ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.136.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 136

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
16 ta' Ġunju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 136/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata – (Każ COMP/M.5377 – SNCF/VFE P/Bollore/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 136/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2009/C 136/03

Avviż mill-Kummissjoni Dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti tipi ta' għajnuna mill-Istat ( 1 )

3

2009/C 136/04

Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat

13

2009/C 136/05

Avviż tal-Kummissjoni rigward id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

21

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 136/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar Għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

23

2009/C 136/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

25

2009/C 136/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati)

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 136/09

Sejħa għall-proposti – EACEA/14/09 – Il-Programm ICI ta' Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni – Kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ bejn l-UE u l-Awstralja, il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea

31

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 136/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5543 – EnBW/Borusan/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

34

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kunsill

2009/C 136/11

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill 2009/…/KE 15 ta' Ġunju 2009)

35

 

Il-Kummissjoni

2009/C 136/12

Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba minn Stat Membru

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5377 – SNCF/VFE P/Bollore/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 136/01

Fil-5 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5377. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Ġunju 2009

2009/C 136/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3850

JPY

Yen Ġappuniż

136,08

DKK

Krona Daniża

7,4465

GBP

Lira Sterlina

0,84720

SEK

Krona Żvediża

10,8345

CHF

Frank Żvizzeru

1,5110

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9055

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,839

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

280,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7035

PLN

Zloty Pollakk

4,5260

RON

Leu Rumen

4,2200

TRY

Lira Turka

2,1438

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7285

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5690

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7344

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1953

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0190

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 742,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1603

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,4684

HRK

Kuna Kroata

7,2350

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 090,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,8871

PHP

Peso Filippin

67,054

RUB

Rouble Russu

43,2745

THB

Baht Tajlandiż

47,353

BRL

Real Brażiljan

2,6851

MXN

Peso Messikan

18,6982

INR

Rupi Indjan

66,0850


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/3


Avviż mill-Kummissjoni Dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti tipi ta' għajnuna mill-Istat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 136/03

1.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Avviż jistabbilixxi proċedura simplifikata li permezz tagħha l-Kummissjoni biħsiebha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, teżamina fi ħdan perjodu mqassar ċerti tipi ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jeħtieġu biss li l-Kummissjoni tivverifika li l-miżura hi skont ir-regoli u l-prattiki eżistenti mingħajr ma teżerċita setgħat diskrezzjonali. L-esperjenza li kisbet il-Kummissjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 87 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u tar-Regolamenti, oqfsa, linji gwida u avviżi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 87 (1), uriet li ċerti kategoriji ta’ għajnuna notifikata huma normalment approvati mingħajr ma jitqanqlu xi dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni, dejjem jekk ma jkunx hemm xi ċirkostanzi speċjali. Dawn il-kategoriji ta' għajnuna huma deskritti fit-Taqsima 2. Miżuri oħra ta' għajnuna notifikati lill-Kummissjoni ser ikunu soġġetti għall-proċeduri approprjati (2) u normalment għall-Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat (3).

2.

L-għan ta' dan l-Avviż hu li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni normalment se tadotta deċiżjoni f'forma qasira li tiddikjara ċerti tipi ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni skont il-proċedura simplifikata u li jipprovdi gwida dwar il-proċedura nnifisha. Meta l-kondizzjonijiet kollha indikati f’dan l-Avviż jkunu sodisfatti, il-Kummissjoni se tagħmel l-almu tagħha biex tieħu deċiżjoni f'forma qasira li l-miżura notifikata ma tikkostitwixxix għajnuna jew li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika, skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (4).

3.

Madankollu, jekk xi waħda mis-salvagwardji jew esklużjonijiet indikati fil-punti 6 sa 12 ta’ dan l-Avviż tkun applikabbli, il-Kummissjoni se tirrikorri għall-proċedura normali dwar għajnuna notifikata deskritta fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u wara se tadotta deċiżjoni f'forma sħiħa skont l-Artikolu 4 u/jew l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, l-uniċi termini infurzabbli legalment huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

4.

Billi ssegwi l-proċedura deskritta f'dan l-Avviż, il-Kummissjoni tfittex li tagħmel il-kontroll Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat aktar prevedibbli u effiċjenti, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat: Anqas Għajnuna mill-Istat li hija Mmirata Aħjar: Pjan direzzjonali għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009 (5). B’hekk dan l-Avviż jikkontribwixxi wkoll għall-istrateġija ta’ simplifikazzjoni mnedija mill-Kummissjoni f’Ottubru 2005 (6). L-ebda parti minn dan l-Avviż ma għandha tiġi interpretata li timplika li miżura ta’ għajnuna li ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni, għalkemm l-Istati Membri jibqgħu liberi li jinnotifikaw tali miżuri ta’ għajnuna għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.

2.   KATEGORIJI TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT ADATTATI BIEX JIĠU TTRATTATI SKONT IL-PROĊEDURA SIMPLIFIKATA

Kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat eliġibbli

5.

Il-kategoriji ta’ miżuri li ġejjin huma, fil-prinċipju, adattati biex jiġu ttrattati skont il-proċedura simplifikata:

(a)

Kategorija 1: Miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu taħt it-taqsimiet tal-’valutazzjoni standard’ tal-oqfsa jew tal-linji gwida eżistenti.

Il-miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu taħt il-“valutazzjoni standard” (l-hekk imsejħa taqsimiet “żona ta' sigurtà” (7), jew taħt tipi ekwivalenti ta’ valutazzjoni (8) f'linji gwida u oqfsa orizzontali, li mhumiex koperti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, huma fil-prinċipju adattati biex jiġu ttrattati skont il-proċedura simplifikata.

Il-proċedura simplifikata se tiġi applikata biss fil-każijiet fejn il-Kummissjoni tkun sodisfatta, wara l-fażi ta’ qabel in-notifika (ara l-punti 13 sa 16), li r-rekwiżiti sostantivi u proċedurali kollha stipulati fit-taqsimiet applikabbli tal-istrumenti rispettivi jkunu sodisfatti. Dan jimplika li l-fażi ta’ qabel in-notifika tikkonferma li l-miżura ta’ għajnuna notifikata tissodisfa prima facie l-kondizzjonijiet rilevanti, kif spjegati f’aktar dettall f’kull wieħed mill-istrumenti orizzontali applikabbli, li jikkonċernaw:

it-tip ta’ benefiċjarji,

l-ispejjeż eliġibbli,

l-intensità tal-għajnuna u bonusijiet,

il-limitu massimu ta’ notifika individwali jew l-ammont massimu tal-għajnuna,

it-tip ta’ strument tal-għajnuna użat,

il-kumulazzjoni,

l-effett ta' inċentiv,

it-trasparenza,

l-esklużjoni tal-benefiċjarji li huma soġġetti għal ordni ta’ rkupru pendenti (9).

It-tipi ta’ miżuri li għalihom il-Kummissjoni hija lesta biex tikkunsidra li tapplika l-proċedura simplifikata fi ħdan din il-kategorija jinkludu b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(i)

miżuri ta’ kapital ta’ riskju li jieħdu forma oħra ħlief għall-parteċipazzjoni ġo fond ta’ investiment ta’ ekwità privata u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra kollha tat-Taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar il-Kapital ta’ Riskju (10);

(ii)

għajnuna għall-investiment ambjentali li tissodisfa l-kondizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali:

li l-bażi tal-ispejjeż eliġibbli tagħha tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż kollha skont il-punt 82 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali (11); jew

li tinkludi bonus ta’ ekoinnovazzjoni skont il-punt 78 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali (12);

(iii)

għajnuna għall-impriżi innovattivi ġodda mogħtija skont il-punt 5.4 tal-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni u li n-natura innovattiva tagħhom tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-punt 5.4 (b) (i) tal-Qafas (13);

(iv)

għajnuna għar-raggruppamenti ta’ innovazzjoni mogħtija skont it-Taqsimiet 5.8 u 7.1 tal-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni;

(v)

għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċessi u fl-organizzazzjoni fis-servizzi mogħtija skont it-Taqsima 5.5 tal-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni;

(vi)

għajnuna reġjonali ad hoc li tkun taħt il-limitu tan-notifika individwali stipulat fil-punt 64 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (14);

(vii)

għajnuna għas-salvataġġ fis-setturi tal-manifattura u s-servizzi (ħlief fis-settur finanzjarju) li tissodisfa l-kondizzjonijiet sostantivi kollha tat-Taqsimiet 3.1.1 u 3.1.2 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (15);

(viii)

skemi ta' salvataġġ u ta' ristrutturazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tat-Taqsima 4 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (16);

(ix)

għajnuna ad hoc għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, sakemm din tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fit-Taqsima 3 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (17);

(x)

krediti għall-esportazzjoni fil-qasam tal-bini tal-vapuri li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tat-Taqsima 3.3.4 tal-Qafas dwar il-Bini tal-Vapuri (18);

(xi)

skemi ta’ għajnuna għas-settur awdjoviżiv li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stipulati fit-Taqsima 2.3 tal-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema rigward l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi (19).

Il-lista ta’ hawn fuq hija illustrattiva u tista' tiżviluppa fuq il-bażi ta' reviżjonijiet futuri tal-istrumenti li bħalissa huma applikabbli jew tal-adozzjoni ta’ strumenti ġodda. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi din il-lista illustrattiva minn żmien għal żmien biex iżżommha f'konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(b)

Kategorija 2: Miżuri li jikkorrispondu għall-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Kummissjoni

Il-miżuri ta’ għajnuna li l-karatteristiċi tagħhom jikkorrispondu għal dawk tal-miżuri ta’ għajnuna approvati f’minn tal-inqas tliet deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (minn issa’ l quddiem id-“deċiżjonijiet preċedenti”) li l-valutazzjoni tagħhom tista’, għalhekk, titwettaq immedjatament fuq il-bażi ta’ din il-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Kummissjoni, huma fil-prinċipju adattati biex ikunu ttrattati skont il-proċedura simplifikata. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġew adottati fl-aħħar għaxar snin qabel id-data tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika (ara l-punt 14) biss jistgħu jikkwalifikaw bħala “deċiżjonijiet preċedenti”.

Il-proċedura simplifikata se tiġi applikata biss fil-każijiet fejn il-Kummissjoni tkun sodisfatta, wara l-fażi ta’ prenotifika (ara l-punti 13-16), li l-kondizzjonijiet sostantivi u proċedurali li rregolaw id-deċiżjonijiet preċedent ikunu ġew osservati, partikolarment rigward l-għanijiet u l-istruttura ġenerali tal-miżura, it-tipi ta’ benefiċjarji, l-ispejjeż eliġibbli, il-limiti ta’ notifika individwali, il-livelli ta' intensità tal-għajnuna u (fejn applikabbli) il-bonusijiet, id-dispożizzjonijiet ta' kumulazzjoni, l-effett ta' inċentiv, u r-rekwiżiti tat-trasparenza. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-punt 11, il-Kummissjoni se tirrikorri għall-proċedura normali meta l-miżura ta' għajnuna notifikata tista’ tibbenefika lil impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq komuni (l-hekk imsemmija kwistjoni Deggendorf).

It-tipi ta’ miżuri li għalihom il-Kummissjoni lesta li tikkunsidra li tapplikalhom il-proċedura simplifikata fi ħdan din il-kategorija, b’mod partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

(i)

miżuri ta’ għajnuna għall-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali nazzjonali relatati ma’ attivitajiet konnessi ma’ siti storiċi u antiki jew monumenti nazzjonali, sakemm l-għajnuna tkun limitata għall-“preservazzjoni tal-patrimonju” fis-sens tal-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat (20);

(ii)

skemi ta’ għajnuna għal attivitajiet teatrali, ta' żfin u mużikali (21);

(iii)

skemi ta’ għajnuna għall-promozzjoni ta’ lingwi ta’ minoranzi (22);

(iv)

miżuri ta’ għajnuna għall-industrija tal-istampar (23);

(v)

miżuri ta’ għajnuna għall-konnessjoni broadband f’żoni rurali (24);

(vi)

skemi ta’ garanzija għall-finanzjament tal-bini tal-vapuri (25);

(vii)

miżuri ta’ għajnuna li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet applikabbli l-oħra kollha tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, iżda li huma esklużi mill-applikazzjoni tiegħu sempliċement għaliex:

il-miżuri jikkostitwixxu “għajnuna ad hoc (26);

il-miżuri jingħataw f'forma mhux trasparenti (Artikolu 5 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), iżda l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ metodoloġija approvata mill-Kummissjoni fi tliet deċiżjonijiet individwali adottati wara l-1 ta’ Jannar 2007;

(viii)

miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura lokali li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat minħabba l-fatt li, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-każ, il-miżura inkwistjoni mhu ser ikollha l-ebda effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju (27);

(ix)

il-proroga u/jew il-modifika ta’ skemi eżistenti barra l-ambitu tal-proċedura simplifikata prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (28) (ara l-kategorija 3 hawn taħt), pereżempju rigward l-adattament ta’ skemi eżistenti għal linji gwida orizzontali ġodda (29).

Din il-lista hija illustrattiva, peress li l-portata eżatta ta’ din il-kategorija tista’ tiżviluppa skont il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi din il-lista illustrattiva minn żmien għal żmien biex iżżommha f'konformità mal-iżviluppi fil-prassi tagħha.

(ċ)

Kategorija 3: Proroga jew estensjoni ta’ skemi eżistenti

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 jipprevedi proċedura ta’ notifika simplifikata għal ċerti alterazzjonijiet għal għajnuna eżistenti. Skont dan l-Artikolu, “[l]-alterazzjonijiet li ġejjin għall-għajnuna eżistenti għandhom jiġu notifikati fuq il-formola simplifikata ta' notifikazzjoni preskritta fl-Anness II:

(a)

żieda fl-estimi ta' skema awtorizzata għall-għajnuna li teċċedi l-20 %;

(b)

it-tiġdid ta' skema eżistenti awtorizzata għall-għajnuna sa massimu ta' sitt snin, b'żieda fl-estimi jew mingħajrha;

(ċ)

l-issikkar ta' ċerti kriterji għall-applikazzjoni ta' skema awtorizzata ta' għajnuna, tnaqqis fl-intensità tal-għajnuna jew tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli”.

Il-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 mhijiex affettwata minn dan l-Avviż. Madankollu, il-Kummissjoni tistieden lill-Istat Membru li jinnotifika biex jipproċedi skont dan l-Avviż, inkluża prenotifika tal-miżuri ta' għajnuna kkonċernati, filwaqt li juża l-formola tan-notifika simplifikata annessa mar-Regolament (KE) Nru 794/2004. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni se tistieden ukoll lill-Istat Membru kkonċernat biex jiftiehem dwar il-pubblikazzjoni ta' sommarju tan-notifika tiegħu fuq is-sit internet tal-Kummissjoni.

Salvagwardji u esklużjonijiet

6.

Peress li l-proċedura simplifikata tapplika biss għall-għajnuna notifikata fuq il-bażi tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, l-għajnuna illegali hija fil-prinċipju eskluża. Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati, il-proċedura simplifikata mhijiex se tapplika għal għajnuna għal attivitajiet fis-setturi tas-sajd u tal-akwakultura, attivitajiet fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli jew attivitajiet fl-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Barra minn hekk, il-proċedura simplifikata mhux se tkun applikata b’mod retroattiv lil miżuri prenotifikati qabel l-1 ta' Settembru 2009.

7.

Meta tivvaluta jekk miżura ta’ għajnuna notifikata taqax f’waħda mill-kategoriji eliġibbli msemmija fil-punt 5, il-Kummissjoni se tiżgura li l-oqfsa jew il-linji gwida applikabbli u/jew il-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Kummissjoni li fuq il-bażi tagħhom għandha tkun ivvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata, kif ukoll iċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti kollha, jiġu stabbiliti b’ċarezza biżżejjed. Minħabba li l-kompletezza tan-notifika tikkostitwixxi element ewlieni biex jiġi ddeterminat jekk il-proċedura simplifikata għandhiex tiġi applikata, l-Istat Membru li jinnotifika huwa mistieden jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi, jekk ikun il-każ, id-deċiżjonijiet preċedenti invokati fil-bidu tal-fażi ta’ qabel in-notifika (ara l-punt 14).

8.

Fejn il-formola tan-notifika ma tkunx kompluta jew tinkludi informazzjoni li tiżgwida jew inkorretta, il-Kummissjoni mhijiex se tapplika l-proċedura simplifikata. Barra minn hekk, meta n-notifika tinvolvi kwistjonijiet legali ġodda ta' interess ġenerali, il-Kummissjoni normalment mhijiex se tapplika l-proċedura simplifikata.

9.

Filwaqt li normalment jista' jiġi preżunt li l-miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fil-punt 5 mhumiex se jqajmu dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni, jista’ madankollu jkun hemm ċirkostanzi speċjali li jkunu jeħtieġu investigazzjoni iktar fil-fond. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura normali fi kwalunkwe ħin.

10.

Dawn iċ-ċirkostanzi speċjali jistgħu jinkludu b'mod partikolari: ċerti tipi ta’ għajnuna li jkunu għadhom ma ġewx ivvalutati fil-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni, deċiżjonijiet preċedenti li l-Kummissjoni tista’ tkun fil-kors li tivvaluta mill-ġdid fid-dawl ta’ ġurisprudenza reċenti jew żviluppi reċenti tas-suq komuni, kwistjonijiet tekniċi ġodda, jew dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat (pereżempju, in-non-diskriminazzjoni; l-erba’ libertajiet, eċċ.).

11.

Il-Kummissjoni se tirrikorri għall-proċedura normali fejn il-miżura ta' għajnuna notifikata tista’ tibbenefika lil impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq komuni (l-hekk imsemmija kwistjoni Deggendorf).

12.

Fl-aħħar nett, jekk fil-limitu ta’ żmien preskritt fil-punt 21 ta’ dan l-Avviż terza persuna tesprimi dubji sostanzjati dwar il-miżura ta’ għajnuna notifikata, il-Kummissjoni se tirrikorri għall-proċedura normali (30) u tinforma b'dan lill-Istat Membru.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Il-kuntatti ta' qabel in-notifika

13.

Il-Kummissjoni sabet li anki f’każijiet apparentement mhux problematiċi, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika mal-Istat Membru li jinnotifika kienu ta’ ġid. Dawn il-kuntatti jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b’mod partikolari, biex jiddeterminaw, fi stadju bikri, l-istrumenti rilevanti jew id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, il-grad ta’ komplessità li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni x’aktarx se tinvolvi, kif ukoll il-portata u l-volum ta' informazzjoni li l-Kummissjoni teħtieġ biex twettaq valutazzjoni sħiħa tal-każ.

14.

Minħabba ż-żmien limitat tal-proċedura simplifikata, il-valutazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat taħt il-proċedura simplifikata tiddependi fuq il-kuntatti ta’ qabel in-notifika li l-Istat Membru jistabbilixxi mal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istat Membru huwa mistieden jissottometti lill-Kummissjoni abbozz tal-formola tan-notifika flimkien mad-dokumenti ta' informazzjoni supplimentari previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif ukoll id-deċiżjonijiet preċedenti rilevanti jekk ikun xieraq, permezz tal-applikazzjoni informatika stabbilita tal-Kummissjoni. F’dan l-istadju, l-Istat Membru jista’ jitlob ukoll li l-Kummissjoni teżentah milli jimla ċerti partijiet tal-formola tan-notifika. Fil-kuntest tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika, l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jiftiehmu wkoll li l-Istat Membru ma jkollux bżonn jipprovdi abbozz tal-formola tan-notifika u informazzjoni relattiva fil-fażi ta’ qabel in-notifika. Ftehim bħal dan jista’ jkun approprjat, pereżempju, minħabba n-natura ripetittiva ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna (pereżempju l-kategorija ta' għajnuna msemmija fil-punt 5(c) ta' dan l-Avviż). F’dan il-kuntest, l-Istat Membru jista’ jkun mistieden biex jipproċedi direttament bin-notifika fejn il-Kummissjoni ma tikkunsidrax neċessarja diskussjoni dettaljata dwar il-miżuri ta’ għajnuna previsti.

15.

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jorganizzaw l-ewwel kuntatt ta’ qabel in-notifika fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievu l-abbozz tal-formola tan-notifika. Il-Kummissjoni se tippromwovi ż-żamma ta' kuntatti permezz tal-posta elettronika jew conference calls, jew torganizza laqgħat fuq talba speċifika tal-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien 5 ġranet tax-xogħol wara l-aħħar kuntatt ta’ qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinformaw lill-Istat Membru kkonċernat jekk hija tqisx li l-każ jikkwalifika prima facie biex jiġi ttrattat skont il-proċedura simplifikata, liema informazzjoni xorta jeħtieġ li tingħata biex il-miżura tikkwalifika biex tiġi ttrattata skont din il-proċedura, jew jekk il-każ huwiex se jibqa’ soġġett għall-proċedura normali.

16.

L-indikazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni li l-każ ikkonċernat jista’ jiġi ttrattat skont il-proċedura simplifikata timplika li l-Istat Membru u s-servizzi tal-Kummissjoni jaqblu prima facie li l-informazzjoni pprovduta fil-kuntest ta' qabel in-notifika għandha, jekk sottomessa bħala notifika formali, tikkostitwixxi notifika kompleta. B'hekk, il-Kummissjoni fil-prinċipju tkun f’pożizzjoni li tapprova l-miżura, ladarba din tkun ġiet notifikata formalment fuq il-bażi tal-formola tan-notifika li tinkorpora r-riżultat tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika, mingħajr talba ulterjuri għall-informazzjoni.

Notifika

17.

L-Istat Membru għandu jinnotifika l-miżura(i) ta' għajnuna kkonċernata(i) mhux aktar tard minn xahrejn wara li jiġi informat mis-servizzi tal-Kummissjoni li l-miżura tikkwalifika prima facie biex tiġi ttrattata skont il-proċedura simplifikata. Jekk in-notifika tinkludi xi bidliet meta mqabbla mal-informazzjoni preżentata fid-dokumenti ta’ qabel in-notifika, dawn il-bidliet għandhom ikunu enfasizzati b’mod prominenti fil-kuntest tal-formola tan-notifika.

18.

Is-sottomissjoni tan-notifika mill-Istat Membru kkonċernat tiskatta t-terminu msemmi fil-punt 2.

19.

Il-proċedura simplifikata ma tipprovdix għal formola speċifika tan-notifika simplifikata. Ħlief għal każijiet li jaqgħu fil-kategorija ta' għajnuna indikata fil-punt 5(c) ta' dan l-Avviż, in-notifika għandha ssir fuq il-bażi tal-formoli standard tan-notifika inklużi fir-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Pubblikazzjoni ta’ sommarju tan-notifika

20.

Il-Kummissjoni se tippubblika fuq is-sit internet tagħha sommarju tan-notifika, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru, fil-formola standard prevista fl-Anness ta' dan l-Avviż. Il-formola standard tinkludi indikazzjoni li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru, il-miżura ta' għajnuna tista’ tikkwalifika għall-applikazzjoni ta' proċedura simplifikata. Billi jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta miżura notifikata taħt dan l-Avviż, l-Istat Membru kkonċernat jiġi kkunsidrat li jaqbel mal-fatt li l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tiegħu, li għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit internet fil-formola prevista fl-Anness ta' dan l-Avviż, hi ta' natura mhux konfidenzjali. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna biex jindikaw b’mod ċar jekk in-notifika tinkludix xi sigrieti tan-negozju jew le.

21.

Imbagħad, il-partijiet interessati jkollhom 10 ġranet tax-xogħol biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom (inkluża verżjoni mhux konfidenzjali), b’mod partikolari dwar iċ-ċirkostanzi li jistgħu jeħtieġu investigazzjoni aktar fil-fond. F’każijiet fejn il-partijiet interessati jqajmu dubji sostanzjati mill-aspett tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-miżura notifikata, il-Kummissjoni tirrikorri għall-proċedura normali u tinforma lill-Istat Membru u lill-parti(jiet) interessata(i) kkonċernata(i) dwar dan. L-Istat Membru kkonċernat jiġi wkoll informat dwar kwalunkwe dubju sostanzjat u jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar tali dubju.

Deċiżjoni f'forma qasira

22.

Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-miżura notifikata tissodisfa l-kriterji għall-proċedura simplifikata (ara, b'mod partikolari, il-punt 5), hija normalment toħrog deċiżjoni f'forma qasira. Il-Kummissjoni għalhekk se tagħmel l-almu tagħha biex tadotta deċiżjoni li l-miżura notifikata ma tikkostitwixxix għajnuna jew deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 4(2) jew 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika sakemm ma tkunx applikabbli xi salvagwardja jew esklużjoni msemmija fil-punti 6 sa 12 ta' dan l-Avviż.

Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'forma qasira

23.

Skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni se tippubblika sommarju tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni f’forma qasira se tkun disponibbli fuq is-sit internet tal-Kummissjoni. Se tinkludi referenza għall-informazzjoni fil-qosor dwar in-notifika kif ippubblikata fuq is-sit internet tal-Kummissjoni fiż-żmien tan-notifika, valutazzjoni standard tal-miżura skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u, fejn applikabbli, dikjarazzjoni li l-miżura ta' għajnuna hija ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni peress li din taqa’ f'waħda jew aktar mill-kategoriji indikati fil-punt 5 ta' dan l-Avviż, bil-kategorija(i) applikabbli identifikata(i) b’mod espliċitu u b'referenza għall-istrumenti orizzontali applikabbli u/jew deċiżjonijiet preċedenti inkluża.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

24.

Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji indikati f'dan l-Avviż għal miżuri notifikati skont il-punt 17 mill-1 ta' Settembru 2009.

25.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi dan l-Avviż fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet importanti li jirrigwardaw il-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu in kunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-liġi u tal-prassi deċiżjonali dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-ewwel reviżjoni ta' dan l-Avviż l-aktar tard erba’ snin wara l-pubblikazzjoni tiegħu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se teżamina sa fejn huwa opportun li jitħejjew formoli speċifiċi ta’ notifika simplifikata biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Avviż.


(1)  Ara, b’mod partikolari, il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1, minn issa 'l quddiem il-‘Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni’; il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi żgħar u ta' daqs medju, ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2, minn issa 'l quddiem il-'Linji Gwida dwar il-Kapital ta' Riskju’; il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1, minn issa 'l quddiem il-'Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali’; il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali għall-2007-2013, ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13, minn issa 'l quddiem il-'Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali’; il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-proroga tal-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri, ĠU C 260, 28.10.2006, p. 7, minn issa 'l quddiem il-'Qafas dwar il-Bini tal-Vapuri’; il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-insegwitu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdioviżivi oħra, ĠU C 134, 16.6.2007, p. 5, minn issa 'l quddiem il-‘Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema’; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(2)  Miżuri notifikati lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali skont il-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni intitolati “L-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti” (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8) u l-“Qafas Komunitarju temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali” (ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1) u l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jimplimentaw il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, COM(2008) 800 finali tas-26.11.2008) mhux ser ikunu soġġetti għall-proċedura simplifikata stabbilita f'dan l-Avviż. Arranġamenti ad hoc speċifiċi ġew stabbiliti biex jittrattaw malajr dawn il-każijiet.

(3)  Ara paġna 13 ta′ dan il-Ġurnal Uffiėjali.

(4)  ĠU L 83 27.3.1999, p. 1.

(5)  COM(2005) 107 finali.

(6)  L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità: Strateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, COM(2005) 535 finali.

(7)  Bħat-Taqsima 5 tal-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni jew bħat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali, u; bħat-Taqsima 4 tal-Linji Gwidi dwar il-Kapital ta’ Riskju.

(8)  Il-Linji Gwida dwar l002DGħajnuna Reġjonali; it-Taqsima 3.1.2 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà, ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2, minn issa 'l quddiem il-'Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni'.

(9)  Il-Kummissjoni se tirrikorri għall-proċedura normali meta l-miżura ta' għajnuna notifikata tista' tibbenefika lil impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq komuni (l-hekk imsejħa kwistjoni Deggendorf). Ara l-Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf, Ġabra 1994, p. I-833.

(10)  Inklużi l-każijiet fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jaġixxu bħala fond ta’ investiment sa fejn il-miżura dwar il-kapital ta’ riskju kkonċernata tkun taqa’ taħt it-Taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar il-Kapital ta’ Riskju.

(11)  L-Artikolu 18(5) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jipprevedi metodoloġija simplifikata għall-kalkolu tal-ispejjeż.

(12)  Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ma jeżentax il-bonusijiet għall-ekoinnovazzjoni.

(13)  L-għajnuna lil impriżi innovattivi ġodda li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4 b) ii) tal-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni biss hija soġġetta għar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(14)  F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni li trid tingħata mill-Istat Membru trid turi minn qabel li: (i) l-ammont ta’ għajnuna jibqa’ taħt il-limitu tan-notifika (mingħajr kalkoli sofistikati tal-valur nett preżenti); (ii) l-għajnuna tikkonċerna investiment ġdid (mhux investiment ta’ sostituzzjoni); u (iii) l-effetti vantaġġużi tal-għajnuna dwar l-iżvilupp reġjonali jegħlbu b'mod ċar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li din toħloq). Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 721/2007 (il-Polonja, “Reuters Europe SA”).

(15)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każijiet N 28/2006 (Il-Polonja, Techmatrans), N 258/2007 (Il-Ġermanja, Rettungsbeihilfe zugunsten der Erich Rohde KG) u N 802/2006 (L-Italja, għajnuna għas-salvataġġ lil Sandretto Industrie).

(16)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 85/2008 (L-Awstrija, Skema ta’ garanzija għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fir-reġjun tal-Salzburg), N 386/2007 (Franza, Skema ta' salvataġġ u ristrutturazzjoni għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju), N 832/2006 (L-Italja, skema ta' salvataġġ u ristrutturazzjoni Valle d'Aosta). Dan il-metodu huwa skont l-Artikolu 1(7) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(17)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 92/2008 (L-Awstrija, Għajnuna għar-ristrutturazzjoni għal Der Bäcker Legat) u N 289/2007 (L-Italja, Għajnuna għar-ristrutturazzjoni għal Fiem SRL).

(18)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 76/2008 (Il-Ġermanja, Proroga tal-iskema ta’ finanzjament CIRR għall-esportazzjoni ta’ vapuri), N 26/2008 (Id-Danimarka, Bidliet fl-iskema ta’ finanzjament għall-esportazzjoni ta’ vapuri) u N 760/2006 (Spanja, Estensjoni tal-iskema ta’ finanzjament għall-esportazzjoni – il-bini ta’ vapuri fi Spanja).

(19)  Għalkemm il-kriterji tal-Kummissjoni japplikaw direttament biss għall-attività tal-produzzjoni, fil-prattika dawn jiġu applikati wkoll b’analoġija biex jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-attivitajiet ta’ qabel u wara l-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, kif ukoll il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità skont l-Artikoli 87(3)(d) u 151 tat-Trattat. Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 233/2008 (Skema ta’ għajnuna għall-films Latvjani), N 72/2008 (Spanja, Skema għall-promozzjoni ta’ films f’Madrid), N 60/2008 (L-Italja, Skema ta' għajnuna għall-films fir-reġjun ta’ Sardinja) u N 291/2007 (Il-Fond għall-Films Olandiżi).

(20)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 393/2007 (L-Olanda, Sussidju lil NV Bergkwartier), N 106/2005 (Il-Polonja, Hala Ludowa fi Wroclaw) u N 123/2005 (L-Ungerija, Skema intiża għat-turiżmu u l-kultura fl-Ungerija).

(21)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 340/2007 (Spanja, Għajnuna għal attivitajiet teatrali, ta’ żfin, mużikali u awdjoviżivi fil-pajjiż Bask); N 257/2007 (Spanja, Il-promozzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali fil-pajjiż Bask) u N 818/99 (Franza; Taxxa parafiskali għall-ispettakli u l-kunċerti).

(22)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 776/2006 (Spanja, Għajnuna għall-promozzjoni tal-Lingwa Baska), N 49/2007 (Spanja, Għajnuna għall-promozzjoni tal-Lingwa Baska) u N 161/2008 (Spanja, Għajnuna għal-Lingwa Baska).

(23)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoniijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 687/2006 (Ir-Repubblika Slovakka, Għajnuna lil Kalligram s.r.o. għal rivista), N 1/2006 (Is-Slovenja, Il-promozzjoni tal-industrija tal-pubblikazzjoni fis-Slovenja) u N 268/2002 (L-Italja, Għajnuna għall-industrija tal-istampar fi Sqallija).

(24)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 264/2006 (L-Italja, broadband għat-Toskana rurali), N 473/2007 (L-Italja, Konnessjonijiet broadband għall-Alto Adige) u N 115/2008 (broadband fiż-żoni rurali tal-Ġermanja).

(25)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 325/2006 (Il-Ġermanja, proroga tal-iskemi ta’ garanzija għall-finanzjament tal-bini tal-vapuri), N 35/2006 (Franza, Skema ta’ garanzija għall-finanzjament u għall-garanzija tal-vapuri) u N 253/2005 (L-Olanda, Skema ta’ garanzija għall-finanzjament tal-vapuri).

(26)  L-għajnuna ad hoc ħafna drabi tiġi eskluża mill-ambitu tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Din l-esklużjoni tapplika għall-impriżi kbar kollha (Artikolu 1(6) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), kif ukoll, f’ċerti każijiet, għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (ara l-Artikoli 13 u 14 rigward l-għajnuna reġjonali, l-Artikolu 16 dwar l-intraprenditorija min-nisa, l-Artikolu 29 dwar l-għajnuna fil-forma ta’ kapital ta’ riskju u l-Artikolu 40 dwar l-għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati). Rigward il-kondizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-għajnuna għall-investiment reġjonali ad hoc, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 14 aktar ’il fuq. Barra minn hekk, dan l-Avviż hu bla ħsara għal kwalunkwe komunikazzjoni jew dokument ta' gwida tal-Kummissjoni li jistabbilixxi kriterji dettaljati ta' valutazzjoni ekonomika għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-każijiet soġġetti għal notifika individwali.

(27)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 258/2000 (Il-Ġermanja, il-pixxina rikreattiva Dorsten), N 486/2002 (L-Isvezja, Għajnuna għal sala tal-kungressi f’Visby), N 610/2001 (Il-Ġermanja, Il-Programm dwar l-infrastruttura tat-turiżmu ta' Baden-Württemberg), N 337/2007 (L-Olanda, Sostenn għal Bataviawerf – Rikostruzzjoni ta’ bastiment tas-seklu 17). Biex il-miżura kkonċernata tiġi kkunsidrata li m'għandha l-ebda effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju, dawn l-erba’ deċiżjonijiet li joħolqu preċedent jeħtieġu, l-aktar prominentement, li l-Istat Membru juri l-karatteristiċi li ġejjin: 1) li l-għajnuna ma twassalx biex l-investimenti jiġu attratti fir-reġjun ikkonċernat u; 2) li l-prodotti/servizzi prodotti mill-benefiċjarju huma purament lokali u/jew għandhom żona ta’ attrazzjoni li hi limitata b’mod ġeografiku; 3) li ma jkunx hemm ħlief effett marġinali fuq il-konsumaturi mill-Istati Membri ġirien u; 4) li s-sehem tas-suq tal-benefiċjarju hu minimu skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq rilevanti użata u li l-benefiċjarju ma jagħmilx parti minn grupp ta’ impriżi iktar wiesa’. Dawn il-karatteristiċi għandhom ikunu enfasizzati fl-abbozz tal-formola ta’ notifika msemmi fil-punt 14 ta’ dan l-avviż.

(28)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(29)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 585/2007 (Ir-Renju Unit, proroga tal-iskema tal-R&D ta' Yorkshire), N 275/2007 (Il-Ġermanja, Proroga ta' skema ta' salvataġġ u ristrutturazzjoni għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fi Bremen), N 496/2007 (L-Italja (Il-Lombardija), Fond ta’ Garanzija għall-iżvilupp ta’ kapital ta’ riskju) u N 625/2007 (Il-Latvja, Għajnuna għall-Kapital ta’ Riskju għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju).

(30)  Dan ma jimplikax xi żieda fid-drittijjiet ta' terzi persuni skont il-ġurisprudenza tal-Qrati Komunitarji. Ara l-Kawża T-95/03, Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid u Federación Catalana de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2006, p. II-4739, punt 139, u l-Kawża T-73/98, Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2001, p. II-867, punt 45.


ANNESS

Sommarju tan-Notifika: Stedina lil terzi persuni biex jissottomettu l-kummenti tagħhom

Notifika ta' miżura ta' Għajnuna Mill-Istat

Fi … il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 88 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti tipi ta' għajnuna mill-Istat (ĠU C, ..., 16.6.2009, p. ...).

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-miżura proposta.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ta' għajnuna huma dawn li ġejjin:

 

Numru ta' referenza tal-għajnuna: N …

 

Stat Membru:

 

Numru ta’ referenza tal-Istat Membru:

 

Reġjun:

 

Awtorità li qed tagħmel l-għotja:

 

Titolu tal-miżura ta' għajnuna:

 

Bażi legali nazzjonali:

 

Bażi Komunitarja proposta għall-valutazzjoni: … linji gwida jew prassi stabbilita tal-Kummissjoni kif indikati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (1, 2 u 3).

 

Tip ta’ miżura: Skema ta' għajnuna/Għajnuna ad hoc

 

Emenda ta’ miżura ta’ għajnuna eżistenti:

 

Tul ta’ żmien (skema):

 

Data tal-għotja:

 

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i):

 

Tip ta’ benefiċjarju (SMEs/impriżi kbar):

 

Baġit:

 

Strument tal-għajnuna (għotja, sussidju fuq ir-rata tal-imgħax, …):

Il-kummenti dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni relatati mal-miżura notifikata għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni u għandhom jinkludu verżjoni mhux konfidenzjali ta' dawn il-kummenti biex ikunu pprovduti lill-Istat Membru kkonċernat u/jew partijiet interessati oħra. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks, bil-posta jew bil-posta elettronika taħt n-numru tar-riferenza N … fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

State Aid Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Fax: +32 22961242

Posta elettronika stateaidgreffe@ec.europa.eu


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/13


Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat

2009/C 136/04

1.   AMBITU U GĦAN TA' DAN IL-KODIĊI

1.

Fl-2005, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat: Għajnuna mill-Istat li hija inqas fl-ammont u mmirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-Għajnuna mill-Istat 2005-2009 (“l-SAAP”) (1) sabiex ittejjeb l-effettività, it-trasparenza, il-kredibilità u l-previdibilità tas-sistema tal-Għajnuna mill-Istat fit-Trattat tal-KE. Ibbażat fuq il-prinċipju ta' ‘inqas għajnuna mill-Istat u għajnuna mmirata aħjar', l-għan prinċipali tal-SAAP hu li jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex inaqqsu l-livelli ta' għajnuna globali, waqt li jagħti direzzjoni ġdida lir-riżorsi Statali għal għanijiet ta' interess komuni orizzontali. Sabiex jappoġġja dan il-għan, l-SAAP isejjaħ ukoll għal proċeduri aktar effettivi, sempliċi u prevedibbli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

2.

Il-Kummissjoni tixtieq tafferma mill-ġdid dan l-impenn billi toħroġ dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattika sabiex tagħmel il-proċeduri produttivi u effiċjenti kemm jista' jkun għall-partijiet kollha kkonċernati. Il-Kodiċi hu mibni fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) u fuq studji interni tal-Kummissjoni dwar id-dewmien tal-passi differenti tal-proċedura tal-għajnuna mill-Istat, tat-trattament tal-ilmenti u tal-għodda għall-ġbir tal-informazzjoni. L-għan prinċipali ta' dan il-Kodiċi hu li jipprovdi gwida dwar kif jitmexxew ta' kuljum il-proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat u b'hekk jitrawwem spirtu ta' kooperazjoni aħjar u ftehim reċiproku bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-komunità legali u kummerċjali.

3.

Titjib b'suċċess tal-proċeduri għall-għajnuna mill-Istat jeħtieġ dixxiplina miż-żewġ naħat u impenn reċiproku kemm min-naħa tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istat Membru. Filwaqt li l-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għall-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-Istati Membri u minn partijiet interessati, hi se taħdem sabiex ittejjeb il-kondotta tal-investigazzjonijiet tagħha u tal-proċess intern ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha sabiex tassigura trasparenza, previdibilità u effiċjenza akbar tal-proċeduri ta' għajnuna mill-Istat.

4.

B'konformità mal-arkitettura moderna tal-għajnuna mill-Istat, dan il-Kodiċi hu l-aħħar parti ta' pakkett ta' simplifikazzjoni li jinkludi l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċertu tipi ta' għajnuna mill-Istat (3) u l-Avviż mill-Kummissjoni dwar l-infurzar ta' l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (4) li jikkontribwixxi għal proċeduri aktar previdibbli u trasparenti.

5.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ każ individwali jistgħu madanakollu jirrikjedu adattament ta’, jew devjazzjoni minn dan il-Kodiċi (5).

6.

L-speċifiċitajiet tas-setturi tas-sajd u tal-akwakultura u tal-attivitajiet tal-produzzjoni primarja, kummerċjalizzazzjoni jew ipproċessar tal-prodotti tal-agrikoltura jistgħu wkoll jiġġustifikaw devjazzjoni minn dan il-Kodiċi.

2.   RELAZZJONI MAL-LIĠI KOMUNITARJA

7.

Dan il-Kodiċi mhux intiż li jipprovdi rendikont sħiħ jew komprensiv tal-miżuri leġiżlattivi, interpretattivi u amministrattivi relevanti li jirregolaw il-kontroll tal-għajnuna Komunitarja mill-Istat. Għandu jinqara flimkien ma' u bħala suppliment għar-regoli bażiċi li jirregolaw il-proċeduri għall-għajnuna mill-Istat.

8.

Dan il-Kodiċi għalhekk ma joħloqx jew ma jbiddilx kwalunkwe dritt jew obbligu kif stipulati fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (6) li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 659/1999, kif interpretati mill-każistika tal-Qrati Komunitarji.

9.

Dan il-Kodiċi jistabbilixxi l-Aħjar Prattiki għal kuljum sabiex jikkontribwixxu għal proċeduri ta' għajnuna mill-Istat aktar bil-ħeffa, aktar trasparenti u aktar previdibbli f'kull pass tal-investigazzjoni ta’ każ jew ilment notifikat jew mhux notifikat.

3.   KUNTATTI TA' QABEL IN-NOTIFIKA

10.

L-esperjenza tal-Kummissjoni turi l-valur miżjud tal-kuntatti ta' qabel in-notifika, anke f'każijiet li jidhru standard. Kuntatti ta' qabel in-notifika jipprovdu lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jinnotifika bil-possibbiltà li jiddiskuti l-aspetti legali u ekonomiċi ta' proġett propost b'mod informali u kunfidenzjali qabel in-notifika, u b'hekk iżid il-kwalità u kompletezza tan-notifiki. F’dan il-kuntest, l-Istat Membru u s-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll b’mod konġunt jiżviluppaw proposti kostruttivi sabiex jiġu emendati aspetti problematiċi ta’ miżura ppjanata. Din il-fażi għalhekk tħejji t-triq għal trattament ta’ notifiki aktar mgħaġġel, ladarba jiġu ppreżentati formalment lill-Kummissjoni. Notifika minn qabel b’suċċess għandhom b’mod effettiv jippermettu lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjonijiet skont l-Artikolu 4(2), 4(3) u 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika (7).

11.

Kuntatti ta’ qabel in-notifika huma rakkomandati b’mod qawwi għal każijiet fejn hemm affarijiet ġodda partikolari jew fatturi speċifiċi li jistgħu jiġġustifikaw diskussjonijiet preċedenti informali mas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda se tingħata gwida informali kull meta Stat Membru jitlob għaliha.

3.1.   Kontenut

12.

Il-fażi ta’ qabel in-notifika toffri l-possibbiltà li tiddiskuti u tipprovdi gwida lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fil-formula tan-notifika sabiex jassigura li din tkun kompluta mid-data tan-notifika. Fażi ta’ notifika produttiva tippermetti wkoll diskussjonijiet, f’atmosfera miftuħa u kostruttiva, dwar kull kwistjoni sostantiva mqajma minn miżura ppjanata. Din hi partikolarment importanti f’dak li jirrigwarda proġetti li ma setgħux jiġu aċċettati kif kienu u għalhekk kellhom jiġu rtirati jew emendati b'mod sinifikanti. Din tista’ wkoll tinkludi analiżi dwar id-disponibilità ta’ bażijiet legali oħra jew l-identifikazzjoni ta’ preċedenti relevanti. Barra minn hekk, suċċess fil-fażi ta’ qabel in-notifika jippermetti lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jindirizzaw kwistjonijiet prinċipali ta’ kompetizzjoni, analiżi ekonomika u fejn ikun xieraq, esperti esterni meħtieġa sabiex juru l-kompatibilità ta’ proġett ippjanat mas-suq komuni. L-Istat Membru li qed jinnotifika jista’ għalhekk jitlob ukoll lis-servizzi tal-Kummissjoni, qabel in-notifika, sabiex tneħħi l-obbligu li tingħata ċertu informazzjoni li ġiet prevista fil-formula tan-notifika li fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ mhix meħtieġa għall-eżami tagħha. Finalment, il-fażi ta’ qabel in-notifika hi deċisiva sabiex tiddetermina jekk każ jikkwalifikax prima facie għat-trattament taħt il-proċedura simplifikata (8).

3.2.   Ambitu u żminijiet

13.

Sabiex tippermetti fażi ta' qabel in-notifika li hi kostruttiva u effiċjenti, hu fl-interess ta' l-Istat Membru kkonċernat li jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' proġett għall-għajnuna mill-Istat ppjanat, fuq il-bażi ta' formula ta' notifika abbozzata. Sabiex ikun assigurat it-trattament ta' malajr tal-każ, kuntatt permezz ta' E-mails jew telefonati konferenza se jiġu ppreferuti aktar milli laqgħat. Is-servizzi tal-Kummissjoni normalment jorganizzaw l-ewwel kuntatt ta' qabel in-notifika fi żmien ġimgħatejn minn meta tasal il-formola ta' notifika abbozzata.

14.

Bħala regola ġenerali, kuntatti ta' qabel in-notifika m’għandhomx jieħdu aktar minn xahrejn u wara għandha ssir notifika sħiħa. Fil-każ li l-kuntatti ta' qabel in-notifika ma jagħtux ir-riżultati mistennija, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jiddikjaraw l-għeluq tal-fażi ta' qabel in-notifika. Madankollu, peress li ż-żminijiet u l-format tal-kuntatti ta' qabel in-notifika jiddependu fuq il-kumplessità tal-każ individwali, kuntatti ta' qabel in-notifika jistgħu jdumu bosta xhur. Il-Kummissjoni għalhekk tirrakkomanda li, f'każijiet li huma partikolarment kumplessi (pereżempju għajnuna ta' salvataġġ, għajnuna kbira għar-Riċerka u l-Iżvilupp, għajnuna individwali kbira jew skemi ta’ għajnuna partikolarment kbar jew kumplessi), l-Istati Membri jibdew il-kuntatti ta' qabel in-notifika fi stadju kmieni kemm jista’ jkun sabiex jippermettu diskussjonijiet sodifaċenti.

15.

Skont l-esperjenza tal-Kummissjoni, jekk fil-kuntatti ta' qabel in-notifika jiġi involut il-benefiċjarju tal-għajnuna dan ikun utli ħafna, b'mod partikolari għal każijiet b'implikazzjonijiet kbar tekniċi, finanzjarji u relatati ma' proġett. Il-Kummissjoni għalhekk tirrakkomanda li l-benefiċjarji tal-għajnuna individwali jiġu involuti fil-kuntatti ta' qabel in-notifika.

16.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw jipprovdu lill-Istat Membru kkonċernat b'valutazzjoni preliminari informali tal-proġett fl-aħħar tal-fażi ta' qabel in-notifika, ħlief f'każijiet partikolarment ġodda jew kumplessi. Din il-valutazzjoni li ma torbotx mhux se tkun pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni, iżda gwida informali mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-kompletezza ta' l-abbozz tan-notifika u l-kumpatibilità prima facie tal-proġett ippjanat mas-suq komuni. F'każijiet partikolarment kumplessi, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jipprovdu gwida bil-miktub, fuq talba tal-Istat Membru, dwar l-informazzjoni li għad trid tiġi mogħtija.

17.

Kuntatti ta' qabel in-notifika jinżammu strettament kunfidenzjali. Id-diskussjonijiet jseħħu fuq bażi volontarja u jibqgħu bla ħsara għall-immaniġġjar u l-investigazzjoni tal-każ wara n-notifika formali.

18.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw ukoll li jilqgħu talbiet għal sessjonijiet ta' taħriġ mill-Istati Membri sabiex itejbu il-kwalità tan-notifiki. Il-Kummissjoni se żżomm ukoll kuntatt regolari mal-Istati Membri sabiex tiddiskuti aktar titjib fil-proċeduri għall-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari rigward l-ambitu u l-kontenut tal-formoli ta' notifika applikabbli.

4.   IPPJANAR MIFTIEHEM B’MOD REĊIPROKU

19.

F'każijiet li huma partikolarment ġodda, teknikament kumplessi jew altrimenti sensittivi, jew li għandhom jiġu eżaminati minħabba urġenza assoluta, is-servizzi tal-Kummissjoni se joffru ippjanar miftiehem b’mod reċiproku lill-Istat Membru li qed jinnotifika sabiex iżidu t-trasparenza u l-prevedibilità tad-dewmien probabbli ta' investigazzjoni għall-għajnuna mill-Istat.

4.1.   Kontenut

20.

Ippjanar miftiehem b’mod reċiproku hija forma ta' kooperazzjoni strutturata bejn l-Istat Membru u s-servizzi tal-Kummissjoni, ibbażata fuq ippjanar konġunt u ftehim konġunt għat-triq li x’aktarx tieħu l-investigazzjoni u kemm tkun mistennija ddum.

21.

F'dan il-kuntest, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru li qed jinnotifika jistgħu b'mod partikolari jifthiemu fuq:

it-trattament prijoritarju tal-każ ikkonċernat, bħal kumpens għall-aċċettazzjoni formali minn naħa tal-Istat Membru tas-sospensjoni tal-eżami (9) tal-każijiet l-oħra notifikati li joriġinaw mill-istess Stat Membru, jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' ppjanar jew tar-riżorsi (10);

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istat Membru u/jew mill-benefiċjarju kkonċernat, inklużi l-istudji jew opinjonijiet ta' esperti esterni, jew il-ġbir ta' informazzjoni unilaterali mis-servizzi tal-Kummissjoni; u

il-forma u d-dewmien probabbli tal-valutazzjoni tal-każ mis-servizzi tal-Kummissjoni, ladarba jiġu nnotifikati.

22.

Bħala kumpens għall-isforzi tal-Istati Membri sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fi żmien xieraq u kif miftiehem fil-kuntest tal-ippjanar miftiehem b’mod reċiproku, is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw jirrispettaw il-qafas taż-żmien li kien ġie miftiehem għal aktar investigazzjoni tal-każ, sakemm l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru jew minn partijiet interessati ma toħloqx xi kwistjonijiet mhux mistennija.

4.2.   Ambitu u żminijiet

23.

L-ippjanar miftiehem b’mod reċiproku se jkun riżervat, bħala prinċipju, għall-każijiet li huma tant ġodda, teknikament kumplessi jew altrimenti sensittivi li valutazzjoni preliminarja ċara tal-każ mis-servizzi tal-Kummissjoni hi impossibbli fl-aħħar tal-fażi ta' qabel in-notifika. F'każijiet bħal dawn, l-ippjanar miftiehem b’mod reċiproku se jsir fl-aħħar tal-fażi ta' qabel in-notifika, u jkun segwita min-notifika formali.

24.

Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat jistgħu wkoll jaqblu, fuq talba ta' dan tal-aħħar, fuq ippjanar miftiehem b’mod reċiproku għat-trattament ulterjuri tal-każ mill-bidu tal-proċedura investigattiva formali.

5.   L-EŻAMI PRELIMINARI TAL-MIŻURI NOTIFIKATI

5.1.   Talbiet għal informazzjoni

25.

Sabiex jissimplifikaw il-kors tal-investigazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni se jaħdmu sabiex jiġbru flimkien it-talbiet għall-informazzjoni waqt il-fażi tal-eżami preliminari. Fil-prinċipju, għalhekk se jkun hemm biss talba waħda komprensiva għall-informazzjoni li normalment għandha tintbagħat fi żmien 4-6 ġimgħat wara d-data tan-notifika. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor fl-Ippjanar Miftiehem b’mod Reċiproku, notifika minn qabel għandha tippermetti lill-Istati Membri sabiex jippreżentaw notifika sħiħa u b'hekk inaqqsu l-bżonn għal informazzjoni addizzjonali. Madanakollu, il-Kummissjoni tista’ sussegwentement tqajjem mistoqsijiet b'mod partikolari fuq punti li ġew mqajma mit-tweġibiet tal-Istati Membri, għalkemm dan mhux neċessarjament jindika li l-Kummissjoni qed tesperjenza diffikultajiet serji fil-valutazzjoni tal-każ.

26.

Jekk l-Istat Membru jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-perjodu preskritt, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, wara nota waħda ta' tfakkir, normalment jiġi applikat, u l-Istat Membru għandu jiġi infurmat li n-notifika se tkun meqjusa li ġiet irtirata. Kull meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa, ġeneralment, l-aktar wara żewġ rawnds ta’ mistoqsijiet, normalment tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali..

5.2.   Sospensjoni miftiehma tal-eżami preliminari

27.

F'ċerti ċirkostanzi, il-proċess tal-eżami preliminari jista' jiġi sospiż jekk Stat Membru jitlob dan sabiex jemenda il-proġett tiegħu u jġibu konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, jew inkella permezz ta' ftehim komuni. Sospensjoni tista' biss tingħata għal perjodu ta' żmien miftiehem minn qabel. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jippreżenta proġett komplut li huwa prima facie kompatibbli sal-aħħar tal-perjodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni se terġa tagħti bidu għall-proċedura mill-punt fejn din tkun twaqqfet. L-Istat Membru kkonċernat normalment se jiġi nfurmat li n-notifika hi meqjusa li ġiet irtirata, jew li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet miftuħa mingħajr dewmien f’każ ta’ dubji serji.

5.3.   Il-kuntatti tal-Qagħda Attwali

28.

Fuq talba tagħhom, l-Istati Membri li qed jinnotifikaw se jiġu infurmati dwar il-qagħda attwali tal-eżami preliminari li għadha sejra. L-Istati Membri huma mistiedna li jinvolvu lill-benefiċjarju tal-għajnuna individwali f’dawn il-kuntatti.

6.   IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

29.

Fid-dawl tal-kumplessità ġenerali tal-każijiet li huma soġġetti għal investigazzjoni formali, il-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb it-trasparenza, il-prevedibilità u l-effiċjenza ta' din il-fażi bħala kwistjoni ta' prijorità assoluta, sabiex tikkontribwixxi għal teħid ta' deċiżjonijiet sinifikattiva skont il-bżonnijiet tan-negozju modern. Il-Kummissjoni għalhekk se tissimplifika l-kondotta tal-investigazzjonijiet formali permezz ta' użu effiċjenti tal-mezzi kollha tal-proċedura li għandha għad-dispożizzjoni tagħha taħt ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

6.1.   Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni u sommarju ta' sinifikat

30.

Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx it-tneħħija ta' informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni se tipprova tippubblika d-deċiżjoni tagħha sabiex tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, inklużi s-sommarji sinifikattivi, fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

31.

Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji tal-Komunikazzjoni tagħha tal-1 ta' Diċembru 2003 dwar is-segretezza professjonali f'deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (11), u tipprova mill-aħjar li tista’ sabiex tipproċedi bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli wara l-adozzjoni tagħha. L-istess se japplika għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet finali kollha.

32.

Sabiex tiġi mtejba t-trasparenza tal-proċedura, l-Istat Membru, il-benefiċjarju u l-partijiet interessati l-oħra (b'mod partikolari min potenzjalment iressaq ilment) se jkunu informati dwar kull dewmien li nħoloq minħabba nuqqas ta' ftehim li jikkonċerna kwistjonijiet kunfidenzjali.

6.2.   Il-kummenti ta’ partijiet terzi

33.

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, partijiet interessati għandhom jippreżentaw kummenti f'perjodu preskritt li normalment m'għandux ikun iktar minn xahar mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali. Dan il-limitu taż-żmien normalment mhux se jkun estiż, u s-servizzi tal-Kummissjoni b’hekk mhux se jaċċettaw kwalunkwe preżentazzjoni ta' informazzjoni minn partijiet interessati li tasal tard, inkluż mill-benefiċjarju tal-għajnuna (12). Estensjonijiet jistgħu jingħataw biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, bħal per eżempju l-għoti ta' informazzjoni fattwali partikolarment voluminuża jew wara kuntatt bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-partijiet interessati kkonċernati.

34.

Sabiex ittejjeb il-bażi fattwali tal-investigazzjoni ta' każijiet partikolarment kumplessi, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jibagħtu kopja tad-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali lil partijiet interessati identifikati inklużi assoċjazzjonijiet ta’ sengħa jew negozju u tistedinhom sabiex jikkummentaw fuq aspetti speċifiċi tal-każ (13). Kooperazzjoni ta' partijiet interessati f'dan il-kuntest hi purament volontarja, iżda jekk parti interessata tagħżel li tipprovdi kummenti, hu fl-interess tagħha li tippreżenta dawk il-kummenti fi żmien xieraq sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidrahom. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet interessati sabiex jagħtu r-reazzjoni tagħhom fi żmien xahar mid-data li fiha l-kopja tad-deċiżjoni tintbagħatilhom. Il-Kummissjoni mhux se tistenna aktar sabiex jiġu ppreżentati dawk il-kummenti. Sabiex tiżgura trattament ugwali bejn partijiet interessati l-Kummissjoni se tibgħat l-istess stedina sabiex jikkummenta l-benefiċjarju tal-għajnuna. Sabiex tirrispetta d-dritt ta’ difiża ta’ Stat Membru, hi se tibgħat lill-Istat Membru verżjoni mhux kunfidenzjali ta' kull kumment irċevut minn partijiet interessati u tistieden lill-Istat Membru sabiex iwieġeb fi żmien xahar.

35.

Sabiex tiġi assigurata trażmissjoni tal-kummenti kollha ta' partijiet terzi lill-Istati Membri kkonċernati bl-aktar mod espedjenti, l-Istati Membri, kemm jista' jkun possibbli, se jiġu mistiedna sabiex jaċċċettaw it-trażmissjoni ta' kummenti minn partijiet terzi fil-lingwa oriġinali tagħhom. Fuq talba ta' Stat Membru, is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu traduzzjoni, li jista' jkollha implikazzjonijiet rigward l-espedjenza tal-proċeduri.

36.

L-Istati Membri se jiġu infurmati wkoll dwar in-nuqqas ta' kummenti minn partijiet interessati.

6.3.   Kummenti minn Stati Membri

37.

Sabiex tassigura li l-proċedura ta' investigazzjoni formali titlesta fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni se tinforza mill-qrib kull limitu ta' żmien applikabbli għal din il-fażi taħt ir-Regolament (KE) Nru 659/1999. Jekk Stat Membru ma jippreżentax il-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali u dwar kummenti minn partijiet interessati fi-żmien xahar kif stipulat f'Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, is-servizzi tal-Kummissjoni se jibagħtu immedjatament nota ta' tfakkir li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat perjodu addizzjonali ta' xahar u tinfurmah li mhux se tingħata estensjoni oħra, ħlief f’każijiet eċċezzjonali. Fin-nuqqas ta' tweġiba sodifaċenti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni se tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha għad-diżpozizzjoni tagħha, skont l-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

38.

Fil-każ ta' għajnuna illegali, u fin-nuqqas ta' kummenti mill-Istat Membru dwar id-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, se toħroġ inġunzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni. Jekk l-Istat Membru ma jirrispondix għal din l-inġunzjoni fiż-żmien stipulat fiha, il-Kummissjoni se tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-diżpozizzjoni tagħha.

6.4.   Talba għal informazzjoni addizzjonali

39.

Ma jistax jiġi eskluż li, f'każijiet partikolarment kumplessi, li l-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru b'tweġiba għad-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali tista' teħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni jibgħatu talba oħra għal informazzjoni. Se jingħata limitu ta' żmien ta' xahar sabiex l-Istat Membru jwieġeb.

40.

Jekk l-Istat Membru ma jwiġiebx fiż-żmien stipulat, is-servizzi tal-Kummissjoni se jibgħatu immedjatament nota ta' tfakkir li fiha jagħtu skadenza aħħarija ta' 15-il ġurnata ta' xogħol u jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat li l-Kummissjoni wara dan se tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha għad-diżpożizzjoni tagħha, jew toħroġ inġunzjoni ta' informazzjoni fil-każ ta' għajnuna illegali.

6.5.   Sospensjoni ġġustifikata tal-investigazzjoni formali

41.

L-investigazzjoni formali tista' tiġi sospiża biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bi ftehim komuni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Sospensjoni tista', per eżempju, isseħħ jekk l-Istat Membru jitlob din is-sospensjoni b'mod formali sabiex iġib il-proġett tiegħu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, jew jekk hemm proċeduri legali pendenti quddiem il-qrati Komunitarji dwar kwistjonijiet simili, li r-riżultat tagħhom x’aktarx se jkollu impatt fuq il-valutazzjoni tal-każ.

42.

Sospensjoni tista' normalment tingħata darba biss, u għal perjodu miftiehem minn qabel bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

6.6.   Adozzjoni tad-deċiżjoni finali u estensjoni ġustifikata tal-invetigazzjoni formali

43.

Skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni se tipprova, kemm jista' jkun, tħabrek biex tadotta deċiżjoni fi żmien 18-il xahar mill-ftuħ tal-proċedura. Dan il-limitu ta' żmien jista' jkun estiż bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Estensjoni tad-dewmien tal-investigazzjoni tista’ tkun xierqa b’mod partikolari f’każijiet li jikkonċernaw proġetti ġodda jew li jqajmu kwistjonijiet legali ġodda.

44.

Sabiex tassigura implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni se tipprova tadotta d-deċiżjoni finali mhux aktar tard minn 4 xhur wara l-preżentazzjoni tal-aħħar informazzjoni mill-Istat Membru, jew l-għeluq tal-aħħar limitu ta' żmien li fih ma waslet l-ebda informazzjoni.

7.   ILMENTI

45.

L-immaniġġjar effiċjenti u trasparenti mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-ilmenti miġjubin quddiemhom għandu importanza konsiderevoli għall-partijiet interessati kollha fil-proċeduri għall-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi l-Aħjar Prattiki li ġejjin, li huma mfasslin sabiex jikkontribwixxu għal dan l-għan konġunt.

7.1.   Il-formula tal-ilmenti

46.

Is-servizzi tal-Kummissjoni, b'mod sistematiku, se jistiednu lil min jilmenta sabiex jużaw il-formola l-ġdida tal-ilmenti li tinsab fuq il-websajt tal-DĠ tal-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/comm/competition/forms/sa_complaint_en.html) u fl-istess ħin, jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment. Il-preżentazzjoni ta’ formuli kompluti normalment jagħtu ċans lil min jagħmel l-ilment sabiex itejjeb il-kwalità tas-sottomissjonijiet tagħhom.

7.2.   Perjodu ta’ żmien indikattiv u riżultat tal-investigazzjoni ta’ ilment

47.

Il-Kummissjoni se tagħmel mill-aħjar li tista’ sabiex tinvestiga l-ilment fi żmien indikattiv ta' tnax-il xahar minn meta tirċevih. Dan il-limitu ta’ żmien ma jikkostitwixxix impenn li jorbot. Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali, l-possibbiltà li jkun hemm bżonn li tintalab informazzjoni kumplimentari mingħand min qiegħed jilmenta, l-Istat Membru jew partijiet interessati jistgħu jtawwlu l-investigazzjoni tal-ilment.

48.

Il-Kummissjoni hi intitolata li tagħti gradi differenti ta' prijorità lill-ilmenti miġjubin quddiemha (14) skont per eżempju l-ambitu tal-ksur allegat, id-daqs tal-benefiċjarju, is-settur ekonomiku kkonċernat jew l-eżistenza ta’ ilmenti simili. Fid-dawl tal-piż tax-xogħol tagħha u tad-dritt tagħha li tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-investigazzjonijiet (15), il-Kummissjoni tista' għalhekk tipposponi milli taħdem fuq miżura li mhix prijorità. Fi żmien tnax-il xahar, fil-prinċipju, il-Kummissjoni għalhekk, ser tipprova:

(a)

tadotta deċiżjoni għal każijiet prijoritarji skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, b'kopja indirizzata lil min qed jilmenta;

(b)

tibgħat ittra amministrattiva inizjali lil min qed jilmenta fejn fiha tagħti l-opinjonijiet preliminari tagħha dwar każijiet li mhux prijoritarji. L-ittra amministrattiva mhix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni, iżda hi biss l-opinjoni preliminari tas-servizzi tal-Kummissjoni, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli u sakemm ikun hemm kwalunkwe kumment addizzjonali li min qed jilmenta jista' jkun jrid jagħmel fiż-żmien xahar mid-data ta' din l-ittra. Jekk ma jaslux aktar kummenti sal-perjodu preskritt, l-ilment ser ikun meqjus li ġie rtirat.

49.

Minħabba raġuni ta’ trasparenza, is-servizzi tal-Kummissjoni se jużaw l-aħjar ħiliet tagħhom sabiex jinfurmaw lil min għamel l-ilment dwar l-istatus ta’ prijorità tas-sottomissjoni tagħhom fi żmien xahrejn mid-data ta’ meta rċevew l-ilment. F'każ ta' ilmenti mhux sostanzjati, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinformaw lil min qiegħed jilmenta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-ilment li ma hemmx bażi suffiċjenti sabiex tittieħed opinjoni fuq il-każ, u li l-ilment se jkun meqjus li ġie rtirat jekk ma jingħatawx kummenti aktar sostanzjati fi żmien xahar. F'dak li għandhu x'jaqsam ma' ilmenti li jirreferu għal għajnuna approvata, is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw jirrispondu wkoll lil min qiegħed jilmenta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-ilment.

50.

Fil-każ ta' għajnuna illegali, min jilmenta se jkun imfakkar dwar il-possibbiltà li jibda azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, li tista' tordna s-sospensjoni jew l-irkupru ta' din l-għajnuna (16).

51.

Fejn hu meħtieġ, il-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' ilment se tiġi trasmessa lill-Istat Membru kkonċernat għall-kummenti. Stati Membri u min qed jilmenta, b'mod sistematiku, se jibqgħu infurmati dwar l-għeluq jew ipproċessar ieħor ta' ilment. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri se jiġu mistiedna sabiex jirrispettaw il-limitu taż-żmien sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom u jipprovdu informazzjoni dwar ilmenti li jirċievu. Huma se jiġu mistednin ukoll biex jaċċettaw, kemm jista' jkun possibbli, it-trażmissjoni tal-ilmenti fil-lingwa oriġinali tagħhom. Fuq talba ta' Stat Membru, is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu traduzzjoni, li jista' jkollha implikazzjonijiet rigward l-espedjenza tal-proċeduri.

8.   PROĊEDURI GĦAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET INTERNI

52.

Il-Kummissjoni hi impenjata sabiex tissimplifika u ttejjeb aktar il-proċess intern tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, sabiex tikkontribwixxi għat-tqassir ġenerali tal-proċeduri għall-għajnuna mill-Istat.

53.

Għalhekk, proċeduri interni għat-teħid tad-deċiżjonijiet se jiġu applikati kemm jista' jkun b'mod effiċjenti. Il-Kummissjoni se tirrevedi wkoll il-qafas legali intern tagħha preżenti sabiex il-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha tisfruttahom kemm jista' jkun.

54.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jżommu taħt reviżjoni kontinwa, u jadattaw jekk meħtieġ, il-pratttika interna għat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom.

9.   REVIŻJONI FUTURA

55.

L-Aħjar Prattiki Proċedurali jistgħu jkunu effettivi biss jekk huma bbażati fuq impenn maqsum bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex b'mod diliġenti jwettqu investigazzjonijiet għall-għajnuna mill-Istat, jirrispettaw il-limiti taż-żmien applikabbli u b'hekk jassiguraw it-trasparenza u l-prevedibilità neċessarja tal-proċeduri. Dan il-Kodiċi u l-Aħjar Prattiki minquxin fih huma l-ewwel kontribuzzjoni għal dan l-impenn konġunt.

56.

Il-Kummissjoni se tapplika dan il-Kodiċi lil miżuri li ġew notifikati lill-Kummissjoni jew każijiet li inġabu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mod ieħor mill-1 ta’ Settembru 2009.

57.

Dan il-Kodiċi jista' jiġi rivedut sabiex jirrifletti bidliet fil-miżuri leġiżlattivi, interpretattivi u amministrattivi jew l-każistika tal-Qrati Ewropej, li jirregolaw il-proċeduri għall-Għajnuna mill-Istat jew kull esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-intenzjoni li tieħu sehem ukoll, fuq bażi regolari, fi djalogu mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati l-oħra dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 b'mod ġenerali, u ta' dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki b'mod partikolari.


(1)  COM(2005) 107 finali.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(3)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1.

(5)  Fil-kuntest tal-kriżi bankarja tal-2008, il-Kummissjoni ħadet passi adegwati sabiex tiżgura l-adozzjoni ta' malajr ta' deċiżjonijiet man-notifika sħiħa, jekk ikun hemm bżonn fi żmien 24 siegħa u matul tmiem il-ġimgħa. Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - L-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali preżenti (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8). Fir-rigward tal-ekonomija reali, ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex issostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1).

(6)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(7)  Dan il-limitu ta' żmien ma jistax jiġi rispettat meta s-servizzi tal-Kummissjoni jridu joħorġu diversi talbiet għal informazzjoni minħabba notifiki mhux kompluti.

(8)  Ara l-Avviż mill-Kummissjoni dwar Proċedura Simplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat.

(9)  Ara l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(10)  Per eżempju, f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom r-rwol ta' fond ta' investiment.

(11)  ĠU C 297, 9.12.2003 p. 6.

(12)  Bla ħsara għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(13)  Skont il-ġurisprudenza stabbilità, il-Kummissjoni hi ntitolata li tibgħat id-deċiżjoni sabiex tiftaħ l-investigazzjoni formali lil partijiet terzi identifikati; ara per eżempju, Każ T-198/01, Technische Glaswerke Ilmenau v. Commission [2004] ECR II-2717, paragrafu 195; T-198/01R, Technische Glaswerke Ilmenau v. Commission [2002] ECR II-2153; Każijiet Konġunti C-74/00 P u C-75/00 P, Falck Spa and others v. Commission [2002] ECR I-7869, paragrafu 83.

(14)  Kawża C-119/97 Ufex u Oħrajn v Kummissjoni [1999] ECR I-1341, paragrafu 88.

(15)  Kawża T-475/04, Bouygues SA v Kummissjoni [2007] ECR II-2097, paragrafi 158 u 159.

(16)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi għall-Għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/21


Avviż tal-Kummissjoni rigward id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

2009/C 136/05

Bl-iskop li tinħoloq akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fost il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, il-Komunità u l-pajjiżi kkonċernati għandhom jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bir-regoli ta’ oriġini fis-seħħ mal-pajjiżi l-oħra.

Ibbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, it-tabella mehmuża tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li minnha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tidħol minflok dik ta' qabilha (ĠU C 85, 9.4.2009).

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba ta’ l-istatus ta’ l-oriġini, i.e. mal-pajjiżi kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjal li joriġina mill-pajjiż li ma jkunx għadu kkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandu jiġi ttrattat bħala mhux ta’ l-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta' Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan Ewromediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini (1).

Huwa mfakkar ukoll li:

l-Iżvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali;

fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea, li hija magħmula mill-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, id-data ta’ applikazzjoni hija 1/11/2005.

Il-Kodiċi ISO-Alpha-2 għall-pajjiż elenkat fit-tabella huwa mogħti hawnhekk.

l-Alġerija

DZ

l-Eġittu

EG

il-Gżejjer Faroe

FO

l-Iżlanda

IS

Iżrael

IL

il-Ġordan

JO

il-Libanu

LB

il-Liechtenstein

LI

il-Marokk

MA

in-Norveġja

NO

l-Iżvizzera

CH

is-Sirja

SY

it-Tuneżija

TN

it-Turkija

TR

ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

PS

Data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini għall-akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan Ewromediterranja

 

EU

DZ

CH (EFTA)

EG

FO

IL

IS (EFTA)

JO

LB

LI (EFTA)

MA

NO (EFTA)

PS

SY

TN

TR

EU

 

1.11.2007

1.1.2006

1.3.2006

1.12.2005

1.1.2006

1.1.2006

1.7.2006

 

1.1.2006

1.12.2005

1.1.2006

 

 

1.8.2006

 (2)

DZ

1.11.2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CH(EFTA)

1.1.2006

 

 

1.8.2007

1.1.2006

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.8.2005

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.6.2005

1.9.2007

EG

1.3.2006

 

1.8.2007

 

 

 

1.8.2007

6.7.2006

 

1.8.2007

6.7.2006

1.8.2007

 

 

6.7.2006

1.3.2007

FO

1.12.2005

 

1.1.2006

 

 

 

1.11.2005

 

 

1.1.2006

 

1.12.2005

 

 

 

 

IL

1.1.2006

 

1.7.2005

 

 

 

1.7.2005

9.2.2006

 

1.7.2005

 

1.7.2005

 

 

 

1.3.2006

IS(EFTA)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2007

1.11.2005

1.7.2005

 

17.7.2007

1.1.2007

1.8.2005

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.3.2006

1.9.2007

JO

1.7.2006

 

17.7.2007

6.7.2006

 

9.2.2006

17.7.2007

 

 

17.7.2007

6.7.2006

17.7.2007

 

 

6.7.2006

 

LB

 

 

1.1.2007

 

 

 

1.1.2007

 

 

1.1.2007

 

1.1.2007

 

 

 

 

LI(EFTA)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2007

1.1.2006

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

 

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.6.2005

1.9.2007

MA

1.12.2005

 

1.3.2005

6.7.2006

 

 

1.3.2005

6.7.2006

 

1.3.2005

 

1.3.2005

 

 

6.7.2006

1.1.2006

NO(EFTA)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2007

1.12.2005

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.8.2005

1.3.2005

 

 

 

1.8.2005

1.9.2007

PS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SY

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.2007

TN

1.8.2006

 

1.6.2005

6.7.2006

 

 

1.3.2006

6.7.2006

 

1.6.2005

6.7.2006

1.8.2005

 

 

 

1.7.2005

TR

 (2)

 

1.9.2007

1.3.2007

 

1.3.2006

1.9.2007

 

 

1.9.2007

1.1.2006

1.9.2007

 

1.1.2007

1.7.2005

 


(1)  ĠU C 83, 17.4.2007.

(2)  Għal prodotti koperti mill-unjoni doganali bejn il-KE u t-Turkija, id-data ta' l-applikazzjoni hija s-27 ta' Lulju 2006.

Għall-prodotti agrikoli, id-data ta' l-applikazzjoni hija l-1 ta' Jannar 2007.

Għal prodotti tal-faħam u l-azzar, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta' Marzu 2009.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/23


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar Għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 136/06

Għajnuna Nru: XA 449/08

Stat Membru: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη αυγοπαραγωγής

Bażi legali:

(1)

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2009 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

(2)

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2007.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(5)

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 305 και ημερομηνία 31 Δεκεμβρίου 2008 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4339 και ημερομηνία 16 Ιανουαρίου 2009 σ. 156).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,3 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li l-Kummissjoni Ewropea tippubblikah skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2009

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). Din l-iskema tikkonċerna: (i) għajnuna sabiex tagħti kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali (Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) jew (ii) għajnuna sabiex tagħti kumpens lill-bdiewa għat-telf ikkawżat mill-mard tal-annimali (Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services

Ministry of Agriculture, Natural Resources and the Environment

Athalassa

1417 Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal-Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/DMLinfo_gr/DMLinfo_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan tal-għajnuna huwa l-implimentazzjoni tal-programm għall-kontroll tas-salmonella fil-gruppi li jbidu, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006). Il-marda tinsab fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi l-kofinanzjament).

In-nefqa ppjanata għall-2009 għall-programm ta' kontroll tas-salmonella fil-gruppi li jbidu ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea skont il-programmi ta' kofinanzjament.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din il-miżura huma l-bdiewa li jrabbu t-tiġieġ li jbid fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru, li fl-irziezet tagħhom hemm is-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium.

Għajnuna Nru: XA 451/08

Stat Membru: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη κρεοπαραγωγής

Bażi legali:

(1)

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2009 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

(2)

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2007.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 305 και ημερομηνία 31 Δεκεμβρίου 2008 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4339 και ημερομηνία 16 Ιανουαρίου 2009 σ. 156).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,01 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li l-Kummissjoni Ewropea tippubblikah skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2009

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna għajnuna sabiex tagħti kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali (Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services

Ministry of Agriculture, Natural Resources and the Environment

Athalassa

1417 Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal-Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/DMLinfo_gr/DMLinfo_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan tal-għajnuna huwa l-implimentazz joni tal-programm għall-kontroll tas-salmonella fil-gruppi tal-produzzjoni tal-laħam, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazz joni Komunitarja (ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006). Il-marda tinsab fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi l-kofinanzjament). In-nefqa ppjanata għall-2009 għall-programm tal-kontroll tas-salmonella fil-gruppi tal-produzzjoni tal-laħam ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea skont il-programmi ta' kofinanzjament. Il-miżura tkopri n-nefqa tat-testijiet tal-laboratorju. Il-kampjuni se jinġabru u jiġu ttestjati mis-Servizzi Veterinarji.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/25


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 136/07

Għajnuna Nru: XA 29/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Investissements bâtiments

Bażi legali: Code Général des collectivités territoriales, partikolarment l-artikolu L 1511-2 tiegħu

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 600 000

Intensità massima tal-għajnuna: Għal bini ta' importanza reġjonali: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli (bini, xiri jew titjib tal-beni immobbli, għajr għax-xiri ta' art ; xiri ta' materjali u tagħmir, spejjeż ġenerali (ħlasijiet tal-periti, studji ta' fattibbiltà, privattivi u liċenzji....). Limitu tal-għajnuna: sa EUR 100 000

Għal binjiet individwali u kooperattivi għall-użu tat-tagħmir agrikolu (CUMA) mhux eliġibbli taħt l-iskema tal-modernizzazzjoni tal-bini għat-trobbija tal-bhejjem (Plan de Modernisation des Bâtiments d’Elevage (PMBE) ): Għajnuna għall-fornitura u l-ħdim tal-injam għall-bini ta' oqsfa, EUR 300/m3 għaż-żnuber Douglas u EUR 500/m3 għall-ballut, b'limitu ta' EUR 15 000 għall-istrutturi individwali u EUR 20 000 għall-istrutturi kollettivi (kooperattivi agrikoli, CUMA).

L-intensità massima tal-għajnuniet pubbliċi akkumulati (Kunsill Reġjonali (Conseil régional de Bourgogne - CRB) Stat, Ewropa, awtoritajiet lokali...) hija ta’ 40 %.

L-istrutturi kollettivi u l-impriżi agrikoli f'diffikultà mhumiex eliġibbli.

Id-data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għajnuna għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-valorizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola bis-saħħa ta' tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni u titjib tal-kwalità tal-produzzjoni, tal-prodotti u tal-binja.

Settur(i) kkonċernat(i): is-settur tal-produzzjoni agrikola

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/equipements_collectifs.doc

http://www.cr-bourgogne.fr/doc/gda/2009-02/RT_2_BAB.doc

Għajnuna Nru: XA 30/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Promotion des produits des filières de diversification et de qualité.

Bażi legali: Code Général des collectivités territoriales, notamment son article L 1511-2

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 100 000

Intensità massima tal-għajnuna: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli (spejjeż marbuta mal-inġinerija, id-dokumentazzjoni, il-komunikazzjoni), marbuta mal-operazzjonijiet li ġejjin:

Pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts b'tagħrif dwar il-produtturi ta’ Bourgogne, jew dwar il-produtturi ta’ prodott speċifiku.

Data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: sal-2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għan tal-għajnuna huwa li tkabbar l-għarfien u l-apprezzament tal-prodotti u tal-produtturi kollha involuti fid-diversifikazzjoni tal-prodotti (l-ortikultura, pjanti mediċinali, ħxejjex...) jew f'prodotti ta’ kwalità (SIQO), skont speċifikazzjonijiet iddefiniti minn qabel.

Din l-iskema tal-għajnuna tippermetti li jiġu ffinanzjati l-ispejjeż speċifiċi ta’ dawn l-azzjonijiet differenti mwettqa mill-istrutturi kollettivi ta’ natura agrikola. L-ebda għajnuna ma għandha titħallas direttament lill-bdiewa, u kull persuna eliġibbli tista' tieħu sehem fl-azzjonijiet imwettqa mill-istrutturi kollettivi mingħajr ma tkun affiljata magħhom.

Settur(i) konċernat(i): Is-settur tal-produzzjoni agrikola.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

Indirizz tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/doc/gda/2009-02/RT_9302_CPER_promotion_produits_diversifies.doc

Għajnuna Nru: XA 31/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Démarches Qualité SIQO et HACCP

Bażi legali: Code Général des collectivités territoriales, notamment son article L 1511-2

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 250 000

Intensità massima tal-għajnuna: 80 % tal-ammont tal-infiq eliġibbli (spejjeż ta’ inġinerija, dokumentazzjoni, komunikazzjoni) relatati mal-operazzjonijiet marbuta mal-iżvilupp tal-miżuri ta’ kwalità SIQO (għajr l-agrikoltura organika u nbid) u HACCP definiti hekk:

Stħarriġ dwar is-suq

Preparazzjoni ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ prodotti u adattament ta’ speċifikazzjonijiet stipulati qabel ma attwalment daħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda.

Miżuri HACCP fl-azjendi

Data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: sal-2013

L-għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għan tal-iskema tal-għajnuna huwa li tixpruna u ssostni l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kwalità tal-produzzjoni u prodotti fil-Bourgogne.

Din l-iskema tal-għajnuna se tippermetti l-finanzjament tal-ispejjeż speċifiċi ta’ dawn l-azzjonijiet differenti mwettqa mill-istrutturi kollettivi ta’ natura agrikola. Ebda għajnuna mhi se tingħata lil produtturi agrikoli u kull persuna eliġibbli se tkun tista’ jkollha aċċess għall-azzjonijiet imwettqa mill-istrutturi kollettivi mingħajr ma tintalab tissieħeb magħhom.

Settur(i) konċernat(i): is-settur tal-produzzjoni agrikola

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/demarches_qualiteSIQO_HACCP.doc

Għajnuna Nru: XA 44/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Principado de Asturias

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tingħata l-għajnuna individwali:: Ayudas al sector ganadero en forma de servicios prestados por Asturiana de Control Lechero, Cooperativa Limitada (ASCOL)

Bażi legali: Convenio de colaboración entre el Gobierno del Principado de Asturias y la Cooperativa Asturiana de Control Lechero (ASCOL) para el desarrollo de un programa de mejora genética de la cabaña ganadera asturiana de raza frisona durante el trienio 2009-2011.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont massimu tal-għajnuna li tingħata kull sena ta' implimentazzjoni tal-ftehim se jkun:

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna mogħtija għal kull waħda mill-elementi li jifformaw il-programm ta' implimentazzjoni għall-iżvilupp tal-benefiċjarju li jirċievi l-għajnuna se tkun:

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp tal-programm ta' titjib ġenetiku tar-razza Frisona f'Asturias.

Japplikaw l-Artikoli tar-Regolament Nru 1857/2006 li ġejjin:

L-Artikolu 15 Għajnuna teknika fis-settur agrikolu. Spejjeż eliġibbli: Infiq fl-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ għal dawk li jrabbu l-bhejjem, servizzi ta' valutazzjoni minn partijiet terzi, organizzazzjoni ta' fora ta' skambju ta' tagħrif, kompetizzjoniet u esibizzjonijiet, tixrid tat-tagħrif xjentifiku, infiq marbut ma' pubblikazzjonijiet.

Skont il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) imsemmi, l-għajnuna teknika se tkun disponibbli għal proprjetarji tal-annimali kollha mniżżla fil-Ktieb tar-Razza, mingħajr ma jkun jeħtieġ li dawn ikunu membri tal-koperattiva bħala kundizzjoni biex jagħmlu użu mis-servizz.

L-Artikolu 16 Appoġġ għas-settur tal-bhejjem Spejjeż eliġibbli: Infiq marbut mat-twettiq ta' verifiki biex tiġi ddeterminata l-kwalità ġenetika u r-rendiment tal-bhejjem, infiq marbut mal-implimentazzjoni ta' tekniki innovattivi fir-riproduzzjoni tal-annimali, ħlief għall-infiq tal-introduzzjoni u t-twettiq ta' operazzjonijiet ta' inseminazzjoni artifiċjali kif ukoll il-kontrolli regolari tal-kwalità tal-ħalib.

F'konformità ma' dak stabbilit fl-Artikoli 15(3) u 16(3) tar-Regolament imsemmi, l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati li jsiru minn partijiet terzi u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Is-settur(i) benefiċjarju/I: It-trobbija tal-baqar tal-ħalib

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Medio Rural y Pesca del Principado de Asturias

C/Coronel Aranda, s/n, 4a planta

33071 Oviedo (Asturias)

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: it-test tal-ftehim kollaborattiv jista' jiġi kkonsultat fuq www.asturias.es

http://www.asturias.es/Asturias/descargas/CONVENIOS%20GANADERIA/ASCOL%2009%20%20convenio.pdf

Tagħrif ieħor: —

Id-direttur ġenerali għat-trobbija tal-bhejjem u agroalimentazzjoni,

Luis Miguel ALVAREZ MORALES

Għajnuna Nru: XA 46/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Principado de Asturias

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tingħata l-għajnuna individwali: Asociación de Criadores de Ponis de Raza Asturcón (ACPRA)

Bażi legali: Convenio de colaboración entre el Gobierno del Principado de Asturias y la Asociación de Criadores de ponis de raza Asturcón (ACPRA) para el desarrollo del programa de conservación de dicha raza durante el trienio 2009-2011

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont massimu ta’ għajnuna li għandu jingħata f'kull sena ta’ implimentazzjoni tal-ftehim għandu jkun:

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna li tingħata għal kull wieħed mill-elementi fil-programm ta’ miżuri li għandhom jitwettqu mill-benefiċjarju se tkun:

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazjzoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp tal-programm ta' konservazzjoni tar-razza awtoktona ta’ poni Asturcón.

Japplikaw l-Artikoli tar-Regolament 1857/2006 li ġejjin:

L-Artikolu 15 - Il-provvista ta' għajnuna teknika fis-settur agrikolu. Spejjez eliġibbli: l-ispejjeż biex jittellgħu programmi ta' taħriġ għal min irabbi l-bhejjem, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora għall-iskambju tal-għarfien, kompetizzjonijiet u wirjiet, it-tixrid tal-għarfien xjentifiku, spejjeż għall-editjar ta’ pubblikazzjonijiet.

L-Artikolu 16 - Appoġġ għas-settur tal-bhejjem. Spejjez eliġibbli: l-ispejjeż amministrattivi għaż-żamma tar-reġistru tar-razza, għajr it-testijiet imwettqa minn partijiet terzi, jew f'isimhom, biex jiddeterminaw il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem.

Settur(i) benefiċjarju/I: It-trobbija tal-ekwini.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Medio Rural y Pesca del Principado de Asturias

C/Coronel Aranda, s/n, 4a planta

33071 Oviedo (Asturias)

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: it-test tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni jinstab fuq il-websajt www.asturias.es fl-indirizz:

http://www.asturias.es/Asturias/descargas/CONVENIOS%20GANADERIA/ACPRA%2009%20convenio.pdf

Tagħrif ieħor: —

Id-direttur ġenerali għat-trobbija tal-bhejjem u agroalimentazzjoni,

Luis Miguel ÁLVAREZ MORALES


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/29


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati)

2009/C 136/08

OEI (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument ta’ referenza)

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN ISO 9000:2005

Sistemi ta' maniġment ta' kwalità – Elementi fundamentali u vokabularju (ISO 9000:2005)

 

CEN

EN ISO 9001:2008

Sistemi ta' maniġment ta' kwalità – Rekwiżiti (ISO 9001:2008)

 

CEN

EN ISO 14001:2004

Sistemi ta' maniġment ambjentali – Rekwiżiti bi gwida kif jintużaw (ISO 14001:2004)

 

CEN

EN ISO 14020:2001

Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Prinċipji ġenerali (ISO 14020:2000)

 

CEN

EN ISO 14021:2001

Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Klejms ambjentali awto-dikjarati (Tikkettjar ambjentali Tip II) (ISO 14021:1999)

 

CEN

EN ISO 14024:2000

Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Tikkettjar ambjentali Tip I – Prinċipji u proċeduri (ISO 14024:1999)

 

CEN

EN ISO 14031:1999

Maniġment ambjentali – Evalwazzjoni tal-operat ambjentali – Linji gwida (ISO 14031:1999)

 

CEN

EN ISO 14040:2006

Maniġment ambjentali – Valutazzjoni ta' ċiklu tal-ħajja – Prinċipji u qafas (ISO 14040:2006)

 

CEN

EN ISO 14044:2006

Maniġment ambjentali – Valutazzjoni ta' ċiklu tal-ħajja – Rekwiżiti u linji gwida (ISO 14044:2006)

 

CEN

EN ISO/IEC 17000:2004

Valutazzjoni ta' konformità – Vokabularju u prinċipji ġenerali (ISO/IEC 17000:2004)

 

CEN

EN ISO/IEC 17011:2004

Valutazzjoni ta' konformità – Rekwiżiti ġenerali għal korpi ta' akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi li jivvalutaw konformità (ISO/IEC 17011:2004)

 

CEN

EN ISO/IEC 17020:2004

Kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta' diversi tipi ta' korpi li jagħmlu spezzjonijiet (ISO/IEC 17020:1998)

 

CEN

EN ISO/IEC 17021:2006

Valutazzjoni ta' konformità – Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu verifika u ċertifikazzjoni ta' sistemi ta' maniġment (ISO/IEC 17021:2006)

 

CEN

EN ISO/IEC 17024:2003

Valutazzjoni ta' konformità – Rekwiżiti ġenerali għal korpi li joperaw ċertifikazzjoni ta' persuni (ISO/IEC 17024:2003)

 

CEN

EN ISO/IEC 17025:2005

Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji għall-ittestjar u l-kalibrar (ISO/IEC 17025:2005)

 

EN ISO/IEC 17025:2005/AC:2006

 

 

CEN

EN ISO/IEC 17040:2005

Valutazzjoni ta' konformità – Rekwiżiti ġenerali għall-valutazzjoni minn pari ta' korpi ta' valutazzjoni u ta' korpi ta' akkreditazzjoni ta' konformità (ISO/IEC 17040:2005)

 

CEN

EN ISO/IEC 17050-1:2004

Valutazzjoni ta' konformità – Dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornitur – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO/IEC 17050-1:2004)

 

CEN

EN ISO/IEC 17050-2:2004

Valutazzjoni ta' konformità – Dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornitur – Parti 2: Dokumentazzjoni li ssostni d-dikjarazzjoni (ISO/IEC 17050-2:2004)

 

CEN

EN ISO 19011:2002

Linji gwida għall-verifika ta' sistemi ta' maniġment ta' kwalità u/jew ambjentali (ISO 19011:2002)

 

CEN

EN 45011:1998

Rekwiżiti ġenerali għal min jiprovdi sistemi ta' ċertifikazjoni ta' prodotti (ISO/IEC Gwida 65:1996)

 

Nota 1

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2

L-istandard il-ġdid (jew modifikat) għandu l-istess skop tal-istandard sostitwit. Fid-data msemmija l-istandard sostitwit ma jibqax jagħti l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rikwiżiti essenzjali tad-direttiva.

Nota 3

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3).

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’:

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds


(1)  OEI: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar;

—   CEN:

—   CENELEC:

—   ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.org).

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/31


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/14/09

Il-Programm ICI ta' Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni – Kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ bejn l-UE u l-Awstralja, il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea

2009/C 136/09

1.   GĦANIJIET U DESKRIZZJONI

L-għan ġenerali huwa l-promozzjoni tal-fehim reċiproku bejn il-popli tal-UE u tal-Pajjiżi Msieħba inkluż għarfien usa’ tal-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom, kif ukoll t-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla u tat-taħriġ permezz tal-istimolazzjoni ta’ sħubiji bbilanċjati bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u ta' taħriġ professjonali tal-Ewropa u tal-Pajjiżi Msieħba.

2.   APPLIKANTI ELIĠIBBLI

Is-sottomissjoni tat-talbiet għal għotjiet fl-ambitu ta’ din is-sejħa hija miftuħa għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali u għal konsorzji ta’ edukazzjoni ogħla u/jew istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali.

L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-Pajjiżi Msieħba u fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

3.   AZZJONIJIET ELIĠIBBLI

Din is-sejħa ICI-ECP tappoġġa l-proġetti marbuta mal-Mobilità Konġunta ffukati fuq skambji strutturati ta’ studenti u membri tal-fakultà; u fuq l-iżvilupp konġunt ta’ kurrikula konġunti jew maqsuma u programmi ta’ studju konġunti.

Il-proġetti kollha marbuta mal-mobilità għandhom jittrattaw: l-iżvilupp ta’ kurrikula internazzjonali innovattivi; il-preparazzjoni tas-servizzi tal-istudenti, tal-lingwi u tal-kultura; oqfsa organizzativi għall-mobilità tal-istudenti u tal-membri tal-fakultà; evalwazzjoni kif ukoll is-sostenibbiltà u t-tixrid.

Konsorzju li japplika għal proġett tal-ICI-ECP marbut mal-Mobilità Konġunta għandu jinkludi mill-inqas 3 istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u/jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali minn 3 Stati Membri tal-UE differenti u mill-inqas 2 istituzzjonijiet mill-Pajjiż Imsieħeb.

Il-proġett idum għal perjodu ta’ 3 snin.

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009 u jintemmu fil-31 ta’ Ottubru 2012.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

Se jiġu applikati dawn il-kriterji ta’ kwalità għad-determinazzjoni tal-punteġġ kumplessiv tal-kwalità ta’ kull proposta eliġibbli:

 

L-importanza tal-proġett għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba, (li tirrappreżenta 25 % tal-punteġġ totali), se tkun determinata permezz ta’:

ir-rilevanza tal-proposta mal-għanijiet tas-Sejħa;

il-valur miżjud tal-programm ta’ studju fid-dixxiplina u fil-professjoni proposta mill-perspettiva tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba.

 

Il-kontribut għall-kwalità u l-eċċellenza, (li jirrappreżenta 25 % tal-punteġġ totali), se jkun determinat permezz ta’:

il-kontribut li jista’ jagħti l-proġetti għall-kwalità, l-eċċellenza u l-innovazzjoni tal-edukazzjoni;

l-importanza tal-proġett fir-rigward tat-titjib tal-metodi ta’ tagħlim u tal-istudji ulterjuri/opportunitajiet professjonali tal-istudenti;

il-firxa ta’ definizzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tal-kwalità akkademika u l-effiċjenza tagħha biex tiggarantixxi kontribut għal eċċellenza akkademika.

 

Il-kwalità tal-implimentazzjoni ta’ proġetti, (li tirrappreżenta 50 % tal-punteġġ totali), se tkun determinata permezz ta’:

mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni definiti sew u struttura amministrattiva ta’ sħubija li taħdem;

il-bilanċ tal-integrazzjoni tal-iskema tal-mobilità fost l-istituzzjonijiet imsieħba;

il-bilanċ tal-flussi tal-mobilità proposti; il-validità tal-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ selezzjoni ta’ studenti bbażati fuq it-trasparenza, l-ugwaljanza, il-prinċipju tal-mertu, u standards komuni maqbula mis-sħubija għall-proċedura konġunta ta’ applikazzjoni, ammissjoni għas-selezzjoni u tal-eżamijiet.

il-validità u ċ-ċarezza tal-arranġamenti għall-krediti akkademiċi u għat-trasferiment tal-krediti u l-livell ta’ tqabbil mal-ECTS;

il-kwalità ta’ riżorsi disponibbli biex jinżammu studenti u membri tal-fakultà barranin;

il-kwalità ta’ pjan lingwistiku;

il-kwalità ta’ sistema ta’ monitoraġġ u pjan ta’ evalwazzjoni;

il-kwalita ta’ attivitajiet ta’ tixrid; kif ukoll

il-kwalità ta’ pjan ta’ żvilupp u sostenibbiltà.

5.   BAĠIT

Is-somma disponibbli tal-baġit tammonta għal madwar EUR 2.8 miljun. Finanzjamenti paragunabbli se jkunu pprovduti mill-Pajjiżi Msieħba skont ir-regoli li japplikaw għal kull wieħed minnhom.

Huwa previst li fl-2009 se jiġu ffinanzjati bejn tlieta u erba’ proġetti UE-Awstralja, bejn proġett wieħed u żewġ proġetti UE-Ġappun u bejn tlieta u erba’ proġetti UE-Repubblika tal-Korea.

6.   DATA TA’ SKADENZA

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE (Aġenzija) kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Awstralja (Australian Department of Education – DEEWR), tal-Ġappun (Japan Student Services Organisation – JASSO) u tar-Repubblika tal-Korea (Ministry of Education, Science and Technology – MEST).

L-applikazzjonijiet indirizzati lill-istituzzjoni fit-tmexxija tal-UE għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura sa mhux aktar tard mill-15 ta’Settembru 2009.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

EU-ICI Call for Proposals 2009

Avenue du Bourget no 1

Bour 02/23

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet indirizzati lill-istituzzjoni fit-tmexxija tal-UE għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formola korretta, mimlija kif suppost, datata u ffirmata mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu ġuridikament f’isem l-organizzazzjoni applikanti.

7.   AKTAR TAGĦRIF

Il-Linji Gwida u l-formoli ta’ applikazzjoni huma disponibbli minn dan is-sit elettroniku

http://eacea.ec.europa.eu/extcoop/ici-ecp/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formola apposta u jkunu jinkludu l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5543 – EnBW/Borusan/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 136/10

1.

Fl-10 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) skont liema l-impriżi EnBW Energie Baden-Württemberg AG (“EnBW”, il-Ġermanja), ikkontrollata b’mod konġunt minn Electricité de France International S.A. (“EDF”, Franza) u minn Zweckverband Oberschwäbische Elektrizitätswerke (“OEW”, il-Ġermanja), u li qed taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha EnBW Holding A.Ș. (“EnBW Turkey”, it-Turkija), u Borusan Holding A.Ș. (“Borusan”, it-Turkija), jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Borusan Enerji Yatirimlari Ve Üretim A.Ș. (“Borusan Enerji”, it-Turkija), permezz ta' akkwist ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EnBW: l-elettriku u l-gass flimkien ma’ servizzi ta’ enerġija u ambjentali. Attivitajiet oħra jinkludu t-telekommunikazzjoni, ir-riċiklaġġ tal-iskart u servizzi finanzjarji,

Borusan: industrji tal-azzar, tad-distribuzzjoni, tal-loġistika, tat-telekommunikazzjonijiet u tal-enerġija,

Borusan Enerji: il-produzzjoni tal-elettriku fit-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5543 – EnBW/Borusan/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Il-Kunsill

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/35


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill 2009/…/KE 15 ta' Ġunju 2009)

2009/C 136/11

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill 2009/…/KE 15 ta' Ġunju 2009.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkat fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Kwalunkwe talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Biex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Prim′ Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/37


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba minn Stat Membru

2009/C 136/12

Fit-3 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet l-4 ta' Ġunju 2009.

Din it-talba, mir-Renju ta' Spanja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-għanijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data tal-għeluq għalhekk hija l-4 ta' Settembru 2009.

Huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, li ssemma aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista’ eventwalment jiġi estiż b’xahar. Din l-estensjoni għandha tiġi ppubblikata.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.