs Il-Kummissjoni

51

2009/C 141/06

Kawża T-146/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2009 — Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni

51

2009/C 141/07

Kawża T-148/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2009 — Trelleborg vs Il-Kummissjoni

52

2009/C 141/08

Kawża T-149/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — Dover vs Il-Parlament

53

2009/C 141/09

Kawża T-150/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — Ningbo Yonghong Fasteners vs Il-Kunsill

53

2009/C 141/10

Kawża T-153/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2009 — ISDIN vs UASI — Pfizer (ISDIN)

54

2009/C 141/11

Kawża T-154/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — MRI vs Il-Kummissjoni

55

2009/C 141/12

Kawża T-157/09 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-42/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

55

2009/C 141/13

Kawża T-163/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Martinet vs Il-Kummissjoni

56

2009/C 141/14

Kawża T-166/09 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/07, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni

56

2009/C 141/15

Kawża T-169/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2009 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group Holdings (GOTHA)

57

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/1


2009/C 141/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 129, 6.6.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 113, 16.5.2009

ĠU C 102, 1.5.2009

ĠU C 90, 18.4.2009

ĠU C 82, 4.4.2009

ĠU C 69, 21.3.2009

ĠU C 55, 7.3.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Markku Sahlstedt, Juha Kankkunen, Mikko Tanner, Toini Tanner, Liisa Tanner, Eeva Jokinen, Aili Oksanen, Olli Tanner, Leena Tanner, Aila Puttonen, Risto Tanner, Tom Järvinen, Runo K. Kurko, Maa- ja metsätaloustuottajain Keskusliitto MTK ry, MTK:n säätiö vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-362/06 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Boreali adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni - Ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra din id-deċiżjoni)

2009/C 141/02

Lingwa tal-proċedura: Il-Finlandiż

Partijiet

Appellanti: Markku Sahlstedt, Juha Kankkunen, Mikko Tanner, Toini Tanner, Liisa Tanner, Eeva Jokinen, Aili Oksanen, Olli Tanner, Leena Tanner, Aila Puttonen, Risto Tanner, Tom Järvinen, Runo K. Kurko, Maa- ja metsätaloustuottajain Keskusliitto MTK ry, MTK:n säätiö (rappreżentant: K. Marttinen, asianajaja)

Appellati: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: M. Huttunen u M. van Beek, agents) Ir-Repubblika tal-Finlandja

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2006, Sahlstedt et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-150/05) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/101/KE, tat-13 ta’ Jannar 2005, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Boreali (ĠU L 40, p. 1) — Kunċett ta’ “kkonċernata direttament” fis-sens tal-Artikolu 230 KE.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

M. Sahlstedt et huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — France Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-202/07 P) (1)

(Appell - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja - Prezzijiet predatorji - Irkupru tat-telf sostnut - Dritt għall-allinjament)

2009/C 141/03

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: France Télécom SA (rappreżentanti: J. Philippe, H. Calvet, O.W. Brouwer, T. Janssens, avukati)

Appellata: Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier, aġent)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-30 ta’ Jannar 2007, France Télécom vs Il-Kummissjoni (T-340/03), li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ta’ France Télécom kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2003, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (Każ COMP/38.233 — Wanadoo Interactive) — Suq tas-servizzi tal-aċċess għall-internet b’veloċità għolja (ADSL) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kunċett ta’ prezzijiet predatorji, ta’ allinjament fuq il-prezzijiet mitluba mill-kompetituri u ta’ rkupru tat-telf sostnut.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

France Télécom SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.07.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Pedro IV Servicios, S.L. vs Total España SA

(Kawża C-260/07) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE - Kuntratt ta’ forniment esklużiv ta’ karburanti u ta’ kombustibbli - Eżenzjoni - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Artikolu 12(2) - Regolament (KEE) Nru 2790/1999 - Artikoli 4(a) u 5(a) - Dewmien tal-esklużività - Fissar tal-prezz ta’ bejgħ lill-pubbliku”)

2009/C 141/04

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pedro IV Servicios, S.L.

Konvenuta: Total España SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audencia Provincial de Barcelona — Interpretazzjoni tal-Artikolu 81(1)(a) KE, tal-Premessa 8 u tal-Artikoli 10 u 12(1)(ċ) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83 tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5) u tal-Artikoli 4(a) u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, p. 21) — Ftehim ta’ distribuzzjoni esklużiv ta’ karburanti u ta’ kombustibbli bejn fornitur u operatur ta’ pompa tal-petrol — Ħtieġa għall-fornitur li jkun il-proprjetarju tal-art u tal-installazzjonijiet tal-pompa tal-petrol jew li t-titoli legali l-oħra jkollhom saħħa biżżejjed biex jawtorizzawh jikri l-pompa tal-petrol lil bejjiegħ mill-ġdid li huwa l-proprjetarju tal-art tagħha — Restrizzjoni tal-libertà tal-bejjiegħ mill-ġdid li jiddetermina l-prezz ta’ bejgħ tiegħu.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu [81](3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ xiri esklużiv, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97 tat-30 ta’ Lulju 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-deroga li kien jipprevedi, din id-dispożizzjoni ma teħtieġx li l-fornitur ikun il-proprjetarju tal-art li fuqha jkun bena l-pompa tal-petrol li jagħti b’kiri lill-bejjiegħ mill-ġdid.

2)

L-Artikolu 5(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/99, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftieha għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-deroga li huwa jipprovdi, din id-dispożizzjoni teħtieġ li l-fornitur ikun proprjetarju kemm tal-pompa tal-petrol li huwa jagħti b’kiri lill-bejjiegħ mill-ġdid kif ukoll tal-art li fuqha din hija mibnija, jew fil-każ fejn mhuwiex il-proprjetarju, li huwa jikri lil terzi persuni mhux assoċjati mal-bejjiegħ mill-ġdid.

3)

Il-klawżoli kuntrattwali dwar il-prezz ta’ bejgħ lill-pubbliku, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont il-kategoriji skont ir-Regolament Nru 1984/83, kif emendat bir-Regolament Nru 1582/97, kif ukoll ir-Regolament Nru 2790/99 jekk il-fornitur jillimita ruħu sabiex jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkomanda prezz ta’ bejgħ u jekk, għaldaqstant, il-bejjiegħ mill-ġdid għandu possibbiltà reali li jiddetermina l-prezz ta’ bejgħ lill-pubbliku. Min-naħa l-oħra, tali klawżoli ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet jekk dawn iwasslu, direttament jew permzz ta’ mezzi indiretti jew permezz ta’ ħabi, għal iffissar tal-prezz ta’ bejgħ lill-pubbliku, jew għal impożizzjoni tal-prezz ta’ bejgħ minimu mill-fornitur. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tfittex mill-ġdid jekk tali restrizzjonijiet humiex ta’ piż fuq il-bejjiegħ mill-ġdid, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-obbligi kuntrattwali kollha meħuda fil-kuntest ekonomiku u legali tagħhom, kif ukoll l-aġir tal-partijiet fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 183, 04.08.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belgju) — VTB-VAB NV (C-261/07) Galatea BVBA (C-299/07) vs Total Belgium NV (C-261/07), Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07)

(Kawżi maqgħuda C-261/07 u C-299/07) (1)

(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi)

2009/C 141/05

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VTB-VAB NV (C-261/07), Galatea BVBA (C-299/07)

Konvenuti: Total Belgium NV (C-261/07), Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07)

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Rechtbank van koophandel te Antwerpen — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005, dwar pratti[k]i kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2006/2004 (“Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi.

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar pratti[k]i kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2006/2004 (“Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li, ħlief f’ċerti eċċezzjonijiet u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, tipprojbixxi kull offerta konġunta magħmula minn bejjiegħ lil konsumatur.


(1)  ĠU C 199, 25.08.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-287/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija,tat-trasport u tal-posta - Traspożizzjoni mhux korretta jew mhux kompleta - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/06

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju tal-Belġju,

billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jittrasponi b’mod komplet u korrett l-Artikolu 1(2)(b), it-tieni subparagrafu tal-paragrafu (ċ), u (d), u t-tieni subparagrafu tas-subartikolu (13), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 17(10)(a) u (ċ), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(1) u (3)(a) u (ċ), l-Artikolu 48(1) sa (4) u (6)(ċ), it-tieni inċiż tal-Artikolu 49(2), u (3) sa (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1)(ċ), l-Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)(d), u (e), u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 57(3), kif ukoll l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u

billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 9, 34(2), 52(3), u t-tieni sentenza tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2004/17,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

(Kawża C-292/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Swieq pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/07

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: D. Haven u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU L 134, p.114).

Dispożittiv

1)

Billi m’adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi, jew sabiex jittrasponi b’mod komplet u/jew korrett, l-Artikolu 1(2)(b), moqri flimkien mal-Anness I, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1), u l-Artikolu 9(8)(a)(i) u (iii), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(2) sa (4), l-Artikolu 31(1)(ċ), l-Artikolu 38(1), il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 44(3) u (4), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 46, l-Artikolu 48(2)(f), il-punti (d) u (e) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 55(3), it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 67(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68(a), l-Artikolu 72 u l-Artikolu 74(1) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-331/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji)

2009/C 141/08

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Charitaki u I. Chalkias aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, p. 1) — Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirrimedja għan-nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Sanofi Aventis SpA, Sanofi Aventis SpA (C-353/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), IFB Stroder Srl (C-354/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Schering Plough SpA (C-355/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Baxter SpA, Bayer SpA (C-356/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute, Simesa SpA (C-365/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, Abbott SpA (C-366/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Baxter SpA (C-367/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’ Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, u SALF SpA (C-400/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

(Kawżi Magħquda C-352/07 sa C-356/07, C-365/07 sa C-367/07 u C-400/07) (1)

(Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 4 - Iffriżar tal-prezzijiet - Tnaqqis tal-prezzijiet)

2009/C 141/09

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Menarini — Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07), Sanofi Aventis SpA (C-353/07), IFB Stroder Srl (C-354/07), Schering Plough SpA (C-355/07), Bayer SpA (C-356/07), Simesa SpA (C-365/07), Abbott SpA (C-366/07), Baxter SpA (C-367/07), SALF SpA (C-400/07)

Konvenuti: Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8) — Prodotti mediċinali suġġetti għall-iffriżar tal-prezzijiet — Proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ tnaqqis eventwali fil-prezzijiet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jadottaw miżuri ta’ portata ġenerali li jikkonsistu fit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali, anki jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri ma tkunx ippreċeduta mill-iffriżar ta’ dawn il-prezzijiet.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali hija possibbli diversi drabi fis-sena, u dan matul diversi snin.

3)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżuri li huma intiżi li jikkontrollaw il-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali jiġu adottati abbażi ta’ stimi tan-nefqa, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati u li dawn l-istimi jkunu bbażati fuq elementi oġġettivi u verifikabbli.

4)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, billi josservaw l-għan ta’ trasparenza segwit minn din id-direttiva kif ukoll ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, il-kriterji li abbażi tagħhom għandha ssir ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni u li dawn il-kriterji jistgħu jikkonsistu fl-infiq farmaċewtiku biss, fl-infiq kollu fil-qasam tas-saħħa jew ukoll f’tipi oħra ta’ nfiq.

5)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-każijiet kollha, il-possibbiltà, għall-impriża li tkun affettwata mill-miżura ta’ ffriżar jew ta’ tnaqqis tal-prezz tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali, li titlob deroga mill-prezz stabbilit skont dawn il-miżuri;

għandhom jiżguraw li tittieħed deċiżjoni mmotivata fuq kull applikazzjoni bħal din, u

li l-parteċipazzjoni konkreta tal-impriża kkonċernata tikkonsisti, minn naħa, fil-preżentata ta’ sunt suffiċjenti tar-raġunijiet partikolari li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħha għal deroga, u min-naħa l-oħra, fil-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali ddettaljata fil-każ fejn l-informazzjoni kkomunikata insostenn ta’ din l-applikazzjoni tkun insuffiċjenti.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007

ĠU C 269, 10.11.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Renju Unit) — TNT Post UK Ltd, The Queen vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-357/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(a) - Servizzi pprovduti mis-servizzi postali pubbliċi)

2009/C 141/10

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TNT Post UK Ltd, The Queen

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

Fil-presenza ta’: Royal Mail Group Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145. p. 1) — Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Provvista ta’ servizzi mis-servizzi postali pubbliċi — Kunċett ta’ “servizzi postali pubbliċi” — Inklużjoni ta’ kumpannija kummerċjali li tipprovdi servizzi postali

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “servizzi postali pubbliċi” li jidher fl-Artikolu 13A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri operaturi, pubbliċi jew privati, li jintrabtu li jiżguraw fi Stat Membru t-totalità ta’ jew parti mis-servizz postali universali, kif iddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 10 ta’ Ġunju 2002.

2)

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388 tapplika għall-provvista ta’ servizzi u għall-provvista ta’ oġġetti inċidentali għalihom, bl-eċċezzjoni tat-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, li s-servizzi postali pubbliċi jwettqu bħala tali, jiġifieri minħabba l-kwalità tagħhom ta’ operaturi li jintrabtu li jiżguraw fi Stat Membru t-totalità ta’ jew parti mis-servizz postali universali. Hija ma tapplikax għall-provvista ta’ servizzi u lanqas għall-provvista ta’ oġġetti inċidentali għalihom meta l-kundizzjonijiet ta’ din il-provvista jkunu ġew innegozjati individwalment.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-373/07 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Importazzjon ta’ methyl bromide fl-Unjoni - Rifjut ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għas-sena 2005 - Aspettattivi leġittimi - Sigurtà ġuridika)

2009/C 141/11

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mebrom NV (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: X. Lewis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2007, Mebrom vs Il-Kummissjoni (T-216/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2005, A(05)4338-D/6167, li biha rrifjutat li talloka lir-rikorrenti kwoti ta’ importazzjoni ta’ methyl bromide fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (ĠU L 244, p. 1) — Applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju — Motivazzjoni insuffiċjenti — Ksur tal-Artikolu 220 KE.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mebrom NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Rethymnis — Il-Greċja) — K. Angelidaki, A. Aivali, A. Vavouraki, Ch. Kaparou, M. Lioni, E. Makrygiannaki, E. Nisanaki, Ch. Panagioto, A. Pitsidianaki, M. Chalkiadaki, Ch. Chalkiadaki (C-378/07), Charikleia Giannoudi (C-379/07), Georgios Karabousanos, Sofoklis Michopoulos (C-380/07) vs Nomarchiaki Aftodioikisi Rethymnis, Dimos Geropotamou

(Kawżi magħquda C-378/07 sa C-380/07) (1)

(Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Kuntratti suċċessivi - Miżuri legali ekwivalenti - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi - Sanzjonijiet - Projbizzjoni assoluta tal-bidla tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indefinit fis-settur pubbliku - Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva - Interpretazzjoni konformi)

2009/C 141/12

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Rethymnis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K. Angelidaki, A. Aivali, A. Vavouraki, Ch. Kaparou, M. Lioni, E. Makrygiannaki, E. Nisanaki, Ch. Panagioto, A. Pitsidianaki, M. Chalkiadaki, Ch. Chalkiadaki (C-378/07), Charikleia Giannoudi (C-379/07), Georgios Karabousanos, Sofoklis Michopoulos (C-380/07)

Konvenuta: Nomarchiaki Aftodioikisi Rethymnis, Dimos Geropotamou

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Rethymnis — Interpretazzjoni tal-klawżoli 5 u 8(1) u (3) tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, p. 43) — Projbizzjoni milli tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali bl-iskuża ta’ traspożizzjoni meta leġiżlazzjoni nazzjonali, ekwivalenti għall-klawżola 5(1) tad-direttiva hija diġà fis-seħħ u meta l-leġiżlazzjoni l-ġdida tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema impjegati taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss.

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jidher bħala anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix l-adozzjoni, minn naħa ta’ Stat Membru, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, li jipprovdi dispożizzjonijiet dwar il-ħaddiema reklutati fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku, li, bil-għan li tittrasponi speċifikament id-Direttiva 1999/70 sabiex id-dispożizzjonijiet tagħha jiġu applikati għas-settur pubbliku, tipprevedi l-implementazzjoni tal-miżuri preventivi tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi elenkati fil-punt 1(a) sa (ċ) ta’ din il-klawżola, meta diġà jkunu jeżisti fid-dritt intern, li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju, “miżuri legali ekwivalenti” fis-sens tal-imsemmija klawżola, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920 dwar it-tmiem obbligatorju tal-kuntratt tax-xogħol tal-impjegati tas-settur privat, sa fejn, madankollu, l-imsemmija leġiżlazzjoni, minn naħa, ma taffetwax il-karattru effettiv tal-prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss hekk kif jirriżulta mill-imsemmija miżuri legali ekwivalenti u, min-naħa l-oħra, sa fejn hija tirrispetta d-dritt Komunitarju, u, b’mod partikolari, il-klawżola 8(3) ta’ dan il-ftehim.

2)

Il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun applikata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat b’tali mod li t-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, fis-settur pubbliku, jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens tal-imsemmija klawżola għar-raġuni biss li dawn il-kuntratti huma bbażati fuq dispożizzjonijiet legali li jippermettu t-tiġdid tagħom sabiex jissodisfaw ċerti bżonnijiet provviżorji, filwaqt li fir-realtà, l-imsemmija bżonnijiet ikunu permanenti u fit-tul. Min-naħa l-oħra, din l-istess klawżola ma tapplikax għall-konklużjoni tal-ewwel jew l-uniku kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol għal żmien fiss.

3)

Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li t-“tnaqqis” previst minn din il-klawżola għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni li kien applikabbli, fl-Istat Membru kkonċernat, kemm għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, kif ukoll għall-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt għal żmien fiss.

4)

Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, li, diversament minn regola tad-dritt intern preċedenti, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, minn naħa, ma tipprevedix iktar, meta jkun sar użu abbużiv minn kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku, il-kwalifika mill-ġdid ta’ dawn f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indefinit jew tissuġġetta lil din il-kwalifika mill-ġdid għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet kumulattivi u restrittivi u, min-naħa l-oħra, teskludi mill-benefiċċju tal-miżuri ta’ protezzjoni li tipprevedi, lill-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, meta tali emendi, li għandhom jiġu vverifikati mill-imsemmija qorti, jirrigwardaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss jew huma kkumpensati permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas.

Madankollu, l-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim Qafas permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, ma tistax twassal sabiex tonqos il-protezzjoni li kienet preċedentement applikabbli fis-sistema legali interna għall-ħaddiema għal żmien fiss għal livell inferjuri minn dak stabbilit mid-dispożizzjonijiet minimi ta’ protezzjoni previsti mill-istess Ftehim Qafas. B’mod partikolari, l-osservanza tal-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas teħtieġ li tali leġiżlazzjoni tipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, miżuri effettivi u vinkolanti ta’ prevenzjoni ta’ tali użu abbużiv kif ukoll sanzjonijiet li għandhom karattru effettiv u disswassiv bizzejjed sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa ta’ dawn il-miżuri preventivi. B’hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti.

5)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta s-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat tkun tinkludi, fis-settur ikkunsidrat, miżuri effettivi oħra sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi fis-sens tal-klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim, dan il-fatt ma jostakolax l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li tipprekludi b’mod assolut, fis-settur pubbliku biss, li jiġu trasformati f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indefinit sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss li, peress li kellhom l-għan li jkopru bżonnijiet permanenti u fit-tul ta’ min iħaddem, għandhom jitqiesu bħala abbużivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern jagħmlu lil din il-leġiżlazzjoni miżura adegwata sabiex tipprevjeni u, jekk ikun il-każ, tissanzjona l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi.

Min-naħa l-oħra, peress li l-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas ma tapplikax għall-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, din id-dispożizzjoni ma tobbligax lill-Istati Membri li jadottaw sanzjonijiet meta fir-realtà, tali kuntratt ikun ikopri bżonnijiet permanenti u fit-tul ta’ min iħaddem.

6)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, kemm jista’ jkun, tagħti interpretazzjoni konformi mal-klawżoli 5(1) u 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern, kif ukoll tistabbilixxi, f’dan il-kuntest, jekk “miżuri legali ekwivalenti” fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn il-klawżoli, bħal dik stabbilita fl-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, għandhomx jiġu applikati għall-kawżi prinċipali minflok ċerti dispożizzjonijiet oħra tad-dritt intern.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano — l-Italja) — Marco Gambazzi vs DaimlerChrysler Canada Inc., CIBC Mellon Trust Company

(Kawża C-394/07) (1)

(Konvenzjoni ta’ Brussell - Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi - Motivi tar-rifjut - Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat fejn tintalab l-eżekuzzjoni tas-sentenza - Esklużjoni tal-konvenut mill-proċeduri quddiem il-qorti tal-Istat ta’ oriġini minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ ordni ġudizzjarja)

2009/C 141/13

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marco Gambazzi

Konvenuti: DaimlerChrysler Canada Inc., CIBC Mellon Trust Company

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 26 u 27(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell — Deċiżjoni li r-rikonoxximent tagħha huwa kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat inkwistjoni — Deċiżjoni li tipprojbixxi waħda mill-partijiet milli tiddefendi ruħha (“debarment”) minħabba n-nuqqas ta’ konformità ma’ ordni mogħtija mill-qorti.

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kif emendata bil-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, bil-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1982 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, bil-Konvenzjoni tas-26 ta’ Mejju 1989, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża, u bil-Konvenzjoni tad-29 ta’ Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Iżvezja għandu jiġi interpretat bil-mod kif ġej:

il-qorti tal-Istat fejn tintalab l-eżekuzzjoni tas-sentenza tista’ tikkunsidra, fir-rigward tal-klawżola dwar l-ordni pubbliku msemmija f’dan l-Artikolu, il-fatt li l-qorti tal-Istat ta’ oriġini ddeċidiet dwar il-pretensjonijiet tar-rikorrent mingħajr ma semgħet lill-konvenut, li deher debitament quddiemha iżda li ġie eskluż mill-kawża permezz ta’ digriet għaliex ma ssodisfax l-obbligi imposti b’digriet mogħti preċedentement fil-kuntest tal-istess kawża, jekk, wara evalwazzjoni globali tal-kawża u fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, jidhrilha li din il-miżura ta’ esklużjoni kienet ksur manifest u sproporzjonat tad-dritt għal smigħ tal-konvenut.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-406/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tad-dividendi ta’ ishma ta’ kumpanniji - Rata ta’ taxxa fuq is-soċjetajiet)

2009/C 141/14

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos, M. Tassopoulou u I. Pouli, aġenti

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi eżenzjoni fiskali għad-dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji nazzjonali, bl-esklużjoni ta’ dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi applikat għad-dividendi ta’ oriġini barranija sistema ta’ tassazzjoni nqas favorevoli minn dik applikata għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE kif ukoll taħt l-artikoli korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jiġifieri l-Artikoli 31 u 40 tiegħu.

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul (liġi 2238/1994, kif emendata bil-liġi 3296/2004), li permezz tiegħu s-soċjetajiet barranin huma intaxxati iktar fil-Greċja mis-soċjetajiet nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — L-Italja) — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI

(Kawża C-415/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat għax-xogħol - Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol - Linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali - Regolament (KE) Nru 2204/2002 - Kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” - Kalkolu tat-tkabbir fin-numru ta’ impiegi)

2009/C 141/15

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Nocera Inferiore

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lodato Gennaro & C. SpA

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2002, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, p. 3) — Verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tinkiseb għajnuna — Verifika taż-żieda fin-numru ta’ postijiet tax-xogħol — Metodu ta’ kalkolu

Dispożittiv

Il-Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-verifika dwar jekk kienx hemm żieda fin-numru ta’ impjiegi, fis-sens li għandu jsir paragun bejn in-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena preċedenti għal meta ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda man-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena wara li ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — proċeduri kriminali kontra Frede Damgaard

(Kawża C-421/07) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Kunċett ta’ “reklamar” - Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh)

2009/C 141/16

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Frede Damgaard

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p.67) — Kunċett ta’ reklamar — Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh u b’mod għal kollox indipendenti mill-bejjiegħ jew mill-manifattur

Dispożittiv

L-Artikolu 86 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata mid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tixrid minn terz ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali, b’mod partikolari dwar il-kwalitajiet tiegħu ta’ fejqan jew ta’ prevenzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala reklamar skont dan l-artikolu, inkluż fil-każ fejn dan it-terz jaġixxi minn rajh u b’mod għal kollox indipendenti, fid-dritt u fil-fatt, mill-manifattur jew mill-bejjiegħ ta’ tali prodott mediċinali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk dan it-tixrid jikkostitwixxix tip ta’ tixrid ta’ informazzjoni, ta’ kkanvassjar jew ta’ inkoraġġiment li jippromwovi l-preskrizzjoni, il-provvista, il-bejgħ jew il-konsum ta’ prodotti mediċinali.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — AEPI Elliniki Etireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej

(Kawża C-425/07 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Ċħid ta’ lment min-naħa tal-Kummissjoni - Disfunzjonijiet kunsiderevoli fis-suq komuni - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

2009/C 141/17

Lingwa tal-proċedura: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: AEPI Elliniki Etireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (rappreżentant: T. Asprogerakas Grivas, dikigoros)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u T. Christoforou, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007, AEPI vs Il-Kummissjoni (T-229/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza tiċħad bħala mhux fondat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ April 2005, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 81 u/jew 82 tat-Trattat KE mill-korpi ta’ tmexxija kollettiva tad-drittijiet relatati ERATO, APOLLON u GRAMMO li applikaw tariffi mhux raġonevoli għall-ħlas tad-drittijiet relatati tal-kantanti, mużiċisti u produtturi diskografiċi minn naħa tal-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża, Orange France S.A., Société française du radiotéléphone — SFR

(Kawża C-431/07 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(2) KE - Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kriterji li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni)

2009/C 141/18

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: F. Sureau, D. Théophile, S. Perrotet, A. Bénabent, J. Vogel u L. Vogel, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: C Giolito, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, O. Christmann u A.-L. Vendrolini, aġenti), Orange France S.A (rappreżentanti: S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati), Société française du radiotéléphone — SFR (rappreżentanti: A. Vincent, avukat u C. Vajda QC)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba’ Awla) fl-4 ta’ Lulju 2007, Bouygues SA u Bouygues Telecom SA vs Il-Kummissjoni (T-475/04), li permezz tagħha, il- Qorti tal-Prim Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004 (Għajnuna mill-Istat NN 42/2004 — Franza) rigward bdil fil-ħlasijiet dovuti minn Orange France SA u SFR għal-liċenzji UMTS (Universal Mobile Telecommunications System) — Għajnuna mill-Istat — Kundizzjonjiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2) KE — Kriterji għall-għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat, ta’ vantaġġ kompetittiv u ta’ non-diskriminazzjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bouygues SA u Bouygues Télécom SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz

(Kawża C-459/07) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 202 u punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 - Meta jiġi inkors dejn doganali - Introduzzjoni kontra l-liġi ta’ merkanzija - Qbid bil-konfiska - Estinzjoni tad-dejn doganali - Mument li fih għandu jseħħ il-qbid)

2009/C 141/19

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Veli Elshani

Konvenut: Hauptzollamt Linz

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle, Graz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 202 u l-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Estinzjoni ta’ dejn doganali marbut mal-qbid ta’ merkanzija matul l-introduzzjoni kontra l-liġi tagħha — Qbid ta’ merkanzija fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Tneħħija ta’ merkanzija — Mument tal-estinzjoni tad-dejn.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 202 u l-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex iġib miegħu l-estinzjoni tad-dejn doganali, il-qbid ta’ merkanzija introdotta kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea għandu jseħħ qabel ma l-imsemmija merkanzija tgħaddi l-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa dan it-territorju.

2)

Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.


(1)  ĠU C 297, 08.12.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Sandra Puffer vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz

(Kawża C-460/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(2) u (6) - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input - Spejjeż ta’ kostruzzjoni ta’ bini allokat lill-impriża ta’ persuna taxxabbli - Artikolu 6(2) - Użu ta’ parti mill-bini għal bżonnijiet privati - Vantaġġ ekonomiku meta mqabbla ma’ persuna mhux taxxabbli - Trattament ugwali - Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87 KE - Esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis)

2009/C 141/20

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandra Puffer

Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 87 KE u tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Tnaqqis tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ bini għal użu prinċipalment bħala l-indirizz permanenti tiegħu privat u ’l bqija intiż għal kirja taxxabbli — Liġi nazzjonali li tittratta l-użu privat bħala tranżazzjoni eżenti u li teskludi, fil-verżjoni fis-seħħ fid-data li fiha daħlet fis-seħħ din id-direttiva, id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa li tirrigwarda dawk il-partijiet tal-bini użati għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli — Validità tad-Direttiva 77/338/KEE, u b’mod partikolari, tal-Artikolu 17 tagħha, sa fejn dan jistabbilixxi vantaġġ fiskali meta tinxtara proprjetà immobbli bħala residenza għal persuni taxxabbli li jużaw dan l-immobbli, anki jekk f’parti minima, għal skopijiet professjonali meta mqabbla ma’ persuni taxxabbli oħra kif ukoll maċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 17(2)(a) u 6(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ma jippreġudikawx il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trattament ugwali minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jagħtu lill-persuna taxxabbli, permezz tal-mekkaniżmu tad-dritt għat-tnaqqis totali u immedjat tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input għall-kostruzzjoni ta’ bini għal użu mħallat u t-tassazzjoni ulterjuri mqassma ta’ din it-taxxa fuq l-użu privat ta’ dan il-bini, vantaġġ finanzjarju meta mqabbel ma’ persuni mhux taxxabbli u persuni taxxabbli li jużaw il-bini tagħhom biss għal skopijiet privati ta’ residenza.

2)

L-Artikolu 87(1) KE għandu jkun interpretat f’dan is-sens li ma jipprekludix miżura nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva u li tipprevedi d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input dovut huwa limitat għall-persuni taxxabbli li jeffettwaw tranżazzjonijiet, bl-esklużjoni ta’ dawk li jeffettwaw biss it-tranżazzjonijiet eżenti, safejn din il-miżura nazzjonali tista’ tagħti vantaġġ finanzjarju biss lill-persuni taxxabbli li jeffettwaw tranżazzjonijiet taxxabbli.

3)

L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jkun interpretat fis-sens li d-deroga prevista fih ma tapplikax għal dispożizzjoni nazzjonali li kienet teżisti fid-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, li sserraħ fuq loġika differenti minn dik tal-liġi ta’ qabel u li ddaħħal fis-seħħ proċeduri ġodda. F’dan ir-rigward, huwa indifferenti jekk il-leġiżlatur nazzjonali jkunx ipproċeda għall-modifika tal-liġi nazzjonali ta’ qabel billi jkun ibbaża ruħu fuq interpretazzjoni eżatta jew żbaljata tad-dritt Komunitarju. Il-kwistjoni li jkun magħruf jekk tali modifika ta’ dispożizzjoni nazzjonali taffettwax ukoll, fid-dawl tal-applikabbiltà tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, dispożizzjoni nazzjonali oħra, tiddependi min-natura interdipendenti jew awtonoma tal-imsemmija dispożizzjonijiet nazzjonali, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo — L-Italja) — Luigi Scarpelli vs NEOS Banca SpA

(Kawża C-509/07) (1)

(Direttiva 87/102/KEE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu lill-konsumatur - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ)

2009/C 141/21

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bergamo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luigi Scarpelli

Konvenuta: NEOS Banca SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bergamo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU L 42, p. 48) — Kreditu lill-konsumatur — Dritt tal-konsumatur li jieħu r-rimedji kontra min jagħti l-kreditu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ fir-rigward ta’ oġġetti ffinanzjati bil-kreditu

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik eżistenti fil-kawża prinċipali, l-eżistenza ta’ ftehim bejn min jagħti l-kreditu u l-fornitur, li abbażi tiegħu self jingħata esklussivament minn min jagħti l-kreditu lill-klijenti ta’ dak il-bejjiegħ, m’hijiex kundizzjoni neċessarja għad-dritt ta’ dawn il-klijenti li jieħdu r-rimedji kontra min jagħti l-kreditu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tal-fornitur, sabiex jiksbu t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ finanzjament u r-rifużjoni sussegwenti tas-somom imħallsa lill-finanzjatur.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — fil-kawża mibdija minn A

(Kawża C-523/07) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċetti ta’ “materji ċivili” - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali - Residenza abitwali tal-minuri - Miżuri protettivi - Ġurisdizzjoni)

2009/C 141/22

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(d), 8(1), 13(1) u 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, pag. 1) — Infurzar ta’ deċiżjoni unika dwar it-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali, adottati fil-kuntest ta’ misuri ta’ dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija — Sitwazzjoni ta’ minuri li għandu residenza permanenti fi Stat Membru, iżda jirrisjedi fi Stat Membru ieħor mingħajr residenza fissa.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija.

2)

Il-kunċett ta’ “residenza abitwali”, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li din ir-residenza tikkorrispondi mal-post li jindika ċertu integrazzjoni f’ambjent soċjali u ta’ familja. Għal dan il-għan, għandhom b’mod partikolari jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul, r-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet wara r-residenza fuq it-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, iċ-ċittadinanza tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi kif ukoll ir-rapporti familjari u soċjali tal-minuri ma’ dan l-Istat. Huwa għall-qorti nazzjonali li tistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri billi tieħu inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali kollha li huma partikolari għal kull każ.

3)

Miżura protettiva, bħal dik tat-teħid taħt kura ta’ minuri, tista’ tiġi deċiża minn qorti nazzjonali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003 malli jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

din il-miżura trid tkun urġenti,

trid tittieħed fir-rigward tal-persuni preżenti fl-Istat Membru kkonċernat, u

għandha tkun ta’ natura provviżorja.

L-implementazzjoni ta’ din il-miżura kif ukoll in-natura vinkolanti ta’ din tal-aħħar huma stabbiliti b’mod konformi mad-dritt nazzjonali. Wara l-implementazzjoni tal-miżura protettiva, il-qorti nazzjonali m’għandhiex għalfejn tirreferi l-kawża lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni. Madankollu, safejn dan huwa mitlub għall-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri, il-qorti nazzjonali li implementat il-miżuri provviżorji jew protettivi għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ċentrali maħtur skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni.

4)

Fil-każ fejn il-qorti ta’ Stat Membru m’għandha l-ebda ġurisdizzjoni, din għandha tiddikjara ex officio li hija m’għandhiex ġurisdizzjoni, mingħajr m’għandha tirrinvija l-kawża lil qorti oħra. Madankollu, sakemm il-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri jeħtieġ dan, il-qorti nazzjonali li tiddikjara ex officio li m’għandhiex ġurisdizzjoni għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ċentrali maħtur skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni.


(1)  ĠU C 22, 26.01.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Falco Privatstiftung, Thomas Rabitsch vs Gisela Weller-Lindhorst

(Kawża C-533/07) (1)

(Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Konċessjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali)

2009/C 141/23

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Falco Privatstiftung, Thomas Rabitsch

Konvenuta: Gisela Weller-Lindhorst

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Kunċetti ta’ “provvista ta’ servizzi” u tal-“post fejn is-servizzi kellhom jiġu pprovduti” — Ġurisdizzjoni fuq kawża rigward il-ħlas ta’ royalties ta’ liċenzja għal użu ta’ xogħol mużikali

Dispożittiv

1)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt, li permezz tiegħu l-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill-parti kontraenti l-jedd li tuża dan id-dritt inkambju għal ħlas ta’ remunerazzjoni, mhuwiex kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

Sabiex tiġi stabbilita, skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, il-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar talba għall-ħlas ta’ remunerazzjoni dovuta abbażi ta’ kuntratt li permezz tiegħu l-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill-parti kontraenti l-jedd li tuża dan id-dritt, għandha tibqa’ ssir referenza għall-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ natura ċivili u kummerċjali, kif emendata mill-Konvenzjoni, tas-26 ta’ Mejju 1989, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża.


(1)  ĠU C 37 09.02.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Uwe Rüffler vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu

(Kawża C-544/07) (1)

(Artikolu 18 KE - Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard imħallsa fl-Istat Membru li jimponi t-taxxa - Rifjut ta’ tnaqqis bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa fi Stati Membri oħra)

2009/C 141/24

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Uwe Rüffler

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) u tal-Artikoli 39(1) u (2) tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul li tillimita t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard mid-dħul taxxabbli biss għal dawk il-kontribuzzjonijiet imħallsa fl-Istat Membru.

Dispożittiv

L-Artikolu 18(1) KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ dritt għal tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul bl-ammont tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard imħallsa bil-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu tħallsu f’dan l-Istat Membru, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, u li twassal għar-rifjut tal-għoti ta’ tali benefiċċju fiskali meta l-kontribuzzjonijiet li jistgħu jitnaqqsu mill-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul dovut f’dan l-Istat Membru jitħallsu fil-kuntest ta’ skema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard ta’ Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Copad SA vs Christian Dior couture SA, Vincent Gladel, bħala amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle lingerie (SIL), Société industrielle lingerie (SIL)

(Kawża C-59/08) (1)

(Direttiva 89/104/KEE - Dritt tat-trade marks - Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark - Kuntratt ta’ liċenzja - Bejgħ ta’ prodotti koperti bi trade mark bi ksur ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja - Nuqqas ta’ kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark - Bejgħ lil persuni li jbigħu bi prezz inqas - Ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark)

2009/C 141/25

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copad SA

Konvenuti: Christian Dior couture SA, Vincent Gladel, bħala amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle lingerie (SIL), Société industrielle lingerie (SIL)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de Cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 7 u 8(2), tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade mark (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Kunċett ta’ eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Bejgħ mid-detentur tal-liċenzja, ta’ prodotti koperti mit-trade mark bi ksur ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja li tipprojbixxi ċerti metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni — Bejgħ lil bejjiegħa bl-ingrossa jew li jbiegħu bi prezz inqas — Ħsara magħmula lil prestiġju tat-trade mark — Nuqqas ta’ kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade mark, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li proprjetarju tat-trade mark jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija minn din tal-aħħar kontra detentur tal-liċenzja li jikser klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja li tipprojbixxi, għal raġunijiet ta’ prestiġju tat-trade mark, il-bejgħ lil persuni li jbigħu bi prezz inqas ta’ prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm jiġi stabbilit li dan il-ksur, minħabba ċirkustanzi partikolari għall-kawża prinċipali, iwassal għal ħsara lill-attrazzjoni u r-reputazzjoni ta’ prestiġju li jagħtu lill-imsemmija prodotti sensazzjoni ta’ lussu.

2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/104, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti koperti mit-trade mark mid-detentur ta’ liċenzja, bi ksur ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja, ikun sar mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, peress li huwa stabbilit li din il-klawżola tikkorrispondi għal waħda minn dawk stipulati fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva.

3)

Meta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ prestiġju mid-detentur ta’ liċenzja bi ksur ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja xorta għandu jitqies li sar bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, dan tal-aħħar ma jistax jinvoka tali klawżola sabiex jopponi bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti abbażi tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, ħlief fil-każ fejn huwa stabbilit, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, li tali bejgħ mill-ġdid jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nógrád Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenörzési Hivata Hatósági Föosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

(Kawża C-74/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid - Taxxa relatata max-xiri sussidjat ta’ beni kapitali - Dritt għal tnaqqis - Esklużjonijiet previsti minn liġi nazzjonali fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu esklużjonijiet)

2009/C 141/26

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Nógrád Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft

Konvenut: Adó- és Pénzügyi Ellenörzési Hivata Hatósági Föosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nógrád Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-possibbiltà li titnaqqas it-taxxa fuq il-bejgħ sussidjat ta’ tagħmir għall-parti mhux sussidjata.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ xiri ta’ beni sussidjati minn fondi pubbliċi, ma jippermettix li titnaqqas il-VAT relatata miegħu ħlief sa ammont ekwivalenti għall-parti mhux sussidjata ta’ dan ix-xiri.

2)

L-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva jagħti lill-persuni taxxabbli drittijiet li jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti nazzjonali sabiex jopponu liġi nazzjonali li tkun inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Finanzgericht, Gotha — Il-Ġermanja) — Glückauf Brauerei GmbH vs Hauptzollamt Erfurt

(Kawża C-83/08) (1)

(Armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa - Direttiva 92/83/KEE - Artikolu 4(2) - Birrerija żgħira legalment u ekonomikament indipendenti minn kull birrerija oħra - Kriterji ta’ indipendenza legali u ta’ indipendenza ekonomika - Possibbiltà li tkun suġġetta għal influwenza indiretta)

2009/C 141/27

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Finanzgericht, Gotha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glückauf Brauerei GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Erfurt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Thüringer Finanzgericht, Gotha (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 21) — Klassifikazzjoni bħala “birrerija” għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa ta’ dazju — Kriterju ta’ “indipendenza ekonomika” — Birrerija li tista’, minħabba r-relazzjonijiet ta’ parteċipazzjoni u minħabba t-tqassim tad-drittijiet ta’ vot, tkun suġġetta għal influwenza indiretta ta’ żewġ birreriji oħra.

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni kkaratterizzata mill-eżistenza ta’ rabtiet strutturali f’dak li jirrigwarda ishma u drittijiet tal-vot, u li twassal sabiex l-istess persuna, li teżerċita funzjonijiet ta’ tmexxija f’numru ta’ birreriji kkonċernati, tkun f’pożizzjoni, indipendentement mill-imġiba reali tagħha, li tinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjonijiet kummerċjali minn dawn il-birreriji, teskludi li dawn il-birreriji jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekonomikament indipendenti minn xulxin.


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Bremen vs J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.

(Kawża C-134/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 2193/2003 - Dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 4(2) - Prodotti esportati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li dawn kienu diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji - Suġġettar)

2009/C 141/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Bremen

Konvenuta: J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 328, p. 3) — Issuġġettar għad-dazji doganali addizzjonali tal-prodotti esportati mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fuq imsemmi iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li kienu diġà fi trqithom lejn il-Komunità, mingħajr possibbiltà ta’ bdil ta’ destinazzjoni, fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, għandu jiġi interpretat f’sens li huwa konformi ma’ dak tal-kliem tiegħu, jiġifieri li l-prodotti li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li huma diġà fi triqithom lejn il-Komunità Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, mhumiex suġġetti għad-dazji addizzjonali


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Karlsruhe — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Rafet Kqiku

(Kawża C-139/08) (1)

(Viżi, ażil, immigrazzjoni - Ċittadin ta’ Stat terz li għandu permess ta’ residenza Żvizzeru - Dħul u residenza fit-territorju ta’ Stat għal skopijiet li mhumiex ta’ tranżitu - Nuqqas ta’ viża)

2009/C 141/29

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Karlsruhe

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Rafet Kqiku

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Karlsruhe — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni Nru 896/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom (ĠU L 167, p. 8) — Possibbilta’ għal ċittadin tal-ex Komunità ta’ Stati tas-Serbja u tal-Montengro, residenti fl-Iżvizzera u li għandu permess ta’ residenza permanenti Żvizzeru tat-tip C, li jidħol fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal skopijiet mhux ta’ tranżitu u li jirrisjedi hemmhekk għal perijodu ta’ jumejn mingħajr ma jkun fil-pussess ta’ viża

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Nru 896/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li permessi ta’ residenza elenkati fl-anness ta’ din id-deċiżjoni, maħruġa mill-Konfederazzjoni Żvizzera u mill-Prinċipalità ta’ Liechtenstein liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża, huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għal viża esklużivament ta’ tranżitu. Huwa biżżejjed, għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri għal skopijiet ta’ tranżitu, sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2 tar Regolament tal Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom [tagħhom] għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa, li l-persuna indikata mill-imsemmija deċiżjoni jkollha fil-pussess tagħha permess ta’ residenza maħruġ mill-Konfederazzjoni Żvizzera u mill-Prinċipalità ta’ Liechtenstein u msemmi fl-anness tal-istess deċiżjoni.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik international, VO Sembodja BV, Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd

(Kawża C-167/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 43(1) - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kunċett ta’ “parti”)

2009/C 141/30

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik international, VO Sembodja BV, Parc Healthcare International Limited

Konvenuta: Omnipol Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU L 12, p. 1) — Kunċett ta’ parti — Rikors ippreżentat minn kreditur f’isem u fl-interess tad-debitur tiegħu — Deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazjoni li ta’ saħħa eżekuttiva.

Dispożittiv

L-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditur ta’ debitur ma jistax iressaq kawża kontra deċiżjoni fuq talba għal dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva jekk ma jkunx intervjena formalment bħala parti fil-proċeduri li fihom kreditur ieħor ta’ dan id-debitur ikun talab għal din id-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-321/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/31

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-401/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - Artikolu 11(1)(ċ) - Ttfassil ta’ ċerti pjani ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/32

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU 1997, L 10, p. 13) — Nuqqas ta’ tfassil ta’ ċerti pjani ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti.

Dispożittiv

1)

Peress li ma żguratx it-tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Awtrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-493/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/33

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Dimitriou u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Hasselt — Il-Belġju) — NV de Nationale Loterij vs BVBA Customer Service Agency

(Kawża C-525/06) (1)

(Appell minn deċiżjoni li tirrigwarda talba għal deċiżjoni preliminari - Qorti ta’ appell li tiddeċiedi hija stess il-kawża prinċipali - M’hemmx lok li tingħata risposta)

2009/C 141/34

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel Hasselt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NV de Nationale Loterij

Konvenuta: BVBA Customer Service Agency

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel Hasselt –Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Lotterija nazzjonali li għandha monopolju legali fit-territorju ta’ Stat Membru, bl-iskop li tillimita l-vizzju tal-logħob iżda li b’mod regolari tirreklama bl-iskop li tippromwovi l-parteċipazzjoni fil-lotterija — Liġi nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ minn impriżi oħra bi skop ta’ lukru, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-lotterija nazzjonali, ta’ biljetti ta’ partiċipazzjoni komuni.

Dispożittiv

M’hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża C-525/06.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-374/07 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni - Dannu ċert u attwali - Żnaturament tal-elementi fattwali u tal-elementi ta’ prova - Oneru tal-prova)

2009/C 141/35

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mebrom NV (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: X. Lewis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2007, Mebrom vs Il-Kummissjoni (T-198/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors intiż sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat tan-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni milli timplementa, għax-xhur ta’ Jannar u ta’ Frar 2005, sistema li tippermettilha li timporta l-methyl bromide fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 244, p. 1)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mebrom NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 247, 20.10.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Jörn Sack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-38/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Remurerazzjoni - Nuqqas ta’ applikazzjoni taż-żieda għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

2009/C 141/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Jörn Sack (rappreżentant: D. Mahlo, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Wägenbaur u J. Currall, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2007, Sack vs Il-Kummissjoni (T-66/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta’ kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta’ dan il-ħlas u talba għal annullament tad-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent — Nuqqas ta’ applikazzjoni taż-żieda għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 tas-servizz legali tal-Kummissjoni li żgura l-koordinazzjoni ta’ grupp ta’ ħidma — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

J. Sack għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 — K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá

(Kawża C-90/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE - Prova tal-użu ta’ trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard - Oppożizzjoni miċħuda)

2009/C 141/37

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (rappreżentant: D. Spohn, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, K & L Ruppert Stiftung vs UASI — Lopes de Almeida Cunha, Couto Simões, Lima Jatobá (T-86/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “LIVRE” għal prodotti fil-klassi 25 kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2004, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tagħha fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “CORPO LIVRE” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Oppożizzjoni miċħuda abbażi tal-fatt li l-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti ġiet ippreżentata tard

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2008 minn Ammayappan Ayyanarsamy mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ April 2008 fil-Kawża T-412/07, Ammayappan Ayyanarsamy vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-251/08 P)

2009/C 141/38

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ammayappan Ayyanarsamy (rappreżentant: H. Kotzur, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Permezz tad-digriet tas-17 ta’ Marzu 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil A. Ayyanarsamy għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2008 minn VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-387/08 P)

2009/C 141/39

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Fis-27 ta’ Awwissu 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH ippreżentaw appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDK Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni. Ir-rappreżentant legali tar-rikorrenti huwa Clemens Antweiler, Rechtsanwalt, Rotthege Wasserman & Partner, Postfach 20 06 69, DE 40103 Düsseldorf.

Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ April 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fid-19 ta’ Marzu 2009 — Pedro Manuel Roca Álvarez vs Sesa Start España ETT SA

(Kawża C-104/09)

2009/C 141/40

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pedro Manuel Roca Álvarez

Konvenuta: Sesa Start España ETT SA

Domanda preliminari

Liġi nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikolu 37(4) tal-Istatut dwar il-Ħaddiema) li tagħti d-dritt għal leave bi ħlas għat-treddiegħ esklużivament lil ommijiet li huma impjegati, liema leave jikkonsisti fit-tnaqqis mill-ħin tax-xogħol għal nofs siegħa jew ukoll li ma jaħdmux għal siegħa li tista’ tiġi maqsuma f’żewġ partijiet, li huwa ta’ natura volontarja u remunerattiva bħala obbligu fuq min iħaddem, u dan sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ disa’ xhur, u ma tagħtix, min-naħa l-oħra, dan id-dritt lill-missirijiet li huma impjegati, jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprekludi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, irrikonoxxut bl-Artikolu 13 tat-Trattat KE u bid-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (1), u bid-Direttiva 2002/73 (2) li temendaha?


(1)  ĠU L 39, p. 40

(2)  ĠU L 269, p. 25


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-211/04, u T-215/04: Il-Gvern ta’ Ġibiltà u Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-106/09 P)

2009/C 141/41

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal, V. Di Bucci, N. Khan, aġenti)

Appellati: Il-Gvern ta’ Ġibiltà, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tat-18 ta’ Diċembru 2008, innotifikata lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Jannar 2009, fil-Kawżi Magħquda T-211/04 u T-215/04 Il-Gvern ta’ Ġibiltà u Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-rikorsi għal annullament ippreżentati mill-Gvern ta’ Ġibiltà u mir-Renju Unit; u

tikkundanna lill-Gvern ta’ Ġibiltà u lir-Renju Unit għall-ispejjeż;

sussidjarjament,

tirrinvija l-kawżi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza għal eżami ġdid; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-kawżi tal-ewwel istanza u tal-appel.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta evalwat ir-rabta bejn l-Artikolu 876(1) KE u l-kompetenza tal-Istati Membri f’materji ta’ taxxa;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta interpretat u applikat l-Artikolu 87(1) KE billi imponiet restrizzjoni inġustifikata fuq l-evalwazzjoni ta’ miżuri suspetti ta’ għajnuna mill-Istat;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta interpretat u applikat l-Artikolu 87(1) KE billi imponiet restrizzjoni inġustifikata fuq l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ stħarriġ fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ sistema komuni jew “normali” ta’ taxxa;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta interpretat u applikat l-Artikolu 87(1) KE billi kkunsidrat li s-sistema komuni jew “normali” ta’ taxxa tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tekniċi differenti minn persuni suġġetti għat-taxxa differenti;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta interpretat u applikat l-Artikolu 87(1) billi kkunsidrat li l-Kummissjoni naqset milli tidentifika s-sistema komuni jew “normali” ta’ taxxa u milli twettaq l-evalwazzjoni meħtieġa sabiex turi n-natura selettiva tal-miżuri kkonċernati;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta interpretat u applikat l-Artikolu 87(1) KE billi naqset milli teżamina t-tliet elementi ta’ selettività identifikati fid-deċiżjoni kkontestata.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/23


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2009 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-211/04, Il-Gvern ta’ Ġibiltà, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-107/09 P)

2009/C 141/42

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u J.M Rodríguez Cárcamo, aġenti)

Appellati: Il-Gvern ta’ Ġibiltà, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li qed tiġi appellata u tagħti sentenza ġdida li tiddikjara bħala konformi mad-dritt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/261/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-iskema ta’ għajnuna li r-Renju Unit għandu l-intenzjoni li jwettaq fir-rigward tar-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji mill-Gvern ta’ Ġibiltà (1) u

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ksur tal-Artikolu 299(4) KE, skont l-interpretazzjoni li saret mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel nett, is-sentenza appellata tikser l-istatus legali ta’ Ġibiltà li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tat-23 ta’ Settembru 2003 u tat-12 ta’ Settembru 2006) peress li ma tiddikjarax li Gibiltà ġiet ċeduta mir-Renju ta’ Spanja lill-Kuruna Britannika permezz tat-Trattat ta’ Utrecht tal-1713 u peress li tinkludi diversi żbalji fid-definizzjoni ta’ dan l-istatus. Min-naħa l-oħra, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tikser ukoll l-Artikolu 299(4) KE billi tattribwixxi lill-Ġibiltà l-possibbiltà li tinqata’ mir-Renju Unit fil-qasam fiskali, li jimplika li r-Renju Unit jieqaf milli jieħu responsabbiltà tar-relazzjonijiet esterni ta’ Ġibiltà f’dan il-qasam u li Ġibiltà de facto tinbidel fi Stat Membru ġdid fil-qasam fiskali.

2.

Ksur tal-Artikolu 87(1) KE, peress li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tinterpretah b’mod li jipprekludi l-applikazzjoni tiegħu mill-Komunità fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tax havens irrikonoxxuti mill-OECD. Għall-OECD, Ġibiltà hija tax haven. Is-sentenza appellata, li tikkunsidra li huwa impossibbli li jsir paragun bejn l-attività tal-impriżi f’Ġibiltà u l-attività tal-impriżi fir-Renju Unit, tmur kontra l-prinċipji ta’ din l-organizzazzjoni li tgħid li miżuri li jistgħu jiġi applikati b’mod ġenerali f’Ġibiltà jistgħu jkunu dannużi għall-Istati Membri tagħha, fosthom ir-Renju Unit. L-Artikolu 87(1) KE għandu jiġi interpretat b’mod konformi mal-prinċipji tal-OECD u, konsegwentement, dan il-paragun huwa mhux biss possibbli, iżda wkoll neċessarju.

3.

Ksur tal-linji gwida tal-BĊE tas-16 ta’ Lulju 2004, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE. Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali tikkunsidra lil Ġibiltà, flimkien ma’ 37 territorju ieħor, bħala ċentru finanzjarju extraterritorjali distint mir-Renju Unit f’dak li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-pożizzjoni ta’ investimenti globali u riżervi internazzjonali. L-analiżi tas-sentenza li qed tiġi appellata, li tipprekludi l-paragun bejn l-attività tal-impriżi f’Ġibiltà u r-Renju Unit, tmur kontra d-definiżżjoni li tippermetti dan il-paragun u timplika applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE, bi ksur ta’ regola vinkolanti tad-dritt Komunitarju, bħal ma huma l-linji gwida tal-BĊE tas-16 ta’ Lulju 2004.

4.

Ksur tal-Artikolu 87(1) KE minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni li tgħid li l-għajnuna għandha tingħata minn “Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat”. Peress illi, skont l-Artikolu 299(4) KE, Ġibiltà hija territorju li ma jagħmilx parti minn Stat Membru, l-affermazzjoni tas-sentenza li l-kuntest ta’ referenza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE jikkorrispondi esklużivament għal-limiti ġeografiċi tat-territorju ta’ Ġibiltà twassal sabiex Ġibiltà tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru peress illi, f’każ kuntrarju, il-kundizzjoni li l-għajnuna tingħata minn “Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat” ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta.

5.

Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress illi s-sentenza tapplika b’mod inġustifikat il-ġurisprudenza Azores għal xenarju differenti minn dak li jirrigwarda din is-sentenza. Jeżistu żewġ differenzi bejn is-sentenza Azores u l-każ li qed jiġi deċiż permezz tas-sentenza appellata. Minn naħa, l-Azores huwa territorju ta’ Stat Membru, li mhuwiex il-każ ta’ Ġibiltà u, min-naħa l-oħra, is-sentenza Azores kienet tirrigwarda tnaqqis fir-rata ta’ taxxa fit-tassazzjoni tal-kumpanniji, filwaqt li l-kawża dwar Ġibiltà tirrigwarda sistema ġenerali ġdida ta’ tassazzjoni tal-kumpanniji.

6.

Ksur tal-Artikolu 87(1) KE, peress li s-sentenza tgħid li l-kundizzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat mhumiex sodisfatti mill-perspettiva tas-selettività reġjonali. B’mod konkret, ir-Renju ta’ Spanja jqis li s-sentenza fiha żball ta’ liġi meta tqis li t-tlett kriterji, relatati mal-awtonomija politika, l-awtonomija proċedurali u l-awtonomija ekonomika, li ġew stabbiliti mis-sentenza Azores, huma sodisfatti.

7.

Żball ta’ liġi li jirriżulta mir-rifjut li jiġi evalwat u applikat ir-raba’ kriterju invokat mir-Renju ta’ Spanja matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. Anki jekk it-tliet kriterji tas-sentenza Azores kienu kkunsidrati bħala sodisfatti, ir-raba’ kriterju ta’ armonizzazzjoni fil-kuntest tas-sistema fiskali nazzjonali tal-Istat Membru fl-oriġini tal-miżura kellu jkun meħtieġ.

8.

Ksur tal-Artikolu 87(1) KE, peress illi s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li l-kriterji tal-għajnuna mill-Istat mhumiex sodisfatti mill-perspettiva tas-selettività materjali. Anki jekk kellu jiġi kkunsidrat li Ġibiltà tikkostitwixxi kuntest ta’ referenza awtonomu li fid-dawl tiegħu l-kriterji tas-sentenza Azores huma sodisfatti, is-sentenza tikser l-Artikolu 87(1) KE fl-eżami tagħha tas-selettività materjali peress illi, fl-analiżi tagħha, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji li Ġibiltà tixtieq timplementa toħloq sistema li fiha 28 798 mid-29 000 kumpanniji eżistenti fil-Ġibiltà jistgħu jiġu suġġetti għal rata ta’ taxxa nulla. Dawn il-kumpanniji huma partikolarment megħjuna mill-miżura kif ukoll mis-sentenza appellata, billi, peress li tieħux deċiżjoni f’dan is-sens, tikser l-Artikolu 87(1) KE. Minbarra dan, il-Kummissjoni effettivament identifikat is-sistema fiskali komuni, bil-kontra ta’ dak li tafferma s-sentenza.

9.

Nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza li ma eżaminatx ir-raba’ kriterju invokat mir-Renju ta’ Spanja.

10.

Ksur tad-dritt fundamentali li tingħata deċiżjoni tal-kawża f’terminu raġonevoli, peress li l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza damu prattikament darbtejn iktar minn kawża normali, mingħajr ma xejn kien jiġġustifika dan, filwaqt li din iċ-ċirkustanza għandha effett rilevanti fuq il-kawża.

11.

Ksur tal-Artikolu 77(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, peress li l-proċeduri ma ġewx sospiżi formalment wara s-seduta tal-partijiet.


(1)  ĠU L 85, p. 1


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (L-Ungerija) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Ker-Optika Bt. vs ÁNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete

(Kawża C-108/09)

2009/C 141/43

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ker-Optika Bt..

Konvenuta: ÁNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete.

Domandi preliminari

1)

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt tikkostitwixxi parir mediku li jeħtieġ eżami fiżiku tal-pazjent, b’mod li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (1)?

2)

Jekk il-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt ma tikkostitwixxix parir mediku li jeħtieġ eżami fiżiku tal-pazjent, l-Artikolu 30 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li jipprevedu li l-lentijiet tal-kuntatt jistgħu jinbiegħu fi ħwienet speċjalizzati fl-apparat mediku biss, imorru kontrih?

3)

Il-leġiżlazzjoni Ungeriża li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt fi ħwienet speċjalizzati fl-apparat mediku biss, tmur kontra l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija previst fl-Artikolu 28 tat-Trattat KE?


(1)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, p. 1).


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Deutsche Lufthansa AG vs Gertraud Kumpan

(Kawża C-109/09)

2009/C 141/44

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG

Konvenuta: Gertraud Kumpan

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1, 2(1) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001, li abbażi tagħha jistgħu jiġu konklużi kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss mingħajr kundizzjonijiet oħra ma’ ħaddiema sempliċement għaliex dawn laħqu l-età ta’ 58 sena?

2)

Il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, implementat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali li tawtorizza, mingħajr kundizzjonijiet oħra u mingħajr limitu ta’ żmien, il-konklużjoni ta’ numru illimitat ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss konsekuttivi fin-nuqqas ta’ raġuni oġġettiva sempliċement għaliex, fil-mument li fih tibda r-relazzjoni kuntrattwali għal żmien fiss, il-ħaddiem ikun laħaq l-età ta’ 58 sena u ma jkun hemm l-ebda rabta oġġettiva stretta ma’ relazzjoni preċedenti ta’ xogħol għal żmien indefinit mal-istess persuna li timpjega?

3)

Fil-każ li l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta fl-affermattiv:

Il-qrati nazzjonali huma marbuta li ma japplikawx id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU L 303, p. 16.

(2)  ĠU L 175, p. 43.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas

(Kawża C-111/09)

2009/C 141/45

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group

Konvenut: Michal Bilas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-qorti tistħarreġ il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fil-każ fejn il-konvenut jidher fil-proċeduri, anki meta l-kawża hija suġġetta għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?

2)

Il-konvenut jista’, minħabba l-fatt li jidher fil-proċeduri, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament anki meta l-proċeduri jkunu altrimenti suġġetti għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?

3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, il-fatt li l-konvenut jidher fil-proċeduri li jirrigardaw l-assigurazzjoni quddiem qorti li altrimenti taħt ir-Regolament m’għandhiex ġurisdizzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala ftehim fuq il-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament?


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgerichts für das Land Nordrhein-Westfalen (Il-Ġermanja) fis-27 ta’ Marzu 2009 — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V. vs Bezirksregierung Arnsberg

(Kawża C-115/09)

2009/C 141/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V.

Konvenut: Bezirksregierung Arnsberg

Parti oħra fil-proċeduri: Trianel Kohlekraftwerk Lünen GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE (1), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE (2), jeżiġi li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jixtiequ jippreżentaw rikors quddiem qorti ta’ Stat Membru, li d-dritt amministrattiv proċedurali tiegħu jeżiġi li r-rikorrent jinvoka ksur ta’ dritt, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw ksur tad-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-ambjent applikabbli għall-approvazzjoni ta’ proġett, inklużi għalhekk id-dispożizzjonijiet li huma intiżi li jaqdu l-interess kollettiv biss, u mhux dawk li, minn tal-inqas parzjalment, jipproteġu l-interess tal-individwi wkoll?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva mingħajr riżerva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE, jeżiġi li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jixtiequ jippreżentaw rikors quddiem qorti ta’ Stat Membru, li d-dritt amministrattiv proċedurali tiegħu jeżiġi li r-rikorrent jinvoka ksur ta’ dritt, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ambjent li huma direttament ibbażati fuq id-dritt Komunitarju jew li jittrasponu fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju dwar l-ambjent, inklużi għalhekk id-dispożizzjonijiet li huma intiżi li jaqdu l-interess kollettiv biss, u mhux dawk li, minn tal-inqas parzjalment jipproteġu l-interess tal-individwi wkoll?

(a)

Fil-każ li, fil-prinċipju, tingħata risposta affermattiva għat-tieni domanda:

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju dwar l-ambjent għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet sostanzjali sabiex ikunu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors?

(b)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2a:

Liema huma l-kundizzjonijiet sostanzjali (pereżempju effett dirett, għan protettiv, għan) inkwistjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda jew għat-tieni domanda:

Id-Direttiva tagħti direttament lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi tali dritt ta’ rikors ġudizzjarju li jmur lil’hinn mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40)

(2)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2009 minn Kronoply GmbH & Co.KG, li qabel kienet Kronoply GmbH & Co.KG, mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Jannar 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) fil-kawża T-162/06, Kronoply GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-117/09 P)

2009/C 141/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kronoply GmbH, li qabel kienet Kronoply GmbH & Co.KG (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Jannar 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Ħames Awla) fil-kawża T-162/06;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/262/KE, tal-21 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C 5/2004 (ex N 609/2003), li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-appellanti;

sussidjarjament fit-tieni kap tat-talba, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell, b’mod partikolari li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li tiċħad ir-rikors ippreżentat għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2005, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lil Kronoply GmbH & Co. KG. Skont is-sentenza appellata, l-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat li l-għajnuna kkontestata ma kinitx teżiġi mill-benefiċjarju korrispettiv u lanqas kontribuzzjoni għal għan ta’ interess komuni u li għaldaqstant hija kienet għajnuna għall-funzjonament intiża biex tkopri l-ispejjeż kurrenti, li ma setgħetx tiġi awtorizzata. Il-Qorti tal-Prim’Istanza qieset li l-għajnuna kkontestata mhijiex neċessarja, billi din tirrigwarda biss it-twettiq ta’ stallazzjoni ta’ produzzjoni, li mandankollu kien diġà suġġett ta’ notifika, u li l-proġett ta’ investiment kien ġie kkompletat kollu kemm huwa permezz tal-għajnuna awtorizzata wara din l-ewwel notifika, u dan sewwa qabel in-notifika tal-għajnuna kkontestata.

L-appellanti ressqet insostenn tal-appell li s-sentenza appellata mhux konformi mal-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) KE, mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali adottat għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u għall-qafas multisettorjali tal-għajnuna b’għan reġjonali favur proġetti kbar ta’ investiment għall-1998. Hija tikkontesta lill-Qorti tal-Prim’Istanza li b’dan hija wkoll kisret il-prinċipji tal-aspettativi leġittimi u ta’ trattament ugwali.

Il-ksur tal-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) KE huwa kkostitwit mill-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat u evalwat ħażin il-kriterju tal-bżonn tal-effett ta’ inċentiv.

F’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-bżonn tal-għajnuna kkontestata, il-Qorti tal-Prim’Istanza b’mod irregolari dejqet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(3) KE, billi b’mod ġuridikament żbaljat ikkunsidrat li l-benefiċjarju ta’ għajnuna ma jistax, għal proġett ta’ investiment speċifiku, jinnotifika għajnuna waħda biss u li kull notifika ġdida għandha tirrigwarda proġett ġdid ta’ investiment. Barra minn dan, il-Qorti tal-Prim’Istanza wetqet evalwazzjoni tagħha tal-bżonn billi bbażat ruħha fuq data li, minn naħa, kienet irrilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni ta’ investiment tal-appellanti u li fuqha, min-naħa l-oħra, din ma kellha l-ebda influwenza. Id-data determinanti f’għajnejn il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Prim’Istanza hija dik, li fiha l-Istat Membru nnotifika l-għajnuna kkontestata lill-Kummissjoni. Bl-introduzzjoni tat-talba tagħha għal għajnuna mal-awtoritajiet nazzjonali, l-appellanti ġa għamlet dak kollu li huwa possibbli u fil-poter tagħha sabiex tipprova l-bżonn. L-appellanti m’għandha l-ebda influwenza fuq id-data tan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni. Din il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza u tal-Kummissjoni — loġikament — kellha bħala effett, li jkun meħtieġ li jiġi miċħud lil kull proġett ta’ investiment l-bżonn li l-għajnuna tiġi awtorizzata billi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq il-kompatibbiltà jew l-inkompatibbiltà tal-għajnuna pproġettata mas-suq komuni tingħata biss ladarba l-proġett ta’ investiment jitlesta jew jintemm.

Barra minn dan, għandu jiġi osservat li l-appellanti ma setgħatx tikkontesta direttament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-għajnuna inizjalment innotifikata. Meta l-Kummissjoni tiddikjara għajnuna bħala li tkun kompatibbli mas-suq komuni, li l-ammont tagħha madankollu ma jikkorrispondix mat-talba mressqa mill-benefiċjarju tal-għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali, dan ma jistax jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kontra d-deċiżjoni, favurih, tal-Kummissjoni. Il-perijodu li jgħaddi bejn l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna inizjali u n-notifika tal-għajnuna kkontestata hija spjegata mill-fatt li l-appellanti ħasbet li għamlet użu mir-rimedji kollha disponibbli għaliha kontra l-ittra tal-Kummissjoni, li tirrifjuta li temenda l-ewwel deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Il-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet għaldaqstant innotifikat l-għajnuna kkontestata biss wara li twettaq il-proġett ta’ investiment, huwa biss dovut għall-kwistjoni inċidentali dwar il-klassifikazzjoni ta’ din l-ittra tal-Kummissjoni. Minn dan jirriżulta li l-argument, li l-proġett ta’ investiment issa laħaq tlesta, ma jistax ikun ta’ bażi għall-evalwazzjoni tal-bżonn.

Rigward il-kriterju tal-effett ta’ inċentiv, il-Qorti tal-Prim’Istanza espressament ħalliet din il-kwistjoni miftuħa. Anki kieku, kuntrarjament għall-opinjoni tal-appellanti, il-bżonn u l-effett ta’ inċentiv huma kkunsidrati bħala żewġ kundizzjonijiet distinti ta’ awtorizzazzjoni, it-tnejn kemm huma jkunu f’dan il-każ sodisfatti.

It-tielet paragrafu tal-punt 4.2 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali jipprovdi li l-kriterju tal-effett ta’ inċentiv huwa ssodisfatt billi t-talba għal għajnuna ġiet imressqa qabel il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-proġett. Tista’ tkun determinanti f’dan ir-rigward — hekk kif espost iktar ’il fuq — biss it-talba għal għajnuna mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali. L-appellanti ressqet din it-talba qabel ma nbiet l-eżekuzzjoni u għalhekk issodisfat dan il-kriterju. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx dan inkunsiderazzjoni, b’hekk kisret mhux biss l-Artikolu 87 KE, iżda wkoll il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali.

Is-sentenza appellata tmur wkoll kontra l-qafas multisettorjali tal-għajnuna b’għan reġjonali favur proġetti kbar ta’ investiment u l-prinċipju tat-trattament ugwali, billi l-Qorti tal-Prim’Istanza approvat l-applikazzjoni inkoerenti tal-evalwazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tal-proċeduri ta’ notifika rigward l-għajnuna inizjali, il-Kummissjoni tat x’tifhem li hija ffissat il-fattur “stat tal-kompetizzjoni” għas-suq ta’ prodotti inkwistjoni b’koeffiċjenti 0.75, sabiex imbagħad, tliet ġimgħat wara biss, f’deċiżjoni oħra tagħti evalwazzjoni differenti fuq l-istess suq inkwistjoni u tikkunsidra bħala xieraq, skont il-qafas multisettorjali, l-għajnuna b’għan reġjonali favur proġetti kbar ta’ investiment koeffiċjent ta’ 1.0. Minkejja li l-Kummissjoni tiddisponi minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni ekonomika ta’ sitwazzjoni ta’ fatt, dan il-marġni madankollu huwa limitat bil-fatt li s-swieq għal prodotti identiċi huwa identiċi, b’mod partikolari meta s-swieq tal-istess grupp ta’ prodotti huma evalwati fi żmien tliet ġimgħat.

Fl-aħħar nett, żball ieħor mwettaq mill-Qorti tal-Prim’Istanza jikkonsisti fil-fatt li hija totalment injorat l-argument imressaq mill-appellanti, fejn skontha hija kienet obbligata li twettaq il-proġett ta’ investiment f’terminu ta’ 36 xahar minn meta ġiet imressqa t-talba. Jekk l-appellanti naqset minn dan l-obbligu hija kienet titlef il-benefiċċju tal-għajnuna kollu. Ma tistax isirilha kritika minħabba li hija kkonformat ma’ dan. Dan iwassal għall-ksur mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Artikolu 87 KE kif ukoll tal-prinċipju, li l-Kummissjoni għandha tikkonforma ruħha mar-regoli ta’ amministrazzjoni tal-għajnuna adottati u implementati minnha.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Disziplinarkommission (l-Awstrija) fl-1 ta’ April 2009 — Mag. Lic. Robert Koller vs Rechtsanwaltsprüfungskommission beim Oberlandesgericht Graz

(Kawża C-118/09)

2009/C 141/48

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Disziplinarkommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mag. Lic. Robert Koller

Konvenuta: Rechtsanwaltsprüfungskommission beim Oberlandesgericht Graz

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 89/48/KEE (1) hija applikabbli għall-każ ta’ ċittadin Awstrijak meta dan

a)

temm b’suċċess fl-Awstrija ċiklu ta’ studji unversitarji fil-liġi u ngħata, b’deċiżjoni f’dan is-sens, it-titolu akkademiku ta’ “Magister der Rechtswissenschaften”,

b)

ġie sussegwentement awtorizzat, permezz ta’ att ta’ rikonoxximent mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u tax-Xjenza tar-Renju ta’ Spanja, wara li għadda mill-eżamijiet komplementari f’università Spanjola li madankollu involvew perijodu ta’ taħriġ ta’ inqas minn tliet snin, juża t-titolu Spanjol — ekwivalenti għat-titolu Awstrijak — ta’ “Licenciado en Derecho”, u

ċ)

kiseb, billi rreġistra ruħu mal-Kamra tal-Avukati ta’ Madrid, l-awtorizzazzjoni li juża t-titolu professjonali ta’ “abogado” fi Spanja, u effettivament eżerċita l-professjoni ta’ avukat fi Spanja, u dan, qabel ma ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu, għal tliet ġimgħat, u, fir-rigward tad-data tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, għal mhux iktar minn ħames xhur?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tal-Bundesgesetz über den freien Dienstleistungsverkehr under die Niederlassung von europäischen Rechtsanwälten in Österreich (Liġi federali dwar il-moviment ħieles ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ avukati Ewropej fl-Awstrija, iktar ’il quddiem l-“EuRAG”), fis-sens li l-kisba ta’ diploma Awstrijaka fil-liġi kif ukoll l-awtorizzazzjoni li jintuża t-titolu Spanjol ta’ “Licenciado en Derecho”, mogħtija wara li wieħed jgħaddi, f’perijodu ta’ inqas minn tliet snin, minn eżamijiet komplementari f’università Spanjola, mhumiex suffiċjenti sabiex wieħed jiġi ammess joqgħod għall-eżami tal-kapaċità (aptitude test) fl-Awstrija, skont l-Artikolu 24(1) tal-EuRAG, fin-nuqqas ta’ prova tal-esperjenza prattika mitluba mid-dritt nazzjonali (Artikolu 2(2) tar-Rechtsanwaltsordnung (Kodiċi tal-Avukatura)) anki jekk l-applikant, fi Spanja, huwa awtorizzat jeżerċita professjoni inkwantu “abogado”, mingħajr rekwiżit komparabbli ta’ esperjenza prattika, u eżerċita hemmhekk din il-professjoni, qabel ma ppreżenta l-applikazzjoni, għal tliet ġimgħat, u, fir-rigward tad-data tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, għal mhux iktar minn ħames xhur, hija kompatibbli mad-Direttiva 89/48/KEE?

3.

Il-proċeduri huma sospiżi sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tagħti d-deċiżjoni tagħha.


(1)  ĠU L 19, p. 16.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-1 ta’ April 2009 — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-119/09)

2009/C 141/49

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société fiduciaire nationale d’expertise comptable

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), kienet intiża li tipprekludi, fir-rigward tal-professjonijiet irregolati li hija tipprevedi, kull projbizzjoni ġenerali, tkun xi tkun il-forma ta’ prattika kummerċjali kkonċernata, jew tħalli lill-Istati Membri l-possibbiltà li jżommu l-projbizzjonijiet ġenerali fir-rigward ta’ ċerti prattiki kummerċjali, bħal dik tal-bejgħ bieb-bieb?


(1)  ĠU L 376, p. 36.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/28


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-120/09)

2009/C 141/50

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li billi ma assiguratx it-traspożizzjoni fil-liġi tal-Vallonja tal-Artikolu 2(f), (j) u (k) u tal-ittra C tal-punt 4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (1), ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi imposti fuqu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea qajmet żewġ ilmenti insostenn tar-rikors tagħha.

Minn naħa, hija tikkritika lill-konvenut li ma ttrasponiex fil-liġi tar-Reġjun tal-Vallonja l-kunċetti ta’ “ħażna taħt l-art”, “gass tat-terraferma” u “eluate”, previsti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(f), (j) u (k) tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma. Il-Kummissjoni tinsisti fuq l-importanza ta’ dawn il-kunċetti, li, peress li huma kunċetti ewlenin għall-applikazzjoni tad-direttiva, huma wkoll riprodotti f’dispożizzjonijiet oħra adottati fuq il-bażi u skont din tal-direttiva.

Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti tesponi l-fatt li l-liġi tal-Vallonja ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar il-limiti mixtieqa li minn meta jinqabżu jista’ jitqies li s-sit tal-miżbla għandu effett ħażin sinjifikattiv fuq il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art. Issa, id-dispożizzjoni tal-ittra C tal-punt 4 tal-Anness III tad-direttiva, li tipprevedi l-adozzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet, hija ta’ importanza kruċjali għall-assigurazzjoni ta’ kontroll effettiv tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art u, konsegwentement, sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tal-ambjent li tikkostitwixxi l-għan ewlieni tad-direttiva.


(1)  ĠU L 182, p. 1.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/29


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-121/09)

2009/C 141/51

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314/KEE; (1)

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Peress li r-Repubblika Taljana stabbilixxiet terminu ta’ tliet xhur b’effett mid-data ta’ meta jintemm il-vjaġġ sabiex titressaq talba ta’ intervent quddiem il-Fond ta’ Garanzija mill-konsumatur ta’ vjaġġi kollox kompriż, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314.

2.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314 jipprovdi li l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ li jkun parti kontraenti għandu jipprovdi provi biżżejjed ta’ garanzija għar-rifużjoni tal-flus li jkunu tħallsu u għar-ripatrijazzjoni tal-konsumatur fil-każ ta’ insolvenza jew falliment. Skont l-interpretazzjoni li tirriżulta mill-ġurisprudenza Komunitarja, din id-dispożizzjoni timponi obbligu ta’ riżultat fuq l-Istati Membri, li jimplika li x-xerrej ta’ vjaġġ “kollox kompriż” jingħata dritt għal protezzjoni effettiva kontra r-riskji ta’ insolvenza u ta’ falliment tal-organizzaturi u, b’mod partikolari, dritt għal rimbors tas-somma mħallsa u dritt għal ripatrijazzjoni.

3.

L-Artikolu 8 sussegwenti jippermetti lill-Istati Membri jadottaw regoli iktar stretti, iżda biss sa fejn dawn joffru protezzjoni ikbar lill-konsumatur.

4.

Fil-każ inkwistjoni, il-leġiżlazzjoni Taljana inkwistjoni għandha, skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet nazzjonali matul il-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, l-għan li tiżgura l-possibbiltà, għall-baġit tal-Istat, ta’ rkupru tas-somom mħallsa lill-konsumaturi u għalhekk li jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Istat pjuttost milli tiġi żgurata protezzjoni ikbar lix-xerrejja ta’ vjaġġi “kollox kompriż”.

5.

Għalkemm il-Kummissjoni tifhem l-interess li l-Italja għandha sabiex tiżġura ġestjoni tajba u bbilanċjata tal-Fond ta’ Garanzija, billi tiffaċilita il-possibbiltà ta’ rikors għal kumpens ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-operatur turistiku, hija ssostni li tali miżura, billi timponi terminu perentorju għall-preżentata ta’ talba ta’ intervent tal-Fond, timplika kundizzjoni li tista’ ċċaħħad il-konsumatur mid-drittijiet iggarantiti mid-Direttiva 90/314.

6.

Huwa minnu, kif isostnu l-awtoritajiet Taljani, li l-konsumatur jista’ jippreżenta huwa stess talba ta’ intervent tal-Fond hekk kif isir jaf dwar ċirkustanzi li jistgħu jostakolaw l-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Madankollu, sabiex ikun jista’ jibbenefika minn din il-possibbiltà, huwa neċessarju li dan ikun jaf biċ-ċirkustanzi inkwistjoni. Issa, jekk jiġu esklużi l-każijiet fejn il-falliment tal-organizzatur tal-vjaġġ huwa manifestament ikkonstatat sa fejn hemm sentenza li tiddikjara tali falliment, fil-biċċa l-kbira tas-sitwazzjonijiet, il-konsumatur ma jkunx jaf bis-sitwazzjoni patrimonjali eżatta tal-imsemmi operatur. Għaldaqstant, huwa normali li, l-ewwel nett, ix-xerrej jirrikorri għand dan tal-aħħar sabiex jikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa, billi jibgħat ittra, eventwalment talba, u fl-aħħar nett, ordni. B’dan il-mod, hemm riskju li t-terminu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Digriet Ministerjali Nru 349/1999 ikun ilu li skada sakemm tiġi ppreżentata t-talba ta’ intervent tal-Fond ta’ Garanzija, bil-konsegwenza li l-konsumatur jiġi mċaħħad mir-rimbors tas-somom imħallsa.

7.

Sabiex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkontestat fil-proċedura preżenti, l-awtoritajiet Taljani ħabbru, għall-ewwel, li kienu ser jestendu t-terminu għall-preżentata tat-talba ta’ intervent tal-Fond minn tliet xhur għal tnax-il xhar, u wara, li kienu ser jirrevokawh.

8.

Barra minn hekk, l-imsemmija awtoritajiet ippubblikaw fil-Gazzetta ufficiale della Repubblika italiana (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana), notifika intiża sabiex tinforma lill-persuni li jistgħu jkunu kkonċernati, li sakemm jiġi rrevokat it-terminu inkwistjoni, u sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumaturi, it-talbiet quddiem il-Fond tal-Garanzija jistgħu jitressqu f’kull ħin.

9.

Il-Kummissjoni ssostni li tali miżuri, minkejja li jikkostitwixxu tentattiv ta’ min ifaħħru sabiex jiġu rimedjati l-konsegwenzi tal-ksur ikkontestat, mhumiex biżżejjed sabiex jeliminaw ir-riskju li x-xerrej ta’ vjaġġ “kollox kompriż” jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu għal protezzjoni effettiva fil-każ ta’ falliment tal-organizzatur.

10.

Sabiex tiġi ggarantita kompletament iċ-ċertezza ta’ dan id-dritt, b’tali mod li l-individwi jkunu jafu il-portata sħiħa tad-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati, id-dispożizzjoni ta’ direttiva għandhom jiġu implementati b’effiċjenza, bid-dettall u b’ċarezza inkontestabbli u mhux biss permezz ta’ prassi amministrattivi, li min-natura tagħhom jistgħu jiġu emendati skont id-diskrezzjoni tal-amministrazzjoni nazzjonali.

11.

Il-fatt li fis-sistema Taljana fl-istess ħin jeżistu, minn naħa, dispożizzjoni li qatt ma ġiet formalment revokata, li tipprovdi taħt piena ta’ dekadenza terminu ta’ tliet xhur għall-preżentata ta’ talba ta’ intervent tal-Fond, u min-naħa l-oħra, ta’ notifika tal-amministrazzjoni li tipprovdi li dan it-terminu m’għandux jittieħed inkunsiderazzjoni, toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza għax-xerrejja ta’ vjaġġi “kollox kompriż”.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/314/KE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, p. 59)


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fit-2 ta’ April 2009 — Enosi Efopliston Aktoploïas et vs Ypourgos Emporikis Naftilías și Ypourgos Aigaíou

(Kawża C-122/09)

2009/C 141/52

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enosi Efopliston Aktoploïas et

Konvenuti: Ypourgos Emporikis Naftilías u Ypourgos Aigaíou

Domandi preliminari

1)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10 KE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 249 KE: i) il-leġiżlatur Grieg, sakemm iddum fis-seħħ l-eżenzjoni temporanja sal-1 ta’ Jannar 2004, mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, p. 7), liema eżenzjoni ġiet introdotta mill-Artikolu 6(3) tal-istess regolament u li tapplika għall-Greċja, huwa marbut li jżomm lura milli jadotta dispożizzjonijiet li jistgħu jikkompromettu b’mod gravi l-applikazzjoni sħiħa u effettiva tar-Regolament Nru 3577/92 fil-Greċja mill-1 ta’ Jannar 2004 ’il quddiem? ii) l-individwi għandhom id-dritt li jinvokaw ir-regolament sabiex jikkontestaw il-validità ta’ dispożizzjonijiet, adottati mil-leġiżlatur Grieg qabel l-1 ta’ Jannar 2004 fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jkunu jikkompromettu b’mod gravi l-applikazzjoni sħiħa u effettiva ta’ tali regolament fil-Greċja mill-1 ta’ Jannar 2004?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni sħiħa fil-Greċja tar-Regolament Nru 3577/92 mill-1 ta’ Jannar 2004, tkun kompromessa b’mod gravi minħabba l-adozzjoni min-naħa tal-leġiżlatur Grieg, qabel l-1 ta’ Jannar 2004, ta’ dispożizzjonijiet li għandhom natura eżawrjenti u permanenti, li ma jipprovdux għall-iskadenza tal-validità tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2004 u li huma inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 3577/92?

3)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel u t-tieni domanda, l-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 jippermettu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li permezz tagħhom il-proprjetarji ta’ vapuri jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kabotaġġ marittimu fuq rotot partikolari biss, stabbiliti kull sena mill-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tinħareġ awtoriżżazzjoni amministrattiva, fil-kuntest ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni li għandha l-karatteristiċi segwenti? i) titratta mingħajr distinzjoni r-rotot kollha li jservu lill-gżejjer, ii) l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom il-possibbiltà li jaċċettaw applikazzjoni ppreżentata għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ rotta, billi jwettqu, b’mod diskrezzjonali u mingħajr ma jistabbilixxu bil-quddiem il-kriterji applikati, bidliet unilaterali tal-elementi tal-applikazzjoni fir-rigward tal-frekwenza u tal-perijodu ta’ interruzzjoni tas-servizz, kif ukoll in-nol?

4)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel u t-tieni domanda, dispożizzjoni nazzjonali tkun qed tintroduċi restrizzjoni mhux permessa għal-liberta li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 49 KE jekk tipprevedi li l-proprjetarju ta’ vapur, li tinħariġlu awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ vapur fuq rotta partikolari mill-amministrazzjoni (li tilqa’ l-applikazzjoni tiegħu, fil-forma oriġinali tagħha jew wara bidliet ta’ xi wħud mill-elementi tagħha li ġew aċċettati mill-proprjetarju tal-vapur) huwa, bħala prinċipju, obbligat li jipprovdi s-servizz mingħajr interruzzjoni fuq ir-rotta inkwistjoni għat-tul kollu tal-perijodu annwali ta’ servizz u li għandu, qabel ma jibda s-servizz, jiddepożita, bħala garanzija tat-twettiq ta’ tali obbligu, ittra ta’ garanzija, liema garanzija tiżdied, totalment jew parzjalment, fil-każ fejn l-obbligu inkwistjoni ma jiġix imwettaq jew jitwettaq b’mod mhux eżatt?


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/31


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Ċipru

(Kawża C-125/09)

2009/C 141/53

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u A. Nijenhuis)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Talbiet tal-parti(jiet) rikorrenti

tiddikjara li, billi ma żguratx li d-drittijiet ta’ aċċess fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jingħataw fi żmien xieraq, mingħajr diskriminazzjoni u b’mod trasparenti, ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva Kwadru [Qafas] u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Mill-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jidher ċar li t-tieni fornitur ta’ telefonija mobbli ma kellux il-possibbiltà jistabbilixxi b’mod effettiv in-netwerk tiegħu sabiex jipprovdi servizzi ta’ kommunikazzjoni elettriċi fil-konfront tal-operatur stabbilit tan-netwerk, Arkhi Tilepikinonion Kiprou (Awtorità tat-Telekomunikazzjoni ta’ Ċipru; “ATHK”), minħabba proċeduri twal u mhux koordinati f’Ċipru.

2.

Il-Kummissjoni ssostni li, minħabba l-aġir tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti Ċiprijotti (komuni u/jew distretti), it-tieni fornitur ta’ telefonija mobbli m’għandux f’dan il-mument il-permessi ta’ bini meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali u għaldaqstant in-netwerk eżistenti tiegħu, li għandha tissodisfa r-rekwiżit strett tal-kopertura ġeografika mdaħħal fil-permess tiegħu, jista’ jitqies li qiegħed jopera bi ksur tal-liġi Ċiprijotta.

3.

Il-Kummissjoni tqis li sitwazzjoni bħal din twassal għal żvantaġġi sostanzjali għall-attivitajiet tat-tieni operatur tan-netwerk tat-telefonija mobbli. Peress li ma lestiex l-iżvilupp tan-netwerk tiegħu, jista’ joffri kopertura ġeografika kompleta lid-destinatarji finali biss permezz tas-servizzi tar-roaming nazzjonali li huma disponibbli, bi prezzijiet bl-ingrossa, mingħand ATHK. Dan jirriżulta f’dipendenza tat-tieni operatur fuq is-servizz tar-roaming nazzjonali bl-ingrossa ta’ ATHK għal madwar 20 % tat-traffiku totali tiegħu. Għaldaqstant, peress li n-netwerk tat-tieni operatur ma tipprovdix kopertura ġeografika kompleta, huwa jkollu jbati l-ispejjeż esterni reali għall-użu tas-servizz tar-roaming nazzjonali bl-ingrossa ta’ ATHK, u huwa dipendenti fuq dan is-servizz.

4.

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dan id-dewmien sinjifikattiv, fir-rigward tal-għoti lit-tieni fornitur ta’ telefonija mobbli, ta’ dritt ta’ aċċess fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika sabiex jinstalla arbli u antenni jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva Qafas, li jipprovdi li l-awtorità kompetenti għandha taġixxi fuq il-bażi ta’ proċeduri trasparenti u disponibbli pubblikament, lil huma applikati mingħajr disriminazzjoni u mingħajr dewmien.

5.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru ssostni li d-digriet li kellu jiġi adottat immedjatament wara l-vot fuq l-abbozz ta’ liġi kien mistenni jkopri punti importanti oħra tal-Kodiċi, bħar-regola tas-sitt ġimgħat u, ġeneralment, id-dispożizzjonijiet kollha tar-raba’ paragrafu tal-Kodiċi. Madankollu, id-digriet imsemmi iktar ’il fuq qatt ma ġie adottat, bir-riżultat li s-sitwazzjoni baqgħat essenzjalment l-istess. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li d-Direttiva Qafas u d-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni f’dan il-mument mhumiex implementati b’mod korrett f’Ċipru sa fejn jirrigwardaw l-għoti ta’ permessi għall-ippjanar urban u għall-bini.

6.

Għaldaqstant, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva Qafas ma jistgħux jiġu implementati qabel l-implementazzjoni formali tal-miżuri li ser isiru li jimplementaw il-Kodiċi, peress li, fin-nuqqas li titlesta l-proċedura neċessarja u li jiġi adottat id-digriet, is-sistema ġdida ta’ permessi ta’ bini ma tkunx tista’ tidħol fis-seħħ.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/31


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-126/09)

2009/C 141/54

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (1) jew, f’kull każ, billi ma nnotifikhomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE skada fid-9 ta’ Settembru 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva jew, f’kull każ, huwa ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.


(1)  ĠU L 226, p. 4.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2009 — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs Simex Trading AG

(Kawża C-127/09)

2009/C 141/55

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Prestige Lancaster Group GmbH.

Konvenuta: Simex Trading AG

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104/KEE (2) jinkludi l-għoti, mingħajr trasferiment ta’ proprjetà u bi projbizzjoni ta’ bejgħ, ta’ kampjuni ta’ fwieħa lill-intermedjarji marbuta b’kuntratt, intiżi sabiex il-klijenti potenzjali tagħhom ikunu jistgħu jippruvawhom, meta dawn il-kampjuni jkollhom indikazzjoni ta’ projbizzjoni ta’ bejgħ, meta jkunu jistgħu f’kull ħin jiġu rtirati mill-manifattur/proprjetarju tat-trade mark bis-saħħa tal-kuntratt u meta l-imballaġġ tagħhom ikun kunsiderevolment differenti, minħabba li jkun iktar sempliċi, mill-imballaġġ tal-prodotti li jitqiegħdu fis-suq abitwalment mill-manifattur/proprjetarju tat-trade mark?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

(2)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex ikunu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (ĠU L 40, p. 1)


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fl-10 ta’ April 2009 — Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon vs DIVANI AKROPOLIS Anonymi Xenodochiaki kai Touristiki Etairia

(Kawża C-136/09)

2009/C 141/56

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon

Konvenuta: DIBANI AKROPOLIS Anonimi Xenodocheiaki kai Touristiki Etaireia.

Domanda preliminari

1)

Is-sempliċi stallazzjoni mil-lukandier, fil-kmamar tal-lukanda, ta’ settijiet tat-televiżjoni u l-konnessjoni tagħhom mal-antenna ċentrali stallata fil-lukanda, mingħajr l-ebda azzjoni, intermedjazzjoni jew intervent ieħor tal-lukandier, tikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE? B’mod iktar partikolari, fid-dawl tas-sentenza diġà ċċitata tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Diċembru 2006 (SGAE, C-306/05, Ġabra 2006 p. I-11519), teżisti, f’dan il-każ, distribuzzjoni ta’ sinjal lill-klijenti li joqgħodu fil-kmamar tal-lukanda, permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni li huma stallati hemmhekk bl-intervent tekniku tal-lukandier?


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-15 ta’ April 2009 — 1. M. Josemans 2. Burgemeester van Maastricht

(Kawża C-137/09)

2009/C 141/57

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti

:

1.

M. Josemans

2.

Burgemeester van Maastricht.

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-aċċess ta’ persuni mhux residenti għall-coffeshops, taqa’ kompletament jew parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KE u b’mod partikolari tal-moviment liberu tal-merkanzija jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew saħansitra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni taħt l-Artikolu 12 KE moqri flimkien mal-Artikolu 18 KE?

2)

Jekk ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-projbizzjoni milli persuni mhux residenti jitħallew jidħlu ġewwa coffeeshops hija mezz ġust u proporzjonat sabiex jitnaqqas it-turiżmu tad-droga u l-inkonvenjenzi li joħloq?

3)

Il-projbizzjoni milli ssir diskriminazzjoni bejn ċittadini minħabba ċ-ċittadinanza, li tinsab fl-Artikolu 12 KE moqri flimkien mal-Artikolu 18 KE, hija applikabbli għal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess ta’ persuni mhux residenti ġewwa coffeeshops jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jkunux applikabbli?

4)

Jekk dan ikun il-każ, id-distinzjoni magħmula b’mod indirett f’dan ir-rigward bejn persuni residenti u persuni mhux residenti hija ġġustifikata u l-projbizzjoni milli persuni mhux residenti jitħallew ġewwa coffeeshops hija mezz ġust u proporzjonat sabiex jitnaqqas it-turiżmu tad-droga u l-inkonvenjenzi li joħloq?


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-139/09)

2009/C 141/58

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. de Schietere de Lophem u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1) jew, f’kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE skada fit-30 ta’ April 2008. Issa, fid-data tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 102, p. 15.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-141/09)

2009/C 141/59

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/56/KE tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limita (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1 sa 4, 5 sa 8, l-Artikolu 13 tagħha, kif ukoll l-Artikoli 16 u 9(2), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE skada fl-14 ta’ Diċembru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni


(1)  ĠU L 310, p. 1.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/33


Rikors ippreżentat fid-27 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-149/09)

2009/C 141/60

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata illi billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/68/KE skada fil-15 ta’ April 2008. Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kienu għadu ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva, jew fi kwalunke każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.


(1)  ĠU L 264, p. 32


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank van koophandel Brussel — Il-Belġju) — Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV vs Andacon NV

(Kawża C-132/07) (1)

2009/C 141/61

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tieni Awla Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-112/08) (1)

2009/C 141/62

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni peliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — proċeduri mibdija minn Hermann Fisher, Rolf Fisher, fil-preżenza ta’: Regierungspräsidium Freiburg

(Kawża C-193/08) (1)

2009/C 141/63

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/34


Digriet tal-President tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-234/08) (1)

2009/C 141/64

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/34


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-269/08) (1)

2009/C 141/65

Lingwa tal-kawża: Il-Malti

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 197,02.08.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tas-17 ta’ Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-283/08) (1)

2009/C 141/66

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-284/08) (1)

2009/C 141/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-294/08) (1)

2009/C 141/68

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-326/08) (1)

2009/C 141/69

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-369/08) (1)

2009/C 141/70

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/35


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-463/08) (1)

2009/C 141/71

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 327, 20.10.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/36


Digriet tal-President tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal tal-Prim’Istanza ta’ Namur — Il-Belġju) — Atenor Group SA vs L-Istat ta’ Belġju

(Kawża C-514/08) (1)

2009/C 141/72

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2009 (Talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Liège — il-Belgju) — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd

(Kawża C-584/08) (1)

2009/C 141/73

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


Qorti tal-Prim' Istanza

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Itochu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/03) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob kompatibbli mal-consoles tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Responsabbiltà għall-aġir illegali - Multi - Trattament differenzjat - Effett dissważiv - Dewmien tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il proċedura amministrattiva”)

2009/C 141/74

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Itochu Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: Y. Shibasaki, G. van Gerven, T. Franchoo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn P. Hellström u O. Beynet, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre u O. Beynet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/675/KE, tat-30 ta’ Ottubru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33), sa fejn jirreferu għar-rikorrenti, jew, b’mod sussidjarju, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Itochu Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 55, 8.3.2003


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Nintendo u Nintendo of Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/03) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Multi - Effett dissważiv - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej jew istigatur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”)

2009/C 141/75

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nintendo Co., Ltd (Kyoto, il-Ġappun); u Nintendo of Europe GmbH (Grossostheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, J. Pheasant, M. Powell, C. Kennedy-Loest, solicitors, u J. Killick, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: irrapreżentata inizjalment minn O. Beynet u A. Whelan, sussegwentement minn X. Lewis u O. Beynet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/675/KE, tat-30 ta’ Ottubru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33).

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Nintendo Co., Ltd u Nintendo of Europe GmbH huwa stabbilit għal EUR 119 242 500.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 70, 22.3.2003.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — CD-Contact Data vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/03) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Prova tal-eżistenza ta’ ftehim intiż sabiex jillimita l-kompetizzjoni parallela - Multi - Trattament differenzjat - Ċirkustanzi attenwanti”)

2009/C 141/76

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CD-Contact Data GmbH (Burglengenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. de Pree u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, X. Lewis u O. Beynet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2003/675/KE, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33).

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq CD-Contact Data GmbH huwa stabbilit għal EUR 500 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 70, 22.3.2003.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/06) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana - Irregolaritajiet fil-kontrolli ta’ kwalità - Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata - Proporzjonalità”)

2009/C 141/77

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE tas-27 ta’ Lulju 2006 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), safejn din tipprovdi korrezzjoni finanzjarja applikabbli għall-ispejjeż iddikjarati mir-Renju ta’ Spanja bħala kumpens lill-produtturi tal-banana għas-snin 2002 u 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α)

(Kawża T-23/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/78

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hambourg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv α bħala trade mark Komunitarja,

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) hija annullata.

2)

M’hemmx lok għal deċiżjoni dwar it-tieni kap ta’ talbiet ta’ BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Bodegas Montebello vs UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)

(Kawża T-430/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/79

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Montebello, SA (Montilla, Spanja) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, I. Lehmann Novo u A. Hernández Lehmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. López Fernández de Corres u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Montebello SARL (Petit-Bourg, Franza) (rappreżentant: G.-G. Lamoureux, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Settembru 2007 (Każ R 223/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Montebello, SA u Montebello SARL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bodegas Montebello, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22 26.1.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — Rotter vs UASI (Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett)

(Kawża T-449/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/80

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Rotter (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1415/2006-4) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta kompożizzjoni ta’ zalzett bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T. Rotter huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-492/07 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi - Rati ta’ moltiplikazzjoni ta’ referenza - Artikoli 6 u 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess li jiġi invokat aggravju”)

2009/C 141/81

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, il-Belġju) u d-disa’ uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2007, Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni (F-115/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

C. Sanchez Ferriz u d-disa’ uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kumissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Mejju 2009 — M vs EMEA

(Kawża T-12/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Invalidità - Talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ċaħdet l-ewwel talba għall-konvokazzjoni tal-kummissjoni ta’ invalidità - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Fatti ġodda u sostanzjali - Ammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu morali”)

2009/C 141/82

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)

Appellata: Agence européenne des médicaments (EMEA) (rappreżentant: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), huwa annullat.

2)

Id-deċiżjoni tal-Agence européenne des médicaments (EMEA) tal-25 ta’ Ottubru 2006 hija annullata, inkwantu din ċaħdet it-talba ta’ M tat-8 ta’ Awwissu 2006 intiża sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni ta’ invalidita.

3)

L-EMEA hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 3 000 lill-appellant.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

L-EMEA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal dawk ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Enercon vs UASI (E-Ship)

(Kawża T-81/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali E-Ship - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/83

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u V. Henke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appel tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 319/2007-1) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal E-Ship bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/41


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — ars Parfum Creation & Consulting vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-fwieħa)

(Kawża T-104/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun tal-fwieħa - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1)(b), Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/84

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ars Parfum Creation & Consulting GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1656/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ flixkun tal-fwieħa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ars Parfum Creation & Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Marzu 2009 — Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/08) (1)

(“Fond Soċjali Ewropew - Skemi ta’ taħriġ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta”)

2009/C 141/85

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Rui Manuel Alves dos Santos (Alvaiázere, il-Portugall) (rappreżentant: A. Marques Fernandes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Kotschy, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2004, innotifikata lil Rui Manuel Slves dos Santos fit-3 ta’ Marzu 2008, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għal skema ta’ taħriġ professjonali pprenżentata mill-amministrazzjoni Portugiża, fil-fajl Nru 890488 P1.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rui Manuel Alves dos Santos huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ April 2009 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill

(Kawża T-217/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 248/2008 - Sistema tal-kwoti tal-ħalib - Żieda tal-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

2009/C 141/86

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV (Bonn, il-Ġermanja); Romuald Schaber (Petersthal, il-Ġermanja); Stefan Mann (Eberdorfergrund, il-Ġermanja); u Walter Peters (Körchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Renner u O. Schniewind, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u Z. Kupčová, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u M. Vollkommer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008, tas-17 ta’ Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV, Romuald Schaber, Stefan Mann u Walter Peters għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ April 2009 — Perry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/08) (1)

(“Rikors għad-danni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà”)

2009/C 141/87

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Perry (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Culioli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba akkużi ta’ miżapproprjazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja Komunitarja li suppost seħħew mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u kumpanniji tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Claude Perry huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Ċessjoni tal-att ikkontestat - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 141/88

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3243 tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-grupp ta’ proġetti 2001.ES.16.C.P.E.045 [Ipproċessar tal-iskart f’Galicia — 2001 (Grupp II], bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2001) 4193 tal-20 ta’ Diċembru 2001.

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Irtirar tal-att ikkontestat - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 141/89

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3247, tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija taħt il-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-grupp ta’ proġetti 2001.ES.16.C.P.E.036 (tindif tal-baċir idrografiku tat-Tramuntana — Galizja — 2001), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2001) 4084, tal-20 ta’ Diċembru 2001.

Dispożittiv

1)

M’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ April 2009 — Cachuera vs UASI — Gelkaps (Ayanda)

(Kawża T-43/09) (1)

(“Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2009/C 141/90

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Cachuera, SA (Misiones, l-Arġentina) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gelkaps GmbH (Pritzwalk, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ RE 87/2008-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Cachuera, SA u Gelkaps GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

La Cachuera, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/43


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Nycomed Danmark vs EMEA

(Kawża T-52/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Aġent ta’ immaġni ta’ echocardiographic ultrasound għall-finijiet ta’ dijanjosi (perflubutane) - Rifjut tal-EMEA sabiex tagħti deroga mill-obbligu li jiġi sottomess pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 141/91

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek u H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa waħda, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-EMEA tat-28 ta’ Novembru 2008 li ċaħdet it-talba għal deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutane u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/43


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ April 2009 — UCAPT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2009/C 141/92

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union des Coopératives agricoles des producteurs de tabac de France UCAPT (Parigi, Franza) (rappreżentanti: B. Peignot u D. Garreau, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Moore u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospenszjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/43


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/09)

2009/C 141/93

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-4 ta’ Awwissu 2008 fil-Każ N 287/2008; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awwissu 2008 fil-Każ N 287/2008 (1) li biha l-Kummissjoni approvat, abbażi tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE, għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija mill-Istat Daniż lil TV 2 Danmark A/S (iktar ’il quddiem “TV 2”).

Ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna mhijiex kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(ċ) għaliex tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità previst f’din id-dispożizzjoni li tipprovdi li tali għajnuna m’għandhiex “[tfixkel] il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. L-ewwel nett, b’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset lil TV 2 bħala “impriża f’diffikultà” skont it-termini tal-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà [traduzzjoni mhux uffiċjali] (2). It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-għajnuna ta’ salvataġġ kienet limitata biss għal dak li huwa neċessarju sabiex TV 2 tibqa’ fin-negozju u li l-għajnuna inkwistjoni ngħatat f’kwatitajiet li ma jippermettux lil TV 2 tinvesti f’attivitajiet oħra jew taġixxi b’mod aggressiv fis-swieq kummerċjali. It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-għajnuna mill-Istat li TV 2 rċeviet fil-passat.


(1)  Sommarju tad-deċiżjoni kkontestata ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009 C 9, p.2) u verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni kienet aċċessibbli fis-sit http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

(2)  Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU 2004 C 244, p. 2)


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/44


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2009 — La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI — Heldmann (BLOOMCLOTHES)

(Kawża T-118/09)

2009/C 141/94

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Sonrisa de Carmen SL (Vigo, Spanja), Bloom Clothes SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Míguez Pereira, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harald Heldmann (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tat-8 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 695/2008-2 u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark imħallta BLOOMCLOTHES bħala trade mark Komunitarja fil-klassijiet 25 u 35.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark imħallta komposta mit-terminu “BLOOMCLOTHES” flimkien ma’ tpinġija ta’ faqqiegħ (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 077 128) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Harald Heldmann.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali “BLOOM” (Trade mark Ġermaniża Nru 30 439 990) għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) [issostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)].


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2009 — Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/09)

2009/C 141/95

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd, Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd (rappreżentanti: F. Carlin, Barrister, A. MacGregor, Solicitor, N. Niejahr u Q. Azau, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament sa fejn jimponi dazji antidumping fuq il-prodotti manifatturati u esportati mir-rikorrenti;

tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tħallas l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament, skont l-Artikolu 230 KE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Definittiv”), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti.

Ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament Definittiv għandu jiġi annullat sa fejn jirrigwardahom peress li jikser id-drittijiet tad-difiża tagħhom, l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom,

(i)

minħabba li ma ġewx informati fi żmien utli bil-fatti essenzjali, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 (2), kif ukoll in-nuqqas li jingħataw spjegazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-inkonsistenzi fil-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja, bl-effett li r-rikorrenti ma setgħux jagħtu l-opinjoni tagħhom jew jiddefendu l-interessi tagħhom b’mod utli.

(ii)

fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dannu fejn il-Kummissjoni naqset:

(a)

li tirrispondi għad-domandi tar-rikorrenti dwar inkonsistenzi fid-data tal-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja fi żmien utli sabiex ir-rikorrenti jagħtu l-opinjoni tagħhom qabel ma’ l-Kunsill adotta r-Regolament Definittiv.

(b)

li tipprovdi lir-rikorrenti bl-ispjegazzjonijiet mitluba fir-rigward taċ-ċaħda li jitqies l-impatt fuq il-prezz ta’ materji primi;

(c)

li tispjega kif l-Kummissjoni kienet ikkalkolat iż-żieda ta’ 2 % għall-ispejjeż tal-importazzjoni u l-marġni tal-importatur, u

(d)

permezz ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni inkonsistenzi sinjifikattivi fir-rigward tad-data tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja meta ddeterminat id-danni.

Ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament Definittiv jikser ukoll l-Artikolu 253 KE billi jonqos milli jiddikjara l-motivazzjonijiet li fuqhom ġie bbażat fir-rigward ta’ element essenzjali ta’ fatt, b’mod partikolari ż-żieda ta’ 2 % għall-ispejjeż tal-importazzjoni u l-marġini tal-importatur, li huwa rilevanti għall-konstatazzjonijiet magħmula fir-Regolament Definittiv li wasslu għall-impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi applikabbli għar-rikorrenti.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti jsostnu li, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom waqt il-proċedura, fir-rigward tan-nuqqasijiet diversi tal-Kummissjoni li tispjega b’mod xieraq il-bażi fattwali li fuqha l-Kummissjoni kienet qed tipproponi li tadotta miżuri antidumping definittivi u li tħares sew id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta adotta r-Regolament Definittiv kif propost mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 350, p. 35.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, p. 1)


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2009 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-123/09)

2009/C 141/96

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat C26/2008 (Self ta’ EUR 300 miljun lil Alitalia S.p.A) hija nulla sa fejn hija ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna mingħand is-suċċessuri ta’ Alitalia u tagħti lill-Italja perijodu addizzjonali sabiex timplementa d-deċiżjoni tagħha;

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat N510/2008 (Bejgħ tal-assi ta’ Alitalia S.p.A) hija fl-intier tagħha nulla;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti;

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti tal-Prim’Istanza jidhrilha li tkun xierqa

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta l-legalità ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008, fil-Każijiet dwar l-għajnuna mill-Istat C26/2008 (ex NN 31/08) ta’ self ta’ EUR 300 miljuni lil Alitalia li ġie nnotifikat b’dokument Nru C(2008) 6743 (1) u N510/2008 Nru C(2008) 6745 finali, dwar il-proċedura għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia sa fejn hija qieset li, sa kemm l-awtoritajiet Taljani josservaw ċerti impenji, l-imsemmija proċedura ma tirriżultax li hija għoti ta’ għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti ssostni l-motivi segwenti:

Fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ssostni li hija parzjalment nulla għaliex ma tordnax l-irkupru mingħand is-suċċessuri ta’ Alitalia u toffri lill-Italja perijodu addizzjonali sabiex tirkupra s-self

Fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ssostni li billi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tteħditx minkejja diffikultajiet serji, il-Kummissjoni ħarġet deċiżjoni inkompleta u insuffiċjenti u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti previsti fl-Artikolu 88(2) KE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza li, wara sempliċi analiżi preliminari, tadotta deċiżjoni kundizzjonali ta’ nuqqas ta’ għajnuna. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-karatterstiċi rilevanti kollha tal-miżuri u l-kuntest tagħhom. B’mod partikolari, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli teżamina jekk il-proċedura Taljana ta’ amministrazzjoni straordinarja hijiex fiha nifisha għoti ta’ għajnuna u jekk il-Gvern Taljan immanipulax il-liġi sabiex jiffavorixxi l-pjan ta’ Compagnia Aerea Italiana.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma kkunsidratx alternattivi possibbli għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia, bħal stralċ mill-qorti jew negozji tal-azzjonijiet. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tapplika l-prinċipju tal-investitur f’suq ekonomiku għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia, b’mod partikolari, billi ma evalwatx x’effett kellha fuq il-prezz il-kundizzjoni espressa ta’ kontinwità tas-servizz u l-kundizzjoni impliċita li x-xerrej tan-negozju tat-trasport tal-passiġġieri ta’ Alitalia kellu jkun ta’ oriġini Taljana, billi ma sabitx illi l-proċedura tal-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia kien b’mod ċar inadegwat, u billi naqset milli tevalwa l-prezz veru offrut minn CAI u ma ddefinixxitx il-kriterju sabiex jiġi ddeterminat il-prezz fis-suq tal-assi ta’ Alitalia.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball dwar minn għandu jħallas lura s-self, li, f’dan il-każ, minħabba il-kontinwità bejn Alitalia u Compagnia Aerea Italiana, għandha tkun CAI. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  GU 2009 L 52, p. 3


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/46


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2009 — Meridiana u Eurofly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/09)

2009/C 141/97

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meridiana SpA (Olbia, l-Italja) u Eurofly SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: N. Green, QC, K. Bacon, Barrister, C. Osti u A. Prastaro, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6745 finali tat-12 ta’ Novembru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6745 finali tat-12 ta’ Novembru 2008 li tiddikjara li l-proċedura għall-bejgħ tal-assi tal-kumpannija tal-ajru Alitalia, kif innotifikata mill-awtoritajiet Taljani, ma tirrappreżentax l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat favur ix-xerrej (N 510/2008) (1). Ir-rikorrenti huma l-kompetituri fis-suq tat-trasport bl-ajru u ressqu lmenti mal-Kummissjoni rigward il-miżuri nnotifikati mill-awtoritajiet Taljani.

Ir-rikorrenti ressqu l-motivi segwenti insostenn tal-argumenti tagħhom.

L-ewwel nett huma jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi, żbalji manifesti ta’ fatti u nuqqasijiet fir-raġunament minħabba li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-assi tal-Alitalia kienu se jinbigħu għal prezzijiet tas-suq. B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-elementi tal-proċedura mibdija mill-Kummissjoni ma jurux l-eżistenza ta’ valutazzjoni ta’ perit indipendenti tal-assi ta’ Alitalia qabel in-negozjati għall-bejgħ ta’ dawk l-assi. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi wkoll billi naqset li tagħti biżżejjed piż lin-nuqqas ta’ bidu ta’ proċedura miftuħa u trasparenti għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-arranġamenti għat-trasferiment tal-assi ma kinux maħsuba bl-iskop li jiġi evitat l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna tal-Istat hija bbażata fuq żbalji ta’ liġi, żbalji manifesti ta’ fatt u nuqqasijiet fir-raġunament.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni billi naqset milli tikkunsidra jekk il-liġi tal-2008 mgħoddija fl-Italja rigward il-proċedura speċjali ta’ insolvenza kinitx tikkostitwixxi fiha nfisha għajnuna mill-Istat lil Alitalia u lix-xerrej, kif sostnut fl-ilment tar-rikorrenti minħabba li, fl-opinjoni tagħhom, kienet maħsuba sabiex tippermetti t-trasferiment tal-assi ta’ Alitalia.

Ir-raba’ nett, fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u kisret id-dmir tagħha ta’ raġunament billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jekk numru ta’ elementi tal-ilment tar-rikorrenti kienux juru l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, jiġifieri s-separazzjoni tal-assi ta’ Alitalia f’ċirkustanzi fejn investitur privat normali ma kienx jagħmel hekk, il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, l-inklużjoni tal-assi ta’ kumpannija oħra fil-bejgħ u x-xiri ta’ kumpannija oħra mix-xerrej tal-assi ta’ Alitalia.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 88(2) KE u minflok qatgħet il-każ wara investigazzjoni preliminari.


(1)  ĠU 2009 C 46, p. 6


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Bongrain vs UASI — Apetito (APETITO)

(Kawża T-129/09)

2009/C 141/98

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bongrain SA (Viroflay, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apetito AG (Rheine, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 720/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “APETITO” għal prodotti fil-klassi 29 — Applikazzjoni Nru 3 470 598

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “apetito” għal prodotti fil-klassijiet 5, 11, 21, 29, 30, 37, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (1) (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li kien hemm xebh bejn il-prodotti, u b’hekk probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


(1)  Sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — I Marchi Italiani u B Antonio Basile 1952 vs UASI — Osra (B Antonio Basile 1952)

(Kawża T-133/09)

2009/C 141/99

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: I Marchi Italiani Srl (Napoli, l-Italja), B Antonio Basile 1952 (Giugliano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Militerni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osra SA (Rovereta, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-9 ta’ Jannar 2009, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Jannar 2009, fil-proċediment R 502/2008, I Marchi Italiani vs Osra S.A, li kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li laqgħet ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “B Antonio Basile 1952”, wara r-rikors ippreżentat minn Osra S.A.

tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark “B Antonio Basile 1952” bħala valida u effikaċi mid-data tal-applikazzjoni u/jew tar-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva li għandha d-diċitura “B Antonio Basile 1952” [trade mark Komunitarja Nru 5 274 121 (Reġistrazzjoni tad-Diviżjoni li tirriżulta mid-Diviżjoni tar-Reġistrazzjoni Nru 1 462 555 wara li din ġiet parzjalment assenjata)], għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Osra S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva “BASILE” (Reġistrazzjoni Taljana Nru 738 901 u Reġistrazzjoni internazzjonali Nru R 413 396 B) għall-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal annullament u għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja milqugħa fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(a) u 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1), [li saru Artikoli 53(1)(a) u 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)], kif ukoll nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/48


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2009 — B Antonio Basile 1952 u I Marchi Italiani vs UASI — Osra (B Antonio Basile 1952)

(Kawża T-134/09)

2009/C 141/100

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: B Antonio Basile 1952 (Giugliano, l-Italja) u I Marchi Italiani (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: G. Militerni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osra SA (Rovereta, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-9 ta’ Jannar 2009, innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Jannar 2009 fil-każ R 1436/2007-2, bejn Antonio Basile bħala kumpannija individwali “B Antonio Basile 1952” u Osra S.A., li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li tilqa’ r-revoka u d-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “B Antonio Basile 1952”, wara r-rikors ippreżentat minn Osra S.A.

tiddikjara l-validità u l-effikaċja tat-trade mark “B Antonio Basile 1952” mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni u/jew reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha skont il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva bil-kliem “B. Antonio Basile 1952” (applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1,462,555) għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18, u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Osra S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark verbali “BASILE” (trade mark Taljana Nru 287,030, u trade mark internazzjonali Nru R 413,396 B), għall-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark inkwistjoni rigward il-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħad l-appell.

Motivi invokati: Il-motivi invokati f’din il-kawża huma identiċi għal dawk tal-kawża T-133/09.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-135/09)

2009/C 141/101

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS u Nexans SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor u J.-P. Tran Thiet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2009 — Każ COMP/39610 — Surge;

tiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tieħu erba’ DVD-ROMs u kopja tal-hard disk kollu mil-laptop ta’ impjegat ta’ Nexans France sabiex teżaminhom iktar fil-bini tagħha f’Brussell;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterroga impjegat ta’ Nexans France fit-30 ta’ Jannar 2009;

tordna lill-Kummissjoni tagħti lura lil Nexans France id-dokumenti u l-provi kollha li hija setgħet kisbet permezz tad-deċiżjonijiet annullati, inklużi u mingħajr limitazzjoni: (a) id-dokumenti li ma jaqgħux eżattament fl-ambitu tal-istħarriġ; (b) id-dokumenti li jirrigwardaw proġetti ta’ kejbils tal-elettriku barra miż-Żona Ekonomika Ewropea; (ċ) id-dokumenti meħuda b’mod irregolari mill-hard disk u mid-DVD-ROMs; u (d) id-dikjarazzjonijiet stabbiliti waqt jew ibbażati fuq l-interrogazzjonijiet tal-impjegat ta’ Nexans France;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tuża kull dokument jew prova li hija setgħet kisbet permezz tad-deċiżjonijiet annullati għall-finijiet ta’ proċeduri dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tibgħat tali dokumenti jew provi (jew konklużjonjiet jew informazzjoni bbażata fuqhom) lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni f’ġurisdizzjonijiet oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tordna kwalunkwe miżura oħra jew addizzjonali, ġuridikament meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/1 tad-9 ta’ Jannar 2009 li tordna lil Nexans SA u lill-impriżi direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Nexans France SAS, sabiex jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1) (Każ COMP/39610-Surge) kif ukoll il-mod kif din ġiet implementata.

Insostenn tal-talba tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi d-drittijiet tad-difiża, id-dritt għal smigħ xieraq, id-dritt li ma jinkriminawx lilhom infushom, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Barra minn hekk, fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni marret lil hinn mill-iskop tal-istħarriġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat; ĠU L 1, p. 1


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/49


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni vs Galor

(Kawża T-136/09)

2009/C 141/102

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët, F. Mirza, aġenti, assistiti minn B. Katan u M. van der Woude, avukati)

Konvenut: Benjamin Galor (Jupiter, United States of America)

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lil B. Galor iħallas lill-Komunità EUR 205 611 flimkien mal-interessi statutorji skont l-Artikolu 6119 tal-Kodiċi Ċvili Olandiż mill-1 ta’ Marzu 2003 sad-data li fiha l-Komunità tkun irċeviet il-ħlas kollu;

tornda lil B. Galor iħallas lill-Komunità l-interessi statutorji skont l-Artikolu 6119 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż fuq EUR 9 231,25 mit-2 ta’ Settembru 2003 (jew, sussidjarjament, mill-10 ta’ Marzu 2007) sad-data li fiha l-Komunità tkun irċeviet il-ħlas kollu;

tikkundanna lil B. Galor għall-ispejjeż tal-kawża preżenti, stmati b’mod provviżorju għal EUR 17 900, flimkien mal-interessi statutorji skont l-Artikolu 6119 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż mid-data tas-sentenza sad-data li fiha l-Komunità tkun irċeviet il-ħlas kollu

Motivi u argumenti prinċipali

Fit-23 ta’ Diċembru 1997, il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni daħlet fil-kuntratt IN/004/97 mal-Prof. Benjamin Galor u tliet kumpanniji għall-implementazzjoni tal-proġett “Self-Upgrading of Old-Design Gas Turbines in Land & Marine Industries by Energy-Saving Clean Jet-Engine Technologies” taħt l-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari (1). Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-Kummissjoni għamlet ħlas minn qabel tal-kontribuzzjoni tagħha għall-proġett lill-kuntratturi. Il-ħlas ġie rċevut mill-mexxej tal-proġett Prof. Benjamin Galor.

Minħabba raġunijiet marbutin ma’ xi diffikultajiet għall-partijiet kontraenti sabiex isibu kontraent assoċjat għall-proġett u peress li ma kien hemm ebda progress fl-implementazzjoni tal-proġett, il-Kummissjoni ddeċidiet li tħassar il-kuntratt. Fl-ittra tagħha lill-partijiet kontraenti, il-Kummissjoni speċifikat li l-kontribuzzjoni Komunitarja setgħat biss titħallas (jew tinżamm mill-partijiet kontraenti) sa fejn kienet relatata mal-proġett u ġġustifikata permezz tar-rapport tekniku u finanzjarju finali.

Ir-rapport finali ppreżentat mill-partijiet kontraenti ma ġiex approvat mill-Kummissjoni u l-Kummissjoni bdiet il-proċedura għall-irkupru tal-ħlas minn qabel.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-konvenut ma ħallasx lura l-ammont li rċieva, iżda minflok talab li l-Kummissjoni tħallsu kontribuzzjoni prevista taħt il-kuntratt li minnha kellu jitnaqqas il-ħlas minn qabel. Barra minn hekk, il-konvenut beda proċedimenti legali quddiem il-qrati Olandiżi sabiex jirkupra dan l-ammont. Il-ġurisdizzjoni tal-qrati Olandiżi ġiet ikkontestata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-klawżola ta’ ġurisdizzjoni fil-kuntratt li tindika lill-Qorti tal-Prim’Istanza bħala l-qorti kompetenti sabiex tiddeċiedi kwalunkwe kawża bejn il-partijiet kontraenti.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob l-irkupru tal-flus imħallsin minn qabel. Il-Kummissjoni ssostni li setgħat tħassar il-kuntratt bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt peress li l-konvenut kiser l-obbligi kuntrattwali tiegħu billi, inter alia, kien għadda żmien twil sakemm ingħata bidu għall-proġett u ma kien hemm ebda progress, il-konvenut ma rnexxielux isib il-mezzi tekniċi neċessarji għar-riċerka li għaliha ġew ipprovduti l-fondi u r-rapporti tekniċi u finanzjarji ma ssosdifawx l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li hija intitolata titlob il-ħlas lura tal-ħlas minn qabel.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 94/806/KE tat-23 ta’ Novembru 1994 li tadotta programm speċifiku għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, inkluża d-dimostrazzjoni, fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari (1994-1998) ĠU L 334, 22.12.1994, p. 87


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/49


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/09)

2009/C 141/103

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 2003 finali tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implementati fi Franza, inkwantu hija tirrigwarda l-parti tal-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ stħarriġ li kienet ġiet iffinanzjata min-naħa tal-professjonisti.

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li din it-talba għall-annullament parzjali mhijiex ammissibbli, tannulla totalment id-Deċiżjoni C(2009) 2003 finali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C(2009) 203 finali (1) tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009, li biha l-Kummissjoni kienet iddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi ta’ frott u ħaxix fil-kuntest ta’ “pjan ta’ kontinġenza” intiż sabiex jiffaċilita l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli mkabbra fi Franza.

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-Kummissjoni kienet qieset li l-miżuri mogħtija lill-produtturi ta’ frott u ħaxix jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, għalkemm dawn il-miżuri huma parzjalment iffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji ta’ professjonisti ma jikkostitwixxux, skont ir-rikorrenti, riżorsi tal-Istat jew imputabbli għall-Istat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni żewġ motivi bbażati fuq:

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni ma ġġustifikatx l-estensjoni tal-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji ta’ professjonisti tas-settur ikkonċernat;

żball ta’ liġi, billi l-Kummissjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżuri ffinanzjati minn riżorsi privati mħallsa volontarjament u mingħajr intervent tal-Awtorità Pubblika. Dawn il-miżuri ma jistgħux jiġu meqjusa bħala vantaġġi mogħtija permezz ta’ riżorsi mill-Istat.


(1)  Dan huwa n-numru indikat fis-sentenza kkontestata, filwaqt li r-rikorrenti tagħmel riferiment b’mod konsistenti għan-numru C(2009) 2003 finali.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/50


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Prysmian, Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-140/09)

2009/C 141/104

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Prysmian SpA (Milan, l-Italja), Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Pappalardo, avvocato, F. Russo, avvocato, M. L. Stasi, avvocato, C. Tesauro, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Jannar 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat li jsiru l-ispezzjonijiet (Każ COMP/39610 — Surge).

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħmel kopja tal-kontenut kollu tal-ħard disks ta’ ċerti diretturi ta’ Prysmian u li jiġi analizzat il-kontenut tagħhom fl-uffiċċji tagħha fi Brussell hija illegali u tikser l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1/2003.

alternattivament, fir-rigward ta’ dak li ntalab fil-punt preċedenti, tiddikjara li l-aġir tal-ispetturi hija abbużiv sa fejn, billi interpretaw b’mod żbaljat is-setgħat ta’ ispezzjoni mogħtija lilhom mid-deċiżjoni, kisbu kopja tal-kontenut kollu ta’ ċerti ħard disks bil-għan li jivverifikaw il-kontenut tagħhom fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell.

tordna lill-Kummissjoni sabiex trodd lura lil Prysmian id-dokumenti kollha miksuba b’mod illegali matul l-ispezzjoniijiet li saru fi ħdan is-sede ta’ Milan jew mill-kopji tal-ħard disks analizzati ġewwa l-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell.

tinnotifika lill-Kummissjoni sabiex b’ebda mod ma tuża d-dokumenti miksuba illegalment u, b’mod partikolari, sabiex ma tużahomx matul il-proċeduri mibdija sabiex jiġi vverifikat l-allegat aġir antikompetittiv fis-settur tal-kejbils tal-elettriku bi ksur tal-Artikolu 81 KE.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2009, intiża sabiex tivverifika l-eżistenza eventwali ta’ aġir antikompetittiv fis-settur tal-kejbils tal-elettriku bi ksur tal-Artikolu 81 KE, u li permezz tagħha r-rikorrenti ġew ordnati li jissuġġettaw rwieħhom għal ispezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1).

Għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward li, fil-fażi tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni ir-rappreżentanti tar-rikorrenti kienu ġew infurmati li l-konvenuta kienet iddeċidiet li tipproduċi kopja konformi (“forensic image”) tal-ħard disks ta’ ċerti kompjuters, sabiex tkompli r-riċerka fl-uffiċċji tal-Istituzzjoni fi Brussell.

Insostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu:

li r-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi espressament li s-setgħat ta’ ispezzjoni għandhom jiġu eżerċitati fil-bini tal-impriża, fid-dawl tal-ipoteżi li l-bini jista’ jiġi ssiġillat jekk l-ispezzjoni ddum iktar minn jum, kif ukoll li l-ebda dispożizzjoni legali ma tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kopja ta’ ħard disks sħaħ, toħroġhom mill-bini tal-impriża u tanalizza din id-dokumentazzjoni fl-uffiċċji tagħha stess.

li l-konvenuta tawwlet b’mod indebitu t-tul ta’ żmien tal-ispezzjoni għal madwar xahar, fejn qiegħdet lir-rikorrenti f’pożizzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tal-portata reali tal-investigazzjonijiet.

li l-Kummissjoni saħansitra pprekludiet għal xi ġimgħat li tiġi evalwata, b’għarfien sħiħ tal-fatti, l-eventwalità li ssir talba għall-ammissjoni fil-programm ta’ Klemenza.

li l-aġir akkużat fil-konfront tal-konvenuta jikkostitwixxi ksur evidenti tal-limiti li l-leġiżlatur Komunitarju impona fuq il-poteri ta’ ispezzjoni tiegħu, li jista’ jikkomprometti b’mod sinjifikattiv il-possibbiltajiet ta’ difiża tal-impriżi suġġetti għall-ispezzjoni.


(1)  ĠU 2003 L 1, p. 1


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/51


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2009 — Bredenkamp et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/09)

2009/C 141/105

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Arnold Bredenkamp, Alpha International (PTV) Ltd (Camberley, ir-Renju Unit), Breco (Asia Pacific) Ltd. (Douglas, Isle of Man, ir-Renju Unit), Breco (Eastern Europe) Ltd. (Douglas, Isle of Man, ir-Renju Unit), Breco (South Africa) Ltd. (Douglas, Isle of Man, ir-Renju Unit), Breco (UK) Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Breco Group, Breco International (St. Helier, Jersey, ir-Renju Unit), Breco Nominees Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Breco Services Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Corybantes Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Echo Delta Holdings (Reading, ir-Renju Unit), Masters International Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Piedmont (UK) Ltd. (Ascot, ir-Renju Unit), Raceview Enterprises (Private) Limited, Scottlee Holdings (PTV) Ltd., Scottlee Resorts Ltd., Timpani Exports Ltd. (Douglas, Isle of Man, ir-Renju Unit), Tremalt Ltd. (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, P. Moser, Barrister u R. Khan, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti u kull wieħed minnhom;

sussidjarjament jew alternattivament, tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009 safejn dan jikkonċerna lill-ewwel rikorrent u xi entità fl-Anness III kkunsidrata bħala “proprjetà ” tal-ewwel rikorrent permezz tat-tħassir mill-Anness III tal-inseriment tal-ewwel rikorrent u tal-inserimenti kollha ta’ dawk l-entitajiet;

konsegwentement, tiddikjara li l-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2009 hija inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti qegħdin jitolbu l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1) safejn ir-rikorrenti huma inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Ir-rikorrenti jressqu ħames motivi insostenn għat-talbiet tagħhom.

L-ewwel, ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament ikkontestat m’għandu ebda bażi legali.

It-tieni, huma jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet konvinċenti għall-iffriżar tal-fondi fir-rigward tar-rikorrenti, bi ksur tal-obbligu tagħha kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita.

It-tielet, ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament ikkontestat jikser id-dritt tad-difiża tagħhom, kemm id-dritt għal smigħ kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġuridika effettiva peress li, fl-opinjoni tar-rikorrenti, dan ġie adottat mingħajr ma ngħatat ebda garanzija rigward il-komunikazzjoni ta’ provi inkriminanti kontrihom jew rigward is-smigħ tagħhom f'dak li jikkonċerna tali provi, u lanqas f'dak li jikkonċerna l-provi tagħhom li jiskulpawhom.

Ir-raba, ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal- Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-KEDB u jikser id-drittijiet fundamentali tagħhom għall-proprjetà.

Il-ħames, huma jsostnu li r-Regolament ikkontestat huwa bbażat fuq żball manifest tal-fatti safejn dan jaffettwhom. Huma jargumentaw ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi r-raġunijiet allegati sabiex tipprova li l-iffriżar tal-fondi tar-rikorrenti huwa legalment iġġustifikat, fid-dawl ta' leġiżlazzjoni relevanti u milli tipprovdi informazzjoni preċiża u provi serji u kredibbli bħala bażi għad-deċiżjoni tagħha u għalhekk naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova meħtieġ.


(1)  ĠU L 2009 L 23, p. 5


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/51


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2009 — Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/09)

2009/C 141/106

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Parker ITR Srl (Veniano, l-Italja) u Parker-Hannifin Corp. (Mayfield Heights, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Amory, F. Marchini Càmia u F. Amato, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni sa fejn iddikjarat lil Parker ITR responsabbli mill-1 ta’ April 1986 sad-9 ta’ Ġunju 2006, u Parker Hannifin responsabbli mill-31 ta’ Jannar 2002 sad-9 ta’ Ġunju 2006;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE fil-proċediment (Każ COMP/39406 — Tubi tal-baħar) sa fejn huma ġew iddikjarati responsabbli għas-sehem tagħhom fi ksur wieħed u kontinwat fil-qasam tat-tubi tal-baħar fiż-ŻEE, li kien jikkonsisti f’għoti ta’ offerti, fl-iffissar ta’ prezzijiet u tal-kwoti u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, fit-tqassim ta’ swieq ġeografiċi u fl-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet, il-volum tal-bejgħ u s-sejħiet għal offerti. Huma jitolbu wkoll it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Ir-rikorrenti jsostnu disa’ motivi legali insostenn tat-talbiet tagħhom.

Skont l-ewwel tliet motivi dwar min għandu r-responsabbiltà, ir-rikorrenti jsostnu kif ġej:

L-ewwel nett, huma jallegaw li meta Parker OTR inżammet responsabbbli għall-ksur kommess qabel l-1 ta’ Jannar 2002 minn entitajiet legali li għadhom jeżistu, li huma attivi ekonomikament u li huma ta’ impriżi differenti, id-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali, użat ħażin is-setgħat tagħha sabiex tevadi r-regoli dwar il-preskrizzjoni, kisret il-prinċipju ta’ nondiksrminazzjoni u naqset fl-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali meta ddeċidiet li huma responsabbli għall-aġir illegali tal-impjegat ta’ Parker ITR, peress li: i) l-impjegat wettaq l-attività tal-akkordju għall-interessi personali tiegħu; ii) sabiex jikseb dħul illegali l-impjegat ħaddem l-Oil & Gas Business Unit tal-Parker b’mod indipendenti mir-rikorrenti; iii) Parker ITR ġarrbet danni minħabba l-aġir illegali tal-impjegat.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata kienet żbaljata meta żammet lil Parker Hannifin responsabbli għall-perijodu mill-31 ta’ Jannar 2002 sad-9 ta’ Ġunju 2006, peress li kwalunkwe preżunzjoni dwar l-influwenza deciżiva ta’ Parker Hannifin fl-attivitajiet ta’ tubi tal-baħar għaż-żejt u l-gass tal-kumpannija susisdjarja 100 % tagħha Parker ITR ġiet miċħuda ampjament mir-rikorrenti u ebda wieħed mill-argumenti u mid-dokumenti ċċitati fid-deċiżjoni ma jwaqqa’ din iċ-ċaħda jew jikkostitwixxi prova tal-influenza decisiva eżerċitata minn Parker Hannifin fuq Parker ITR matul dan il-perijodu.

Permezz tas-sitt motivi l-oħra, dwar l-ammont tal-multi, ir-rikorrenti jissottomettu dan li ġej:

Ir-raba’ nett, huma jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata manifestament żbaljat meta ddefiniet il-ksur li seħħ mill-1 ta’ April 1986 sat-13 ta’ Mejju 1997 u l-ksur li seħħ mill-11 ta’ Ġunju 1999 sat-2 ta’ Mejju 2007 bħala jew ksur wieħed u kontinwat jew bħala ksur ripetut, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1). Skont ir-rikorrenti, għaldaqstant, is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multa għall-ksur li seħħ mill-1 ta’ April 1986 sat-13 ta’ Mejju 1997 hija preskritta.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kienet żbaljata meta qalet li Parker ITR kienet mexxej fl-akkordju mill-11 ta’ Ġunju 1999 sat-30 ta’ Settembru 2001.

Is-sitt nett, fil-fehma tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali u ma mmotivatx iż-żieda fil-multa imposta fuq Parker Hannifin għall-rwol allegat ta’ mexxej ta’ Parker ITR.

Is-seba’ nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi meta ħadet inkunsiderazzjoni, sabiex jiġi kalkolat il-“bejgħ aggregat fiż-ŻEE”, fis-sens tal-punt 18 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-multi (2), il-bejgħ ta’ oġġetti ffatturat lil impriżi stabiliti fiż-ŻEE, iżda li ma kinux ikkunsinati fiż-ŻEE.

It-tmien nett, huma jsostnu li meta bbażat ruħha fuq id-dħul mill-bejgħ konsolidat ta’ Parker Hannifin sabiex jiġi kkalkolat il-limitu massimu ta’ 10 % għall-parti tal-multa li għaliha kienet responsabbli biss Parker ITR, id-deċiżjoni kkontestata interpretat ħażin l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Fl-aħħar nett, huma jsostnu li d-deċiżjoni kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta rrifjutat li tnaqqas il-multa lir-rikorrenti għall-kooperazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE, ĠU 2003, L 1, p 1.

(2)  Linji Gwida dwar il-metodu ta’ iffissar tal-multi skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, ĠU 2006, C 210, p. 2.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/52


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2009 — Trelleborg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/09)

2009/C 141/107

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trelleborg AB (Trelleborg, L-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Joshua, barrister u E. Aliende Rodríguez, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti u fi kwalunkwe każ, għall-anqas sa fejn tikkonstata t-twettiq ta’ kwalunkwe ksur mir-rikorrenti qabel il-21 ta’ Ġunju 1999;

tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2 sabiex tikkoreġi l-iżbalji manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 — pajpijiet marittimi) sa fejn tqisha responsabbli għal partiċipazzjoni fi ksur wieħed u kontinwu fil-qasam tal-pajpijiet marittimi fiż-ŻEE, li kien jikkonsisti fl-għoti ta’ kuntratti, fl-iffissar ta’ prezzijiet, ta’ kwoti u ta’ kundizzjonijiet ta’ bejgħ, fit-tqassim tas-suq ġeografiku u fl-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet, fil-volumi tal-bejgħ u fis-sejħiet għal offerti. Barra minn hekk, hija qed titlob it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ressqet żewġ motivi.

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-poter tal-Kummissjoni li timponi multi għal kwalunkwe perijodu qabel il-21 ta’ Ġunju 1999 huwa preskritt skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 peress li r-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rikorrenti kienet wettqet ksur wieħed u kontinwu.

Fit-tieni lok, hija ssostni li l-Kummissjoni m’għandha ebda interess leġittimu li tikkonstata ksur għall-ewwel perijodu li ntemm f’Mejju 1997.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — Dover vs Il-Parlament

(Kawża T-149/09)

2009/C 141/108

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Densmore Ronald Dover (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vaughan, QC Barrister, M. Lester, Barrister u M. French, Solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza kif speċifikati fir-rikors;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob, permezz tar-rikors tiegħu, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament D(2009) 4639 tad-29 ta’ Jannar 2009 dwar l-irkupru tal-indennizzi ta’ għajnuna parlamentari.

Ir-rikorrent iressaq ħames motivi insostenn tar-rikors tiegħu.

L-ewwel nett, huwa jiddikjara li l-Parlament interpreta u applika ħażin l-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-indennizzi tal-membri tal-Parlament Ewropew (SIM), fost l-oħrajn, billi fittex li jimponi fuq ir-rikorrent, retroattivament, kundizzjonijiet stretti li ma kienu qatt kundizzjonijiet għall-membri tal-Parlament Ewropew fiż-żmien inkwistjoni u billi ma identifikatx bi preċiżjoni liema element ta’ spiża tqieset li tħallset indebitament.

It-tieni nett, huwa jsostni li l-Parlament ibbaża ruħu fuq allegat “kunflitt ta’ interess” billi kiser il-prinċipju taċ-ċertezza legali għaliex aġixxa b’mod inkompatibbli mal-prattika preċedenti, mhux konformi mar-regoli ppubblikati u mingħajr ma ppreżenta standards ċari u trasparenti. Ir-rikorrent jiddikjara li d-deċiżjoni tal-Parlament hija infondata fil-fatt u fid-dritt.

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li l-Parlament ma kkonformax ruħu mar-rekwiżiti fundamentali ta’ proċedura tal-Artikolu 27 SIM fir-rigward, fost oħrajn, tal-konsultazzjoni preliminari tal-kwesturi, tal-ġustifikazzjoni taċ-ċirkustanzi “eċċezzjonali”, tas-smiegħ tar-rikorrent qabel ma tittieħed deċiżjoni kif ukoll tar-rekwiżit li deċiżjoni tiġi adottata mill-Bureau.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenut talab lura l-VAT mir-rikorrent mingħajr ma kellu bażi legali biex jagħmel hekk.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jiddikjara li l-Parlament irrefera l-każ tiegħu lill-OLAF prematurament, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u mingħajr bażi legali jew ġustifikazzjoni.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — Ningbo Yonghong Fasteners vs Il-Kunsill

(Kawża T-150/09)

2009/C 141/109

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) fuq il-bażi ta’ allegat ksur tal-Artikoli 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (2) u fuq il-bażi ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”).

Ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni naqset milli tieħu deċiżjoni fuq TES fit-terminu statutorju skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96. Qed jiġi sostnut li billi għamlet deċiżjoni TES wara li kienet irċiviet l-informazzjoni kollha mitluba fil-kwestjonarju dwar l-antidumping, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha stabbilit fid-dispożizzjoni msemmija qabel maħsuba sabiex tiżgura li l-kwistjoni dwar jekk produttur jissodisfax il-kriterji TES huwiex deċiż fuq il-bażi tal-effett tagħha fuq il-kalkolu tal-marġni tad-dumping.

Fit-tieni nett, ir-rikorrenti tissottometti li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li l-ispejjeż tad-dħul prinċipali tar-rikorrenti, vireg tal-wajer tal-azzar, ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96. Qed jiġi sostnut li dan l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni huwa attribwibbli mill-ksur tal-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-obbligu tagħhom ta’ diliġenza u amministrazzjoni tajba billi ma eżaminawx b’mod imparzjali l-evidenza rilevanti kollha quddiemhom.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tissottometti li l-interpretazzjoni tal-Kunsill tal-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tikkostitwixxi interpretazzjoni mhux permessa u għalhekk ksur tal-imsemmija dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni tal-Kunsill tal-Artikolu 2(7)(b)(ċ) mhux biss ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-evalwazzjoni TES għandha ssir fil-livell speċifiku għal kumpannija, imma l-interpretazzjoni tal-Kunsill timponi wkoll oneru ta’ prova irraġonevoli. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Kunsill, skont ir-rikorrenti, tirrendi l-possibbiltà li jaġġusta l-ispejjeż tal-produzzjoni li huma distorti minn sitwazzjoni partikolari tas-suq skont l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 384/96 mingħajr skop u għalhekk hija f’kunflitt mal-obbligu ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju skont il-kuntest u l-iskop tagħha.


(1)  ĠU 2009, L 29, p. 1

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/54


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2009 — ISDIN vs UASI — Pfizer (ISDIN)

(Kawża T-153/09)

2009/C 141/110

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ISDIN, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Ltd (Sandwich, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 309/2008-1;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 309/2008-1, sa fejn din annullat ir-reġistrazzjoni ta’ trade Komunitarja li l-invalidità tagħha intalbet għal ċertu numru ta’ prodotti fil-klassi 5;

tikkundanna lill-UASI, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “ISDIN”, irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: L-annullament parzjali tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1) (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) kif ukoll tar-regola 50(2)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (2), sa fejn il-Bord tal-Appell naqas mill-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1)(a) (li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), l-Artikolu 8(1)(b) (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u l-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) meħuda flimkien, sa fejn il-Bord tal-Appell irrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-limitazzjoni tal-lista tal-prodotti magħmula mir-rikorrenti fin-nota tagħha li tesponi l-motivi tar-rikors u, minħabba dan, qieset b’mod ġenerali li l-prodotti inkwistjoni kienu jixxiebhu; sussidjarjament, ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 meħuda flimkien, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tirreferi għal ċerti prodotti fil-klassi 5; ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 meħuda flimkien, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għall-prodotti kollha inizjalment koperti mit-trade mark kkontestata.


(1)  Sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995, L 303, p. 1).


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/55


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2009 — MRI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/09)

2009/C 141/111

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Manuli Rubber Indusries SpA (MRI) (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, avvocato, M. Pappalardo, avvocato, E. Marasà, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni fil-parti li fiha tiddikjara li r-rikorrenti ħadet sehem fi ksur uniku u kontinwu fis-suq tal-pajpijiet tal-baħar mill-1 ta’ April 1986 sal-1 ta’ Awwissu 1992 u mit-3 ta’ Settembru 1996 sat-2 ta’ Mejju 2007, b’mod partikolari fil-perijodu bejn it-3 ta’ Settembru 1996 sad-9 ta’ Mejju 2000.

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni sa fejn, b’riżultat tal-iżbalji esposti f’dan ir-rikors, tiġi imposta multa fuq ir-rikorrenti ta’ EUR 4 900 000.

tiċħad kull motiv u difiża kuntrarja.

sussidjarjament:

tnaqqas, skont l-Artikolu 229 KE, il-multa ta’ EUR 4 900 000 imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni.

u f’kull każ:

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess tal-Kawża T-146/09 Parker ITR u Parker Hannifin vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ewwel nett li din id-deċiżjoni hija difettuża fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-ksur attribwit lilha bħala parteċipazzjoni f’akkordju uniku u kumpless mill-1986 sal-2007, u b’mod partikolari l-attribuzzjoni tal-ksur bejn il-perijodu 1996 u 2000 u għaldaqstant l-inklużjoni fil-perijodu suġġett għal sanzjoni tal-perijodu ta’ bejn Settembru 1996 u Mejju 1997.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li ksur ma jistax ikun la kontinwu u lanqas ripetut meta każijiet speċifiċi ta’ ksur jiġu separati, bħal f’dan il-każ, minn perijodu ta’ żmien kunsiderevoli u, fuq kollox, minn avvenimenti pożittivi li mhumiex kompatibbli mal-intenzjoni li l-ksur ikun kontinwu jew ripetut, bħal fil-każ tal-interruzzjoni pubblika u espliċita tar-relazzjonijiet mal-kartell min-naħa tar-rikorrenti, li ġie rrikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll l-irregolarità sabiex ġie stabbilit l-ammont tal-multa b’mod partikolari mill-aspett tat-tul ta’ żmien, tal-gravità u tat-tnaqqis minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-programm ta’ klemenza.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/55


Appell ippreżentat fl-20 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-42/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-157/09 P)

2009/C 141/112

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla, fit-totalità tiegħu, u mingħajr ebda eċċezzjoni, id-digriet tat-18 ta’ Frar 2009, mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) fil-Kawża F-42/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (iktar ’il quddiem, il-“kawża inkwistjoni”);

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza, li fil-kuntest tiegħu ngħata d-digriet ikkontestat, kien perfettament ammissibbli; u, barra minn hekk,

Prinċipalment:

tilqa’ fit-totalità tagħha u mingħajr ebda eċċezzjoni t-talba tal-appellant fir-rikors fl-ewwel istanza, li għandha tinftiehem bħala li ġiet espressament riprodotta għall-effetti legali kollha;

tordna lill-appellata tikkumpensa lill-appellant għall-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-istadju tal-ewwel istanza kif ukoll fl-istadju tal-proċedura tal-appell preżenti; jew

Sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża preżenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi din il-kawża mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa dirett kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Frar 2009, li jiċħad bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-appellant u li għandu bħala suġġett talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit minnu, meta l-Kummissjoni bagħtitlu nota fuq numru ta’ faks li għaliha huwa ma kellux aċċess.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni nuqqas assolut ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda:

l-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens għad-dannu;

l-inammissibbiltà tat-talbiet intiżi, fost oħrajn, sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku “jivverifika l-illegalità tal-fatt li wassal għad-dannu inkwistjoni”;

id-data tal-preżentata tar-risposta; fuq dan il-punt huwa invokat vizzju tal-proċedura, tat-tip li jippreġudika l-interessi tal-appellant, minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-obbligu li ma jiġix ikkunsidrat il-kontenut tar-risposta fil-każ li din tkun ġiet ippreżentata tard.

L-appellant isostni wkoll il-ksur tar-regoli ta’ smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/56


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Martinet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/09)

2009/C 141/113

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvon Martinet (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-L. Fourgoux, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li rrifjutat il-kandidatura ta’ Y. Martinet għall-post ta’ membru addizzjonali fil-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, lid-Direttur Ġenerali tal-Impriżi u l-Industrija, lill-Kumitat tal-Preselezzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, sabiex b’mod ġenwin u ddettaljat jeżaminaw il-fajl tal-kandidatura ta’ Y. Martinet sabiex tiġi kkumpensata għad-dannu li sofriet mit-telf ta’ opportunità;

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, lid-Direttur Ġenerali tal-Impriżi u l-Industrija, lill-Kumitat tal-Preselezzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, ibatu l-ispejjeż fl-intier tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li rrifjutat il-kandidatura tagħha għall-post ta’ membru addizzjonali fil-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) minħabba li l-kandidatura tagħha ma ġietx ikkunsidrata, inkwantu d-dipartiment responsabbli mill-proċess tal-għazla ma rċeviex il-kandidatura tagħha, minħabba li ntbagħtet lill-Viċi-President tal-Kummissjoni, G. Verheugen, f’indirizz differenti minn dak indikat eżatt fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 2008, 41 A, p. 8.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, fir-rigward tat-talba għall-annullament, issostni li:

id-deċiżzjoni kkontestata ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li tikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandha tiġi rrispettata;

id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq inċertezza materjali tal-fatti għaliex il-kandidatura ntbagħtet fl-indirizz indikat fis-sejħa għal kandidatura;

ġew miksura l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-kandidati, inkwantu l-kandidatura tar-rikorrenti ma ġietx eżaminata.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/56


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/07, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/09 P)

2009/C 141/114

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, id-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 fil-Kawża F-70/07 (iktar ’il quddiem il-“kawża inkwistjoni”), Marcuccio vs Il-Kummissjoni, mill-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza, li fil-kuntest tiegħu ngħata d-digriet ikkontestat, kien perfettament ammissibbli, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni;

sa fejn neċessarju, tiddikjara li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kklassifika ċerti talbiet inklużi fl-att promotur fl-ewwel istanza, fil-kawża inkwistjoni, bħala ta’ “talba għall-intaxxar tal-ispejjeż” (sic, punt 16 tad-digriet ikkontestat);

sa fejn neċessarju, tiddikjara li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien kompetenti jiddeċiedi, bħala qorti tal-ewwel istanza, it-talbiet kollha tar-rikorrent (iktar ’il quddiem it-“talbiet”) fil-kawża inkwistjoni; barra minn hekk

prinċipalment:

tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant, li għall-effetti kollha tal-liġi għandhom ikunu interpretati bħala riprodotti espressament hawnhekk;

tikkundanna lill-appellata tħallas lura, lill-appellant, l-ispejjeż kollha li għamel dan tal-aħħar, kemm fil-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċeduri preżenti ta’ appell; jew

sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’kompożizzjoni differenti, sabiex tiddeċiedi l-kawża mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iressaq l-aggravji segwenti insostenn tat-talbiet tiegħu:

L-illegalità tar-rinviju parzjali tal-kawża inkwistjoni lill-Qorti tal-Prim’Istanza, b’mod partikolari minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 90 tal-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u nuqqas assolut ta’ motivazzjoni;

Ksur, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ qorti mwaqqfa b’liġi, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”);

L-illegalità taċ-ċaħda, minħabba l-inammissibbiltà preżunta tagħhom, tat-talbiet differenti minn dawk li għalihom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddikjrara li huwa inkompetenti li jittrattahom, b’mod partikolari minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-kunċett tat-talba għall-kumpens tad-danni anċillari għal talba għall-annulament ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja, kif ukoll minħabba nuqqas assolut ta’ motivazzjoni u żnaturament tal-fatti;

Difetti proċedurali li jistgħu jippreġudikaw b’mod gravi l-interessi tal-appellant, minħabba l-inosservanza tal-obbligu li jiġi injorat il-kontenut tal-att imsemmi fil-punt 11 tad-digriet ikkontestat, inkwantu ġie ppreżentat tard, kif ukoll minħabba t-talba li saret lill-partijiet li jressqu atti straordinarji, imbagħad imdaħħla fl-atti fil-kuntest ta’ proċeduri fl-ewwel istanza, li jistgħu jippreġudikaw b’mod gravi l-interessi tal-appellant;

Ksur tar-regoli fil-qasam ta’ smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta.


20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/57


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2009 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group Holdings (GOTHA)

(Kawża T-169/09)

2009/C 141/115

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, avukat, D. De Pasquale, avukat, M. Pappalardo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perry Ellis International Group Holdings Ltd

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u/jew abbuż ta’ poter, id-deċiżjoni mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2009, safejn tilqa’ parzjalment l-appell u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni rigward “artikoli tal-ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, il-prodotti mhux inklużi fi klassijiet oħra; bagolli u bagalji; umbrelel, umbrelel kbar u bsaten għall-mixi” fil-klassi 18 u għall-prodotti kollha fil-klassi 25; u konsegwentement, tikkonferma integralment id-deċiżjoni maħruġa mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI (każ Nru B 909 350 tat-22 ta’ Frar 2008).

tikkundanna lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

tikkundanna lill-UASI u Perry Ellis għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “GOTHA” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 665 957), għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Perry Ellis International Group Holdings, Limited.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva “gotha” (Nru. 2 896 199), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni fl-integralità tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: laqgħet parzjalment l-appell

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u, ukoll, abbuż ta’ poter minħabba li kkunsidrat li seta’ kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn sinjali li ma setgħux jiġu konfużi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade marks (ĠU L 11, 14.1.1994, p.1)