|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.128.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2009/C 128/01 |
||
|
2009/C 128/02 |
||
|
2009/C 128/03 |
||
|
2009/C 128/04 |
||
|
2009/C 128/05 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2009/C 128/06 |
||
|
|
Corrigendum |
|
|
2009/C 128/07 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Rapport Finali mill Grupp ta' Kuntatt ta' Livell Għoli UE-Stati Uniti dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u ta' data personali
2009/C 128/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA
I. INTRODUZZJONI – KUNTEST TAL-OPINJONI
|
1. |
Fit-28 ta' Mejju 2008, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbret lill-COREPER, fil-perspettiva tas-summit tal-UE tat-12 ta' Ġunju 2008, li l-Grupp ta' Kuntatt ta' Livell Għoli UE-Stati Uniti (minn hawn 'il quddiem HLCG) dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u ta' data personali kien iffinalizza r-rapport tiegħu. Dan ir-rapport ħareġ għall-pubbliku fis-26 ta' Ġunju 2008 (1). |
|
2. |
Dan ir-rapport ifittex li jidentifika prinċipji komuni għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data bħala l-ewwel pass lejn skambju ta' informazzjoni mal-Istati Uniti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja. |
|
3. |
Fit-tħabbira tagħha, il-Presidenza tal-Kunsill tiddikjara li hija tilqa' kwalunkwe idea fir-rigward tas-segwitu għal dan ir-rapport, u b'mod partikolari r-reazzjonijiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-passi 'l quddiem identifikati fir-rapport. Il-KEPD iwieġeb għal din l-istedina bil-ħruġ tal-opinjoni li ġejja, ibbażata fuq is-sitwazzjoni attwali kif inħarġet pubblikament u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni ulterjuri li huwa jista' jieħu bil-kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-kwistjoni. |
|
4. |
Il-KEPD jinnota li l-ħidma tal-HLCG saret fil-kuntest tal-iżvilupp tal-iskambju ta' data bejn l-Istati Uniti u l-UE, b'mod partikolari mill-11 ta' Settembru 2001 'il hawn, permezz ta' ftehimiet internazzjonali u tipi oħra ta' strumenti. Fost dawn hemm il-ftehimiet tal-Europol u l-Eurojust mal-Istati Uniti, u wkoll il-ftehimiet tal-PNR u l-każ Swift li wasslu għal skambju ta' ittri bejn uffiċjali tal-UE u tal-Istati Uniti biex jiġu stabbiliti garanziji minimi tal-protezzjoni tad-data (2). |
|
5. |
Barra minn hekk, l-UE tinnegozja u tiftiehem ukoll dwar strumenti simili li jipprevedu l-iskambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi oħra. Eżempju reċenti huwa l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) li ġejja mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (3). |
|
6. |
Minn dan il-kuntest jidher li t-talba tal-awtoritajiet tal-infurzar ta' pajjiżi terzi għal informazzjoni personali qed tikber kontinwament, u li hija testendi wkoll minn bażijiet ta' data tradizzjonali tal-gvern għal tipi oħra ta' fajls, b'mod partikolari fajls ta' data miġbura mis-settur privat. |
|
7. |
Bħala element ta' sfond importanti, il-KEPD ifakkar ukoll li l-kwistjoni tat-trasferiment ta' data personali għal pajjiżi terzi fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali hija indirizzata fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali (4) li x'aktarx tiġi adottata qabel tmiem l-2008. |
|
8. |
Dan l-iskambju ta' informazzjoni transatlantiku jista' biss ikun mistenni li jikber u li jolqot setturi addizzjonali li fihom tiġi pproċessata data personali. F'kuntest bħal dan, djalogu dwar l-“infurzar tal-liġi transatlantiku” huwa milqugħ u fl-istess ħin sensittiv. Huwa milqugħ fis-sens li huwa jista' jagħti qafas aktar ċar lill-iskambji tad-data li qed jew ser isiru. Huwa sensittiv ukoll billi qafas bħal dan jista' jilleġittma t-trasferimenti ta' data massivi f'qasam – l-infurzar tal-liġi – fejn l-impatt fuq l-individwi jkun partikolarment serju, u fejn huwa għalhekk aktar meħtieġ li jkun hemm salvagwardji stretti u affidabbli (5). |
|
9. |
Fil-kapitolu li jmiss, din l-opinjoni ser tindirizza s-sitwazzjoni attwali u l-passi possibbli 'l quddiem. Il-Kapitolu III ser jiffoka fuq l-ambitu u n-natura ta' strument li jippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Fil-Kapitolu IV, l-opinjoni ser tanalizza minn perspettiva ġenerali, kwistjonijiet legali marbutin mal-kontenut ta' ftehim possibbli. Hija ser tindirizza kwistjonijiet bħall-kondizzjonijiet ta' valutazzjoni tal-livell ta' protezzjoni pprovduta fl-Istati Uniti, u ser tiddiskuti l-kwistjoni tal-użu tal-qafas regolatarju tal-UE bħala punt ta' referenza sabiex jiġi vvalutat dan il-livell ta' protezzjoni. Dan il-kapitolu ser jelenka wkoll il-ħtiġiet bażiċi li għandhom jiddaħħlu fi ftehim bħal dan. Finalment, fil-Kapitolu V l-opinjoni ser tipprevedi analiżi tal-prinċipji tal-privatezza mehmużin ma' dan ir-rapport. |
II. IS-SITWAZZJONI ATTWALI U L-PASSI POSSIBBLI 'L QUDDIEM.
|
10. |
Il-KEPD jevalwa s-sitwazzjoni attwali kif ġej. Sar xi progress lejn id-definizzjoni ta' standards komuni dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u ta' data personali. |
|
11. |
Madankollu, għadha ma tlestiet l-ebda ħidma preparatorja għal xi tip ta' ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti. Tenħtieġ ħidma addizzjonali. Ir-rapport tal-HLCG stess isemmi numru ta' kwistjonijiet pendenti li minnhom, hija l-aktar prominenti l-kwistjoni ta' 'rimedju'. Baqa' nuqqas ta' ftehim dwar l-ambitu neċessarju ta' rimedju ġudizzjarju (6). Ġew identifikati ħames kwistjonijiet pendenti oħra fil-Kapitolu 3 tar-Rapport. Barra minn hekk minn din l-opinjoni jidher li ħafna kwistjonijiet oħra għadhom ma ġewx solvuti, pereżempju dwar l-ambitu u n-natura ta' strument għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. |
|
12. |
Billi l-għażla preferuta tar-rapport hija ftehim vinkolanti – il-KEPD jikkondividi din il-preferenza – tenħtieġ ukoll aktar prudenza. Jenħtieġu tħejjijiet kawti u fil-fond ulterjuri qabel ma jkun jista' jintlaħaq ftehim. |
|
13. |
Finalment, skont il-KEPD, il-konklużjoni ta' ftehim l-aħjar issir skont it-Trattat ta' Lisbona, naturalment skont id-dħul fis-seħħ tiegħu. Skont it-Trattat ta' Lisbona ma jkun hemm, tabilħaqq, l-ebda inċertezza legali dwar il-linja ta' demarkazzjoni bejn il-pilastri tal-UE. Barra minn hekk, ikun garantit l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew kif ukoll kontroll ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
14. |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-aħjar mod 'il quddiem huwa l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali lejn ftehim possibbli aktar 'il quddiem. Pjan direzzjonali bħal dan jista' jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
III. AMBITU U NATURA TA' STRUMENT DWAR IL-KONDIVIŻJONI TA' INFORMAZZJONI
|
15. |
Fil-fehma tal-KEPD huwa kruċjali li l-ambitu u n-natura ta' strument possibbli, inklużi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, jkunu definiti b'mod ċar, bħala l-ewwel pass għall-iżvilupp ulterjuri ta' strument bħal dan. |
|
16. |
Rigward l-ambitu, xi mistoqsijiet importanti li għandhom jitwieġbu huma:
|
|
17. |
Id-definizzjoni tan-natura għandha tikkjarifika l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
III.1. Ambitu tal-istrument
Atturi involuti
|
18. |
Għalkemm m'hemm l-ebda indikazzjoni ċara fir-rapport tal-HLCG dwar l-ambitu preċiż tal-istrument futur, mill-prinċipji msemmijin fih wieħed jista' jiddeduċi li huwa jipprevedi li jkopri kemm trasferimenti bejn atturi privati u pubbliċi (7) kif ukoll dawk bejn awtoritajiet pubbliċi. |
—
|
19. |
Il-KEPD jara l-loġika tal-applikabbiltà ta' strument futur għal trasferimenti bejn atturi privati u pubbliċi. L-iżvilupp ta' strument bħal dan isir fi sfond ta' talbiet min-naħa tal-Istati Uniti għal informazzjoni minn partijiet privati fi snin reċenti. Il-KEPD jinnota saħansitra li l-atturi privati qed isiru sors sistematiku ta' informazzjoni fil-perspettiva tal-infurzar tal-liġi, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali (8). Il-każ SWIFT kien preċedent maġġuri fejn kumpannija privata ntalbet tittrasmetti sistematikament data miġbura lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' stat terz (9). Il-ġbir ta' data tal-PNR minn kumpanniji tal-ajru jsegwi l-istess loġika. Fl-opinjoni tiegħu dwar abbozz ta' deċiżjoni qafas għal sistema PNR Ewropea, il-KEPD diġà kellu dubji dwar il-leġittimità ta' din it-tendenza (10). |
|
20. |
Hemm żewġ raġunijiet oħra għar-riluttanza dwar l-inklużjoni ta' trasferimenti bejn atturi privati u pubbliċi fl-ambitu ta' strument futur. |
|
21. |
L-ewwelnett, l-inklużjoni jista' jkollha effett mhux mixtieq fit-territorju tal-UE nnifisha. Il-KEPD għandu preokkupazzjonijiet serji li jekk tkun tista' tiġi trasferita data ta' kumpanniji privati (bħal istituzzjonijiet finanzjarji) għal pajjiżi terzi fil-prinċipju, dan jista' jqajjem pressjoni qawwija biex l-istess tip ta' data tkun disponibbli ugwalment fl-UE lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. L-iskema tal-PNR hija eżempju ta' żvilupp mhux mixtieq bħal dan, li beda bi ġbir massiv ta' data dwar passiġġieri mill-Istati Uniti, li kellu mbagħad jiġi traspost għall-kuntest Ewropew intern ukoll (11) mingħajr ma jkunu ntwerew b'mod ċar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tas-sistema. |
|
22. |
It-tieninett, fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-PNR-UE, il-KEPD qajjem ukoll il-kwistjoni tal-qafas tal-protezzjoni tad-data (l-ewwel jew it-tielet pilastru) applikabbli għall-kondizzjonijiet tal-kooperazzjoni bejn l-atturi pubbliċi u privati: ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-kwalità tal-kontrollur tad-data (is-settur privat) jew fuq il-fini segwit (l-infurzar tal-liġi)? Il-linja ta' demarkazzjoni bejn l-ewwel u t-tielet pilastru xejn mhi ċara f'sitwazzjonijiet fejn jiġu stabbiliti obbligi fuq atturi privati biex jipproċessaw data personali għal finijiet tal-infurzar tal-liġi. F'dan il-kuntest huwa sinifikattiv li l-Avukat Ġenerali Bot fl-opinjoni reċenti tiegħu fil-każ taż-żamma ta' data (12), jipproponi linja ta' demarkazzjoni għal dawk is-sitwazzjonijiet iżda ma' din il-proposta jżid: “Din il-linja ta’ demarkazzjoni mhijiex eżentata minn kull kritika u tista’ tidher, f’ċerti aspetti, artifiċjali.” Il-KEPD jinnota wkoll li d-Deċiżjoni tal-Qorti dwar il-PNR (13) ma tweġibx bi sħiħ il-mistoqsija dwar il-qafas legali applikabbli. Pereżempju, il-fatt li ċerti attivitajiet mhumiex koperti bid-Direttiva 95/46/KE ma jfissirx awtomatikament li dawk l-attivitajiet jistgħu jiġu rregolati taħt it-tielet pilastru. Konsegwentement, hija possibbilment tħalli lakuna fir-rigward tal-liġi applikabbli u fi kwalunkwe każ tirriżulta f'inċertezza legali dwar il-garanziji legali disponibbli għas-suġġetti ta' data. |
|
23. |
F'din il-perspettiva, il-KEPD jisħaq li għandu jiġi żgurat li strument futur bi prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data ma jistax bħala tali jilleġittima verament it-trasferiment transatlantiku ta' data personali bejn partijiet privati u pubbliċi. Dan it-trasferiment jista' biss jiddaħħal fi strument futur, dment li:
Barra minn hekk, il-KEPD jinnota l-inċertezza dwar il-qafas tal-protezzjoni d-data applikabbli u għalhekk jitlob li fi kwalunkwe każ it-trasferiment tad-data personali bejn partijiet privati u pubbliċi m'għandux jiddaħħal taħt l-istat attwali tal-liġi tal-UE. |
—
|
24. |
L-ambitu preċiż tal-iskambju ta' informazzjoni mhux ċar. Bħala l-ewwel pass fil-ħidma ulterjuri lejn strument komuni, l-ambitu previst ta' strument bħal dan għandu jiġi kkjarifikat. Baqa' mistoqsijiet b'mod partikolari dwar jekk:
|
Fini tal-infurzar tal-liġi
|
25. |
Id-definizzjoni tal-fini ta' ftehim possibbli tħalli wkoll inċertezza. Il-finijiet tal-infurzar tal-liġi huma indikati b'mod ċar fl-introduzzjoni kif ukoll fl-ewwel prinċipju anness għar-rapport, u ser jiġu analizzati aktar fil-Kapitolu IV ta' din l-opinjoni. Il-KEPD diġà jinnota li minn dawn id-dikjarazzjonijiet jidher li l-iskambju tad-data ikun jiffoka fuq materji tat-tielet pilastru, iżda wieħed jista' jkollu dubji dwar jekk dan hux biss l-ewwel pass lejn skambju usa' ta' informazzjoni. Jidher ċar li l-finijiet ta' “sigurtà pubblika” ddikjarati fir-rapport jinkludu l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u reati kriminali oħra. Madankollu, hija maħsuba wkoll li tippermetti l-iskambju ta' data għal interessi pubbliċi oħra bħal possibbilment riskji tas-saħħa pubblika? |
|
26. |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-fini jkun limitat għal ipproċessar ta' data li jkun identifikat b'mod preċiż, u li jiġu ġġustifikati l-għażliet ta' politika li jwasslu għal tali definizzjoni tal-fini. |
Żona ta' sigurtà transatlantika globali
|
27. |
L-ambitu ġenerali ta' dan ir-rapport għandu jitpoġġa fil-perspettiva taż-żona ta' sigurtà transatlantika globali diskussa mill-hekk imsejjaħ “Grupp dwar il-Futur” (14). Ir-rapport ta' dan il-grupp, maħruġ f'Ġunju 2008, jagħmel xi enfasi fuq id-dimensjoni esterna tal-politika dwar l-affarijiet interni. Huwa jiddikjara li “sal-2014, l-Unjoni Ewropea għandha tieħu deċiżjoni rigward l-objettiv politiku tal-ħolqien ta' żona ta' kooperazzjoni Euro-Atlantika fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja mal-Istati Uniti”. Kooperazzjoni bħal din tmur lil hinn minn sigurtà fis-sens strett tal-kelma u tkun tinkludi mill-inqas is-suġġetti ttrattati fit-Titolu IV attwali tat-Trattat KE bħall-immigrazzjoni, il-viża u l-ażil u l-kooperazzjoni tal-liġi ċivili. Għandu jiġi kkunsidrat safejn ftehim dwar il-prinċipji bażiċi tal-protezzjoni tad-data, bħal dawk imsemmijin fir-rapport tal-HLCG, jista' u għandu jkun il-bażi għal skambju ta' informazzjoni f'qasam daqshekk wiesa'. |
|
28. |
Normalment, sal-2014 l-istruttura tal-pilastri ma tkunx għada teżisti u jkun hemm biss bażi legali waħda għall-protezzjoni tad-data fl-UE stess (skont it-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Madankollu, il-fatt li mhemmx armonizzazzjoni fil-livell tal-UE fir-rigward tar-regolament tal-protezzjoni tad-data, ma jfissirx li kwalunkwe ftehim ma' pajjiż terz jista' jippermetti t-trasferiment ta' kwalunkwe data personali, ikun xi jkun il-fini. Jistgħu jkunu meħtieġa garanziji adattati tal-protezzjoni tad-data, skont il-kuntest u l-kondizzjonijiet tal-ipproċessar, għal oqsma speċifiċi bħall-infurzar tal-liġi. Il-KEPD jirrakkomanda li l-konsegwenzi ta' dawn il-perspettivi differenti jiġu kkunsidrati fit-tħejjija ta' ftehim futur. |
III.2. Natura tal-ftehim
Il-qafas istituzzjonali Ewropew
|
29. |
Fi kwalunkwe każ fil-perijodu qasir, huwa essenzjali li jiġi ddeterminat taħt liema pilastru ser jiġi nnegozjat l-arranġament. Dan huwa meħtieġ speċjalment minħabba l-qafas regolatorju intern għall-protezzjoni tad-data li ser jintlaqat minn ftehim bħal dan. Ser ikun il-qafas tal-ewwel pilastru – bażikament id-Direttiva 95/46/KE bir-reġim speċifiku tagħha għat-trasferiment tad-data għal pajjiżi terzi – jew ser ikun il-qafas tat-tielet pilastru b'reġim inqas restrittiv għat-trasferimenti għal pajjiżi terzi? (15) |
|
30. |
Filwaqt li l-finijiet tal-infurzar tal-liġi huma prevalenti, kif diġà msemmi, ir-rapport tal-HLCG madankollu jsemmi ġbir ta' data minn atturi privati, u l-finijiet jistgħu wkoll jiġu interpretati b'mod wiesa' li jista' jmur lil hinn minn sigurtà stretta, inkluż p.e. kwistjonijiet tal-immigrazzjoni u kontroll ta' fruntieri, iżda wkoll possibbilment is-saħħa pubblika. Minħabba dawn l-inċertezzi, ikun ferm preferibbli li wieħed jistenna l-armonizzazzjoni tal-pilastri skont il-liġi tal-UE, kif previst fit-Trattat ta' Lisbona, biex tiġi stabbilita b'mod ċar il-bażi legali għan-negozjati u r-rwol preċiż tal-istituzzjonijiet Ewropej, speċjalment il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. |
Natura vinkolanti tal-istrument
|
31. |
Għandu jiġi ċċarat jekk il-konklużjonijiet tad-diskussjonijiet iwasslux għal Memorandum ta' Ftehim jew strument mhux vinkolanti ieħor, jew jekk hux ser ikun jikkonsisti minn ftehim internazzjonali vinkolanti. |
|
32. |
Il-KEPD jappoġġa l-preferenza fir-rapport għal ftehim vinkolanti. Ftehim vinkolanti uffiċjali huwa fil-fehma tal-KEPD prirekwiżit indispensabbli għal kwalunkwe trasferiment ta' data barra l-UE, irrispettivament mill-fini li għalih qed tiġi trasferita d-data. Ma jista' jsir l-ebda trasferiment għal pajjiż terz mingħajr kondizzjonijiet u salvagwardji adegwati inkluż qafas legali speċifiku (u vinkolanti). Fi kliem ieħor, Memorandum ta' Ftehim jew strument mhux vinkolanti ieħor jista' jkun utli biex tingħata gwida għal negozjati għal ftehimiet vinkolanti ulterjuri, iżda ma jista' qatt jissostitwixxi l-ħtieġa għal ftehim vinkolanti. |
Effett dirett
|
33. |
Id-dispożizzjonijiet tal-istrument għandhom ikunu ugwalment vinkolanti għall-Istati Uniti u għall-UE u l-Istati Membri tagħha. |
|
34. |
Barra minn hekk għandu jiġi żgurat li l-individwi huma intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u speċjalment biex jiksbu rimedju, abbażi tal-prinċipji maqbulin. Skont il-KEPD, dan ir-riżultat jista' jinkiseb l-aħjar jekk id-dispożizzjonijiet sostantivi tal-istrument jiġu fformulati b'tali mod li jkollhom effett dirett fir-rigward tar-residenti tal-Unjoni Ewropea u jkunu jistgħu jiġu invokati quddiem Qorti. L-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim internazzjonali, kif ukoll il-kondizzjonijiet tat-traspożizzjoni tiegħu fil-liġi interna Ewropea u dik nazzjonali biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri, għandhom għalhekk ikunu ċari fl-istrument. |
Relazzjoni ma' strumenti oħra
|
35. |
Il-grad safejn il-ftehim jista' jibqa' indipendenti, jew ikollux jiġi kkompletat abbażi ta' każ b'każ bi ftehimiet ulterjuri dwar skambji ta' data speċifiċi hija wkoll kwistjoni fundamentali. Huwa pjuttost dubjuż jekk ftehim waħdieni, b'sett wieħed ta' standards, jistax ikopri b'mod adegwat l-ispeċifitajiet multipli tal-ipproċessar ta' data fit-tielet pilastru. Huwa anke aktar dubjuż jekk huwa jistax jippermetti, mingħajr diskussjonijiet u salvagwardji addizzjonali, approvazzjoni komprensiva ta' kwalunkwe trasferiment ta' data personali ikunu xi jkunu l-fini u n-natura tad-data kkonċernata. Barra minn hekk, il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi mhumiex neċessarjament permanenti, billi huma jistgħu jkunu marbutin ma' theddid speċifiku, ikunu soġġetti għal reviżjoni, u jkunu soġġetti għal klawżoli sunset. Min-naħa l-oħra, standards minimi komuni, kif rikonoxxuti fi strument vinkolanti, jistgħu jiffaċilitaw kwalunkwe diskussjoni ulterjuri dwar it-trasferiment ta' data personali fir-rigward ta' bażi ta' data jew operazzjonijiet ta' pproċessar speċifiċi. |
|
36. |
Il-KEPD għalhekk jippreferi l-iżvilupp ta' sett minimu ta' kriterji tal-protezzjoni tad-data li għandu jiġi kkomplementat abbażi ta' każ b'każ b'dispożizzjonijiet speċifiċi addizzjonali, kif imsemmi fir-rapport tal-HLCG, aktar milli l-alternattiva ta' ftehim indipendenti. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi addizzjonali huma prekondizzjoni sabiex ikun possibbli t-trasferiment ta' data f'każ speċifiku. Dan jinkoraġġixxi approċċ armonizzat fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. |
Applikazzjoni ta' strumenti eżistenti
|
37. |
Għandu jiġi eżaminat ukoll kif ftehim ġenerali possibbli jkun jikkombina ma' ftehimiet diġà eżistenti konklużi bejn l-UE u l-Istati Uniti. Għandu jiġi nnotat li dawn il-ftehimiet eżistenti m'għandhomx l-istess natura vinkolanti: għandu jissemma b'mod partikolari l-ftehim dwar il-PNR (dak li jippreżentalna l-aktar ċertezza legali), il-ftehimiet tal-Europol u l-Eurojust, jew l-iskambju ta' ittri ta' SWIFT (16). Qafas ġenerali ġdid ikun jissupplimenta dawn l-istrumenti eżistenti, jew dawn jibqgħu ma jintlaqtux, u l-qafas il-ġdid ikun japplika biss għal skambji futuri oħra ta' data personali? Fil-fehma tal-KEPD, il-konsistenza legali teħtieġ sett armonizzat ta' regoli, li japplika u jikkomplimenta kemm ftehimiet vinkolanti eżistenti kif ukoll dawk futuri dwar it-trasferimenti ta' data. |
|
38. |
L-applikazzjoni ta' ftehim ġenerali għal strumenti eżistenti jkollha l-vantaġġ li ssaħħaħ in-natura vinkolanti tagħhom. Dan jintlaqa' tajjeb b'mod partikolari fir-rigward ta' strumenti li mhumiex legalment vinkolanti, bħall-iskambju ta' ittri ta' SWIFT, għax mill-inqas ikun qed jimponi konformità ma' sett ta' prinċipji ġenerali dwar il-privatezza. |
IV. EVALWAZZJONI LEGALI ĠENERALI
|
39. |
Dan il-kapitolu ser jikkunsidra kif il-livell ta' protezzjoni ta' qafas jew strument speċifiku għandu jiġi vvalutat, inkluża l-kwistjoni tal-punti ta' referenza li għandhom jintużaw u l-ħtiġiet bażiċi neċessarji. |
Livell adegwat ta' protezzjoni
|
40. |
Skont il-KEPD, għandu jkun ċar li wieħed mir-riżultati prinċipali ta' strument futur ikun li t-trasferiment ta' data personali lill-Istati Uniti jkun jista' jsir biss jekk l-awtoritajiet fl-Istati Uniti jiggarantixxu livell adegwat ta' protezzjoni (u viċi versa). |
|
41. |
Il-KEPD jikkunsidra li test ta' adegwatezza reali biss ikun jiżgura garanziji suffiċjenti rigward il-livell ta' protezzjoni tad-data personali. Huwa jqis li ftehim qafas ġenerali b'ambitu wiesa' daqs dak tar-rapport tal-HLCG isib diffikultà biex jgħaddi minn test ta' adegwatezza reali. L-adegwatezza ta' ftehim ġenerali tista' tiġi rikonoxxuta biss jekk huwa jkun ikkombinat ma' adegwatezza ta' ftehimiet speċifiċi konklużi abbażi ta' każ b'każ. |
|
42. |
L-apprezzament tal-livell ta' protezzjoni previst minn pajjiżi terzi mhux eżerċizzju ġdid, b'mod partikolari għall-Kummissjoni Ewropea: l-adegwatezza hija, skont l-ewwel pilastru, ħtieġa għal trasferiment. Hija tkejlet f'diversi okkażjonijiet taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46 abbażi ta' kriterji speċifiċi, u ġiet ikkonfermata b'deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (17). Skont it-tielet pilastru, sistema bħal din mhix prevista b'mod espliċitu: il-kejl tal-adegwatezza ta' protezzjoni huwa preskritt biss fis-sitwazzjoni speċifika tal-Artikoli 11 u 13 tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Protezzjoni tad-data (18) – li għadha mhix adottata – u tħalla għall-Istati Membri. |
|
43. |
Fil-każ preżenti, l-ambitu tal-eżerċizzju jolqot il-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u d-diskussjonijiet jitmexxew mill-Kummissjoni taħt is-superviżjoni tal-Kunsill. Il-kuntest huwa differenti mill-evalwazzjoni tal-prinċipji ta' Safe Harbour jew l-adegwatezza tal-leġislazzjoni Kanadiża, u għandu aktar konnessjonijiet man-negozjati reċenti tal-PNR mal-Istati Uniti u l-Awstralja li saru fil-qafas legali tat-tielet pilastru. Madankollu, il-prinċipji tal-HLCG issemmew ukoll fil-kuntest tal-Programm għall-Eżenzjoni mill-Viża, li jikkonċerna kwistjonijiet tal-fruntiera u l-immigrazzjoni u għalhekk kwistjonijiet tal-ewwel pilastru. |
|
44. |
Il-KEPD jirrakkomanda li kwalunkwe kejl tal-adegwatezza skont strument futur għandu jibni fuq esperjenzi f'dawn l-oqsma differenti. Huwa jirrakkomanda l-iżvilupp ulterjuri tal-kunċett tal-“adegwatezza” fil-kuntest ta' strument futur, abbażi ta' kriterji simili, bħal dawk li ntużaw f'determinazzjonijiet preċedenti tal-adegwatezza. |
Rikonoxximent reċiproku – reċiproċità
|
45. |
It-tieni element tal-livell ta' protezzjoni jirrigwarda r-rikonoxximent reċiproku tas-sistemi tal-UE u l-Istati Uniti. F'dan ir-rigward ir-rapport tal-HLCG jsemmi li l-objettiv ikun li “jinkiseb ir-rikonoxximent tal-effettività tas-sistemi tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data ta' xulxin għall-oqsma koperti minn dawn il-prinċipji” (19), u li tintlaħaq “applikazzjoni ekwivalenti u reċiproka tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-privatezza u ta' data personali”. |
|
46. |
Għall-KEPD huwa ovvju li rikonoxximent reċiproku (jew reċiproċità) huwa biss possibbli jekk ikun garantit livell adegwat ta' protezzjoni. Fi kliem ieħor, l-istrument futur għandu jarmonizza livell minimu ta' protezzjoni (permezz ta' kejl tal-adegwatezza, b'kont meħud tal-ħtieġa għal ftehimiet speċifiċi abbażi ta' każ b'każ). Huwa biss skont din il-prekondizzjoni li tista' tiġi rikonoxxuta r-reċiproċità. |
|
47. |
L-ewwel element li għandu jiġi kkunsidrat huwa r-reċiproċità ta' dispożizzjonijiet sostantivi dwar il-protezzjoni tad-data. Fil-fehma tal-KEPD, ftehim għandu jittratta l-kunċett tar-reċiproċità ta' dispożizzjonijiet sostantivi dwar il-protezzjoni tad-data b'mod li jiżgura fuq naħa waħda li l-ipproċessar ta' data fit-territorju tal-UE (u tal-Istati Uniti) jirrispetta bis-sħiħ il-liġijiet domestiċi dwar il-protezzjoni tad-data, u fuq in-naħa l-oħra li l-ipproċessar barra l-pajjiż tal-oriġini tad-data u li jaqa' fl-ambitu tal-ftehim, jirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data kif inklużi fil-ftehim. |
|
48. |
It-tieni element huwa r-reċiproċità ta' mekkaniżmi ta' rimedju. Għandu jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom mezz adegwat ta' rimedju meta tiġi pproċessata data relatata magħhom fl-Istati Uniti (irrispettivament mil-liġi li tapplika għal dak l-ipproċessar), iżda għandu ugwalment jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħtu drittijiet ekwivalenti liċ-ċittadini tal-Istati Uniti. |
|
49. |
It-tielet element huwa r-reċiproċità ta' aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal data personali. Jekk kwalunkwe strument jippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti aċċess għal data li toriġina mill-Unjoni Ewropea, ir-reċiproċità tkun tinvolvi li l-istess aċċess għandu jingħata lill-awtoritajiet tal-UE, fir-rigward ta' data li toriġina mill-Istati Uniti. Ir-reċiproċità m'għandhiex tkun ta' ħsara għall-effettività tal-protezzjoni tas-suġġett ta' data. Din hija prekondizzjoni biex ikun permess aċċess 'transatlantiku' mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Konkretament dan ifisser li:
|
Preċiżjoni tal-istrument
|
50. |
L-ispeċifiċità tal-kondizzjonijiet ta' valutazzjoni (l-adegwatezza, l-ekwivalenza, ir-rikonoxximent reċiproku) hija essenzjali billi hija tiddetermina l-kontenut, fir-rigward tal-preċiżjoni, iċ-ċertezza legali u l-effettività tal-protezzjoni. Il-kontenut ta' strument futur għandu jkun preċiż u eżatt. |
|
51. |
Barra minn hekk, għandu jkun ċar li kwalunkwe ftehim speċifiku konkluż fi stadju ulterjuri jkun xorta jeħtieġ jinkludi salvagwardji dettaljati u kompleti dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward tas-suġġett tal-iskambju ta' data previst. Huwa biss livell doppju bħal dan ta' prinċipji konkreti dwar il-protezzjoni tad-data li jiżgura t-“taqbil preċiż” meħtieġ bejn il-ftehim ġenerali u ftehimiet speċifiċi, kif diġà ġie nnotat fil-punti 35 u 36 ta' din l-opinjoni. |
Żvilupp ta' mudell għal pajjiżi terzi oħra
|
52. |
Il-punt safejn ftehim mal-Istati Uniti jista' jkun mudell għal pajjiżi terzi oħra jixraqlu attenzjoni speċifika. Il-KEPD jinnota li minbarra l-Istati Uniti, ir-rapport imsemmi hawn fuq tal-Grupp dwar il-Futur jindika wkoll lir-Russja bħala msieħeb strateġiku tal-UE. Sakemm il-prinċipji jkunu newtrali u f'konformità ma' salvagwardji fundamentali tal-UE, huma jistgħu jikkonstitwixxu preċedent utli. Madankollu, l-ispeċifiċitajiet marbutin p.e. mal-qafas legali tal-pajjiż riċeventi jew il-fini tat-trasferiment jimpedixxu t-traspożizzjoni pura tal-ftehim. Ugwalment deċiżiva ser tkun is-sitwazzjoni demokratika ta' pajjiżi terzi: għandu jkun żgurat li l-prinċipji maqbulin ikunu garantiti u implimentati b'mod effettiv fil-pajjiż riċeventi. |
Liema punti ta' referenza għall-valutazzjoni tal-livell ta' protezzjoni?
|
53. |
Adegwatezza impliċita jew espliċita għandha tkun konformi fi kwalunkwe każ mal-qafas legali Internazzjonali u Ewropew u speċjalment mas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data maqbulin komunament. Dawn huma ddikjarati fil-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa u l-protokoll addizzjonali tagħha, il-Linji Gwida tal-OECD u l-abbozz ta' Deċiżjoni Qafas dwar il-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll, għall-aspetti tal-ewwel pilastru, id-Direttiva 95/46/KE (20). Dawn l-istrumenti kollha fihom prinċipji simili li huma rikonoxxuti b'mod aktar wiesa' bħala l-qofol tal-protezzjoni tad-data personali. |
|
54. |
Għalhekk huwa aktar importanti li l-prinċipji msemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati kif dovut, b'kont meħud tal-impatt ta' ftehim potenzjali bħal dak previst mir-rapport tal-HLCG. Strument li jindirizza s-settur sħiħ tal-infurzar ta' pajjiż terz ikun saħansitra sitwazzjoni mingħajr preċedent. Deċiżjonijiet eżistenti dwar l-adegwatezza fl-ewwel pilastru, u ftehimiet konklużi ma' pajjiżi terzi fit-tielet pilastru tal-UE (Europol, Eurojust) dejjem kienu marbutin ma' trasferiment speċifiku ta' data, filwaqt li hawn jistgħu jkunu possibbli trasferimenti b'fini ħafna usa', meta jitqies il-fini wiesa' segwit (il-ġlieda kontra reati kriminali, is-sigurtà nazzjonali u pubblika, l-infurzar fil-fruntieri) u n-numru mhux magħruf ta' bażijiet ta' data kkonċernati. |
Ħtiġiet bażiċi
|
55. |
Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati fil-kuntest tat-trasferiment ta' data personali għal pajjiżi terzi ġew żviluppati f'dokument ta' ħidma tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29 (21). Kwalunkwe ftehim dwar prinċipji minimi dwar il-privatezza għandhom jgħaddu minn test ta' konformità li jiżgura l-effettività tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data.
|
|
56. |
Minbarra dawn it-tliet ħtiġiet bażiċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet marbutin mal-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi. Dan huwa saħansitra qasam fejn id-drittijiet fundamentali jistgħu jbatu minn xi restrizzjonijiet. Għalhekk għandhom jiġu adottati salvagwardji li jikkumpensaw għar-restrizzjoni ta' drittijiet individwali, speċjalment fir-rigward tal-aspetti li ġejjin, bil-ħsieb tal-impatt fuq l-individwu:
|
V. ANALIŻI TAL-PRINĊIPJI
Introduzzjoni
|
57. |
Dan il-kapitolu janalizza t-12-il prinċipju inkluż fid-dokument tal-HLCG mill-perspettiva li ġejja:
|
1.
|
58. |
L-ewwel prinċipju elenkat fl-anness tar-rapport tal-HLCG jindika li l-informazzjoni personali għandha tiġi pproċessata għal finijiet leġittimi tal-infurzar tal-liġi. Kif imsemmi qabel, dan jirreferi għall-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni, l-individwalizzazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. Għall-Istati Uniti iżda, l-interpretazzjoni tal-infurzar tal-liġi tmur lil hinn minn reati kriminali u tinkludi “finijiet bħall-kontroll tal-fruntiera, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà nazzjonali”. Il-konsegwenzi ta' diskrepanzi bħal dawn bejn il-finijiet iddikjarati tal-UE u l-Istati Uniti mhumiex ċari. Filwaqt li r-rapport isemmi li fil-prattika l-finijiet jistgħu jikkoinċidu fil-parti l-kbira, jibqa' deċiżiv li wieħed ikun jaf preċiżament safejn huma ma jikkoinċidux. Fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, bil-ħsieb tal-impatt tal-miżuri meħudin fuq individwi, il-prinċipju tal-limitazzjoni ta' fini għandu jiġi rispettat strettament u l-finijiet iddikjarati għandhom ikunu ċari u ċirkoskritti. B'kont meħud tar-reċiproċità prevista fir-rapport, l-approssimazzjoni ta' dawn il-finijiet tidher essenzjali ukoll. Fil-qosor, tenħtieġ kjarifika tal-intendiment ta' dan il-prinċipju. |
2.
|
59. |
Il-KEPD jilqa' d-dispożizzjoni li titlob informazzjoni personali preċiża, rilevanti, f'waqtha u kompleta, kif meħtieġ għal proċessar leġittimu. Prinċipju bħal dan huwa kondizzjoni bażika għal kwalunkwe pproċessar effiċjenti ta' data. |
3.
|
60. |
Il-prinċipju jagħmel rabta ċara bejn l-informazzjoni miġbura u l-ħtieġa ta' din l-informazzjoni għat-twettiq ta' fini tal-infurzar tal-liġi stabbilit bil-liġi. Din il-ħtieġa ta' bażi leġislattiva hija element pożittiv biex tkun żgurata l-leġittimità tal-ipproċessar. Madankollu, il-KEPD jinnota li, għalkemm dan jirrinforza ċ-ċertezza legali tal-ipproċessar, il-bażi legali għal proċessar bħal dan tikkonsisti minn liġi ta' pajjiż terz. Liġi ta' pajjiż terz fiha nnfisha ma tistax tikkostitwixxi bażi leġittima għal trasferiment ta' data personali (22). Fil-kuntest tar-rapport tal-HLCG, jidher li huwa preżunt li l-leġittimità tal-liġi ta' pajjiż terz, jiġifieri l-Istati Uniti, hija rikonoxxuta fil-prinċipju. Għandu jittieħed kont li, jekk raġunar bħal dan jista' jiġi ġġustifikat hawnhekk, billi l-Istati Uniti huwa Stat demokratiku, l-istess skema ma tkunx valida u ma tistax tiġi trasposta għal relazzjonijiet ma kwalunkwe pajjiż terz ieħor. |
|
61. |
Kwalunkwe trasferiment ta' data personali għandu jkun rilevanti, meħtieġ u adatt skont l-anness għar-rapport tal-HLCG. Il-KEPD jisħaq li biex ikun proporzjonat, l-ipproċessar m'għandux jinvolvi ndħil mhux dovut, u l-modalitajiet tal-ipproċessar għandhom ikunu bbilanċjati, b'kont meħud tad-drittijiet u l-interessi tas-suġġetti tad-data. |
|
62. |
Għal din ir-raġuni, l-aċċess għal informazzjoni għandu jsir abbażi ta' każ b'każ, skont il-ħtiġijiet prattiċi fil-kuntest ta' investigazzjoni speċifika. L-aċċess permanenti minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiż terz għal bażijiet ta' data li jinsabu fl-UE jkun ikkunsidrat bħala sproporzjonat u mhux iġġustifikat biżżejjed. Il-KEPD ifakkar li anke fil-kuntest ta' ftehimiet eżistenti dwar l-iskambju tad-data, p.e. fil-każ tal-ftehim dwar il-PNR, l-iskambju tad-data huwa bbażat fuq ċirkostanzi speċifiċi u huwa konkluż għal perijodu ta' żmien limitat (23). |
|
63. |
Bl-istess loġika, il-perijodu taż-żamma tad-data għandu jiġi rregolat: id-data għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa, b'kont meħud tal-fini speċifiku segwit. Jekk hi ma tkunx għadha rilevanti f'relazzjoni mal-fini identifikat, hija għandha titħassar. Il-KEPD jopponi bil-qawwi l-kostituzzjoni ta' ħażniet ta' data fejn tinħażen informazzjoni dwar individwi mhux suspettati bil-ħsieb ta' ħtieġa ulterjuri possibbli. |
4.
|
64. |
Il-miżuri u l-proċeduri għall-protezzjoni tad-data minn użu ħażin, alterazzjoni u riskji oħra huma żviluppati fil-prinċipji, kif ukoll dispożizzjoni li tillimita l-aċċess għal individwi awtorizzati. Il-KEPD jikkunsidra li dan huwa sodisfaċenti. |
|
65. |
Barra minn hekk, il-prinċipju jista' jiġi kkomplimentat minn dispożizzjoni li ssemmi li għandu jinżamm reġistru ta' dawk li jkollhom aċċess għad-data. Dan isaħħaħ l-effettività tas-salvagwardji biex jiġi limitat l-aċċess u jiġi impedit l-użu ħażin tad-data. |
|
66. |
Barra minn hekk, għandha tiġi prevista informazzjoni reċiproka fil-każ ta' ksur ta' sigurtà: ir-riċeveturi fl-Istati Uniti kif ukoll dawk fl-UE jkunu responsabbli biex jinfurmaw lill-kontrapartijiet tagħhom f'każ li d-data li huma jirċievu tkun soġġetta għal żvelar illeġittimu. Dan jikkontribwixxi għal responsabbiltà msaħħa lejn proċessar sigur tad-data. |
5.
|
67. |
Il-prinċipju li jipprojbixxi l-ipproċessar ta' data sensittiva huwa, fil-fehma tal-KEPD, imdgħajjef b'mod konsiderevoli bl-eċċezzjoni, li tippermetti kwalunkwe pproċessar ta' data sensittiva li għaliha l-liġi domestika tipprevedi “salvagwardji adatti”. Preċiżament minħabba n-natura sensittiva tad-data, kwalunkwe deroga mill-prinċipju ta' projbizzjoni għandha tiġi ġġustifikata b'mod adegwat u preċiż, b'lista ta' finijiet u ċirkostanzi li taħthom jista' jiġi pproċessat tip identifikat ta' data sensittiva, kif ukoll b'indikazzjoni tal-kwalità ta' kontrolluri intitolati li jipproċessaw tali tipi tad-data. Fost is-salvagwardji li għandhom jiġu adottati, il-KEPD jikkunsira li data sensittiva m'għandhiex tikkostitwixxi element li jista' jwassal għal investigazzjoni. Hija tista' tkun disponibbli f'ċirkostanzi speċifiċi iżda biss bħala informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta' suġġett ta' data li jkun diġà qed jiġi investigat. Dawn is-salvagwardji u l-kondizzjonijiet għandhom ikunu nnumerati b'mod limitattiv fit-test tal-prinċipju. |
6.
|
68. |
Kif żviluppat fil-punti 55-56 ta' din l-opinjoni, ir-responsabbiltà ta' entitajiet pubbliċi li jipproċessaw data personali, għandha tiġi żgurata b'mod effettiv, u għandhom jingħataw assigurazzjonijiet fil-ftehim dwar il-mod li bih ser tiġi żgurata din ir-responsabbiltà. Dan huwa anke aktar importanti meta jiġi kkunsidrat in-nuqqas ta' trasparenza li huwa tradizzjonalment assoċjat mal-ipproċessar ta' data personali f'kuntest tal- infurzar tal-liġi. F'din il-fehma, li jissemma – kif huwa l-każ issa fl-anness – li entitajiet pubbliċi għandhom ikunu akkontabbli mingħajr ma tingħata spjegazzjoni ulterjuri dwar il-modalitajiet u l-konsegwenzi ta' responsabbiltà bħal din, mhuwiex garanzija sodisfaċenti. Il-KEPD jirrakkomanda li spjegazzjoni bħal din tingħata fit-test tal-istrument. |
7.
|
69. |
Il-KEPD jappoġġa bis-sħiħ l-inklużjoni ta' dispożizzjoni li tipprevedi superviżjoni indipendenti u effettiva, minn awtorità superviżorja pubblika waħda jew aktar. Huwa jikkunsidra li għandu jiġi ċċarat il-mod li bih hija interpretata l-'indipendenza', speċjalment minn min huma indipendenti dawn l-awtoritajiet u lil minn jirrappurtaw. Jenħtieġu kriterji f'dan ir-rigward, li għandhom jieħdu kont tal-indipendenza istituzzjonali u funzjonali, f'relazzjoni mal-korpi eżekuttivi u leġislattivi. Il-KEPD ifakkar li dan huwa element essenzjali biex tiġi żgurata konformità effettiva mal-prinċipji maqbulin. L-intervenzjoni u s-setgħat tal-infurzar ta' dawn l-awtoritajiet huma wkoll kruċjali bil-ħsieb tal-kwistjoni tar-responsabbiltà ta' entitajiet pubbliċi li jipproċessaw data personali, kif imsemmi hawn fuq. L-eżistenza u l-kompetenzi tagħhom għandhom ikunu viżibbli b'mod ċar għas-suġġetti tad-data, sabiex jippermettulhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, speċjalment jekk bosta awtoritajiet ikunu kompetenti skont il-kuntest tal-ipproċessar. |
|
70. |
Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li ftehim futur għandu jipprevedi wkoll mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji. |
8.
|
71. |
Jenħtieġu garanziji speċifiċi fir-rigward tal-aċċess u r-rettifika f'kuntest tal-infurzar tal-liġi. F'dak is-sens, il-KEPD jilqa' l-prinċipju li jiddikjara li l-individwi ser/għandhom jingħataw aċċess għal u l-mezzi biex jitolbu “rettifika u/jew tħassir tal-informazzjoni personali tagħhom”. Madankollu, baqa' xi inċertezzi rigward id-definizzjoni ta' individwi (is-suġġetti tad-data kollha għandhom ikunu protetti u mhux biss iċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat), u l-kondizzjonijiet li fihom l-individwi jkunu jistgħu joġġezzjonaw għall-ipproċessar tal-informazzjoni tagħhom. Jenħtieġu preċiżjonijiet dwar il-“każijiet adatti” li taħthom tista' ssir, jew tkun tista' ssir oġġezzjoni. Għas-suġġetti ta' data għandu jkun ċar f'liema ċirkostanzi – skont p.e it-tip ta' awtorità, it-tip ta' investigazzjoni jew kriterji oħra – huma ser ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. |
|
72. |
Barra minn hekk, jekk mhemm l-ebda possibbiltà diretta li ssir oġġezzjoni dwar l-ipproċessar għal raġunijiet iġġustifikati, għandha tkun disponibbli verifika indiretta, permezz tal-awtorità indipendenti responsabbli mis-sorveljanza tal-ipproċessar. |
9.
|
73. |
Il-KEPD jisħaq għal darb'oħra l-importanza ta' trasparenza effettiva, sabiex l-individwi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u jikkontribwixxu għar-responsabbiltà ġenerali tal-awtoritajiet pubbliċi li jipproċessaw id-data personali. Huwa jappoġġa l-prinċipji kif abbozzati, u jinsisti b'mod partikolari dwar il-ħtieġa għal notifika ġenerali u individwali għall-individwu. Dan huwa rifless fil-prinċipju kif abbozzat fil-punt 9 tal-anness. |
|
74. |
Madankollu, ir-rapport fil-Kapitolu 2, A. B tiegħu (“Qbil dwar prinċipji”) isemmi li fl-Istati Uniti it-trasparenza tista' tinkludi “individwalment jew ikkombinati, pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, notifika individwali, u żvelar fi proċedimenti tal-qorti”. Għandu jkun ċar li pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali waħedha mhix biżżejjed biex tiggarantixxi l-informazzjoni adatta tas-suġġett tad-data. Flimkien mal-ħtieġa ta' notifika individwali, il-KEPD ifakkar li l-informazzjoni għandha tingħata f'forma u b'lingwa li jinftehmu faċilment mis-suġġett tad-data. |
10.
|
75. |
Biex jiġi garantit l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħhom, l-individwi għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw ilment quddiem awtorità indipendenti dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll ikollhom rimedju quddiem tribunal indipendenti u imparzjali. Iż-żewġ possibbiltajiet ta' rimedju għandhom ikunu disponibbli ugwalment. |
|
76. |
L-aċċess għal awtorità indipendenti dwar il-protezzjoni tad-data huwa meħtieġ billi huwa jipprevedi assistenza flessibbli u anqas għalja, f'kuntest – l-infurzar tal-liġi – li tista' tkun pjuttost oskura għall-individwi. L-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jistgħu wkoll jagħtu assistenza fl-eżerċitar tad-drittijiet għall-aċċess f'isem is-soġġetti tad-data, f'każ li xi eċċezzjoni timpedixxi lil dan tal-aħħar milli jikseb aċċess dirett għad-data personali tiegħu. |
|
77. |
L-aċċess għas-sistema ġudizzjarja huwa garanzija addizzjonali u indispensabbli li s-suġġetti tad-data jistgħu jfittxu rimedju quddiem awtorità li tappartjeni għal fergħa tas-sistema demokratika li hi distinta mill-istituzzjonijiet pubbliċi li fil-fatt jipproċessaw id-data tagħhom. Rimedju effettiv bħal dan quddiem qorti ġie kkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (24) bħala “essenzjali sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-individwu għad-dritt tiegħu. (...) [Huwa] jirrifletti prinċipju ġenerali tal-liġi komunitarja sottostanti għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u li ġie ddikjarat fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.” L-eżistenza ta' rimedju ġudizzjarju huwa wkoll previst b'mod espliċitu fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fl-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-KE 95/46, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv. |
11.
|
78. |
Il-KEPD jilqa' d-dispożizzjoni li tipprevedi salvagwardji adatti f'każ ta' pproċessar awtomatizzat ta' informazzjoni personali. Huwa jinnota li intendiment komuni ta' x'inhu kkunsidrat bħala “azzjoni negattiva sinifikanti dwar l-interessi rilevanti tal-individwu”, jiċċara l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju. |
12.
|
79. |
Il-kondizzjonijiet tat-trasferimenti 'l quddiem mhumiex ċari għal xi wħud minnhom. B'mod partikolari, fejn it-trasferiment 'il quddiem għandu jikkonforma ma' arranġamenti u ftehimiet internazzjonali bejn il-pajjiżi li jibgħatu u dawk riċevituri, għandu jiġi speċifikat jekk dan jirreferix għal ftehimiet bejn iż-żewġ pajjiżi li jkunu inizjaw l-ewwel trasferiment, jew iż-żewġ pajjiżi involuti fit-trasferiment 'il quddiem. Skont il-KEPD, fi kwalunkwe każ huma meħtieġa ftehimiet bejn iż-żewġ pajjiżi li jkunu inizjaw l-ewwel trasferiment. |
|
80. |
Il-KEPD jinnota wkoll definizzjoni wiegħsa ħafna tal-“interessi pubbliċi leġittimi” li jippermettu trasferiment 'il quddiem. L-ambitu tas-sigurtà pubblika jibqa' mhux ċar, u l-estensjoni ta' trasferimenti f'każ ta' ksur ta' etika jew professjonijiet irregolati tidher mhux iġġustifikata u eċċessiva f'kuntest tal-infurzar tal-liġi. |
VI. KONKLUŻJONI
|
81. |
Il-KEPD jilqa' l-ħidma konġunta tal-awtoritajiet tal-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fejn il-protezzjoni tad-data hija kruċjali. Madankollu huwa jrid jinsisti dwar il-fatt li l-kwistjoni hija kumplessa, b'mod partikolari fir-rigward tal-fini u n-natura preċiżi tagħha, u li għalhekk jixirqilha analiżi kawta u fil-fond. L-impatt ta' strument transatlantiku dwar il-protezzjoni tad-data għandu jiġi kkunsidrat b'attenzjoni f'relazzjoni mal-qafas legali eżistenti u l-konsegwenzi fuq iċ-ċittadini. |
|
82. |
Il-KEPD jappella għal aktar ċarezza u dispożizzjonijiet konkreti speċjalment dwar l-aspetti li ġejjin:
|
|
83. |
Il-KEPD jinsisti dwar il-fatt li għandha tkun evitata kwalunkwe għaġla fl-elaborazzjoni tal-prinċipji billi din twassal biss għal soluzzjonijiet mhux sodisfaċenti, b'effetti opposti għal dawk intenzjonati f'termini ta' protezzjoni tad-data. Għalhekk, l-aħjar mod 'il quddiem f'dan il-punt huwa l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali lejn ftehim possibbli fi stadju aktar tard. |
|
84. |
Il-KEPD jappella wkoll għal aktar trasparenza fir-rigward tal-proċess ta' elaborazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data. Huwa biss bl-involviment tal-partijiet interessati kollha, inkluż il-Parlament Ewropew, li l-istrument ikun jista' jibbenefika minn dibattitu demokratiku u jikseb l-appoġġ u r-rikonoxximent meħtieġ. |
Magħmul fi Brussell, 11 ta' Novembru 2008.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) Dokument tal-Kunsill Nru 9831/08, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/news/index_en.htm
|
— |
Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija fis-6 ta' Diċembru 2001, u Supplemental agreement between Europol and the USA on exchange of personal data and related information (Ftehim supplimentari bejn l-Europol u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar skambju ta' data personali u informazzjoni relatata), ippubblikat fuq il-websajt tal-Europol; |
|
— |
Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Eurojust dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, 6 ta' Novembru 2006, ippubblikat fuq il-websajt tal-Eurojust; |
|
— |
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehim dwar il-PNR), iffirmat fi Brussell fit-23 ta' Lulju 2007 u f'Washington, fis-26 ta' Lulju 2007, ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18; |
|
— |
Skambju ta' ittri bejn l-awtoritajiet tal-Istati Uniti u l-UE dwar il-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, it-28 ta' Ġunju 2007. |
(3) ĠU L 213, 8.8.2008, p. 49.
(4) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, il-verżjoni tal-24 ta' Ġunju 2008 disponibbli fuq http://ec.europa.eu/prelex/detail_dossier_real.cfm?CL=en&DosId=193371
(5) Dwar il-ħtieġa ta' qafas legali ċar, ara l-Kapitoli III u IV ta' din l-opinjoni.
(6) Paġna 5 tar-rapport, taħt C.
(7) Ara b'mod partikolari l-Kapitolu 3 tar-Rapport, “Kwistjonijiet pendenti rilevanti għar-relazzjonijiet transatlantiċi”, punt 1: “Konsistenza fl-obbligi ta' entitajiet privati waqt it-trasferimenti tad-data”.
(8) Dwar din il-kwistjoni ara l-Opinjoni tal-KEPD tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet ta' infurzar tal-liġi, ĠU C 110, 1.5.2008, p. 1. “Tradizzjonalment, kienet teżisti differenza bejn l-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi u l-attivitajiet tas-settur privat, fejn kompiti ta' infurzar tal-liġi jitwettqu minn awtoritajiet speċjali apposta, b'mod partikolari il-forzi tal-pulizija, u l-atturi privati jiġu ssoliċitati fuq bażi ta' każ b'każ biex jikkomunikaw data personali lil dawn l-awtoritajiet tal-infurzar. Issa hemm tendenza li tkun imponuta l-kooperazzjoni fuq atturi privati għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi fuq bażi sistematika”.
(9) Ara l-Opinjoni 10/2006 tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29, tat-22 ta' Novembru 2006 dwar l-ipproċessar ta' data personali mis-Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication (SWIFT), WP 128.
(10) Opinjoni tal-20 ta' Diċembru 2007, op. cit.
(11) Ara l-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet tal-infurzar tal-liġi, imsemmija fin-nota 8 ta' qiegħ il-paġna, kif diskussa attwalment fil-Kunsill.
(12) Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Bot tal-14 ta' Ottubru 2008, Irlanda v. Parlament Ewropew u Kunsill, (Kawża C-301/06), par 108.
(13) Sentenza tal-Qorti tat-30 ta' Mejju 2006, Parlament Ewropew v Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-317/04) u Kummissjoni tal-Komunitarjiet Ewropej (C-318/04), Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04, Ġabra [2006], P. I-4721.
(14) Rapport tal-Grupp Konsultattiv Informali ta' Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika Ewropea dwar l-Affarijiet Interni, “Libertà, Sigurtà, Privatezza – Affarijiet Interni Ewropej f'dinja miftuħa”, Ġunju 2008, disponibbli fuq register.consilium.europa.eu.
(15) Ara l-Artikoli 11 u 13 tad-DPFD (Deċiżjoni Qafas dwar il-Protezzjoni tad-data), imsemmija fil-punt 7 ta' din l-opinjoni.
(16) Ara n-nota 2 ta' qiegħ il-paġna.
(17) Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali f'pajjiżi terzi, inkluż l-Arġentina, il-Kanada, l-Isvizzera, l-Istati Uniti, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey, huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/thridcountries/index_en.htm
(18) Ristretta għat-trasferiment għal pajjiż terz jew korp internazzjonali minn Stat Membru ta' data li waslet minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor.
(19) Kapitolu A. Ftehim internazzjonali vinkolanti, p. 8.
|
— |
Linji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar fajls ta' data personali kompjuterizzati, adottati mill-Assemblea Ġenerali fl-14 ta' Diċembru 1990, disponibbli fuq www.unhchr.ch/html/menu3/b/71.htm |
|
— |
Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tal-Kunsill tal-Ewropa, 28 ta' Jannar 1981, disponibbli fuq www.conventions.coe.int/treaty/en/Treaties/html/108.htm |
|
— |
Linji gwida tal-OECD dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Flussi Transkonfinali ta' Data Personali, adottati fit-23 ta' Settembru 1980, disponibbli fuq www.oecd.org/document/20/0,3343,en_2649_34255_15589524_1_1_1_1,00.html |
|
— |
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/prelex/detail_dossier_real.cfm?CL=en&DosId=193371 |
|
— |
Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data, ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. |
(21) Dokument ta' ħidma tal-24 ta' Lulju 1998 dwar Trasferimenti ta' data personali għal pajjiżi terzi: Applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 12.
(22) Ara b'mod partikolari l-Artikolu 7(c) u (e) tad-Direttiva 95/46/KE. Fl-opinjoni tiegħu 6/2002 tal-24 ta' Ottubru 2002 dwar it-trasmissjoni ta' Informazzjoni dwar il-Lista ta' Passiġġieri u data oħra mill-Kumpanniji tal-ajru għall-Istati Uniti, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29 iddikjara li “ma jidhirx aċċettabbli li deċiżjoni unilaterali meħuda minn pajjiż terz għal raġunijiet tal-interess pubbliku tiegħu stess għandha twassal għat-trasferiment b'rutina jew bl-ingrossa ta' data protetta skont id-Direttiva”.
(23) Il-Ftehim ser jiskadi u jieqaf minn kull effett seba' snin wara d-data tal-iffirmar sakemm il-partijiet ma jiddeċidux reċiprokament li jibdluh.
(24) Kawża 222/84 Johnston [1986] Ġabra 1651; Kawża 222/86 Heylens [1987] Ġabra 4097; Kawża C-97/91 Borelli [1992] Ġabra I-6313).
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/13 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika
2009/C 128/02
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-30 ta' Mejju 2008, kienet adottata l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali “Lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika” (minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni”). Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD jippreżenta din l-opinjoni. |
|
2. |
Il-Komunikazzjoni timmira li tipproponi Strateġija dwar il-Ġustizzja Elettronika li għandha l-intenzjoni li żżid il-kunfidenza taċ-ċittadini fil-qasam Ewropew tal-Ġustizzja. L-objettiv primarju tal-Ġustizzja Elettronika għandu jkun li jgħin biex il-ġustizzja tkun amministrata b'mod aktar effettiv mal-Ewropa kollha, għall-benefiċċju taċ-ċittadini. L-azzjoni tal-UE għandha tippermetti li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-informazzjoni mingħajr ma jsibu xkiel lingwistiku, kulturali u legali li jirriżulta mill-multipliċità ta' sistemi. Annessi mal-Komunikazzjoni hemm abbozz ta' pjan ta' azzjoni u skeda taż-żmien għad-diversi proġetti. |
|
3. |
Din l-opinjoni tal-KEPD tikkummenta dwar il-Komunikazzjoni safejn hi relatata mal-ipproċessar tad-data personali, il-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u l-moviment liberu tad-data. |
II. SFONT U KUNTEST
|
4. |
Il-Kunsill ĠAI (3) identifika diversi prijoritajiet għall-iżvilupp tal-Ġustizzja Elettronika f'Ġunju 2007:
|
|
5. |
Il-ħidma dwar il-Ġustizzja Elettronika sa minn dakinhar imxiet 'il quddiem. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-ħidma magħmula f'dan il-qafas għandha tiżgura li tingħata prijorità lil proġetti operattivi u lil strutturi deċentralizzati, waqt li jkun hemm previżjoni għal koordinazzjoni fil-livell Ewropew, b'appoġġ mill-istrumenti legali eżistenti u l-użu ta' għodod tal-IT biex tittejjeb l-effikaċja tagħhom. Il-Parlament Ewropew esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għall-proġett dwar il-Ġustizzja Elettronika (4). |
|
6. |
Fl-oqsma kemm ċivili kif ukoll militari, l-użu ta' teknoloġiji moderni tal-informazzjoni kien inkoraġġut konsistentement mill-Kummissjoni. Dan wassal għal strumenti bħall-ordni ta' pagament Ewropea. Sa mill-2003 l-Kummissjoni ilha timmaniġġa l-“portal” tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali, aċċessibbli għaċ-ċittadini fi 22 lingwa. Il-Kummissjoni fasslet u waqqfet ukoll l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Dawn l-għodod huma elementi prekursuri għal qafas Ewropew futur għall-Ġustizzja Elettronika. Fil-qasam kriminali, il-Kummissjoni ħadmet fuq għodda li timmira li tippermetti skambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali tal-Istati Membri (5). Mhux biss il-Kummissjoni iżda anke l-Eurojust żviluppaw sistemi ta' komunikazzjoni siguri mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
7. |
Il-Ġustizzja Elettronika għandha l-intenzjoni li toffri bosta opportunitajiet biex iż-żona ġudizzjarja Ewropea ssir aktar konkreta għaċ-ċittadini fis-snin li ġejjin. Sabiex tkun stabbilita strateġija ġenerali għal din il-kwistjoni importanti, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni preżenti dwar il-Ġustizzja Elettronika. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi kriterji oġġettivi biex ikunu identifikati l-prijoritajiet, speċjalment għal proġetti futuri fil-livell Ewropew, sabiex jinkisbu riżultati konkreti fi żmien raġonevoli. |
|
8. |
Id-dokument ta' ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, dokument li jakkumpanja l-Komunikazzjoni b'taqsira eżekuttiva tal-Valutazzjoni tal-Impatt, jagħti wkoll xi informazzjoni ta' sfond (6). Ir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt kien ippreparat b'kont meħud tar-reazzjonijiet tal-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-professjonijiet legali, iċ-ċittadini u n-negozji. Il-KEPD ma kienx ikkonsultat. Ir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt ta preferenza lil għażla ta' politika biex ikunu indirizzati l-problemi li jikkombinaw flimkien id-dimensjoni Ewropea u l-kompetenza nazzjonali. Il-Komunikazzjoni għażlet din l-għażla ta' politika. L-istrateġija ser tiffoka fuq il-vidjokonferenzi, il-ħolqien ta' portal għall-Ġustizzja Elettronika, it-titjib fil-faċilitajiet għat-traduzzjoni bl-iżvilupp ta' għodod għat-traduzzjoni onlajn awtomatiċi, it-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji, aktar interkonnessjoni bejn ir-reġistri nazzjonali u l-għodod onlajn għall-proċeduri Ewropej (eż. Ordni ta' Pagament Ewropea). |
|
9. |
Il-KEPD jappoġġja l-iffokar fuq l-azzjonijiet imsemmija hawn fuq. B'mod ġenerali hu jappoġġja approċċ komprensiv għall-Ġustizzja Elettronika. Hu jendorsja l-ħtieġa bi tliet partiti li jittejbu l-aċċess għall-ġustizzja, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet legali Ewropej u l-effikaċja tas-sistema tal-ġustizzja nnifisha. Bħala riżultat ta' dan l-approċċ huma affettwati bosta istituzzjonijiet u persuni:
|
|
10. |
Il-Komunikazzjoni hi relatata mill-qrib mal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS). Fis-16 ta' Settembru 2008, il-KEPD adotta opinjoni dwar din il-proposta (7). Hu appoġġja l-proposta, previst li jittieħed kont ta' numru ta' konsiderazzjonijiet. B'mod partikolari, hu nnota li garanziji addizjonali għall-protezzjoni tad-data għandhom jikkompensaw għan-nuqqas preżenti ta' qafas legali komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji. Hu għalhekk enfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni effettiva fis-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data tas-sistema, li tinvolvi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni bħala l-fornitur tal-infrastruttura komuni għall-komunikazzjoni. |
|
11. |
Rakkomandazzjonijiet bħal dawn ta' din l-opinjoni li ta' min ifakkar huma:
|
|
12. |
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom illustrattivi għall-kuntest li fih il-Komunikazzjoni kurrenti ser tkun analizzata. |
III. L-ISKAMBJU TA' INFORMAZZJONI PREVIST FIL-KOMUNIKAZZJONI
|
13. |
Il-Ġustizzja Elettronika għandha ambitu wiesa' ħafna, inkluż b'mod ġenerali l-użu tat-TIK fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. Dan ikopri numru ta' kwistjonijiet bħal proġetti li jipprovdu lil-litiganti informazzjoni b'mod aktar effettiv. Din tinkludi informazzjoni onlajn dwar is-sistemi ġudizzjarji, il-leġislazzjoni u l-każistika, is-sistemi ta' komunikazzjoni elettronika li jillinkjaw lil-litiganti u lill-qrati u l-istabbiliment ta' proċeduri elettroniċi għal kollox. Hu jkopri wkoll proġetti Ewropej bħall-użu ta' għodod elettroniċi biex ikun irreġistrat is-smigħ u proġetti li jinvolvu skambju ta' informazzjoni jew interkonnessjoni. |
|
14. |
Anke jekk l-ambitu hu wiesa' ħafna, il-KEPD innota li ser ikun hemm informazzjoni dwar proċeduri kriminali u dwar sistemi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali, iżda mhux dwar sistemi ġudizzjarji amministrattivi. U ser ikun hemm konnessjoni ma' Atlas Kriminali u Ċivili, iżda mhux ma' Atlas Amminsitrattiv, għalkemm ikun aħjar li jkun hemm aċċess miċ-ċittadini u mill-intrapriżi għas-sistemi amministrattivi ġudizzjarji, jiġifieri għall-proċeduri tal-liġi amministrattiva u tal-ilmenti. Għandha tkun ipprovduta wkoll konnessjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat. Dawn l-addizzjonijiet jistgħu jkunu aħjar għaċ-ċittadini li qed jippruvaw isibu triqthom fil-foresta – li ħafna drabi hi l-liġi amministrattiva bit-tribunali kollha tagħha – sabiex isiru informati aħjar dwar is-sistemi ġudizzjarji amministrattivi. |
|
15. |
Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li jkunu nklużi l-proċeduri amministrattivi fil-Ġustizzja Elettronika. Bħala parti minn dan l-element il-ġdid, għandhom jinbdew proġetti tal-Ġustizzja Elettronika biex tittejjeb il-viżibbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif ukoll tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari f'relazzjoni mat-tipi ta' data proċessata fil-qafas tal-Ġustizzja Elettronika. Dan ikun konformi mal-hekk imsejħa “inizjattiva ta' Londra”, li tnediet mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data f'Novembru 2006 u hi mmirata biex “Tikkomunika l-Protezzjoni tad-Data u Tagħmilha Aktar Effettiva”. |
IV. ID-DEĊIŻJONI QAFAS IL-ĠDIDA DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DATA FIL-QAFAS TAL-KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA U DIK ĠUDIZZJARJA F'MATERJI KRIMINALI
|
16. |
B'segwitu għall-iskambju tad-data dejjem jiżdied bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji maħsub mill-Komunikazzjoni, il-qafas legali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data jakkwista aktar importanza. F'dan il-kuntest, il-KEPD jinnota li, tliet snin wara l-proposta inzijali tal-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni ewropea adotta fis-27 ta' Novembru d-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (8). Din il-biċċa leġislazzjoni ġdida ser tipprovdi qafas legali ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data għal materji tat-“tielet pilastru”, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-“ewwel pilastru” dwar il-protezzjoni tad-data tad-Direttiva 95/46/KE. |
|
17. |
Il-KEPD jilqa' dan l-istrument legali bħala l-ewwel pass konsiderevoli lejn il-protezzjoni tad-data fil-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja. Madankollu, il-livell ta' protezzjoni tad-data milħuq fit-test finali mhuwiex sodisfaċenti għal kollox. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni qafas tkopri biss data tal-pulizija u ġudizzjarja skambjata bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet u s-sistemi tal-UE, u ma tinkludix data domestika. Barra dan, id-Deċiżjoni qafas adottata ma tistabilixxix l-obbligu li ssir distinzjoni bejn żewġ kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data, bħal suspettati, kriminali, xhieda u vittmi, biex ikun żgurat li d-data tagħhom tkun ipproċessata b'salvagwardji aktar adatti. Hi ma tipprovdix konsistenza sħiħa mad-Direttiva 95/46/KE, b'mod partikolari rigward l-illimitar tal-finijiet li għalihom tista' tkun ipproċessata aktar id-data personali. Hu l-anqas ma tipprevedi grupp indipendenti ta' awtoritajiet relevanti nazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni tad-data, li jkun jista' jiżgura kemm koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data kif ukoll kontribut sostantiv għall-applikazzjoni uniformi tad-Deċiżjoni qafas. |
|
18. |
Dan ikun ifisser li, f'kuntest li fih ikun hemm bosta sforzi biex ikunu żviluppati sistemi komuni ta' skambju transkonfini ta' data personali, id-diverġenzi xorta jeżistu rigward ir-regoli li skonthom għandha tkun ipproċessata din id-data u li ċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw drittijiethom f'pajjiżi differenti tal-UE. |
|
19. |
Mill-ġdid il-KEPD ifakkar li l-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni tad-data fil-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, kif ukoll konsistenza mad-Direttiva 95/46/KE, jippreżenta komplement neċessarju għal miżuri oħrajn introdotti jew previsti biex ikun iffaċilitat l-iskambju transkonfini tad-data personali fl-infurzar tal-liġi. Dan jirriżulta mhux biss mid-dritt taċ-ċittadini għar-rispett tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, iżda wkoll mill-ħtieġa tal-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi li jiżguraw il-kwalità tad-data skambjata – kif ikkonfermat mill-anness għall-Komunikazzjoni rigward l-interkonnessjoni tar-rekords kriminali –, il-fiduċja bejn l-awtoritajiet f'pajjiżi differenti, u fl-aħħar mill-aħħar il-validità legali tal-evidenza miġbura f'kuntest transkonfini. |
|
20. |
Għalhekk, il-KEPD jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jieħdu kont speċifiku ta' dawn l-elementi mhux biss meta jimplimentaw il-miżuri maħsuba fil-Komunikazzjoni iżda wkoll bil-ħsieb li jinbdew kemm jista' jkun malajr ir-riflessjonijiet dwar aktar titjib tal-qafas legali għall-protezzjoni tad-data fl-infurzar tal-liġi. |
V. PROĠETTI TAL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA
Għodod tal-Ġustizzja Elettronika fil-livell Ewropew
|
21. |
Il-KEPD jirrikonoxxi li l-iskambji tad-data personali huma elementi essenzjali tal-ħolqien ta' żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Għal dik ir-raġuni l-KEPD jappoġġja l-proposta għal strateġija tal-Ġustizzja Elettronika, waqt li jissottolinja l-importanza tal-protezzjoni tad-data f'dan il-kuntest. Fil-fatt, ir-rispett għall-protezzjoni tad-data mhuwiex biss obbligu legali, iżda element prinċipali għas-suċċess tas-sistema maħsuba, eż. li tkun żgurata l-kwalità tal-iskambji tad-data. Dan jgħodd ukoll għall-istituzzjonijiet u l-korpi meta jipproċessaw data personali kif ukoll għal meta jkunu żviluppati politiki ġodda. Għandhom ikunu applikati regoli u prinċipji fil-prattika u jittieħed kont speċjali tagħhom fil-fażi tad-disinn u l-bini tas-sistemi ta' informazzjoni. Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data huma fil-fatt “fatturi prinċipali għas-suċċess” għal soċjetà tal-informazzjoni prosperuża u bilanċjata. Għalhekk jagħmel sens li jsir investiment fihom u dan isir kemm jista' jkun malajr. |
|
22. |
F'dan il-kuntest, il-KEPD jissottolinja li l-Komunikazzjoni ma tipprevedix bażi tad-data Ewropea ċentrali. Hu jilqa' l-preferenza ta' arkitetturi deċentralizzati. Il-KEPD ifakkar li hu ħareġ opinjoni dwar l-ECRIS (9) u dwar l-Inizjattiva ta' Prüm (10). Fl-opinjoni tiegħu dwar l-ECRIS, il-KEPD esprima li arkitettura deċentralizzata tevita duplikazzjoni addizzjonali ta' data personali f'bażi tad-data ċentrali. Fl-opinjoni tiegħu dwar l-Inizjattiva ta' Prüm, hu ta l-parir li jittieħed kont debitu tal-iskala tas-sistema meta tkun diskussa l-interkonnessjoni bejn il-bażijiet tad-data. B'mod partikolari għandhom ikunu stabbiliti formati speċifiċi għall-komunikazzjoni tad-data, bħal talbiet onlajn għal rekords kriminali, ukoll b'kont meħud tad-differenzi fil-lingwa, u għandha tkun monitorata kostantement l-eżattezza tal-iskambji tad-data. Dawn l-elementi għandhom ikunu kkunsidrati wkoll fil-kuntest ta' inizjattivi li jirriżultaw minn strateġija għall-Ġustizzja Elettronika. |
|
23. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għar-rinfurzar u l-iżvilupp tal-għodod għall-Ġustizzja Elettronika fil-livell Ewropew, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u sħab oħrajn. Fl-istess waqt li tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri, hi għandha l-intenzjoni li tiżviluppa numru ta' għodod kompjuterizzati għal rasha biex iżżid l-interoperabbiltà tas-sistemi, tiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għall-ġustizzja u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet ġudizzjarji u tilħaq ekonomiji ta' skala sostanzjali fil-livell Ewropew. Rigward l-interoperabbiltà tas-softwer użat mill-Istati Membri, mhux l-Istati Membri kollha għandhom neċessarjament jużaw l-istess softwer – għalkemm din tkun l-aktar għażla prattika –, iżda s-softwer għandu jkun interoperabbli għal kollox. |
|
24. |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni debita l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop u jinbnew madwar standards għall-protezzjoni tad-data (“privacy by design”). Kull forma ta' interazzjoni bejn is-sistemi differenti għandha tkun dokumentata għal kollox. L-interoperabbiltà m'għandha qatt twassal għal sitwazzjoni fejn awtorità, mhux intitolata għal aċċess jew użu ta' ċerta data, tista' takkwista dan l-aċċess permezz ta' sistema oħra ta' informazzjoni. Il-KEPD jixtieq jerġa' jisħaq li l-interoperabbiltà m'għandhiex minnha nnifisha tiġġustifika li jkun ċirkomnavigat il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop (11). |
|
25. |
Barra dan, punt kruċjali ieħor hu li jkun żgurat li l-iskambju transkonfini msaħħaħ tad-data personali jkun akkumpanjat minn superviżjoni u kooperazzjoni msaħħin mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dataIl-KEPD diġà ssottolinja, fl-opinjoni tiegħu tad-29 ta' Mejju 2006 dwar id-Deċiżjoni Qafas dwar l-iskambju tar-rekords kriminali (12), li d-Deċiżjoni Qafas proposta m'għandhiex tindirizza biss il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali iżda wkoll il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. Din il-ħtieġa saret aktar importanti għaliex in-negozjati dwar id-Deċiżjoni Qafas li għadha kemm ġiet adottata dwar il-protezzjoni tad-data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja (13) wasslu għat-tħassir tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi grupp ta' ħidma li jerġa' jgħaqqad lill-awtoritajiet tal-UE għall-protezzjoni tad-data u jikkordina l-attivitajiet tagħhom rigward l-ipproċessar tad-data fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali. Għalhekk, bil-ħsieb li tkun żgurata superviżjoni effettiva kif ukoll il-kwalità tajba taċ-ċirkolazzjoni transkonfini tad-data estratta minn rekords kriminali, għandhom ikunu previsti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data (14). Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont ukoll tal-kompetenza superviżorja tal-KEPD rigward l-infrastruttura s-TESTA (15) L-għodod għall-Ġustizzja Elettronika jistgħu jappoġġjaw dawn il-mekkaniżmi li jistgħu jkunu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data. |
|
26. |
Fil-§ 4.2.1, il-Kummissjoni tinnota li ser ikun importanti għall-iskambju tal-informazzjoni estratta mir-rekords kriminali li jittieħdu passi lil hinn mill-kooperazzjoni ġudizzjarja sabiex ikunu inkorporati objettivi oħrajn, eż. aċċess għal ċerti postijiet. Il-KEPD jisħaq li kwalunkwe ipproċessar tad-data personali għal skopijiet barra dawk li għalihom tinġabar għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mil-leġislazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. B'mod partikolari, l-ipproċessar tad-data personali għal aktar skopijiet għandu jkun permess biss jekk hu meħtieġ li jkunu segwiti interessi elenkati fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tad-data (16) u previst li huma stabbiliti b'miżuri leġislattivi. |
|
27. |
Il-Komunikazzjoni tiddikjara, rigward l-interkonnessjoni tar-rekords kriminali, li bħala parti mill-preparazzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas dwar l-iskambju tal-informazzjoni estratta mir-rekords kriminali, il-Kummissjoni ser tniedi żewġ studji ta' fattibbiltà sabiex il-proġett ikun organizzat waqt l-iżvilupp tiegħu u sabiex l-iskambju ta' informazzjoni ikun estiż biex ikopri ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati għal reati kriminali. Fl-2009, il-Kummissjoni ser tipprovdi lill-Istati Membri b'softwer imfassal biex jippermetti li r-rekords kriminali kollha jkunu skambjati f'qafas qasir ta' żmien. Din is-sistema ta' referenza, ikkombinata mal-użu tal-s-TESTA għall-iskambju tal-informazzjoni, ser tiġġenera ekonomiji ta' skala għaliex l-Istati Membri mhux ser ikollhom iwettqu l-ħidma ta' żvilupp tagħhom. Dan ser jiffaċilita l-funzjonament tal-proġett. |
|
28. |
F'din il-perspettiva, il-KEPD jilqa' l-użu tal-infrastruttura s-TESTA, li kien ippruvat li hi sistema affidabbli għall-iskambju tad-data, u jirrakkomanda li l-elementi statistiċi relatati mas-sistemi previsti għall-iskambju tad-data għandhom ikunu definiti fid-dettall u jieħdu kont debitu tal-ħtieġa li tkun żgurata superviżjoni tal-protezzjoni tad-data. Pereżempju, id-data statistika tista' espliċitament tinkludi elementi bħan-numru ta' talbiet għal aċċess jew rettifika tad-data personali, it-tul jew il-kompletezza tal-proċess ta' aġġornament, il-kwalità tal-persuni li jkollhom aċċess għal din id-data kif ukoll il-każijiet ta' ksur tas-sigurtà. Barra dan, id-data statistika u r-rapporti bbażati fuqha għandhom isiru disponibbli għal kollox għall-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. |
Traduzzjoni awtomatika u l-bażi tad-data tat-tradutturi
|
29. |
L-użu tat-traduzzjoni awtomatika hu strument utli u probabbli li jiffavorixxi l-fehim reċiproku bejn l-atturi relevanti fl-Istati Membri. Madankollu, l-użu tat-traduzzjoni awtomatika m'għandux jirriżulta fit-tnaqqis tal-kwalità tal-informazzjoni skambjata, speċjalment meta din l-informazzjoni tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet li għandhom effett legali għall-persuni kkonċernati. Il-KEPD jinnota li hu importanti li jkun iddefinit u ċirkonskritt b'mod ċar l-użu tat-traduzzjoni awtomatika. L-użu tat-traduzzjoni awtomatika għat-trasmissjoni tal-informazzjoni li ma kinitx pre-tradotta b'mod eżatt, bħal kummenti jew speċifikazzjonijiet addizzjonali miżjudin f'każijiet individwali, hu probabbli li jaffettwa l-kwalità tal-informazzjoni trasmessa – u għalhekk id-deċiżjonijiet meħudin abbażi tagħhom – u fil-prinċipju għandu jkun eskluż (17). Il-KEPD jissuġġerixxi li jittieħed kont ta' din ir-rakkomandazzjoni fil-miżuri li jirriżultaw mill-Komunikazzjoni. |
|
30. |
Il-Komunikazzjoni trid toħloq bażi tad-data ta' tradutturi u interpreti legali sabiex ikun hemm titjib tal-kwalità tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni legali. Il-KEPD jaqbel ma' dan l-għan, iżda jfakkar li din il-bażi tad-data ser tkun soġġetta għall-applikazzjoni tal-liġi relevanti dwar il-protezzjoni tad-data. B'mod partikolari, jekk il-bażi tad-data tkun tinkludi data ta' evalwazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tradutturi, hi tista' tkun soġġetta għal kontroll minn qabel mill-Awtoritajiet Kompetenti għall-Protezzjoni tad-Data. |
Lejn pjan ta' azzjoni għall-Ġustizzja Elettronika Ewropea
|
31. |
Fil-§ 5, il-Kummissjoni tinnota li r-responsabbiltajiet għandhom ikunu allokati b'mod ċar fost il-Kummissjoni, l-Istati Membri u atturi oħrajn involuti fil-kooperazzjoni ġuridika. Il-Kummissjoni ser tassumi rwol ġenerali ta' koordinazzjoni billi tinkoraġġixxi l-iskambju tal-prattiki u ser tfassal, tistabbilixxi u tikkoordina l-informazzjoni fuq il-portal tal-Ġustizzja Elettronika. Barra dan, il-Kummissjoni ser tkompli taħdem biex twettaq interkonnessjoni bejn ir-rekords kriminali u ser tkompli tassumi responsabbiltà diretta għan-netwerk legali ċivili u tappoġġja n-netwerk legali kriminali. L-Istati Membri ser ikollhom jaġġornaw l-informazzjoni fis-sistemi ġudizzjarji tagħhom li jidhru fuq is-sit tal-Ġustizzja Elettronika. Atturi oħrajn huma n-netwerks legali ċivili u kriminali u l-Eurojust. Huma ser jiżviluppaw l-għodod meħtiġin għal kooperazzjoni ġudizzjarja aktar effettiva, b'mod partikolari għodod għal traduzzjoni awtomatizzata u s-sistema ta' skambju sikur, f'kuntatt mill-qrib mal-Kummissjoni. Annessi mal-Komunikazzjoni hemm abbozz ta' pjan ta' azzjoni u skeda taż-żmien għad-diversi proġetti. |
|
32. |
F'dan il-kuntest, il-KEPD jissottolinja li fis-sistema ECRIS fuq naħa l-waħda mhemm stabbilita l-ebda bażi tad-data Ewropea ċentrali u l-ebda aċċess għal bażijiet tad-data bħal dawk li jinkludu rekords kriminali ta' Stati Membri oħrajn mhuwa previst, waqt li fuq in-naħa l-oħra fil-livell nazzjonali r-responsabbiltajiet għal informazzjoni korretta huma ċentralizzati bl-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri. F'dan il-mekkaniżmu, l-Istati membri huma responsabbli għall-operat tal-bażijiet tad-data nazzjonali u għall-prestazzjoni effiċjenti tal-iskambji. Mhuwiex ċar jekk humiex responsabbli jew le għas-softwer għall-interkonnessjoni. Il-Kummissjoni ser tipprovdi lill-Istati Membri b'softwer imfassal biex jippermetti li r-rekords kriminali kollha jkunu skambjati f'qafas qasir ta' żmien. Din is-sistema ta' referenza ser tkun ikkombinata mal-użu tal-s-TESTA biex tkun skambjata l-informazzjoni. |
|
33. |
Il-KEPD jifhem li anke fil-kuntest ta' inizjattivi analogi tal-Ġustizzja Elettronika jistgħu jkunu implimentati sistemi simili u l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-infrastruttura komuni, għalkemm dan mhuwiex speċifikat fil-Komunikazzjoni. Il-KEPD jissuġġerixxi li tkun iċċarata din ir-responsabbiltà fil-miżuri li jirriżultaw mill-Komunikazzjoni, għal raġunijiet ta' ċertezza legali. |
Proġetti tal-Ġustizzja Elettronika
|
34. |
L-anness jelenka serje ta' proġetti li għandhom ikunu żviluppati waqt il-ħames snin li ġejjin. L-ewwel proġett, l-Iżvilupp tal-paġni tal-Ġustizzja Elettronika, hu dwar il-portal tal-Ġustizzja Elettronika. L-azzjoni teħtieġ studju ta' fattibbiltà u l-iżvilupp tal-portal. Barra dan, hi teħtieġ implimentazzjoni ta' metodi ta' ġestjoni u informazzjoni onlajn fl-lingwi kollha tal-UE. It-tieni u t-tielet proġett huma dwar l-interkonnessjoni tar-rekords kriminali. Il-Proġett 2 hu dwar l-interkonnessjoni tar-rekords kriminali nazzjonali. Il-Proġett 3, jipprevedi l-ħolqien ta' reġistru Ewropew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li nstabu ħatja, flimkien ma' studju ta' fattibbiltà u l-preżentazzjoni ta' proposta leġislattiva. Il-KEPD jinnota li dan l-aħħar proġett mhuwiex imsemmi aktar fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, u jitħasseb jekk dan jirriflettix bidla fil-proġetti previsti tal-Kummissjoni jew sempliċement posponiment ta' dan il-proġett speċifiku. |
|
35. |
Il-Komunikazzjoni telenka wkoll tliet proġetti fil-qasam tal-iskambji elettroniċi u tliet proġetti fil-qasam tal-għajnuna għat-traduzzjoni. Ser jibda proġett pilota dwar il-kompilazzjoni gradwali ta' vokabularju legali multilingwi komparattiv. Proġetti relevanti oħra huma relatati mal-ħolqien ta' forom dinamiċi biex jakkumpanjaw lit-testi legali Ewropej kif ukoll irawmu l-użu tal-vidjokonferenzar mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Finalment, bħala parti mill-forums tal-Ġustizzja Elettronika, ser isiru laqgħat annwali dwar temi tal-Ġustizzja Elettronika u ser ikun żviluppat taħriġ tal-professjoni legali fil-kooperazzjoni ġudizzjarja. Il-KEPD jissuġġerixxi li laqgħat u taħriġ bħal dawn jagħtu attenzjoni suffiċjenti lil-liġijiet u lill-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
36. |
L-anness għalhekk jipprevedi firxa wiesgħa ta' għodod Ewropej, bil-ħsieb li jkun iffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-atturi fi Stati Membri differenti. Fost dawn l-għodod, il-portal tal-Ġustizzja Elettronika ser ikollu rwol importanti, li għalih ser tkun responsabbli prinċipalment il-Kummissjoni. |
|
37. |
Karatteristika komuni ta' bosta minn dawn l-għodod ser tkun li l-informazzjoni, u d-data personali, ser ikunu skambjati u ġestiti minn atturi differenti fil-livell kemm nazzjonali u kemm tal-UE, li huma soġġetti għal obbligi tal-protezzjoni tad-data u għal awtoritajiet superviżorji stabbiliti abbażi tad-Direttiva 95/46/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. F'dan ir-rigward, kif il-KEPD diġà għamilha ċara fl-opinjoni tiegħu dwar is-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) (18), hu essenzjali li jkun żgurat li r-responsabbiltajiet rigward il-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data tkun żgurata b'mod effiċjenti u mingħajr interruzzjonijiet. |
|
38. |
Dan bażikament jeħtieġ fuq naħa l-waħda li r-responsabbiltajiet għall-ipproċessar tad-data personali f'dawn is-sistemi jkunu ddefiniti u allokati b'mod ċar; fuq in-naħa l-oħra, li fejn meħtieġ ikunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti – speċjalment rigward is-superviżjoni. |
|
39. |
L-użu ta' teknoloġiji ġodda hu wieħed mill-punti prinċipali tal-inizjattivi tal-Ġustizzja Elettronika: l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali, l-iżvilupp tal-firma elettronika, in-netwerks sikuri, il-pjattaformi għal skambju virtwali u l-użu msaħħaħ tal-vidjokonferenzar ser ikunu elementi essenzjali ta' inizjattiva tal-Ġustizzja Elettronika matul is-snin li ġejjin. |
|
40. |
F'dan il-kuntest, hu essenzjali li l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data jkunu kkunsidrati fl-istadju l-aktar bikri possibbli u jitwaħħdu fl-arkitettura tal-għodod previsti. B'mod partikolari, kemm l-arkitettura tas-sistema u kemm l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà adegwati huma speċjalment importanti. Dan l-approċċ ta' privatezza fid-disinn (privacy-by design) ikun jippermetti li l-inizjattivi relevanti tal-Ġustizzja Elettronika jipprevedu għal ġestjoni effettiva tad-data personali waqt li tkun żgurata konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tal-iskambji tad-data bejn awtoritajiet differenti. |
|
41. |
Barra dan, il-KEPD jissottolinja li l-għodod teknoloġiċi għandhom jintużaw mhux biss biex ikun żgurat l-iskambju tal-informazzjoni, iżda wkoll biex jittejbu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. F'din il-perspettiva, il-KEPD jilqa' li l-Komunikazzjoni tirreferi għall-possibbiltà li ċ-ċittadini jitolbu r-rekords kriminali onlajn tagħhom u fil-lingwa tal-għażla tagħhom (19). Rigward din il-kwistjoni, il-KEPD ifakkar li hu laqa', fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-iskambju tar-rekords kriminali, il-possibbiltà li l-persuna kkonċernata titlob informazzjoni dwar ir-rekords kriminali tagħha lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru, previst li dik il-persuna kkonċernata hi jew kienet residenti jew ċittadin tal-Istat Membru rikjest jew rikjedenti. L-idea li bħala “one-stop-shop” tintuża l-awtorità li hi l-eqreb lejn il-persuna kkonċernata tressqet ukoll mill-KEPD fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-KEPD jinkoraġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli miexja aktar 'il quddiem fl-istess triq, billi trawwem għodod teknoloġiċi – u, b'mod partikolari, aċċess onlajn – li jippermetti liċ-ċittadini biex ikunu f'kontroll aħjar tad-data personali anke meta jiċċaqilqu bejn Stati Membri differenti. |
VI. KONKLUŻJONIJIET
|
42. |
Il-KEPD jappoġġja l-proposta preżenti biex tkun stabbilita Ġustizzja Elettronika u jirrakkomanda li jittieħed kont tal-osservazzjonijiet magħmula f'din l-opinjoni, li tinkludi:
|
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Peter HUSTINX
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31, Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13 Volum 015 P. 355-374.
(2) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1., Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13 Volum 26 P. 102-124.
(3) Dok. 10393/07 JURINFO 21.
(4) Ara l-Abbozz tar-rapport tal-Parlament Ewropew, Kumitat għall-Affarijiet Legali
(5) Ara, b'mod partikolari, is-sistema ECRIS, imsemmija hawn isfel.
(6) Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Dokument li jakkumpanja l-Komunikazzjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “Lejn strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika” – Taqsira eżekuttiva tal-valutazzjoni tal-impatt, 30.5.2008, SEC(2008) 1944.
(7) Ara l-opinjoni tal-KEPD dwar l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/XX/ĠAI, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-KEPD, www.edps.europa.eu “konsultazzjoni” u mbagħad “opinjonijiet”, “2008”.
(8) Il-pubblikazzjoni fil-ĠU għadha pendenti.
(9) Ara n-nota 4 f'qiegħ il-paġna, § 18.
(10) ĠU C 89, 10.4.2008, p. 4.
(11) ĠU C 91, 19.4.2006, p. 53. Ara wkoll il-Kummenti tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data Ewropej, Brussell, 10.3.2006.
(12) ĠU C 91, 26.4.2007, p. 9.
(13) Ara hawn fuq, kapitolu IV.
(14) Ara l-opinjoni tal-KEPD dwar l-ECRIS, il-punti 8 u 37-38.
(15) Dwar dan, ara hawn isfel § 27-28.
(16) Ara b'mod partikolari l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE u 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(17) Ara § 39-40 tal-opinjoni tal-KEPD dwar l-ECRIS.
(18) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 1
(19) Ara p. 6 tal-Komunikazzjoni.
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/20 |
Abbozz ta' Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali.
2009/C 128/03
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mibgħut lill-KEPD (Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) fit-2 ta’ Lulju 2008.
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Il-proposta għal Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
|
1. |
Fit-2 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (minn hawn 'il quddiem: “il-proposta”) (1). Il-proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni, konformement mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
|
2. |
Il-proposta timmira li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-provvista ta' kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE, għal dawk l-okkażjonijiet meta l-kura li jkunu qed ifittxu l-pazjenti tkun ipprovduta fi Stat Membru ieħor barra minn pajjiżhom. Dan huwa strutturat madwar tliet oqsma prinċipali:
|
|
3. |
L-objettivi ta' dan il-qafas huma tnejn: li tkun ipprovduta biżżejjed ċarezza dwar id-drittijiet għar-rimbors ta' kura tas-saħħa pprovduta fi Stati Membri oħrajn, u biex ikun żgurat li r-rekwiżiti meħtieġa għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, sikura u effiċjenti jkunu żgurati wkoll għall-kura transkonfinali. |
|
4. |
L-implimentazzjoni ta' skema tas-saħħa transkonfinali tirrikjedi l-iskambju tad-data personali rilevanti li tirrelata mas-saħħa (minn hawn 'il quddiem: “data dwar is-saħħa”) tal-pazjenti bejn l-organizzazzjonijiet awtorizzati u l-professjonisti tas-saħħa tal-Istati Membri differenti. Din id-data hija meqjusa sensittiva u taqa' taħt ir-regoli aktar stretti tal-protezzjoni tad-data kif imniżżla fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE dwar kategoriji speċjali ta' data. |
Konsultazzjoni tal-KEPD
|
5. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat dwar din il-kwistjoni u li qed issir referenza għal din il-konsultazzjoni fil-preambolu tal-proposta, f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
|
6. |
Hija l-ewwel darba li l-KEPD ġie kkonsultat formalment dwar proposta għal Direttiva fil-qasam tal-kura tas-saħħa. F'din l-Opinjoni, għalhekk, x'uħud mir-rimarki li saru għandhom kamp ta' applikazzjoni aktar wiesa', u jindirizzaw kwistjonijiet ġenerali ta' protezzjoni tad-data personali fis-settur tal-kura tas-saħħa, li jistgħu jkunu applikabbli wkoll għal strumenti legali rilevanti oħrajn (vinkolanti jew mhumiex). |
|
7. |
Sa mill-bidu, il-KEPD jixtieq jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi tat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Fil-fatt, din il-proposta għandha tidher fil-kuntest tal-programm globali tal-KE għat-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini fis-soċjetà tal-informazzjoni. Inizjattivi oħrajn f'dan ir-rispett huma d-Direttiva u l-Komunikazzjoni previsti tal-Kummissjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi umani (2), ir-Rakkomandazzjoni dwar l-interoperabbiltà tar-rekords tas-saħħa elettroniċi (3), kif ukoll il-Komunikazzjoni prevista dwar it-telemediċina (4). Il-KEPD huwa inkwetat, madanakollu, mill-fatt li dawn l-inizjattivi relatati kollha mhumiex marbuta mill-qrib u/jew interkonnessi fil-qasam tal-privatezza u tas-sikurezza tad-data, li għalhekk qed itellfu l-adozzjoni ta' approċċ uniformi għall-protezzjoni tad-data fil-kura tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tal-użu tat-teknoloġiji tal-ICT l-ġodda. Bħala eżempju, fil-proposta attwali, għalkemm it-telemediċina hija msemmija b'mod espliċitu fil-Premessa 10 tad-Direttiva proposta, m'hemm l-ebda referenza għad-dimensjoni rilevanti tal-protezzjoni tad-data tal-Komunikazzjoni tal-KE. Barra minn hekk, għalkemm ir-rekords tas-saħħa elettroniċi huma mezz possibbli ta' komunikazzjoni transkonfinali tad-data dwar is-saħħa, m'hemm ipprovdut l-ebda rabta mal-kwistjonijiet ta' privatezza indirizzati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti (5). Dan jagħti l-impressjoni li għad m'hemmx perspettiva globali definita dwar il-privatezza fil-kura tas-saħħa u, f'xi każi din hija nieqsa kompletament. |
|
8. |
Dan huwa evidenti wkoll fil-proposta attwali, fejn il-KEPD jiddispjaċih jara li l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data mhumiex indirizzati f'termini konkreti. Ir-referenzi għall-protezzjoni tad-data jistgħu jinstabu, naturalment, imma dawn huma prinċipalment ta' natura ġenerali u ma jirriflettux b'mod adegwat il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-privatezza tal-kura tas-saħħa transkonfinali. |
|
9. |
Il-KEPD jixtieq jenfasizza li approċċ uniformi u sod għall-protezzjoni tad-data fl-istrumenti kollha tal-kura tas-saħħa proposti mhux biss jiżguraw id-dritt fondamentali taċ-ċittadini li jipproteġu d-data tagħhom, iżda jikkontribwixxu wkoll għal aktar żvilupp fil-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE. |
II. IL-PROTEZZJONI TAD-DATA FIL-KURA TAS-SAĦĦA TRANSKONFINALI
Kuntest ġenerali
|
10. |
L-aktar għan prominenti tal-Komunità Ewropea kien li jiġi stabbilit suq intern, żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment ħieles tal-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiċċaqalqu u jirrisjedu b'aktar faċilità fi Stati Membri oħrajn barra minn dak minn fejn joriġinaw naturalment wassal għal kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa. Għal dak il-għan, lura fis-snin disgħin, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iffaċċjata, fil-kuntest tas-suq intern, b'mistoqsijiet dwar il-possibbiltà tar-rimbors tal-ispejjeż mediċi li jsiru fi Stat Membru ieħor. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikkonoxxiet li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi, kif stabbilit fl-Artikolu 49 tat-Trattat tal-KE, tinkludi l-libertà għall-persuni li jiċċaqalqu għal Stat Membru sabiex jirċievu trattament mediku (6). Bħala konsegwenza, pazjenti li riedu jirċievu kura tas-saħħa transkonfinali ma setgħux aktar jiġu ttrattati b'mod differenti miċ-ċittadini fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom li rċevew l-istess trattament mediku mingħajr ma jaqsmu l-konfini. |
|
11. |
Dawn is-sentenzi tal-Qorti jinsabu fil-qalba tal-proposta attwali. Peress li l-każistika tal-Qorti hija bbażata fuq każi individwali, il-proposta attwali hija intenzjonata li ttejjeb iċ-ċarezza biex tiżgura applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva tal-libertajiet li wieħed jirċievi u jipprovdi servizzi tas-saħħa. Iżda, kif diġà ssemma, il-proposta hija wkoll parti minn programm aktar ambizzjuż bl-iskop li ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini fis-soċjetà tal-informazzjoni, fejn l-UE tara possibbilitajiet kbar għal titjib fil-kura tas-saħħa transkonfinali permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
|
12. |
Għal raġunijiet ovvji, l-istabbiliment ta' regoli għall-kura tas-saħħa transkonfinali hija kwistjoni delikata. Hija tmiss ma' qasam sensittiv li fih l-Istati Membri stabbilixxew sistemi nazzjonali diverġenti, pereżempju fir-rigward tal-assigurazzjoni u tar-rimbors tal-ispejjeż jew tal-organizzazzjoni tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, inklużi n-netwerks tal-informazzjoni u l-applikazzjonijiet tal-kura tas-saħħa. Għalkemm il-leġislatur Komunitarju fil-proposta attwali jikkonċentra biss fuq il-kura tas-saħħa transkonfinali, ir-regoli ser jinfluwenzaw tal-inqas il-mod li bih jiġu organizzati s-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. |
|
13. |
It-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa transkonfinali ser ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini. Madanakollu, fl-istess ħin dan ser jinkludi ċerti riskji għaċ-ċittadini wkoll. Ħafna problemi prattiċi li huma inerenti għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn in-nies minn pajjiżi differenti li jitkellmu b'lingwi differenti jridu jiġu solvuti. Peress li saħħa tajba hija ħaġa mill-iżjed importanti għal kull ċittadin, kwalunkwe riskju ta' komunikazzjoni ħażina u ta' ineżattezza sussegwenti għandu jiġi eskluż. M'hemmx għalfejn ngħidu li t-titjib tal-kura tas-saħħa transkonfinali, flimkien mal-użu tal-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni, għandu implikazzjonijiet kbar għall-protezzjoni tad-data personali. Skambju ta' data dwar is-saħħa aktar effiċjenti u frekwenti, iż-żieda fid-distanza bejn il-persuni u l-istanzi kkonċernati, il-liġijiet nazzjonali differenti li jimplimentaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data, iwasslu għal mistoqsijiet dwar is-sigurtà tad-data u ċ-ċertezza legali. |
Protezzjoni tad-data dwar is-saħħa
|
14. |
Irid jiġi enfasizzat li d-data dwar is-saħħa hija meqjusa bħala kategorija speċjali li tixirqilha protezzjoni ogħla. Bħalma ddikjarat riċentement il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kuntest tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem: “Il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari d-data medika, hija ta' importanza fundamentali biex persuna tkun tista' tgawdi d-dritt tagħha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja kif iggarantit mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni” (7). Qabel ma jiġu spjegati r-regoli aktar stretti għall-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa mniżżlin fid-Direttiva 95/46/KE, se niddedikaw ftit kliem għan-nozzjoni tad-“data dwar is-saħħa”. |
|
15. |
Id-Direttiva 95/46/KE ma tinkludix definizzjoni espliċita tad-data dwar is-saħħa. Normalment, tiġi applikata interpretazzjoni wiesgħa, li spiss tiddefinixxi d-data dwar is-saħħa bħala “data personali li għandha rabta ċara u mill-qrib mad-deskrizzjoni tal-istat tas-saħħa ta' persuna” (8). F'dan ir-rigward, id-data dwar is-saħħa normalment tinkludi data medika (pereżempju riferimenti mit-tobba u preskrizzjonijiet, rapporti ta' eżamijiet mediċi, testijiet tal-laboratorju, radjografiji, eċċ.), kif ukoll data amministrattiva u finanzjarja dwar is-saħħa (pereżempju dokumenti dwar dħul ta' pazjenti fl-isptarijiet, numri tas-sigurtà soċjali, skedi ta' appuntamenti mediċi, irċevuti tal-provvista ta' servizzi tal-kura tas-saħħa, eċċ.). Għandu jkun innotat li t-terminu “data medika” (9), xi kultant jintuża wkoll biex jirreferi għal data dwar is-saħħa, kif ukoll it-terminu “data dwar il-kura tas-saħħa” (10). F'din l-Opinjoni ser tintuża dejjem in-nozzjoni “data dwar is-saħħa”. |
|
16. |
Definizzjoni utli ta' “data dwar is-saħħa” hija prevista fl-ISO 27799: “kwalunkwe informazzjoni li tirrelata mas-saħħa fiżika jew mentali ta' individwu, jew mal-provvediment ta' servizz tas-saħħa lill-individwu, li tista' tinkludi: (a) informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvista ta' servizzi tas-saħħa; (b) informazzjoni dwar pagamenti jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; (c) numru, simbolu jew dettall assenjat lill-individwu li jidentifikah unikament għal raġunijiet ta' saħħa; (d) kwalunkwe informazzjoni dwar l-individwu miġbura waqt il-provvista ta' servizzi tas-saħħa lill-individwu; (e) informazzjoni li tkun ġejja mit-testijiet jew l-eżamijiet ta' parti mill-ġisem jew ta' sustanza tal-ġisem; u (f) l-identifikazzjoni ta' persuna (professjonist tal-kura tas-saħħa) bħala fornitur tal-kura tas-saħħa lill-individwu”. |
|
17. |
Il-KEPD jaqbel ħafna mal-adozzjoni ta' definizzjoni speċifika għat-terminu “data dwar is-saħħa” fil-kuntest tal-proposta attwali, li tkun tista' tintuża fil-futur f'testi legali rilevanti oħrajn tal-KE (ara t-Taqsima III hawn taħt). |
|
18. |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE jistabbilixxi r-regoli dwar l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data. Dawn ir-regoli huma aktar stretti minn dawk għall-ipproċessar ta' data oħra msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Dan diġà juri fejn l-Artikolu 8(1) jiddikjara espliċitament li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta', inter alia, data li tikkonċerna s-saħħa. Fil-paragrafi sussegwenti tal-Artikolu hemm diversi eċċezzjonijiet għal din il-projbizzjoni, iżda dawn huma aktar stretti mir-raġunijiet tal-ipproċessar ta' data normali kif imniżżel fl-Artikolu 7. Pereżempju, il-projbizzjoni ma tapplikax jekk is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha (Artikolu 8(2)(a)), kuntrarjament mill-kunsens bla ambigwità rekwiżit fl-Artikolu 7 sub (a) tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn dan, il-liġi tal-Istati Membri tista' tiddetermina li f'ċerti każi anke l-kunsens mogħti mis-suġġett tad-data ma jistax ineħħi l-projbizzjoni. It-tielet paragrafu tal-Artikolu 8 huwa ddedikat biss għall-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa. Skont dan il-paragrafu l-projbizzjoni tal-ewwel paragrafu ma tapplikax jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta' mediċina preventiva, dijanjosi medika, il-provvediment ta' kura jew trattament jew ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, u fejn din id-data tkun ipproċessata minn professjonist tas-saħħa soġġett bil-liġi nazzjonali jew bir-regoli stabbiliti mill-korpi kompetenti nazzjonali għall-obbligu tas-sigriet professjonali jew minn persuna oħra wkoll soġġetta għal obbligu ekwivalenti ta' segretezza. |
|
19. |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE jpoġġi ħafna enfasi fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jipprovdi salvagwardji adatti jew adegwati. L-Artikolu 8(4) pereżempju, jippermetti lill-Istati Membri li jżidu eċċezzjonijiet addizzjonali mal-projbizzjoni tal-ipproċessar ta' data sensittiva għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali, imma soġġett għall-provvediment ta' salvagwardji adatti. F'termini ġenerali dan jissottolinja r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jittrattaw l-ipproċessar ta' data sensittiva bħalma hi d-data dwar is-saħħa, b'attenzjoni speċjali. |
Protezzjoni tad-data dwar is-saħħa f'sitwazzjonijiet transkonfinali
|
20. |
L-Istati Membri għandhom ikunu konxji b'mod speċjali tar-responsabbiltà li għadha kif issemmiet ladarba jkun hemm inkwistjoni l-iskambju transkonfinali tad-data dwar is-saħħa. Kif imniżżel hawn fuq, l-iskambju transkonfinali tad-data dwar is-saħħa jżid ir-riskju tal-ipproċessar mhux preċiż jew illeġittimu tad-data. Naturalment dan jista' jkollu konsegwenzi negattivi kbar għas-suġġett tad-data. Kemm l-Istat Membru tal-affiljazzjoni (fejn il-pazjent huwa persuna assigurata) u l-Istat Membru fejn jingħata t-trattament (fejn il-kura tas-saħħa transkonfinali hija fil-fatt ipprovduta) huma involuti f'dan il-proċess u għalhekk jikkondividu din ir-responsabbiltà. |
|
21. |
Is-sigurtà tad-data dwar is-saħħa hija, f'dan il-kuntest, kwistjoni importanti. Fil-każ riċenti msemmi hawn fuq il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem applikat piż partikolari għall-kunfidenzjalità tad-data dwar is-saħħa: “Ir-rispett tal-kunfidenzjalità tad-data dwar is-saħħa huwa prinċipju vitali fis-sistemi legali tal-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni. Huwa kruċjali mhux biss ir-rispett lejn is-sens ta' privatezza ta' pazjent imma wkoll li tinżamm il-fiduċja tiegħu jew tagħha fil-professjoni medika u fis-servizzi tas-saħħa inġenerali” (11). |
|
22. |
Ir-regoli tal-protezzjoni tad-data, kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE, jirrikjedu wkoll li l-Istat Membru tal-affiljazzjoni għandu jipprovdi lill-pazjent b'informazzjoni adegwata, korretta u aġġornata dwar it-trasferiment tad-data personali tiegħu jew tagħha lejn Stat Membru ieħor, flimkien mal-iżgurar tat-trasferiment sikur tad-data lejn dan l-Istat Membru. L-Istat Membru tat-trattament għandu jiżgura wkoll li jirċievi din id-data b'mod sikur u li jipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni meta d-data tiġi fil-fatt ipproċessata, skont il-liġi nazzjonali tiegħu dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
23. |
Il-KEPD jixtieq jiċċara r-responsabbiltajiet kondiviżi tal-Istati Membri fil-proposta, waqt li jieħu kont ukoll tal-komunikazzjoni elettronika tad-data, speċjalment fil-kuntest tal-applikazzjonijiet ġodda tal-ICT, kif diskuss hawn taħt. |
|
24. |
It-titjib tal-iskambju ta' data dwar is-saħħa transkonfinali huwa stabbilit l-aktar permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Għalkemm l-iskambju ta' data fi skemi tal-kura tas-saħħa transkonfinali għadu jista' jsir fuq il-karta (pereżempju, il-pazjent jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor u jieħu miegħu d-data dwar is-saħħa rilevanti kollha tiegħu, bħall-eżamijiet tal-laboratorju, riferimenti tat-tobba, eċċ.), huwa intenzjonat b'mod ċar li minflok jintużaw mezzi elettroniċi. Il-komunikazzjoni elettronika tad-data dwar is-saħħa ser tkun appoġġata minn sistemi ta' informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa stabbiliti (jew li ser jiġu stabbiliti) fl-Istati Membri (fl-isptarijiet, fil-kliniċi, eċċ.), kif ukoll bl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda, bħall-applikazzjonijiet tar-rekords elettroniċi tal-kura tas-saħħa (li possibbilment joperaw permezz tal-Internet), kif ukoll għodod oħrajn bħall-karti tas-saħħa tal-pazjenti u tat-tobba. Naturalment huwa wkoll possibbli li jintużaw formoli ta' skambju bil-karta u elettroniċi flimkien, skont is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri. |
|
25. |
L-applikazzjonijiet tas-saħħa-elettronikalettronika u tat-telemediċina, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva proposta, ser jiddependu esklużivament fuq l-iskambju tad-data dwar is-saħħa elettronika (pereżempju, sinjali vitali, immaġini, eċċ.), normalment flimkien ma' sistemi ta' informazzjoni elettroniċi oħrajn dwar il-kura tas-saħħa li jeżistu fl-Istati Membri fejn isir it-trattament u tal-affiljazzjoni. Dan jinkludi sistemi li joperaw kemm abbażi ta' pazjent-ma'-tabib (pereżempju monitoraġġ u dijanjosi remoti), kif ukoll abbażi ta' tabib-ma'-tabib (pereżempju t-telekonsultazzjoni bejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa għal parir espert dwar każi tal-kura tas-saħħa speċifiċi). Applikazzjonijiet tal-kura tas-saħħa iktar speċifiċi oħrajn li jappoġġaw il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali globali jistgħu wkoll jiddependu biss fuq l-iskambju ta' data elettronika, pereżempju, preskrizzjoni elettronika (Preskrizzjoni-elettronika) jew riferiment elettroniku (Riferiment-elettroniku), li diġà qed jiġi implimentat fuq livell nazzjonali f'xi Stati Membri (12). |
Oqsma ta' tħassib fl-iskambju tad-data dwar is-saħħa transkonfinali
|
26. |
Meta jitqiesu l-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, flimkien mad-diversità eżistenti fis-sistemi ta' saħħa tal-Istati Membri, kif ukoll iż-żieda fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tas-saħħa-elettronikalettronika, iż-żewġ punti ta' tħassib li ġejjin iqumu fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali fil-kura tas-saħħa transkonfinali: a) il-livelli differenti ta' sigurtà li jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri għall-protezzjoni tad-data personali (f'termini ta' miżuri tekniċi u organizzattivi), u b) l-integrazzjoni tal-privatezza fl-applikazzjonijiet tas-saħħa-elettronikalettronika, speċjalment fi żviluppi l-ġodda. Barra minn hekk, aspetti oħra bħall-użu sekondarju tad-data dwar is-saħħa, speċjalment fil-qasam tal-produzzjoni tal-istatistika, għandhom mnejn ukoll ikollhom bżonn attenzjoni speċjali. Dawn il-kwistjonijiet huma analizzati aktar fil-fond fil-kumplament ta' din it-Taqsima. |
|
27. |
Minkejja l-fatt li d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE huma applikati b'mod uniformi fl-Ewropa, l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ċerti elementi jistgħu jkunu differenti minn pajjiż għall-ieħor, speċjalment f'oqsma fejn id-dispożizzjonijiet legali huma ġenerali u mħollija f'idejn l-Istati Membri. F'dan is-sens, qasam prinċipali ta' konsiderazzjoni hija s-sigurtà fl-ipproċessar, jiġifieri l-miżuri (tekniċi u organizzattivi) li l-Istati Membri jieħdu biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tad-data dwar is-saħħa. |
|
28. |
Għalkemm il-protezzjoni stretta tad-data dwar is-saħħa hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri kollha, attwalment m'hemmx definizzjoni aċċettata minn kulħadd ta' livell ta' sigurtà “adatt” għall-kura tas-saħħa fl-UE li tista' tiġi applikata fil-każ tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Għalhekk, pereżempju, sptar fi Stat Membru wieħed jista' jkun obbligat mir-regolamenti nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data biex jadotta miżuri ta' sigurtà speċifiċi (bħal pereżempju d-definizzjoni ta' politika ta' sigurtà u kodiċi ta' kondotta, regoli speċifiċi għall-outsourcing u l-użu ta' kuntratturi esterni, rekwiżiti ta' verifika, eċċ.) filwaqt li fi Stati Membri oħrajn dan jista' ma jkunx il-każ. Din l-inkonsistenza jista' jkollha impatt fuq l-iskambju tad-data transkonfinali, speċjalment meta tkun fil-forma elettronika, peress li ma tistax tingħata garanzija li d-data tkun assigurata (mil-lat tekniku u organizzattiv) fuq l-istess livell bejn Stati Membri differenti. |
|
29. |
Għalhekk, hemm il-ħtieġa ta' aktar armonizzazzjoni f'dan il-qasam, f'termini ta' definizzjoni ta' sett komuni ta' rekwiżiti ta' sigurtà għall-kura tas-saħħa li għandhom ikunu adottati b'mod uniformi mill-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri. Din il-ħtieġa definittivament taqbel mal-ħtieġa globali għal definizzjoni ta' prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-UE, kif imniżżlin fil-proposta. |
|
30. |
Dan għandu jsir b'mod ġeneriku, mingħajr impożizzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi fuq l-Istati Membri, imma li xorta waħda jistabbilixxu bażi għar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi, pereżempju, fl-oqsma tad-definizzjoni ta' politika tas-sigurtà, l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta' pazjenti u professjonisti tal-kura tas-saħħa, eċċ. Standards Ewropej u internazzjonali eżistenti (pereżempju ISO u CEN) dwar il-kura tas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll kunċetti tekniċi aċċettati sew u bbażati legalment (pereżempju l-firem elettroniċi (13) jistgħu jintużaw bħala pjan ta' azzjoni f'tentattiv bħal dan. |
|
31. |
Il-KEPD jappoġġa l-idea ta' armonizzazzjoni tas-sigurta tal-kura tas-saħħa fil-livell tal-UE u huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi rilevanti, anke minn issa fil-qafas tal-proposta attwali (ara Taqsima III hawn taħt). |
|
32. |
Il-privatezza u s-sigurtà għandhom ikunu parti mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe sistema ta' kura tas-saħħa, speċjalment applikazzjonijiet tas-saħħa-elettronikalettronika kif imsemmi f'din il-proposta (“privatezza skont id-disinn”). Dan ir-rekwiżit indisputabbli diġà ġie appoġġat f'dokumenti ta' politika rilevanti oħrajn (14), kemm ġenerali, kif ukoll speċifikament dwar il-kura tas-saħħa (15). |
|
33. |
Fil-qafas tal-interoperabbiltà tas-saħħa-elettronika diskussa fil-proposta, in-nozzjoni ta' “privatezza skont id-disinn” għandha tkun enfasizzata għal darb'oħra bħala bażi għall-iżviluppi kollha maħsuba. Din in-nozzjoni tapplika fuq diversi livelli differenti: organizzattiv, semantiku, tekniku.
|
|
34. |
Il-KEPD jidhirlu li l-qasam tal-preskrizzjonijiet elettroniċi jista' jservi bħala bidu għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti ta' privatezza u sigurtà fil-fażi tal-bidu nett ta' żvilupp (ara t-Taqsima III hawn taħt). |
|
35. |
Aspett ieħor li jista' jiġi kkunsidrat fil-qafas tal-iskambju tad-data dwar is-saħħa transkonfinali huwa l-użu sekondarju tad-data dwar is-saħħa u b'mod partikolari l-użu tad-data għal skopijiet statistiċi, kif diġà imniżżel fil-proposta attwali. |
|
36. |
Kif issemma qabel fil-punt 18, l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46 jipprevedi l-possibbiltà tal-użu sekondarju tad-data dwar is-saħħa. Madanakollu, dan l-ipproċessar ulterjuri għandu jsir biss għal raġunijiet ta' “interess pubbliku sostanzjali” u għandu jkun soġġett għal “salvagwardji adatti” mniżżlin fil-liġi nazzjonali jew skont deċiżjoni tal-awtorità ta' sorveljanza (16). Barra minn dan, fil-każ tal-ipproċessar tad-data statistika, kif imsemmi wkoll fl-opinjoni tal-KEPD dwar ir-regolament propost dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (17), iqum riskju addizzjonali mit-tifsira differenti li jista' jkollhom in-nozzjonijiet ta' “kunfidenzjalità” u “protezzjoni tad-data” fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data min-naħa l-waħda, u l-leġislazzjoni dwar l-istatistika min-naħa l-oħra. |
|
37. |
Il-KEPD jixtieq jissottolinja l-elementi ta' hawn fuq fil-kuntest tal-proposta attwali. Għandhom jiġu inklużi referenzi aktar espliċiti għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-użu sussegwenti tad-data dwar is-saħħa (ara t-Taqsima III hawn taħt). |
III. ANALIŻI DETTALJATA TAL-PROPOSTA
Id-dispożizzjonijiet tal-proposta dwar il-protezzjoni tad-data
|
38. |
Il-proposta tinkludi numru ta' referenzi għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza f'partijiet differenti tad-dokument, aktar speċifikament:
|
|
39. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-protezzjoni tad-data ttieħed fil-kont waqt it-tfassil tal-proposta u li qed isir tentattiv biex tintwera l-ħtieġa globali għall-privatezza fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-proposta dwar il-protezzjoni tad-data huma jew ġenerali wisq jew jirreferu għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri b'mod pjuttost selettiv u mxerred:
Barra minn dan, kif diġà msemmi fl-Introduzzjoni għal din l-Opinjoni, m'hemmx rabta u/jew referenza għall-aspetti ta' privatezza indirizzati fi strumenti legali tal-KE oħrajn (vinkolanti jew mhux vinkolanti) fil-qasam tal-kura tas-saħħa, b'mod speċjali fir-rigward tal-użu tal-applikazzjonijiet ġodda tal-ICT (bħat-telemediċina jew ir-rekords tas-saħħa elettroniċi). |
|
40. |
B'dan il-mod, għalkemm il-privatezza hija ġeneralment iddikjarata bħala rekwiżit tal-kura tas-saħħa transkonfinali, l-istampa globali għadha nieqsa, kemm f'termini ta' obbligi tal-Istati Membri, kif ukoll f'termini tal-partikolaritajiet introdotti permezz tan-natura transkonfinali tal-provvediment tas-servizz tal-kura tas-saħħa (f'kuntrast mal-provvediment tas-servizz tal-kura tas-saħħa nazzjonali). B'mod aktar speċifiku:
|
|
41. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 18, li jittratta l-ġbir tad-data għal skopijiet ta' statistika u monitoraġġ, iqajjem xi kwistjonijiet speċifiċi. L-ewwel paragrafu jirreferi għal “data statistika u data oħra addizzjonali”; barra minn hekk jirreferi fil-plural għal “skopijiet ta” monitoraġġ' u sussegwentement jelenka l-oqsma li huma soġġetti għal dawn l-iskopijiet ta' monitoraġġ, jiġifieri l-provvista tal-kura tas-saħħa transkonfinali, il-kura pprovduta, il-fornituri tagħha u l-pazjenti, l-ispejjeż u l-eżiti. F'dan il-kuntest, li diġà mhuwiex ċar biżżejjed, hemm referenza ġenerali għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, iżda m'hemmx imniżżlin rekwiżiti speċifiċi li jirrelataw mal-użu sussegwenti ta' data dwar is-saħħa kif imniżżel fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, it-tieni paragrafu fih l-obbligu bla kondizzjoni tat-trasferiment tal-ammonti kbar ta' data lill-Kummissjoni, tal-anqas fuq bażi annwali. Peress li m'hemmx referenza espliċita għall-valutazzjoni tal-ħtieġa ta' dan it-trasferiment, jidher li l-leġislatur tal-Komunità nnifsu diġà stabbilixxa l-ħtieġa ta' dawn it-trasferimenti lill-Kummissjoni. |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD
|
42. |
Sabiex l-elementi msemmija hawn fuq jiġu indirizzati b'mod adegwat, il-KEPD jipprovdi numru ta' rakkomandazzjonijiet, f'termini ta' ħames passi bażiċi għal emendi, kif deskritt hawn taħt. |
|
43. |
L-Artikolu 4 jiddefinixxi t-termini bażiċi wżati fil-proposta. Il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwa l-introduzzjoni ta' definizzjoni tad-data dwar is-saħħa f'dan l-Artikolu. Għandha tiġi applikata interpretazzjoni wiesgħa tad-data dwar is-saħħa, bħal dik deskritta fit-Taqsima II ta' din l-Opinjoni (il-punti 14 u 15). |
|
44. |
Il-KEPD jirrakkomanda wkoll bil-qawwa l-introduzzjoni fil-proposta ta' Artikolu speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data, li jista' jistabbilixxi d-dimensjoni globali tal-privatezza b'mod ċar u li jiftiehem. Dan l-Artikolu għandu a) jiddeskrivi r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri tal-affiljazzjoni u t-trattament, inkluż - fost oħrajn- il-ħtieġa tas-sigurtà tal-ipproċessar, u b) jidentifika l-oqsma prinċipali għal aktar żvilupp, jiġifieri l-armonizzazzjoni tas-sigurtà u l-integrazzjoni tal-privatezza fis-saħħa-elettronika. Għal dawn il-kwistjonijiet, jistgħu jsiru dispożizzjonijiet speċifiċi (fl-Artikolu propost), kif ippreżentat fit-tielet u r-raba' Pass hawn taħt. |
|
45. |
B'segwitu għall-emenda tat-tieni pass, il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta mekkaniżmu għad-definizzjoni ta' livell ta' sigurtà aċċettabbli komunement tad-data tal-kura tas-saħħa fuq livell nazzjonali, waqt li jittieħed kont tal-istandards tekniċi eżistenti f'dan il-qasam. Dan għandu jiġi rifless f'din il-proposta. Implimentazzjoni possibbli tista' tkun permezz tal-proċedura ta' Kumitat, peress li din hija deskritta diġà fl-Artikolu 19 u tapplika għal partijiet oħrajn tal-proposta. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw strumenti addizzjonali għall-produzzjoni ta' linji gwida rilevanti, inklużi l-partijiet interessati kollha kkonċernati, bħall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29 u l-KEPD. |
|
46. |
L-Artikolu 14 dwar ir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor jipprevedi l-iżvilupp ta' mudell ta' preskrizzjoni Komunitarja, li jappoġġa l-interoperabbiltà tal-Preskrizzjonijiet-elettroniċi. Din il-miżura għandha tiġi adottata permezz tal-proċedura ta' Kumitat, peress li din hija definita fl-Artikolu 19(2) tal-proposta. |
|
47. |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-mudell tal-Preskrizzjoni-elettronika propost jinkorpora l-privatezza u s-sigurtà, anke fid-definizzjoni semantika l-aktar bażika ta' dan il-mudell. Dan għandu jiġi msemmi espliċitament fl-Artikolu 14(2)(a). Mill-ġdid, l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha għandu importanza ewlenija. F'dan ir-rispett, il-KEPD jixtieq li jiġi infurmat, u jkun involut f'azzjonijiet ulterjuri li jittieħdu dwar din il-kwistjoni permezz tal-proċedura ta' Kumitat proposta. |
|
48. |
Sabiex ikun evitat ftehim ħażin, il-KEPD jinkoraġġixxi li n-nozzjoni “data addizzjonali oħra” fl-Artikolu 18(1) tkun kjarifikata. Barra minn hekk, l-Artikolu għandu jkun emendet fis-sens li jirreferi b'mod aktar espliċitu għar-rekwiżiti għall-użu sussegwenti ta' data dwar is-saħħa kif stipulat fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, l-obbligu li d-data kollha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni, imsemmi fit-tieni paragrafu, għandu jkun soġġett għal valutazzjoni tal-ħtieġa ta' trasferimenti bħal dawn għal skopijiet leġittimi li jkunu speċifikati minn qabel kif adatt. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
|
49. |
Il-KEPD jixtieq jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi tat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Huwa jesprimi xi tħassib, iżda, dwar il-fatt li l-inizjattivi tal-KE relatati mal-kura tas-saħħa mhumiex dejjem ikkoordinati tajjeb fir-rigward tal-użu tal-ICT, il-privatezza u s-sigurtà, u b'hekk qed itellfu l-adozzjoni ta' approċċ universali għall-protezzjoni tad-data fil-kura tas-saħħa. |
|
50. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li fil-proposta attwali hemm referenza għall-privatezza. Madanakollu, hemm bżonn ta' numru ta' emendi, kif spjegat fit-Taqsima III ta' din l-Opinjoni, sabiex jingħataw rekwiżiti ċari, kemm għall-Istati Membri tat-trattament u l-affiljazzjoni, kif ukoll biex id-dimensjoni tal-protezzjoni tad-data tal-kura tas-saħħa transkonfinali tkun indirizzata tajjeb:
|
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2008) 414 Finali. Jekk jogħġbok innota li Komunikazzjoni komplimentari dwar Qafas Komunitarju dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008) 415 finali) ġiet adottata wkoll fl-istess data. Madanakollu, peress li l-Komunikazzjoni hija biss ta' natura pjuttost ġenerali, il-KEPD għażel li jiffoka fuq id-Direttiva proposta.
(2) Imħabbra fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa (notifikata bid-dokument Nru C(2008)3282), ĠU L 190, 18.7.2008, p. 37.
(4) Imħabbra fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.
(5) Jidher biċ-ċar, f'dan is-sens, il-fatt li ma hi inkluża ebda referenza għall-privatezza jew il-protezzjoni tad-data fil-Komunikazzjoni msemmija fin-nota 1 f'qiegħ il-paġna, li hija intenzjonata biex tiddeskrivi qafas Komunitarju dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali.
(6) Ara l-Kawża 158/96, Kohll, [1998] ECR I-1931, paragrafu 34. Ara fost l-oħrajn ukoll il-Kawża C-157/99, Smits and Peerbooms [2001] ECR I-5473 u l-Kawża C-385/99, Müller-Fauré and Van Riet [2003] ECR I-12403.
(7) Ara Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) 17 ta' Lulju 2008, I v. Finlandja (appl. Nru 20511/03), para 38.
(8) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29 dwar l-ipproċessar tad-data personali li tirrelata mas-saħħa fir-rekords tas-saħħa elettroniċi (RSE), Frar 2007, GĦ 131, paragrafu II.2. Ara wkoll it-tifsira wiesgħa ta' “data personali”: Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29, Opinjoni 4/2007 dwar il-kunċett ta' data personali, GĦ 136.
(9) Kunsill tal-Ewropa, Rakkomandazzjoni Nru R(97)5 dwar il-protezzjoni ta' data medika.
(10) ISO 27799:2008 “Informatika tas-saħħa – Il-ġestjoni tas-sikurezza tal-informazzjoni tas-saħħa bl-użu tal-ISO/IEC 27002”.
(11) QEDB 17 ta' Lulju 2008, I v. Finlandja (appl. Nru 20511/03), para 38.
(12) Ir-Rapport eHealth tal-ERA, Lejn l-Istabbiliment ta' Żona Ewropea ta' Riċerka dwar is-Saħħa-elettronikalettronika, Kummissjoni Ewropea, Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Media, Marzu 2007, http://ec.europa.eu/information_society/activities/health/docs/policy/ehealth-era-full-report.pdf
(13) Direttiva Nru 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi, ĠU L 13 , 19.1.2000, p. 12-20.
(14) Il-KEPD u r-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku tal-UE, Dokument ta' Politika, KEPD, April 2008, http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/EDPS/Publications/Papers/PolicyP/08-04-28_PP_RTD_EN.pdf
(15) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa (notifikata bid-dokument Nru C(2008)3282), ĠU L 190, 18.7.2008, p. 37.
(16) Ara wkoll il-premessa 34 tad-Direttiva 95/46. Ara wkoll dwar dan il-punt l-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikolu 29 dwar l-EHR, imsemmija fil-punt 8 f'qiegħ il-paġna, f'p. 16.
(17) ĠU C 295, 7.12.2007, p. 1.
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/28 |
It-tieni opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)
2009/C 128/04
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
Sfond
|
1. |
Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta li temenda, fost l-oħrajn, id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, normalment imsejħa d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (1) (minn hawn ′il quddiem il-“Proposta” jew il-“Proposta tal-Kummissjoni”). Fl-10 ta' April 2008, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) adotta Opinjoni dwar il-Proposta tal-Kummissjoni fejn ipprovda rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-Proposta biex jipprova jgħin jiżgura li t-tibdiliet proposti jirriżultaw fl-aħjar protezzjoni possibbli tal-privatezza u d-data personali tal-individwi (“L-Ewwel Opinjoni tal-KEPD”) (2). |
|
2. |
Il-KEPD laqa′ l-ħolqien propost mill-Kummissjoni ta' sistema ta' notifika obbligatorja ta' ksur tas-sigurtà li teħtieġ li l-kumpanniji jinnotifikaw lill-individwi meta d-data personali tagħhom tkun ġiet kompromessa. Barra minn hekk, huwa faħħar ukoll id-dispożizzjoni l-ġdida li tippermetti li persuni ġuridiċi (pereżempju assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u fornituri ta' servizzi tal-Internet) jieħdu azzjoni kontra l-ispammers biex jissupplimentaw aktar l-għodod eżistenti fil-ġlieda kontra l-ispamm. |
|
3. |
Matul id-diskussjonijiet Parlamentari li ppreċedew l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, il-KEPD ta aktar pariri billi kkummenta fuq ċerti kwistjonijiet li tqajmu fir-rapporti abbozzati mill-kumitati tal-Parlament Ewropew li huma kompetenti għar-reviżjoni tad-Direttiva Servizz Universali (3) u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (“Kummenti”) (4). Il-Kummenti primarjament indirizzaw kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. |
|
4. |
Fl-24 ta' Settembru 2008, il-Parlament Ewropew (“PE”) adotta riżoluzzjoni leġislattiva dwar id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (“l-ewwel qari”) (5). Il-KEPD qies b'mod pożittiv diversi mill-emendi tal-PE li ġew adottati wara l-Opinjoni u l-Kummenti tal-KEPD imsemmija hawn fuq. Fost il-bidliet importanti kien hemm l-inklużjoni tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (jiġifieri kumpanniji li joperaw fuq l-Internet) fl-ambitu tal-obbligu li jinnotifikaw ksur tas-sigurtà. Il-KEPD laqa′ wkoll l-emenda li tippermetti lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi jressqu azzjonijiet għall-ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (mhux biss għal ksur tad-dispożizzjonjiet dwar l-ispamm kif propost inizjalment mill-Proposta tal-Kummissjoni). L-ewwel qari tal-Parlament kien segwit mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' proposta emendata dwar il-Privatezza Elettronika (minn hawn ′il quddiem il-“Proposta Emendata”) (6). |
|
5. |
Fis-27 ta' Novembru 2008, il-Kunsill laħaq ftehim politiku dwar reviżjoni tar-regoli dwar il-pakkett tat-telekomunikazzjoni, inkluża d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, li ser isir il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill (“Pożizzjoni Komuni”) (7). Il-Pożizzjoni Komuni ser tiġi nnotifikata lill-PE skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jista' jinvolvi l-proposta ta' emendi mill-PE. |
Fehmiet ġenerali dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill
|
6. |
Il-Kunsill immodifika l-elementi essenzjali tat-test tal-Proposta u ma aċċettax ħafna mill-emendi adottati mill-PE. Filwaqt li l-Pożizzjoni Komuni ċertament fiha elementi pożittivi, inġenerali, il-KEPD huwa mħasseb dwar il-kontenut tagħha, partikolarment peress li l-Pożizzjoni Komuni ma tinkorporax xi wħud mill-emendi pożittivi proposti mill-PE, il-Proposta Emendata jew l-opinjonijiet tal-KEPD u tal-Awtoritajiet Ewropej għall-Protezzjoni tad-Data li nħarġu permezz tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 (8). |
|
7. |
Għall-kuntrarju, f'diversi każijiet, id-dispożizzjonijiet fil-Proposta Emendata u l-emendi tal-PE, li joffru salvagwardji għaċ-ċittadini, ġew imħassra jew imdgħajfa sostanzjalment. B'riżultat, il-livell ta' protezzjoni mogħti lill-individwi fil-Pożizzjoni Komuni ġiet imdgħajfa sostanzjalment. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-KEPD issa qed joħroġ it Tieni Opinjoni, bit-tama li kif id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tkun għaddejja mill-proċess leġislattiv, jiġu adottati emendi ġodda li jerġgħu jistabbilixxu s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data. |
|
8. |
Din it-Tieni Opinjoni tiffoka fuq xi tħassib essenzjali u ma tirrepetix il-punti kollha li saru fl-Ewwel Opinjoni jew il-Kummenti tal-KEPD, li jibqgħu kollha validi. B'mod partikolari, din l-Opinjoni tiddiskuti l-punti li ġejjin:
|
|
9. |
Fl-indirizzar tal-kwistjonijiet ta' hawn fuq, din l-Opinjoni tanalizza l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill u tqabbilha mal-ewwel qari tal-PE u l-Proposta Emendata tal-Kummissjoni. L-Opinjoni tinkludi rakkomandazzjonijiet immirati lejn ir-razzjonalizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u l-iżgurar li d-Direttiva tkompli tipproteġi b'mod adegwat il-privatezza u d-data personali tal-individwi. |
II. ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IN-NOTIFIKA TA' KSUR TAS-SIGURTÀ
|
10. |
Il-KEPD jappoġġa l-adozzjoni ta' skema ta' notifika ta' ksur tas-sigurtà li skontha l-awtoritajiet u l-individwi jiġu notifikati meta d-data personali tagħhom tkun ġiet kompromessa (9). In-notifiki ta' ksur tas-sigurtà jistgħu jgħinu lill-individwi biex jieħdu l-passi meħtieġa għat-tnaqqis ta' kwalunkwe ħsara potenzjali li tirriżulta mill-kompromess. Barra minn hekk, l-obbligu li jintbagħtu notifiki li jinfurmaw dwar ksur tas-sigurtà jinkoraġġixxu lill-kumpanniji biex itejbu s-sigurtà tad-data u jsaħħu r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tad-data personali li għaliha huma responsabbli. |
|
11. |
Il-Proposta Emendata tal-Kummissjoni, l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill jirrappreżentaw tliet approċċi differenti għan-notifika ta' ksur tas-sigurtà li qed titqies bħalissa. Kull wieħed mit-tliet approċċi għandu aspetti pożittivi. Madankollu, il-KEPD jemmen li hemm lok għal titjib f'kull approċċ u jagħti parir li jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet deskritti hawn taħt meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-passi finali għall-adozzjoni ta' skema ta' ksur tas-sigurtà. |
|
12. |
Fl-analizzar tat-tliet skemi tan-notifika ta' ksur tas-sigurtà, hemm ħames punti kritiċi li għandhom jiġu kkunsidrati: (i) id-definizzjoni ta' ksur tas-sigurtà; (ii) l-entitajiet koperti mill-obbligu ta' notifika (“entitajiet koperti”); (iii) l-istandard li jirriżulta fl-obbligu ta' notifika; (iv) l-identifikazzjoni tal-entità responsabbli biex tiddetermina jekk ksur tas-sigurtà jilħaqx jew jonqosx milli jilħaq l-istandard, u (v) ir-riċevituri tan-notifika. |
Sintesi tal-approċċi tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-PE
|
13. |
Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill kollha adottaw approċċi diversi għan-notifika ta' ksur tas-sigurtà. L-ewwel qari tal-PE mmodifika l-iskema oriġinali ta' notifika ta' ksur tas-sigurtà li tressqet fil-Proposta tal-Kummissjoni (10). Skont l-approċċ tal-PE, l-obbligu ta' notifika japplika mhux biss għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku iżda wkoll għall-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (“PPECS” u “ISSPs”). Barra minn hekk, skont dan l-approċċ il-ksur kollu fir-rigward tad-data personali jkollu jiġi nnotifikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti (flimkien “awtoritajiet”). Jekk l-awtoritajiet ikollhom jiddeterminaw li l-ksur huwa serju, huma jkunu jeħtieġu li l-PPECs u l-ISSPs jinnotifikaw lill-persuna affettwata mingħajr dewmien. F'każ ta' ksur li jirrappreżenta periklu imminenti u dirett, il-PPECS u l-ISSPs jinnotifikaw lill-individwi qabel ma jinnotifikaw lill-awtoritajiet u ma jistennewx deċiżjoni regolatorja. Eċċezzjoni għall-obbligu ta' notifika lill-konsumaturi tkopri entitajiet li jistgħu juru lill-awtoritajiet li “ġew applikati miżuri tekniċi ta' protezzjoni adatti” li jrendu d-data mhux intelliġibbli għal kwalunkwe persuna li mhix awtorizzata li taċċessaha. |
|
14. |
Skont l-approċċ tal-Kunsill, in-notifika għandha tingħata kemm lill-abbonati kif ukoll lill-awtoritajiet, iżda biss f'każijiet fejn l-entità koperta tqis li l-ksur jirrappreżenta riskju serju għall-privatezza tal-abbonat (jiġifieri serq jew frodi tal-identità, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew dannu għar-reputazzjoni). |
|
15. |
Il-Proposta Emendata tal-Kummissjoni żżomm l-obbligu tal-PE li l-awtoritajiet jiġu nnotifikati dwar kull ksur. Madankollu, b'kuntrast għall-approċċ tal-PE, il-Proposta Emendata tinkludi eċċezzjoni għall-ħtieġa ta' notifika fir-rigward ta' individwi kkonċernati fejn il-PPEC juri lill-awtorità kompetenti li (i) mhuwiex “raġonevolment probabbli” li tirriżulta l-ebda ħsara (p.e., telf ekonomiku, ħsara soċjali jew serq tal-identità) bħala riżultat tal-ksur jew (ii) ġew applikati “miżuri ta' protezzjoni teknoloġiċi xierqa” għad-data kkonċernata mill-ksur. Għalhekk, l-approċċ tal-Kummissjoni jinkludi analiżi bbażata fuq il-ħsara inkonessjoni ma' notifiki individwali. |
|
16. |
Huwa importanti li jkun innotat li skont l-approċċi tal-PE (11) u tal-Kummissjoni, huma l-awtoritajiet li fl-aħħar nett għandhom ir-responsabbiltà li jiddeterminaw jekk il-ksur huwiex serju jew huwiex raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara. B'kuntrast, skont l-approċċ tal-Kunsill, id-deċiżjoni tkun ir-responsabbiltà tal-entitajiet ikkonċernati. |
|
17. |
Kemm l-approċċi tal-Kunsill kif ukoll dawk tal-Kummissjoni japplikaw biss għall-PPECS, u mhux, għall-ISSPs, kif jagħmel l-approċċ tal-PE. |
Id-definizzjoni ta' ksur tas-sigurtà
|
18. |
Il-KEPD bi pjaċir jinnota li t-tliet proposti leġislattivi fihom l-istess definizzjoni ta' notifika ta' ksur tas-sigurtà, li hija deskritta bħala “ta' ksur dwar […] sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, il-kxif ta' jew l-aċċess għal dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni, imxandra, maħżuna jew ipproċessata xort′oħra […]” (12). |
|
19. |
Kif deskritt aktar hawn taħt, din id-definizzjoni tintlaqa′ tajjeb dment li tkun wiesgħa biżżejjed biex tkopri l-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet rilevanti li fihom tista' tkun ġustifikata notifika ta' ksur tas-sigurtà. |
|
20. |
L-ewwel nett, id-definizzjoni tinkludi każijiet fejn ikun seħħ aċċess mhux awtorizzat għal data personali minn parti terza, bħall-hacking ta' server li jkun fih data personali u l-ġbir ta' tali informazzjoni. |
|
21. |
It-tieni nett, din id-definizzjoni tinkludi wkoll sitwazzjonijiet fejn kien hemm telf jew żvelar ta' data personali, waqt li jkun għad irid jintwera li seħħ aċċess mhux awtorizzat. Dan jinkludi sitwazzjonijiet bħal fejn id-data personali tista' tkun intilfet (p.e. CD-ROMs, USB drives u tagħmir portabbli ieħor), jew tkun saret disponibbli għall-pubbliku minn utenti regolari (fajl ta' data dwar l-impjegat ikun sar disponibbli temporanjament u involontarjament fi spazju aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Internet). Peress li spiss ma jkun hemm l-ebda evidenza li turi li tali data tista' jew ma tistax, f'xi ħin jew ieħor, tkun aċċessata jew użata minn partijiet terzi mhux awtorizzati, jidher li huwa adatt li dawn il-każijiet jiġu inklużi fl-ambitu tad-definizzjoni. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li tinżamm din id-definizzjoni. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li d-definizzjoni ta' ksur tas-sigurtà tiġi inkluża fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, peress li dan ikun aktar konsistenti mal-istruttura ġenerali tad-Direttiva u jipprovdi aktar ċarezza. |
Entitajiet li għandhom ikunu koperti mill-obbligu ta' notifika
|
22. |
L-obbligu ta' notifika skont l-approċċ tal-PE japplika kemm għall-PPECS kif ukoll għall-ISSPs. Madankollu, skont l-iskemi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-PPECS bħall-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni u l-fornituri tal-aċċess għall-Internet biss ser ikunu obbligati li jinnotifikaw individwi fejn dawn iġarrbu ksur tas-sigurtà li jwassal għall-kompromess ta' data personali. Setturi oħra ta' attività, pereżempju, banek online, bejjiegħa bl-imnut online, fornituri ta' servizzi tas-saħħa online u oħrajn li mhumiex marbutin b'dan l-obbligu. Għar-raġunijiet żviluppati hawn taħt, il-KEPD jemmen li minn perspettiva ta' politika pubblika huwa kritiku li jiġi żgurat li s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jinkludu negozji online, banek online, fornituri ta' servizzi tas-saħħa online eċċ. ikunu koperti wkoll bil-ħtieġa ta' notifika. |
|
23. |
L-ewwel nett, il-KEPD jinnota li għalkemm il-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni huma ċertament il-mira ta' ksur tas-sigurtà li jiġġustifika obbligu ta' notifika, l-istess jgħodd għal tipi oħra ta' kumpanniji/fornituri. Bejjiegħa bl-imnut online, banek online, spiżeriji online, x'aktarx iġarrbu l-istess ammont ta' ksur tas-sigurtà daqs kumpanniji tat-telekomunikazzjoni, jekk mhux aktar. Għalhekk, il-konsiderazzjonijiet tar-riskju mhumiex ibbilanċjati favur li jiġi limitat l-ambitu tal-ħtieġa ta' notifika ta' ksur għall-PPECS. Il-ħtieġa għal approċċ usa′ tidher mill-esperjenza ta' pajjiżi oħra. Pereżempju, fl-Istati Uniti kważi l-Istati kollha (aktar minn 40 f'dan il-punt) daħħlu fis-seħħ liġijiet dwar in-notifika ta' ksur tas-sigurtà li għandhom kamp ta' applikazzjoni usa′, u jkopru mhux biss il-PPECS iżda kwalunkwe entità li żżomm id-data personali meħtieġa. |
|
24. |
It-tieni nett, filwaqt li ksur tat-tipi ta' data personali pproċessati regolarment mill-PPECS ovvjament jista' jkollu effett fuq il-privatezza ta' individwu, l-istess japplika, jekk mhux aktar, għat-tipi ta' informazzjoni personali pproċessati mill-ISSPs. Ċertament, il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jista' jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni kunfidenzjali ħafna (eż. dettalji tal-kontijiet tal-bank), li l-iżvelar tagħha jista' jippermetti l-użu għal finijiet ta' serq tal-identità. Minbarra dan, l-iżvelar ta' informazzjoni sensittiva ħafna dwar is-saħħa minn servizzi tas-saħħa online jista' jkun ta' ħsara partikolari għall-individwi. Għalhekk, it-tipi ta' data personali li jistgħu jiġu kompromessi jitolbu wkoll applikazzjoni usa′ tan-notifika ta' ksur tas-sigurtà li tkun tinkludi, mill-inqas, l-ISSPs. |
|
25. |
Tqajmu xi kwistjonijiet legali kontra t-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-artikolu, jiġifieri l-entitajiet koperti minn din il-ħtieġa. B'mod partikolari, il-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jikkonċerna biss il-PPECS tressaq bħala ostakolu għall-applikazzjoni tal-obbligu li l-ISSPs jiġu nnotifikati wkoll. |
|
26. |
F′dan il-kuntest, il-KEPD jixtieq ifakkar li: (i) Ma hemm ċertament l-ebda ostakolu legali għall-inklużjoni ta' atturi oħra li mhumiex PPECS fil-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-direttiva. Il-leġislatur Komunitarju għandu diskrezzjoni sħiħa f'dan ir-rigward. (ii) Hemm preċedenti oħra fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika eżistenti għall-applikazzjoni għal entitajiet oħra li mhumiex PPECS. |
|
27. |
Pereżempju, l-Artikolu 13 japplika mhux biss għall-PPECS iżda għal kwalunkwe kumpannija li tibgħat komunikazzjonijiet mhux mitluba, u jeħtieġ il-kunsens opt-in minn qabel biex dan isir. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, li jipprojbixxi inter alia l-ħżin ta' informazzjoni bħal cookies fit-tagħmir tat-terminal ta' utent, jorbot mhux biss lill-PPECS iżda wkoll lil kull min jipprova jaħżen informazzjoni jew jikseb aċċess għal informazzjoni maħżuna fit-tagħmir tat-terminal ta' individwi. Barra minn hekk, fil-proċess leġislattiv attwali, il-Kummissjoni saħansitra pproponiet it-twessigħ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) meta teknoloġiji simili (cookies/spyware) mhux biss jinbagħtu permezz ta' sistemi ta' komunikazzjoni elettronika iżda permezz ta' kwalunkwe metodu ieħor possibbli (distribuzzjoni permezz ta' downloads mill-Internet jew permezz ta' mezzi esterni ta' ħżin tad-data bħal CD-ROMs, USB sticks, flash drives, eċċ.). Dawn l-elementi kollha jintlaqgħu tajjeb u għandhom jinżammu, iżda jistabbilixxu wkoll preċedenti rilevanti għad-diskussjoni attwali dwar il-kamp ta' applikazzjoni. |
|
28. |
Barra minn hekk, fil-proċess leġislattiv attwali l-Kummissjoni u l-PE u x'aktarx il-Kunsill, ipproponew Artikolu 6.6 (a) ġdid, diskuss hawn taħt, li japplika għal entitajiet oħra li mhumiex PPECS. |
|
29. |
Fl-aħħar nett, b'kont meħud tal-elementi pożittivi komprensivi derivati mill-obbligu li jiġi nnotifikat ksur tas-sigurtà, huwa probabbli li ċ-ċittadini jistennew dawn il-benefiċċji meta d-data personali tagħhom tkun ġiet kompromessa mhux biss mill-PPECS iżda wkoll mill-ISSPs. L-aspettativi taċ-ċittadini jistgħu ma jintlaħqux jekk, pereżempju, ma dawn jiġux notifikati meta bank online ikun tilef l-informazzjoni dwar il-kont bankarju tagħhom. |
|
30. |
B′konklużjoni, il-KEPD hu konvint li l-benefiċċji sħaħ tan-notifika ta' ksur tas-sigurtà jinkisbu aħjar biss jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-entitajiet koperti jinkludi kemm il-PPECS kif ukoll l-ISSPs. |
L-istandard li jinstiga n-notifika
|
31. |
Rigward l-instigatur tan-notifika, kif imfisser aktar hawn taħt, il-KEPD huwa tal-fehma li l-istandard “raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara” tal-Proposta Emendata huwa l-aktar standard adatt mit-tlieta proposti. Madankollu, huwa importanti li jiġi żgurat li “ħsara” tkun wiesgħa biżżejjed biex tkopri l-każijiet rilevanti kollha ta' effetti negattivi fuq il-privatezza jew interessi leġittimi oħra tal-individwi. Altrimenti, ikun preferibbli li jinħoloq standard ġdid li skontu n-notifika tkun obbligatorja “jekk ikun raġonevolment probabbli li l-ksur jikkawża effetti ħżiena għall-individwi”. |
|
32. |
Kif deskritt fil-qosor fit-taqsima preċedenti, il-kondizzjonijiet li taħthom għandha tiġi pprovduta notifika lill-individwi (imsejħa “l-instigatur” jew “standard”) ivarjaw taħt l-approċċi tal-PE, il-Kummissjoni u l-Kunsill. Ovvjament, il-volum tan-notifiki li individwi jirċievu, ser jiddependi, fil-parti l-kbira, fuq l-instigatur jew l-istandard stabbilit għan-notifika. |
|
33. |
Skont l-iskemi tal-Kunsill u l-Kummissjoni, in-notifika għandha tiġi pprovduta jekk il-ksur jirrappreżenta “ksur serju tal-privatezza tal-abbonat” (Kunsill) u jekk “ikun raġonevolment probabbli li ssir ħsara lill-konsumatur bħala riżultat tal-ksur” (Kummissjoni). Skont l-iskema tal-PE, l-instigatur tan-notifika huwa “l-gravità tal-ksur” (jiġifieri l-individwi għandhom jiġu nnotifikati jekk il-ksur jitqies li jkun “serju”). Ma tkunx meħtieġa notifika f'livell anqas minn dan il-limitu minimu (13). |
|
34. |
Il-KEPD jifhem li jekk data personali tkun ġiet kompromessa, jista' jiġi argumentat li l-individwi li għalihom tappartjeni d-data huma intitolati li jkunu jafu dwar dan, tkun xi tkun iċ-ċirkostanza. Madankollu, huwa tajjeb li wieħed jaħseb jekk din hix soluzzjoni adatta fid-dawl ta' interessi u konsiderazzjonijiet oħra. |
|
35. |
Ġie ssuġġerit li obbligu biex jintbagħtu notifiki kull meta data personali tkun ġiet kompromessa, fi kliem ieħor mingħajr kwalunkwe limitu, tista' twassal għal sovranotifikazzjoni u “notice fatigue”, li jistgħu jirriżultaw f'desensizzazzjoni. Kif deskritt aktar hawn taħt, il-KEPD huwa sensittiv għal dan l-argument; madankollu, fl-istess ħin huwa jrid jenfasizza t-tħassib tiegħu li s-sovranotifikazzjoni tista' tkun indikatur possibbli ta' nuqqas ġenerali ta' prassi tas-sigurtà tal-informazzjoni. |
|
36. |
Kif imsemmi hawn fuq, il-KEPD jara l-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' sovranotifikazzjoni u jixtieq jgħin biex jiżgura li l-qafas legali adottat għal notifika ta' ksur tas-sigurtà ma jipproduċix dan ir-riżultat. Kieku l-individwi kellhom jirċievu notifiki frekwenti ta' ksur ukoll f'dawk is-sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda effett ħażin, ħsara jew periklu, nistgħu nispiċċaw biex indgħajfu wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-forniment ta' notifika peress li individwi jistgħu, ironikament, jinjoraw notifiki f'dawk il-każijiet fejn huma jkunu verament jeħtieġu jieħdu passi biex jipproteġu lilhom infushom. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm bilanċ tajjeb fl-għoti ta' notifika li jkollha sinifikat għaliex, jekk l-individwi ma jirreaġġixxux għan-notifiki li jirċievu, l-effikaċja tal-iskemi ta' notifika titnaqqas ħafna. |
|
37. |
Sabiex jiġi adottat standard adatt li ma jwassalx għal sovranotifikazzjoni, minbarra li jitqies l-instigatur għan-notifika, għandhom jitqiesu fatturi oħra, partikolarment, id-definizzjoni ta' ksur tas-sigurtà u l-informazzjoni koperta mill-obbligu ta' notifika. F'dan ir-rigward, il-KEPD jinnota li taħt it-tliet approċċi proposti, il-volum ta' notifiki jista' jkun għoli fid-dawl tad-definizzjoni wiesgħa ta' ksur tas-sigurtà diskussa hawn fuq. Dan it-tħassib dwar sovranotifikazzjoni huwa enfasizzat aktar minħabba l-fatt li d-definizzjoni ta' ksur tas-sigurtà tkopri kull tip ta' data personali. Għalkemm il-KEPD jikkunsidra li dan huwa l-approċċ korrett (li t-tipi ta' data personali soġġetti għan-notifika ma jkunux limitati), għall-kuntrarju ta' approċċi oħra bħal-liġijiet tal-Istati Uniti fejn il-ħtiġiet huma ffokati fuq is-sensittività tal-informazzjoni, madankollu dan huwa fattur li għandu jitqies. |
|
38. |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u b'kont meħud tal-fatturi varjabbli differenti kkunsidrati kollha flimkien, il-KEPD jikkunsidra li huwa adatt li jiżdied limitu minimu jew standard li taħtu ma jkunx obbligatorju li ssir notifika. |
|
39. |
L-istandards proposti, jiġifieri l-ksur jirrappreżenta “riskju serju għall-privatezza” jew huwa “raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara” t-tnejn jidhru li jinkludu, pereżempju, ħsara soċjali jew għar-reputazzjoni u telf ekonomiku. Pereżempju, dawn l-istandards ikunu jindirizzaw każijiet ta' espożizzjoni għal serq tal-identità permezz tar-rilaxx ta' identifikaturi mhux pubbliċi bħan-numri tal-passaporti, kif ukoll l-espożizzjoni ta' informazzjoni dwar il-ħajja privata ta' individwu. Il-KEDP jilqa′ dan l-approċċ. Huwa jinsab konvint li l-benefiċċji tan-notifika ta' ksur tas-sigurtà ma jinkisbux għal kollox jekk is-sistema ta' notifika tkopri biss ksur li jwassal għal ħsara ekonomika. |
|
40. |
Miż-żewġ standards proposti, il-KEPD jippreferi l-istandard tal-Kummissjoni “raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara”, għaliex din tipprovdi livell aktar adatt ta' protezzjoni lill-individwi. Ksur huwa aktar probabbli li jikkwalifika għan-notifika jekk ikun “raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara” lill-privatezza tal-individwi milli jekk ikollu jippreżenta “riskju serju” li ssir ħsara bħal din. Għalhekk, jekk ikun kopert biss ksur li jippreżenta riskju serju għall-privatezza tal-individwi, in-numru ta' ksur li jkollu jiġi notifikat ikun limitat konsiderevolment. Li jkun kopert biss ksur bħal dan jagħti ammont eċċessiv ta' diskrezzjoni lill-PPECS u l-ISSPs dwar jekk tkunx tinħtieġ notifika, peress li tkun ħafna eħfef għalihom li jiġġustifikaw konklużjoni li ma jeżisti l-ebda “riskju serju” ta' ħsara milli li l-ebda ħsara mhi “raġonevolment probabbli li sseħħ”. Filwaqt li sovranotifikazzjoni għandha ċertament tiġi evitata, meta jitqiesu l-fatturi kollha, il-benefiċċju tad-dubju għandu jingħata għall-protezzjoni tal-interessi tal-individwi, u l-individwi għandhom jiġu protetti mill-inqas meta ksur ikun raġonevolment probabbli li jikkawżalhom ħsara. Barra minn dan, it-terminu “raġonevolment probabbli” ser ikun aktar effettiv fil-prattika, kemm għal entitajiet koperti kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti, peress li jeħtieġ evalwazzjoni oġġettiva tal-każ u l-kuntest rilevanti tiegħu. |
|
41. |
Barra minn hekk, ksur ta' data personali jista' jikkawża ħsara li hija diffiċli tikkwantifikata u li tista' tvarja. Fil-fatt, l-iżvelar tal-istess tip ta' data jista' jikkawża ħsara sinifikanti lil individwu wieħed u inqas lil ieħor, skont iċ-ċirkostanzi individwali. Standard li jkun jeħtieġ li l-ħsara tkun materjali, sinifikanti jew serja ma jkunx adatt. Pereżempju, l-approċċ tal-Kunsill, li jeħtieġ li l-ksur jaffettwa serjament il-privatezza ta' persuna, ma jkunx jipprovdi protezzjoni adegwata lill-individwi peress li tali standard jeħtieġ li l-effett fuq il-privatezza jkun “serju”. Dan jagħti wkoll lok għal evalwazzjoni suġġettiva. |
|
42. |
Filwaqt li kif deskritt hawn fuq “raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara” jidher li huwa standard adatt għan-notifika ta' ksur tas-siġurtà, il-KEPD madankollu jibqa′ mħasseb li dan jista' ma jinkludix is-sitwazzjonijiet kollha fejn tkun ġustifikata notifika lill-individwi, jiġifieri s-sitwazzjonijiet kollha fejn huwa raġonevolment probabbli li jkun hemm effetti negattivi għall-privatezza jew id-drittijiet leġittimi l-oħra tal-individwi. Għal din ir-raġuni, jista' jiġi kkunsidrat standard li jkun jeħtieġ notifika “jekk ikun raġonevolment probabbli li l-ksur jikkawża effetti ħżiena għall-individwi”. |
|
43. |
Dan l-istandard alternattiv għandu l-benefiċċju addizzjonali ta' konsistenza mal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Tabilħaqq, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data spiss tirreferi għal effetti ħżiena fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Pereżempju, l-Artikolu 18 u l-Premessa 49 li jittrattaw l-obbligu ta' reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jawtorizzaw lill-Istati Membri li jkun hemm eżenzjoni minn dan l-obbligu fejn l-ipproċessar “aktarx li ma jkollux effett ħażin fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data”. Tintuża formulazzjoni simili fl-Artikolu 16.6 tal-Pożizzjoni Komuni sabiex persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jressqu azzjonijiet kontra l-ispammers. |
|
44. |
Barra minn hekk, b'kont meħud ta' dan ta' hawn fuq, wieħed jistenna wkoll li entitajiet koperti u partikolarment awtoritajiet kompetenti li jinfurzaw il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data jkunu aktar familjari mal-istandard ta' hawn fuq u b'hekk jiffaċilitaw il-valutazzjoni tagħhom dwar jekk ksur jilħaqx l-istandard meħtieġ. |
Entità li tiddetermina jekk ksur tas-sigurtà jilħaqx jew jonqosx milli jilħaq l-istandard
|
45. |
Skont l-approċċ tal-PE (ħlief f'każijiet ta' periklu imminenti) u l-Proposta Emendata tal-Kummissjoni, ser tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk ksur tas-sigurtà jilħaqx jew jonqosx milli jilħaq l-istandard li jinstiga d-dmir li l-individwi kkonċernati jiġu notifikati. |
|
46. |
Il-KEPD jemmen li l-involviment ta' awtorità għandu rwol importanti fid-determinazzjoni ta' jekk l-istandard jintlaħaqx jew le peress li dan huwa, sa ċertu punt, garanzija għall-applikazzjoni korretta tal-liġi. Tali sistema tista' tipprevjeni kumpanniji milli jivvalutaw b'mod mhux adatt il-ksur bħala mhux ta' ħsara/serju u b'hekk jevitaw li jinnotifikaw meta, fil-fatt, tali notifika tkun meħtieġa. |
|
47. |
Min-naħa l-oħra, il-KEPD jinsab imħasseb li sistema fejn l-awtoritajiet ikunu meħtieġa jwettqu l-valutazzjoni tista' ma tkunx prattika u tkun diffiċli li tiġi applikata, jew fil-prattika tista' tirriżulta li tkun kontraproduttiva. Tista' għalhekk anki tnaqqas is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data għall-individwi. |
|
48. |
Tabilħaqq, taħt approċċ bħal dan, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data x'aktarx jirċievu ammonti eċċessivi ta' notifiki ta' ksur tas-sigurtà u jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet serji fit-twettiq tal-valutazzjonijiet meħtieġa. Huwa importanti li wieħed jiftakar li sabiex issir valutazzjoni ta' jekk ksur jilħaqx l-istandard, l-awtoritajiet ser ikollhom jingħataw biżżejjed informazzjoni kunfidenzjali, spiss ta' natura teknika kumplessa, li huma jkollhom jipproċessaw fi żmien qasir ħafna. B'kont meħud tad-diffikultà tal-valutazzjoni u l-fatt li xi awtoritajiet għandhom riżorsi limitati, il-KEPD jibża′ li ser ikun diffiċli ħafna li l-awtoritajiet jikkonformaw ma' dan l-obbligu u jistgħu jieħdu r-riżorsi minn prijoritajiet importanti oħra. Barra minn hekk, tali sistema tista' tagħmel pressjoni żejda fuq l-awtoritajiet; tabilħaqq, jekk dawn jiddeċiedu li l-ksur ma jkunx serju u minkejja dan l-individwi jġarrbu ħsara, l-awtoritajiet jistgħu potenzjalment jinżammu responsabbli. |
|
49. |
Id-diffikultà ta' hawn fuq tidher akbar jekk wieħed jieħu kont li l-ħin huwa fattur ewlieni fil-minimizzazzjoni tar-riskji derivati mill-ksur tas-sigurtà. Dment li l-awtoritajiet ma jkunux jistgħu jagħmlu l-valutazzjoni f'limiti ta' żmien qosra ħafna, il-ħin addizzjonali meħtieġ mill-awtoritajiet biex jagħmlu tali valutazzjonijiet jista' jżid il-ħsara li jġarrbu l-individwi kkonċernati. Għalhekk, dan il-pass addizzjonali li huwa maħsub biex jipprovdi aktar protezzjoni għall-individwi jista' ironikament jirriżulta li joffri anqas protezzjoni minn sistemi bbażati fuq notifikazzjoni diretta. |
|
50. |
Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, il-KEPD jikkunsidra li jkun preferibbli li titwaqqaf sistema li biha huma l-entitajiet ikkonċernati li għandhom jagħmlu l-valutazzjoni dwar jekk il-ksur jilħaqx jew jonqosx milli jilħaq l-istandard, kif previst fl-approċċ tal-Kunsill. |
|
51. |
Madankollu, biex jiġu evitati riskji ta' abbuż possibbli, pereżempju ta' entitajiet li jonqsu milli jinnotifikaw f'ċirkostanzi fejn in-notifika tkun meħtieġa b'mod ċar, huwa tal-akbar importanza li jiġu inklużi ċerti salvagwardji għall-protezzjoni tad-data deskritti hawn taħt. |
|
52. |
L-ewwel nett, l-obbligu li japplika għall-entitajiet koperti biex iwettqu determinazzjonijiet dwar jekk għandhomx jinnotifikaw għandu ovvjament ikun akkumpanjat minn obbligu ieħor li jeħtieġ in-notifika mandatorja lill-awtoritajiet tal-ksur kollu li jilħaq l-istandard meħtieġ. F'dawk il-każijiet l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu meħtieġa li jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar il-ksur u r-raġunijiet tad-determinazzjoni tagħhom rigward in-notifika u l-kontenut ta' kwalunkwe notifika li tkun saret. |
|
53. |
It-tieni nett, l-awtoritajiet għandhom jingħataw rwol superviżorju reali. Fit-twettiq ta' dan ir-rwol, l-awtoritajiet għandhom jitħallew, iżda ma jkunux obbligati, li jinvestigaw iċ-ċirkostanzi tal-ksur u li jeħtieġu kwalunkwe azzjoni ta' rimedju li tista' tkun adatta (14). Dan għandu jinkludi mhux biss in-notifika ta' individwi (meta dan ikun għadu ma sarx) iżda wkoll l-abbiltà li jiġi impost obbligu li tittieħed linja ta' azzjoni għall-prevenzjoni ta' aktar ksur. L-awtoritajiet għandhom jingħataw setgħat u riżorsi effettivi f'dan ir-rigward, u l-awtoritajiet għandu jkollhom l-ispazju meħtieġ biex jiddeċiedu meta jirreaġixxu għal notifika ta' ksur tas-sigurtà. Fi kliem ieħor, dan ikun jippermetti lill-awtoritajiet li jkunu selettivi u li jagħmlu investigazzjonijiet ta', pereżempju, ksur ta' sigurtà kbir u li verament ikun ta' ħsara, fejn jivverifikaw u jinfurzaw konformità mal-ħtiġiet tal-liġi. |
|
54. |
Sabiex jinkiseb dan ta' hawn fuq, minbarra s-setgħat rikonoxxuti skont id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika bħall-Artikolu 15.a.3 u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-KEPD jirrakkomanda li jiddaħħal il-lingwaġġ li ġej: “Jekk l-abbonat jew l-individwu kkonċernat ma jkunx diġà ġie nnotifikat, l-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tkun ikkunsidrat in-natura tal-ksur, tista' teħtieġ lill-PPECS jew l-ISSP li jagħmlu dan”. |
|
55. |
Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-PE u l-Kunsill jikkonfermaw l-obbligu propost mill-PE (l-Emenda 122, artikolu 4.1.a) li l-entitajiet iwettqu valutazzjoni u identifikazzjoni tar-riskju fis-sistemi tagħhom u rigward id-data personali li huma bi ħsiebhom jipproċessaw. Abbażi ta' dan l-obbligu, l-entitajiet għandhom iħejju definizzjoni mfassla u preċiża tal-miżuri tas-sigurtà li jiġu applikati fil-każijiet tagħhom u li għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet. Jekk iseħħ ksur tas-sigurtà, dan l-obbligu jgħin lill-entitajiet koperti – u eventwalment lill-awtoritajiet ukoll fir-rwol superviżorju tagħhom – biex jiddeterminaw jekk il-kompromess ta' tali informazzjoni jistax jikkawża effetti ħżiena jew ħsara lill-individwi. |
|
56. |
It-tielet nett, l-obbligu li japplika għall-entitajiet koperti li jagħmlu determinazzjonijiet rigward jekk huma għandhomx jinnotifikaw individwi għandu jiġi akkumpanjat minn obbligu li jinżamm rekord intern tal-verifika dettaljat u komprensiv li jiddeskrivi kwalunkwe ksur li jkun sar u kwalunkwe notifika ta' dan kif ukoll kwalunkwe miżura li tittieħed biex jiġi evitat ksur futur. Dan ir-rekord intern tal-verifika għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet għar-reviżjoni u l-investigazzjoni possibbli tagħhom. Dan jippermetti lill-awtoritajiet biex iwettqu ir-rwol superviżorju tagħhom. Dan jista' jinkiseb bl-adozzjoni ta' lingwaġġ fuq il-linji li ġejjin: “Il-PPECS u l-ISSPs għandu jkollhom u jżommu rekords komprensivi li jagħtu dettalji tal-ksur tas-sigurtà kollu li jkun seħħ, l-informazzjoni teknika rileventi relatata ma' dan u l-azzjoni ta' rimedju li tkun ittieħdet. Ir-rekords għandu jkun fihom ukoll referenza għan-notifiki kollha maħruġa lill-abbonati jew lill-individwi kkonċernati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi d-data u l-kontenut tagħhom. Ir-rekords għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta din titlob hekk.” |
|
57. |
Ovvjament, sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni ta' dan l-istandard kif ukoll aspetti rilevanti oħra tal-qafas tal-ksur tas-sigurtà, bħall-format u l-proċeduri għan-notifika, ikun adatt li l-Kummissjoni tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni, wara li tikkonsulta mal-KEPD, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u partijiet interessati rilevanti oħra. |
Riċevituri tan-notifika
|
58. |
Rigward ir-riċevituri tan-notifiki, il-KEPD jippreferi t-terminoloġija tal-PE u tal-Kummissjoni minn dik tal-Kunsill. Tabilħaqq, il-PE biddel il-kelma “abbonati” għall-kelma “utenti”. Il-Kummissjoni tuża “abbonati” u “individwi kkonċernati”. Kemm il-lingwaġġ tal-PE kif ukoll dak tal-Kummissjoni jkun jinkludi bħala riċevituri tan-notifiki mhux biss l-abbonati attwali iżda wkoll l-abbonati preċedenti u partijiet terzi, bħall-utenti li jaħdmu ma' xi entitajiet koperti mingħajr ma jabbonaw magħhom. Il-KEPD jilqa′ dan l-approċċ u jappella lill-PE u lill-Kunsill biex iżommuh. |
|
59. |
Madankollu, il-KEPD jinnota numru ta' inkonsistenzi fir-rigward tat-terminoloġija fl-ewwel qari tal-PE li għandhom jitranġaw. Pereżempju, il-kelma “abbonati” nbidlet fil-parti l-kbira tal-każijiet, iżda mhux f'kollha, bil-kliem “utenti”, f'każijiet oħra bil-kelma “konsumaturi”. Dan għandu jiġi armonizzat. |
III. KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA DWAR IL-PRIVATEZZA ELETTRONIKA: NETWERKS PUBBLIĊI U PRIVATI
|
60. |
L-Artikolu 3.1 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika attwali jistabbilixxi l-entitajiet primarjament ikkonċernati mid-Direttiva, jiġifieri dawk li jipproċessaw data “f'konnessjoni mal-” provvista ta' servizzi pubbliċi ta' komunikazzjoni elettronika f'netwerks pubbliċi (imsejħa hawn fuq “PPECS”) (15). Eżempji ta' PPECS jinkludu l-provvista ta' aċċess għall-Internet, it-trasmissjoni ta' informazzjoni permezz ta' netwerks elettroniċi, konnessjonijiet mobbli u telefoniċi, eċċ. |
|
61. |
Il-PE għadda l-Emenda 121 li temenda l-Artikolu 3 tal-Proposta inizjali tal-Kummissjoni, li skontha l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika twessa′ biex jinkludi “l-ipproċessar ta' data personali konnessa mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament f’netwerks ta' komunikazzjoni pubblika u privata u netwerks privati pubblikament aċċessibbli fil-Komunità, […]” (l-Art. 3.1 Privatezza Elettronika). Sfortunatament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabuha diffiċli li jaċċettaw din l-emenda u għalhekk ma nkorporawx dan l-approċċ fil-Pożizzjoni Komuni u fil-Proposta Emendata. |
Applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika għal netwerks privati pubblikament aċċessibbli
|
62. |
Għar-raġunijiet imfissra hawn taħt u biex jgħin it-trawwim ta' kunsens, il-KEPD iħeġġeġ li tinżamm l-essenza tal-Emenda 121. Minbarra dan, il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi inkluża emenda biex tgħin il-kjarifika ulterjuri tat-tipi ta' servizzi li jkunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni mwessa′. |
|
63. |
In-netwerks privati spiss jintużaw biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bħall-aċċess għall-Internet lil numru mhux definit ta' persuni, li potenzjalment jista' jkun kbir. Dan huwa l-każ, pereżempju, fl-aċċess għall-Internet f'Internet cafes kif ukoll f'lokalitajiet Wi-Fi disponibbli f'lukandi, ristoranti, ajruporti, ferroviji u fi stabbilimenti oħra miftuħa għall-pubbliku fejn tali servizzi spiss jiġu pprovduti bħala komplement għal servizzi oħra (xorb, akkomodazzjoni, eċċ). |
|
64. |
Fl-eżempji kollha ta' hawn fuq, servizz ta' komunikazzjoni, pereżempju l-aċċess għall-Internet, isir disponibbli għall-pubbliku mhux permezz ta' netwerk pubbliku, iżda aktar permezz ta' dak li jista' jiġi kkunsidrat bħala wieħed privat, jiġifieri netwerk operat privatament. Barra minn hekk, għalkemm fil-każijiet ta' hawn fuq is-servizz ta' komunikazzjoni huwa pprovdut lill-pubbliku, minħabba li t-tip ta' netwerk użat huwa privat aktar milli pubbliku, il-provvista ta' dawn is-servizzi x'aktarx mhijiex koperta mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika kollha jew mill-inqas minn xi wħud mill-artikoli tagħha (16). B'riżultat, id-drittijiet fundamentali ta' individwi ggarantiti mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika mhumiex protetti f'dawn il-każijiet u tinħoloq sitwazzjoni legali żbilanċjata għall-utenti li jaċċessaw l-istess servizzi ta' aċċess għall-Internet permezz ta' mezzi ta' telekomunikazzjoni pubbliċi meta mqabbla ma' dawk li jaċċessawhom permezz ta' mezzi privati. Dan minkejja l-fatt li r-riskju għall-privatezza u d-data personali tal-individwi f'dawn il-każijiet kollha jeżisti fl-istess grad bħal meta jintużaw in-netwerks pubbliċi biex iwasslu s-servizz. Fil-qosor, ma jidhirx li hemm raġuni li tiġġustifika t-trattament differenti skont id-Direttiva ta' servizzi ta' komunikazzjoni pprovduti permezz ta' netwerk privat meta mqabbel ma' dawk ipprovduti permezz ta' netwerk pubbliku. |
|
65. |
Għalhekk, il-KEPD jappoġġa emenda, bħall-Emenda 121 tal-PE, li skontha d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tkun tapplika wkoll għall-ipproċessar ta' data personali f'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku f'netwerks ta' komunikazzjoni privati. |
|
66. |
Il-KEPD madankollu jagħraf li dan il-lingwaġġ jista' jwassal għal konsegwenzi imprevedibbli u possibbilment mhux intenzjonati. Fil-fatt, is-sempliċi referenza għal netwerks privati tista' tiġi interpretata li tkopri sitwazzjonijiet li b'mod ċar mhumiex intenzjonati li jkunu koperti mid-Direttiva. Pereżempju, jista' jiġi affermat li interpretazzjoni litterali jew stretta ta' dan il-lingwaġġ tista' tqiegħed lis-sidien tad-djar li jkollhom il-Wi-Fi (17), li jippermettu lil kull min huwa fil-qrib (normalment fid-dar) jikkonettja, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva; għalkemm din mhix l-intenzjoni tal-Emenda 121. Sabiex jiġi evitat dan l-eżitu, il-KEPD jissuġġerixxi li l-Emenda 121 tiġi fformulata mill-ġdid inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika “l-ipproċessar ta' data personali konnessa mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament f’netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi jew dawk privati pubblikament aċċessibbli fil-Komunità, …” |
|
67. |
Dan jgħin jikkjarifika li huma biss in-netwerks privati li huma aċċessibbli għall-pubbliku li jkunu koperti taħt id-Direttiva tal-Privatezza Elettronika. Bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika għal netwerks privati aċċessibbli għall-pubbliku biss (u mhux għan-netwerks privati kollha) jiġi stabbilit limitu sabiex id-Direttiva tkun tkopri biss servizzi ta' komunikazzjoni pprovduti f'netwerks privati li huma intenzjonalment aċċessibbli għall-pubbliku. Din il-formulazzjoni ser tgħin biex jiġi enfasizzat aktar li d-disponibbiltà tan-netwerk privat lill-membri tal-pubbliku inġenerali hija l-fattur ewlieni biex jiġi determinat jekk id-Direttiva tkunx tkopriha (minbarra l-provvista ta' servizz ta' komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku). Fi kliem ieħor, independentement minn jekk in-netwerk ikunx pubbliku jew privat, jekk in-netwerk isir intenzjonalment disponibbli għall-pubbliku sabiex jipprovdi servizz ta' komunikazzjoni pubblika, bħal aċċess għall-Internet, ukoll jekk tali servizz ikun komplementarju għal servizz ieħor (pereżempju akkomodazzjoni f'lukanda), dan it-tip ta' servizz/netwerk ikun kopert mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. |
|
68. |
Il-KEPD jinnota li l-approċċ appoġġat hawn fuq li skontu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jiġu applikati għal netwerks privati aċċessibbli għall-pubbliku huwa konsistenti mal-approċċi adottati f'diversi Stati Membri, fejn l-awtoritajiet diġà qiesu tali tipi ta' servizzi kif ukoll is-servizzi pprovduti f'netwerks purament privati fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (18). |
|
69. |
Għal aktar ċertezza legali rigward l-entitajiet koperti minn dan il-kamp ta' applikazzjoni l-ġdid, jista' jkun utli li tiġi inkluża emenda fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika li tiddefinixxi “netwerks privati aċċessibbli għall-pubbliku” li tkun taqra kif ġej “netwerk privat aċċessibbli għall-pubbliku tfisser netwerk operat privatament li għalih membri tal-pubbliku inġenerali normalment ikollhom aċċess fuq bażi bla restrizzjonijiet, kemm jekk bil-ħlas jew mingħajr jew flimkien ma' servizzi jew offerti oħra, soġġett għall-aċċettazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli.” |
|
70. |
Fil-prattika, l-approċċ ta' hawn fuq ikun ifisser li netwerks privati f'lukandi u stabbilimenti oħra li jipprovdu aċċess għall-Internet lill-pubbliku inġenerali permezz ta' netwerk privat ikunu koperti. Għall-kuntrarju, il-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni f'netwerks purament privati fejn is-servizz ikun ristrett għal grupp limitat ta' individwi identifikabbli ma tkunx koperta. Għalhekk, pereżempju, netwerks privati virtwali u djar ta' konsumaturi mgħammra bil-Wi-Fi, ma jkunux koperti b'din id-Direttiva. Lanqas ma jkunu koperti servizzi pprovduti permezz ta' netwerks purament korporattivi. |
Netwerks privati fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika.
|
71. |
L-esklużjoni ta' netwerks privati per se kif issuġġerit hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura temporanja li għandha tkun soġġetta għal aktar dibattitu. Tabilħaqq, meta minn naħa jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq il-privatezza tal-esklużjoni ta' netwerks purament privati u, min-naħa l-oħra, li din taffettwa numru kbir ta' persuni li normalment jaċċessaw l-Internet permezz ta' netwerks korporattivi, fil-futur, jista' jkun meħtieġ li din tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Għal din ir-raġuni, u sabiex jitrawwem dibattitu dwar dan is-suġġett, il-KEPD jirrakkomanda li tiġi inkluża premessa fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika li skontha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika għan-netwerks privati kollha, bil-kontribut tal-KEPD, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u partijiet interessati rilevanti oħra. Minbarra dan, il-premessa tista' tispeċifika li bħala riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni għandha tagħmel kwalunkwe proposta adatta biex tespandi jew tillimita t-tipi ta' entitajiet li għandhom ikunu koperti mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. |
|
72. |
Minbarra dan ta' hawn fuq, l-artikoli differenti tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika għandhom jiġu emendati kif meħtieġ sabiex id-dispożizzjonijiet operattivi kollha jirreferu espliċitament għal netwerks privati disponibbli għall-pubbliku flimkien ma' netwerks pubbliċi. |
IV. L-IPPROĊESSAR TAD-DATA DWAR IT-TRAFFIKU GĦAL FINIJIET TA' SIGURTÀ
|
73. |
Matul il-proċess leġislattiv relatat mar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, kumpanniji li jipprovdu servizzi ta' sigurtà affermaw li kien jinħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika li tilleġittimizza l-ġbir tad-data dwar it-traffiku sabiex tiġi garantita sigurtà effettiva online. |
|
74. |
B′riżultat, il-PE daħħal l-Emenda 181, li ħolqot Artikolu 6.6(a) ġdid li jawtorizza espliċitament l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà: “Mingħajr ħsara għall-konformità mad-dispożizzjonijiet [minbarra] mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, Traffiku ta' dejta jista' jkun ipproċessat għall-interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta għall-iskop ta' implimentar ta' miżuri tekniċi li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, kif definit mill-Artikolu 4 (c) tar-Regolament (KE) 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerk u tal-Informazzjoni, servizz ta' komunikazzjoni pubbliku elettroniku, netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliku jew privat, servizz ta' soċjetà ta' informazzjoni jew apparat ta' komunikazzjoni elettroniku u terminali relatat, minbarra fejn interessi bħal dawn ikunu maqbuża mill-interessi għad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-dejta. Tali proċessar għandu jkun ristrett għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet ta' dan it-tip ta' attività ta' sigurtà”. |
|
75. |
Il-Proposta Emendata tal-Kummissjoni aċċettat din l-emenda fil-prinċipju, iżda neħħiet klawsola prinċipali maħsuba biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva kellhom jiġu rispettati meta titneħħa l-klawsola li taqra “Mingħajr ħsara […] …ta' din id-Direttiva”). Il-Kunsill adotta verżjoni abbozzata mill-ġdid, li mxiet jerġa′ pass ieħor lejn it-tnaqqis tal-protezzjonijiet importanti u l-ibbilanċjar tal-interessi li kienu kostruwiti fl-Emenda 181, fl-adozzjoni tal-lingwaġġ li jaqra kif ġej: “Id-data dwar it-traffiku tista' tiġi pproċessata safejn hu strettament meħtieġ biex tiġi żgurata […] s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, kif definit bl-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.” |
|
76. |
Kif imfisser aktar hawn taħt, l-Artikolu 6.6(a) mhuwiex meħtieġ u soġġett għar-riskju ta' abbuż, partikolarment jekk ikun adottat f'forma li ma tinkludix is-salvagwardji importanti, il-klawżoli li jirrispettaw dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, u l-ibbilanċjar tal-interessi. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li dan l-Artikolu jitwarrab, jew mill-inqas, li jiġi żgurat li kwalunkwe artikolu bħal dan dwar din il-kwistjoni jkun jinkludi t-tipi ta' salvagwardji li ġew inklużi fl-Emenda 181 kif adotatta mill-PE. |
Bażijiet legali għall-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku applikabbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u kontrolluri oħra tad-data taħt il-leġislazzjoni attwali dwar il-protezzjoni tad-data
|
77. |
L-ambitu safejn il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jistgħu legalment jipproċessaw data dwar it-traffiku huwa rregolat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, li jillimita l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal numru limitat ta' finijiet bħal kontijiet, interkonnessjoni u kummerċjalizzazzjoni. Dan l-ipproċessar jista' jseħħ biss soġġett għal kondizzjonijiet speċifikati, bħall-kunsens ta' individwi fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni. Minbarra dan, kontrolluri oħra tad-data bħall-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jistgħu jipproċessaw data dwar it-traffiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data li tistabbilixxi li kontrolluri tad-data jistgħu jipproċessaw data personali jekk huma jikkonformaw ma' mill-inqas waħda minn lista ta' bażijiet legali enumerati, imsejħa wkoll il-bażijiet legali. |
|
78. |
Eżempju ta' bażi legali waħda bħal din huwa l-Artikolu 7(a) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jeħtieġ il-kunsens tas-suġġett tad-data. Pereżempju, jekk bejjiegħ bl-imnut online jixtieq jipproċessa data dwar it-traffiku għall-finijiet ta' reklamar jew biex jibgħat materjal ta' kummerċjalizzazzjoni, huwa jrid jikseb il-kunsens tal-individwu. Bażi legali oħra ppreżentata fl-Artikolu 7 tista' tippermetti, f'ċerti ċirkostanzi, l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà minn, pereżempju, kumpanniji tas-sigurtà li joffru servizzi tas-sigurtà. Dan huwa bbażat fuq l-Artikolu 7(f) li jistabbilixxi li l-kontrolluri tad-data jistgħu jipproċessaw data personali jekk dan “ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interess leġittimu segwit mill-kontrollur jew mill-parti terza jew il-partijiet li lilhom tkun żvelata d-data, ħlief meta tali drittijiet jiġu wara l-interessi tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data …” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data ma tispeċifikax każijiet fejn l-ipproċessar ta' data personali jkun jissodisfa din il-ħtieġa. Minflok, isiru determinazzjonijiet mill-kontrolluri tad-data, fuq bażi ta' każ b'każ, spiss bil-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u awtoritajiet oħra. |
|
79. |
L-interazzjoni bejn l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Artikolu 6.6(a) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika propost, għandha tiġi kkunsidrata. L-Artikolu 6.6(a) propost jispeċifika ċ-ċirkostanzi li taħthom jiġu ssodisfati l-ħtiġiet tal-Artikolu 7(f) deskritti hawn fuq. Tabilħaqq, billi jawtorizza l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, l-Artikolu 6.6(a) jippermetti tali pproċessar għall-finijiet tal-interess leġittimu segwit mill-kontrollur tad-data. |
|
80. |
Kif imfisser aktar hawn taħt, il-KEPD jemmen li l-Artikolu 6.6(a) propost la huwa meħtieġ u lanqas huwa utli. Tabilħaqq, mill-perspettiva legali, fil-prinċipju, mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit jekk tip partikolari ta' attività tal-ipproċessar tad-data, f'dan il-każ l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà, jissodisfax jew jonqosx milli jissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, f'liema każ, il-kunsens tal-individwu jista' jkun meħtieġ ex Artikolu 7(a). Kif innotat hawn fuq, din il-valutazzjoni normalment issir mill-kontrolluri tad-data, jiġifieri kumpanniji, fil-livell ta' implimentazzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, u fejn meħtieġ, mill-qrati. B'mod ġenerali, il-KEPD jemmen li, f'każijiet speċifiċi, l-ipproċessar leġittimu tad-data dwar it-traffiku għal raġunijiet ta' sigurtà, imwettaq mingħajr ma jitqiegħdu f'periklu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, x'aktarx jissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u għalhekk jista' jitwettaq. Barra minn dan, ma hemm l-ebda preċedent ieħor fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika sabiex ċerti tipi ta' attivitajiet tal-ipproċessar tad-data li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Artikolu 7(f) jintgħażlu jew jingħataw trattament speċjali, u ma ntweriet l-ebda ħtieġa għal tali eċċezzjoni. B'kuntrast, kif innotat hawn fuq, jidher li taħt ħafna ċirkostanzi, dan it-tip ta' attività jkun joqgħod tajjeb fit-test attwali. Għalhekk, fil-prinċipju mhix meħtieġa dispożizzjoni legali li tikkonferma din il-valutazzjoni. |
Il-verżjonijiet tal-PE, il-Kunsill, u l-Kummissjoni tal-Artikolu 6.6(a)
|
81. |
Kif imfisser hawn fuq, għalkemm mhux meħtieġ, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Emenda 181 kif adottata mill-PE madankollu kienet, xi ftit jew wisq, abbozzata b'kont meħud tal-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data inkorporati fil-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data. L-Emenda 181 tal-PE tista' tindirizza wkoll l-interess tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza, pereżempju, billi jiddaħħlu l-kliem “f'każijiet speċifiċi” sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni selettiva ta' dan l-artikolu jew bl-inklużjoni ta' perijodu speċifiku ta' konservazzjoni. |
|
82. |
L-Emenda 181 tinkludi xi elementi pożittivi. Hija tikkonferma li l-ipproċessar għandu jikkonforma ma' kwalunkwe prinċipju ieħor dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-ipproċessar ta' data personali (“Mingħajr ħsara … għall-konformità mad-dispożizzjonijiet […] tad-Direttiva 95/46/KE u […] ta' din id-Direttiva”). Barra minn dan, għalkemm l-Emenda 181 tippermetti l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà, hija toħloq bilanċ bejn l-interessi tal-entità li tipproċessa d-data dwar it-traffiku u dawk ta' individwi li d-data tagħhom tiġi pproċessata sabiex tali pproċessar tad-data jista' jseħħ biss jekk l-interessi għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi ma jiġux wara dawk tal-entità li tipproċessa d-data (“minbarra fejn interessi bħal dawn ikunu maqbuża mill-interessi għad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-dejta”). Din il-ħtieġa hija essenzjali safejn hi tista' tippermetti l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal każijiet speċifiċi; madankollu, hija ma tippermettix li entità tipproċessa d-data dwar it-traffiku fi kwantitajiet kbar. |
|
83. |
Il-verżjoni tal-emenda abbozzata mill-ġdid tal-Kunsill tinkludi elementi ta' min ifaħħarhom, bħaż-żamma tat-terminu “strettament meħtieġ” li jenfasizza l-kamp ta' applikazzjoni limitat ta' dan l-Artikolu. Madankollu, il-verżjoni tal-Kunsill telimina s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza msemmija hawn fuq. Filwaqt li fil-prinċipju japplikaw dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data, irrispettivament minn jekk issirx referenza speċifika f'kull każ, il-verżjoni tal-Kunsill tal-Artikolu 6.6(a) tista' madankollu tiġi interpretata bħala li tagħti setgħat ta' diskrezzjoni sħaħ għall-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku mingħajr ma jkunu soġġetti għal kwalunkwe salvagwardja għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza li tapplika kull meta d-data dwar it-traffiku tiġi pproċessata. Għalhekk, jista' jiġi argumentat li d-data dwar it-traffiku tista' tinġabar, tinħażen, u tintuża ulterjorment mingħajr il-ħtieġa ta' konformità mal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data u obbligi speċifiċi li nkella japplikaw għall-partijiet responsabbli, bħall-prinċipju ta' kwalità jew l-obbligu ta' pproċessar ġust u legali u li d-data tinżamm kunfidenzjali u sigura. Barra minn hekk, peress li ma ssir l-ebda referenza għall-prinċipji applikabbli ta' protezzjoni tad-data li jimponu limiti ta' żmien għall-ħżin tal-informazzjoni jew għal limiti ta' żmien speċifiċi fl-artikolu, il-verżjoni tal-Kunsill tista' tiġi interpretata bħala li tippermetti l-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà għal perijodu ta' żmien mhux speċifikat. |
|
84. |
Minbarra dan, il-Kunsill dgħajjef il-protezzjonijiet ta' privatezza f'ċerti partijiet tat-test billi potenzjalment wessa′ l-lingwaġġ. Pereżempju, ir-referenza għall-“interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta” tneħħiet, biex b'hekk tqajmu dubji rigward it-tipi ta' entitajiet li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn din l-eċċezzjoni. Huwa tal-akbar importanza li jiġi evitat li jinfetaħ il-bieb biex kwalunkwe utent jew entità ġuridika tibbenefika minn din l-emenda. |
|
85. |
L-esperjenzi reċenti fil-PE u l-Kunsill juru li huwa diffiċli tiddefinixxi bil-liġi l-ambitu u l-kondizzjonijiet li taħthom l-ipproċessar tad-data għal finijiet ta' sigurtà jista' jitwettaq legalment. Mhux probabbli li kwalunkwe artikolu eżistenti jew futur ineħħi r-riskji ovvji ta' applikazzjoni wiesgħa ż-żejjed tal-eċċezzjoni għal raġunijiet minbarra dawk purament relatati mas-sigurtà jew minn entitajiet li m'għandhomx ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni. Dan ma ifissirx li tali pproċessar ma jista' jsir fl-ebda każ. Madankollu, jekk ikunx jista' jitwettaq u safejn, jista' jiġi vvalutat aħjar fil-livell ta' implimentazzjoni. Entitajiet li jixtiequ jagħmlu tali pproċessar għandhom jiddiskutu l-kamp ta' applikazzjoni u l-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u, possibbilment, mal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29. Alternattivament, id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tista' tinkludi artikolu li jippermetti l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal finijiet ta' sigurtà, soġġett għall-awtorizzazzjoni espliċita mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data. |
|
86. |
B′kont meħud minn naħa waħda tar-riskji li l-Artikolu 6.6(a) jippreżenta għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza tal-individwi, u min-naħa l-oħra tal-fatt li, kif imfisser f'din l-Opinjoni, minn perspettiva legali, dan l-Artikolu mhuwiex meħtieġ, il-KEPD wasal għall-konklużjoni li l-aħjar eżitu jkun li l-Artikolu 6.6(a) propost jitħassar għal kollox. |
|
87. |
Jekk jiġi adottat kwalunkwe test fuq il-linji ta' kwalunkwe verżjoni attwali tal-Artikolu 6.6(a), kontra r-rakkomandazzjoni tal-KEPD, dan għandu fi kwalunkwe każ jinkorpora s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data diskussi hawn fuq. Huwa għandu jiġi wkoll integrat sew fl-istruttura eżistenti tal-Artikolu 6, preferibbilment bħala paragrafu 2a ġdid. |
V. L-ABBILTÀ TA' PERSUNI ĠURIDIĊI LI JIEĦDU AZZJONI GĦAL KSUR TAD-DIRETTIVA DWAR IL-PRIVATEZZA ELETTRONIKA
|
88. |
Il-PE għadda l-Emenda 133 li tagħti l-possibbiltà li fornituri tal-aċċess għall-Internet u entitajiet ġuridiċi oħra bħal assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jressqu azzjoni legali kontra ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (19). Sfortunatament, la l-Kummissjoni u lanqas il-Kunsill ma aċċettawha. Il-KEPD jikkunsidra li din l-emenda hija pożittiva ħafna u jirrakkomanda li tinżamm. |
|
89. |
Biex wieħed jifhem l-importanza ta' din l-emenda jrid jirrealizza li fil-qasam ta' privatezza u protezzjoni tad-data, il-ħsara li ssir lil persuna kkunsidrata individwalment, normalment fiha nfisha mhix suffiċjenti biex il-persuna tirrikorri għal azzjoni legali quddiem qorti. Individwi normalment ma jitilgħux il-qorti waħidhom għaliex intbagħtilhom l-ispamm jew għaliex isimhom kien inkluż f'direttorju meta mhux suppost. Din l-emenda tkun tippermetti lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u lit-trade unions li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi f'livell kollettiv biex jieħdu azzjoni legali f'isimhom quddiem il-qrati. Diversità akbar ta' mekkaniżmi ta' infurzar x'aktarx tinkoraġġixxi wkoll livell aħjar ta' konformità u għalhekk hija fl-interess tal-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. |
|
90. |
Hemm preċedenti legali fl-oqfsa legali ta' xi Stati Membri li diġà jipprevedu l-possibbiltà ta' rimedju kollettiv sabiex il-konsumaturi u l-gruppi ta' interess ikunu jistgħu jitolbu kumpens mill-parti li kkawżat il-ħsara. |
|
91. |
Barra minn hekk, xi liġijiet tal-Kompetizzjoni tal-Istati Membri (20) jintitolaw lill-konsumaturi, il-gruppi ta' interess (minbarra l-kompetitur affettwat) li jressqu kawża kontra l-entità li twettaq ksur. Il-loġika wara dan l-approċċ hija li kumpanniji li jiksru l-liġijiet tal-kompetizzjoni x'aktarx jipprofittaw peress li l-konsumaturi li jġarrbu ħsara marġinali biss normalment joqgħodu lura milli jressqu kawża. Din il-loġika tista' tiġi applikata mutantis mutandi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza. |
|
92. |
Aktar importanti, kif imsemmi hawn fuq, l-intitolament ta' entitajiet ġuridiċi bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-PPECS biex iressqu kawża ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi u tippromwovi konformità ġenerali mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Jekk kumpanniji li jwettqu ksur ikunu qed jiffaċċjaw riskju ogħla li jitħarrku, huma x'aktarx jinvestu aktar fil-konformità mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, li fil-perijodu twil iżżid il-livell ta' privatezza u l-protezzjoni tal-konsumatur. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-KEPD jappella lill-PE u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjoni li tippermetti lill-entitajiet ġuridiċi jressqu azzjoni legali kontra ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. |
VI. KONKLUŻJONI
|
93. |
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill, l-ewwel qari tal-PE u l-Proposta Emendata tal-Kummissjoni jinkludu, fi gradi differenti, elementi pożittivi li jservu biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi u tad-data personali. |
|
94. |
Madankollu, il-KEPD jemmen li hemm lok għal titjib, partikolarment fir-rigward tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill li, sfortunatament, ma żammitx xi wħud mill-emendi tal-PE maħsuba biex jgħinu jiżguraw il-protezzjoni adegwata tal-privatezza tal-individwi u tad-data personali. Il-KEPD iħeġġeġ lill-PE u lill-Kunsill biex jerġgħu jistabbilixxu s-salvagwardji għall-privatezza inkorporati fl-ewwel qari tal-PE. |
|
95. |
Minbarra dan, il-KEPD jemmen li jkun adatt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jiġu razzjonalizzati. Dan huwa partikolarment minnu fil-każ tad-dispożizzjonijiet dwar il-ksur tas-sigurtà, peress li l-KEPD jemmen li l-benefiċċji sħaħ tan-notifika tal-ksur jiġu realizzati l-aħjar jekk il-qafas legali jiġi stabbilit mill-bidu. Fl-aħħar nett, il-KEPD jikkunsidra li jkun adatt li l-formulazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tittejjeb u tiġi kkjarifikata. |
|
96. |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-KEPD iħeġġeġ lill-PE u lill-Kunsill biex iżidu l-isforzi għat-titjib u l-kjarifika ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, filwaqt li fl-istess ħin, jerġgħu jiddaħħlu l-emendi adottati fl-ewwel qari tal-PE mmirati biex jipprovdu livell adatt ta' privatezza u protezzjoni tad-data. Għal dan il-għan, il-punti 97, 98, 99 u 100 ta' hawn taħt jiġbru fil-qosor il-kwistjonijiet involuti u jressqu xi rakkomandazzjonijiet u proposti għall-abbozzar. Il-KEPD jappella lill-partijiet kollha involuti biex jieħdu kont tagħhom waqt il-progressjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika lejn l-adozzjoni finali. |
Ksur tas-Sigurtà
|
97. |
Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill kollha adottaw approċċi diversi għan-notifika tal-ksur tas-sigurtà. Jeżistu differenzi bejn it-tliet mudelli rigward, fost l-oħra, l-entitajiet koperti mill-obbligu, l-istandard jew l-instigatur għan-notifika, is-suġġetti tad-data li għandhom jiġu notifikati, eċċ. Jinħtieġ li l-PE u l-Kunsill jagħmlu l-almu tagħhom biex jaslu għal qafas legali sod għall-ksur tas-sigurtà. Għal dan il-għan, il-PE u l-Kunsill għandhom:
|
Netwerks Privati Aċċessibbli għall-Pubbliku
|
98. |
Servizzi ta' komunikazzjoni spiss isiru disponibbli għall-pubbliku mhux permezz ta' netwerk pubbliku, iżda permezz ta' netwerks operati privatament (pereżempju lokalitajiet Wi-Fi disponibbli f'lukandi, ajruporti), li bla dubju mhumiex koperti mid-Direttiva. Il-PE adotta l-Emenda 121 (Artikolu 3) li twessa′ l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex jinkludi netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi u privati, kif ukoll netwerks privati aċċessibbli għall-pubbliku. F'dan ir-rigward, il-PE u l-Kunsill għandhom:
|
L-Ipproċessar tad-Data dwar it-Traffiku għal Finijiet ta' Sigurtà
|
99. |
L-ewwel qari tal-PE adotta l-Emenda 181 (l-Artikolu 6.6(a)), li tawtorizza l-ipproċessar tad-data dwar it-traffiku għal finijiet tas-sigurtà. Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill adottat verżjoni ġdida li tnaqqas xi wħud mis-salvagwardji għall-privatezza. F'dan ir-rigward, il-KEPD jirrakkomanda li l-PE u l-Kunsill:
|
Azzjonijiet għal Ksur tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika
|
100. |
Il-Parlament adotta l-Emenda 133 (l-Artikolu 13.6) li tagħti lill-entitajiet ġuridiċi l-abbiltà li jressqu azzjoni legali kontra ksur ta' kwalunkwe dispożizzjoni tad-Direttiva. Sfortunatament il-Kunsill ma żammhiex. Il-Kunsill u l-PE għandhom:
|
Tintlaqa′ l-Isfida
|
101. |
Fil-materji kollha ta' hawn fuq, il-PE u l-Kunsill iridu jilqgħu l-isfida tat-tfassil ta' regoli u dispożizzjonijiet adegwati li jkunu jistgħu jitħaddmu u jkunu wkoll funzjonali u jirrispettaw id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-individwi. Il-KEPD jinsab fiduċjuż li l-partijiet involuti ser jagħmlu ħilithom biex jilqgħu din l-isfida u jittama li din l-Opinjoni tikkontribwixxi għal dan l-isforz. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2009.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika hija parti minn proċess usa′ ta' reviżjoni mmirat li joħloq awtorità tat-telekomunikazzjoni tal-UE, ir-reviżjoni tad-Direttivi 2002/21/KE, 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/22/KE u 2002/58/KE, kif ukoll ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (minn hawn ′il quddiem flimkien “reviżjoni tal-pakkett tat-telekomunikazzjoni”).
(2) L-Opinjoni tal-10 ta' April 2008 dwar il-Proposta għal Direttiva li temenda, fost l-oħra, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU C 181, 18.7.2008, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, (Direttiva Servizz Universali), ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.
(4) Kummenti tal-KEPD dwar ċerti kwistjonijiet li jirriżultaw mir-rapport tal-IMCO dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/22/KE (Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE (Privatezza Elettronika), 2 ta' Settembru 2008. Disponibbli fuq: www.edps.europa.eu
(5) Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setturi tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2007) 698 – C6-0420/2007 – 2007/0248(COD).
(6) Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li Temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi, Brussell, 6.11.2008 COM(2008) 723 finali.
(7) Disponibbli fuq il-Websajt pubblika tal-Kunsill.
(8) L-Opinjoni 2/2008 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), disponibbli fuq il-websajt tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29.
(9) Din l-Opinjoni tuża l-kelma “kompromessa” biex tirreferi għal kwalunkwe ksur fir-rigward tad-data personali li jkun seħħ b'riżultat tal-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat jew l-aċċess, b'mod aċċidentali jew illegali, ta' data personali trasmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor.
(10) B′mod partikolari, l-Emendi 187, 124 sa 127 kif ukoll 27, 21 u 32 tal-PE jindirizzaw din il-kwistjoni.
(11) Ħlief f'każijiet ta' periklu imminenti u dirett fejn l-awtoritajiet koperti għandhom l-ewwel jinnotifikaw lill-konsumaturi.
(12) L-Artikolu 2 (i) tal-Pożizzjoni Komuni u l-Proposta Emendata u l-Artikolu 3.3 tal-ewwel qari tal-PE.
(13) Ara n-nota 11 f'qiegħ il-paġna rigward l-eċċezzjoni għal din ir-regola.
(14) L-Artikolu 15a.3 jagħraf din is-setgħa superviżorja billi jistabbilixxi li “l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u, fejn rilevanti, korpi nazzjonali oħra jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż il-possibbiltà li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.”
(15) “Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali konnessa mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament f’netwerks ta' komunikazzjoni pubblika.”
(16) Bil-kuntrarju, jista' jiġi argumentat li peress li s-servizz ta' komunikazzjoni huwa pprovdut lill-pubbliku, anki jekk in-netwerk ikun privat, il-provvista ta' tali servizzi hija koperta mill-qafas legali eżistenti, minkejja l-fatt li n-netwerk huwa privat. Fil-fatt, pereżempju, fi Franza, persuni li jħaddmu n-nies u li jipprovdu l-aċċess għall-Internet lill-impjegati tagħhom tqiesu bħala ekwivalenti għall-fornituri tal-aċċess għall-Internet li joffru aċċess għall-Internet fuq bażi kummerċjali. Din l-interpretazzjoni mhijiex aċċettata minn kulħadd.
(17) Tipikament Local Area Networks mingħajr wajer (LANs).
(18) Ara n-nota 16 f'qiegħ il-paġna.
(19) L-Artikolu 13.6 tal-ewwel qari tal-PE.
(20) Ara, pereżempju, § 8 UWG - Liġi Ġermaniża dwar il-Kompetizzjoni Inġusta.
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/42 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti taż-żejt
2009/C 128/05
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (2),
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni f’konformità mal-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mibgħuta lill-KEPD fl-14 ta' Novembru 2008.
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-13 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti taż-żejt (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta”) (3). |
|
2. |
Il-Proposta timmira li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà tal-provvisti taż-żejt fil-Komunità permezz ta’ mekkaniżmi affidabbli u trasparenti bbażati fuq solidarjetà bejn l-Istati Membri, li jżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt jew ta’ prodotti taż-żejt kif ukoll li jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa biex jirrimedjaw għal nuqqas li jista’ jkun hemm. |
|
3. |
Fl-14 ta' Novembru 2008, il-Proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD jilqa’ ’l fatt li huwa ġie kkonsultat dwar din il-kwistjoni u li saret referenza għal din il-konsultazzjoni fil-preambolu tal-Proposta, f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
|
4. |
Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-Kummissjoni kkonsultat informalment lill-KEPD dwar artikolu speċifiku tal-abbozz ta' Proposta (l-Artikolu 19 attwali). Il-KEPD laqa’ l-konsultazzjoni informali billi hija tagħtu l-opportunità li jagħmel xi suġġerimenti qabel l-adozzjoni tal-Proposta mill-Kummissjoni. |
II. ANALIŻI TAL-PROPOSTA
Analiżi ġenerali
|
5. |
Il-kwistjoni attwali sservi bħala spjega tajba tal-fatt li wieħed għandu jkun konxju b'mod konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data. F'sitwazzjoni li tikkonċerna lill-Istati Membri u l-obbligu tagħhom li jżommu ħażniet ta' żejt għal emerġenza, li jappartjenu prinċipalment għal entitajiet legali, l-ipproċessar ta' data personali mhux ovvju ħafna, iżda, għalkemm mhux meqjus hekk, huwa jista' jseħħ xorta. Fi kwalunkwe każ wieħed għandu jikkonsidra l-possibbiltà li l-ipproċessar ta' data personali jsir u li wieħed jaġixxi kif xieraq. |
|
6. |
Fis-sitwazzjoni attwali, hemm bażikament żewġ attivitajiet stabbiliti fid-Direttiva li jistgħu jinkludu l-ipproċessar ta' data personali. L-ewwel hija l-ġbir mill-Istati Membri ta' informazzjoni dwar il-ħażniet taż-żejt u t-trasferiment sussegwenti ta' din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. It-tieni attività hija relatata mas-setgħa tal-Kummissjoni li twettaq kontrolli fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-proprjetarji tal-ħażniet taż-żejt tista' tinkludi data personali, bħall-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tad-diretturi tal-kumpanniji. Dan il-ġbir, kif ukoll it-trasferiment sussegwenti tiegħu lill-Kummissjoni għandu mbagħad jikkostitwixxi l-ipproċessar ta' data personali u għandu jiddetermina l-applikabbiltà tal-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 skont liema minnhom fil-fatt ikun qed jipproċessa d-data. Barra minn hekk l-għoti ta' setgħa lill-Kummissjoni li twettaq verifiki fuq ħażniet għal emerġenza fl-Istati Membri, li tinkludi s-setgħa li tiġbor informazzjoni b'mod ġenerali, jista' jinkludi l-ġbir u għalhekk l-ipproċessar ta' data personali. |
|
7. |
Waqt il-konsultazzjoni informali, li kienet ristretta għad-dispożizzjoni dwar is-setgħa ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni biss, il-KEPD ta parir lill-Kummissjoni biex tiddetermina jekk l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni ikunx biss inċidentali jew jekk iseħħx fuq bażi regolari u jservi l-fini ta' investigazzjoni. B'segwitu tal-eżitu ta' din il-valutazzjoni ġew issuġġeriti żewġ approċċi. |
|
8. |
Jekk l-ipproċessar ta' data personali ma jkunx previst u għalhekk ikun purament inċidentali, il-KEPD irrakkomanda li, l-ewwel, jiġi eskluż espliċitament l-ipproċessar ta' data personali bħala li jservi l-finijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni u, it-tieni, jiġi ddikjarat li kwalunkwe data personali li l-Kummissjoni tiltaqa’ magħha matul l-investigazzjoni m'għandhiex tinġabar jew tiġi kkunsidrata u f'każ ta' ġbir aċċidentali għandha tinqered immedjatament. Bħala klawsola ta' sostenn ġenerali, il-KEPD issuġġerixxa wkoll li tiġi inkluża dispożizzjoni li tiddikjara li d-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
|
9. |
Jekk, fuq in-naħa l-oħra, ikun ġie previst li l-ipproċessar ta' data jsir fuq bażi regolari fil-kuntest ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni, il-KEPD irrakkomanda lill-Kummissjoni li tinkludi test li jirrifletti r-riżultat ta' valutazzjoni xierqa tal-protezzjoni ta' data. Din għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: (I) il-fini attwali tal-ipproċessar tad-data, (II) il-ħtieġa tal-ipproċessar tad-data għall-ilħuq ta' dan il-fini, u (III) il-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data. |
|
10. |
Għalkemm il-parir informali tal-KEPD kien jikkonċerna s-setgħa tal-Kummissjoni għal investigazzjoni biss, il-kummenti tiegħu japplikaw bl-istess mod għall-attività prinċipali l-oħra spjegata fid-Direttiva proposta, jiġifieri l-ġbir u t-trasferiment ta' informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
|
11. |
Il-Proposta finali għal Direttiva turi b'mod ċar li l-Kummissjoni kkonkludiet li għall-finijiet tad-Direttiva mhu previst l-ebda pproċessar ta' data. Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-ewwel approċċ issuġġerit tiegħu huwa rifless bis-sħiħ fil-Proposta. |
|
12. |
Il-KEPD għalhekk jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-mod li bih il-Kummissjoni assigurat konformità mar-regoli talprotezzjoni ta' data fid-Direttiva proposta. Fil-kumplament ta' dan il-parir ser jingħataw biss xi rakkomandazzjonijiet dettaljati. |
Kummenti dwar dettalji
|
13. |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva proposta jittratta l-obbligu tal-Istati Membri li jibagħtu lill-Kummissjoni sommarji statistiċi kull ġimgħa dwar il-livell ta' ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Tali informazzjoni normalment ikun fiha ftit data personali. Madankollu hija jista' jkun fiha informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi li jippossjedu l-ħażniet taż-żejt, jew li jaħdmu għal entità legali li tippossjedi l-ħażna. Sabiex l-Istati Membri jiġu impediti milli jagħtu lill-Kummissjoni tali informazzjoni, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 15 jiddikjara li jekk l-Istati Membri jagħmlu dan, huma ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni’. Għalkemm wieħed għandu jkun konxju tal-fatt li t-tneħħija ta' isem mhux dejjem tirriżulta f'li d-data ma tkunx tista' tiġi rittraċċata għal persuna fiżika, jidher li fis-sitwazzjoni attwali (sommarji statistiċi tal-livelli ta' ħażniet taż-żejt) din il-frażi addizzjonali tkun suffiċjenti biex jiġi żgurat li ma jsir l-ebda trasferiment ta' data personali lill-Kummissjoni. |
|
14. |
Is-setgħa ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni hija stabbilita fl-Artikolu 19 tad-Direttiva proposta. L-Artikolu juri biċ-ċar li l-Kummissjoni segwiet l-ewwel approċċ kif spjegat fil-punt 8 hawn fuq. Hija tiddikjara li l-ġbir ta' data personali ma jistax ikun parti mill-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni. U anke jekk il-Kummissjoni tiltaqa’ ma' tali data, din ma tistax tiġi kkunsidrata u għandha tinqered f'każ ta' ġbir aċċidentali. Sabiex tiġi allinjata l-formulazzjoni mal-formulazzjoni wżata fil-leġislazzjoni tal-protezzjoni ta' data u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe fehim ħażin, il-KEPD jirrakkomanda li l-kelma ’ġbir’ fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tiġi sostitwita bil-kelma “pproċessar”. |
|
15. |
Il-KEPD huwa sodisfatt li fil-Proposta ġiet inkluża wkoll klawsola ta' sostenn ġenerali dwar il-leġislazzjoni rilevanti tal-protezzjoni ta' data. L-Artikolu 20 ifakkar b'mod ċar lill-Istati Membri kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-korpi Komunitarji l-oħra fl-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 rispettivament. Barra minn hekk il-klawsola tissottolinja d-drittijiet li s-suġġetti tad-data għandhom taħt dawn ir-regoli, bħad-dritt biex joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data tagħhom, id-dritt ta' aċċess għad-data tagħhom u d-dritt li d-data tagħhom tiġi rettifikata f'każ ta' nuqqas ta' preċiżjoni. Jista' forsi jsir kumment wieħed dwar il-post ta' din id-dispożizzjoni fil-Proposta. Minħabba n-natura ġenerali tagħha, hija mhix ristretta għas-setgħa investigattiva tal-Kummissjoni biss. Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li l-Artikolu jitressaq fl-ewwel parti tad-Direttiva, per eżempju wara l-Artikolu 2. |
|
16. |
Barra minn hekk, fil-Premessa 25, issir referenza għad-Direttiva 95/46/KE u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-objettiv tal-Premessa madankollu pjuttost mhux ċar billi hija ssemmi biss il-leġislazzjoni tal-protezzjoni ta' data meqjusa bħala tali u ma tiddikjara xejn aktar. Il-Premessa għandha tiddikjara b'mod ċar li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni msemmija. Barra minn hekk, l-aħħar sentenza tal-Premessa tidher li timplika li l-leġislazzjoni tal-protezzjoni ta' data espliċitament titlob li l-kontrolluri jeqirdu immedjatament id-data li tinġabar aċċidentalment. Għalkemm jista' jkun konsegwenza tar-regoli stabbiliti, tali obbligu ma jidhirx f'dik il-leġislazzjoni. Huwa prinċipju ġenerali tal-protezzjoni ta' data li data personali ma' tinżammx aktar milli tkun meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata ulterjorment. Jekk l-ewwel parti tal-Premessa tiġi aġġustata bil-mod li għadu kif ġie propost, l-aħħar sentenza ssir żejda. Il-KEPD għalhekk jipproponi li l-aħħar sentenza tal-Premessa 25 titħassar. |
III. KONKLUŻJONI
|
17. |
Il-KEPD jixtieq jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-mod li bih il-Kummissjoni assigurat konformità mar-regoli talprotezzjoni ta' data fid-Direttiva proposta. |
|
18. |
F'livell dettaljat il-KEPD jirrakkomanda li ġej:
|
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Frar 2009.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) COM(2008) 775 finali.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/45 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Ġunju 2009
2009/C 128/06
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4177 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,48 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4472 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87920 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9250 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5191 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9700 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,003 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
289,10 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7094 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5420 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2185 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1834 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7606 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5657 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,9887 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,2263 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0530 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 768,65 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,4189 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,6871 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3550 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 078,75 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9556 |
|
PHP |
Peso Filippin |
67,016 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,5789 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
48,464 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,7345 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,7066 |
|
INR |
Rupi Indjan |
66,7910 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Corrigendum
|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/46 |
Rettifika ghar-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 124 tal-4 ta’ Ġunju 2009)
2009/C 128/07
F’paġna 1 tal-qoxra:
flok:
“1,00 % fl-4 ta’ Ġunju 2009”
aqra:
“1,00 % fl-1 ta’ Ġunju 2009”