ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.114.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
19 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 114/01

Komunikazzjoni Mill-Kummissjoni – Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (l-Anness V) ( 1 )

1

2009/C 114/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata – (Każ COMP/M.5406 – IPIC/Man Ferrostaal AG) ( 1 )

8

2009/C 114/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata – (Każ COMP/M.5499 – IPIC/NOVA) ( 1 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 114/04

Rata tal-kambju tal-euro

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 114/05

Sejħa għal proposti skont l-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm bħala għajnuna għall-irkupru Ekonomiku billi tingħata assistenza finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 114/06

Avviż ta’ skadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

11

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 114/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines) ( 1 )

12

2009/C 114/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics) ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/1


Komunikazzjoni Mill-Kummissjoni – Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (l-Anness V)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/01

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, partikolarment l-Artikolu 21(7) tagħha, tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjoniet leġiżlattivi, regolatorji u amministrativi li huma jadottaw fir-rigward ta' ħruġ ta' provi tal-kwalifiki formali fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn tindika t-titli adottati mill-Istati Membri għall-provi tal-kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-prova tal-kwalifiki konċernati, iċ-ċertifikat li jakkumpanjaha u fejn huwa xieraq, it-titlu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, il-punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.

Ġaladarba ħafna Stati Membri nnotifikaw titli ġodda jew bdil f'dawk elenkati, il-Kummissjoni qed tippubblika din il-komunikazzjoni skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2005/36/KE (1).

1.   Tobba

(1)

Il-Bulgarija nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu tal-formazzjoni bażika fil-mediċina diġà elenkat (il-punt 5.1.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifika

Data ta' referenza

Il-Bulgarija

Диплома за висше образование на образователно-квалификационна степен „магистър“ по „Медицина“ и професионална квалификация „Магистър-лекар“

Университет

 

1.1.2007

(2)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu tal-formazzjoni bażika fil-mediċina diġà elenkat (il-punt 5.1.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifika

Data ta' referenza

Ir-Repubblika Ċeka

Diplom o ukončení studia ve studijním programu všeobecné lékařství (doktor medicíny, MUDr.)

Lékářská fakulta univerzity v České republice

 

1.5.2004

(3)

Il-Portugall innotifika l-bidla li ġejja fit-titlu tal-formazzjoni bażika fil-mediċina diġà elenkat (il-punt 5.1.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-kwalifika

Data ta' referenza

Il-Portugall

Carta de Curso de licenciatura em medicina

Universidades

Certificado emitido pela Ordem dos Médicos

1.1.1986

2.   Tobba Speċjalizzati

(1)

Il-Bulgarija nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta' tabib speċjalizzat diġà elenkat (il-punt 5.1.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Il-Bulgarija

Свидетелство за призната специалност

Университет

1.1.2007

(2)

Franza nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titli ta' tabib speċjalizzat diġà elenkati (il-punt 5.1.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Franza

1.

Certificat d'études spécialisées de médicine accompagné du diplôme d'Etat de docteur en médecine

1.

Universités

20.12.1976

2.

Attestation de médecin spécialiste qualifié accompagnée du diplôme d'Etat de docteur en médecine

2.

Conseil de l'Ordre des médecins

3.

Diplôme d'études spécialisées ou diplôme d'études spécialisées complémentaires qualifiant de médecine accompagné du diplôme d'Etat de docteur en médecine

3.

Universités

(3)

Il-Portugall innotifika l-bidla li ġejja fit-titlu ta’ tabib speċjalizzat diġà elenkat (il-punt 5.1.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Il-Portugall

Título de especialista

Ordem dos Médicos

1.1.1986

3.   Speċjalizzazzjonijiet medikali

(1)

Il-Bulgarija nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-mediċina speċjalizzata diġà elenkati (il-punt 5.1.3 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Ostetrija u Ġinekoloġija”: Акушерство и гинекология

(b)

Taħt “Immunoloġija”: Клинична имунология

(2)

Il-Bulgarija nnotifikat it-titli ġodda li ġejjin fil-mediċina speċjalizzata (il-punt 5.1.3 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Kirurġija gastroenteroloġika”: Висцерална хирургия

(b)

Taħt “Kirurġija dentali, orali, u tax-xedaq u l-wiċċ (taħriġ bażiku mediku u dentali)”: Дентална, орална и лицево-челюстна хирургия

(3)

Id-Danimarka nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-mediċina speċjalizzata diġà elenkati (il-punt 5.1.3 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Kirurġija ġenerali”: Kirurgi

(b)

Taħt “Kirurġija newroloġika”: Neurokirurgi

(c)

Taħt “Ostetrija u ġinekoloġija”: Gynækologi og obstetric

(d)

Taħt “Mediċina (interna) ġenerali”: Intern medicin (sal-1 ta’ Jannar 2004)

(e)

Taħt “Oftalmoloġija”: Oftalmologi

(f)

Taħt “Otorinolaringoloġija”: Oto-rhino-laryngologi

(g)

Taħt “Pedjatrija”: Pædiatri

(h)

Taħt “Mediċina respiratorja”: Intern medicin: lungesygdomme

(i)

Taħt “Uroloġija”: Urologi

(j)

Taħt “Anatomija patoloġika”: Patalogisk anatomi og cytology

(k)

Taħt “Newroloġija”: Neurologi

(l)

Taħt “Radjoloġija djanjostika”: Diagnostisk radiology

(m)

Taħt “Radjoterapija”: Klinisk Onkologi

(n)

Taħt “Kirurġija toraċika”: Thoraxkirurgi

(o)

Taħt “Kirurġija vaskulari”: Karkirurgi

(p)

Taħt “Kardjoloġija”: Intern medicin: kardiologi

(q)

Taħt “Gastroenteroloġija”: Intern medicin: gastroenterology og hepatologi

(r)

Taħt “Rewmatoloġija”: Intern medicin: reumatologi

(s)

Taħt “Ematoloġija ġenerali”: Intern medicin: hæmatologi

(t)

Taħt “Endokrinoloġija”: Intern medicin: endokrinologi

(u)

Taħt “Dermatoveneroloġija”: Dermato-venerologi

(v)

Taħt “Ġerjatrija”: Intern medicin: geriatric

(w)

Taħt “Mard renali”: Intern medicin: nefrologi

(x)

Taħt “Mard infettiv”: Intern medicin: infektionsmedicin

(y)

Taħt “Allergoloġija”: Medicinsk allergologi eller medicinske overfølsomhedssygdomme (sal-1 ta’ Jannar 2004)

(z)

Taħt “Ematoloġija bijoloġika”: Klinisk blodtypeserologi (sal-1 ta’ Jannar 2004)

(aa)

Taħt “Kirurġija gastroenteroloġika” Kirurgisk gastroenterologi eller kirurgiske mave-tarmsygdomme (sal-1 ta’ Jannar 2004)

(bb)

Taħt “Newrofiżjoloġija klinika” Klinisk neurofysiologi (sal-1 ta’ Jannar 2004)

(4)

Franza nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-mediċina speċjalizzata diġà elenkati (il-punt 5.1.3 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Anestesija”: Anesthésie-réanimation

(c)

Taħt “Otorinolaringoloġija”: Oto-rhino-laryngologie et chirurgie cervico-faciale

(d)

Taħt “Uroloġija”: Chirurgie urologique

(e)

Taħt “Radjoterapija”: Oncologie option oncologie radiothérapique

(f)

Taħt “Kardjoloġija”: Cardiologie et maladies vasculaires

(g)

Taħt “Endokrinoloġija”: Endocrinologie – diabète – maladies métaboliques

(h)

Taħt “Psikjatrija tat-tfal”: Pédopsychiatrie (sal-1 ta’ Jannar 1991)

(i)

Taħt “Fiżjoterapija”: Médecine physique et de réadaptation

(5)

Il-Portugall innotifika l-bidliet li ġejjin fit-titli tal-mediċina speċjalizzata diġà elenkati (il-punt 5.1.3 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Kirurġija plastika”: Cirurgia plástica, estética e reconstrutiva

(b)

Taħt “Kirurġija vaskulari”: Angologia/Cirurgia vascular

(c)

Taħt “Endokrinoloġija”: Endocrinologia/Nutrição

(d)

Taħt “Fiżjoterapija”: Medicina física e de reabilitação

(e)

Taħt “Psikjatrija tat-tfal”: Psiquiatria da infância e da adolescência

(f)

Taħt “Mard infettiv”: Doenças infecciosas

4.   Tobba ġeneralisti

(1)

Franza nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta' tabib ġeneralista diġà elenkat (il-punt 5.1.4 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Franza

Diplômes d'études spécialisées de médicine générale accompagné du diplôme d'Etat de docteur en médecine

Médecin qualifié en médecine générale

31.12.1994

(2)

Il-Portugall innotifika l-bidla li ġejja fit-titlu ta’ tabib ġeneralista diġà elenkat (il-punt 5.1.4 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Il-Portugall

Título de especialista em medicina geral e familiar

Especialista em medicina geral e familiar

31.12.1994

5.   Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja f'titlu ta' infermiera responsabbli għall-kura ġenerali diġà elenkat (il-punt 5.2.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Ir-Repubblika Ċeka

1.

Diplom o ukončení studia ve studijním programu ošetřovatelství ve studijním oboru všeobecná sestra (bakalář, Bc.)

1.

Vysoká škola zřízená nebo uznaná státem

1.

Všeobecná sestra

1.5.2004

6.   Dentisti

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ dentist diġà elenkat (il-punt 5.3.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Ir-Repubblika Ċeka

Diplom o ukončení studia ve studijním programu zubní lékařství (doktor zubního lékařství, MDDr.)

Lékařská fakulta univerzity v České republice

 

Zubní lékař

1.5.2004

7.   Kirurgi veterinarji

Id-Danimarka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ kirurgu veterinarju diġà elenkat (il-punt 5.4.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Data ta' referenza

Id-Danimarka

Bevis for bestået kandidateksamen i veterinærvidenskab

Det Biovidenskabelige Fakultet, Københavns Universitet

 

21.12.1980

8.   Qwiebel

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ qabla diġà elenkat (il-punt 5.5.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Ir-Repubblika Ċeka

1.

Diplom o ukončení studia ve studijním programu ošetřovatelství ve studijním oboru porodní asistentka (bakalář, Bc.)

1.

Vysoká škola zřízená nebo uznaná státem

Porodní asistentka/ porodní asistent

1.5.2004

9.   Spiżjara

(1)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ spiżjar diġà elenkat (il-punt 5.6.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja d-diploma

Data ta' referenza

Ir-Repubblika Ċeka

Diplom o ukončení studia ve studijním programu farmacie (magistr, Mgr.)

Farmaceutická fakulta univerzity v České republice

 

1.5.2004

(2)

Id-Danimarka nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titlu ta’ spiżjar diġà elenkat (il-punt 5.6.2 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja d-diploma

Data ta' referenza

Id-Danimarka

Cand. pharm.

Det Farmaceutiske Fakultet, Københavns Universitet

 

1.10.1987

10.   Periti

(1)

L-Italja nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta' referenza

L-Italja

Laurea Specialistica in Architettura (Progettazione Urbana)

Università di Roma Tre

Diploma di abilitazione all'esercizio indipendente della professione che viene rilasciato dal Ministero dell'istruzione, dell'università e della ricerca dopo che il candidato ha sostenuto con esito positivo l'esame di Stato davanti ad una commissione competente

2001/2002

Laurea Specialistica in Architettura (Progettazione dell'architettura)

Università di Firenze

2001/2002

Laurea Specialistica in architettura (Architettura delle costruzioni)

Politecnico di Milano (Facoltà di Architettura civile)

2001/2002

(2)

Malta nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta' referenza

Malta

Bachelor of Engineering and Architecture (Hons)

Università ta' Malta

Warrant b’titlu ta’ “Perit” maħruġ mill-Bord tal-Warrant

2007/2008

(3)

Ir-Rumanija nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta' referenza

Ir-Rumanija

Diploma de arhitect

Universitatea de arhitectură și urbanism „ION MINCU” – la propunerea Facultății de Arhitectură

 

2007/2008


(1)  Verżjoni konsolidata tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE tinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/


19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5406 – IPIC/Man Ferrostaal AG)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/02

Fit-13 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5406. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5499 – IPIC/NOVA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/03

Fid-11 ta’ April 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5499. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Mejju 2009

2009/C 114/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3494

JPY

Yen Ġappuniż

129,28

DKK

Krona Daniża

7,4455

GBP

Lira Sterlina

0,88250

SEK

Krona Żvediża

10,6049

CHF

Frank Żvizzeru

1,5115

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7785

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,920

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

284,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

4,4680

RON

Leu Rumen

4,1735

TRY

Lira Turka

2,0981

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7776

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5779

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4609

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2861

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9803

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 694,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,6534

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2124

HRK

Kuna Kroata

7,3785

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 006,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,7964

PHP

Peso Filippin

64,045

RUB

Rouble Russu

43,3415

THB

Baht Tajlandiż

46,635

BRL

Real Brażiljan

2,8217

MXN

Peso Messikan

17,8339

INR

Rupi Indjan

64,6230


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/10


Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport, b'din tniedi sejħa għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għall-proġetti magħżula fl-anness tal-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm bħala għajnuna għall-irkupru billi tingħata assistenza finanzjarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija.

L-ammont massimu disponibbli li jaqa' taħt din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 3 980 000 000.

Din is-sejħa tagħlaq fil-15 ta' Lulju 2009.

It-test sħiħ ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa disponibbli mis-sit:

http://ec.europa.eu/energy/grants/2009_07_15_en.htm


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/11


Avviż ta’ skadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

2009/C 114/06

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu ta' żmien

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96.

Prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza

Plywood Okoumé

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju ta’ anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2004 (ĠU L 336, 12.11.2004, p. 4)

13.11.2009


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Telefax +32 22956505.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/07

1.

Fit-8 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Austrian Airlines AG (“Austrian Airlines”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal-Lufthansa: trasport bl-ajru tal-passiġġieri u merkanzija u servizzi relatati (ikel u xorb waqt it-titjira, servizzi tal-IT, manutenzjoni, tiswija u restawr tekniku ta' inġenji tal-ajru u servizzi ta' assistenza fuq l-art), forniment ta' postijiet fuq l-ajruplan għall-operaturi tal-ivvjaġġar u operazzjonijiet ta’ kiri,

għall-Austrian Airlines: trasport bl-ajru tal-passiġġieri u merkanzija u servizzi relatati (manutenzjoni, tiswija u restawr tekniku ta' inġenji tal-ajru u servizzi ta' assistenza fuq l-art), forniment ta' postijiet fuq l-ajruplan għall-operaturi tal-ivvjaġġar u operazzjonijiet ta’ kiri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/08

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Deutsche Bahn Mobility Logistics AG (il-Ġermanja), li hi proprjetà tad-Deutsche Bahn AG (il-Ġermanja) għandha ħsieb lli takkwista l-kontroll skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill tal-operazzjonjiet loġistiċi Pollakki mmexxija mill-impriżi PCC Rail S.A., PCC Rail Rybnik S.A. u Trawipol Sp. (flimkien il-PCC Logistics, il-Polonja) li kollha huma proprjetà tal-PCC SE (il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Deutsche Bahn AG: it-trasport tal-passiġġieri, l-ispedizzjoni tal-merkanzija u l-loġistika (inkluż it-trasport tal-merkanzija) u servizzi anċillari,

PCC Logistics: servizzi ta’ loġistika għat-trasport bil-ferrovija u l-ispedizzjoni tal-merkanzija u l-loġistika (inkluż it-trasport tal-merkanzija speċjalment fil-Polonja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.