ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.116.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 116

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
21 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 116/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2009/C 116/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

2009/C 116/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

2009/C 116/04

Għall-Kooperazzjoni bejn il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament u l-Kummissjoni Ewropea, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali

6

2009/C 116/05

Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

12

2009/C 116/06

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

15

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 116/07

Rata tal-kambju tal-euro

18

2009/C 116/08

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

19

2009/C 116/09

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 116/01

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

7.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 408/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Technologiefonds Mecklenburg-Vorpommern

Il-bażi legali

Landeshaushaltsordnung Mecklenburg-Vorpommern,Beteiligungsgrundsätze des Technologiefonds Mecklenburg-Vorpommern.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Kapital ta' riskju, Innovazzjoni

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Provvista ta' kapital ta' riskju, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-Estimi

Baġit globali: 6 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft, Arbeit und Tourismus

Mecklenburg-Vorpommern

1048 Schwerin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

9.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 452/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Rheinland-Pfalz

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Innotop Rheinland Pfalz, R&D&I Scheme

Il-bażi legali

Landeshaushaltsordnung Rheinland-Pfalz vom 20. Dezember 1971 (GVBl. 1972 S. 2 ff.), zuletzt geändert durch Euro-Anpassungsgesetz Rheinland-Pfalz vom 6. Februar 2001 (GVBlö. S. 29 ff.); Verwaltungsvorschrift zum Vollzug der Landeshaushaltsordnung vom 20. Dezember 2002.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 10 miljun EUR

Baġit globali: 70 miljun EUR

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitions- und Strukturbank Rheinland-Pfalz (ISB) GmbH

Holzhof str. 4

55116 Mainz

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 540/08

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Kulturális támogatáási program az EGT és Norvég Finanszírozási Mechaniszmusok Keretében

Il-bażi legali

201/2005. (IX. 27.) Kormányrendelet

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 14 140 miljun HUF

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2004-30.4.2009

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nemzeti Fejlesztési Ügynökség

Wesselényi u. 20-22.

1077 Budapest

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

1.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 627/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Frühphasenfonds Brandenburg für junge innovative Unternehmen

Il-bażi legali

Landeshaushaltsordnung Rheinland-Pfalz vom 20. Dezember 1971, zuletzt geändert durch Euro-Anpassungsgesetz Rheinland-Pfalz vom 6. Februar 2001 und Verwaltungsvorschrift zum Vollzug der Landeshaushaltsordnung vom 20. Dezember 2002.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni, Kapital ta' riskju

Il-forma ta' l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju, Self b'rata ta' imgħax baxxa, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-Estimi

Baġit globali: 20 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Frühphasenfonds-Gesellschaft

Steinstraße 104-106

14480 Berlin

DETSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/4


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 116/02

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.4.2009

Għajnuna Nru

N 139/09

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Procedure for Issuing and Supervision of Guarantees in Order to Minimize the General Economic Risk and Social and Economic Crisis

Il-bażi legali

Government Regulation “Procedure for Issuing and Supervision of Guarantees in Order to Minimize the General Economic Risk and Social and Economic Crisis”

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: 250 miljun LVL

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanšu Ministrija Smilsu 1

Riga, LV-1919

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/5


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 116/03

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

28.1.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 29/09

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Modification du dispositif de renforcement des fonds propres des banques

Il-bażi legali

Article 6, III de la loi no 2008-1061 du 16 octobre 2008 de finances rectificative pour le financement de l'économie

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-Estimi

21 500 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien (perjodu)

4.12.2008-4.6.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Société de prise de participation de l'Etat

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/6


GĦALL-KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOOPERAZZJONI EWROPEA GĦALL-AKKREDITAMENT U L-KUMMISSJONI EWROPEA, L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

2009/C 116/04

1.   ĠENERALI

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar l-akkreditament”) jipproteġi l-politika Komunitarja fil-qasam tal-akkreditament. Hu jintroduċi qafas legali komprensiv għall-akkreditament li jistabbilixxi fil-livell Komunitarju l-prinċipji għall-operat u l-organizzazzjoni tiegħu. Dan jimponi obbligi fuq l-entitajiet nazzjonali ta’ akkreditament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea u jiddefinixxi kemm ir-responsabbiltajiet rispettivi kif ukoll l-irwol ta’ koordinazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament (EA).

Il-linji gwida attwali jippreżentaw l-impenn tal-politika tal-EA, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dawn huma intenzjonati biex iwessgħu u jsaħħu l-kooperazzjoni biex jiġu riflessi l-iżviluppi fil-politika u l-leġiżlazzjoni, bħall-adozzjoni tar-Regolament dwar l-akkreditament, u biex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-akkreditament, l-entitajiet ta’ akkreditament fl-UE u l-Istati Membri tal-EFTA u l-EA bl-għan li tiġi ppreparata implimentazzjoni b’suċċess tal-imsemmi Regolament. Il-linji gwida attwali ma jintroduċu bl-ebda mod obbligi legali jew finanzjarji jew kundizzjonijiet. Dawn huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fil-Qafas tal-ftehim ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-EA.

Dawn il-linji gwida għandhom jagħmlu possibbli t-tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-ambjent il-ġdid li għandu jinħoloq wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-akkreditament. L-adozzjoni tiegħu kienet attivata minħabba n-nuqqas ta’ bażi legali komuni għall-akkreditament, li wassal għal approċċi differenti u għal sistemi li jvarjaw li kkawżaw livell mhux l-istess ta’ severità fl-Istati Membri tal-UE/EFTA. Il-proposta, li l-adozzjoni tagħha kienet ukoll inkuraġġuta mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “It-Tisħiħ tal-Implimentazzjoni tad-Direttivi bil-Metodu l-Ġdid”, għandha tirriżulta fl-iżvilupp ta’ qafas komprensiv għall-akkreditament li jiżgura aktar koerenza, trasparenza u kooperazzjoni ta’ servizzi ta’ akkreditament fl-UE u l-EFTA.

Il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament (EA) fuq naħa u l-Kummissjoni Ewropea, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fuq in-naħa l-oħra, jikkonfermaw li l-akkreditament hu attestazzjoni indipendenti u awtoritattiv, mogħti minn entitajiet ta’ akkreditament, dwar il-kompetenza, l-imparzjalità u l-integrità tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità (CABs) u, għalhekk, dwar il-valur u l-kredibilità tar-rapport dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet, iċ-ċertifikati ta’ kalibru, is-sistema ta’ ġestjoni, il-prodott u ċ-ċertifikati tal-istaff u attestazzjonijiet oħra maħruġin skont l-istandards armonizzati.

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħrfu li l-akkreditament iservi bħala kredenzjali għall-entitajiet li joperaw fil-livell tal-valutazzjoni tal-konformità u hu għalhekk mezz li bih tinbena l-fiduċja tal-utenti tagħhom. Dan għalhekk jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fil-kompetenza tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità u konsegwentement fl-attestazzjonijiet ta’ konformità maħruġin minnhom. L-akkreditament jiżgura li l-entitajiet involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità jkollhom il-kompetenzi meħtieġa u hu għalhekk essenzjali għat-twettiq ta’ livell aktar konsistenti ta’ prestazzjoni.

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħrfu li l-akkreditament għandu effett fuq l-għadd ta’ oqsma ta’ preokkupazzjoni pubblika, bħas-saħħa u s-sikurezza, l-ambjent, il-kompetittività tal-industrija u ħwejjeġ oħra. Dan jikkontribwixxi għas-sikurezza tal-post tas-suq u għalhekk jiżgura l-fiduċja tal-utenti fil-post tas-suq Ewropew li hi kruċjali għat-tħaddim sew tas-Suq Intern. L-akkreditament intuża bħala għodda ta’ għarfien ta’ kompetenza teknika f’diversi oqsma: is-sistemi tal-ġestjoni ambjentali, il-ġestjoni ekoloġika u l-iskemi ta’ awditjar (EMAS) u l-ittestjar fl-analiżi tal-ikel jagħmlu parti mill-eżempji. L-akkreditament jista’ jkollu rwol importanti fil-politika pubblika u jista’ jservi bħala għodda vitali li tappoġġa l-leġiżlazzjoni u b’mod partikolari biex tappoġġa l-proċess ta’ notifika tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità fl-Istati Membri fil-qafas tad-Direttivi tal-Metodu l-Ġdid tal-UE. Għalhekk l-akkreditament jipprovdi l-mezz biex jiġi żgurat li l-entitajiet kollha notifikati joperaw bl-istess standards.

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħrfu li sabiex l-akkreditament ikollu valur miżjud bħala livell awtoritattiv ta’ kontroll, jinħtieġlu li jitħaddem bħala attività ta’ awtorità pubblika, li jrid jitwettaq b’konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli, tekniċi li qed jevolvu, f’kundizzjonijiet ta’ indipendenza u akkontabilità lejn il-partijiet interessati kollha, mingħajr interess uniku li jippredomina, ħieles minn kull pressjoni kummerċjali u mingħajr kompetitizzjoni bejn l-entitajiet ta’ akkreditament u l-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll fost l-entitajiet ta’ akkreditament infushom, kemm fl-oqsma (immexxija mis-suq) regolati u mhux regolati għall-valutazzjoni tal-konformità.

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħrfu li l-effettività tas-servizzi ta’ akkreditament fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità hi korrelatata mal-konsistenza tal-mudell Ewropew ta’ akkreditament irrispettivament mill-qasam tal-politika. Il-mudell għandu jinbena fuq prinċipji komuni u jiġi implimentat bl-istess mod fiż-ŻEE kollha permezz ta’ kriterji tekniċi armonizzati adattati speċifikament għas-settur u l-istrument tal-politika.

Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jkomplu jibnu fuq ir-relazzjonijiet stabbiliti permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-kooperazzjoni Ewropea għall-akkreditament fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità ffirmat fl-1999 kif ukoll l-Arranġament ta’ Kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta, li hu Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u l-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament dwar it-turija ta’ affidabilità u ta’ komparabilità tal-miżuri kimiċi ffirmat fl-2005.

Billi s-sitwazzjoni li tirrigwarda l-akkreditament żviluppat matul dawn l-aħħar snin, l-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ftiehmu li dawn il-linji gwida għandhom jikkostitwixxu aġġornament fir-rigward tad-dokumenti eżistenti dwar il-kooperazzjoni msemmija hawn fuq biex jiġi kkunsidrat dan l-iżvilupp.

2.   ŻVILUPP TAL-AKKREDITAMENT EWROPEW

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea u l-EFTA jqisu li dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw l-elementi li ġejjin:

L-akkreditament minħabba n-natura tiegħu hu attività ta’ awtorità pubblika. Din l-istess natura ġiet ikkonfermata permezz ta’ diversi tipi ta’ konnessjonijiet mal-Gvernijiet nazzjonali mingħajr ma nbidel, madankollu, il-karattru bażiku tal-awtorità pubblika u tar-responsabbiltà ta’ akkreditament. Matul dawn l-aħħar snin sar evidenti li jinħtieġ li jissaħħaħ l-aspett ta’ awtorità pubblika tal-akkreditament u li tiġi kkonsolidata l-pożizzjoni tal-entitajiet ta’ akkreditament fl-Istati Membri tal-UE/EFTA u r-relazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Ir-relazzjoni tal-awtorità pubblika fil-livell nazzjonali hi stabbilita permezz ta’ soluzzjonijiet legali differenti fil-każ ta’ kull entità ta’ akkreditament. Is-sistemi huma differenti kif inhuma wkoll il-livelli ta’ responsabbiltà u l-ambitu tal-mandati mogħtija. Illum il-ġurnata hu ċar li l-entitajiet ta’ akkreditament għandhom igawdu status li bih huma jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala awtorità pubblika.

Mis-snin 70 meta l-akkreditament beda jintuża mill-awtoritajiet nazzjonali biex jiġu implimentati l-mezzi li jkejlu l-kompetenza tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità, approċċi differenti u sistemi differenti żviluppaw fl-Ewropa u mad-dinja kollha. L-ewwel inizjattiva biex id-diversi servizzi ta’ akkreditament javviċinaw aktar lejn xulxin fil-livell reġjonali u internazzjonali kien it-twaqqif, fl-1976 tad-WECC – Kooperazzjoni tal-Punent Ewropew dwar il-Kalibru, segwita bil-ħolqien tal-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar l-Akkreditazzjoni tal-Laboratorji (ILAC) fl-1977. Imbagħad fl-1987 ġiet stabbilita d-WELAC – il-Kooperazzjoni tal-Punent tal-Ewropa dwar l-Akkreditament tal-Laboratorji. Id-WECC u d-WELAC ingħaqdu fl-1994 biex jifformaw il-kooperazzjoni għall-Akkreditament Ewropew tal-Laboratorji (EAL). Sadattant kien ifformat, fl-1991, l-Akkreditament Ewropew ta’ Ċertifikazzjoni (EAC). Fil-livell internazzjonali twaqqaf ukoll il-Forum Internazzjonali tal-Akkreditament (IAF) fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni li jkopri l-akkreditament ta’ entitajiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ spezzjoni. Fl-1997 l-EAL u l-EAC ingħaqdu biex ħolqu l-EA, li aktar tard fl-2000 kienet stabbilita bħala entità legali. L-EA hi rreġistrata taħt il-liġi Olandiża bħala assoċjazzjoni mingħajr profitt li tiġbor l-entitajiet nazzjonali ta’ akkreditament li jaġixxu bħala awtorità pubblika fil-qasam tal-akkreditament tal-attivitajiet kollha dwar il-valutazzjoni tal-konformità.

Il-kooperazzjoni fil-livell Ewropew (u internazzjonali) bejn l-entitajiet ta’ akkreditament – li għandhom l-għan li jarmonizzaw ir-regoli, il-proċeduri u l-prattiki ta’ akkreditament biex jiġi promoss u ffaċilitat il-kummerċ ħieles dinji - jinħtiġilha li tkun akkumpanjata u appoġġata minn ambjent leġiżlattiv pożittiv. L-imsemmi Memorandum ta’ Ftehim kien l-ewwel għarfien pubbliku tal-EA.

Bil-Ftehim taż-ŻEE, l-Istati tal-EFTA li jagħmlu parti mill-Ftehim impenjaw lilhom infushom li jipparteċipaw fis-Suq Uniku, bl-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE. Billi r-Regolament propost dwar l-akkreditament għandu jkun test b’rilevanza għaż-ŻEE, dan għandu joħloq l-istess bażi legali għall-użu ta’ akkreditament fl-Istati tal-EFTA ŻEE bħall-UE.

Il-politika ta’ akkreditament konsistenti ma’ dawn il-linji gwida u l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ kwalità għandha tkun ta’ importanza primarja fit-Turkija bħala aspett intrinsiku tal-unjoni doganali bejn l-UE u t-Turkija u t-tħaddim xieraq tagħha.

Minħabba l-fatti mfissra hawn fuq, l-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jixtiequ jikkonfermaw il-qbil reċiproku tagħhom dwar għadd ta’ għanijiet ta’ politiki u dwar l-irwol tal-akkreditament f’dan il-kuntest, dwar il-prinċipji tar-relazzjonijiet tagħhom u tal-kooperazzjoni u dwar l-intenzjonijiet attwali tagħhom għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet.

3.   GĦANIJIET TA’ POLITIKA KOMUNI

L-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jaqblu li l-akkreditament għandu rwol importanti fis-suq internazzjonali u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u li hu jikkostitwixxi strument importanti ta’ appoġġ għall-politika u l-leġiżlazzjoni Ewropea li jirriflettu l-interess pubbliku, notevolment fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja armonizzata. L-għanijiet Ewropej tal-politika ta’ akkreditament huma, għalhekk, kif ġej:

Li jkollhom sehem fit-tħaddim xieraq tas-suq intern, li jiffaċilitaw il-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi billi jiżguraw l-abbiltà tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropea billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha ekonomiċi, soċjali, ambjentali u oħrajn ta’ interess pubbliku u b’mod partikolari jippermettu livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent u l-konsumaturi.

Jikkontribwixxu biex jitneħħew l-ostakoli tekniċi tal-kummerċ billi tinħoloq fiduċja fis-servizzi akkreditati għall-valutazzjoni tal-konformità u fir-riżultati korrispondenti, biex b’hekk tiġi eliminata l-ħtieġa ta’ ħafna akkreditamenti u ta’ ħafna valutazzjonijiet għall-prodotti, is-sistemi jew servizzi f’kull pajjiż fejn prodotti u servizzi ta’ din ix-xorta jitqiegħdu fis-suq u, b’dan il-mod, jikkontribwixxu għall-kompetitittività tal-ekonomija Ewropea.

Jifirxu u jippromwovu l-mudell Ewropew ta’ akkreditament ibbażat fuq il-prinċipji li entitajiet ta’ akkreditament jaġixxu b’awtorità pubblika u li l-akkreditament jitwettaq mingħajr motivazzjoni kummerċjali u jevita l-kompetizzjoni, kemm bejn l-entitajiet ta’ akkreditament u l-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità u anki fost l-entitajiet ta’ akkreditament infushom.

Iżommu l-irwol ta’ akkreditament bħala l-pilastru ċentrali ta’ trasparenza u ta’ fiduċja li l-awtoritajiet pubbliċi u l-post tas-suq jistgħu jkollhom fl-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità kemm jekk joperaw fil-qasm regolat jew mhux regolat.

Iservu bħala l-aħħar livell awtoritattiv ta’ kontroll tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-kompetenza teknika u tal-integrità professjonali tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità, biex tinħoloq fiduċja reċiproka.

Ikunu flessibbli fl-adattament u jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq kif ukoll għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u biex iservu f’dan ir-rigward bħala għodda essenzjali għall-appoġġ tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, prinċipalment meta jintuża l-akkreditament bħala appoġġ għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, bħal dik ta’ għażla ġġustifikata ta’ entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu nnotifikati li huma kapaċi jwettqu inkarigi skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Ikomplu jsaħħu livell aktar sostanzjali u l-istess ta’ rigorożità tas-servizzi ta’ akkreditament fl-Istati Membri tal-UE/EFTA permezz tal-iżvilupp ta’ qafas komprensiv għall-akkreditament bl-għan li tiżdied il-koerenza, l-ekwivalenza, it-trasparenza u l-kooperazzjoni tas-servizzi ta’ akkreditament, kemm fl-oqsma regolati u mhux regolati, filwaqt li titqies il-libertà tal-operaturi fil-qasam voluntarju biex jużawhom.

Jippromwovu kontribuzzjoni ffokata, prestazzjoni mmexxija mill-kwalità u armonizzata tal-entitajiet ta’ akkreditament billi jqisu kemm dawk li jagħmlu possibbli s-sistema u r-riżultat tas-sistema, żgurati permezz ta’ sistema b’saħħitha, effettiva u li tiffunzjona tajjeb ta’ valutazzjoni bejn il-pari bejn dawn l-entitajiet, permezz ta’ kriterji u proċeduri ta’ valutazzjoni tajba u trasparenti.

Jiżviluppaw b’mod kontinwu u jżidu l-għerf, il-kompetenza u l-mezzi rilevanti li l-entitajiet ta’ akkreditament għandhom sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw b’mod xieraq il-kompetenza ta’ entità għall-valutazzjoni tal-konformità billi jiddeterminaw l-għerf teknoloġiku u l-kompetenza u l-kapaċità tagħha li twettaq valutazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli, kemm orjentati għas-settur speċifiku u għall-istrument legiżlattiv.

Jinkuraġġixxu l-entitajiet akkreditati għall-valutazzjoni tal-konformità biex jiżviluppaw u jżidu b’mod kontinwu l-għerf, il-kompetenza u l-mezzi rilevanti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità b’fiduċja u b’għarfien.

Jappoġġaw livell għoli ta’ kwalità għall-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità kemm jekk dawn iseħħu fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni jew le u jsaħħu t-trasparenza bi tkomplija ta’ dawn l-attivitajiet. Għal dan l-għan, l-involviment ta’ partijiet interessati rilevanti fl-iżvilupp tal-politika ta’ akkreditament hu essenzjali sabiex jiżguraw l-aċċettazzjoni ġenerali u approċċ koerenti.

Jippromwovu, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE/EFTA, l-użu ta’ akkreditament f’setturi ġodda u f’oqsma ta’ attività fejn il-potenzjal tal-akkreditament għandu ma ġiex esplojtjat b’mod sħiħ, b’mod partikolari fl-oqsma regolati.

Jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ akkreditament fil-livell internazzjonali, speċjalment bl-għan li jissaħħu l-aspetti tal-interess pubbliku ta’ akkreditament u jippromwovu aċċettazzjoni u għarfien reċiproku ta’ ċertifikati ta’ akkreditament u ta’ riżultati korrispondenti ta’ valutazzjoni tal-konformità mad-dinja kollha.

Jippromwovu għarfien reċiproku tar-rapporti ta’ ttestjar u ta’ spezzjonijiet, taċ-ċertifikati u ta’ attestazzjonijiet maħruġa minn entitajiet akkreditati għall-valutazzjoni tal-konformità fl-Istati Membri tal-UE/EFTA sabiex ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fl-Ewropa u mad-dinja kollha mingħajr restrizzjonijiet mhux iġġustifikati għall-attivitajiet tagħhom.

Jipprovdu l-pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u pajjiżi ġirien b’għodda prinċipali biex jirrinforzaw l-addattament tal-ekonomiji tagħhom għas-suq tal-Komunità u biex jippromwovu kooperazzjoni teknika, assistenza u Ftehimiet ta’ Għarfien Reċiproku (MRAs) ma’ pajjiżi terzi.

Jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp li jirriflettu l-iżvilupp mgħaġġel ta’ proċessi teknoloġiċi, industrijali u ta’ servizzi, fl-oqsma kollha tal-valutazzjoni tal-konformità, u jrewmu l-użu tal-attivitajiet inter-komparattivi u ta’ ttestjar ta’ profiċjenza billi jipprovdu indikazzjoni effettiva tal-kwalità tal-kontribuzzjonijiet tal-attivitajiet akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità.

4.   PRINĊIPJI TA’ RELAZZJONI U TA’ KOOPERAZZJONI

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ftehim komuni li:

Ir-relazzjonijiet bejn l-EA u l-awtoritajiet pubbliċi f’livell Ewropew, kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali pubbliċi, għandhom ikunu bbażati fuq l-għarfien tal-għanijiet komuni ddefiniti fit-taqsima 3 hawn fuq, filwaqt li jinżammu preżenti r-responsabbiltajiet distinti u l-kompetenzi tagħhom. Dawn jenfasizzaw li djalogu permanenti, miftuħ u trasparenti bejnhom ikun ta’ bażi fundamentali għall-kooperazzjoni.

L-entitajiet nazzjonali membri tal-EA għandhom rwol vitali fil-kooperazzjoni bejn l-EA, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri. Il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet rilevanti kollha u l-komprensjoni komuni tal-għanijiet iddefiniti fit-taqsima 3 hawn fuq huma essenzjali biex jirnexxu dawn il-linji gwida.

Ir-regoli interni tal-EA għandhom jiżguraw li, kemm fl-oqsma regolati u mhux regolati, il-partijiet interessati fl-akkreditament huma rrappreżentati b’mod adegwat, sabiex jittieħed kont tal-usa’ firxa ta’ ideat possibbli fit-tfassil tal-linji gwida ta’ akkreditament u ta’ dokumenti oħra u li l-proċeduri huma miftuħa u trasparenti.

Il-koerenza u l-uniformità, kemm fil-livell Ewropew u nazzjonali, għandhom jiġu żgurati fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika ta’ akkreditament, ibbażata fuq it-twaqqif ta’ kanali effettivi ta’ komunikazzjoni u l-impenn biex tiġi skambjata b’mod attiv l-informazzjoni.

Hu essenzjali li jsir sforz biex issir tweġiba mill-ewwel u b’mod xieraq għall-ħtiġijiet li jvarjaw tas-suq f’setturi differenti u għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali li r-rikors għall-akkreditament tagħhom hu mistenni li jkun fl-ogħla livell possibbli, b’mod partikolari fl-appoġġ għal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

5.   L-IMPLIMENTAZZJONI

B’kuntrast mal-isfond tat-taqsimiet preċedenti, l-EA tistenna li l-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li:

Iżommu qafas legali u politiku trasparenti għall-akkreditament bħala għodda biex jiġu żviluppati s-sedqa u l-fiduċja fil-valutazzjoni tal-konformità u tal-għarfien reċiproku fir-riżultati korrispondenti.

Jużaw l-akkreditament fejn dan hu xieraq fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki Komunitarji, u jippromwovu r-rikors għalih għal dawn l-għanijiet.

Jippromwovu, fir-relazzjonijiet tiegħu, il-mudell Ewropew ta’ akkreditament ibbażat fuq il-prinċipji li entitajiet ta’ akkreditament jaġixxu b’awtorità pubblika u li l-akkreditament jitwettaq b’mod ħieles minn motivazzjoni kummerċjali u b’evitar ta’ kompetizzjoni.

Jikkonsultaw u jikkooperaw mal-EA dwar, u jinvolvu l-EA fi kwistjonijiet tekniċi relatati mal-implimentazzjoni u l-operat uniformi tal-leġiżlazzjoni u l-politika Komunitarji fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-akkreditament, b’mod partikolari bl-għan li tiġi promossa l-armonizzazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti u kredibbli ta’ standards rilevanti fir-rigward tal-politika u tal-leġiżlazzjoni Komunitarji.

Jitolbu l-EA biex twieġeb kwistjonijiet tekniċi jew tipprovdi l-kompetenza meħtieġa fuq bażi ad hoc biex jiġu żviluppati arrangamenti speċifiċi biex jingħata appoġġ lill-inizjattivi Komunitarji.

Jiżguraw il-possibbiltà ta’ kontribuzzjoni effettiva tal-EA lill-gruppi settorjali u differenti ta’ ħidma responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fir-rigward tal-akkreditament u jitolbu l-EA biex tiżviluppa u tirrivedi skemi settorjali ta’ akkreditament li għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi u ddettaljati relatati mat-teknoloġija jew is-saħħa u s-sikurezza jew l-ambjent fl-oqsma koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Jagħmlu aċċessibbli għall-EA – meta meħtieġ – il-kompetenza disponibbli taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta, b’mod partikolari fl-Istitut għar-Referenza dwar il-Materjali u l-Qisien (IRMM) tiegħu bl-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità.

Jikkunsidraw rikors sistematiku għall-EA fid-diskussjonijiet internazzjonali tagħhom ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, meta kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-konformità, il-kwalità, il-kompetenza tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità u l-akkreditament jinħoloq dubju dwarhom.

Ifittxu, fejn xieraq, il-parir u l-kooperazzjoni attiva tal-EA fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta’ assistenza teknika, u kooperazzjoni, ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-akkreditament u tal-valutazzjoni tal-konformità.

Jiffaċilitaw, safejn hu possibbli, approċċ kkoordinat lejn akkreditament bejn l-EA u l-entitajiet membri tagħha u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Jippromwovu l-propagazzjoni ta’ tagħrif dwar l-akkreditament u l-potenzjal tiegħu fis-servizzi tiegħu.

Jappoġġaw l-EA fl-irwol tagħha biex jiġi promoss il-mudell Ewropew ta’ akkreditament f’fora internazzjonali ta’ akkreditament bħall-ILAC u l-IAF u f’kooperazzjonijiet oħra reġjonali ta’ akkreditament.

Jappoġġaw l-EA fl-isforzi li jittieħdu biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tal-operat tagħha, billi tkun organizzazzjoni li kontinwament ittejjeb u tagħmel lilha nnifisha anki aktar professjonali.

Min-naħa tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistennew l-EA li:

Tkompli sservi bħala netwerk kooperattiv ta’ entitajiet nazzjonali Ewropej ta’ akkreditament għaż-żamma ta’ ekwivalenza, trasparenza, konsistenza u effikaċja tal-akkreditament imħaddem fl-UE/EFTA kollha u lilhinn minnhom.

Isservi l-missjoni pubblika li tiġġenera u żżomm il-fiduċja fl-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità u fir-riżultati tagħhom biex tavvanza sistema mmexxija b’mod trasparenti u bi kwalità biex tivvaluta l-kompetenza tagħhom.

Tħaddem sistema rigoruża, trasparenti u uniformi ta’ valutazzjoni Ewropea bejn il-pari u tkompli ttejjeb is-sistema. Tingħata assigurazzjoni li tiggarantixxi li l-entitajiet akkreditati li b’suċċess għaddew mill-valutazzjoni tal-pari għandhom il-kompetenza u l-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex jivvalutaw, jiċċertifikaw u jimmonitorjaw b’mod regolari l-kompetenza teknika tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari, fejn il-membri tal-infrastruttura Ewropea tal-akkreditament iħaddmu l-akkreditament b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Tiżgura li l-valutazzjoni tal-pari bejn il-membri tagħha titħaddem b’tali mod li r-riżultati jista’ jkunu ekwivalenti fl-UE/EFTA kollha u jsiru pubbliċi u jistgħu jiġu ġġustifikati abbażi ta’ kriterji u proċeduri sodi u trasparenti, inklużi proċeduri xierqa ta’ appell. Il-valutazzjoni tal-pari għandha sservi wkoll bħala għodda ta’ referenza sabiex jiġi stimulat aktar titjib.

Timplimenta sistema ta’ taħriġ xieraq għall-evalwaturi biex jiżguraw valutazzjonijiet li wieħed jista’ joqgħod fuqhom, li jkunu l-istess u koerenti fil-proċess tal-valutazzjoni tal-pari.

Tiżgura li l-entitajiet membri tagħha jagħtu rendikont sħiħ tagħhom innifishom lill-partijiet kollha interessati, iħaddmu l-akkreditament bħala attività ta’ distribuzzjoni mingħajr profitt, ma jipprovdu ebda attivitajiet li jwettqu l-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità, ma jikkompetux ma’ entitajiet oħra ta’ akkreditament. Permezz tal-membri tagħha, l-EA għandha wkoll tiżgura li piżijiet mhux meħtieġa ma jiġux imposti fuq operaturi minn entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità li huma jakkreditaw. Barra minn hekk, l-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità li huma jakkreditaw għandhom, fl-attivitajiet tagħhom, jikkunsidraw, id-diversità tal-kumpaniji, id-daqs u n-natura tal-attivitajiet tagħhom, mingħajr ma jnaqqsu l-livell neċessarju tal-protezzjoni jew kwalità meħtieġa. Għandhom jiġu wkoll żgurati r-rekwiżiti meħtieġa relatati mal-konfidenzjalità. Bl-istess mod, l-entitajiet membri tal-EA mistennija jużaw il-kompetenza u l-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex jivvalutaw u jiċċertifikaw il-kompetenza teknika tal-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll biex jimmonitorjaw b’mod regolari l-entitajiet akkreditati. Fejn dan hu relatat ma’ entitajiet li joperaw b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandha tkun żgurata koordinazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-EU/EFTA, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-separazzjoni tar-responsabbilitajiet u tal-impenji tal-entitajiet membri tal-EA minn dawk ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra.

Tippermetti skambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet rilevanti ta’ akkreditament b’mod partikolari għar-riċerka u l-iżvilupp tat-temi. L-EA għandha tassisti liċ-Ċentri għar-Riċerka Konġunta - l-IRMM tal-Kummissjoni Ewropea fl-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet u ta’ arranġamenti prattiċi ta’ attivitajiet pan-Ewropej ta’ tqabbil bejn il-laboratorji u t-taħriġ. Fejn xieraq, l-EA mistennija tinkuraġġixxi l-iżvilupp ta’ tekniki u forniment ta’ ttestjar dwar il-profiċjenza. Barra minn hekk, l-EA għandha tikkoopera, kull meta jkun meħtieġ u adatt, mal-IRMM - taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta f’każ ta’ inizjattivi li għandhom l-għan li jifirxu l-prattiki u l-kulturi metroloġiċi permezz tal-akkreditament u tas-servizzi akkreditati għall-valutazzjoni tal-konformità.

Twieġeb għall-Kummissjoni Ewropea u l-EFTA kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-kompetenzi Komunitarji.

Twieġeb malajr u b’mod xieraq għall-ħtiġijiet differenti tas-suq f’setturi differenti u għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet nazzjonali pubbliċi, b’mod partikolari safejn huma kkonċernati l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-EA għandha tidentifika u tqajjem għarfien għall-għodod nieqsa għall-attivitajiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fejn hu possibbli, tipparteċipa, fuq talba, fl-iżvilupp tagħhom.

Tikkunsidra b’mod xieraq il-parir u l-gwida offruti mill-Kummissjoni Ewropea u l-EFTA, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, dwar il-kwistjonijiet dwar il-politiki relatati mal-akkreditament.

Tinforma lill-Kummissjoni Ewropea u l-EFTA dwar il-politiki u l-attivitajiet li jkunu qed jiġu żviluppati li jkunu ta’ interess reċiproku u tirrapporta b’mod regolari dwar l-istrateġija tal-EA u l-politika tal-iżvilupp.

Tikkoopera mal-partijiet interessati u l-partijiet ikkonċernati u tistabbilixxi u żżomm mekkaniżmu adatt għalihom biex twassal l-opinjonijiet tagħhom.

Tiżgura l-ftuħ, it-trasparenza, l-ekwivalenza u l-kompetenza fl-operat tal-proċeduri tagħha. B’mod partikolari, il-proċess għall-preparazzjoni tal-linji gwida għandhom ikunu miftuħa għall-opinjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-entitajiet kollha li jirrappreżentaw il-partijiet interessati. Għoti regolari ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-entitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun iggarantit flimkien ma’ koerenza żgurata ma’ livell internazzjonali, kull fejn hu xieraq.

Tkun impenjata li twassal akkreditament effiċjenti u ta’ kwalità għolja li jwassal valur miżjud lis-suq sħiħ tal-valutazzjoni tal-konformità. B’mod partikolari, l-EA u l-membri tagħha mistennija li jiżviluppaw u li jimplimentaw strateġiji u proċeduri xierqa għal titjib kontinwu kemm f’termini ta’ effikaċja u ta’ kompetenza.

Tipparteċipa b’mod attiv fl-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-akkreditament u tirrapport dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-EFTA.

Tkun impenjata fil-livell Ewropew u internazzjonali biex taġġusta r-regoli eżistenti għal valutazzjoni mill-pari li tkun ta’ suċċess sabiex tiftaħ il-proċess tal-valutazzjoni mill-pari għall-entitajiet nazzjonali rikonoxxuti kollha fl-oqsma tekniċi kollha, indipendenti mid-daqs jew l-għadd tal-entitajiet akkreditati għall-valutazzjoni tal-konformità.

Twettaq u tappoġġa azzjonijiet biex ittejjeb il-viżibilità tal-akkreditament Ewropew u biex tippromwovi l-mudell Ewropew ta’ akkreditament.

Tipprovdi inkuraġġiment għall-progress tal-entitajiet ta’ akkreditament fil-pajjiżi li applikaw għas-sħubija fl-UE jew fl-EFTA, minħabba l-parteċipazzjoni u t-twettiq sħiħ tas-sħubija tagħhom tal-EA. Tagħti sħubija sħiħa meta l-kundizzjonijiet xierqa u approvati jkunu ġew issodisfatti. Tagħmel minn kollox biex tinkuraġġixxi l-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ kwalità ta’ dawn il-pajjjiżi.

Tikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea, l-EFTA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji u tal-EFTA ta’ assistenza u kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/12


Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

2009/C 116/05

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.1.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 7/08

Stat Membru

Il-Lussemburgu

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides à des activités de publicité et de promotion en faveur des produits agricoles

Bażi legali

Loi

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

L-għoti tal-għajnuna għall-attivitajiet ta' riklamar u ta' promozzjoni li jħeġġu lill-konsumatur biex jixtri l-prodotti agrikoli ta' kwalità

Forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

660 000 EUR

Intensità

Tul

6 snin

Setturi ekonomiċi

L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'Agriculture, de la Viticulture et du Développement rural

1, rue de la Congrégation

2913 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tagħrif ieħor

It-test bil-lingwa/i awtentika/ċi, minn fejn ikun tneħħa kull tagħrif kunfidenzjali, huwa disponibbli fis-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.12.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 454/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Il-Bavarja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Investitionsbeihilfen für den Zuckersektor

Bażi ġuridika

Richtlinie des Bayerischen Staatsministeriums für Landwirtschaft und Forsten zur investiven Förderung im Rahmen der Diversifizierungsbeihilfe Zucker, 1.9.2008, Nr. M 4-7613.1-163.

Tip ta’ miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

It-titjib tal-kompetittività tal-produzzjoni tal-pitravi zokkrija

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 1 miljun

Intensità

25 %

Tul

Sal-31.12.2009

Is-setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

L-isem u l-indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

Bayerische Landesanstalt für Landwirtschaft, Abteilung Förderwesen und Fachrecht

Menzinger Str. 54

80638 München

DEUTSCHLAND

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni bil-lingwa/i awtentika/ċi, li minnu tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab fis-sit elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.1.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 491/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Beregnungsrichtlinie

Bażi ġuridika

Richtlinie zur Förderung mobiler Beregnungsmaschinen und -anlagen

Tip ta’ miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Investimenti f’binjiet agrikoli għax-xiri ta’ sistema ġdida ta’ makkinarju u tagħmir ta' tisqija bil-friefet

Tip ta’ għajnuna

Għotja diretta

Baġit

Nefqa annwali: EUR 1 miljun

Baġit globali: EUR 5 miljun

Intensità

25 % tal-ispejjeż eliġibbli

Tul ta' żmien (perjodu)

Mid-data tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Amt für Landwirtschaft Parchim

Lübzer Chaussee 12

19370 Parchim

DEUTSCHLAND

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċiżjoni, minn fejn tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fuq is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.12.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 561/08

L-Istat Membru

Franza

Ir-reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Actions conduites par les interprofessions

Il-bażi ġuridika

Code rural, livre sixième, titre III (articles L 631-1 à L 632-13)

Arrêtés interministériels relatifs à l'extension des accords interprofessionnels

Accords interprofessionnels de financement

It-tip tal-miżura

Skema-qafas ta' għajnuna

Għan

Għajnuna teknika

Prodotti ta' kwalità

Pubbliċità u promozzjoni

Riċerka u żvilupp

Tip ta’ għajnuna

Taxxi volontarji li jsiru obbligatorji

Baġit

Baġit annwali: EUR 250 miljun (stima)

Intensità

Varjabbli

Tul ta' żmien

Sal-31 ta' Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Interprofessjonijiet differenti

Tagħrif ieħor

It-test bil-lingwa/i awtentiku/ċi tad-deċi¿joni, li minnu jkun tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab fis-sit tal-Internet:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/15


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

2009/C 116/06

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 6/08

L-Istat Membru

Il-Lussemburgu

Ir-reġjun

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

L-ewwel afforestazzjoni ta' art agrikola

Bażi legali

Il-liġi

Tip ta’ miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għotja ta’ għajnuna għall-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola

Forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Il-baġit

41 250 EUR

L-intensità

Sa 41 %

It-tul ta' żmien

4 snin

Is-setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestriija u sajd

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'Agriculture, de la Viticulture et du Développement rural

1, rue de la Congrégation

2913 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tagħrif ieħor

It-test bil-lingwa/i awtentika/ċi, minn fejn ikun tneħħa kull tagħrif kunfidenzjali, huwa disponibbli fis-sit

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

23.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 139/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Trento

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Premi agroambientali

Bażi legali

Deliberazione della Giunta Provinciale di Trento n. 437 del 22 febbraio 2008, criteri attuativi dell'art. 48, comma 2 della L. P. 4/2003.

Tip ta’ miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-impenji agri-ambjentali

Forma tal-għajnuna

Għotja diretta

Baġit

EUR 6 000 000

Intensità

Tul ta' żmien (perjodu)

2009-2014

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Provincia Autonoma di Trento

Servizio Vigilanza e promozione delle attività agricole

Via G.B. Trener 3

38100 Trento

ITALIA

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċi¿joni, minn fejn tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fis-sit

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

6.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 468/08

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Għajnuna għar-reklamar ta' prodotti agrikoli

Bażi ġuridika

Valtioneuvoston asetus Nr. 606/2008 maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon kehittämisen avustamisesta (18.9.2008), Valtionavustuslaki Nr. 688/2001

Tip ta' miżura

Skema ta’ għajnuna

Għan

Il-promozzjoni ta' prodotti agrikoli

Forma ta' għajnuna

Sussidju

Baġit

EUR 2.5 Miljuni fis-sena

Intensità

100 %

Tul ta' żmien

31.12.2013

Setturi ekonomiċi

A1 – Il-produzzjoni ta' wċuħ u annimali, il-kaċċa u attivitajiet ta' servizzi relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30, 00023

Valtioneuvosto

SUOMI/FINLAND

Tagħrif ieħor

It-test bil-lingwa/i awtentiku/ċi tad-Deċiżjoni, li minnu tneħħa kull tagħrif kunfidenzjali, jinsab fuq is-sit

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

23.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 594/08

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Modernizace závlahových systémů v zemědělství

Bażi legali

Zákon o zemědělství č. 252/1997 Sb.;

Ministerská vyhláška č. 560/2006 Sb. o účasti státního rozpočtu na financování programů reprodukce majetku;

Program 129 160 – Podpora konkurenceschopnosti Agrárně potravinářského komplexu – závlahy (20).

Tip ta’ miżura

Skema

Għan

Investiment fl-impriżi agrikoli

Tip ta' għajnuna

Għotja diretta u sussidju fuq ir-rati ta’ interess

Baġit

Totali: 900 000 000 CZK (madwar EUR 31 250 000)

Ta' kull sena: 250 000 000 CZK (madwar EUR 8 680 000)

Intensità

Varjabbli

Tul ta' żmien (perjodu)

Mid-data tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo zemìdìlství Èeské republiky

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċiżjoni, li minnu/minnhom tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fuq is-sit elettroniku

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Mejju 2009

2009/C 116/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3690

JPY

Yen Ġappuniż

131,06

DKK

Krona Daniża

7,4452

GBP

Lira Sterlina

0,88260

SEK

Krona Żvediża

10,4915

CHF

Frank Żvizzeru

1,5124

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8100

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,615

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

277,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7090

PLN

Zloty Pollakk

4,3687

RON

Leu Rumen

4,1617

TRY

Lira Turka

2,0996

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7655

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5724

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6134

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2609

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9994

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 706,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,5106

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3434

HRK

Kuna Kroata

7,3634

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 093,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,8428

PHP

Peso Filippin

64,590

RUB

Rouble Russu

43,3320

THB

Baht Tajlandiż

47,169

BRL

Real Brażiljan

2,7819

MXN

Peso Messikan

17,6943

INR

Rupi Indjan

64,9180


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/19


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2009/C 116/08

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1) Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill rigward dan is-suġġett fl-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità jipprevedi l-ħruġ ta' muniti euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, b’ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li dan jikkonċerna biss il-muniti taż-EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Portugall

Suġġett tal-kommemorazzjoni: It-tieni sensiela ta’ Logħob tal-Lużofonija (fejn jieħdu sehem pajjiżi li jitkellmu bil-Portugiż)

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita tirrappreżenta ġinnasta b’żigarella. Fuq in-naħa ta’ fuq, l-arma tal-Portugall tinsab f’nofs ċirku magħmul għall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “PORTUGALL”. Fuq in-naħa ta’ taħt, f’nofs ċirku, il-kitba “2.os JOGOS DA LUSOFONIA LISBOA”, bejn l-inizjali “INCM” fuq ix-xellug u l-isem tal-artist “J.AURÉLIO” fuq il-lemin. F’ċirku magħmul miż-żiġarella, fuq ix-xellug, id-data “2009”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita jirrappreżenta t-tnax il-kewkba tal-bandiera Ewropea, fuq sfond ta’ linji konċentriċi.

Il-volum tal-ħruġ: 1 250 000 biċċa

Data ta’ ħruġ: Ġunju 2009


(1)  Ara ĠU C 373, tat-28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, P. 52).


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/20


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2009/C 116/09

Image

Wiċċ Nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ 2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skont il-konklużjonijiet adottati rigward dan is-suġġett mill-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ 2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta’ 2 euro l-oħra, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom għandu jippreżenta disinn kommemorattiv li jkun b’mod ċar simboliku fil-livell nazzjonali jew Europew.

Pajjiż tal-ħruġ: Ir-Repubblika ta’ San Marino.

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 2009, is-sena Europea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni.

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita qed tirrappreżenta oġġetti li jfakkru fir-riċerka xjentifika: ktieb, kumpass, tubu tat-testijiet, flixkun b’għonq dejjaq li jintuża fil-laboratorji. Fuq ix-xellug it-tliet rixiet simboliċi tar-Repubblika ta’ San Marino. Fuq il-lemin, is-sena “2009” u l-marka taz-zekka “R”. Fuq nett, l-iskrizzjoni “CREATIVITÁ INNOVAZIONE”. Taħt nett, il-pajjiż tal-ħruġ “SAN MARINO” u l-inizjali “A.M.” tal-artist.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-tnax-il stilla tal-bandiera Europea.

Kwantità ta’ muniti maħruġin: 130 000 munita

Data ta’ ħruġ: Mejju 2009.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.01.2009, p. 52).