|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.140.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 140/01 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 140/02 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5513 – KMG/CNPC/MMG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2009/C 140/03 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5547 – Koninklijke Philips Electronics/Saeco International Group) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 140/04 |
||
|
2009/C 140/05 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Ġunju 2009
2009/C 140/01
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3932 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,84 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4434 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84715 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9725 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5102 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8995 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,357 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
279,50 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6975 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5138 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2143 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1642 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7283 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5708 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7976 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1685 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0274 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 761,36 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2910 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5242 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2780 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 491,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9264 |
|
PHP |
Peso Filippin |
67,360 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,4098 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
47,585 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,7325 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,5714 |
|
INR |
Rupi Indjan |
66,8880 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/2 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5513 – KMG/CNPC/MMG)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 140/02
|
1. |
Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Coöperatieve KazMunaiGaz PKI U.A. (“KMG-PKI”, il-Każakistan) ikkontrollata minn JSC National Company KazMunaiGaz (“KMG”, il-Każakistan), u Euraisian Energy Holdings GmbH (“EEH”, l-Awstria) ikkontrollata minn China National Petroleum Corporation (“CNPC”, iċ-Ċina) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża JSC Mangistaumunaigaz (“MMG”, il-Każakistan) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5513 – KMG/CNPC/MMG, fl-indirizz li ġej:
|
|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/3 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5547 – Koninklijke Philips Electronics/Saeco International Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 140/03
|
1. |
Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Koninklijke Philips Electronics N.V. (“Philips”, l-Olanda) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta’ Saeco International Group S.p.A. (“SIG”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5547 – Koninklijke Philips Electronics/Saeco International Group, fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni
|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/4 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-ikel
2009/C 140/04
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“PROVOLONE DEL MONACO”
Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0466-20.05.2005
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli Fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Ministero delle politiche agricole e forestali |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 0646655104 |
|||
|
Fax |
+39 0646655306 |
|||
|
e-mail: |
saco7@politicheagricole.gov.it |
2. Grupp:
|
Isem: |
Comitato per la registrazione della denominazione d’origine del provolone del Monaco |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 081 8799290 |
|||
|
Fax |
+39 081 8015557 |
|||
|
e-mail: |
vincenzo.peretti@unina.it |
|||
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.3 – |
Ġobnijiet tal-Anness II – Provolone |
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Provolone del Monaco”
4.2. Deskrizzjoni:
Il-“Provolone del Monaco” huwa l-isem tal-ġobon li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: ġobon nofsu iebes, moxx (a pasta filata), maturat, prodott esklussivament mill-ħalib nej li jkun ġej mill-baqar imrobbija fiż-żona indikata fil-punt 4.3. Meta jinħareġ għall-konsum, il-prodott għandu jkollu dawn il-karatteristiċi: a) maturazzjoni ta' mill-anqas mija u tmenin jum (sitt xhur), b'rendiment massimu ta' 9 kg kull ettolitru ta' ħalib proċessat; b) għamla ta' bettieħa ftit tawwalija jew għamla ta' lanġasa mingħajr ras b'piż ta' mhux anqas minn 2,5 kg u ta' mhux aktar minn 8 kg; qoxra rqiqa ta' kulur li jagħti fl-isfar bi sfumaturi ftit skuri, kważi lixxa b'daqqiet ħfief fit-tul tul l-irbit tar-raffja użati biex iżommu l-ġobon flimkien f'pari, li jifred il-Provolone f'mill-inqas 6 uċuh; c) il-qalba lewn il-krema bi sfumaturi fuq l-isfar, elastika, kumpatta, uniformi u mingħajr tqaxxir, ratba b'toqob tipiċi (toqba 'l hemm u 'l hawn) b'dijametru li jvarja sa 5 mm, bil-possibbiltà ta' toqob imferrxin b'dijametru akbar, sa 12 mm, li jinsabu aktar lejn iċ-ċentru tal-massa; d) kontenut ta' xaħam fis-sustanza xotta ta' mhux anqas minn 40,5 %; e) b'togħma ħelwa u ta' butir u ftit taħraq u tajba.
Barra minn hekk, l-ambjent fejn issir il-maturazzjoni jagħti lil dan il-ġobon togħma qawwija minħabba t-tul tal-maturazzjoni. Wara 7-8 xhur il-provolone għandu t-tendenza li jisfar aktar, il-qoxra teħxien filwaqt li jieħu togħma aktar taħraq u l-qalba tidher aktar konsistenti, anke jekk tibqa′ ratba mhux ħażin u mingħajr qxur.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ta' trobbija tal-baqar, tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tal-“Provolone del Monaco” DPO, hija definita mit-territorji sħaħ tal-muniċipalitajiet li ġejjin, li jinsabu kollha fil-provinċja ta' Napli: Agerola, Casola di Napoli, Castellammare di Stabia, Gragnano, Lettere, Massa Lubrense, Meta, Piano di Sorrento, Pimonte, Sant′Agnello, Sorrento, Santa Maria La Carità, Vico Equense.
4.4. Prova tal-oriġini:
Kull fażi tal-proċess ta' produzzjoni għandha tkun immonitorjata billi jiġi ddokumentat għall kull fażi id-dħul u l-ħruġ tal-prodotti. B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-korp ta' spezzjoni, ta' min irabbi l-bhejjem, tal-produtturi, kif ukoll permezz tan-notifika f'ħinha lill-korp ta' spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti, hija ggarantita t-traċċabbiltà kif ukoll ir-rintraċċabbiltà tal-prodott. Il-persuni kollha, fiżiċi jew legali, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-korp ta' spezzjoni, skont kif indikat fil-punt 4.7 kif inhu stipulat fil-pjan ta' kontroll.
4.5. Metodu ta' produzzjoni:
L-ipproċessar iseħħ bl-użu ta' ħalib tal-baqar li ma jkunux għamlu aktar minn 230 jum ta' ħlib. L-ikel tal-baqar irid ikollu mill-inqas 40 % tas-sustanza xotta ġejja mill-għalf u/jew għalf aħdar. Il-kwantità ta' għalf aħdar li jingħata kuljum lill-baqar ma għandux ikun aktar minn 15 kg sabiex jiġu evitati fermentazzjonijiet mhux normali li jistgħu jikkompromettu l-kwalitajiet organolettiċi tal-ġobon. L-għalf aħdar huwa l-prodott miksub miż-żabra ta' siġar kultivati (siġar taċ-ċitru, taż-żebbuġ, eċċ..) u mill-boski ta' siġar li jwaqqa′ l-weraq (qastan, eċċ) u mit-tindif tat-terrazzi fiż-żona ta' produzzjoni indikata fil-punt 4.3. Dan jiġi integrat mal-għalf l-ieħor li jrid ikun ġej mill-kultivazzjoni ta' ċereali miż-żerriegħa (ħafur, xgħir u qamħ) u/jew mit-tiben li ġej minn mergħat stabbli u naturali u minn kultivazzjonjiet ta' ħaxix u legumi għall-għalf. L-għalf huwa biss is-suppliment għall-ikel li ġej miż-żona indikata fil-punt 4.3 li jagħti l-karatteristiċi partikolari lill-ħalib tal-baqar. Il-ħalib maħsub għall-produzzjoni jrid ikun dak miksub permezz ta' tnixxija mill-glandoli mammarji u ma jridx ikun imqiegħed f'temperatura ta' aktar minn 40 °C. Il-koagulazzjoni għandha tinkiseb bl-użu tat-tames għal madwar 40-60 minuta filwaqt li jiżdied tames ftit magħqud tal-gidi jew tames f'likwidu naturali tal-għoġol waħidhom jew flimkien, b'mill-anqas 50 % tat-tames ftit magħqud tal-gidi, imsaħħan għal 34-42 °C. Meta l-baqta jkollha l-konsistenza mixtieqa, din tinqasam f'biċċiet żgħar ħafna daqs rossa tal-qamħirrum. Dawn jitħallew joqogħdu għal 20 minuta. Imbagħad il-baqta tiġi msaħħna sabiex tinkiseb temperatura ta' 48-52 °C u titħalla toqgħod għal mhux aktar minn 30 minuta. Wara x-xorrox jitneħħa minnha u tiġi ttrasferita f'biċċiet tad-drapp tal-qanneb jew bramel tal-ħadid imtaqqba għall-maturazzjoni. Wara li t-testijiet tal-għaġna jkunu taw riżultati pożittivi ta' elastiċità u reżistenza, il-baqta tinqata' f'faxex ta' daqsijiet varji. Imbagħad il-massa tiġi magħġuna u mogħtija l-forma bl-ilma f'temperatura ta' 85-95 °C f'forom skont il-porzjonijiet stabbiliti mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Isegwi l-proċess tat-twebbis bit-tagħdis f'ilma kieseħ u t-tmelliħ bit-tagħdis fis-salmura għal 8-12-il siegħa kull kilogramma tal-prodott. Il-ġobnijiet miksuba, marbutin f'pari u mdendlin fuq xkafef apposta, jitħallew jimmaturaw l-ewwel f'temperatura ambjentali biex jixxuttaw għal minn 10 sa 20 jum u wara, f'ambjent ta' temperatura bejn it-8 u l-15 °C għal perijodu ta' mhux inqas minn sitt xhur. Fl-aħħar tal-maturazzjoni, il-forom għandhom ikollhom piż ta' mhux anqas minn 2,5 kg u mhux aktar minn 8 kg. Il-produzzjoni tal-“Provolone del Monaco” tista' ssir matul is-sena kollha esklussivament minn ħalib miġbur wara kull ħlib mingħajr tkessiħ fl-istalla jew darba kuljum bit-tkessiħ fl-istalla. Il-korp ta' spezzjoni, indikat fil-punt 4.7, fl-aħħar tal-maturazzjoni, jiżgura li l-prodott għandu l-karatteristiċi stipulati, u wara l-prodott jgħaddi għall-immarkar fuq il-ġnub tal-provolone u għat-tikkettar tal-prodott.
4.6. Rabta:
L-ispeċifità tal-Provolone del Monaco hija r-riżultat ta' tagħqida ta' fatturi tipiċi taż-żona tal-Monti Lattari - Penisola Sorrentina, partikolarment tal-karatterstiċi organolettiċi tal-ħalib prodott esklussivament mill-baqar imrobbija fit-territorju, tal-metodu tal-ipproċessar li għadu sal-lum jirrifletti t-tradizzjonijiet artiġjanali li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra u tal-mikroklima li jikkaratterizza l-ambjenti tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni. Il-ħalib prodott fiż-żona ta' oriġini tal-“Provolone del Monaco” għandu livelli ta' xaħam u proteini ogħla mill-medja nazzjonali, assoċjati mal-valuri tal-kalċju tar-residwu xott bla xaħam (sustanza xotta bla xaħam), imniżżla fit-tabelli li ġejjin, li jikkonfermaw l-abbundanza nutrittiva tal-prodott u l-kapaċità ogħla ta' rendiment fl-ipproċessar tal-ġobon.
Il-karatteristiċi organolettiċi medji tal-ħalib tal-baqra tal-Monti Lattari – Penisola Sorrentina.
|
Xaħam |
Proteina % |
Ca |
Irmied |
Rsm (1) |
Piż speċifiku: |
|
3,3 |
3,1 |
157 |
0,730 |
8,72 |
1,0308 |
Karatteristiċi organolettiċi medji tal-ħalib tal-baqra tar-razza Agerolese.
|
Xaħam % |
Proteina % |
Ca |
Irmied |
RSM (2) |
Piż speċifiku: |
|
3,9 |
3,5 |
159,7 |
0,752 |
8,87 |
1,0308 |
Dawn il-partikolaritajiet flimkien mal-parametri uniċi huma responsabbli mill-prediżpożizzjoni partikolari ta' dan il-ħalib għall-koagulazzjoni u għall-“għaġna” li tiġi wara, kif ukoll tal-karatteristiċi ta' preġju partikolari għall-konsistenza finali tal-ġobon miksub, l-aktar f'termini ta' elastiċità u tenaċità tal-ġobon.
Dawn il-fatti kollha huma konferma impliċita tat-tipiċità fil-kompożizzjoni ta' dan il-ħalib, li tinfluwenza b'mod pożittiv il-karatteristiċi tar-riħa u tat-togħma tal-Provolone del Monaco.
Minn żminijiet antiki, it-tipiċità tad-DPO hija strettament marbuta mat-trobbija tar-razza awtoktona tal-baqar Agerolese, li tipprovdi l-ħalib użat fil-produzzjoni tal-Provolone del Monaco. Din ir-razza, magħżula matul is-snin minn ambjent ostili, nieqes b'mod partikolari minn mergħat u minn postijiet ta' kenn improvviżati, kienet akkwistat karattru rustiku u reżistenti u, minkejja l-ikel fqir, kienet kapaċi tipproduċi kwantità diskreta ta' ħalib b'karatteristiċi organolettiċi eċċellenti li fil-biċċa l-kbira jintuża għall-produzzjoni tal-Provolone del Monaco.
It-trobbija tal-baqar fil-Monti Lattari – Penisola Sorrentina, tmur lura saħansitra għal 264 Q.K., epoka li fiha l-Piċentini, l-ewwel abitanti ta' dawn il-muntanji biddlu l-ispazju meħud mill-boski f'terren kultivabbli u bdew irabbu annimali domestiċi, speċjalment baqar li jipproduċu l-ħalib. Minn dan l-ewwel nukleu ta' baqar, b'konsegwenza ta' għadd kbir ta' tgħammir ma' razez li ġew fis-sekli ta' wara, intgħażlet razza li mill-1952 ġiet definita bħala Agerolese, li għandha karatteristiċi morfoġenetiċi u somatiċi tal-pil, tat-torso, tar-riġlejn u tal-għadam u li tipproduċi ħalib karatterizzat minn perċentwal għoli ta' xaħam. Fl-ewwel snin tas-seklu għaxra it-tabib veterinarju Enrico Mollo iddeskriva l-baqra mrobbija f'dan it-territorju speċifiku bħala “baqra tal-ħalib... minn metru u ħamsa u tletin ċentimetru sa metru u erbgħin, b'xi wħud saħansitra aktar minn hekk, il-piż ħaj ivarja minn tliet mija u ħamsin kilogramma għal erba′ mitt kilogramma; il-pil huwa skur bi strixxa aktar ċara fuq id-dahar... tipprovdi bejn sbatax u tmintax-il litru ħalib kuljum... fl-istaġun it-tajjeb, meta hemm ħafna għalf aħdar u l-klima tibda ssir moderata u l-ħalib jibda jkollu riħa aktar tfuħ... l-aktar produzzjoni interessanti tal-ġobon hija rrappreżentata mill-produzzjoni tal-provoloni”. Huwa biżżejjed anke li 20 % biss tal-ħalib ikun ġie mir-razza Agerolese sabiex il-Provolone del Monaco DPO ikollu karatteristiċi uniċi. Dan għaliex il-ħalib prodott mill-baqar ta' Agerolese għandu livelli ta' xaħam u proteina ogħla mill-medja tal-ħalib prodott mir-razez l-oħra. Dan, flimkien mal-valuri tal-kalċju u tar-residwu xott bla xaħam (sustanza xotta bla xaħam), jikkonfermaw l-abbundanza nutrittiva tal-prodott u l-kapaċità għolja ta' rendiment fil-proċess tal-ġobon, u jagħtu r-riħa u t-togħma karatteristiċi li jiddistingwu lill-Provolone.
Il-karatteristiċi kimiċi tal-ġobon huma mniżżlin hawnhekk.
Il-kompożizzjoni kimika tal-ġobon tas-sustanza naturali.
|
|
Fuq is-Sustanza Naturali |
|||||
|
Provolone del Monaco |
Kwalità |
Ilma % |
Xaħam % |
Sustanza ta' Proteina % |
Total ta' Melħ % |
NaCl % |
|
|
|
40,20 |
28,50 |
27,20 |
4,10 |
2,20 |
Il-kompożizzjoni kimika tal-ġobon tas-sustanza xotta.
|
|
Għall kull 100 tal-materjal xott |
||||
|
Provolone del Monaco |
Kwalità |
Xaħam % |
Sustanza ta' Proteina % |
Total ta' Melħ % |
NaCl % |
|
|
Ħalib sħiħ: |
47,65 |
45,48 |
6,85 |
3,67 |
Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata mill-preżenza ta' għadd kbir ta' widien li huma profondament maqtugħa ġewwa l-kosta u jidħlu l-ġewwa għal diversi kilometri. Dawn huma kkaratterizzati minn varjazzjonijiet ta' altitudni, b'fenomeni ta' tibdil kbir fil-veġetazzjoni u żvilupp partikolari ta' blat kumpless. Il-varjabbiltà kbira tas-sistema orografika u idrografika li tinsab fit-territorju u d-diversifikazzjoni morfoloġika intrinsika bejn iż-żoni differenti li jagħmlu dan it-territorju, jiddeterminaw il-preżenza ta' mikroklimi ristretti li mhumiex l-istess. In-natura tal-postijiet, ġeneralment ħarxa ħafna, tiddetermina kwantita' ta' xemx li tvarja ħafna anki fiż-żoni ġirien, li flimkien mal-altimetrija varjabbli, u minkejja l-influss ta' mitigazzjoni tal-baħar, jiddeterminaw varjazzjonijiet partikolari tal-istess speċijiet ta' veġetazzjoni li jinsabu fiż-żona. It-temperaturi annwali medji jibqgħu fil-fatt bejn is-16 °C u l-20 °C matul il-kosta u bejn it-12 °C u s-16 °C fuq in-naħa tat-Tramuntana, b'temperaturi minimi fiż-żoni aktar elevati li xorta jilħqu bejn it-8 °C u t-12 °C. Sitwazzjoni bħal din toħloq distribuzzjoni ta' isotermi li jaqblu mal-andament altimetriku tal-postijiet. L-inżul tax-xita huwa lokalment kondizzjonat b'mod rilevanti mill-preżenza ta' riżalti tal-ġir; l-inżul tax-xita iseħħ f'medja ta' madwar 100 jum, bix-xita tkun aktar intensa fiż-żoni l-aktar elevati. Ir-riħ, għalkemm ħafna drabi jkun assenti, x'aktarx jiġi mill-Ilbiċ.
L-isem tipiku “Provolone del Monaco” jmur lura għaż-żminijiet antiki, u huwa strettament marbut mal-mod kif fil-passat dan il-ġobon kien ittrasportat biex jinbiegħ fis-suq ta' Napli, aktar preċiżament fl-epoka li fiha l-produtturi tal-ġobon taż-żona msemmija ddeċidew li jipproduċu l-aktar il-prodotti maturi xprunati mill-ħtieġa li jressqu l-kummerċ lejn il-belt ta' Napli. Minħabba n-nuqqas ta' aċċessibbiltà ta' rotot, l-aħjar mod kif wieħed jasal Napli kien minn fuq il-baħar: vjaġġ twil u diffiċli li kien jibda fis-satra tal-lejl. Il-provoloni kienu jitgħabbew fuq dgħajjes bl-imqadef u l-bdiewa li għal dak il-waqt kienu jinbidlu f'kummerċjanti, biex jilqgħu għall-umdità tal-baħar u tal-lejl kienu jitgħattew b'mantell kbir li jixbah iċ-ċoqqa tal-patrijiet. Hekk kif jaslu Napli, dawk li jaħdmu fis-suq fejn il-port bdew isejħu lil min jittrasporta l-ġobon, il-Monaco, u l-ġobon tiegħu, il-Provolone del Monaco. Minn dak iż-żmien, l-isem baqa′ dejjem “Provolone del Monaco”, u jirrappreżenta elementi tradizzjonali u ta' rabta mat-territorju li jintitolah għar-rikonoxximent skont l-artikolu 2, il-paragrafu 2 tar-Reg. KE 510/2006.
4.7. Korp ta’ spezzjoni:
|
Isem: |
ISMECERT |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 081 7879789 |
|||
|
Fax |
+39 081 6040176 |
|||
|
e-mail: |
info@ismecert.it |
il-korp ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istandard EN 45011.
4.8. Tikkettar:
Mat-tqegħid fis-suq għall-konsum, il-forom tal-“Provolone del Monaco” għandu jkollhom stampat bis-sħana fuq kull naħa b'figuri linejari u bit-tikek, it-timbru bil-kliem “Provolone del Monaco”, bil-kulur iswed u l-indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tal-produttur imdaħħal fis-sistema tal-kontroll. It-tikketta li titwaħħal fuq il-forom tal-“Provolone del Monaco” D.P.O. għandu jkollha b'karattri stampati ċari, li ma jitħassrux u li jingħarfu b'mod ċar minn kull kitba oħra li tidher fuq it-tikketta, l-informazzjoni li ġejja: a) is-simbolu grafiku, li jidher hawn taħt, marbut max-xbieha artistika tal-logo speċifiku u univoku, li għandu jintuża flimkien b'mod indiviżibbli mad-DPO; b) is-simbolu komunitarju; c) l-isem, il-kunjom, isem l-azjenda u l-indirizz tal-azjenda tal-ippakkjar u/jew tal-produzzjoni; d) in-numru ta' identifikazzjoni mogħti lil kull produttur imniżżel fis-sistema tal-kontroll; e) il-piż tal-prodott f'konformità mar-regoli fis-seħħ; f) l-inqas perċentwal ta' ħalib tal-baqra tat-tip ġenetiku awtoktonu (TGA) Agerolese li ġie użat; f) it-tipoloġija tat-tames użat; h) il-maturazzjoni meta din tkun ta' aktar minn sitt xhur. Din l-informazzjoni għandha tkun stampata b'karattri iżgħar minn dawk użati għall-kliem “Provolone del Monaco” D.O.P. Il-lowgo tal-“Provolone del Monaco” DPO hija rrappreżentata minn xbieha stilizzata tal-Provolone del Monaco bir-rabta tar-raffja tipika taż-żona tal-Monti Lattari u tal-Penisola Sorrentina.
(1) Residwu Xott Bla Xaħam (Residuo Secco Magro).
(2) Residwu Xott Bla Xaħam.
|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/9 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 140/05
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“PEMENTO DO COUTO”
Nru tal-KE: ES-PDO-0005-0464-03.05.2005
DOP ( ) IĠP ( X )
Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għal finijiet ta' tagħrif.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Subdirección General de Calidad Agroalimentaria y Agricultura Ecológica — Dirección General de Industrias y Mercados Agroalimentarios — Secretaría General de Medio Rural del Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino de España |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Telefon |
+34 913475394 |
|||
|
Feks |
+34 913475410 |
|||
|
Posta elettronika: |
sgcaae@mapya.es |
2. Grupp:
|
Isem: |
COOPERATIVA DO CAMPO O VAL |
|
Indirizz: |
Vilacornelle, s/n. O Val-Narón (A Coruña) |
|
Telefown |
+34 981453901 |
|
Feks |
+34 981453901 |
|
Posta elettronika: |
horta@cooperativaoval.com |
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessaturi ( X ) Oħra ( ) |
3. Tip ta' prodott:
|
Klassi |
1.6 – Frott, ħaxix, ċereali, friski jew ipproċessati |
4. Speċifikazzjoni: (sommarju ta' rekwiżiti li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Pemento do Couto”
4.2. Spjegazzjoni:
Il-bżar kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pemento do Couto” huwa l-frotta li ġejja mill-ispeċi Capsicum annuum L tal-ekotip lokali magħruf bl-istess isem. Il-frott jinġabar fis-sajf mhux misjur u tal-ewwel żmien (daqs kummerċjali) u bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq frisk. Il-karatteristiċi tal-frott huma kif ġej:
— Għamla: sezzjoni lonġitudinali konika maqtugħa b'mod trapezojdali u sezzjoni trasversali fit-tond. Xi kultant is-sezzjoni trasversali tidher kemmxejn -skanalaturi bi tliet jew erba' trufijiet fit-tarf nett.
— Piż: bejn 4 u 6 grammi għal kull unità.
— Tul tal-frott: bejn 4 u 8 ċm.
— Wisa' approssimativa: 2 ċm.
— Zokk: Bejn 2 u 3 ċm, dejjem iqsar mill-frotta. Huwa iebes, normalment dritt jew kemmxejn mgħawweġ.
— Qoxra: Aħdar skur, bi ftit li xejn tleqqija.
— Ħxuna tal-ħajt jew il-laħam:: Irqiqa, madwar 1 u 1,5 mm.
— Togħma: laħam immerraq b'konsistenza fina, togħma ħelwa, kemmxejn erbaċi mingħajr ħruq minħabba n-nuqqas tal-kapsajkin, b'riħa moderatament qawwija u ftit żerriegħa.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tikkonsisti mid-distrett kollu ta' Ferrol f'A Coruña, li jikkonsisti minn dawn il-muniċipalitajiet li ġejjin: Ferrol, Narón, Valdoviño, Cedeira, Moeche, As Somozas, San Sadurniño, Neda, Fene, Mugardos u Ares. Huwa distrett naturali peress li l-livell baxx ftit 'il fuq mil-livell tal-baħar, il-protezzjoni mogħtija mill-ktajjen ta' muntanji li jdawru l-widien fejn isseħħ il-produzzjoni, u l-qrubija tal-kosta jagħtu lok għal mikroklima partikolari, ikkaratterizzata fuq kollox mill-varjazzjonijiet fit-temperatura, flimkien mal-preżenza ta' ħamrija li hija xierqa ħafna għal dan il-wiċċ tar-raba'.
L-isem tal-indikazzjoni “O Couto” huwa isem ġeografiku li jikkorrispondi għall-post fejn jinstab il-monasteru li hu magħruf bl-istess isem, u hu stess marbut mal-orġini tal-għażla u l-kultivazzjoni ta' dan il-bżar.
4.4. Prova tal-oriġini:
It-traċċabbiltà tal-prodott hija żgurata mill-identifikazzjoni tiegħu f'kull stadju ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni.
Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni jkunu ġew issodisfati, il-korp ta' kontroll se jieħu ħsieb reġistru ta' produtturi u ta' ġonot tar-raba' li se jiġu aġġornati kostantament: il-bżar li jista' jiġi kopert mill-IĠP “Pemento do Couto” irid ikun ġie kkultivat skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' speċifikazzjoni u f'regoli addizzjonali oħra, f'ġonot tar-raba' u minn produtturi mniżżla fir-reġistru korrispondenti.
Barra minn hekk, il-produtturi rreġistrati huma rikjesti li jiddikjaraw il-kwantità ta' bżar kopert mill-IĠP attwalment ikkultivat u mqiegħed fis-suq permezz ta' dħul fir-reġistri maħluqa għal dan l-iskop. Il-korp ta' kontroll se jivverifika li l-kwantitajiet mqiegħda fis-suq minn min jippakkja jikkorrispondu mal-produzzjoni tal-bdiewa li jfornuhom u mal-produzzjoni meta mqabbla mar-rendiment agronomiku tal-pakketti rreġistrati.
Il-persuni ġuridiċi u fiżiċi kollha mniżżla fir-reġistri, ġonot tar-raba', imħażen, impriżi tal-ipproċessar u prodotti ser ikunu soġġetti għal spezzjonijiet u verifiki mwettqa mill-korp ta' kontroll bil-għan li jivverifika li l-prodotti protetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-regoli ta' speċifikazzjoni u f'regoli addizzjonali oħra. Il-kontrolli ser jitwettqu abbażi ta' spezzjoni tal-ġonot tar-raba', tal-imħażen u tal-impriżi tal-ipproċessar, abbażi ta' reviżjoni tad-dokumentazzjoni u ta' kontroll li l-kriterji fiżiċi spjegati huma ssodisfati, u ta' kontroll li meta jinġabar, il-bżar ikun sħiħ, tajjeb, nadif u mingħajr ħsara u difetti. Barra min hekk huwa possibbli li jitwettqu analiżi ta' residwu multiplu biex jiġi vverifikat li ċ-ċifri miksuba għall-Pestiċidi huma inqas mill-Limiti Massimi ta' Residwi (LMR) stabbiliti mil-leġiżlazzjoni attwali għall-wiċċ tar-raba'.
4.5. Metodu ta' produzzjoni:
Il-pjanti tal-mixtliet jiġu mingħand produtturi awtorizzati mniżżla fir-reġistru rilevanti.
Il-proċess biex jiġi akkwistat il-prodott huwa spjegat hawn taħt:
Ladarba l-frotta tkun inqatgħat din titnixxef u titneħħa ż-zerriegħa, li wara li tiġi diżinfettata tkun lesta biex tinżera'. Il-preparazzjoni tal-ħammiela u taż-żerriegħa tibda f'Ottubru u tkompli f'Novembru, Diċembru u Jannar. Iż-żrigħ jitwettaq f'kontenituri fuq sottostrat magħmul minn taħlita ta' pit u żrar fi proporzjon ugwali. Wara t-tinbit, u meta l-pjanta tkun kibret għal madwar 5 ċm, din tiġi ttrapjantata u titħawwel f'tilari apposta.
Il-bżar ikkultivat kemm fil-beraħ kif ukoll mgħotti se jkun eliġibbli għall-protezzjoni li taqa' taħt l-IĠP “Pemento do Couto”. Ir-rendiment massimu permess se jkun, b'mod ġenerali, 4 kg/m2 u 6 kg/m2 rispettivament.
L-istrutturi taħt l-għata huma mini sempliċi tal-plastik mingħajr sħana jew dawl artifiċjali, li jintużaw biss biex jipproteġu l-wiċċ tar-raba' (li jitkabbar direttament fuq il-ħamrija) milli okkażjonalment jiffriża u, fuq kollox, biex iżidu l-produzzjoni u biex itawlu ż-żmien tal-produzzjoni għal ftit ġimgħat fil-ħarifa. L-użu tagħhom ġie estiż għall-protezzjoni ta' tipi magħżulin ta' dan l-ekotip ta' bżar milli jsir ibridu.
Meta l-kultivazzjoni issir fil-beraħ, it-tħawwil jitwettaq f'April u Mejju, b'densità ta' minn 3 sa 5 pjanti għal kull metru kwadru, u l-qtugħ jibda f'Ġunju-Lulju. F'każ li hemm il-ħsieb li ż-żerriegħa tintuża biex tipproduċi n-nebbieta, il-ħbula tar-raba għandhom ikunu 'l bogħod minn ħbula oħrajn fuq barra ta' dak l-ekotip sabiex jiġu ppreżervati t-tipi magħżulin.
It-tħawwil taħt l-għata jitwettaq fi Frar u F' Marzu sabiex il-frott jibda jinqata' f'nofs April. Id-desità hija bejn 2 u 4 pjanti għal kull metru kwadru. Huwa rakkomandabbli li l-art titgħatta b'folji tal-politene biex tiġi evitata l-kompetizzjoni mill-ħaxix ħażin. Mhemmx bżonn ta' rfid minħabba l-fatt li bl-istandard ta' tħawwil użat xi pjanti jappoġġaw lil oħrajn.
Il-fertilizzazzjoni se tkun kif jixraq bl-iskop li jinżamm bilanċ bejn in-nutrijenti fil-ħamrija u fil-pjanta, u jinżammu l-livelli tagħhom, u b'dan il-mod jitqies r-rendiment tal-wiċċ tar-raba' , l-istat ta' nutrizzjoni tal-pjanta, il-livell ta' fertilità fil-ħamrija u l-kontribut mogħti b'mezzi oħra (ilma, materjal organiku eċċ).
Il-kontroll ta' pesti u/jew mard possibbli se jiġu indirizzati fl-applikazzjoni ta' metodi ta' tkabbir bħal: disinfettar ta' żerriegħa, trattament tal-ħmiemel, inqas irrigazzjoni sabiex jiġi evitat b'mod aħjar li tinfaqa' l-ħamrija u jsiru barrieri eċċessivi bil-ħamrija.
Jekk ikun meħtieġ li jintużaw kimiċi, il-materjali attivi użati jkunu dawk li għandhom inqas impatt ambjentali, aktar effikaċja, inqas tossiċità u inqas problemi ta' residwi, inqas effett fuq fawna sekondarja u l-inqas saħħa.
Il-ħsad isir manwalment, qabel ma jimmatura l-frott u f'dak iż-żmien meta, fid-dawl tal-esperjenza tal-bdiewa, ikunu preżenti l-kundizzjonijiet xierqa biex titqiegħed fis-suq, skont il-karatteristiċi fiżiċi mniżżla f'punt 4.2. Hu jikkonsisti fi proċess li jkollu jiġi repetut skont il-ħtieġa, b'mezzi ta' materjal (għodda, kaxxi jew kontenituri etċ.) u mezzi umani sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-prodott.
Il-bżar jiġi trasportat f'kontenituri riġidi, biex ma jitgħaffiġx. Il-ħatt isir b'tali mod li jitnaqqsu l-effetti preżenti meta jitwaqqa' l-prodott. Iż-żoni ta' ħażna għandhom ikunu vventilati b'mod tajjeb.
L-ippakkjar jitwettaq permezz ta' lottijiet omoġenji skont l-oriġini u t-tul tal-frott u fi xkejjer b'piż ta' 200g jew 400 g. Il-materjali użati jkunu dawk awtorizzati skont il-liġi attwali tal-ikel. Ikun possibbli li jiġu stabbiliti forom oħra ta' preżentazzjoni jekk jintwera li ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott b'mod ħażin. Il-perjodu tat-tqegħid fis-suq se jkun bejn il-15 ta' April u l-31 ta' Ottubru; il-korp ta' kontroll jista' jestendi jew inaqqas dak il-perjodu meta l-karatteristiċi tal-dan ikun meħtieġ mill-prodott fid-dawl tal-kundizzjonijiet staġjonali tat-temp.
4.6. Rabta:
Il-“Pemento do Couto” huwa ekotip lokali kkultivat tradizzjonalment mill-bdiewa fid-distrett ta' Ferrol. B'riżultat tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni limitati tiegħu mal-miġja tas-snin, il-kultivazzjoni tiegħu ma nfirxitx lil hinn minn dik iż-żona ġeografika, li anki llum tibqa' l-unika post li fih jiġi prodott dan il-bżar.
Bħala riflessjoni tar-reputazzjoni tiegħu, fl-1999 il-“Festa do Pemento do Couto” ġiet stabbilita bħala festival gastronomiku li jiċċelebra il-“Pemento do Couto” li jsir kull sena fl-aħħar ta' Lulju fil-post tal-oriġini, ħdejn il-monasteru ta' Santa Maria do Couto. Bħala prova tar-reputazzjoni tiegħu, ta' min jinnota li ristoranti varji fid-distrett ta' Ferrol jinkludu “Pemento do Couto” fuq il-menu tagħhom.
Bosta fatturi, fosthom il-materjal tal-pjanta, it-tekniki ta' produzzjoni u l-mikroklima tal-widien fejn isseħħ il-produzzjoni, jingħaqdu flimkien u jagħtu bidu għal prodott b'ħafna karatteristiċi speċifiċi u kwalità li waslitu biex jakkwista reputazzjoni notevoli.
Il-prassi tradizzjonali tal-bdiewa lokali fil-manutenzjoni u l-għażla tal-aħjar pjanti, filwaqt li jadattaw it-tekniki ta' produzzjoni għall-kundizzjonijiet lokali, irriżultaw fi prodott differenzjat u popolari ħafna. L-għażla mwettqa, flimkien mal-kura biex jiġu evitati ibridi mhux mixtieqa, kienu fatturi deċisivi meta jkun se jiġi kkultivat bżar li assolutament ma jaħraqx (tal-inqas skont il-kundizzjonijiet ambjentali tad-distrett), aspett li mhux komuni fi bżar b'karatteristiċi simili.
L-użu għal ħafna għexieren ta' snin tal-istrutturi taħt l-għata mill-bdiewa tar-reġjun juri kif dawn adattaw tekniki ta' produzzjoni, mingħajr ma jinvolvu nuqqas ta' interazzjoni bejn l-ambjent u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott: Jintużaw mini sempliċi tal-plastik fejn ma hemm l-ebda kontroll reali tal-kundizzjonijiet ta' tkabbir agroklimatiċi tal-prodott, li jibqa' espost, essenzjalment, għall-elementi ambjentali naturali.
Iż-żona ta' produzzjoni tinkludi għadd ta' widien f'livell baxx ftit 'il fuq mil-livell tal-baħar, protezzjoni mill-ktajjen ta' muntanji u qrubija tal-kosta, li jagħtu lok għal mikroklima kkaratterizzata minn ħafna kwantità annwali ta' xita, b'ammont pjuttost sinifikanti ta' preċipitazzjoni anki fil-perjodu tas-sajf, temperaturi mhux ħorox u ftit ċaqliq fit-temperatura, umdità relattivament għolja u ftit xemx meta mqabbla ma' żoni oħra li jipproduċu l-bżar, li jinfluwenzaw b'mod dirett il-ħxuna tal-ħajt u l-konsistenza fina, l-irtubija u t-tmerriq ta' laħmu fuq il-palat.
4.7. Korp ta' spezzjoni:
|
Isem: |
Instituto Galego da Calidade Alimentaria (INGACAL) |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Telefown |
+34 881997276 |
|||
|
Feks |
+34 981546676 |
|||
|
Posta elettronika: |
ingacal@xunta.es |
INGACAL huwa korp pubbliku li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Consellería do Medio Rural de la Xunta de Galicia.
4.8. Tikkettar:
Il-bżar li tqiegħed fis-suq skont l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pemento do Couto” irid ikollu t-tikketta kummerċjali li tikkorrispondi għall-isem tad-ditta ta' kull manifattur/min jippakkja u tikketta b'kodiċi alfanumeriku b' numerazzjoni korrelattiv, bl-awtorizzazzjoni mill-korp ta' kontroll, bil-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. Kemm it-tikketta kummerċjali u t-tikketta speċifika tad-denominazzjoni għandu jkollhom il-kliem Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pemento do Couto”.