ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.113.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 113

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
16 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 113/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 102, 1.5.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 113/02

Kawża C-345/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich — L-Awstrija) — Gottfried Heinrich (Artikolu 254(2) KE — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Artikolu 2(3) — Regolament (KE) Nru 622/2003 — Sigurtà fl-avjazzjoni — Anness — Lista tal-oġġetti pprojbiti abbord inġenji tal-ajru — Nuqqas ta’ pubblikazzjoni — Effett vinkolanti)

2

2009/C 113/03

Kawża C-445/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Danske Slagterier vs Bundesrepublik Deutschland (Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Spezzjonijiet sanitarji — Kummerċ intrakomunitarju — Laħam frisk — Spezzjonijiet veterinarji — Responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru — Terminu ta’ preskrizzjoni — Determinazzjoni tad-dannu)

2

2009/C 113/04

Kawża C-489/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 93/36/KEE u 93/42/KEE — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti — Provvisti għall-isptarijiet)

3

2009/C 113/05

Kawża C-510/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-glukonat tas-sodju — Multi — Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi — Politika Komunitarja tal-kompetizzjoni — Trattament ugwali — Dħul mill-bejgħ li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti)

3

2009/C 113/06

Kawża C-113/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) (Appell — Kompetizzjoni — Artikolu 82 KE — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Organizzazzjoni internazzjonali — Abbuż minn pożizzjoni dominanti)

4

2009/C 113/07

Kawża C-169/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Hartlauer Handelsgesellschaft mbH vs Wiener Landesregierung, Oberösterreichische Landesregierung (Libertà ta’ stabbiliment — Sigurtà soċjali — Sistema tas-saħħa nazzjonali ffinanzjata mill-Istat — Sistema ta’ servizzi in natura — Sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż imħallsa mill-assigurat — Awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ poliklinika privata għal kura dentali outpatient — Kriterju ta’ evalwazzjoni tal-bżonnijiet li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ klinika — Għan intiż għaż-żamma ta’ kura medika u kura fl-isptar ta’ kwalità, ibbilanċjata u aċċessibbli għal kulħadd — Għan intiż sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ dannu gravi għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali — Koerenza — Proporzjonalità)

4

2009/C 113/08

Kawża C-256/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (Kodiċi Doganali Komunitarju — Rifużjoni ta’ dazji doganali — Artikolu 29(1) u (3)(a) — Valur għal skopijiet doganali — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 145(2) u (3) — Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali, tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-bejjiegħ b’applikazzjoni ta’ obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ — Applikazzjoni fiż-żmien — Regoli sostantivi — Regoli proċedurali — Retroattività ta’ regola — Validità)

5

2009/C 113/09

Kawża C-270/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika agrikola komuni — Miżati relatati ma’ spezzjonijiet u kontrolli veterinarji — Direttiva 85/73/KEE — Regolament (KE) Nru 882/2004)

5

2009/C 113/10

Kawża C-275/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tranżitu Komunitarju estern — Carnets TIR — Dazji doganali — Riżorsi proprji tal-Komunitajiet — Tqegħid għad-dispożizzjoni — Terminu — Imgħaxijiet għal dewmien — Regoli ta’ kontabbiltà)

6

2009/C 113/11

Kawża C-309/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Il-Ġermanja) — Firma Baumann GmbH vs Land Hessen (Politika agrikola komuni — Miżati fil-qasam tal-ispezzjonijiet u tal-kontrolli veterinarji — Direttiva 85/73/KEE)

6

2009/C 113/12

Kawża C-320/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Antartica Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), The Nasdaq Stock Market Inc. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(5) — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Trade mark preċedenti ta’ fama NASDAQ — Sinjal figurattiv nasdaq — Użu tat-trade mark preċedenti għal prodotti u servizzi allegatament offruti b’xejn — Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Pubbliku rilevanti)

7

2009/C 113/13

Kawża C-326/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Statuti ta’ impriżi privatizzati — Kriterji għall-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet speċjali miżmuma mill-Istat)

7

2009/C 113/14

Kawża C-348/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Turgay Semen vs Deutsche Tamoil GmbH (Direttiva 86/653/KEE — Artikolu 17 — Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom — Terminazzjoni tal-kuntratt — Dritt għal indennizz — Determinazzjoni tal-ammont tal-indennizz)

8

2009/C 113/15

Kawża C-458/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Telekomunikazzjonijiet — Direttiva 2002/22/KE — Servizz universali — Obbligu li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju komprensivi)

8

2009/C 113/16

Kawża C-559/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika soċjali — Artikolu 141 KE — Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari — Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ — Ġustifikazzjoni — Nuqqas)

9

2009/C 113/17

Kawża C-10/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Finlandja (Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur użati importati fil-Finlandja minn Stati Membri oħra — Konformità tal-liġi nazzjonali mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, mas-Sitt Direttiva tal-VAT u mad-Direttiva 2006/112/KE)

9

2009/C 113/18

Kawża C-21/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Sunplus Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Sun Microsystems Inc. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark figurattiva u verbali SUNPLUS — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali SUN — Reġistrazzjoni rrifjutata)

10

2009/C 113/19

Kawża C-77/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Dachsberger & Söhne GmbH vs Zollamt Salzburg, Erstattungen (Rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Rifużjoni differenzjata — Mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni — Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Nuqqas ta’ prova tat-twettiq tal-formalitajiet għar-rilaxx għall-konsum fil-pajjiż ta’ destinazzjoni — Sanzjoni)

10

2009/C 113/20

Kawża C-143/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/73/KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

11

2009/C 113/21

Kawża C-184/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 648/2004 — Artikolu 18 — Suq tad-diterġenti u tas-surfactants għal diterġenti — Sanzjonijiet)

11

2009/C 113/22

Kawża C-245/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-persuni — Libertà li jiġu provduti servizzi — Dritt ta’ stabbiliment — Adattazzjonijiet konsekuttivi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija)

12

2009/C 113/23

Kawża C-289/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Artikolu 11(1)(ċ) — Pjanijiet esterni ta’ emerġenza — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

12

2009/C 113/24

Kawża C-298/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/22/KE — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

12

2009/C 113/25

Kawża C-331/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Responsabbiltà ambjentali — Direttiva 2004/35/KE — Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali)

13

2009/C 113/26

Kawża C-342/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Artikolu 11(1)(c) — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni — Traspożizzjoni mhux kompluta)

13

2009/C 113/27

Kawża C-402/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

13

2009/C 113/28

Kawża C-557/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Soċjetà tal-informazzjoni — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Kunċett ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)

14

2009/C 113/29

Kawża C-17/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Frar 2009 — MPDV Mikrolab GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(ċ) — Rifjut tar-reġistrazzjoni — Trade mark verbali manufacturing score card — Karattru deskrittiv)

15

2009/C 113/30

Kawżi magħquda C-39/08 u C-43/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — Il-Ġermanja) — Bild digital GmbH & Co. KG, li qabel kienet Bild.T-Online.de AG & Co. KG (C-39/08), ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH (C-43/08) vs Präsident des Deutschen Patent- und Markenamts (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 89/104/KEE — Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark — Eżami fil-każ individwali — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti — Inammissibbiltà manifesta)

15

2009/C 113/31

Kawża C-62/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — UDV North America Inc vs Brandtraders NV (Tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9(1)(a) u 2(d) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata li jopponi l-użu minn terzi persuni ta’ sinjal identiku għat-trade mark — Kunċett ta’ użu — Użu ta’ sinjal identiku għat-trade mark minn intermedjarju kummerċjali fid-dokumenti ta’ negozju tiegħu — Intermedjarju li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ bejjiegħ)

16

2009/C 113/32

Kawża C-119/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — L-ewwel Direttiva tal-VAT — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 33(1) — Kunċett ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Taxxa kkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi intiża sabiex tiffinanzja programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq nazzjonali)

16

2009/C 113/33

Kawża C-131/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2009 — Dorel Juvenile Group, Inc. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1) (b) — Applikazzjoni għat-trade mark verbali SAFETY 1ST — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

17

2009/C 113/34

Kawża C-183/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Deċiżjoni ta’ ċaħda — Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat)

17

2009/C 113/35

Kawża C-210/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 — Sebirán, S.L. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), El Coto de Rioja S.A. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Trade mark figurattiva Coto D’Arcis — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali COTO DE IMAZ u EL COTO — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

18

2009/C 113/36

Kawża C-231/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2009 — Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku Komunitarju — Dritt għal smigħ xieraq — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni — Interess tas-servizz u l-obbligu ta’ premura — Żnaturament tal-elementi ta’ prova u regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

18

2009/C 113/37

Kawża C-268/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2009 — Christos Michail vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku — Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Obbligu ta’ għajnuna — Żnaturament tal-fatti — Żball fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

19

2009/C 113/38

Kawża C-497/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Charlottenburg fis-17 ta’ Novembru 2008 — Amiraike Berlin GmbH vs Aero Campus Cottbus Ltd.

19

2009/C 113/39

Kawża C-58/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (Il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide

19

2009/C 113/40

Kawża C-61/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgerichts Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Landkreis Bad Dürkheim vs Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion, beigeladen: Frau Astrid Niedermair-Schiemann

20

2009/C 113/41

Kawża C-71/09 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2009 mill-Comitato Venezia vuole vivere mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

20

2009/C 113/42

Kawża C-73/09 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 minn Hotel Cipriani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

21

2009/C 113/43

Kawża C-76/09 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2009 minn Società Italiana per il gas SpA (Italgas) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

22

2009/C 113/44

Kawża C-88/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-2 ta’ Marzu 2009 — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

23

2009/C 113/45

Kawża C-89/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbkika Franċiża

23

2009/C 113/46

Kawża C-93/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — Hartmut Eifert vs Land Hessen

24

2009/C 113/47

Kawża C-94/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

25

2009/C 113/48

Kawża C-95/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

25

2009/C 113/49

Kawża C-96/09 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2009 minn Anheuser-Busch, Inc. mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawżi MagħqudaT-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06: Budějovický Budvar, národní podnik vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Anheuser-Busch, Inc

26

2009/C 113/50

Kawża C-100/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

27

2009/C 113/51

Kawża C-114/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

28

2009/C 113/52

Kawża C-408/07: Digriet tal-President tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main — Il-Ġermanja) — Brigitte Ruf, née Elsässer, Gertrud Elsässer, née Sommer vs Europäische Zentralbank (EZB), Coop Himmelblau Prix, Dreibholz & Partner ZT GmbH, fil-preżenza ta’: Stadt Frankfurt am Main

28

2009/C 113/53

Kawża C-92/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

28

2009/C 113/54

Kawża C-98/08: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2009 — (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil de Madrid — Spanja) –Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Asociación de Artistas Intérpretes o Ejecutantes — Sociedad de Gestión de España (AIE) vs Sogecable, SA, Canal Satélite Digital SL

28

2009/C 113/55

Kawża C-257/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

28

2009/C 113/56

Kawża C-291/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

29

2009/C 113/57

Kawża C-329/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

29

2009/C 113/58

Kawża C-332/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

29

2009/C 113/59

Kawża C-354/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

29

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 113/60

Kawża T-385/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ April 2009 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors għal annullament — Rikors għal kumpens — Promozzjoni — Għoti ta’ punti ta’ prijorità)

30

2009/C 113/61

Kawża T-299/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Marzu 2009 — Shanghai Excell M&E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Artikolu 2(7)(a) u (ċ), Artikolu 2(10), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96)

30

2009/C 113/62

Kawża T-354/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009 — TF1 vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Finanzjament ta’ France Télévisions permezz ta’ liċenzja awdjoviżwali — Eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti — Rakommandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa — Impenji tal-Istat Membru aċċettati mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Natura tal-att ikkontestat — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Sentenza Altmark)

31

2009/C 113/63

Kawża T-171/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2009 — Laytoncrest vs UASI — Erico (TRENTON) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRENTON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LENTON — Dritt għal smigħ — Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u Regola 54 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Nuqqas ta’ rtirar tal-applikazzjoni għal trade mark — Artikolu 44(1) tar-Regolament Nru 40/94 — Obbligu li tingħata deċiżjoni bbażata fuq il-provi disponibbli — Regoli 20(3) u 50(1) tar-Regolament Nru 2858/95)

31

2009/C 113/64

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fl-24 ta’ Marzu 2009 — Moreira da Fonseca vs UASI — General Óptica (GENERAL OPTICA) (Kawżi magħqudin T-318/06 sa T-321/06) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattivi GENERAL OPTICA b’kuluri differenti — Denominazzjoni kummerċjali preċedenti Generalóptica — Raġuni relattiva għal rifjut — Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti — Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

32

2009/C 113/65

Kawża T-332/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti — Vantaġġ — Motivazzjoni — Aspettativi leġittimi — Ċertezza legali)

32

2009/C 113/66

Kawża T-405/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Komunitarju ta’ travi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetenza tal-Kummissjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Preskrizzjoni — Drittijiet tad-difiża)

33

2009/C 113/67

Kawża T-21/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — L'Oréal vs UASI — Spa Monopole (SPALINE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPALINE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni — Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Nuqqas ta’ raġuni korretta għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

33

2009/C 113/68

Kawża T-109/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — L’Oréal vs UASI — Spa Monopole (SPA THERAPY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPA THERAPY — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

33

2009/C 113/69

Kawża T-191/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Anheuser-Busch vs UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER — Trade marks internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti BUDWEISER u Budweiser Budvar — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

34

2009/C 113/70

Kawża T-343/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — allsafe Jungfalk vs UASI (ALLSAFE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALLSAFE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ natura distintiva — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

34

2009/C 113/71

Kawża T-402/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Kaul vs UASI — Bayer (ARCOL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARCOL — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CAPOL — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

35

2009/C 113/72

Kawża T-96/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Marzu 2009 — Telecom Italia Media vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali — Telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Deċiżjoni tal-Istat Membru, adottata matul il-kawża, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriżi li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ rikors għal annullament — Telf tal-interess ġuridiku — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2009/C 113/73

Kawża T-59/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

35

2009/C 113/74

Kawża T-71/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 — Química Atlântica vs Il-Kummissjoni

36

2009/C 113/75

Kawża T-79/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 113/76

Kawża T-86/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

38

2009/C 113/77

Kawża T-87/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 — Gråhundbus v/Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni

38

2009/C 113/78

Kawża T-92/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Strategi Group vs UASI — Reed Business Information (STRATEGI)

39

2009/C 113/79

Kawża T-103/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 — von Oppeln-Broniikowski u von Oppeln-Bronikowski vs UASI — Pomodoro Clothing (promodoro)

39

2009/C 113/80

Kawża T-106/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2009 — adp Gauselmann vs UASI — Maclean (Archer Maclean’s Mercury)

40

2009/C 113/81

Kawża T-107/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2009 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 113/82

Kawża T-109/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2009 — Rintisch vs UASI — Valfeuri Pates Alimentaires (PROTIVITAL)

41

2009/C 113/83

Kawża T-112/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2009 — Icebreaker vs UASI — Gilmar (ICEBREAKER)

41

2009/C 113/84

Kawża T-115/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Electrolux vs Il-Kummissjoni

42

2009/C 113/85

Kawża T-116/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

42

2009/C 113/86

Kawża T-119/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2009 — Protege International vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 113/87

Kawża T-121/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Al Shanfari vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

43

2009/C 113/88

Kawża T-273/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Marzu 2009 — Torres vs UASI — Vinícola de Tomelloso (TORREGAZATE)

44

2009/C 113/89

Kawża T-349/07 u T-350/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta' Marzu 2009 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

44

2009/C 113/90

Kawża T-342/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009 — Batchelor vs Il-Kummissjoni

44

2009/C 113/91

Kawża T-378/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Portugal vs Il-Kummissjoni

44

2009/C 113/92

Kawża T-457/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Marzu 2009 — Intel vs Il-Kummissjoni

44

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 113/93

Kawża F-5/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Soerensen Ferraresi vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 113/94

Kawża F-12/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 — A vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 113/95

Kawża F-17/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 — Meister vs UASI

46

2009/C 113/96

Kawża F-18/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Merhzaoui vs Il-Kunsill

46

2009/C 113/97

Kawża F-19/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Lopez Sanchez vs Il-Kunsill

46

2009/C 113/98

Kawża F-20/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — Juvyns vs Il-Kunsill

46

2009/C 113/99

Kawża F-21/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — De Benedetti-Dagnoni vs Il-Kunsill

47

2009/C 113/00

Kawża F-22/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — Marie-Hélène Willigens vs Il-Kunsill

47

2009/C 113/01

Kawża F-24/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009 — Wagner-Leclercq vs Il-Kunsill

47

2009/C 113/02

Kawża F-25/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009 — Van Neyghem vs Il-Kunsill

48

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/1


2009/C 113/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 102, 1.5.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 90, 18.4.2009

ĠU C 82, 4.4.2009

ĠU C 69, 21.3.2009

ĠU C 55, 7.3.2009

ĠU C 44, 21.2.2009

ĠU C 32, 7.2.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich — L-Awstrija) — Gottfried Heinrich

(Kawża C-345/06) (1)

(Artikolu 254(2) KE - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 2(3) - Regolament (KE) Nru 622/2003 - Sigurtà fl-avjazzjoni - Anness - Lista tal-oġġetti pprojbiti abbord inġenji tal-ajru - Nuqqas ta’ pubblikazzjoni - Effett vinkolanti)

2009/C 113/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gottfried Heinrich

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikolu 254(2) tat-Trattat KE, kif ukoll tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003, tal-4 ta’ April 2003, li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 89, p. 9) — Nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-anness tar-regolament, li jistabbilixxi miżuri dettaljati applikabbli għas-sigurtà fl-avjazzjoni, u b’mod partikolari lista tal-oġġetti pprojbiti li ma jistgħux jittellgħu abbord inġenji tal-ajru.

Dispożittiv

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003, tal-4 ta’ April 2003, li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 89, p. 9), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004, tal-15 ta’ Jannar 2004, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma għandux effett vinkolanti sa fejn huwa intiż sabiex jimponi obbligi fuq l-individwi.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Danske Slagterier vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-445/06) (1)

(Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Spezzjonijiet sanitarji - Kummerċ intrakomunitarju - Laħam frisk - Spezzjonijiet veterinarji - Responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru - Terminu ta’ preskrizzjoni - Determinazzjoni tad-dannu)

2009/C 113/03

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danske Slagterier

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 28 KE u tal-Artikoli 5(1)(o) u 6(1)(b)(iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ġewwa l-Kommunità ta’ prodotti tal-laħam (ĠU L 121, p. 2012) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/497/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 (ĠU L 268, p. 69) flimkien mal-Artikoli 5(1), 7 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989, dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, p. 13) — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju fil-qasam ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għall-ksur tad-dritt Komunitarju — Terminu ta’ preskrizzjoni — Determinazzjoni tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat u rekwiżiti mitluba mill-parti leża

Dispożittiv

1)

L-individwi li ġew leżi mit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni inkorretta tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ġewwa l-Kommunità ta’ prodotti tal-laħam, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/497/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991, u tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE, tal-11 ta’ Diċembru 1989, dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, jistgħu jirrikorru għad-dritt tal-moviment liberu tal-merkanzija sabiex ikun jista’ jingħata lok għar-responsabbiltà tal-Istat minħabba l-ksur tad-dritt Komunitarju.

2)

Id-dritt Komunitarju ma jeżiġix li, meta l-Kummissjoni tkun ippreżentat proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, it-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għal kumpens għad-danni mill-Istat minħabba ksur tad-dritt Komunitarju previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jkun interrott jew sospiż matul dawn il-proċeduri.

3)

Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat minħabba t-traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva jibda jiddekorri mid-data li fiha l-ewwel konsegwenzi dannużi ta’ din it-traspożizzjoni inkorretta jkunu seħħew u konsegwenzi dannużi ulterjuri tagħha jkunu prevedibbli, anki jekk din id-data tiġi qabel it-traspożizzjoni korretta ta’ din id-direttiva.

4)

Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li individwu ma jistax jikseb kumpens għad-danni meta huwa jkun naqas, intenzjonalment jew b’negliġenza, milli jipprevjeni li jseħħu d-danni billi juża rimedju legali, sakemm l-użu ta’ dan ir-rimedju legali jkun jista’ jiġi raġonevolment rikjest mill-persuna leża, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwaha fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali. Il-probabbiltà li l-qorti nazzjonali tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE jew l-eżistenza ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jistgħux, fihom infushom, jikkostitwixxu raġuni suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li mhux raġonevoli li jiġi eżerċitat rimedju legali.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-489/06) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 93/36/KEE u 93/42/KEE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti - Provvisti għall-isptarijiet)

2009/C 113/04

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u X. Lewis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki u S. Chala, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] (ĠU L 199, p. 1) kif ukoll tal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi [apparat mediku] (ĠU L 169, p. 1) — Ċaħda ta’ apparat mediku, fil-kuntest ta’ sejħiet għal offerti għal provvisti għall-isptarijiet pubbliċi fil-Greċja, minħabba raġunijiet marbuta “mal-armonizzazzjoni ġenerali tagħhom u mas-sigurtà fl-użu tagħhom”, minkejja ċ-ċertifikazzjoni tagħhom permezz tal-marka CE u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma ġiet applikata l-proċedura prevista fid-Direttiva 93/42/KEE.

Dispożittiv

1)

Billi ċaħdet l-offerti ta’ apparat mediku li għandu l-marka ta’ ċertifikazzjoni CE, mingħajr ma l-awtoritajiet kontraenti kompetenti tal-isptarijiet ma segwew il-proċedura prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi [apparat mediku], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE tat-13 ta’ Settembru 2001 kif ukoll taħt l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 93/42, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-510/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-glukonat tas-sodju - Multi - Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi - Politika Komunitarja tal-kompetizzjoni - Trattament ugwali - Dħul mill-bejgħ li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)

2009/C 113/05

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

AppellantI: Archer Daniels Midland Co. (rappreżentant: M. Garcia, Solicitor)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni (T-329/01), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 2931 finali, tat-2 ta’ Ottubru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 52 tal-Ftehim ŻEE (COMP/E-1/36.756 — Glukonat tas-sodju), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Archer Daniels Midland Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol)

(Kawża C-113/07 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Organizzazzjoni internazzjonali - Abbuż minn pożizzjoni dominanti)

2009/C 113/06

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Selex Sistemi Integrati S.p.A. [rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u D. Fioretti, avukati]

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) [rappreżentanti: F. Montag u T. Wessely, Rechtsanwälte]

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2006, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni (T-155/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament jew għall-modifika tad-deċiżjoni tal-Kummmissjoni tat-12 ta’ Frar 2004 li tiċħad l-ilment ta’ Selex Sistemi dwar allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Selex Sistemi Integrati SpA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u nofs l-ispejjeż tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol).

3)

L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Hartlauer Handelsgesellschaft mbH vs Wiener Landesregierung, Oberösterreichische Landesregierung

(Kawża C-169/07) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Sigurtà soċjali - Sistema tas-saħħa nazzjonali ffinanzjata mill-Istat - Sistema ta’ servizzi in natura - Sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż imħallsa mill-assigurat - Awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ poliklinika privata għal kura dentali outpatient - Kriterju ta’ evalwazzjoni tal-bżonnijiet li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ klinika - Għan intiż għaż-żamma ta’ kura medika u kura fl-isptar ta’ kwalità, ibbilanċjata u aċċessibbli għal kulħadd - Għan intiż sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ dannu gravi għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali - Koerenza - Proporzjonalità)

2009/C 113/07

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hartlauer Handelsgesellschaft mbH

Konvenuti: Wiener Landesregierung, Oberösterreichische Landesregierung

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Awtorizzazzjoni lil klinika privata sabiex tagħti kuri dentali outpatient — Awtorizzazzjoni suġġetta għal evalwazzjoni tal-bżonnijiet tas-suq.

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ klinika privata fil-forma ta’ poliklinika dentali indipendenti u li jipprovdu li tali awtorizzazzjoni m’għandhiex tingħata meta, fid-dawl tal-kura diġà offerta minn tobba li jaħdmu fuq bażi kuntrattwali ma’ fondi ta’ assigurazzjoni, ma jinħass l-ebda bżonn li jiġġustifika l-ftuħ ta’ tali klinika, filwaqt li dawn id-dispożizzjonijiet ma jissuġġettawx bl-istess mod lil kliniċi ta’ grupp ta’ professjonisti għal tali sistema, u li mhumiex ibbażati fuq kundizzjoni li tista’ tillimita biżżejjed l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-256/07) (1)

(Kodiċi Doganali Komunitarju - Rifużjoni ta’ dazji doganali - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Valur għal skopijiet doganali - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 145(2) u (3) - Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali, tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-bejjiegħ b’applikazzjoni ta’ obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ - Applikazzjoni fiż-żmien - Regoli sostantivi - Regoli proċedurali - Retroattività ta’ regola - Validità)

2009/C 113/08

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitsui & Co. Deutschland GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1), kif ukoll tal-Artikolu 145(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 tal-11 ta’ Marzu 2002 (ĠU L 68, p. 11 — Validità ta’ dawn l-aħar dispożizzjonijiet safejn japplikaw retroattivament ukoll għall-importazzjonijiet li għalihom id-dikjarazzjoni doganali ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 — Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija importata, tal-ħlasijiet magħmula mill-bejjiegħ bis-saħħa ta’ obbligu ta’ garanzija, previst mill-kuntratt tal-bejgħ, sabiex tħallas lura lix-xerrej l-ispejjeż li jirriżultaw mis-servizzi ta’ garanzija li dan tal-aħħar kellu jipprovdi lix-xerrejja tiegħu stess minħabba n-natura difettuża tal-merkanzija.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif ukoll l-Artikolu 145(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 tal-11 ta’ Marzu 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba difetti li jaffetwaw merkanzija, li jirriżultaw wara r-rilaxx ta’ din il-merkanzija iżda fejn jiġi pprovat li dawn id-difetti kienu jeżistu qabel ir-rilaxx, jagħtu lok, bis-saħħa ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija, għal rimborsi ulterjuri mill-bejjiegħ-manifattur favur ix-xerrej, liema rimborsi jikkorrispondu għall-ispejjeż ta’ tiswija ffatturati mid-distributuri tiegħu stess, dawn ir-rimborsi jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-valur ta’ tranżazzjoni ta’ din il-merkanzija u, b’hekk, tal-valur doganali tagħhom, valur iddikjarat abbażi tal-prezz inizzjalment miftiehem bejn il-bejjiegħ-manifattur u x-xerrej.

2)

L-Artikolu 145(2) u (3) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat mir-Regolament Nru 444/2002, ma japplikax għall-importazzjonijiet li d-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom ġew aċċettati qabel id-19 ta’ Marzu 2002.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-270/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika agrikola komuni - Miżati relatati ma’ spezzjonijiet u kontrolli veterinarji - Direttiva 85/73/KEE - Regolament (KE) Nru 882/2004)

2009/C 113/09

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti, U. Karpenstein, Rechtsanwalt)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1 u 5(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta’ Jannar 1985, fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur (ĠU L 32, p. 14), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (ĠU L 24, p.31), kif ukoll tal-Artikolu 27(2), (4) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, p.1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006, tat-23 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 136, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam li tippermetti, minbarra l-miżata Komunitarja, li tinġabar ukoll miżata addizzjonali speċifika li tikkorrispondi għall-ispejjeż tal-eżamijiet batterjoliġiċi ta’ laħam frisk

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-275/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tranżitu Komunitarju estern - Carnets TIR - Dazji doganali - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet - Tqegħid għad-dispożizzjoni - Terminu - Imgħaxijiet għal dewmien - Regoli ta’ kontabbiltà)

2009/C 113/10

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms, M. Velardo u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Albenzio, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 8 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p.1) u tal-Artikolu 6(2)(a) tal-istess regolament li, mit-30 ta’ Mejju 2000, ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1) — Regoli ta’ kontabbiltà — Imgħaxijiet għal dewmien dovuti fil-każ ta’ ħlas tardiv tar-riżorsi proprji

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Il-Ġermanja) — Firma Baumann GmbH vs Land Hessen

(Kawża C-309/07) (1)

(Politika agrikola komuni - Miżati fil-qasam tal-ispezzjonijiet u tal-kontrolli veterinarji - Direttiva 85/73/KEE)

2009/C 113/11

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Baumann GmbH

Konvenuta: Land Hessen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) u tal-punti 1, 2(a), 4(a) u (b) tal-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta’ Jannar 1985, fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur (ĠU 1985 L 32, p. 14), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1996 (ĠU 1996 L 162, p. 1) — Leġiżlazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn qtil fi stabbilimenti kbar u operazzjonijiet oħra ta’ qtil,, taġġusta r-rata digressiva tal-miżati skont it-tip ta’ annimal, u żżid il-miżati għall-qtil li jsir barra mis-sigħat tal-qatla normali

Dispożittiv

1)

Il-punt 4(a), tal-Kapitolu I, tal-Anness A, tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta’ Jannar 1985, dwar il-finanzjament tal-ispezzjonijiet u l-kontrolli veterinarji koperti mid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE kif emendata u kkonsolidata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jippermettix lill-Istati Membri li jitbiegħdu mill-istruttura tal-miżati prevista fil-punti 1 u 2(a), tal-imsemmi Kapitolu I, u li jiġbru miżata li r-rata tagħha tvarja skont id-daqs tal-istabbilimenti u hija stabbilita b’mod digressiv abbażi tan-numru ta’ annimali maqtula għal tip ta’ annimal;

Il-punt 4(b), tal-Kapitolu I, tal-Anness A, tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, kif emendata u kkonsolidata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru mhuwiex obbligat li jirrispetta l-istruttura tal-miżati prevista fil-punti 1 u 2(a) tal-istess kapitolu u jista’ jiġbor miżata li l-ammont tagħha jvarja skont id-daqs tal-impriża u n-numru ta’ annimali maqtula għal tip ta’ annimal ladarba jiġi stabbilit li dawn il-fatturi kellhom effett reali fuq l-ispejjeż effettivament inkorsi sabiex isiru l-ispezzjonijiet u l-kontrolli veterinarji mitluba mid-dispozizzjonijiet rilevanti tad-dritt Komunitarju.

2)

Il-punt 4(a), tal-Kapitolu I, tal-Anness A, tad-Direttiva 85/73, kif emendata u kkonsolidata permezz tad-Direttiva 96/43, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jiġbor, għall-ispezzjoni tal-annimali li, fuq talba tas-sid, jinqatlu barra mis-sigħat tal-qatla normali, “miżata addizzjonali fuq bażi perċentwali” li tiżdied mal-miżata normalment miġbura għall-ispezzjoni tal-annimali meta din iż-żieda tirrappreżenta valur standard li jikkorrispondi għal spejjeż addizzjonali li għandhom jiġu koperti.

Il-punt 4(b) tal-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva 85/73, kif emendata u kkonsolidata permezz tad-Direttiva 96/43, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jiġbor, għall-ispezzjoni tal-annimali li, fuq talba tas-sid, jinqatlu barra mis-sigħat tal-qatla normali, “miżata addizzjonali fuq bażi perċentwali” li tiżdied mal-miżata normalment miġbura għall-ispezzjoni tal-annimali meta din ż-żieda tikkorrispondi għal spejjeż addizzjonali effettivament inkorsi.


(1)  ĠU C 247, tal-20.10.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Antartica Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), The Nasdaq Stock Market Inc.

(Kawża C-320/07 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Trade mark preċedenti ta’ fama NASDAQ - Sinjal figurattiv “nasdaq” - Użu tat-trade mark preċedenti għal prodotti u servizzi allegatament offruti b’xejn - Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Pubbliku rilevanti)

2009/C 113/12

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Antartica Srl (rappreżentanti: E. Racca u A. Fusillo, avvocati)

Partijiet l-oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent), The Nasdaq Stock Market Inc. (rappreżentanti: J. van Manen u J. Hofhuis, advocaten)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Mejju 2007, Antartica vs UASI (T-47/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva “nasdaq” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 25 u 28, kontra d-Deċiżjoni R752/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mis-sid tat-trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali “NASDAQ” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-326/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Statuti ta’ impriżi privatizzati - Kriterji għall-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet speċjali miżmuma mill-Istat”)

2009/C 113/13

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Klawżola imdaħħla fl-istatuti ta’ ċerti impriżi pprivatizzati dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti poteri speċjali

Dispożittiv

1)

Billi adotta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(2) tad-tad-Digriet tal-10 ta’ Ġunju 2004 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri li jistabbilixxi l-kriterji għall-eżerċizzju tad-drittijiet speċjali li jirreferi għalihom l-Artikolu 2 tad-Digriet Legali Nru 332 tal-31 ta’ Mejju 1994, adottat wara li ġie emendat permezz tal-Liġi Nru 474 tat-30 ta’ Lulju 1994 (decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri, definizione dei criteri di esercizio dei poteri speciali, di cui all’art. 2 del decreto-legge 31 maggio 1994, n. 332, convertito, con modificazioni, dalla legge 30 luglio 1994, n. 474), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont:

l-Artikoli 43 KE u 56 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għad-drittijiet speċjali pprovduti fl-Artikolu 2(1) (a) u (b) ta’ dan id-digriet legali, kif emendat mil-Liġi Nru 350, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multiannwali tal-Istat (Liġi Finanzjarja 2004) [legge n. 350, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2004)], tal-24 ta’ Diċembru 2003, u

l-Artikolu 43 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għad-dritt speċjali pprovduti fl-imsemmi Artikolu 2(1)(c).

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Turgay Semen vs Deutsche Tamoil GmbH

(Kawża C-348/07) (1)

(Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17 - Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom - Terminazzjoni tal-kuntratt - Dritt għal indennizz - Determinazzjoni tal-ammont tal-indennizz)

2009/C 113/14

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Turgay Semen

Konvenuta: Deutsche Tamoil GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, p. 17) — Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz wara t-terminazzjoni tal-kuntratt — Determinazzjoni tal-ammont ta’ dan l-indennizz fil-każ fejn il-benefiċċji tal-prinċipal, li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet mal-klijenti miġjuba mill-aġent kummerċjali, jeċċedu t-telf ta’ kummissjoni ta’ dan tal-aħħar

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/CEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix li d-dritt għal indennizz tal-aġent kummerċjali jkun limitat awtomatikament mit-telf ta’ kummissjoni tiegħu li jirriżulta mit-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali, anki meta l-benefiċċji li jgawdi l-prinċipal għandhom ikunu kkunsidrati bħala ogħla.

2)

L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-prinċipal jappartjeni għal grupp ta’ kumpanniji, il-benefiċċji miksuba mill-kumpanniji tal-imsemmi grupp, fil-prinċipju, mhumiex meqjusa bħala li jagħmlu parti mill-benefiċċji tal-prinċipal u, għaldaqstant, m’għandhomx neċessarjament jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tad-dritt għal indennizz tal-aġent kummerċjali.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall

(Kawża C-458/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali - Obbligu li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju komprensivi)

2009/C 113/15

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Portugall (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, L. Morais, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p.51) — Nuqqas ta’ inklużjoni fid-direttorju universali ta’ ċerti abbonati

Dispożittiv

1)

Peress li, fil-prattika, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali kollha għall-inqas direttorju komprensiv u għall-inqas servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju komprensiv, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 (1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), ir-Repubblika tal-Portugall naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Portugall hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-559/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Artikolu 141 KE - Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa - Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari - Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ - Ġustifikazzjoni - Nuqqas)

2009/C 113/16

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: Spathopoulos, K. Boskovits, A. Samoni-Rantou, E.-M. Mamouna u S. Vodina, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Sistema nazzjonali ta’ pensjonijiet ċivili u militari li tipprovdi għal età ta’ rtirar li tvarja skont is-sess

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal differenzi bejn il-ħaddiema rġiel u nisa fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ skont il-kodiċi Grieg tal-pensjonijiet ċivili u militari istitwit mid-digriet presidenzjali Nru 166/2000, tat-3 ta’ Lulju 2000, fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twetta l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 141 KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Finlandja

(Kawża C-10/08) (1)

(Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur użati importati fil-Finlandja minn Stati Membri oħra - Konformità tal-liġi nazzjonali mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, mas-Sitt Direttiva tal-VAT u mad-Direttiva 2006/112/KE)

2009/C 113/17

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 90 KE u 17, Nri 1 u 2, tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1), li saru l-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 206/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Liġi nazzjonali li tipprevedi taxxa fuq il-valur miżjud miġbura fuq it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur u dritt wara ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jikkorrispondi għall-istess ammont — Applikazzjoni ta’ rata ta’ tnaqqis ta’ valur ta’ 0.8 % kull xahar għall-vetturi bil-mutur li għandhom inqas minn sitt xhur meta ma jkunx hemm vetturi bil-mutur ekwivalenti fis-suq nazzjonali

Dispożittiv

1)

Billi ppermettiet li t-taxxa msemmija fl-Artikolu 5 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur [autoverolaki (1482/1994)] tad-29 ta’ Diċembru 1994, titnaqqas mill-valur miżjud, skont l-Artikolu 102, Nru 1, punt 4 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud [arvonlisäverolaki (1501/1993)], tat-30 ta’ Diċembru 1993, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 17, Nri 1 u 2, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li saru l-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Billi żammet, fit-tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur, l-istess valur taxxabbli għall-vetturi bil-mutur ta’ inqas minn tliet xhur bħal dak tal-vetturi bil-mutur ġodda, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-repubblika tal-Finlandja għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-komunitajiet Ewropej.

5)

Il-Kummissjoni tal-komunitajiet Ewropej għandha tbati l-bqija tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Sunplus Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Sun Microsystems Inc.

(Kawża C-21/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva u verbali SUNPLUS - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali SUN - Reġistrazzjoni rrifjutata)

2009/C 113/18

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sunplus Technology Co. Ltd (rappreżentant: K. Lochner u H. Gauß, Rechtsanwälte)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, bħala aġent), Sun Microsystems Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2007, Sunplus Technology Co. Ltd vs UASI (T-38/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva “SUNPLUS” għal prodotti fil-klassi 9 kontra d-Deċiżjoni R 642/2000-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ottubru 2003, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li ċaħdet ir-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark fil-kuntest tal-proċedura ta’ oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi u verbali “SUN” għal prodotti fil-klassi 9 — Xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sunplus Technologoy Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Dachsberger & Söhne GmbH vs Zollamt Salzburg, Erstattungen

(Kawża C-77/08) (1)

(Rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Rifużjoni differenzjata - Mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni - Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni - Nuqqas ta’ prova tat-twettiq tal-formalitajiet għar-rilaxx għall-konsum fil-pajjiż ta’ destinazzjoni - Sanzjoni)

2009/C 113/19

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dachsberger & Söhne GmbH

Konvenut: Zollamt Salzburg, Erstattungen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — Interpretazzjoni tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta’ Diċembru 1994, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3665/87 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli f’dak li jirrigwarda l-ħlas lura ta’ ammonti li tħallsu indebitament u l-penali (ĠU L 310, p. 57) — Kunċett tat-talba tal-parti differenzjata tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Applikazzjoni tas-sanzjoni fil-każ ta’ indikazzjoni ineżatta dwar il-pajjiż ta’ destinazzjoni magħmula fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) tal-Kummissjoni Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ rifużjoni differenzjata, il-parti differenzjata tar-rifużjoni hija mitluba mhux fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 3665/87 u tad-dokumenti relatati mal-ħlas tar-rifużjoni previst fl-Artikolu 47(2) ta’ dan ir-regolament, iżda mill-mument tal-preżentazzjoni tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-regolament. L-inklużjoni f’dan id-dokument ta’ informazzjoni li tista’ twassal għal rifużjoni ogħla mir-rifużjoni applikabbli u li tirriżulta inkorretta twassal, konsegwentement, bla ħsara għall-każijiet previsti fit-tielet u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament, għall-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan l-Artikolu 11(1).


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-143/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/73/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 113/20

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Kaduczak, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma applikabbli għall-kumpaniji ta’ investiment u d-definizzjoni ta’ ċerti termini definiti għall-għanjiet ta’ din id-direttiva (ĠU L 241, p. 26)

Dispożittiv

1)

Billi m’adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma applikabbli għall-kumpaniji ta’ investiment u d-definizzjoni ta’ ċerti termini definiti għall-għanjiet ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-184/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 648/2004 - Artikolu 18 - Suq tad-diterġenti u tas-surfactants għal diterġenti - Sanzjonijiet)

2009/C 113/21

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, is-sanzjonijiet disswasivi, effettivi u proporzjonati li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti (ĠU L 104, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, sanzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan l-artikolu.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 158, 21.6.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-245/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Libertà li jiġu provduti servizzi - Dritt ta’ stabbiliment - Adattazzjonijiet konsekuttivi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija)

2009/C 113/22

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Fraústo de Azevedo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-289/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11(1)(ċ) - Pjanijiet esterni ta’ emerġenza - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 113/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 1997, L 10, p. 13)

Dispożittiv

1)

Billi ma fassalx, fit-terminu previst, pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-298/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/22/KE - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 113/24

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u I. Chatzigiannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, p. 35).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/22.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-331/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Responsabbiltà ambjentali - Direttiva 2004/35/KE - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali)

2009/C 113/25

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Rozet u U. Wölker, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’ dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-342/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11(1)(c) - Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni - Traspożizzjoni mhux kompluta)

2009/C 113/26

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 10, p. 13).

Dispożittiv

1)

Peress li ma żgurax it-tfassil ta’ pjan ta’ emerġenza estern għall-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-402/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 113/27

Lingwa tal-kawża: Is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u V. Kovačič, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: A. Vran, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH

(Kawża C-557/07) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Soċjetà tal-informazzjoni - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Kunċett ta’ “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)

2009/C 113/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH

Konvenut: Tele2 Telecommunication GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10), tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45) u tal-Artikoli 6 u 15 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, p. 37) — Kwalifika bħala “intermedjarju” ta’ fornitur ta’ aċċess għall-internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-intermedjarji obbligu ta’ informazzjoni fil-konfront ta’ persuni privati vittmi ta’ ksur ta’ drittijiet tal-awtur sabiex jinbdew proċeduri taħt id-dritt ċivili — Komunikazzjoni lil kumpannija li tiddefendi d-drittijiet tal-awtur tal-ismijiet u l-indirizzi tal-utenti li jipparteċipaw f’sistemi ta’ qsim tal-fajls.

Dispożittiv

1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ma jipprekludix li l-Istati Membri jistabbilixxu obbligu ta’ trażmissjoni lil persuni privati terzi ta’ data personali dwar it-traffiku tal-internet sabiex ikunu jistgħu jinbdew proċeduri, quddiem il-qrati ċivili, kontra l-ksur tad-drittijiet tal-awtur. Madankollu, id-dritt Komunitarju jeħtieġ li l-Istati Membri, matul it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, id-Direttivi 2002/58 u 2004/48, għandhom iħarsu li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi assigurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti inkwistjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet, kif ukoll il-qrati tal-Istati Membri għandhom, matul l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttivi, mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi ma’ dawn id-direttivi, iżda wkoll iħarsu li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-direttivi li tidħol f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħalma huwa l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2)

Persuna li tipprovdi aċċess, li tillimita ruħha sabiex tipprovdi aċċess għall-internet lill-utenti, mingħajr ma tipproponi servizzi oħra, bħalma huma, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ posta elettronika, ta’ downloading jew ta’ qsim tal-fajls, u lanqas ma twettaq kontroll de jure jew de facto fuq is-servizz użat, għandha tiġi kkunsidrata bħala “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Frar 2009 — MPDV Mikrolab GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-17/08) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Rifjut tar-reġistrazzjoni - Trade mark verbali manufacturing score card - Karattru deskrittiv)

2009/C 113/29

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: MPDV Mikrolab GmbH) [rappreżentant: W. Göpfert, Rechtsanwalt]

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: G. Schneider, aġent]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Novembru 2007, MPDV Mikrolab vs L-UASI (manufacturing score card) (T-459/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “manufacturing score card” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark verbali magħmula minn kliem li kull waħda minnhom tiddeskrivi karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — Il-Ġermanja) — Bild digital GmbH & Co. KG, li qabel kienet Bild.T-Online.de AG & Co. KG (C-39/08), ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH (C-43/08) vs Präsident des Deutschen Patent- und Markenamts

(Kawżi magħquda C-39/08 u C-43/08) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/104/KEE - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark - Eżami fil-każ individwali - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti - Inammissibbiltà manifesta)

2009/C 113/30

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bild digital GmbH & Co. KG, li qabel kienet Bild.T-Online.de AG & Co. KG (C-39/08), ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH (C-43/08)

Konvenut: Präsident des Deutschen Patent und Markenamts

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Bundespatentgericht (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Eżami tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fuq bażi individwali mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjonijiet preċedenti adottati f’sitwazzjonijiet simili — Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trademark opposta minn applikant proprjetarju ta’ serje ta’ trademarks analogi

Dispożittiv

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru mitluba tiddeċiedi fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark mhijiex obbligata li teskludi l-motivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) u (ċ) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1991, u li tilqa’ din it-talba minħabba li s-sinjal li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark huwa kompost b’mod identiku jew simili għal sinjal li għalih hija diġà laqgħet ir-reġistrazzjoni bħala trade mark u li jkopri prodotti jew servizzi identiċi jew simili.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — UDV North America Inc vs Brandtraders NV

(Kawża C-62/08) (1)

(Tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9(1)(a) u 2(d) - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata li jopponi l-użu minn terzi persuni ta’ sinjal identiku għat-trade mark - Kunċett ta’ “użu” - Użu ta’ sinjal identiku għat-trade mark minn intermedjarju kummerċjali fid-dokumenti ta’ negozju tiegħu - Intermedjarju li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ bejjiegħ)

2009/C 113/31

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UDV North America Inc

Konvenuta: Brandtraders NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) u 2(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-użu minn terzi persuni — Kunċett ta’ użu tat-trade mark

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “użu”, skont l-Artikolu 9(1)(a) u 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, huwa intiż għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha intermedjarju kummerċjali, li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ bejjiegħ u għalhekk ma kienx parti interessata fil-bejgħ ta’ merkanzija li kien kuntrattwalment marbut magħha, juża, fid-dokumenti tan-negozju tiegħu, sinjal identiku għal trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom din it-trade mark ġiet reġistrata.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-119/08) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - L-ewwel Direttiva tal-VAT - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 33(1) - Kunċett ta’ “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa kkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi intiża sabiex tiffinanzja programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq nazzjonali)

2009/C 113/32

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mechel Nemunas UAB

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Interpretazzjoni tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ [dħul mill-bejgħ] (ĠU 71, p. 1301) u tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Taxxa Litwana tat-triq ikkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ impriża sabiex jiġi ffinanzjat il-programm tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tat-toroq nazzjonali

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa bħat-taxxa fuq id-dħul prevista mil-Liġi Litwana fuq l-iffinanzjar tal-programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq (Lietuvos Respublikos kelių priežiūros ir plėtros programos finansavimo įstatymas).


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2009 — Dorel Juvenile Group, Inc. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-131/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) (b) - Applikazzjoni għat-trade mark verbali SAFETY 1ST - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

2009/C 113/33

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dorel Juvenile Group, Inc. (rappreżentant: G. Simon, avukata)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Jannar 2008, Dorel Juvenile Group vs UASI (T-88/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament tad-Deċiżjoni R 616/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SAFETY 1st” għal prodotti fil-klassijiet 12, 20, 21 u 28 — Karattru distintiv ta’ trade mark — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Dorel Juvenile Group hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 158, 21.6.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia

(Kawża C-183/08 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Deċiżjoni ta’ ċaħda - Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat)

2009/C 113/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Flynn, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Provincia di Imperia (rappreżentanti: K. Platteau u S. Ristagno, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008, Provincia di Imperia vs Il-Kummissjoni (T-351/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat ammissibbli (imma infondat) ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2005, li tirrifjuta li tikkonċedilha sussidju fil-kuntest ta’ sejħa għal proposti rigward atti innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Kunċett ta’ interess ġuridiku — Nuqqas, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 209, 15.8.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 — Sebirán, S.L. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), El Coto de Rioja S.A.

(Kawża C-210/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva Coto D’Arcis - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali COTO DE IMAZ u EL COTO - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

2009/C 113/35

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sebirán, S.L. (rappreżentant: J.A. Calderón Chavero, avukat)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent), El Coto de Rioja S.A. (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Sebirán vs UASI u El Coto de Rioja (T-332/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba ta’ Sebirán S.L. għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sebirán S.L. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 183, 19.7.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2009 — Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-231/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku Komunitarju - Dritt għal smigħ xieraq - Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Interess tas-servizz u l-obbligu ta’ premura - Żnaturament tal-elementi ta’ prova u regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2009/C 113/36

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Massimo Giannini (rappreżentanti: L. Levi u C. Ronzi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il-Kummissjoni (T-100/04) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-ekonomija u tal-istatistika, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għal din il-kompetizzjoni u għad-danni — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, relatat mad-dewmien eċċessiv tal-proċeduri — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-kunċett ta’ interess tas-servizz u tal-obbligu ta’ premura — Ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u tar-regoli tal-amministrazzjoni tal-provi.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

M. Giannini huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  GU C 223, 30.8.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2009 — Christos Michail vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-268/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Obbligu ta’ għajnuna - Żnaturament tal-fatti - Żball fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

2009/C 113/37

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Christos Michail (rappreżentant: C. Meïdanis, dikigoros)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Currall, aġenti, E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ April 2008, Michail vs Il-Kummissjoni (T-486/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellant għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Marzu 2004, li ċaħdet it-talba għal għajnuna mressqa mill-appellant skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Ksur tal-Artikolu 12a tal-imsemmija regolamenti — Fastidju psikoloġiku — Żnaturament tal-fatti — Żbalji mwettqa fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija fatti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

C. Michail huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Charlottenburg fis-17 ta’ Novembru 2008 — Amiraike Berlin GmbH vs Aero Campus Cottbus Ltd.

(Kawża C-497/08)

2009/C 113/38

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Charlottenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amiraike Berlin GmbH

Konvenuta: Aero Campus Cottbus Ltd

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju primarju, u b’mod partikolari, l-Artikoli 10 KE, 43 KE u 48 KE, kif ukoll il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ kull sistema legali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) jirratifika d-dritt Komunitarju primarju, huwa jkun qed jammetti li, bħala prinċipju, miżura ta’ esproprjazzjoni imposta minn sistema legali tat-tieni Stat Membru għandha effett fit-territorju tiegħu, minn tal-inqas, fil-każ fejn, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment li tinvoka taħt id-dritt Komunitarju, kumpannija tad-dritt privat li tkun affettwata mill-miżura ta’ esproprjazzjoni tkun deliberatament issottomettiet ruħha għad-dritt tal-kumpanniji tat-tieni Stat Membru, li jimponi l-esproprjazzjoni, filwaqt li teżerċita attivitajiet ekonomiċi fl-ewwel Stat Membru u li tiddisponi minn assi affettwati mill-miżura ta’ esproprjazzjoni?


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (Il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide

(Kawża C-58/09)

2009/C 113/39

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leo-Libera GmbH

Konvenut: Finanzamt Buchholz in der Nordheide

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jista’ jkollhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li teżenta mit-taxxa ċerti mħatri (tat-tiġrijiet) u lotteriji biss filwaqt li l-“forom oħrajn ta’ logħob ta’ l-ażżard” kollha huma esklużi mill-eżenzjoni mit-taxxa?


(1)  ĠU L 347, p. 1


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgerichts Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Landkreis Bad Dürkheim vs Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion, beigeladen: Frau Astrid Niedermair-Schiemann

(Kawża C-61/09)

2009/C 113/40

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Bad Dürkheim

Konvenut: Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion

Parti oħra fil-kawża: Frau Astrid Niedermair-Schiemann

Domandi preliminari

1)

Żona tibqa’ żona agrikola skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003 (1) meta, għalkemm użata wkoll għal finijiet agrikoli (mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ), din prinċipalment isservi għall-preżervazzjoni tal-pajsaġġ u għall-protezzjoni tan-natura?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Żona hija użata għal attivitajiet mhux agrikoli skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003 meta l-attivitajiet inkwistjoni jservu prinċipalment għall-protezzjoni tan-natura jew f’kull każ meta, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura, il-bidwi huwa suġġett għall-istruzzjonijiet tal-awtorità responsabbli għall-protezzjoni tan-natura?

3)

Jekk hemm żona agrikola (l-ewwel domanda) użata għal attivitajiet agrikoli (it-tieni domanda):

Sabiex żona agrikola tkun ikkunsidrata bħala li tifforma parti minn azjenda (żona agrikola tal-azjenda skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003),

a)

huwa neċessarju li tali żona tkun qegħda għad-dispożizzjoni tal-azjenda permezz ta’ kuntratt ta’ kiri jew ta’ tranżazzjoni temporanja tal-istess tip, konkluż kontra ħlas?

b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva: Iż-żona tibqa’ tifforma parti mill-azjenda meta din titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-azjenda mingħajr ħlas, jew biss kontra l-ħlas tal-ispejjeż lill-assoċjazzjoni professjonali, bil-għan li tintuża b’ċertu mod u matul perijodu limitat, b’mod konformi mal-għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura?

c)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva: Iż-żona tibqa’ tifforma parti mill-azjenda meta l-azjenda hija obbligata twettaq ċerti servizzi li għalihom hija rremunerata?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/20


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2009 mill-Comitato “Venezia vuole vivere” mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-71/09 P)

2009/C 113/41

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Comitato “Venezia vuole vivere” (rappreżentant: A. Vianello, avvocato)

Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Hotel Cipriani SpA, Società Italiana per il gas SpA (Italgas), ir-Repubblika Taljana, Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

tilqa dan l-appell;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Sitt Awla Estiża), tat-28 ta’ Novembru 2008, fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Comitato Venezia Vuole Vivere vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, innotifikata fit-3 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 1999, 2000/394/KE (1), u sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 5 tal-istess deċiżjoni sa fejn jimponi obbligu li jitħallas lura l-ammont tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali inkwistjoni u sa fejn jipprevedi li ma’ tali ammont jiżdiedu l-interessi għall-perijodu kkunsidrat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Comitato Venezia Vuole Vivere jinvoka sitt aggravji insostenn tal-kontestazzjoni tiegħu.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi, bi ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 87(1) KE, u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE. B’mod partikolari, is-sentenza appellata ma teżaminax b’mod adegwat u lanqas ma tagħti motivazzjoni fir-rigward tan-natura kumpensatorja tal-għajnuna inkwistjoni fid-deċiżjoni, u lanqas fir-rigward tal-effett tal-istess għajnuna fuq is-suq, u tikser il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u trattament ugwali b’riferiment għall-eżami tal-pożizzjoni tal-impriżi muniċipaliżżati fir-rigward tal-impriżi rikorrenti.

It-tieni aggravju għandu bħala suġġett il-ksur tal-Artikolu 86(2) KE, u b’mod speċifiku, in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-applikabbiltà tad-deroga dwar it-tmexxija tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-każ inkwistjoni. Minflok, tali evalwazzjoni saret għall-impriżi muniċipaliżżati.

It-tielet aggravju, li għandu bħala suġġett il-ksur tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE, jikkontesta l-pożizzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tad-diskrezzjonalità assoluta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikabbiltà tad-deroga dwar id-diffikultajiet reġjonali u fir-rigward tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni adegwata għall-każ speċifiku inkwistjoni.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellant jinvoka ksur tal-Artikolu 87(3)(d) KE, u b’mod speċifiku, l-awtorizzazzjoni tad-deroga għal skopijiet “kulturali” lill-Consorzio Venezia Nuova u n-nuqqas ta’ evalwazzjoni għall-impriżi l-oħra.

Permezz tal-ħames aggravju, l-appellant jikkontesta n-nuqqas ta’ importanza mogħtija lill-kontinwità bejn l-għajnuna kkontestata (li ngħatat wara Ġunju tal-1994) u l-iskema preċedenti (li tmur lura għall-1973), bi ksur tal-Artikoli 1 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88] tat-Trattat tal-KE.

Is-sitt aggravju għandu bħala suġġett in-natura awtomatika tal-ordni ta’ ħlas lura, bi ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 1999, 2000/394/KE dwar miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/21


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 minn Hotel Cipriani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-73/09 P)

2009/C 113/42

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Hotel Cipriani SpA (rappreżentant: A. Bianchini, avvocato)

Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Società Italiana per il gas SpA (Italgas), ir-Repubblika Taljana, Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl, Comitato “Venezia vuole vivere”, Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

a)

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

b)

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza u, konsegwentement:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1) ikkontestata fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni sa fejn l-ordni ta’ ħlas lura previst minn tali dispożizzjoni ġie interpretat mill-Kummissjoni bħala li jinkludi anki l-għajnuna mogħtija abbażi tal-prinċipju de minimis u/jew li tannulla l-Artikolu 5 fil-parti fejn jipprevedi l-ħlas ta’ rata’ ta’ imgħax superjuri għar-rata effettivament imħallsa mill-impriża għad-dejn tagħha stess;

ċ)

tikkundanna lill-Kummissjoni appellata għall-ispejjeż fir-rigward taż-żewġ istanzi tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Permezz tal-ewwel aggravju fid-dritt, Hotel Cipriani tilmenta ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(1) KE, ukoll minħabba nuqqas/kontradizzjoni fil-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Il-liġijiet u d-dispożizzjonijiet regolamentari meqjusa bħala mhux kompatibbli mal-Artikolu 87 KE ma jistabbilixxu l-ebda distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni tal-lukandi u tar-ristoranti (li fil-fatt topera fih Hotel Cipriani), u dan kemm għaliex il-kuntest tal-belt ta’ Venezja huwa tant partikolari li bl-ebda mod ma jaffettwa lis-suq komuni, kif ukoll għaliex it-tnaqqis inkwistjoni huwa biss kumpensatorju għall-ispejjeż żejda mħallsa mill-impriżi dovuti għad-diffikultà li joperaw fis-suq ġeografiku ta’ riferenza taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-partijiet l-oħra tas-suq komuni Ewropew. Dawn il-partikolaritajiet ma ttieħdux inkunsiderazzjoni b’mod xieraq mill-Qorti tal-Prim’Istanza, li sempliċement sostniet — mingħajr kjarifiki xierqa — li l-vantaġġi miksuba mill-impriżi ta’ Venezja kienu iktar milli kumpensatorji għall-iżvantaġġi ambjentali, u b’hekk jirriżulta n-nuqqas/kontradizzjoni lmentata fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata.

2.

Permezz tat-tieni aggravju fid-dritt, Hotel Cipriani tilmenta l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE, anki minħabba n-nuqqas ta’ loġika fil-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti tal-Prim’Istanza warajha qiesu b’mod żbaljat li d-deroga reġjonali prevista mill-Artikolu 97(3)(ċ) KE ma kinitx tapplika, għaliex, kif spjegat b’mod eżawrjenti fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, is-suq ġeografiku ta’ riferenza kien jqis bħala legali t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mogħti mill-leġiżlazzjoni nazzjonali, għaliex huwa intiż biss sabiex tiġi ppreżervata n-natura soċjoekonomika tal-belt ta’ Venezja mingħajr ma tinħoloq — kif enfasizzat ukoll fl-aggravju preċedenti — l-ebda bidla antikompetittiva għall-kummerċ fis-suq komuni.

3.

Permezz tat-tielet aggravju fid-dritt, Hotel Cipriani tilmenta l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(3)(d) KE, anki minħabba n-nuqqas ta’ loġika fil-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. F’dan il-każ, it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kjarament ingħata sabiex jgħin il-preżervazzjoni tal-patrimonju kulturali u artistiku indiskutibbli tal-belt ta’ Venezja, li tirrappreżenta spiża kunsiderevoli li għandha titħallas mill-impriżi tal-laguna u li impriżi oħra f’kuntesti territorjali differenti ma jħallsux. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-parti fejn ċaħdet l-argumenti mressqa minn Hotel Cipriani, issostni b’mod żbaljat li ma ġewx spjegati b’mod xieraq ir-raġunijiet għalfejn każ b’każ l-ispejjeż marbuta mal-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u artistiku ta’ Venezja tħallsu mill-impriżi rikorrenti. L-affermazzjoni hija żbaljata taħt diversi angoli, b’mod speċjali għaliex il-fatt li ċ-ċentru storiku kollu ta’ Venezja bħala tali huwa suġġett għal rabtiet indiskriminanti għall-ħarsien tal-patrimonju immobiljari kien dokumentat b’mod eżawrjenti anki quddiem il-Kummissjoni.

4.

Permezz tar-raba’ aggravju fid-dritt, Hotel Cipriani tilmenta l-illegalità tal-ordni ta’ rkupru furzat tal-benefiċċji konessi minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill KE Nru 659/1999 (2), tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88] tat-Trattat tal-KE. Il-previżjoni tal-irkupru tat-tnaqqis stabbilit fl-imsemmi Artikolu 14 mhijiex applikabbli fid-dawl, f’dan il-każ, tal-kuntrast ma prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, individwat anki quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali.

Permezz tal-ħames aggravju fid-dritt, Hotel Cipriani tilmenta l-ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999. Fir-rigward tad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Novembru 1999, it-terminu limitu ta’ għaxar snin stabbilit mill-imsemmi Artikolu 15 kien diġà skada (ċertament applikabbli ratione temporis għal dan il-każ), peress li l-effetti tal-allegata għajnuna mill-Istat imorru lura għal-Liġi Nru 171/1973, l-hekk imsejħa “Liġi speċjali għal Venezja”.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 1999, 2000/394/KE dwar miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50)

(2)  ĠU L 83, p. 1


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/22


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2009 minn Società Italiana per il gas SpA (Italgas) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla Estiża), fit-28 ta’ Novembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-76/09 P)

2009/C 113/43

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società Italiana per il gas SpA (Italgas) (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo, T. Ubaldi, avvocati)

Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Hotel Cipriani SpA, ir-Repubblika Taljana, Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl, Comitato “Venezia vuole vivere”, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni (1), sa fejn jiddikjaraw mhux kompatibbli mas-suq komuni t-tnaqqis fiskali mogħti mill-Italja, u l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju jirrigwarda żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u difett fil-motivazzjoni b’riferiment għan-natura kumpensatorja tat-tnaqqis fiskali inkwistjoni, b’relazzjoni wkoll mal-prova tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball minħabba li, minkejja li rrikonoxxiet li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna jekk tkun limitata sabiex tikkumpensa żvantaġġi ekonomiċi oġġettivi, qieset li dan il-prinċipju ma kienx japplika għall-każ inkwistjoni għaliex: i) teżisti rabta diretta bejn l-ammont tal-kumpens u dak tal-ispejjeż supplimentari mħallsa mill-impriżi minħabba li huma stabbiliti fil-laguna ta’ Venezia u ta’ Chioggia; ii) l-ispejjeż supplimentari mħallsa mill-impriżi benefiċjarji jiġu kkalkolati fir-rigward ta’ spejjeż medji tal-impriżi Komunitarji u mhux tal-ispejjeż tal-impriżi fuq l-art. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tirrileva l-kontradizzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata li biha l-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tal-pożizzjoni tal-impriża responsabbli mit-tmexxija tas-servizz tal-ilma, ikkunsidrat li n-natura kumpensatorja ta’ skema tista’ tiġi rrikonoxxuta anki fin-nuqqas ta’ korrispondenza preċiża bejn l-entità pubblika u l-ispejjeż supplimentari mħallsa mill-impriżi, u li dawn m’għandhomx neċessarjament jiġu kkalkolati fir-rigward tal-ispejjeż medji tal-impriżi Komunitarji.

It-tieni aggravju jirrigwarda żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u tal-ġurisprudenza Komunitarja dwar l-oneru tal-prova, meta l-Kummissjoni kkwalifikat lill-miżura kkontestata bħala għajnuna skont l-Artikolu 87(1), kif ukoll żball ta’ motivazzjoni fis-sentenza kkontestata. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta qieset li kienu r-Repubblika Taljana u t-terzi persuni interessati, u mhux il-Kummissjoni, li kellhom jipprovaw li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE ma kinux sodisfatti fir-rigward ta’ xi kategoriji ta’ impriżi jew setturi ta’ attività milquta mit-tnaqqis fiskali, meta kkonkludiet li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tikser l-Artikolu 87(1) KE u li lanqas il-prinċipju ta’ trattament ugwali ma kien milqut minn kontradizzjoni jew difett fil-motivazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tirrispondi għall-ilment imqajjem mir-rikorrenti fir-rikors tagħha dwar il-ksur tal-Artikolu 87(1) KE b’riferiment għall-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u l-kontradittorjetà ċara tal-motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 86(2) KE.

It-tielet aggravju jirrigwarda l-iżnaturament tal-fatti u tal-provi, u żball ta’ liġi fir-rigward tal-osservanza tal-obbligi proċedurali u tal-prinċipju ta’ eżami diliġenti u imparzjali impost fuq il-Kummissjoni. Fil-fatt, mid-dokumenti ppreżentati matul il-proċedura fl-ewwel istanza, jirriżulta li l-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat il-fatti u l-provi quddiemha u wettqet żball ta’ dritt gravi meta ma osservatx li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi proċedurali u ta’ eżami diliġenti, bir-reqqa u non-diskriminatorju imposti fuqha fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont l-Artikoli 87 u 88 KE.

Ir-raba’ aggravju jirrigwarda żball ta’ liġi, kif ukoll nuqqas u kontradizzjoni fil-motivazzjoni tas-sentenza kkontestata, fl-evalwazzjoni tad-difett fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-portata legali tal-ittri tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Awwissu u 29 ta’ Ottubru 2001 b’rabta mal-eżami tar-rekwiżiti ta’ impatt fuq il-kompetizzjoni u fuq l-iskambji tat-tnaqqis fiskali inkwistjoni. Fid-dawl tar-regoli u tal-prinċipji li tistrieħ fuqhom is-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat stabbilita mit-Trattat, il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza hija żbaljata u mingħajr motivazzjoni fil-punti fejn: i) ikkonkludiet li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet Taljani jiddeterminaw l-impriżi marbuta li jħallsu lura l-għajnuna rċevuta, b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata; ii) naqqset il-portata legali tal-indikazzjonijiet u l-informazzjoni ulterjuri mogħtija mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Taljani fl-ittri tad-29 ta’ Awwissu u 29 ta’ Ottubru 2001, billi kkwalifikathom bħala atti li jidħlu fil-kuntest tal-kooperazzjoni leali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 1999, 2000/394/KE dwar miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-2 ta’ Marzu 2009 — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-88/09)

2009/C 113/44

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Graphic Procédé

Konvenut: Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Domanda preliminari

Liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk il-reprografija hija provvista ta’ oġġetti jew servizzi (fis-sens tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima) (1)?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/23


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbkika Franċiża

(Kawża C-89/09)

2009/C 113/45

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi llimitat għal massimu ta’ kwart l-ishma u għalhekk id-drittijiet tal-vot ta’ persuni li mhumiex bijologi f’Kumpannija ta’ Professjonisti li jaħdmu għal rashom ta’ Responsabbiltà Limitata li topera laboratorji ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika u billi ma ppermettietx sehem fil-kapital ta’ iktar minn żewġ kumpanniji kkostitwiti sabiex joperaw flimkien wieħed jew iktar laboratorji ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 tat-Trattat KE;

tikkundanna lir-Repubbkika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti insostenn tar-rikors tagħha, ibbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 43 tat-Trattat KE.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, ir-rikorrenti tirrileva li, billi llimitat għal massimu ta’ 25 % tal-kapital azzjonarju l-ishma miżmuma mill-azzjonisti li mhumiex professjonisti f’Kumpanniji ta’ Professjonisti li jaħdmu għal rashom ta’ Responsabbiltà Limitata li topera laboratorji ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrestrinġi indebitament il-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mit-Trattat. L-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, invokat mill-konvenuta bħala ġustifikazzjoni, jista’ jintlaħaq b’miżuri inqas restrittivi minn dawk inkwistjoni fil-każ preżenti. Il-Kummissjoni ssostni, f’dan ir-rigward, li, għalkemm ir-rekwiżit li l-analiżi ta’ bijoloġija medika jsiru minn persuni kompetenti li għandhom taħrig professjonali xieraq jidher li huwa ġustifikat, ir-rekwiżit ta’ tali kwalifiki bl-iskop biss li tinżamm il-proprjetà jew id-dritt li joperaw l-laboratorji ta’ bijoloġija medika jidher, min-naħa l-oħra, li huwa disproporzjonat fil-rigward tal-għan li jrid jikseb.

Permezz tat-tieni ilment tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-projbizzjoni ġenerali imposta fil-konfront ta’ persuni li mhumiex professjonisti sabiex twaqqafhom milli jkollhom sehem fil-kapital ta’ iktar minn żewġ kumpanniji kkostitwiti sabiex joperaw flimkien wieħed jew iktar laboratorji ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika. L-għan invokat mill-konvenuta li tinżamm is-setgħa deċiżjonali u l-indipendenza finanzjarja tal-professjonisti fis-settur, kif ukoll il-bżonn li jiġi assigurat qsim omoġenju tal-laboratorji fuq it-territorju kollu nazzjonali ma jiġġustifikawx il-miżuri restrittivi nazzjonali.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — Hartmut Eifert vs Land Hessen

(Kawża C-93/09)

2009/C 113/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hartmut Eifert

Konvenuta: Land Hessen

Intervenjent: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Domandi preliminari

1)

Il-punt 8b tal-Artikolu [42] u l-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), introdotti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1437/2007, tas-26 ta’ Novembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 322, p. 1), huma invalidi?

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 76, p. 28)

a)

huwa invalidu,

b)

jew validu biss minħabba l-invalidità tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)?

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet iċċitati fl-ewwel u fit-tieni domanda huma validi:

3)

it-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista’ sseħħ biss jekk tkun ġiet preċeduta mill-proċedura prevista minn dan l-artikolu minflok in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni?

4)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista’ sseħħ biss jekk titwettaq il-verifika minn qabel li d-dritt nazzjonali jistabbilixxi għal dan il-każ?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li verifika minn qabel mhijiex valida meta ssir fuq il-bażi ta’ reġistru, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) ta’ din l-istess direttiva, li ma jinkludix l-informazzjoni mandatorja kollha?

6)

L-Artikolu 7 — b’mod partikolari s-subparagrafu (e), f’dan il-każ, — tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika ta’ reġistrazzjoni tal-indirizzi IP ta’ min jagħmel użu ta’ sit internet, mingħajr il-kunsens espress tagħhom?


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-94/09)

2009/C 113/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma tapplikax rata unika tal-VAT għas-servizzi kollha mogħtija mill-kummissjonanti tal-funerali, kif ukoll għall-provvista ta’ merkanzija relatata ma’ dawn is-servizzi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99(1) tad-Direttiva tal-VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-leġiżlazzjoni fiskali Franċiża tbiddel il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT inkwantu hija tapplika żewġ rati ta’ VAT għas-servizzi u għall-provvista ta’ merkanzija mogħtija mill-kummissjonanti tal-funerali lill-familji tal-mejtin, peress li fil-prattika, hija tikkostitwixxi tranżazzjoni kumplessa unika li għandha tkun suġġetta għal rata ta’ taxxa waħda.

Ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta b’mod partikolari, li mingħajr ebda raġuni, tissepara s-servizz tat-trasport tal-kadavru permezz ta’ vettura adattata speċjalment għal dan il-każ, li għaliha tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT, minn attivitajiet oħra eżerċitati mill-kummissjonanti tal-funerali, bħal dik tal-intervent ta’ reffiegħa sabiex jittrasportaw il-kadavru jew il-provvista ta’ tebut, li huma suġġetti għal rata standard tal-VAT. Issa, skont ġurisprudenza ferm stabbilita, tranżazzjoni kkostitwita minn provvista waħda fuq il-livell kummerċjali, m’għandhiex tiġi diviża b’mod artifiċjali sabiex il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT ma jiġix mibdul. Fiċ-ċirkustanzi partikolari, il-maġġoranza l-kbira tal-familji jitolbu lill-kummissjonant sabiex jorganizza l-funeral kollu, billi jikkunsidraw apparti dan, li l-attivitajiet inkwistjoni huma parti mill-istess servizz.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-għażla tal-konvenuta li tapplika rati mnaqqsa varjabbli għas-servizzi mogħtija mill-kummissjonanti tal-funerali. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98 (1) tad-Direttiva tal-VAT, fil-fatt, ma jippermettux l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għal ċerti servizzi ta’ trasport u ta’ rata standard għal servizzi oħra mogħtija mill-impriżi inkwistjoni, li jirriżultaw f’livell ta’ rata reali ovvjament iktar baxxa mir-rata standard applikabbli fi Franza. Barra minn hekk, il-livell ta’ din ir-rata mnaqqsa jvarja minn tranżazzjoni għal oħra skont l-importanza relattiva, f’kull każ, tas-servizzi suġġetti għar-rata mnaqqsa, dak li xorta jkun ipprojbit mill-imsemmija direttiva.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-95/09)

2009/C 113/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A.A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li:

billi naqset milli tidentifika b’mod komplet u korrett iż-żoni sensittivi għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1);

billi naqset milli tittrasponi b’mod komplet u korrett ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3(1), 3(2), 5(2), 5(3), 5(4) u 5(5) ta’ din id-direttiva fir-rigward ta’ ċerti żoni sensittivi;

billi naqset milli tipprovdi, sat-terminu previst tal-31 ta’ Diċembru 1998, il-livell ta’ trattament imsemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-ilma urban kollu mormi minn ċerti agglomerazzjonijiet b’ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000 f’żoni sensittivi jew fiż-żoni li fihom jinġabar l-ilma rilevanti ta’ tali żoni;

billi naqset milli tiżgura, fir-rigward ta’ ċerti agglomerazzjonijiet, li s-sistemi ta’ ġbir meħtieġa mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) tal-istess direttiva, u

billi naqset milli twettaq b’mod korrett l-ewwel reviżjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ din id-direttiva sat-terminu previst tal-31 ta’ Diċembru 1997,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn l-artikoli u taħt l-Artikolu 19 tad-Direttiva 91/271,

tiddikjara li billi naqset milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-ittra tat-23 ta’ April 1999, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tat-Trattat KE,

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 5 u 19 tad-Direttiva 91/271 u taħt l-Artikolu 10 tat-Trattat KE għar-raġunijiet segwenti:

Fir-rigward tal-Boyne Estuary, il-Kummissjoni ssostni li, billi naqset milli tinnotifika att formali ta’ identifikazzjoni għal din iż-żona, l-Irlanda naqset milli tidentifika b’mod komplet u korrett żoni sensittivi skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva. Fir-rigward ta’ żoni oħra li ma ġewx identifikati bħala sensittivi, il-Kummissjoni taċċetta li l-Irlanda għamlet identifikazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) iżda ssostni li l-atti formali ta’ identifikazzjoni li huma applikabbli fil-preżent mhumiex preċiżi biżżejjed fir-rigward tad-definizzjoni tal-limiti taż-żona sensittiva kkonċernata.

Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 91/271, il-leġiżlazzjoni Irlandiża tipposponi t-terminu għall-implementazzjoni previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) mill-31 ta’ Diċembru 1998, għall-14 ta’ Ġunju 2001. Il-Kummissjoni ssostni li d-direttiva msemmija ma tipprovdix il-possibbiltà li jsir tali posponiment. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, fir-rigward ta’ 32 żona li l-Irlanda sussegwentement identifikat bħala sensittivi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma osservatx it-terminu tal-31 ta’ Diċembru 1998 previst fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.

Il-Kummissjoni targumenta li, fir-rigward ta’ żoni li l-Irlanda naqset, b’mod żbaljat, milli tidentifika bħala sensittivi, l-Irlanda naqset milli tikkonforma ruħha, fil-prattika, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) u (2) u tal-Artikolu 5(2), (3) u (4) fir-rigward ta’ agglomerazzjonijiet b’ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000, u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2), (3) u (4) fir-rigward ta’ impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/271.

Il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda kisret l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 91/271 peress li ma wettqitx l-ewwel reviżjoni tal-identifikazzjoni ta’ żoni sensittivi li kellha ssir sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1997.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li, billi naqset milli tipprovdi mapep ċari li juru l-firxa taż-żoni sensittivi u ż-żoni li fihom jinġabar l-ilma rilevanti u milli tipprovdi l-pożizzjoni tal-agglomerazzjonijiet ikkonċernati sat-terminu tal-31 ta’ Diċembru 1998, l-Irlanda kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tat-Trattat KE.


(1)  ĠU L 135, p. 40


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/26


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2009 minn Anheuser-Busch, Inc. mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawżi MagħqudaT-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06: Budějovický Budvar, národní podnik vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Anheuser-Busch, Inc

(Kawża C-96/09 P)

2009/C 113/49

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anheuser-Busch, Inc. (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, B. Goebel, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Budějovický Budvar, národní podnik, Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-16 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06 bl-eċċezzjoni tad-digriet numru 1,

tiddeċiedi l-kawża billi tiċħad it-talba fformulata fl-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u

tordna li l-ispejjeż tal-proċedura jkunu mġarrba mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li

1.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta effettivament ċaħdet il-kompetenza tal-Uffiċċju sabiex jiddetermina li Budvar kienet naqset mill-obbligu tagħha li tistabbilixxi drittijiet taħt l-Artikolu 8(4) (1) meta kien hemm dubji serji dwar il-validità ta’ dawn id-drittijiet (allegati denominazzjonijiet ta’ oriġini għal “BUD”).

2.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat ħażin ir-rekwiżiti kwalitattivi u kwantitattivi tar-rekwiżit tal-liġi Komunitarja ta’ “użu fil-kummerċ” skont l-Artikolu 8(4). L-ewwel, hija ddeċidiet li dan ir-rekwiżit kellu jiġi interpretat bħala li jfisser kull użu kummerċjali barra mill-isfera privata biss, filwaqt li ddikjarat b’mod partikolari li ma kienx meħtieġ li jsir użu ġenwin tad-dritt allegat taħt l-Artikolu 8(4) kif inhu fil-każ tat-trade marks. F’dan il-kuntest, hija ppermettiet kunsinni “b’xejn” sabiex ikunu meqjusa bħala “użu fil-kummerċ” kif ukoll bħala użu f’funzjoni differenti (użu ta’ trade mark pjuttost milli denominazzjoni ta’ użu oriġinali). It-tieni, id-deċiżjoni kkontestata ppermettiet żbaljatament li l-użu wara d-data ta’ applikazzjoni tat-trade mark ikkontestata jittieħed inkunsiderazzjoni u b’dan il-mod naqset milli tikkunsidra li sabiex dritt preċedenti jkun validu bħala motiv ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 8, il-kundizzjonijiet kollha għal dan il-motiv ta’ oppożizzjoni għandhom ikunu ssodisfatti meta ssir l-applikazzjoni kkontestata. It-tielet, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(4) billi sostniet li, b’devjazzjoni mill-prinċipju ta’ territorjalità, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni użu li sar f’pajjizi li mhumiex il-pajjiżi fejn l-allegat drittijiet taħt l-Artikolu 8(4) jeżistu.

3.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat ukoll ir-rekwiżit “ta' aktar minn sempliċement ta' sinifikanza lokali”. Hija essenzjalment iddeċidiet li dan ir-rekwiżit kien issodisfat permezz tal-fatt li l-allegat dritt taħt l-Artikolu 8(4) oriġina minn pajjiż terz u kien estiż f'żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. Hija ma saqsitx jekk id-dritt inkwistjoni kienx akkwista iktar minn sempliċi sinifikanza lokali f’ dawn iż-żewġ Stati Membri li għalihom dan id-dritt intalab, u b’hekk ġew permessi d-drittijiet taħt l-Artikolu 8(4) minn barra l-Unjoni Ewropea.

4.

It-tieni motiv tal-appell huwa ksur tal-Artikolu 8(4) flimkien mal-Artikolu 74(1). L-Artikolu 8(4)(b) jirrikjedi li d-dritt nazzjonali jintitola lil Budvar sabiex tipprojbixxi l-użu tat-trade mark ikkontestata. Il-Bord tal-Appell stabbilixxa, abbażi tal-evidenza imressqa mill-partijiet u billi applika r-regola stabbilita li l-oneru tal-prova fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-UASI huwa fuq il-parti li qed toġġezzjona, li Budvar ma ppruvatx li setgħet, taħt il-liġi nazzjonali ta’ Franza jew tal-Awstrija, tipprojbixxi l-użu tat-trade mark “BUD”. Il-Qorti tal-Prim’Istanza, madankollu, iddeċidiet kuntrarjament għall-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 8(4)(b) li l-UASI għandu, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jinvestiga l-liġi u l-iżviluppi legali li jsosntu d-drittijiet allegati taħt l-Artikolu 8(4) barra mis-sottomissjonijiet tal-partijiet, pjuttost milli jiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas ta’ prova tad-drittijiet allegati ta’ Budvar.

5.

Kollox ma’ kollox, is-sentenza kkontestata tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) li hija diffiċli li tiġi rrikonċiljata mad-diċitura ta’ din id-dispożizzjoni u impossibbli li tiġi rrikonċiljata mal-għan tar-Regolament Nru 40/94 li jinħoloq dritt għal trade mark uniformi fil-Komunità kollha li jiffunzjona tajjeb sabiex jiġi sostnut kummerċ intrakomunitarju.

6.

Kull wieħed minn dan il-ksur ta’ dritt mill-Qorti tal-Prim’Istanza wassal għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell, u huwa għalhekk — kull wieħed separatament — raġuni għaliex din is-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru dwar it-trade mark Komunitarja ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/27


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-100/09)

2009/C 113/50

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Jelínek u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

Tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1), jew f’kull każ billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24 tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fit-8 ta’ Marzu 2008


(1)  ĠU L 69, p. 27.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-114/09)

2009/C 113/51

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Adsera Ribera u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/68/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (2), fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/68/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ April 2008.


(1)  ĠU L 264, p. 32

(2)  ĠU L 26, p. 1


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Digriet tal-President tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main — Il-Ġermanja) — Brigitte Ruf, née Elsässer, Gertrud Elsässer, née Sommer vs Europäische Zentralbank (EZB), Coop Himmelblau Prix, Dreibholz & Partner ZT GmbH, fil-preżenza ta’: Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-408/07) (1)

2009/C 113/52

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Awla Manja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-92/08) (1)

2009/C 113/53

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2009 — (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil de Madrid — Spanja) –Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Asociación de Artistas Intérpretes o Ejecutantes — Sociedad de Gestión de España (AIE) vs Sogecable, SA, Canal Satélite Digital SL

(Kawża C-98/08) (1)

2009/C 113/54

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-257/08) (1)

2009/C 113/55

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-291/08) (1)

2009/C 113/56

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-329/08) (1)

2009/C 113/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-332/08) (1)

2009/C 113/58

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-354/08) (1)

2009/C 113/59

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008


Qorti tal-Prim' Istanza

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ April 2009 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/04) (1)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens - Promozzjoni - Għoti ta’ punti ta’ prijorità”)

2009/C 113/60

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Merola u I. van Schendel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn V. Joris u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

L-annullament:

tad-deċiżjoni tad-direttur ġenerali tas-servizz legali tal-Kummissjoni li jagħti lir-rikorrent punti wieħed biss ta’ prijorità tad-Direzzjoni ġenerali taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, ikkomunikata fis-7 ta’ Lulju 2003 u kkonfermata b’deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2003;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tagħti lir-rikorrent total ta’ 20 punt taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, innotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2003; tal-lista skont il-mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 taħt il-proċedura 2003, ippubblikata fl-Informazzjoni amministrattiva Nru 69-2003, tat-13 ta’ Novembru 2003; tal-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad A 4 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, ippubblikata fl-Informazzjoni amministrattiva Nru 73-2003, tas-27 ta’ Novembru 2003; tad-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix lir-rikorrent punt ta’ prijorità addizzjonali taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, kif tirriżulta mill-ittra tat-22 ta’ Frar 2007 u mid-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2007,

u intiż għall-kumpens ta’ EUR 5 000.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu t-total tal-punti ta’ promozzjoni ta’ Gregorio Valero Jordana għal 20 punt u li jirrifjutaw li jinkluduh fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad A 4 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003 huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 284, 20.11.2004.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Marzu 2009 — Shanghai Excell M&E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill

(Kawża T-299/05) (1)

(“Dumping - Importazzjonijet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7)(a) u (ċ), Artikolu 2(10), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)

2009/C 113/61

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shanghai Excell M&E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision (Shanghai, iċ-Ċina); u Shanghai Adeptech Precision Co. Ltd (Huaxin Town, Chine) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u E. Gybels, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, agent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Talabér-Ritz u E. Righini, wara H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, agenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2005 tat-28 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2605/2000 illi jimponi dazji ta’ kontra d-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi (REWS) illi joriġinaw [,fost l-oħrajn,] fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, […] (ĠU L 112, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shanghai Excell M&E Enterprise Co. Ltd u Shanghai Adeptech Precision Co. Ltd huma kkundanati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 257, 15.10.2005


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009 — TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/05) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Finanzjament ta’ France Télévisions permezz ta’ liċenzja awdjoviżwali - Eżami kostanti tal-għajnuna eżistenti - Rakommandazzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa - Impenji tal-Istat Membru aċċettati mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Natura tal-att ikkontestat - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sentenza Altmark”)

2009/C 113/62

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies et C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Giolito, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, agenti); u France Télévisions S.A. (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u D. Tayar, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1166 finali, tal-20 ta’ April 2005, dwar l-għajnuna mogħtija lil France Télévisions [Għajnuna E 10/2005 (ex C 60/1999) — Franża, Liċenzja awdjoviżwali].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn France Télévisions SA.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 315, 10.12.2005


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2009 — Laytoncrest vs UASI — Erico (TRENTON)

(Kawża T-171/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRENTON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LENTON - Dritt għal smigħ - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u Regola 54 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Nuqqas ta’ rtirar tal-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 44(1) tar-Regolament Nru 40/94 - Obbligu li tingħata deċiżjoni bbażata fuq il-provi disponibbli - Regoli 20(3) u 50(1) tar-Regolament Nru 2858/95”)

2009/C 113/63

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Laytoncrest Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Dontas u P. Georgopoulou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Erico International Corp. (Solon, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Samer, O. Gillert u F. Schiwek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ April 2006 (Każ R 406/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erico International Corp. u Laytoncrest Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ April 2006 (R 406/2004-hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż inkorsi minn Laytoncrest Ltd.

3)

Erico International Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fl-24 ta’ Marzu 2009 — Moreira da Fonseca vs UASI — General Óptica (GENERAL OPTICA)

(Kawżi magħqudin T-318/06 sa T-321/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi GENERAL OPTICA b’kuluri differenti - Denominazzjoni kummerċjali preċedenti Generalóptica - Raġuni relattiva għal rifjut - Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 113/64

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alberto Jorge Moreira da Fonseca Lda (Santo Tirso, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes u D. Jeffries, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: General Óptica, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Curell Aguilà u X. Fàbrega Sabaté, avukati)

Suġġett

Erba’ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-ewwel Bord tal-Appel tal-UASI tat-8 ta’ Awwissu 2006 (Każijiet R 944/2005-1, R 945/2005-1, R 946/2005-1 u R 947/2005-1) rigward erba’ proċedimenti ta’ invalidità bejn Alberto Jorge Moreira da Fonseca, Lda u General Óptica, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Alberto Jorge Moreira da Fonseca, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 30.12.2006.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Vantaġġ - Motivazzjoni - Aspettativi leġittimi - Ċertezza legali”)

2009/C 113/65

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent): Alcoa Trasformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold, F. Salerno u T. Graf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan, E. Righini u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/C 214/03, innotifikata lir-Repubblika Taljana b’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/06 (ex NN 38/06) — Tariffa tal- elettriku preferenzjali mogħtija lil ċerti industriji ta’ konsum kbir tal-enerġija fl-Italja, sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda t-tariffi ta’ provvista ta’ elettriku li jibbenefikaw minnhom iż-żewġ fabbriki ta’ aluminju primarju ta’ Alcoa Trasformazioni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alcoa Trasformazioni Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/06) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju ta’ travi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preskrizzjoni - Drittijiet tad-difiża”)

2009/C 113/66

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Luxembourg SA, li qabel kienet Arcelor Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); ArcelorMittal Belval & Differdange SA, li qabel kienet Arcelor Profil Luxembourg SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu); u ArcelorMittal International SA, li qabel kienet Arcelor International SA (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Arbault, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta’ travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta’ travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar), hija annullata safejn tikkonċerna ArcelorMittal Belval & Differdange SA u ArcelorMittal International SA.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ ArcelorMittal Belval & Differdange u ArcelorMittal International, safejn il-kawża tirrigwarda dawn il-partijiet.

4)

ArcelorMittal Luxembourg SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni, safejn il-kawża tirrigwarda dawn il-partijiet.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — L'Oréal vs UASI — Spa Monopole (SPALINE)

(Kawża T-21/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPALINE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Nuqqas ta’ raġuni korretta għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 113/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu, L. De Brouwer, D. Moreau u E. De Gryse, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 415/2005-1) dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u L’Oreal SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oreal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — L’Oréal vs UASI — Spa Monopole (SPA THERAPY)

(Kawża T-109/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPA THERAPY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 113/68

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, Il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu, L. De Brouwer u D. Moreau, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Jannar 2007 (Każ R 468/2005-4), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u L’Oréal SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Anheuser-Busch vs UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER)

(Kawża T-191/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER - Trade marks internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti BUDWEISER u Budweiser Budvar - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94”)

2009/C 113/69

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Budějovický Budvar, národní podnik (České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Čermák, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2007 (Każ R 299/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anheuser-Busch, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għall-ispejjeż tal-UASI u ta’ Budějovický Budvar, národní podnik


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — allsafe Jungfalk vs UASI (ALLSAFE)

(Kawża T-343/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALLSAFE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ natura distintiva - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 113/70

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: allsafe Jungfalk GmbH & Co. KG (Engen, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, J. Bühling, C. Graf von der Groeben, G. Rother, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Lulju 2007 (Każ R 454/2006-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ALLSAFE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

allsafe Jungfalk GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Kaul vs UASI — Bayer (ARCOL)

(Kawża T-402/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARCOL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CAPOL - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 113/71

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaul GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċijoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 782/2002-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaul GmbH u Bayer AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kaul GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Marzu 2009 — Telecom Italia Media vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali - Telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Istat Membru, adottata matul il-kawża, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriżi li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ rikors għal annullament - Telf tal-interess ġuridiku - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 113/72

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Telecom Italia Media (TI Media) SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Bassan u S. Venturini, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini, G. Conte u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u D. Gerard, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE tal-24 ta’ Jannar 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004), mogħtija mir-Repubblika Taljana fil-forma ta’ sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali (ĠU L 147, p.1).

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 117, 29.5.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/35


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/09)

2009/C 113/73

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2008 [SG.E.3/RG/mbp D(2008) 10067], li tagħti lil persuni privati aċċess għal dokumenti, li joriġinaw minn awtoritajiet Ġermaniżi, relatati mal-proċedura ta’ nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu Nru 2005/4569, u dan minkejja l-oppożizzjoni tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2008 li tagħti lil terzi privati aċċess għal ċerti dokumenti, li joriġinaw minn awtoritarijiet Ġermaniżi, relatati ma’ proċedura ta’ nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, u dan minkejja l-oppożizzjoni tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn il-Komunità u l-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 10 KE.

L-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jissuġġettaw għal kunsens tagħhom it-trażmissjoni ta’ dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet tagħhom u li jkunu fil-pussess tal-istituzzjonijiet Komunitarji. Il-Kummissjoni m’għandhiex id-dritt li teżerċita kontroll sħiħ fuq il-motivazzjoni tar-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-64/06 P, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni et  (2), stabbilixxiet kriterji speċifiċi li abbażi tagħhom l-istituzzjoni Komunitarja kkonċernata tista’ tinjora tali oppożizzjoni u twettaq hija stess eżami tal-eżistenza tar-raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri li l-oppożizzjoni għandha tkun “nieqsa minn kull motivazzjoni” jew għandha “[ma tkunx] spjegata b’referenza” għar-raġunijiet ta’ rifjut.

Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn il-Komunità u l-Istati Membri skont l-Artikolu 10 KE, l-eżami tal-eżistenza tar-raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa, bħala regola ġenerali, kompitu tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ biss eċċezzjonalment ma tieħux inkunsiderazzjoni r-rifjut tal-kunsens, u dan fil-każ fejn il-motivazzjoni tal-Istat Membru ma tosservax b’mod suffiċjenti tali kriterji. Dan huwa impost anki mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. Dawn iż-żewġ kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza jikkostitwixxu forom proċedurali sostanzjali, li l-kontenut tagħhom għandu jiġi ddefinit b’riferiment għall-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 253 KE. L-istħarriġ tal-legalità fir-rigward ta’ jekk l-oppożizzjoni għall-aċċess għal dokumenti hijiex konformi mal-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jsir mill-qorti Komunitarja u mhux mill-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll, sussidjarjament, li, anki jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza tinterpreta l-ġurisprudenza tal-Kawża C-64/06 P fis-sens li l-oppożizzjoni ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 torbot lill-istituzzjoni Komunitarja biss jekk tkun konformi mal-Artikolu 4(5) tar-Regolament 1049/2001, il-Kummissjoni, madankollu, tista’ twettaq biss kontroll sommarju tal-motivazzjoni pprovduta mill-Istat Membru. Il-motivazzjoni tal-oppożizzjoni tal-Ġermanja, madankollu, b’ebda mod ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala manifestament żbaljata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43)

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2007, Kawża C-64/05, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni et, Ġabra I-113839


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 — Química Atlântica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/09)

2009/C 113/74

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Química Atlântica, Lda (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Teixeira Alves, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Kummissjoni kellha l-obbligu li tadotta miżuri intiżi għall-armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni u ta’ tassazzjoni tal-fosfat tad-dikalċju importat mit-Tuneżija;

tiddikjara li dan in-nuqqas tal-Kummissjoni ta lok għal differenzi sostanzjali fit-tassazzjoni tal-merkanzija ddikjarata fil-Portugall, meta mqabbla ma’ dik iddikjarata fl-Istati Membri li, minħabba raġunijiet ta’ viċinanza ġeografika, jikkompetu mal-operaturi li jiddikjaraw din il-merkanzija fil-Portugall;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-fosfat tad-dikalċju;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tieħu inkunsiderazzjoni li l-fosfat huwa prodott li mhuwiex organiku, miksub bir-reazzjoni kimika permezz taż-żieda ta’ aċdu ma’ minerali, peress li l-klassifikazzjoni tiegħu hija qabel kollox exkluża mill-ewwel erbgħa u għoxrin Kapitolu tal-Tariffa Doganali Komuni;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri li jassiguraw li l-klassifikazzjoni, adottata fid-diversi Stati Membri, tiġi armonizzata skont kriterji ermenewtiċi adegwati;

tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt li tingħata rifużjoni tad-dazji doganali żejda li ntalbet tħallas taħt ir-rata tal-kodiċi tat-tariffa 2835 52 90.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrenti, b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u tal-onorarji tal-avukat.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkumerċjalizza l-fosfat tad-dikalċju, importat mit-Tuneżija, li, sal-1994, kienet tiddikjara fid-dwana taħt l-isem ta’ Ortofosfat ta’ idroġenu tal-kalċju (fosfat tad-dikalċju) taħt il-kodiċi tat-tariffa 2835 52 90 tan-NM. L-awtoritajiet doganali Portugiżi kienu jeħtieġu li l-fosfat tad-dikalċju jiġi ddikjarat taħt il-kodiċi 2309 90 98 tan-NM, bħala preparazzjonijiet tat-tip użati għall-ikel tal-annimali — oħrajn, li huma suġġetti għal taxxa għolja. Filwaqt li, fi Franza, fir-Renju Unit u fi Spanja, li jassorbu kważi l-fosfat tad-dikalċju kollu miksub mit-Tuneżija u esportat mill-UE, l-istess prodott ġie kklassifikat taħt il-kodiċi tat-tariffa 2835 52 90, suġġett għar-rata żero.

Ir-rikorrenti ħeġġet lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-fosfat tad-dikalċju, iżda l-Kummissjoni ma għamlet xejn. Il-Kummissjoni kienet ilha tipposponi t-teħid ta’ deċiżjoni fuq l-armonizzazzjoni tal-fosfat tad-dikalċju sa mill-2005. F’Diċembru tal-2008, il-Kummissjoni adottat att espliċitu, ta’ kontenut negattiv, li jikkonsisti, minn naħa, fid-dikjarazzjoni li l-klassifikazzjoni tal-fosfat tad-dikalċju taħt il-pożizzjoni tat-tariffa 2309 hija paċifika u uniformi fid-diversi Stati Membri u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut konsegwenti li tadotta miżuri sabiex tarmonizza l-klassifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha dokumenti awtentiċi li jipprovaw li l-fosfat tad-dikalċju importat mit-Tuneżija, l-ikbar fornitriċi Komunitarja, huwa kklassifikat fi Franza u fi Spanja taħt il-kodiċi tat-tariffa 2835 25 90 u kellha l-mezzi li ssir taf li, minn tal-inqas, fir-Renju Unit, ukoll tiġi adottata din l-istess klassifikazzjoni. Is-sempliċi affermazzjoni li ma jeżistux problemi ta’ klassifikazzjoni tal-fosfat fi Stati Membri oħra mhijiex għal kollox minnha, minħabba li ma jintqalx li f’dawn l-Istati Membri ma jiġix importat il-fosfat tad-dikalċju mit-Tuneżija. B’hekk, il-Kummissjoni kellha tivverifika jekk il-fosfat tad-dikalċju provenjenti mit-Tuneżija kienx ta’ kompożizzjoni simili għas-sostituti tiegħu, importati minn postijiet oħra, madankollu u minkejja li hija kellha għarfien dwar l-eżistenza ta’ Informazzjoni vinkolanti dwar it-Tariffa fi Franza, hija ma wettqitx tali verifika. Ir-risposta tal-Kummissjoni għall-ilmenti tar-rikorrenti tikkonsenti klassifikazzjonijiet tat-tariffa diverġenti u, minħabba f’hekk, neċessarjament żbaljati, tibbaża ruħha fuq premessi li mhumiex minnhom u tispiċċa ma tieħu l-ebda miżura ta’ armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni, u b’hekk iżżomm is-sitwazzjoni inċerta li kien hemm qabel.

Il-qrati Portugiżi ikkonfermaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali Portugiżi, mingħajr ma ressqu talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, meta huma kellhom l-obbligu li jagħmlu dan. Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri li jimportaw il-fosfat tad-dikalċju mit-Tuneżija, il-merkanzija hija ddikjarata taħt il-kodiċi tat-tariffa 2835 52 90. Din id-differenza fil-klassifikazzjoni tat-tariffa, li tiġi riflessa fit-taxxa, eskludiet lir-rikorrenti mis-suq Spanjol, fejn il-fosfat tad-dikalċju kien jibbenefika mid-dritt liberu ta’ klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tat-tariffa 2835 52 90.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/09)

2009/C 113/75

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Fraċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. A.-L. Vendrolini, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7486 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li fiha l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji, miġbura mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq il-membri tal-professjonijiet li huma jirrapreżentaw, bil-għan li jiffinanzjaw l-azzjonijiet li jistgħu jiġu organizzati minn dawn l-organizzazzjonijiet, kienu jikkonstitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, fir-rigward tal-mertu, motiv wieħed, ibbażat fuq:

ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Franċiż, li dawn il-kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji jikkostitwixxu taxxi parafiskali, jiġifieri riżorsi tal-Istat, meta fil-fatt:

il-proċedura ta’ rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali kif ukoll il-proċedura tal-proroga tal-ftehim interprofessjonali ma għandhomx jitqiesu li huma mezzi għall-Istat sabiex jimplementa politika partikolari li tkun imfassla minn qabel;

il-bażi tat-taxxa, l-ammont, l-allokazzjoni u l-użu tal-kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji huma ffissati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-ftehim tagħhom, u l-awtoritajiet pubbliċi ma jintervjenu fl-ebda stadju;

il-kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji huma imperattivament użati għall-finanzjament tal-azzjonijiet li għalihom huma ddestinati u ma jitqegħdu qatt għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi;

il-persuni suġġetti għall-kontribuzzjoni volontarja obbligatorja neċessarjament jibbenefikaw mill-azzjonijiet finanzjati minn dawn tal-aħħar u l-operaturi kollha jħallsu t-tariffa bħala xerrejja jew bejjiegħa tal-prodott ikkonċernat.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/38


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/09)

2009/C 113/76

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b'risposta għas-sejħa għal offerti miftuħa MARE/2008/01 għall-“Provvista ta’ kompjuters u provvista ta’ servizzi relatati, inklużi il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni tad-DG MARE” (1), innotifikata lir-rikorrenti permezz ta' ittra tat-12 ta’ Diċembru 2008 u kull deċiżjoni ulterjuri relatata inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-kontraenti li l-offerta tiegħu rnexxiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta' EUR 2 520 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra mġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħha ppreżentata b'risposta għas-sejħa għal offerti miftuħa MARE/2008/01 għall-“Provvista ta’ kompjuters u servizzi relatati, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni tad-DG MARE”, u li tagħti l-kuntratt lill-kontraenti li l-offerta tiegħu rnexxiet. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għall-allegati danni, ikkawżat permezz tal-proċedura għas-sejħa għal offerti.

Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel, hija ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li din naqset milli tosserva l-kriterji ta’ eskluzjoni previsti fl-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju (2) għal wieħed mill-membri tal-konsorzju magħżul u ddiskriminat kontra r-rikorrenti billi ma tathix aċċess għad-dokumentazzjoni teknika disponibbli kollha u għas-sors tal-kodiċi li kienu disponibbli biss għall-kontraenti magħżul. Ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li l-kriterju ta’ ibbilanċjar użat sabiex jiġi applikat il-kriterju ta’ għoti għall-“offerta l-iżjed vantaġġjuża ekonomikament” prattikament innewtralizza l-impatt tal-effett tal-prezz, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta bbażat l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha fuq kriterji differenti minn dawk ippreżentati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, b’hekk kisret l-obbligu ta’ trasparenza.

It-tieni, ir-rikorrenti tiddikjara li l-konvenuta ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji ta’ kwalità 2 u 3, bi ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza.

It-tielet, ir-rikorrenti tqajjem dubji fir-rigward tal-fatt li l-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni intervenew minkejja li kienu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi u, għaldaqstant, kien hemm ksur ta’ regola ta’ proċedura.

Ir-raba’, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti u abbużat mis-setgħa diskrezzjonali tagħha.


(1)  ĠU 2008/S 115-152936

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p.1)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/38


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 — Gråhundbus v/Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/09)

2009/C 113/77

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gråhundbus v/Jørgen Andersen (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Nissen, J. Rivas de Andrés, J. Gutiérrez Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-pożizzjoni definittiva tal-Kummissjoni dwar ir-rotta Kopenħagen-Ystad li tinsab fil-punti 75, 76 u 145 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 2008 dwar il-Każ tal-għajnuna mill-Istat C 41/08 (NN 35/08) — Danske Statsbaner;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 2008 dwar il-Każ tal-għajnuna mill-Istat C 41/08 (NN 35/08) — Danske Statsbaner;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent qed jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 2008 li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE dwar l-għajnuna mill-Istat li d-Danimarka allegatament tat lil Danske Statsbaner (DSB) għat-trasport bil-ferrovija ta’ passiġġieri bejn Kopenħagen u Ystad permezz tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi konklużi bejn il-Ministeru tat-trasport Daniż u l-impriża pubblika DSB (Każ C 41/08 (NN 35/08) — Danske Statsbaner). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom (1).

Ir-rikorrenti topera servizz ta’ trasport bil-karozza tal-linja ta’ passiġġieri fuq ir-rotta Kopenħagen-Ystad.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tliet motivi.

Bħala l-ewwel motiv tagħha, hija tallega li l-Kummissjoni għamlet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Gvern Daniż m’għamilx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li r-rotta Kopenħagen-Ystad kienet tikkostitwixxi servizz pubbliku jew servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali.

Bħala t-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tissottometti illi l-Kummissjoni għamlet żball ta’ liġi meta ma qajmitx dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-rotta Kopenħagen-Ystad bħala obbligu ta’ servizz pubbliku jew servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali jew servizz pubbliku fid-dawl tal-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Hija targumenta li l-Kummissjoni ma kellhiex taċċetta l-argumenti sottomessi mill-Gvern Daniż mingħajr dibattitu jew eżami ulterjuri.

Bħala t-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa għad-deċiżjoni tagħha u dan bi ksur tal-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 253 KE peress li l-unika motivazzjoni pprovduta tikkonsisti f’ripetizzjoni tal-argumenti tal-Gvern Daniż.


(1)  ĠU 2008 C 309, p. 14


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/39


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Strategi Group vs UASI — Reed Business Information (STRATEGI)

(Kawża T-92/09)

2009/C 113/78

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strategi Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Sauders, Barrister)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reed Business Information (Issy-Les-Moulineaux, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 1581/2007-2 u tibgħat mill-ġdid l-applikazzjoni quddiem l-UASI biex jagħti deċiżjoni; u

tikkundanna lill-UASI (u kull intervenjent) għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “STRATEGI” għal servizzi fil-klassi 35,

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark Nru 1 240 001 tat-trade mark “Stratégies” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja, b’mod partikolari meta ddeċieda li fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ l-użu ta’ trade mark bħala l-isem ta’ rivista jista’ jikkostitwixxi użu ta’ dik it-trade mark għas-servizzi offruti f’din il-pubblikazzjoni, u billi naqas milli jipprovdi b’mod ċar ir-rekwiżiti neċessarji ta’ evidenza sabiex jiġi pprovat l-użu ġenwin f’dan il-każ u/jew billi naqas milli jikkunsidra kif xieraq l-evidenza mressqa abbażi tal-prinċipji t-tajbin; Barra minn hekk, jew sussidjarjament, ksur tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) billi l-Bord tal-Appell naqas milli japplika d-dispożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni legali għaċ-ċirkustanzi tal-każ, għaliex naqas milli jipprovdi gwida rigward l-evidenza meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-prova ta’ użu u/jew żbalja meta ddeċieda li l-evidenza mressqa mill-oppożizzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex jiġi stabbilit l-użu tat-trade mark għas-servizzi użati.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p.1)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/39


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 — von Oppeln-Broniikowski u von Oppeln-Bronikowski vs UASI — Pomodoro Clothing (promodoro)

(Kawża T-103/09)

2009/C 113/79

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anna Elisabeth Richarda von Oppeln-Bronikowski u Baron Zebulon Baptiste von Oppeln-Bronikowski (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pomodoro Clothing Company Ltd. (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 325/2008-1

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “promodoro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35 — Applikazzjoni Nru 3 587 557

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ingliża “POMODORO” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra, b’mod żbaljat, prova tal-użu ppreżentata wara li skada t-terminu mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell; Ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonkludi li l-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fit-terminu stabbilit ma kinux jikkostitwixxu prova suffiċjenti tal-użu tat-trade mark iċċitata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni; Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell kkonstatata, b’mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat- 13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/40


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2009 — adp Gauselmann vs UASI — Maclean (Archer Maclean’s Mercury)

(Kawża T-106/09)

2009/C 113/80

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Archer Maclean (Banbury, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nuqqas ta’ konformità tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 1266/2007-1 mar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94;

tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 290 227 għall-klassijiet 9 u 28 taqa’ taħt il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; u

tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti fil-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Archer Maclean’s Mercury” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 — Applikazzjoni Nru 4 290 227

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark verbali “Merkur” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li ma kien hemm l-ebda xebh viżiv jew fonetiku jew identità konċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati, kif ukoll li ma kienx hemm identità tal-prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u għalhekk l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/40


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2009 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-107/09)

2009/C 113/81

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn T. Eicke, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (1), b’mod partikolari sa fejn tapplika korrezzjoni għall-iskema ta’ għajnuna tal-Frott u l-Ħaxix fil-konfront tar-Renju Unit għal allegati nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll tiegħu dwar ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li twaqqfu qabel l-2002 (li ma jipprovdux mezzi tekniċi) u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) peress li l-Kummissjoni interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 11(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96 (2) meta kkonkludiet li l-Gvern tar-Renju Unit naqas milli josserva l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix.

Ir-rikorrent isostni li l-interpretazzjoni restrittiva mogħtija mill-Kummissjoni lill-Artikolu 11(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 2200/96, li hija l-bażi tal-aspetti rilevanti tad-deċiżjoni kkontestata, hija inkonsistenti kemm mal-formulazzjoni kif ukoll mal-obbjettiv u l-għan ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  Innotifikata bid-dokument numru C(2008) 7820 (ĠU L 340, p. 99)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, p. 1)


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2009 — Rintisch vs UASI — Valfeuri Pates Alimentaires (PROTIVITAL)

(Kawża T-109/09)

2009/C 113/82

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Valfeuri Pates Alimentaires SA (Wittenheim, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Jannar 2009 fil-kawża R 1660/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “PROTIVITAL”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 — applikazzjoni Nru 4 843 331

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal iċċitat: Reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża “PROTT” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark figurattiva “PROTIPOWER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark “PROTIPLUS” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32; reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża tat-trade mark “PROTITOP” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark “PROTT” għal prodotti fil-klassijiet 5 u29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa l-oppożizzjoni fuq il-mertu tagħha; Ksur tal-Artikolu 74(2)) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu jew tal-inqas naqas milli jagħti raġunijiet kif eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu. Abbuż ta’ poter billi l-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u evidenza sottomessa mir-rikorrenti.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2009 — Icebreaker vs UASI — Gilmar (ICEBREAKER)

(Kawża T-112/09)

2009/C 113/83

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Icebreaker Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentant: L. Prehn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gilmar SpA (San Giovanni in Marignano — Rimini, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 1536/2007-4 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għal prodotti fil-klassi 25; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Icebreaker Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ICEBREAKER”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 24 u 25 — applikazzjoni Nru 3 205 523

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Taljana “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, it-trade mark verbali Spanjola “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, it-trade mark verbali Taljana “ICE” għal prodotti fil-klassi 25, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali “ICE” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Electrolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-115/09)

2009/C 113/84

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AB Electrolux (Stokkolma, l-Iżvezja) (rappreżentanti: F. Wijckmans, H. Burez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha minħabba li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet (kumulattivi) tal-Linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà mhumiex sodisfatti jew li, f’kull każ, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kollha minħabba li ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 253 KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5995 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom l-intenzjoni jagħtu favur l-impriża FagorBrandt, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet [C 44/2007 (ex N 460/2007)]. Ir-rikorrenti hija kompetitriċi tal-kumpannija li tibbenefika mill-għajnuna u pparteċipat fil-proċedura ta’ investigazzjoni li waslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 87(3)(ċ) KE u l-Linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà (1). Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-konstatazzjoni ta’ din id-deċiżjoni hija żbaljata skont il-liġi minħabba l-fatt li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet kumulattivi tal-linji gwida msemmija mhumiex sodisfatti jew li, f’kull każ, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa:

il-kundizzjoni ta’ “l-ewwel u l-aħħar darba”,

il-kundizzjoni li għajnuna għar-ristrutturazzjoni m’għandhiex isservi sabiex iżżomm l-impriżi attivi b’mod artifiċjali,

il-kundizzjonijiet għall-evalwazzjoni ta’ għajnuna illegali preċedenti,

il-kundizzjoni li l-kumpannija li tibbenefika mill-għajnuna trid tkun kumpannija f’diffikultà,

il-kundizzjoni li l-kumpannija li tibbenfika mill-għajnuna ma tridx tkun kumpannija li għadha kemm ġiet inkorporata,

il-kundizzjoni li l-kumpannija li tibbenfika mill-għajnuna għandha tkun tista’ terġa’ tikseb il-vijabbiltà fit-tul tagħha,

il-kundizzjoni li jiġu imposti miżuri ta’ kumpens sabiex tiġi evitata distorsjoni indebita li tirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, u

il-kundizzjoni li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu u li l-grupp kummerċjali għandu jagħmel kontribuzzjoni reali (ħielsa minn kull għajnuna).

Barra minn dan, ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 253 KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-argumenti mressqa mir-rikorrenti dwar il-kapaċità żejda strutturali fis-settur, il-kontribuzzjoni tal-kumpannija li tibbenfika għall-ispejjeż tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li għandha tkun għolja “kemm huwa possibbli” u l-obbligu li titħallas lura għajnuna illegali preċedenti.


(1)  ĠU 2004 C 244, p. 2


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/09)

2009/C 113/85

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, l-Olanda) (rappreżentant: F. Tuytschaever, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha minħabba li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet (kumulattivi) tal-Linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà mhumiex sodisfatti jew li, f’kull każ, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kollha minħabba li ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 253 KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5995 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom l-intenzjoni jagħtu favur l-impriża FagorBrandt, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet [C 44/2007 (ex N 460/2007)]. Ir-rikorrenti hija kompetitriċi tal-kumpannija li tibbenefika mill-għajnuna u pparteċipat fil-proċedura ta’ investigazzjoni li waslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma simili jew identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-115/09 Electrolux vs Il-Kummissjoni.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2009 — Protege International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/09)

2009/C 113/86

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Protege International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Shefet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE (Każ COMP/39414 — Protégé International vs Pernod Ricard)

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Jannar 2009, li biha l-Kummissjoni ċaħdet, wara li waslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm biżżejjed interess Komunitarju sabiex l-investigazzjoni titkompla, l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Pernod Ricard dwar l-allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti pprattikat minn din tal-aħħar fis-suq tal-wiski Irlandiż li jikkonsisti, min-naħa, fi proċedimenti legali mibdija minn Pernod Richard kontra r-rikorrenti għar-reġistrazzjoni mir-rikorrenti tat-trade marks “WILD GEESE”, “WILD GEESE RARE IRISH WHISKEY” u “WILD GEESE IRISH SOLDIERS AND HEROES”, u, min-naħa l-oħra, f’rifjut ta’ provvista.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:

il-proċedimenti legali mibdija minn Pernod Richard ma għandhomx bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ dan tal-aħħar għat-trade mark tiegħu “WILD TURKEY”, inkwantu ma teżistix il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, imma li telimina lir-rikorrenti, li hija kompetitriċi ta’ Pernod Richard, mis-suq tal-wiski Irlandiż;

abbuż minn pożizzjoni dominanti għaliex Pernod Richard irrifjuta li jipprovdi wiski Irlandiż lir-rikorrenti minħabba li din tal-aħħar irrifjutat li taċċetta l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni fuq il-bejgħ fis-swieq approvati minn Pernod Richard;

jeżisti interess Komunitarju, sa fejn l-allegat abbuż jikkonċerna Stati Membri differenti u t-territorju Komunitarju kollhu kemm hu.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Al Shanfari vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-121/09)

2009/C 113/87

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thamer Al Shanfari (rappreżentanti: P. Saini, QC, T. Nesbitt u B. Kennelly, Barristers, A. Patel, N. Sheikh, u K. Mehta, Solicitors)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 77/2009, sa fejn huwa jikkonċerna r-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 77/2009 (2), (ir-“regolament ikkontestat”), il-fondi kollha tar-rikorrent li jinsabu fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ġew iffriżati bil-konsegwenza li waqqfuh milli jinnegozja fl-UE, kif ukoll li xlewħ li għandu rabtiet mar-reġim repressiv taż-Żimbabwe u li huwa implikat f’attivitajiet li jipperikolaw b’mod serju d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, ir-rikorrent huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ vvjaġġar skont l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK (3).

Ir-rikorrenti jqis li r-regolament ikkontestat għandu jiġi annullat abbażi tar-raġunijiet li ġejjin, li huma kollha indikati hawn isfel:

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li r-regolament ikkontestat ma għandu l-ebda bażi legali xierqa għaliex la l-Artikolu 60 KE u lanqas l-Artikolu 310 KE ma jagħtu s-setgħa lill-Kunsill jiffirża l-fondi kollha ta’ persuna li ma jkollhiex rabta mal-Gvern taż-Żimbabwe.

It-tieni nett, skont dak li jsostni r-rikorrent, ir-regolament ikkontestat jikser l-obbligu tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 253 KE, jindikaw ir-raġunijiet li jkunu bbażati fuqhom, għaliex l-espożizzjoni qasira fl-Anness III fir-rigward tar-rikkorent hija manifestament insuffiċjenti u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill, li tissuġġetta lir-rikorrenti għal projbizzjoni ta’ vvjaġġar, ma tipprovdix iktar informazzjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li r-regolament ikkontestat jippreġudika d-drittijiet fundamentali tiegħu, għaliex jheddidlu d-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt ta’ smigħ; kif ukoll għaliex jheddidlu b’mod spoporzjonat id-drittijiet tat-tgawdija paċifika tal-proprjetà tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU 2004 L 55, p.1)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU 2009 L 23, p.5)

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK tad-19 ta’ Frar 2004 li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/44


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Marzu 2009 — Torres vs UASI — Vinícola de Tomelloso (TORREGAZATE)

(Kawża T-273/07) (1)

2009/C 113/88

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/44


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta' Marzu 2009 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/07 u T-350/07) (1)

2009/C 113/89

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/44


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009 — Batchelor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/08) (1)

2009/C 113/90

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/44


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Portugal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/08) (1)

2009/C 113/91

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/44


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Marzu 2009 — Intel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/08) (1)

2009/C 113/92

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/45


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Soerensen Ferraresi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/09)

2009/C 113/93

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ayo Soerensen Ferraresi (Milan, l-Italja) (rappreżentant: C. Di Vuolo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu fiżiku u ekonomiku u fastidju psikoloġiku subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti minħabba fastidju psikoloġiku li kienet vittma tiegħu u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar invalidità li tirtiraha ex officio abbażi ta’ invalidità.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/45


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 — A vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/09)

2009/C 113/94

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A (Port-Vendres, Franza) (rappreżentanti: B. Cambier, A. Paternostre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ddikjarata responsabbli għal ċerti żbalji allegatament imwettqa fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b’diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi. Min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrent

Tiddikjara lill-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal żbalji li hija wettqet fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti u tar-regoli komuni “dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol” tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [traduzzjoni mhux uffiċjali];

Tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ April u tat-13 ta’ Novembru 2008 li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b’diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas b’mod immedjat lir-rikorrent il-kumpens previst fl-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, jiġiferi EUR 1 422 024, tipprovdilu d-dokumenti mitluba u tirrimborsah l-intier tal-ispejjeż mediċi diġà inkorsi u li ser jiġu inkorsi minħabba l-marda kkaġunata mix-xogħol li tagħha huwa vittma;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent l-imgħax ta’ dewmien skont ir-rata regolatorja tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas skont l-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, dekorribbli mix-xahar ta’ Diċembru 2004, data li fiha kellha tkun rikonoxxuta l-oriġini kkaġunata mix-xogħol tal-marda tar-rikorrent;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent, fuq il-bażi tad-dritt tiegħu għall-kumpens sħiħ għad-dannu sostnut u barra mis-somom imsemmija iktar ’il fuq, is-somma ta’ EUR 1 949 689, li tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali tad-dannu sostnut u dak tas-somma f’daqqa dovuta lir-rikorrent skont l-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 25 000 jew kwalunkwe somma oħra li l-Qorti tal-Prim’Istanza jidhrilha xierqa għad-dannu morali sostnut minħabba diversi żbalji u irregolaritajiet imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fit-tmexxija tal-proċeduri mediċi li jikkonċernawh;

Tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 — Meister vs UASI

(Kawża F-17/09)

2009/C 113/95

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Herbert E. Meister (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar il-kalkolu tal-punti għal promozzjoni ghas-sena 2008 u talba ghad-danni għall-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-persunal.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza:

tannulla d-deċiżjoni inċidentali meħuda mill-President fl-20 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-ilment intern tar-rikorrent tal-20 ta’ Awwissu 2008 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni tar-rikorrent, fl-ammont stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/46


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Merhzaoui vs Il-Kunsill

(Kawża F-18/09)

2009/C 113/96

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Min-naħa waħda, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat fil-fluss tal-karriera AST 1-7. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2008, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2006, fil-fluss tal-karriera AST 1-7;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, safejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Lopez Sanchez vs Il-Kunsill

(Kawża F-19/09)

2009/C 113/97

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carolina Lopez Sanchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/46


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — Juvyns vs Il-Kunsill

(Kawża F-20/09)

2009/C 113/98

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Juvyns (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jippromwovu għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/47


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — De Benedetti-Dagnoni vs Il-Kunsill

(Kawża F-21/09)

2009/C 113/99

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosangela De Benedetti-Dagnoni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/47


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — Marie-Hélène Willigens vs Il-Kunsill

(Kawża F-22/09)

2009/C 113/100

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Hélène Willigens (Glabais, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009 — Wagner-Leclercq vs Il-Kunsill

(Kawża F-24/09)

2009/C 113/101

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Inge Wagner-Leclercq (Edegem, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra ppubblikata permezz tal-Komunikazzjoni lill-Persunal (KP) Nru 75/08 tal-24 ta’ April 2008, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali tal-grupp AST (fluss tal-karriera I-11) proposti għal promozzjoni fil-proċedura għall-promozzjoni 2008.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra ppubblikata permezz tal-Komunikazzjoni lill-Persunal (KP) Nru 75/08 tal-24 ta’ April 2008, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali tal-grupp AST (fluss tal-karriera I-11) proposti għal promozzjoni fil-proċedura għall-promozzjoni 2008;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/48


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009 — Van Neyghem vs Il-Kunsill

(Kawża F-25/09)

2009/C 113/102

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 bħala parti mill-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali b’inqas mertu.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST 7 bħala parti mill-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali b’inqas mertu;

tikkundanna liIl-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.