ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.131.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 131

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
10 ta' Ġunju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni

2009/C 131/01

Opinjoni tal-kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mit-tieni fażi tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari A-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 131/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2009/C 131/03

Informazzjoni provduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal proċedura tal-informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni Statistiċi dwar ir-regoli tekniċi notifikati fl-2008 fil-kwadru tal-proċedura tan-notifika 98/34

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 131/04

Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna

8

2009/C 131/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi tas-servizz pubbliku f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

11

2009/C 131/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

12

2009/C 131/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

13

2009/C 131/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

14

2009/C 131/09

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

15

2009/C 131/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2009/C 131/11

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/93/09

17

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 131/12

Avviż ta’ tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

18

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 131/13

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti ( 1 )

20

2009/C 131/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5550 – BP/DUPONT/JV)

23

2009/C 131/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5545 – ArcelorMittal/Noble European Holding)

24

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 131/16

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ġunju 2009

dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mit-tieni fażi tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari A-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

2009/C 131/01

Fis-17 ta’ Settembru 2008, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet, mingħand il-Gvern Slovakk, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mit-tieni fażi tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari A-1 ta’ Bohunice.

Abbażi ta’ din id-dejta, ta’ aktar tagħrif mitlub mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2008 u fit-28 ta’ Novembru 2008, u ta’ tagħrif li pprovda l-Gvern Slovakk fl-4 ta’ Diċembru 2008 u fil-25 ta’ Frar 2009, u wara li kkonsultat il-Grupp tal-Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ ir-Repubblika Ċeka, hija ta’ madwar 38 km.. Il-fruntieri mal-Awstrija u l-Ungerija qegħdin f’distanzi ta’ 55 km. u 62 km. rispettivament.

2.

Fil-kundizzjonijiet normali tal-operat, it-tnixxijiet ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhux se joħolqu esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

3.

L-iskart radjuattiv solidu ta’ livell baxx u intermedju se jinħażen b’mod temporanju fuq il-post qabel ma jiġi ttrasferit lejn faċilità tar-rimi awtorizzata mill-Gvern Slovakk. L-iskart radjuattiv ta’ livell għoli se jinħażen fuq il-post sakemm ikun disponibbli maħżen nazzjonali.

4.

L-iskart solidu u l-materjali residwi mhux radjuattivi li huma konformi mal-livelli awtorizzati se jinħelsu mill-kontroll regolatorju biex jintremew bħala skart konvenzjonali jew biex jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-awtoritajiet Slovakki li jirrevedu l-livelli tal-attività għar-rilaxx tat-tali materjali fl-ambjent fid-dawl tal-linji ta’ gwida tal-Komunità, sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mal-kriterji għall-eżenzjoni mniżżlin fid-Direttiva 96/29/Euratom.

5.

F’każ li jkun hemm rilaxx mhux ippjanat tal-effluwenti radjuattivi li jirriżulta minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jilħqu Stat Membru ieħor huma preżunti li ma jaffettwawx is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, l-Kummissjoni hija tal-fehma li, kemm fl-operat normali kif ukoll f’każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mit-tieni fażi tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari A-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, mhijiex preżunta li tirriżulta fit-tniġġis radjuattiv tal-ilma, tal-ħamrija u tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Ġunju 2009

2009/C 131/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3959

JPY

Yen Ġappuniż

136,80

DKK

Krona Daniża

7,4456

GBP

Lira Sterlina

0,86320

SEK

Krona Żvediża

10,7995

CHF

Frank Żvizzeru

1,5158

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9135

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,796

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

280,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6995

PLN

Zloty Pollakk

4,4770

RON

Leu Rumen

4,2015

TRY

Lira Turka

2,1656

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7571

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5402

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8202

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2385

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0357

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 765,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3584

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,5415

HRK

Kuna Kroata

7,3040

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 066,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,9226

PHP

Peso Filippin

66,302

RUB

Rouble Russu

43,5033

THB

Baht Tajlandiż

47,733

BRL

Real Brażiljan

2,7084

MXN

Peso Messikan

18,6965

INR

Rupi Indjan

66,2910


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/3


Informazzjoni provduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal proċedura tal-informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (1)

Statistiċi dwar ir-regoli tekniċi notifikati fl-2008 fil-kwadru tal-proċedura tan-notifika 98/34

2009/C 131/03

I   Tabella li tindika t-tipi differenti ta’ reazzjonijiet indirizzati lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea dwar l-abbozzi notifikati minn kull wieħed minnhom

Stati Membri

Numru ta’ Notifika-zzjonijiet

Osservazzjonijiet (2)

Opinjonijiet Dettaljati (3)

Proposti Ta’ atti Komunitarji

SM

COM

EFTA (4) TR (5)

SM

COM

9.3 (6)

9.4 (7)

Belġju

32

4

6

0

0

5

0

0

Bulgarija

6

1

3

0

2

2

0

0

Rep. Ċeka Ċ~Rep. Tchèque

35

10

7

0

1

5

0

1

Danimarka

22

8

4

0

1

0

0

0

Ġermanja

52

13

12

0

12

3

0

2

Estonja

5

1

2

0

1

1

0

0

Irlanda

16

0

3

0

0

0

0

0

Greċja

7

1

2

0

1

4

0

0

Spanja

41

12

10

0

4

1

2

0

Franza

45

8

12

0

2

3

1

0

Italja

18

5

7

0

1

4

1

0

Ċipru

0

0

0

0

0

0

0

0

Estonja

10

3

1

0

5

4

0

0

Litwanja

8

8

2

0

0

2

0

0

Lussemburgu

2

2

1

0

0

0

0

0

Ungerija

12

4

2

0

1

4

0

0

Malta

0

0

0

0

0

0

0

0

Stati Membri

Numru ta’ Notifika-zzjonijiet

Osservazzjonijiet (2)

Opinjonijiet Dettaljati (3)

Proposti Ta’ atti Komunitarji

SM

COM

EFTA (4) TR (5)

SM

COM

9.3 (6)

9.4 (7)

Olanda

71

6

15

0

4

2

0

0

Awstrija

36

5

2

0

3

1

0

0

Polonja

21

11

6

0

5

3

0

0

Portugall

2

2

0

0

0

0

0

0

Rumanija

18

1

5

0

3

2

0

0

Slovenja

3

2

1

0

0

0

0

0

Slovakkja

15

3

3

0

0

1

0

0

Finlandja

31

6

4

0

0

1

0

0

Żvezja

54

9

12

0

3

3

1

0

Renju Unit

39

10

6

0

2

1

0

0

Total UE

601

133

128

0

51

52

5

3


II   Tabella li tindika t-tqassim skont is-settur ta’ abbozzi notifikati mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Setturi

BE

BG

CZ

CY

DK

DE

EE

IE

GR

ES

FR

IT

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

Total

Bini u Kostruzzjoni

5

4

1

0

1

21

1

4

0

1

5

2

0

4

0

1

0

5

15

2

0

7

1

2

20

12

2

116

Prodotti tal-ikel u agrikoli

3

0

9

0

2

11

0

2

1

7

6

3

6

2

0

3

0

12

3

5

0

0

1

4

1

3

7

91

Prodotti kimiċi

0

0

3

0

0

2

1

0

1

1

0

1

0

0

0

0

0

1

0

0

0

1

0

0

0

1

0

12

Prodotti farmaċewtiċi

1

0

14

0

0

1

0

4

2

0

6

1

0

0

0

0

0

1

0

1

0

0

0

0

0

3

2

36

Apparat domestiku u għall-mogħdija taż-żmien

1

1

0

0

0

1

0

1

1

3

5

0

0

0

0

0

0

0

2

1

0

1

0

1

1

8

4

31

Mekkanika

4

1

0

0

2

1

0

0

0

4

5

3

0

1

0

0

0

7

2

0

2

2

0

0

0

6

2

42

Enerġija, minerali, injam

0

0

3

0

1

5

0

2

0

0

0

0

0

0

1

0

0

9

0

3

0

2

1

0

0

0

2

29

Ambjent, tagħmir tal-imballaġġ

9

0

1

0

7

4

0

0

0

3

1

4

1

0

0

4

0

8

4

2

0

1

0

0

0

2

3

54

Saħħa, apparat mediku

0

0

0

0

0

0

0

0

0

1

3

0

0

1

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

5

Trasport

1

0

0

0

4

3

1

1

0

3

4

1

0

0

0

1

0

15

2

4

0

1

0

2

4

14

8

69

Telekomunikazzjonijiet

5

0

0

0

5

1

1

1

1

18

4

0

0

0

1

0

0

2

5

0

0

0

0

0

1

2

7

54

Prodotti diversi

3

0

1

0

0

0

0

1

1

0

3

2

3

0

0

2

0

3

1

1

0

0

0

0

3

1

2

27

Servizzi soċjetà tal-informazzjoni

0

0

3

0

0

2

1

0

0

0

3

1

0

0

0

1

0

8

2

2

0

3

0

6

1

2

0

35

Total kull stat membru

32

6

35

0

22

52

5

16

7

41

45

18

10

8

2

12

0

71

36

21

2

18

3

15

31

54

39

601


III   Tabella li tindika l-osservazzjonijiet dwar abbozzi notifikati mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, min-Norveġja (8) u mill-Iżvizzera (9)

Pajjiż

Notifiki

Osservazzjonijiet KE (10)

Iżlanda

9

0

Liechtenstein

0

0

Żvizzera

3

0

Norveġja

16

8

Total

28

8


IV   Analiżi li turi t-tqassim skont is-settur ta’ abbozzi notifikati mill-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera

Setturi

Iżlanda

Liechtenstein

Norvèġja

Żvizzera

Total

Prodotti tal-ikel

0

0

9

0

9

Prodotti farmaċewtiċi

3

0

0

0

3

Apparat domestiku u għall-mogħdija taż-żmien

0

0

2

0

2

Mekkaniku

5

0

1

0

6

Trasport

0

0

3

0

3

Telekomunikazzjonijiet

0

0

0

3

3

Prodotti diversi

1

0

1

0

2

Total skont il-pajjiż

9

0

16

3

28


V   Tabella li tindika l-abbozzi notifikati mit-turkija u l-osservazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi

Turkija

Notifiki

Osservazzjonijiet KE

Total

5

2


VI   Tabella li tindika t-tqassim skont is-settur tal-abbozzi notifikati mit-Turkija

Setturi

Turkija

Kostruzzjoni

1

Enerġija, minerali, injam

1

Mekkaniku

1

Trasport

1

Telekomunikazzjonijiet

1

Total

5


VII   Statistiċi dwar proċeduri ta’ vjolazzjoni tul l-2008 u mibdija abbażi tal-artikolu 226 tat-trattat ke kontra regoli teknici nazzjonali adottati bi ksur tad-dispozizzjonijiet tad-direttiva 98/34/KE

Pajjiż

Numru

Portugall

1

Italja

1

Franza

1

Ġermanja

1

Total UE

5


(1)  Id-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 204 tal-21 ta’ Lulju 1998) tikkodifika d-Direttiva 83/189/KEE kif ġiet emendata prinċipalment permezz tad-Direttivi 88/182/KEE u 94/10/KE. Id-Direttiva 98/34/KE ġiet emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 217 tal-5 ta’ Awwissu 1998) li wessgħet il-firxa tal-applikazzjoni tagħha għas-servizzi tas-soċjeta tal-Informazzjoni. Din l-estenżjoni daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Awwissu 1999.

(2)  Artikolu 8.2 tad-Direttiva.

(3)  Artikolu 9.2 tad-Direttiva (“opinjoni dettaljata… skont liema l-miżura maħsuba toffri aspetti li jistgħu eventwalment joħolqu ostakoli fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija jew tas-servizzi jew fil-libertà tat-twaqqif ta’ operaturi ta’ servizzi fil-kwadru tas-suq intern”.)

(4)  Skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi EFTA li huma parti kontraenti ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-Direttiva 98/34/KE, flimkien mal-emedni meħtieġa provduti fl-Anness II, Kapitolu XIX, Punt 1, u jistgħu, allura, jagħmlu osservazzjonijiet kontra l-proġetti notifikati mill-Istati Membri tal-Komunità. Bl-istess mod l-Iżvizzera tista’ tagħmel osservazzjonijiet simili, abbażi ta’ ftehim informali għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tar-regoli tekniċi.

(5)  Il-proċedura 98/34 ġiet estiża lit-Turkija fil-kwadru tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni konkluz ma’ dan il-pajjiż (Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 1964, p. 3687) u Deċizjonijiet 1/95 u 2/97 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija).

(6)  Artikolu 9.3 tad-Direttiva skont liema l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-adozzjoni tal-abbozz notifikat (minbarra abbozzi ta’ regoli dwar is-servizzi) tnax-il xahar minn meta dan jasal għand il-Kummissjoni jekk din tkun qed tavża l-ħsieb tagħha li tipproponi jew li tordna Direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar dan is-suġġett.

(7)  Artikolu 9.4 tad-Direttiva skont liema l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-adozzjoni tal-abbozz notifikat tnax-il xahar minn meta dan jasal għand il-Kummissjoni jekk din tkun qed tavża dwar osservazzjoni li l-abbozz huwa konness ma’ materja koperta minn proposta ta’ Direttiva, ta’ Regolament jew ta’ Deċiżjoni, preżentata lill-Kunsill.

(8)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-Nota 4) tipprodi għall-obbligu tal-pajjiżi EFTA parti kontraenti ta’ dan il-Ftehim li jinnotifikaw l-abbozzi ta’ regoli tekniċi lill-Kummissjoni.

(9)  Abbażi tal-Ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli tekniċi (ara n-Nota 4), l-Iżvizzera għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-abbozzi tagħha ta’ regoli tekniċi.

(10)  L-unika tip ta’ reazzjoni provduta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-Noti 4 u 7) hija l-possibilità għall-Komunità li tagħmel osservazzjonijiet (Artikolu 8.2 tad-Direttiva 98/34/KE kif hemm ripetut fl-Anness II, Kapitolu XIX, Punt 1 ta’ dan il-Ftehim). L-istess tip ta’ reazzjoni tista’ tingħata fir-rigward tan-notifiki tal-Iżvizzera abbażi tal-Ftehim informali bejn il-Komunità u dan il-pajjiż (ara n-Noti 4 u 8).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/8


Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna

2009/C 131/04

1.   Stat Membru: L-Estonja

2.   Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Estonia/Maaelu Edendamise Sihtasutus

3.   Isem l-iskema tal-għajnuna: XF 2/2009 – Maaelu Edendamise Sihtasutuse tagatiste abikava raames tagatise saamiseks esitatavad nõuded ja tagatise taotlemise kord

4.   Bażi Legali: Maaelu Edendamise Sihtasutuse tagatiste abikava raames tagatiste saamiseks esitatavad nõuded ja tagatise taotlemise kord. Kinnitatud Maaelu Edendamise Sihtasutuse nõukogu 20. novembri 2008 otsusega (protokoll nr 10 p 2)

Kalandusturu korraldamise seadus https://www.riigiteataja.ee/ert/act.jsp?id=12803787

5.   Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: EEK 156 466 miljun

6.   Intensità massima tal-għajnuna: Meta tingħata għajnuna lill-intrapriżi attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd jew lill-korpi li jaħdmu bla finijiet ta' qligħ li jirrappreżentaw it-tali intrapriżi, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-limitu massimu għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi ddeterminati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1).

7.   Data tad-dħul fis-seħħ:

8.   Tul taż-żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali mogħtija (mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika: taħt l-iskema: id-data sa meta tista' tingħata l-għajnuna: 31.12.2013

9.   Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tiffaċilita l-aċċess għal riżorsi finanzjarji lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2), wara li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stipulati fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna lill-Istat f'forma ta' garanziji (3) li tapplika għas-setturi ekonomiċi kollha, inkluż is-settur tas-sajd.

10.   Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 huwa użat: 8, 11, 15, 16, 17, 18, 19 u 20

11.   Attività kkonċernata: Produzzjoni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd.

12.   Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Maaelu Edendamise Sihtasutus

R. Tobiase 4

10147 Tallinn

EESTI/ESTONIA

13.   Indirizz tal-internet fejn wieħed jista' jsib it-test komplut tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li taħthom tingħata għajnuna ad hoc li ma tkunx parti minn skema ta' għajnuna: http://www.mes.ee/failid/Tagatiste%20abikava%2020.11.2008.pdf

14.   Motivazzjoni: L-għan tal-għajnuna huwa li tiffaċilita l-aċċess għal riżorsi finanzjarji lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u biex tkun żgurata wkoll id-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji lil dawk l-SMEs li ma ngħatawx dawn ir-riżorsi taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd

1.   Stat Membru: Spanja

2.   Reġjun jew awtorità li tagħti l-għajnuna: La Rioja

3.   Titolu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: XF 7/2009 – Régimen de ayudas para el fomento de la acuicultura y de la transformación y comercialización de los productos de la pesca y la acuicultura

4.   Bażi legali: Orden no 6/2008, de 20 de mayo de 2008, de la Consejería de Industria, Innovación y Empleo, por la que se aprueban las bases reguladoras de concesión de subvenciones para el fomento de la acuicultura y de la transformación y comercialización de los productos de la pesca y la acuicultura (Boletín Oficial de La Rioja número 72, de 31 de mayo de 2008), modificada por Orden no 20/2009, de 17 de febrero (Boletín Oficial de La Rioja número 24, de 20 de febrero de 2009)

5.   Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema u l-ammont tal-għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 0,4 miljun

6.   Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

7.   Data tad-dħul fis-seħħ: Il-21 ta’ Frar 2009

8.   Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali (sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014); indika:

—   taħt l-iskema: d-data sa meta tista' tingħata l-għajnuna: it-30 ta’ Ġunju 2014

—   fil-każ ta’ għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-ħlas tal-aħħar pagament.

9.   Għan tal-għajnuna: Il-promozzjoni L-akkwakultura u l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

10.   Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 japplikaw: l-Artikoli 11 u 16

11.   Attività kkonċernata: L-akkwakultura, u l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq bl-ingrossa ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

12.   Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Agencia de Desarrollo Económico de la Rioja (ADER)

Muro de la Mata 13-14

26071 Logroño (La Rioja)

ESPAÑA

13.   Indirizz tal-internet fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra skema ta' għajnuna: http://www2.larioja.org/pls/dad_user/G04.texto_integro?p_cdi_accn=59-210130

http://www2.larioja.org/pls/dad_user/G04.texto_integro?p_cdi_accn=50-230148

14.   Ġustifikazzjoni: L-għotjiet imsemmija fl-Orden 6/2008 tal-20 ta’ Mejju 2008, kif emendata bl-Orden 20/2009 tas-17 ta’ Frar 2009, huma parti mill-programm operattiv għas-settur tas-sajd Spanjol għall-perjodu 2007-13, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għas-Sajd.

Madankollu, billi l-kontributi finanzjarji mill-Aġenzija tal-Iżvilupp Ekonomiku ta’ La Rioja (Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja) mistennija li jaqbżu dawk inklużi fil-programm operattiv, inqisu li japplika l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, kif ukoll, għaldaqstant, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat.

1.   Stat Membru: Ir-Renju Unit

2.   Reġjun jew Awtorità li tagħti l-għajnuna: Wales – Welsh Assembly Government

3.   Titolu tal-iskema ta’ għajnuna: XF 8/2009 – Collective Investments in Fishing, Processing and Marketing Scheme

4.   Bażi Legali: The European Fisheries Fund (Grants) (Wales) Regulations 2009.

The Government of Wales Act 2006 Sections 59(1) and 162 of and paragraphs 28 and 30 of Schedule 11

5.   Nefqa Annwali ppjanata taħt l-Iskema: GBP 250 000 f’sena waħda biss

6.   Intensità Massima tal-Għajnuna: 100 % (Ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 Artikolu 37 (h))

7.   Data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Marzu 2009

8.   Tul ta' żmien tal-iskema: Sat-30 ta' April 2009

9.   Għan tal-għajnuna: Appoġġ għas-settur tal-qbid f'ibħra lokali sabiex titjieb il-profittabbiltà permezz tal-Azzjonijiet Kollettivi

10.   Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: Artikolu 17 – Azzjonijiet Kollettivi

11.   Attività kkonċernata: Sabiex tipprovdi investiment kapitali fil-flotta tas-sajd fl-ibħra lokali għall-impjanti tas-silġ, l-infrastruttura tal-moll u l-faċilitajiet tal-ħżin għall-ħut frisk lill-operaturi li jkollhom bastimenti li jkunu iqsar minn 12-il metru.

12.   Isem u indirizz tal- Awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Fisheries Unit

Welsh Assembly Government

Government Buildings

Northgate Street

Aberystwyth

Ceredigion

SY23 2JS

UNITED KINGDOM

13.   Sit tal-Internet għall-Kriterji u l-kundizzjonijiet tal-Iskema: http://wales.gov.uk/topics/environmentcountryside/foodandfisheries/fisheries/commercialfishing/collectinvestinprocessandmarkt/?lang=en

14.   Motivazzjoni: Sakemm ikun disponibbli l-FES (il-Fond Ewropew għas-Sajd), il-faċilitajiet eżistenti għas-sajjieda f’Wales huma limitati ħafna u hemm periklu reali li jekk id-dħul ta’ dan is-settur ma jitjiebx (permezz ta’ kapaċità b’valur miżjud), l-attivitajiet tas-sajd b'dgħajjes żgħar f’Wales jistgħu, fl-aħħar mill-aħħar jintemmu.


(1)  ĠU L 223, 15.8.2006 p. 1.

(2)  Kull entità impenjata f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, li timpjega inqas minn 250 persuna, bi dħul annwali ta' mhux iktar minn EUR 50 miljun u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx il-EUR 43 miljun u li tissodisfa l-kriterji l-oħra stipulati fl-Anness I għar-Regolament għal Eżenzjoni ta' kategorija.

(3)  ĠU C 155, 20.6.2008 p. 10.

http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2008:155:0010:0022:MT:PDF


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/11


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/05

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Crotone–Roma Fiumicino u viċeversa, Crotone–Milano (Linate) u viċeversa

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

180 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbutin mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente nazionale per l'aviazione civile (ENAC)

Direzione centrale regolazione economica

Direzione trasporto aereo

Viale del Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

www.enac-italia.it

Indirizz tal-posta elettronika: trasporto.aereo@enac.rupa.it


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/12


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/06

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Brive–Paris (Orly) u lura

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

il-5 ta’ Jannar 2010

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif relevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Id-Deċiżjoni tal-5 ta’ Mejju 2009 li temenda l-OSP bejn Brive u Paris (Orly)

NOR: DEVA0909086A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANCE

Tel. +33 0158094321

osp-compagnies@dta.aviation-civile.gouv.fr


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/13


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/07

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Lannion – Paris (Orly) u lura

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

il-25 ta’ Ottubru 2009

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif relevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Id-Deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2009 li temenda l-OSP bejn Lannion u Paris (Orly)

NOR : DEVA0910068A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANCE

Tel.: +33 15094321

osp-compagnies@dta.aviation-civile.gouv.fr


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/08

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Lannion–Paris (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mis-26 ta' Ottubru 2009 sas-26 ta’ Ottubru 2013.

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

għall-applikazzjonijiet (l-ewwel pass) it-22 ta’ Lulju 2009 (fl-16:00 ħin lokali)

għall-offerti (it-tieni pass) il-25 ta’ Awwissu 2009 (fl-16:00 ħin lokali)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Syndicat Mixte de l’aéroport de Lannion Côte de Granit

Avenue Pierre Marzin

22300 Lannion

FRANCE

Tel. +33 296058290

Feks +33 296058299

syndicat.aeroport.lannion@wanadoo.fr


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/15


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/09

L-Istat Membru

Il-Greċja

Ir-rotta konċernata

Ateni – Astypalea

Ateni – Ikaria

Ateni – Leros

Ateni – Milos

Thessaloniki – Chios

Thessaloniki – Samos

Limnos – Mitilini – Chios

Samos – Rhodes

Rhodes – Karpathos – Kasos – Sitia

Alexandroupolis – Sitia

Aktio – Sitia

Ateni – Kithira

Ateni – Naxos

Ateni – Paros

Ateni – Karpathos

Ateni – Sitia

Ateni – Skiathos

Thessaloniki – Corfu

Rhodes – Kos – Leros – Astypalea

Corfu – Aktion – Kefalinia – Zakinthos

Ateni – Kalymnos

Thessaloniki – Kalamata

Ateni – Skyros

Thessaloniki – Skyros

Rhodes – Kastelorizo

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku

Id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz sħiħ minn fejn it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku jistgħu jinkisbu bla ħlas

Administration of the Hellenic Civil Aviation

Directorate General for Air transport

Division of Air transports Section II

Vas. Georgiou 1

16604 Ateni

GREECE

Tel. +30 2108916149 or +30 2108916121

Feks +30 2108947132


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/16


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/10

L-Istat Membru

Il-Greċja

Ir-rotta konċernata

Ateni–Astypalea

Ateni–Ikaria

Ateni–Leros

Ateni–Milos

Thessaloniki–Chios

Thessaloniki–Samos

Limnos–Mitilini–Chios

Samos–Rhodes

Rhodes–Karpathos–Kasos–Sitia

Alexandroupolis–Sitia

Aktio–Sitia

Ateni–Kithira

Ateni–Naxos

Ateni–Paros

Ateni–Karpathos

Ateni–Sitia

Ateni–Skiathos

Thessaloniki–Corfu

Rhodes–Kos–Leros–Astypalea

Corfu–Aktion–Kefalinia–Zakinthos

Ateni–Kalymnos

Thessaloniki–Kalamata

Ateni–Skyros

Thessaloniki–Skyros

Rhodes–Kastelorizo

Il-perjodu ta' validità tal-kuntratt

Mill-1 ta' Ottubru 2009 sad-29 ta' Settembru 2013

L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz sħiħ minn fejn it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku jistgħu jinkisbu bla ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate General for Air Transport

Air Transport Division Section II

Vas. Georgiou 1

16604 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 or +30 2108916121

Feks +30 2108947132


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/17


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AST/93/09

2009/C 131/11

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/93/09 għar-reklutaġġ ta’ verifikaturi tal-lingwa (AST 3) fil-lingwa Żvediża.

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bl-Iżvediż fil-Ġurnal Uffiċjali C 131 A tal-10 ta' Ġunju 2009.

Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/18


Avviż ta’ tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2009/C 131/12

Il-Kummissjoni ddeċidiet, minn jeddha, li tniedi reviżjoni interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku). Ir-reviżjoni hija limitata fl-ambitu għall-investigazzjoni tal-forma tal-miżura u, partikolarment, għall-eżaminar tal-aċċettabilità u tal-prattikabilità ta' impenji offruti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

1.   Prodott

Il-prodotti taħt reviżjoni huma kastings ta' ħadid fondut mhux malleabbli tat-tip użat biex jgħatti u/jew jagħti aċċess għal sistemi fuq l-art jew taħt l-art, u partijiet minnhom, kemm jekk maħduma, miksija jew miżbugħa jew iffittjati b’materjali oħrajn u sew jekk le, għajr għall-idranti tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat), li bħalissa jistgħu jiġu kklassifikati fi ħdan il-kodiċi NM 7325 10 50, 7325 10 92 u ex 7325 10 99. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

2.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju tal-antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 (2) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 282/2009 (3).

3.   Raġunijiet għar-reviżjoni

Il-Kummissjoni saritilha talba minn żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, XianXian Guozhuang Precision Casting Co., Ltd. u Weifang Stable Casting Co., Ltd., sabiex jiġu jagħmlu parti mill-impenn konġunt milqugħ mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/109/KE (4) b’rabta mal-proċediment imsemmi hawn fuq.

Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll kull talba biex produtturi esportaturi oħra jissieħbu fl-impenn konġunt bil-kundizzjoni li dawn il-produtturi jkunu ngħataw it-“Trattament għal Produttur Esportatur Ġdid” (“New Exporting Producer Treatment, NEPT”) bi qbil mal-Artikolu 1(4) tar-Regoalment (KE) Nru 1212/2005. Il-produtturi esportaturi interessati li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija hawn fuq huma mistiedna jressqu l-offerti għal impenn tagħhom fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a).

4.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' reviżjoni parzjali interim, il-Kummissjoni permezz ta' dan qiegħda tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata fl-ambitu għall-eżaminar tal-forma tal-miżura.

Il-partijiet kollha interessati huma permezz ta' dan mistiedna li jwasslu l-fehma tagħhom, iressqu tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(b).

5.   Limiti ta’ żmien

(a)   Għall-partijiet li jridu jiddikjaraw lilhom infushom, biex jippreżentaw l-offerti għal impenn u kull informazzjoni oħra.

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom u jissottomettu l-offerti għal impenn jew kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn kemm il-parti tippreżenta lilha nnifisha fil-perjodu msemmi qabel.

(b)   Is-seduti ta’ smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 40 jum.

6.   Sottomissjonijiet bil-miktub, offerti għal garanzija u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, l-offerti għal impenn u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati b’“Limitat (5) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 4/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

7.   Non-cooperation

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Ipproċessar ta’ dejta personali

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta. (6)

10.   Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-DĠ għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 59.

(5)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Dan ifisser li d-dokument huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Hu dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/20


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/13

1.   DAĦLA

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-tmiem u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li torbot lill-impriżi b'dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

F′Mejju 2009, il-Kummissjoni fetħet proċeduri u indirizzat valutazzjoni preliminari lill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (International Association of Classification Societies) u lill-International Association of Classification Societies Limited (minn hawn ′il quddiem konġuntament imsejħa “IACS”). Din ikkonċernat id-deċizjonijiet tal-IACS: (i) fuq il-kriterji u proċeduri li japplikaw għas-sħubija tal-IACS u s-sospensjoni jew l-irtirar tas-sħubija, u fuq il-mod kif dawn il-kriterji u proċeduri ġew applikati, u (ii) fuq l-elaborazzjoni u aċċessibilità tar-riżoluzzjonijiet u dokumenti ta' sfond tekniku relatati ma' dawn ir-riżoluzzjonijiet. Espremiet l-opinjoni preliminari li dawn id-deċiżjonijiet mill-IACS setgħu rriżultaw f'restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi ta' klassifikazzjoni ta' bastimenti. Billi l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-għaxar membri tal-IACS għandhom pożizzjoni qawwija fis-suq u li s-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li mhumiex membri tal-IACS jistgħu jintlaqtu minn żvantaġġi sinifikanti fuq il-kompetizzjoni, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet għalhekk qajjmu tħassib dwar il-kompatibilità tagħhom mal-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet ma dehrux li jissodisfaw ir-rekwiżiti kumulattivi għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

B′mod partikolari, il-valutazzjoni preliminari wriet it-tħassib li l-IACS setgħat naqset milli:

(a)

iddaħħal fis-seħħ rekwiżiti li huma oġġettivi u li jiddeterminaw b'mod suffiċjenti biex jippermettilhom li jiġu applikati b'mod uniformi u mhux diskriminatorju kemm għall-aċċess, kif ukoll għas-sospensjoni u l-irtirar tas-sħubija fl-IACS;

(b)

tapplika dawn ir-rekwiżiti b'mod xieraq, raġonevoli u mhux diskriminatorju (inkluż it-twaqqif ta' salvagwardji suffiċenti għall-iżgurar ta' dan it-tip ta' applikazzjoni permezz ta' mekkaniżmu ta' appell/reviżjoni indipendenti);

(c)

tipprovdi sistema adegwata li tinkludi lil dawk li mhumiex membri tal-IACS fil-proċess ta' elaborazzjoni tal-istandards tekniċi tal-IACS (iġifieri r-riżoluzzjonijiet tal-IACS), (inkluż it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' ilment u appell/reviżjoni indipendenti li jiżgura aċċess għall-gruppi ta' ħidma tekniċi tal-IACS);

(d)

tipprovdi tixrid xieraq ta' dokumenti ta' sfond tekniku relatati mar-reżoluzzjonijiet (2) tal-IACS għal dawk li mhumiex membri tal-IACS (inkluż it-twaqqif tà mekkaniżmu ta' appell/reviżjoni indipendenti li jiżgura aċċess għaldawn id-dokumenti ta' sfond tekniku).

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(4)

Il-partijiet soġġetti għall-proċedimenti ma jaqblux mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu huma offrew li jimpenjaw ruħhom skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jissodisfaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni.

(5)

Verżjoni mqassra tal-impenji tinsab aktar 'l isfel filwaqt li l-verżjoni sħiħa tal-impenji hija ppubblikata bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali tal-Kummisjoni għall-Kompetizzjoni, fuq:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/index/by_nr_78.html#i39_416

(6)

L-IACS tipproponi li dawn l-impenji għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' ħames snin mid-data effettiva jiġifieri mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li permezz tiegħu l-Kummissjoni torbot lill-IACS b'dawn l-impenji. L-elementi prinċipali tal-impenji huma dawn li ġejjin:

3.1.   Kriterji ta' Sħubija

(7)

L-IACS se tistabbilixxi klassi waħda ta' sħubija tal-IACS.

(8)

L-IACS se taddotta, skont il-linji ta' gwida u proċeduri ppubblikati, l-oġġettivi li ġejjin, kriterji applikabbli ta' sħubija kwalitattivi trasparenti u mhux diskriminatorji u mfassla biex jiġu applikati b'mod uniformi għal applikazzjonijiet għal sħubija u għal sħubija kontinwa tal-IACS:

(a)

Kapaċità ppruvata biex tiżviluppa, tapplika, iżżomm, taġġorna b'mod regolari u tippubblika sett ta' regoli klassifikati tagħha stess bil-lingwa Ingliża li jkopri l-aspetti kollha fil-proċess tal-klassifikazzjoni tal-bastimenti (valutazzjoni tad-disinn, studju ta' bini, u studju perjodiku ta' bastimenti waqt it-tħaddim);

(b)

Kapaċità ppruvata li tipprovdi studji ta' bastimenti li jkunu qegħdin jinbnew skont is-Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (minn hawnhekk ′il quddiem imsejħa “SK”) regoli u sħarriġ perjodiku ta' bastimenti waqt it-tħaddim, inkluż ispezzjonijiet statutorji skont l-IMO u r-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera;

(c)

Kopertura internazzjonali suffiċenti minn stħarriġ esklussiv relattiv għad-daqs tal-programm ta' konstruzzjoni tas-SK u flotta klassifika f'fażi ta' konstruzzjoni;

(d)

Esperjenza estensiva dokumentata fil-valutazzjoni tad-disinn u l-bini ta' bastimenti;

(e)

Persunal intern sinifikanti maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u riċerka proporzjonat għad-daqs tal-flotta klassifikata tas-SK u l-involviment tiegħu fil-klassifikazzjoni tal-bastimenti f'fażi ta' kostruzzjoni;

(f)

Abbilità teknika biex tikkontribwixxi mal-persunal tagħha stess għax-xogħol tal-IACS fl-iżvilupp ta' regoli minimi u rekwiżiti għat-titjib tas-sigurtà marittima;

(g)

Kontribuzzjoni fuq bażi kontinwa bil-persunal tagħha stess għax-xogħol tal-IACS kif spjegat f'(f) hawn fuq;

(h)

Żamma f'forma elettronika u aġġornament mill-inqas ta' kull sena ta' reġistru tal-bastimenti klassifikati fil-lingwa Ingliża;

(i)

Indipendenza minn pussess ta' bastimenti, bini ta' bastimenti u interessi kummerċjali oħra li jistgħu jxekklu l-imparzjalità tas-SK;

(j)

Kompliċità mal-iskema tas-Sistema tal-IACS dwar iċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità (QSCS);

(9)

Applikant li jissodisfa l-Kriterji apparti (g) għandu jiġu ammess bħala membru tal-IACS imma m' għandux ikollu drittijiet tal-vot fil-Kunsill tal-IACS jew f'xi korp ieħor tal-IACS. Kriterju (g) għandu jiġi vvalutat tul l-ewwel tlett snin ta' sħubija u mal-konformità sodisfaċenti ma' dan ir-rekwiżit fl-aħħar tal-perjodu, il-membru tal-IACS awtomatikament igawdi d-drittijiet kollha tal-vot.

(10)

L-IACS se twettaq valutazzjonijiet tal-membri tal-IACS biex tivverifika l-konformità tagħhom mal-kriterji tas-sħubija. L-IACS tissospendi jew tirtira sħubija ta' IACS, skont kif xieraq, ta' SK li jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji ta' sħubija meħtieġa.

(11)

Id-deċizjonijiet kollha rigward adeżjoni għal, sospensjoni jew irtirar tas-sħubija tà IACS ikunu soġetti għad-dritt ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell.

3.2.   Indipendenza u disponibilità tal-QSCS għal dawk li mhux IACS SK

(12)

L-IACS se tintroduċi sistema li permezz tagħha reviżjonijiet u valutazzjonijiet ta' konformità mal-QSCS tagħha għandhom jitwettqu minn Korpi ta' Ċertifikazzjoni Akkreditati (KCA) indipendenti esterni. Barra minn hekk, l-IACS se timmodifika l-QSCS biex ir-rekwiżiti inklużi fiha jkunu jistgħu jkunu applikabbli b'mod ugwali għall-membri tal-IACS u dawk li mhumiex membri (inkluż dawk li mhumiex applikanti) minn KCA indipendenti, mingħajr l-involviment tal-Kunsilli tal-IACS.

3.3.   Parteċipazzjoni ta' dawk li mhumiex membri tal-IACS fix-xogħol tekniku tal-IACS

(13)

L-IACS se tistabbilixxi u żżomm Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi online, ibbażat fuq abbonament (“IACS Forum ta' KT”) fuq il-websajt li tipprovdi lil kwalunkwe SK interessata pjattaforma fejn tippubblika kummenti u diskussjonijiet ma' SK oħra (inkluż kemm membri tal-IACS u dawk mhux membri tal-IACS SK) fir-rigward ta' programmi ta' xogħol tekniċi tal-IACS. L-IACS se tindroduċi mekkaniżmu ta' appell għall-Bord Indipendenti tal-Appell għal partijiet interessati li ma ngħatalhomx aċċess għall-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS fuq il-bażi li mhumiex SK.

(14)

Kull SK li mhiex membru tal-IACS li hija rreġistrata fuq il-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS tistà tipparteċipa bl-impjegati tagħha stess fi gruppi ta' ħidma (WG) fl-IACS. Parteċipant ta' grupp ta' xogħol li mhux membru tal-IACS għandu ikollu aċċess sħiħ għall-istess informazzjoni, l-istess opportunitajiet biex jagħti l-opinjoni tiegħu u biex jikkontribbwixxi mad-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta' xogħol bħal kull membru ieħor tal-IACS f'dak il-grupp ta' xogħol fuq bażi mhux diskriminatorja imma ma jkollux drittijiet għall-vot. L-IACS se tintroduċi mekkaniżmu għall/tal-ilmenti u mekkaniżmu ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell għal kwalunkwe SK li tikkunsidra li kienet mċaħħda l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha għall-informazzjoni u parteċipazzjoni f'xi WG tal-IACS. Iċ-Chairman ta' WG għandu jagħti fil-qosor l-opinjonijiet kollha espressi mill-parteċipanti tal-WG fir-rakkomandazzjoni teknika li l-membri tal-IACS fi ħdan l-WG jistgħu jiddeċiedu li jpoġġu lill-Grupp għall-Politika Ġenerali (GPG) tal-IACS/il-Kunsill tal-IACS għal addozzjoni mill-IACS.

3.4.   Aċċess minn dawk li mhumiex membri tal-IACS għar-riżoluzzjonijiet tal-IACS u dokumenti ta' sfond tekniku

(15)

L-IACS se tpoġġi fid-dominju pubbliku, fl-istess ħin u bl-istess mod kif inhuma magħmula disponibbli għall-membri tal-IACS, il-verżjonijiet kurrenti u futuri kollha ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS kif ukoll fajl tal-istorja li jkun fih il-punti ewlenin tad-diskussjoni u kwalunkwe dokument ta' sfond tekniku.

(16)

L-IACS se tinkludi stqarrija fuq il-websajt tagħha li dawk li mhumiex membri tal-IACS CS jistgħu jużaw tali materjal, ħieles mir-royalties u mingħajr liċenzja billi tintegrah fir-regoli ta' klassifikazzjoni tagħhom stess, minkejja kwalunkwe drittijiet ta' propjetà intellettwali li jistgħu jinżammu minn membri tal-IACS.

(17)

L-IACS m'għandix tagħmel restrizzjonijiet fuq il-libertà individwali tal-membri tagħha biex jidħlu fi kwalunkwe ftehim ma' kwalunkwe SK fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni ulterjuri jew assistenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS.

(18)

Deċiżjoni (kemm espliċita kif ukoll impliċita) li ma tiġix ippubblikata riżoluzzjoni tal-IACS jew dokument ta' sfond tekniku li hu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-IACS għandha tiġi appellabbli għall-Bord Indipendenti tal-Appell.

(19)

L-IACS se toħroġ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, database li ssegwi Regoli Strutturali Komuni (RSK) biex tipprovdi lill-utenti database ta' tfittxija rigward reviżjoni tal-istorja tar-RSK b'materjali anċillari.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(20)

Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġetta għar-riżultati ta' dan it-test tas-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet (fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni, ara fuq).

(21)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba li jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimati ser ikunu rispettati.

(22)

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lil Kummissjoni taħt in-numru ta' riferiment Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti, jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), jew b'faks (+32 2 2950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  Matul l-investigazzjoni tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni, l-IACS tejbet l-aċċessibilità tal-inforamzzjoni teknika tagħha, li issa hija ppubblikata fuq il-websajt tagħhom. Madanakollu l-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq jekk din il-kwistjoni tkun indirizzata wkoll permezz ta' impenji formali.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5550 – BP/DUPONT/JV)

2009/C 131/14

1.

Fit-3 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi BP plc (“BP”, ir-Renju Unit) u E.I. du Pont de Nemours and Company (“Dupont”, USA) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Biobutanol LLC (“Biobutanol”, USA), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża BP: tfittix, żvilupp u produzzjoni taż-żejt u l-gass; irfinar, manifattura u mmarkitjar tal-prodotti taż-żejt, tal-gass u tal-petrokimiki,

għall-impriża Dupont: riċerka, żvilupp, produzzjoni, tqassim, u bejgħ ta' varjetà ta' prodotti kimiċi, polimers, agrokimiki u kisjiet,

għall-impriża Biobutanol: tiżviluppa u tilliċenzja teknoloġija relatata mal-produzzjoni kummerċjali tal-bijobutanol.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5550 – BP/DUPONT/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5545 – ArcelorMittal/Noble European Holding)

2009/C 131/15

1.

Fit-2 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ArcelorMittal (il-Lussemburgu), fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, takkwista l-kontroll sħiħ tal-impriża Noble International Ltd. (“Noble”, L-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ArcelorMittal: il-manifattura ta’ prodotti tal-azzar,

għal Noble Europe: il-manifattura ta’ tailor welded blanks.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5545 – ArcelorMittal/Noble European Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/25


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 131/16

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ARZÚA-ULLOA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0005-0497-27.09.2005

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Subdirección General de Calidad Agroalimentaria y Agricultura Ecológica. Dirección General de Industrias Agroalimentarias y Alimentación. Secretaría General de Medio Rural del Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino de España

Indirizz

:

Paseo Infanta Isabel, 1

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel.

:

+34 913475394

Feks

:

+34 913475410

Posta elettronika

:

sgcaae@mapya.es

2.   Grupp:

Isem

:

D. Xosé Luís Carrera Valín (Quesería «Arqueixal») u oħrajn

Indirizz

:

Alba s/n. Palas de Rei (Lugo)

Tel.

:

+34 981507653

Feks

:

+34 981507653

Posta elettronika

:

queixo@arzua-ulloa.org

Kompożizzjoni

:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3.

Ġobon.

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem il-prodott:

“Arzúa-Ulloa”

4.2.   Deskrizzjoni:

Ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra nej jew pasturizzat li, wara proċess ta' produzzjoni li jinkludi l-istadji ta' koagulazzjoni, it-tqattigħ u l-ħasil tal-baqta, l-iffurmar, l-ippressar, it-tmelliħ u l-maturazzjoni, jikseb il-karatteristiċi li ġejjin skont it-tip ta' ġobon prodott:

 

Arzúa-Ulloa: Il-perjodu ta' maturazzjoni tiegħu huwa ta' mill-inqas sitt ijiem. Għandu forma konvessa mal-ġnub jew ċilindrika, bi xfarijiet għat-tond, b'dijametru ta' bejn 100 u 260 mm u għoli ta' bejn 50 u 120 mm. L-għoli qatt ma jista' jkun iktar mir-radju. Il-piż ivarja bejn iż-0,5 u t-3,5 kg. Il-qoxra hija fina u elastika, ta' kulur isfar medju jagħtifl-iskur l-iskur, tleqq, nadifa u lixxa. Tista' tkun miksija b'emulsjoni kontra l-moffa, trasparenti u bla kulur. Il-pasta hija ta' kulur uniformi, bejn bajda lewn l-avorju u isfar pallidu, b'dehra brillanti, bla xquq, xi kultant bi ftit toqob żgħar, angolati jew ittondjati u mferrxin b'mod irregolari.

L-aroma hija tal-ħalib, li tfakkar fir-riħa tal-butir u tal-jogurt, bi sfumaturi tal-vanilla, krema u ġewż, ta’ intensità baxxa. It-togħma tiegħu hija bażikament tal-ħalib, kemm kemm mielħa u b'aċidità medja lejn baxxa. Il-konsistenza hija fina, ftit jew medjanament umda, mhix iebsa wisq u b'elastiċità medja. Fil-palat għandu ebusija medja, jinħall, huwa solubbli u jimmolla medjanament fil-ħalq.

Il-karatteristiċi analitiċi tal-prodott lest huma: Xaħam: minimu 45 % kkalkulat fuq il-materja xotta; Proteina: minimu 35 % kkalkulat fuq il-materja xotta; pH: bejn 5,0 u 5,5; Materja xotta: minimu ta’ 45 %; u perċentwal ta' ilma f'materja mhix imxaħħma: minimu ta' 68 % u massimu ta' 73 %.

Arzúa-Ulloa de granja (tar-razzett): Isir mill-ħalib tal-baqra li jiġi prodott kollu kemm hu mill-baqar tal-azjenda li tipproduċi l-ġobon. Il-karatteristiċi fiżiċi u analitiċi jaqblu ma' dawk deskritti fil-paragrafu preċedenti.

 

Arzúa-Ulloa curado (immaturat): Il-perjodu ta' maturazzjoni tiegħu huwa ta' sitt xhur mill-inqas. Għandu forma konvessa mal-ġnub jew ċilindrika, u jista' jkollu l-wiċċ tan-naħa ta' fuq b'forma konkava, b'dijametru ta' bejn 120 u 200 mm u għoli ta' bejn 20 u 100 mm. Il-piż tiegħu jista' jvarja bejn 0,5 u 2 kg. B'qoxra li ma tvarjax, ta' kulur isfar qawwi ħafna, ileqq u b'dehra mxaħħma, li tista' tkun miksija b'emulsjoni kontra l-moffa, trasparenti u bla kulur. Il-pasta hija ta' kulur isfar qawwi, iktar pallidu lejn in-nofs, kompatta ħafna, u jista' jkollha xi ftit toqob.

L-aroma tiegħu hija qawwija ħafna, tat-tip tal-ħalib, li minnha toħroġ riħa qawwija ta' butir kemm kemm imranġat. Ir-riħa hija penetranti u pikkanti. It-togħma hija mielħa, b'aċidità baxxa u bi mrar medju lejn baxx. Tfakkar l-iktar fil-butir, bi ħjiel ħafif ta' vanilla u frott niexef, bejn il-qoxra u l-qalba. Tispikka r-riħa pikkanti. Iħalli togħma morra, ta' butir u vanilla.

Il-konsistenza hija iebsa, ma tinqatax faċilment, tista' turi xquq, l-iktar lejn il-ġnub, fejn tkun iktar niexfa. Meta tmissha tinħass omoġenja u kompatta ħafna. Il-kompożizzjoni tagħha hija mxaħħma ħafna u b'umdità baxxa ħafna.

Il-karatteristiċi analitiċi tal-prodott lest ikunu: Xaħam: minimu 50 % kkalkulat fuq il-materja xotta; pH: bejn 5.1 u 5,4; Materja xotta: minimu ta’ 65 %.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon koperti bid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Arzúa-Ulloa” tikkonsisti fiż-żona ġeografika tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-provinċja ta’ A Coruña: Arzúa, Boimorto, Pino (O), Touro, Curtis, Vilasantar, Melide, Santiso, Sobrado, Toques, Frades, Mesía, Ordes, Oroso, Boqueixón u Vedra.

Il-provinċja ta’ de Lugo: Antas de Ulla, Monterroso, Palas de Rei, Carballedo, Chantada, Taboada, Friol, Guntín u Portomarín.

Il-provinċja ta’ Pontevedra: Agolada, Dozón, Lalín, Rodeiro, Silleda, Vila de Cruces u Estrada (A).

Il-kundizzjonijiet edafoklimatiċi taż-żona msemmija huma eċċellenti għall-iżvilupp ta' mergħat naturali u kultivazzjonijiet ta' foraġġi, li tradizzjonalment kienu post importanti għat-trobbija tal-bhejjem u li llum il-ġurnata huma ddedikati l-iktar għall-produzzjoni tal-ħalib.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni u tal-manwal tal-kwalità, l-awtorità tal-kontroll iżżomm reġistri għall-monitoraġġ tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem, l-ewwel xerrejja (intermedjarji bejn l-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem u l-fabbriki tal-ġobon), il-fabbriki tal-ġobon u l-postijiet fejn dan jimmatura. Il-ħalib li jinkiseb mill-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem imniżżla fir-reġistru rilevanti biss ikun jista' jintuża biex isiru l-ġobnijiet koperti mid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Arzúa-Ulloa”. Bl-istess mod, dawk il-ġobnijiet li jsiru u jimmaturaw fil-postijiet li huma mniżżlin fir-reġistri rilevanti biss jista’ jkollhom id-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Arzúa-Ulloa”.

. Il-persuni naturali jew ġuridiċi kollha li għandhom assi mniżżla f’dawn ir-reġistri, kif ukoll l-istabbilimenti u l-prodotti tagħhom, ikunu soġġetti għal dan il-proċess ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat li l-prodotti bid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Arzúa-Ulloa” jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni.

Il-kontrolli jkunu bbażati fuq spezzjonijiet ta’ bhejjem u stabbilimenti, reviżjoni tad-dokumentazzjoni u analiżi tal-materja prima u tal-ġobnijiet.

Fil-każ li l-materja prima jew il-ġobon ma jkunux ġew prodotti skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni, jew jekk il-ġobon ikollu xi difett jew tibdil sinifikattiv, dan ma jistax jitqiegħed fis-suq bid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Arzúa-Ulloa”.

Il-ġobnijiet koperti mid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini jkollhom it-tikketta ta' wara numerata, li tkun ikkontrollata mill-awtorità ta' kontroll skont ir-regoli stipulati fil-manwal ta' kwalità.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Fil-produzzjoni ta’ dan il-ġobon jintuża ħalib naturali u mhux xkumat, miksub mill-baqar tar-razez Galician Blond, Brown Swiss u Friesian jew mit-taħlit bejniethom, li jiġu minn azjendi rinnovati mniżżlin fir-reġistri tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini. Fil-maġġoranza tiegħu, l-għalf tal-bhejjem jiġi prodott fl-azjenda stess, u meta t-temp jippermetti l-bhejjem jirgħuh direttament. L-għalf ikkonċentrat ta' oriġini veġetali, li ġeneralment jinkiseb barra mill-azjenda, jintuża biss bħala suppliment għall-bżonnijiet ta’ enerġija tal-bhejjem u, safejn possibbli, ikun joriġina miż-żona msemmija.

Il-ħalib ma fihx la kolostru u lanqas konservanti u, ġeneralment, irid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Dan il-ħalib, li ma jista' jgħaddi mill-ebda proċess ta' standardizzazzjoni, għandu jkun konservat f'temperatura ta' mhux aktar minn 4 °C biex ma jiżviluppawx mikro-organiżmi.

Il-produzzjoni tal-ġobon tinkludi l-proċessi li ġejjin:

 

Il-koagulazzjoni: Dan isir bl-użu tat-tames tal-annimali jew enżimi ta' koagulazzjoni li huma awtorizzati fil-Manwal tal-Kwalità, f'temperatura ta' bejn 30 u 35 °C, għal ħin li jvarja skont il-kundizzjonijiet tal-ħalib u tat-tames, bejn 30 u 75 minuta.

 

It-tqattigħ u l-ħasil tal-baqta: It-tqattigħ tal-baqta jsir b'mod li l-partikuli jkollhom id-daqs ta' żerriegħa tal-qamħirrrum (dijametru ta' 5-10 mm). Wara jsir il-ħasil b'ilma ħelu biex titbaxxa l-aċidità tal-baqta b'mod li l-pH fil-prodott ma tkunx inqas mill-valuri indikati fil-paragrafu 4.2.

 

L-iffurmar: Dan isir permezz ta' forom ċilindriċi b'daqs li jippermetti l-iffurmar ta' ġobon bil-qisien u l-piżijiet indikati fil-paragrafu 4.2.

 

L-ippressar: It-tul ta' żmien meħtieġ ivarja skont il-pressa applikata u d-daqs tal-ġobon.

 

It-tmelliħ: Dan isir f'barmil fuq il-baqta u/jew billi jiddaħħal il-ġobon fis-salmura. Din tinżamm imkessħa biex jiġi evitat tibdil mikrobioloġiku mhux mixtieq. Il-ġobon m'għandux jibqa' fiha għal iktar minn 24 siegħa.

 

Il-maturazzjoni: Din issir f'postijiet fejn ikun hemm umdità relattiva ta' bejn 75 u 90 % u temperatura ta'; inqas minn 15 °C.

Il-perjodu ta' maturazzjoni jkun ta' mill-inqas sitt ijiem minn meta jitlesta l-ippressar, jew minn meta jitlesta t-tmelliħ jekk dan isir fis-salmura. Fil-każ tal-ġobnijiet immaturati, il-perjodu minimu ta' maturazzjoni ikun ta' sitt xhur. Matul dan iż-żmien ta' maturazzjoni, il-ġobnijiet jinqalbu u jitnaddfu kif xieraq sabiex jiksbu l-karatteristiċi partikolari.

Sabiex ikunu protetti l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-ġobon protett għandu jitqiegħed fis-suq ġeneralment bħala ġobniet sħaħ u fil-pakketti awtorizzati.

Madankollu, it-tqegħid fis-suq f’porzjonijiet, inkluż meta jkunu mqattgħin fil-ħanut, jista' jkun awtorizzat jekk tiġi stabbilita sistema xierqa ta’ monitoraġġ għal dan il-għan li tiggarantixxi l-oriġini u l-kwalità tal-prodott, kif ukoll il-konservazzjoni perfetta tiegħu filwaqt li tiġi evitata l-possibbiltà ta’ konfużjoni.

4.6.   Rabta:

Ir-rabta storika

Il-ġobon Arzúa-Ulloa huwa wieħed mill-aqwa ġobnijiet tal-Galicia u jinstab f'firxa kbira madwar iż-żona ċentrali kollha tal-Galicia, għalkemm oriġinarjament, kien isir l-iktar fil-muniċipalitajiet li jinsabu fix-Xlokk ta' A Coruña, fil-Punent ta' Lugo u fil-Majjistral ta' Pontevedra, imsejjaħ b'ismijiet differenti skont iż-żona u ż-żmien storiku, fost l-oħrajn: queso de Arzúa, del Ulla, de A Ulloa, de Curtis, de Chantada, de Friol jew de Lugo.

Fl-“Inventario español de productos tradicionales”, ippubblikat mill-Ministeru tal-Agrikultura, is-Sajd u l-Ikel fis-sena 1996, tinstab deskrizzjoni tal-ġobon ta' Arzúa, ta' kif isir, għal xiex jintuża, eċċ.

F'pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Ministeru, bħall- “Catálogo de quesos españoles” tal-1973, jew “Alimentos de España. Denominaciones de Origen y de Calidad” tal-1993, hemm referenzi għal dan il-ġobon.

Ir-rabta naturali

Il-kundizzjonijiet edafoklimatiċi taż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-ġobon Arzúa Ulloa huma eċċellenti għall-iżvilupp ta' mergħat naturali u kultivazzjonijiet ta' foraġġi, li tradizjonalment kienu post importanti għat-trobbija tal-bhejjem, u li llum il-ġurnata huma ddedikati l-iktar għall-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll, b'inqas importanza, għall-produzzjoni tal-laħam.

Bħala konsegwenza tal-produttività għolja f'dan is-settur agrikolu, żviluppa wkoll settur importanti agroindustrijali speċjalizzat fil-produzzjoni tal-għalf, prodotti tal-laħam u tal-ħalib, li fosthom jispikka r-rwol tal-produzzjoni tal-ġobon.

Rabta kawżali bejn l-ambjent ġeografiku u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott

Iż-żona ġeografika fejn issir il-produzzjoni tal-ġobon “Arzúa-Ulloa” hija kkaratterizzata minn għadd kbir ta' widien b'inklinazzjoni dgħajfa fejn il-mergħat u l-art għall-għalf huma elementi importanti tal-pajsaġġ. Dawn jinsabu fiż-żoni ċentrali tal-Galicia, fuq livell ta' elevazzjoni konsiderevoli peress li parti kbira mit-territorju tinsab 'il fuq minn 300 metru fuq il-livell tal-baħar.

F'dawn iż-żoni taċ-ċentru ġeografiku tal-Galicia t-temperaturi medji jkunu kemm kemm inqas minn 12 °C. Minħabba l-inżul tax-xita li jkun ta' madwar 1 200 sa 1 700 mm fis-sena, flimkien ma' dak li ġie deskritt sa issa, iż-żona ta' produzzjoni ta' dan il-ġobon hija ideali għal mergħat permanenti, għalf u d-diversi kultivazzjonijiet bażiċi għad-dieta tal-bhejjem, li jeħtieġu xita abbundanti.

Dan l-ambjent ġeografiku uniku jimmarka l-karatteristiċi distintivi tal-ġobon “Arzúa-Ulloa” permezz ta' fatturi differenti:

(a)

L-ewwelnett, kif diġà ssemma, l-ambjent ġeografiku huwa favorevoli għat-tkabbir tal-għalf abbundanti ta' kwalità għolja, li jikkonsisti fi flora awtoktona ta' Gramineae (ħaxix) (Phleum pratense, holcus, żwien u sikrana) u Leguminosae (legumi) (lotus, silla u nifel) adattati għall-kundizzjonijiet moderati u umdi taż-żona.

(b)

Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-ħalib hija bbażata f’azjendi żgħar tal-familja, bl-użu ta’ metodi tradizzjonali tal-ġestjoni tal-merħla, bi preżenza għadha importanti ta' razez bovini awtoktoni, u li l-għalf tagħhom fundamentalment jiġi mill-foraġġi mkabbra fl-istess ażjenda, fejn jirgħu l-bhejjem meta it-temp ikun jippermetti.

L-għalf ikkonċentrat ta' oriġini veġetali, li ġeneralment jinkiseb barra mill-azjenda, jintuża biss bħala suppliment għall-bżonnijiet ta’ enerġija tal-bhejjem u, safejn possibbli, jiġi miż-żona msemmija. Dan il-mudell tradizzjonali, fejn l-użu ta’ prodott minn barra mill-ażjenda huwa limitat ħafna, jiffaċilita l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn l-irziezet żgħar tal-familja.

Il-karatteristiċi ta’ dawn l-azjendi jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ ħalib b’kundizzjonijiet ta' kwalità eċċellenti għall-produzzjoni tal-ġobon. Huwa pprovat xjentifikament li dawn is-sistemi iktar naturali ta' produzzjoni u metodi ta' għalf għall-bhejjem itejbu l-kwalitajiet ta’ nutrizzjoni tal-ħalib billi jżidu il-kontenut tal-aċidu linolejku konġugat (CLA) u tal-aċidu mxaħħam omega-3 fil-profil tal-lipidi, peress li filwaqt li l-baqar jikkonsmaw iktar l-għalf, jiżdied il-kontenut ta’ dawn ix-xaħmijiet li huma tajbin għad-dieta, li mbagħad jaffettwaw il-kwalitajiet tal-ġobon prodott.

(c)

Fl-aħħarnett, il-produtturi ta' dawn iż-żoni jgawdu minn tradizzjoni twila tal-produzzjoni ta' dan it-tip ta' ġobon, bil-karatteristiċi assolutament uniċi tiegħu, u magħrufa lil hinn mis-suq lokali, filwaqt li l-prodott irnexxielu jikseb il-prestiġju li jistħoqqlu fost il-konsumaturi. Huwa prodott li oriġina mill-ħtieġa tar-raħħala li jikkonservaw sors ta' ikel –il-ħalib– abbundanti f'dan it-territorju, imma li malajr jaqta'. Permezz tiegħu kienu jipprovaw, minn banda, jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-awtokonsum, u mill-banda l-oħra, jiksbu prodott li jista' jinġarr b'iktar faċilità u li jdum għal iktar żmien u b'iktar valur għaliex il-bejgħ tiegħu kien sors ta' dħul għall-ekonomija tal-familja. Għall-kuntrarju ta' dak li jiġri f'żoni oħra ta' produzzjoni tal-ġobon, f'din il-parti ċentrali tal-Galicia, fejn l-ambjent naturali huwa tajjeb ħafna għall-produzzjoni tal-foraġġi, il-produzzjoni tal-ħalib hija garantita matul is-sena kollha u l-perjodi ta' skarsezza huma qosra. Minħabba f'hekk it-teknika ta' produzzjoni tal-ġobon kienet x'aktarx tfittex sistemi b'perjodi ta' maturazzjoni qosra, ta' bejn wieħed u ieħor ġimgħa, iż-żmien meħtieġ biex il-prodott jiżviluppa qoxra li ttih il-konsistenza meħtieġa biex jiflaħ għat-trasport sas-suq, iżda li kienet tobbliga lill-konsumatur jiekol il-prodott qabel ma jgħaddu tlieta jew erba' ġimgħat mill-produzzjoni, biex dan seta' japprezza l-kwalitajiet tiegħu bl-aħjar mod, fosthom il-kremosità, l-umdità għolja u l-aroma u t-togħma ta' ħalib tiegħu. Dawn il-karatteristiċi huma marbuta mal-proċess ta' produzzjoni, li matulu t-tqattigħ tal-baqta ssir f'biċċiet mhux daqstant żgħar (5 sa 10 mm) b'tali mod li t-tqattir ma jkunx intensiv. Din it-teknika tista' twassal għall-kisba ta’ ġobon b'wisq aċidità dovuta għall-kontenut għoli tal-lattożju fit-taħlita, problema li l-kapaċità tan-nies ta' dan it-territorju solvew permezz tal-ħasil tal-baqta. Din it-teknika qatt ma ntużat f'żoni ġirien tal-produzzjoni tal-ġobon, u barra minn hekk, isservi biex tevita fermentazzjonijiet sekondarji mhux mixtieqa li jistgħu jaqtgħu l-proċess ta' maturazzjoni tal-ġobon.

In-nies tal-post għarfu wkoll kif isolvu l-problemi marbuta mal-istaġuni tal-produzzjoni tal-ħalib, b'tali mod li l-iskarsezza u l-kwalità inferjuri tal-ħalib matul is-Sajf kienet tissolva bil-produzzjoni tal-ġobon Arzúa-Ulloa mmaturat, magħmul mill-fdalijiet tal-ħalib fl-aħħar tal-Ħarifa u tax-Xitwa. Dan kien jitpoġġa fi proċess twil ta' maturazzjoni, itwal minn sitt xhur, li kien jippermetti lir-raħħala jkollhom ikel b'kontenut għoli ta' enerġija u nutrijenti fis-Sajf, li kien iż-żmien tas-sena meta dan kien ikun apprezzat ħafna għax ix-xogħol f'dan iż-żmien kien jinvolvi sforzi fiżiċi ikbar.

Għalhekk din iż-żona speċjalizzat fil-produzzjoni ta' tip ta' ġobon adattat ħafna għaċ-ċirkostanzi tal-mument u tal-post: bil-fdalijiet tal-ħalib ta' kuljum ir-raħħala kienu jagħmlu ġobon li wara kienu jbigħu fis-swieq li kien ikun hemm fiż-żona, ġeneralment kull ġimgħa, kull ħmistax jew kull xahar.

4.7.   Struttura ta' kontroll:

Isem

:

Instituto Galego da Calidade Alimentaria (INGACAL)

Indirizz

:

Rúa Fonte dos Concheiros, 11 bajo

15703 Santiago de Compostela

ESPAÑA

Tel

:

+34 881997276

Feks

:

+34 981546676

Posta elettronika

:

ingacal@xunta.es

L-INGACAL hija entità pubblika li tiddependi mill-Consellería del Medio Rural de la Xunta de Galicia.

4.8.   Tikkettar

Il-ġobnijiet kummerċjalizzati taħt id-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini arzúa-Ulloa, wara li jkun ċċertifikat li jaqblu mal-kundizzjonijiet u r-regoli ta' din l-ispeċifikazzjoni, għandu jkollhom tikketta tad-denominazzjoni tagħhom, b’kodiċi alfanumerika korrelattiva, approvata mill-awtorità ta' kontroll u bil-logo uffiċjali tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini.

Kemm fit-tikketta kummerċjali kif ukoll f'dik tad-denominazzjoni tiegħu għandu jidher b'mod obbligatorju i-kliem “Arzúa-Ulloa”. Barra minn hekk, fit-tikketta kummerċjali jkun hemm dikjarat b'liema tip ta' ħalib, nej jew pasturizzat, sar il-ġobon. Mill-banda l-oħra, fil-każ tal-ġobnijiet “Arzúa-Ulloa” tat-tipi “de granja” (tar-razzett) u “curado” (immaturat), tista' tiġi ddikjarata din-iċ-ċirkostanza fuq it-tikketta.