ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.111.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 111

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
15 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 111/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 3(2) elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2005/36/KE ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2009/C 111/02

Att tal-Kunsill tas-6 ta' April 2009 li jaħtar lid-Direttur tal-Europol

4

 

Il-Kummissjoni

2009/C 111/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 111/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

6

2009/C 111/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 111/06

Sejħa għall-proposti – EACEA/01/2009 – Sostenn għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota

8

2009/C 111/07

MEDIA 2007 – Sejħa għall-Proposti – EACEA/02/2009 – Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali

10

2009/C 111/08

Sejħa għal proposti – EAC/21/2009 – Azzjoni preparatorja fil-qasam tal-Isport – (Sejħa miftuħa)

12

2009/C 111/09

LIFE+ Sejħa għal proposti 2009

14

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 111/10

Avviż li jistieden proposti għat-trasferiment ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni tal-idrokarburi

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 111/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 3(2) elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2005/36/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 111/01

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, fl-Artikolu 3(2)(1) tipprovdi li “professjoni prattikata minn membri ta' assoċjazzjoni jew ta' organizzazzjoni elenkata fl-Anness I għandha tkun trattata bħala professjoni regolata”. Tipprovdi wkoll li kull meta Stat Membru jagħti rikonoxximent lil assoċjazzjoni jew organizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika xierqa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġaladarba r-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li ġejjin li jinsabu fl-Anness I, il-Kummissjoni qed tippubblika din il-Komunikazzjoni skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (1).

Lista ta’ assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 3(2) għall-Irlanda (2):

(1)

The Institute of Chartered Accountants in Ireland (3)

(2)

The Institute of Certified Public Accountants in Ireland (3)

(3)

The Association of Chartered Certified Accountants (3)

(4)

The Institute of Incorporated Public Accountants

(5)

Institution of Engineers of Ireland

(6)

Irish Planning Institute

(7)

The Institute of Chemistry of Ireland

(8)

The Irish Taxation Institute

Lista ta’ assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 3(2) għar-Renju Unit:

(1)

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

(2)

Institute of Chartered Accountants of Scotland

(3)

Institute of Chartered Accountants in Ireland

(4)

Association of Chartered Certified Accountants

(5)

Chartered Institute of Loss Adjusters

(6)

Chartered Institute of Management Accountants

(7)

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

(8)

Chartered Insurance Institute

(9)

Institute of Actuaries

(10)

Faculty of Actuaries

(11)

Chartered Institute of Bankers

(12)

Chartered Institute of Bankers in Scotland

(13)

Royal Institution of Chartered Surveyors

(14)

Royal Town Planning Institute

(15)

Royal Society of Chemistry

(16)

British Psychological Society

(17)

The Chartered Institute of Library and Information Professionals

(18)

Institute of Chartered Foresters

(19)

Chartered Institute of Building

(20)

Engineering Council (UK)

(21)

The Energy Institute

(22)

Institution of Structural Engineers

(23)

Institution of Civil Engineers

(24)

Institute of Mathematics and its Applications

(25)

Institution of Engineering & Technology

(26)

Institution of Gas Engineers and Managers

(27)

Institution of Mechanical Engineers

(28)

Institution of Chemical Engineers

(29)

Institute of Marine Engineering Science and Technology

(30)

Royal Institution of Naval Architects

(31)

Royal Aeronautical Society

(32)

Institute of Materials, Minerals and Mining

(33)

Chartered Institution of Building Services Engineers

(34)

Institute of Measurement and Control

(35)

British Computer Society

(36)

The Chartered Institute of Public Finance and Accountancy

(37)

The Institute of Physics

(38)

The Institute of Biology

(39)

The Society of Dyers & Colourists

(40)

The Geological Society

(41)

Chartered Institute of Marketing

(42)

Institute of Chartered Shipbrokers

(43)

The Textile Institute

(44)

Chartered Institute of Environmental Health

(45)

Chartered Institute of Housing

(46)

The Royal Horticultural Society

(47)

The Landscape Institute

(48)

The Chartered Institute of Arbitrators

(49)

Royal Environmental Health Institute of Scotland

(50)

Royal Meteorological Society

(51)

Chartered Institution of Wastes Management

(52)

Royal College of Organists

(53)

Royal Academy of Dance

(54)

Chartered Institute of Architectural Technologists

(55)

Royal Statistical Society

(56)

Chartered Institute of Taxation

(57)

Institution of Water and Environmental Management

(58)

The Science Council

(59)

Institution of Occupational Safety and Health


(1)  Verżjoni kkonsolidata tal-Anness I għad-Direttiva 2005/36/KE tinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/index_en.htm

(2)

 

Ċittadini Irlandiżi huma wkoll membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ġejjin għar-Renju Unit:

 

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

 

Institute of Chartered Accountants of Scotland

 

Institute of Actuaries

 

Faculty of Actuaries

 

The Chartered Institute of Management Accountants

 

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

 

Royal Town Planning Institute

 

Ċittadini Irlandiżi huma wkoll membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ġejjin għar-Renju Unit:

 

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

 

Institute of Chartered Accountants of Scotland

 

Institute of Actuaries

 

Faculty of Actuaries

 

The Chartered Institute of Management Accountants

 

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

 

Royal Town Planning Institute

 

Royal Institution of Chartered Surveyors

(2)

 

Ċittadini Irlandiżi huma wkoll membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ġejjin għar-Renju Unit:

 

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

 

Institute of Chartered Accountants of Scotland

 

Institute of Actuaries

 

Faculty of Actuaries

 

The Chartered Institute of Management Accountants

 

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

 

Royal Town Planning Institute

 

Royal Institution of Chartered Surveyors

 

Ċittadini Irlandiżi huma wkoll membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ġejjin għar-Renju Unit:

 

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

 

Institute of Chartered Accountants of Scotland

 

Institute of Actuaries

 

Faculty of Actuaries

 

The Chartered Institute of Management Accountants

 

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

 

Royal Town Planning Institute

 

Royal Institution of Chartered Surveyors

 

Chartered Institute of Building.

(2)

 

Ċittadini Irlandiżi huma wkoll membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ġejjin għar-Renju Unit:

 

Institute of Chartered Accountants in England and Wales

 

Institute of Chartered Accountants of Scotland

 

Institute of Actuaries

 

Faculty of Actuaries

 

The Chartered Institute of Management Accountants

 

Institute of Chartered Secretaries and Administrators

 

Royal Town Planning Institute

 

Royal Institution of Chartered Surveyors

 

Chartered Institute of Building.

(3)  Għall-verifika tal-kontijiet biss.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/4


ATT TAL-KUNSILL

tas-6 ta' April 2009

li jaħtar lid-Direttur tal-Europol

2009/C 111/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 (1) tagħha,

Waqt li jaġixxi bħala l-Awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur tal-Europol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv,

Billi:

(1)

Minħabba l-iskadenza tal-mandat tad-Direttur tal-Europol maħtur bl-Att tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2005 (2), huwa meħtieġ li jinħatar Direttur.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (3), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-għażla tad-Direttur jew ta' Deputat Direttur tal-Europol.

(3)

Il-Bord Amministrattiv ippreżenta lill-Kunsill lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra f'ordni ta' preferenza, flimkien mal-inkartament sħiħ ta' kull wieħed minn dawk l-applikanti, kif ukoll il-lista sħiħa tal-applikanti.

(4)

Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha pprovduta mill-Bord Amministrattiv, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa l-ħtiġiet kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Direttur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Robert WAINWRIGHT huwa b'dan maħtur bħala Direttur tal-Europol mis-16 ta' April 2009 sal-15 ta' April 2013.

Artikolu 2

Dan l-Att għandu jkollu effett mill-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. POSPÍŠIL


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(2)  ĠU C 60, 10.3.2005, p. 2.

(3)  Ara l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23) kif emendat bl-Att tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 (ĠU C 24, 31.1.2003, p. 1).


Il-Kummissjoni

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Mejju 2009

2009/C 111/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3563

JPY

Yen Ġappuniż

129,41

DKK

Krona Daniża

7,4477

GBP

Lira Sterlina

0,89810

SEK

Krona Żvediża

10,7710

CHF

Frank Żvizzeru

1,5053

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,940

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

289,73

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,4875

RON

Leu Rumen

4,1945

TRY

Lira Turka

2,1431

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8115

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5971

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5116

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3066

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9891

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 713,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,7049

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2567

HRK

Kuna Kroata

7,3593

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 092,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,8115

PHP

Peso Filippin

64,706

RUB

Rouble Russu

43,7155

THB

Baht Tajlandiż

46,908

BRL

Real Brażiljan

2,8759

MXN

Peso Messikan

18,0502

INR

Rupi Indjan

67,4220


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 111/04

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta kkonċernata

Ponta Delgada-Santa Maria-Ponta Delgada

Ponta Delgada-Terceira-Ponta Delgada

Ponta Delgada-Horta-Ponta Delgada

Ponta Delgada-Pico-Ponta Delgada

Ponta Delgada-São Jorge-Ponta Delgada

Ponta Delgada-Flores-Ponta Delgada

Terceira-Graciosa-Terceira

Terceira-São Jorge-Terceira

Terceira-Pico-Terceira

Terceira-Horta-Terceira

Terceira-Flores-Terceira

Terceira-Corvo-Terceira

Horta-Flores-Horta

Horta-Corvo-Horta

Corvo-Flores-Corvo

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Mill-1 ta’ Ġunju 2009

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Secretaria Regional da Economia

Direcção Regional dos Transportes Aéreos e Marítimo

Rua do Mercado, n.o 21, 1.o e 2.o andar

9500-326 Ponta Delgada, Açores

PORTUGAL

Tel. +351 296309100

Feks +351 296281112

Sit tal-internet: http://www.azores.gov.pt/Portal/pt/entidades/sre-drtam/

Posta elettronika: ana.mf.gouveia@azores.gov.pt


15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 111/05

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta kkonċernata

Ponta Delgada–Santa Maria–Ponta Delgada

Ponta Delgada–Terceira–Ponta Delgada

Ponta Delgada–Horta–Ponta Delgada

Ponta Delgada–Pico–Ponta Delgada

Ponta Delgada–São Jorge–Ponta Delgada

Ponta Delgada–Flores–Ponta Delgada

Terceira–Graciosa–Terceira

Terceira–São Jorge–Terceira

Terceira–Pico–Terceira

Terceira–Horta–Terceira

Terceira–Flores–Terceira

Terceira–Corvo–Terceira

Horta–Flores–Horta

Horta–Corvo–Horta

Corvo–Flores–Corvo

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-1 ta’ Ottubru 2014

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

62 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Secretaria Regional da Economia

Direcção Regional dos Transportes Aéreos e Marítimos

Rua do Mercado, n.o 21, 1.o e 2.o andar

9500-326 Ponta Delgada, Açores

PORTUGAL

Tel.: (+351) 296 309100

Feks: (+351) 296 281112

Sit tal-internet: http://www.azores.gov.pt/Portal/pt/entidades/sre-drtam/

Posta elettronika: ana.mf.gouveia@azores.gov.pt


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/8


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/01/2009

Sostenn għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota

2009/C 111/06

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni hija li tkun ta’ sostenn għall-implimentazzjoni tal-proġetti pilota.

Il-programm jista’ jkun ta’ sostenn għall-proġetti pilota sabiex jiżgura li jassorbi l-iżviluppi tas-suq, b’emfasi partikolari fuq l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikollhom is-sede tagħhom f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjżi tal-EFTA

l-Iżvizzera

il-Kroazja

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti:

(1)

Distribuzzjoni: metodi ġodda kif jinħoloq u jiġi distribwit kontenut awdjoviżiv Ewropew permezz ta' servizzi mhux lineari

(2)

Ambjent Miftuħ għall-Produzzjoni Medjatika

(3)

Distribuzzjoni – Promozzjoni u Markiting l-użu tal-għodda li joffri l-internet sabiex tiġi żviluppata l-komunità lokali taċ-ċinema

(4)

Proġetti pilota li preċedentement ingħataw fondi: Azzjonijiet li rċevew fondi skont is-sejħa għall-proposti tal-Proġett Pilota MEDIA preċedenti

It-tul massimu tal-attivitajiet huwa ta' 12-il xahar.

L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 Jannar 2010 u jintemmu fil-31 Diċembru 2010.

4.   Kriterji tal-Għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa ser tkun evalwata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

ir-relevanza tal-attività vis-a-vis l-għanijiet tal-programm (20 %)

id-dimensjoni Ewropea tal-attività (20 %)

iċ-ċarezza tal-għanijiet u l-gruppi fiċ-ċentru tal-azzjoni (15 %)

iċ-ċarezza u l-konsistenza tad-diżinn ġenerali tal-azzjoni u l-probabilità li tikseb l-għan mixtieq fi żmien stipulat tal-azzjoni (15 %)

il-prezz vis-a-vis l-effikaċja tal-azzjoni (10 %)

l-esperjenza tal-organizzazzjonijiet li ser ikunu qed jieħdu sehem u l-kwalità tal-pjan ta’ ġestjoni tal-azzjoni (10 %)

il-kwalità u l-effikaċja tal-pjan għall-firxa tar-riżultati (10 %)

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 2 miljuni.

Ma hemm ebda ammont massimu.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser tkun f’forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % l-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-15 Lulju 2009.

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importantti li tissemma’:

MEDIA 2007 — Pilot Projects — EACEA/01/2009

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.

7.   Dettalji kollha

Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/pilot/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/10


MEDIA 2007

Sejħa għall-Proposti – EACEA/02/2009

Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali

2009/C 111/07

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jkun hemm appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.

L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-aħħar teknoloġiji u tendenzi jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tkun ta’ appoġġ għall-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni fejn huwa meħtieġ ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikollhom is-sede tagħhom f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjżi tal-EFTA

l-Iżvizzera

il-Kroazja

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti:

(1)

Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom

(2)

Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħard disk, satellita, onlajn...)

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta' 18-il xahar.

L-azzjonijiet iridu jibdew bejn ta' l-15 ta' Lulju 2009 u ta' l-1 ta' Jannar 2010 u jridu jintemmu fil-31 ta' Diċembru 2010.

4.   Kriterji tal-Għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa ser tkun valutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

il-katalgu u l-linja editorjali (10 %)

id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (30 %)

il-kwalità u l-prezz vis-a-vis l-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju sottomess (30 %)

l-aspetti innovattivi tal-azzjoni (10 %)

id-dimensjoni tal-iggruppar u n-netwerking (10 %)

l-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %)

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 8 miljuni.

Ma hemm ebda ammont massimu.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju 2009.

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importanti li tissemma’:

MEDIA 2007 – Video on Demand and Digital Cinema Distribution – EACEA/02/2009

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.

7.   Dettalji kollha

Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/vod_dcc/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/12


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EAC/21/2009

Azzjoni preparatorja fil-qasam tal-Isport

(Sejħa miftuħa)

2009/C 111/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Is-sejħa għal proposti sservi biex timplimenta l-Azzjoni Preparatorja fil-qasam tal-isport b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2009) 1685 tas-16 ta' Marzu 2009 li tadotta “l-programm ta' ħidma annwali 2009 dwar l-għotjiet u l-kuntratti għall-azzjoni preparatorja fil-qasam tal-isport u għall-avvenimenti annwali speċjali”.

L-għan ewlieni tal-azzjoni preparatorja fil-qasam tal-isport għall-2009 huwa li jitħejjew azzjonijiet futuri tal-UE f'dan il-qasam, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti fil-White Paper dwar l-Isport.

Din is-sejħa għall-proposti se tappoġġja proġetti transnazzjonali mressqa minn entitajiet pubbliċi jew għaqdiet tas-soċjetà ċivili sabiex jidentifikaw u jittestjaw netwerks adatti u prassi tajba fil-qasam tal-isport, fl-oqsma li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni ta' attività fiżika li ttejjeb is-saħħa;

(b)

Il-promozzjoni ta' edukazzjoni u taħriġ fl-isport;

(c)

Il-promozzjoni tal-valuri fundamentali Ewropej billi jitħeġġeġ l-isport għall-persuni b'diżabilità;

(d)

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport;

Kwalunkwe nefqa mġarrba qabel il-bidu tal-attivitajiet mhijiex se titqies.

Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-azzjoni huwa l-Unità Sportiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

2.   Applikanti eliġibbli

Għal din is-Sejħa għal Proposti, huma eliġibbli żewġ kategoriji ta' applikanti:

Entitajiet pubbliċi;

Għaqdiet tas-soċjetà ċivili.

Barra minn dan, biex ikunu eliġibbli l-applikanti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ikollhom l-uffiċċju ċentrali f'wieħed miIl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju unit);

Ikollhom status ġuridiku.

Il-persuni naturali ma jistgħux jibagħtu applikazzjoni għal din is-sejħa għal proposti.

3.   Baġit u t-tul tal-proġett

Il-baġit disponibbli għal din is-sejħa ta’ proposti hu ta’ EUR 4 000 000.

Il-kofinanzjament tal-UE se jkun ipprovdut għal massimu ta' 80 % tal-ispejjeż totali. Il-kofinanzjament estern jista' jkun magħmul parzjalment minn kontributi mhux fi flus.

Madankollu, rigward in-numru u l-kwalità tal-proġetti mressqa, il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li ma tagħtix il-finanzjament kollu disponibbli.

Il-proġetti jridu jibdew bejn l-1 ta’ Diċembru 2009 u tal-31 ta’ Marzu 2010 u jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011.

Il-perjodu ta' eliġibilità tal-ispejjeż se jibda fid-data speċifikata fil-kuntratt, jiġifieri d-data li fiha jinbeda l-proġett. Id-data tal-bidu tal-eliġibilità ma tista' tibda fl-ebda każ qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għall-għotja.

In-nefqa mġarrba qabel id-data tal-attivitajiet mhijiex se titqies.

4.   Data finali għall-applikazzjonijiet

Id-data finali biex l-applikazzjonijiet jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea hija l-31 ta' Awwissu 2009 fuq il-marka postali.

5.   Informazzjoni addizzjonali

It-test sħiħ (speċifikazzjonijiet) għal din is-sejħa għal proposti u l-formoli ta' applikazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/sport/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha fit-test sħiħ ta' din is-sejħa għal proposti u jintbagħtu bl-użu tal-formola pprovduta għal dan l-għan.


15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/14


LIFE+ SEJĦA GĦAL PROPOSTI 2009

2009/C 111/09

Il-Kummissjoni tistieden lill-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni Ewropea biex iressqu proposti għall-proċedura ta’ selezzjoni 2009 ta’ LIFE+.

Applikazzjonijiet

Il-proposti jridu jinkitbu fuq formoli speċifiċi tal-applikazzjoni. Dawn il-formoli u l-gwida għallapplikazz-joni li tinkludi spjegazzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ l-eliġibbiltà u l-proċeduri jistgħu jinkisbu mill-websajt tal-Kummissjoni fuq l-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/environment/life/funding/lifeplus.htm

Il-proposti jridu jintbagħtu fuq CD-ROM jew DVD f'format elettroniku PDF li huwa bbażat fuq skan tal-formoli oriġinali stampati fuq karti ta’ format A4.

Benefiċjarji

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati minn entitajiet reġistrati fi Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, li jistgħu jkunu korpi, atturi jew istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati.

Dan l-avviż ikopri t-temi li ġejjin:

1.   LIFE+ Natura u Bijodiversità

Għan ewlieni: Il-ħarsien, il-konservazzjoni, ir-restawr, il-monitoraġġ u l-iffaċilitar tat-tħaddim ta' sistemi naturali, ħabitats naturali, flora u fawna selvaġġa, bil-ħsieb li jitrażżan it-telf ta’ bijodiversità, inkluża d-diversità ta’ riżorsi ġenetiċi, fl-UE sa l-2010.

2.   LIFE+ Politika Ambjentali u Governanza

Għanijiet ewlenin:

—   It-tibdil fil-klima: Li l-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra tiġi stabbilita f’livell li jipprevjeni it-tisħin globali 'l fuq minn 2 °C;

—   L-ilma: Kontribut lejn kwalità aħjar ta’ l-ilma permezz ta’ l-iżvilupp ta’ miżuri bi nfiq effettiv għall-kisba ta’ status ekoloġiku tajjeb bil-ħsieb li jiġi żviluppat l-ewwel pjan ta’ tmexxija għall-baċiri tax-xmajjar skond id-Direttiva 2000/60/KE (Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma) sa l-2009;

—   L-arja: Li jintlaħqu livelli ta’ kwalità ta' l-arja li ma jġibux impatti negattivi sinifikanti jew riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

—   Il-ħamrija: Li jitħares u jiġi żgurat l-użu sostenibbli tal-ħamrija permezz ta’ preżervazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija, il-prevenzjoni ta’ theddidiet għall-ħamrija, it-taffija ta’ l-effetti tagħhom, u r-restawr tal-ħamrija ddegradata;

—   L-ambjent urban: Kontribut għal prassi ambjentali aħjar fiż-żoni urbani ta’ l-Ewropa;

—   L-istorbju: Kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika rigward l-istorbju ambjentali;

—   Is-sustanzi kimiċi: Titjib fil-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa minn riskji ġejjin minn sustanzi kimiċi sa l-2020 bl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, b’mod partikolari r-Regolament Nru 1907/2006 (REACH) u l-Istrateġija Tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi;

—   L-ambjent u s-saħħa: L-iżvilupp ta’ bażi ta’ informazzjoni għall-politika dwar l-ambjent u s-saħħa (il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa għall-2004 sa l-2010);

—   Ir-riżorsi naturali u l-iskart: L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki mfassla biex jiżguraw it-tmexxija u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iskart, u titjib fil-prassi ambjentali ta’ prodotti, produzzjoni u użanzi ta’ konsum sostenibbli, il-prevenzjoni ta’ skart, l-irkupru u r-riċiklaġġ; Kontribut għall-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Istrateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart;

—   Il-foresti: Li jiġu pprovduti, speċjalment permezz ta’ netwerk ta’ koordinazzjoni fl-UE, bażi konċiża u komprensiva għall-informazzjoni rilevanti għall-politika dwar il-foresti fir-rigward tat-tibdil fil-klima (l-impatt fuq l-ekosistemi tal-foresti, it-taffija, l-effetti ta’ sostituzzjoni), il-bijodiversità (informazzjoni bażika u żoni protetti ta' foresti), in-nirien tal-foresti, il-kundizzjonijiet tal-foresti u l-funzjonijiet ta' ħarsien min-nirien (l-ilma, il-ħamrija u l-infrastruttura), kif ukoll kontribut għall-ħarsien tal-foresti min-nirien;

—   L-innovazzjoni: Kontribut għall-iżvilupp u għad-dimostrazzjoni ta' strateġiji politiċi, teknoloġiji, metodi u strumenti innovattivi li jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali (ETAP);

—   Approċċi strateġiċi: Il-promozzjoni ta’ implimentazzjoni u infurzar effettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent, u t-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar politika ambjentali; it-titjib tal-prassi ambjentali ta’ l-SMEs.

Filwaqt li tintlaqa’ kwalunkwe proposta għal proġett bl-għanijiet ewlenin imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tippreferi dawk li għandhom x’jaqsmu mat-tibdil fil-klima.

3.   LIFE+ Informazzjoni u Komunikazzjoni

Għan ewlieni: It-tixrid ta' informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluża l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti; u l-appoġġ għal miżuri ta' akkumpanjament, bħal informazzjoni, azzjonijiet u kampanji ta' komunikazzjoni, konferenzi u taħriġ, inkluż taħriġ dwar il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.

Filwaqt li tintlaqa’ kwalunkwe proposta għal proġett bl-għanijiet ewlenin imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tippreferi dawk li għandhom x’jaqsmu mat-tibdil fil-klima.

Rati ta’ kofinanzjament tal-UE

1.   LIFE+ Natura u Bijodiversità

Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju Komunitarju għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Eċċezzjonalment, massimu ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 75 % huwa applikabbli għal proposti li jimmiraw ħabitats/speċijiet ta’ prijorità tad-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats.

2.   LIFE+ Politika Ambjentali u Governanza

Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju Komunitarju għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

3.   LIFE+ Informazzjoni u Komunikazzjoni

Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju Komunitarju għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data ta' l-għeluq

Il-proposti ta’ proġetti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sal-15 ta' Settembru 2009. Il-proposti ta’ proġetti għandhom jintbagħtu lill-awtorità nazzjonalti tal-istat Membru li fih huwa rreġistrat il-benefiċjarju. Il-proposti mbagħad jintbagħtu mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni sat-22 ta' Ottubru 2009.

Baġit

Il-baġit globali għal għotjiet għal proġetti attivi taħt LIFE+ fl-2009 huwa EUR 250 000 000. Talanqas 50 % tal-ammont imsemmi għandu jkun allokat għal miżuri ta’ appoġġ għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità.

L-allokazzjonijiet nazzjonali finanzjarji indikattivi għall-2009 huma kif ġej:

(EUR)

Pajjiż

Ammont indikattiv

Pajjiż

Ammont indikattiv

Pajjiż

Ammont indikattiv

AT

4 669 814

FI

8 966 692

MT

2 876 571

BE

5 166 849

FR

21 905 400

NL

8 029 316

BG

5 390 756

GR

8 511 340

PL

11 862 067

CY

2 600 000

HU

6 258 281

PT

7 011 510

CZ

4 968 136

IE

3 942 028

RO

10 899 819

DE

29 142 977

IT

22 039 219

SE

10 291 131

DK

6 148 562

LT

3 446 919

SI

5 395 358

EE

4 148 547

LU

2 736 886

SK

3 825 592

ES

26 820 713

LV

3 000 000

UK

19 915 515

Aktar tagħrif

Aktar tagħrif, inklużi l-linjigwida għall-applikazzjoni u l-formoli tal-applikazzjoni, jinstab fuq il-websajt ta’ LIFE:

http://ec.europa.eu/environment/life/funding/lifeplus.htm

Wieħed jista’ wkoll jikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:

http://ec.europa.eu/environment/life/contact/nationalcontact/index.htm


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/17


Avviż li jistieden proposti għat-trasferiment ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni tal-idrokarburi

2009/C 111/10

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava skont it-Taqsima 27a(8) tal-Att Nru 44/1998 dwar il-protezzjoni u l-użu ta' riżorsi minerali (Att dwar il-Minjieri), kif emendat mill-Att Nru 498/1991 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, l-Att Nru 558/2001, l-Att Nru 203/2004, l-Att Nru 587/2004, l-Att Nru 479/2005, l-Att Nru 219/2007 u l-Att Nru 577/2007, qiegħed iħabbar li r-Repubblika tas-Slovakkja, permezz tal-aġenzija tal-Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava bħala l-awtorità kompetenti, qed tiftaħ proċedura ta' selezzjoni għat-trasferiment ta' żoni ta' estrazzjoni għall-isfruttar ta' depożiti ta' gass naturali (depożiti li huma tas-Slovakkja) lil organizzazzjonijiet oħra u, b'referenza għall-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, tistieden partijiet interessati biex iressqu proposti għat-trasferiment taż-żoni ta' estrazzjoni li ġejjin:

1.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Bohunice/101/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice (Nru tad-depożitu 14)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

89 999,75

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

70 000 000 m3, li 49 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 21 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Bohunice (822 400)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,62603032

48,46504993

2.

17,62377746

48,46729370

3.

17,62715155

48,46879190

4.

17,62940433

48,46654807

2.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Bohunice I./102/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice I (Nru tad-depożitu 15)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

89 997,76

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

33 000 000 m3, li 23 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 10 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Bohunice (822 400)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice I

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,62616647

48,47574676

2.

17,62417458

48,47809730

3.

17,62770997

48,47942165

4.

17,62970175

48,47707106

3.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Špačince/098/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice (Nru tad-depożitu 13)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

322 923,89

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

10 000 000 m3 fil-kategorija potenzjalment vijabbli

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Špačince (861 049)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Depożitu sfruttat sal-1996. Minn dak iż-żmien l-isfruttar tad-depożitu għadu ma nbediex.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

I

17,62747682

48,42965402

II

17,62520611

48,43127419

III

17,62404136

48,43947535

IV

17,62728349

48,43967919

V

17,63029415

48,43159405

4.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Veľké Kostoľany/103/A

Isem tad-Depożitu

:

Madunice – Veľké Kostoľany (nru tad-depożitu 12)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

855 000

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

85 000 000 m3, li 59 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 26 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Veľké Kostoľany (868 141)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Piešťany/204

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Veľké Kostoľany

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,75812592

48,50987684

2.

17,76082136

48,51004290

3.

17,76219538

48,50019246

4.

17,74505428

48,49642573

Il-koordinati ġeografiċi qegħdin fi gradi deċimali u s-sistema ġeodetika hija WGS-84.

Tip ta' awtorizzazzjoni – id-dritt tal-estrazzjoni minn depożitu esklussiv u l-ġestjoni tal mineral estratt (il-kandidat magħżul jista' jagħmel użu mid-dritt tiegħu wara li jingħata awtorizzazzjoni ta' attività fil-minjieri, li torbot legalment, mill-uffiċċju distrettwali tal-minjieri).

Indirizzi fejn iridu jintbagħtu proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni u d-data tal-għeluq tal-proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni:

Obvodný banský úrad v Bratislave (Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava )

Prievozská 30

821 05 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Il-Proposti jridu jaslu sa mhux iktar tard minn 90 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Termini għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' selezzjoni: parti interessata li tressaq proposta għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni trid tipprovdi evidenza ta' awtorizzazzjoni valida għal attività fil-minjieri, (jew awtorizzazzjoni simili maħruġa minn stat li huwa parti kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea) li tinkludi l-attivitatjiet kollha li se jsiru fiż-żona ta' estrazzjoni inkwistjoni tal-proposta, u trid tinkludi proposti għat-trattament tal-iskart u rapport aġġornat dwar l-attività tal-minjieri.

Termini għal ksib ta' kopji ta' dokumentazzjoni dwar l-għażla ta' depożitu protett u dwar id-deżinjazzjoni ta' żona ta' estrazzjoni: il-kopji jistgħu jinkisbu skont l-Att Nru 211/2000 dwar l-aċċess għal informazzjoni u li jemenda ċerti atti oħra (L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni), kif emendat fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Minjieri ta' Bratislava.

Rekwiżiti għall-kontenut tal-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni: Informazzjoni dwar iż-żona ta' estrazzjoni u dwar id-depożitu esklussiv, il-metodu ta' estrazzjoni propost u metodu tal-iżvilupp, preparazzjoni, tibdil u irfinar, dati preliminari għall-iżvilupp, xogħol ta' preparazzjoni u estrazzjoni, miżuri biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet fiż-żona ta' estrazzjoni, il-kapaċitajiet finanzjarji tal-entità li qed tipproponi, kapaċitajiet tekniċi tal-entità li qed tipproponi, informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess u kalkolu tal-benefiċċji mistennija fir-Repubblika tas-Slovakkja mill-użu tad-depożiti minerali, li joħorġu mill-bejgħ mistenni tal-minerali estratti mid-depożitu esklussiv fiż-żona tal-estrazzjoni kkonċernata fil-proposta.

Kriterji ta' Evalwazzjoni tal-proposti: il-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni għandhom jiġu evalwati minn bord abbażi tal-konformità mar-rekwiżiti elenkati fit-termini tal-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' selezzjoni, il-metodu ta' estrazzjoni propost, li jinkludi is-siti fejn se jkunu l-landfills, miżbliet, għadajjar ta' residwi u faċiltajiet oħra tal-ħżin, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess u konfromita' mar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-kontenut tal-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni. Kull kriterju għandu l-istess importanza.

Il-proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni jistgħu jitwasslu personalment jew bil-posta għand: Obvodný banský úrad v Bratislave, Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava, f''envelop issiġillat u mmarkat “Návrh do výberového konania” (Proposta għal proċedura ta' selezzjoni) u li jindika l-isem tal-entità li qed tressaq il-proposta. Mal-proposta irid ikun hemm dikjarazzjoni li l-entità li qed tipproponi taqbel mat-termini ta' dan l-avviż. Id-data tal-proposta tkun id-data tal-konsenja personali jew id-data meta tkun intbagħtet.

Il-Proposti jridu jaslu sa mhux iktar tard minn 90 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tittieħed deċiżjoni dwar il-proposti li jaslu sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara li jkun għalaq dan iż-żmien.

L-Uffiċċju Distrettwali tal-Minjieri ta' Bratislava huwa l-awtorità kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni għall-isfruttar tad-depożiti fiż-żoni msemmija hawn fuq. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva huma stipulati fl-Att Nru 51/1988 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja dwar l-attivitajiet fil-minjieri, splussivi u l-Amministrazzjoni tal-Minjieri tal-Istat, kif emendat bl-Att Nru 499/1991 tal-Kunsill Nazzjoni tas-Slovakkja, l-Att Nru 154/1995 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, l-Att Nru 58/1998, l-Att Nru 533/2004 u l-Att Nru 577/2007.

Iktar tagħrif jista' jinkiseb ukoll bit-telefown fuq in-numru li ġej: +421 53417309 jew bil-posta elettronika lil: obuba@obuba.sk


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 111/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“POMODORINO DEL PIENNOLO DEL VESUVIO”

Nru TAL-KE: IT-PDO-0005-0576-28.11.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Pomodorino del Piennolo del Vesuvio”

2.   Istat membru jew il-Pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip tal-prodott (l-Anness II):

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski u pproċessati:

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

Id-DPO “Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” jispeċifika l-frott tal-ekotipi ta’ tadam żgħir magħrufin bid-denominazzjonijiet popolari: “Fiaschella”, “Lampadina”, “Patanara”, “Principe Borghese” u “Re Umberto” li, tradizzjonalment, jiġu kkultivati fuq il-muntanja Vessuvju u li jkollhom forma ovali jew kemxejn bħal tal-għanbaqra, għall-ponta, b’tikmix fil-parti tal-pedunkulu u bil-qoxra ħoxna. Ma jistgħux jintużaw ibridi. Sabiex ikun eliġibbli għall-protezzjoni, dan it-tadam għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: meta frisk: ta’ daqs iżgħar minn 25 gr. Parametri tal-forma: il-proporzjon bejn l-akbar u l-iżgħar dijametri għandha tkun minn 1,2 sa1,3; il-lewn tal-qoxra: vermilju; il-lewn tal-polpa: aħmar; il-konsistenza: għolja; it-togħma: vivaċi, intensa u bejn ħelwa u qarsa; indiċi rifrattiv mhux aktar baxx minn 6,5 ° Brix; il-pedunkulu mwaħħal sew mat-tadama. Meta kkonservat f’għenieqed “al piennolo”: il-lewn tal-qoxra: aħmar skur; il-lewn tal-polpa: aħmar; il-konsistenza: tajba; it-togħma: vivaċi u intensa; l-istat ta’ nefħa: imnaqqas, fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

L-attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konservazzjoni għandhom jitwettqu fiż-żona ta’ produzzjoni, filwaqt li għall-konservazzjoni ta’ tadam żgħir f’għenieqed “al piennolo” għandhom jiġu segwiti dawn l-istruzzjonijiet:

Wara li jinqatgħu, l-għenieqed tat-tadam għandhom jiġu marbutin permezz ta’ spaga minsuġa minn fibri veġetali u jintrabtu f’forma ta’ ċirku biex jifformaw għanqud wieħed kbir (piennolo) li fit-tmiem tal-perjodu ta’ konservazzjoni jkun jiżen bejn 1 u 5 kg. Imbagħad, l-għenieqed “piennolo” fformati b’dan il-metodu għandhom jiġu mdendlin f’għoli ’l fuq mill-art f’post xott u vventilat, permezz ta’ ġanċijiet jew xi rfid adegwat ieħor.

Waqt il-fażi ta’ konservazzjoni, il-prodott, kemm jekk f’għenieqed al “piennolo” kif ukoll jekk ippakkjat, ma għandu jiġi soġġett għal ebda trattament kimiku. Jistgħu jiġu applikati biss trattamenti fiżiċi li permezz tagħhom, il-prodott jiġi protett aħjar u li ma jibdlulux il-karatteristiċi tiegħu, bħal ma huma: għata permezz ta’ xibka li tipproteġih mill-insetti, u apparat ultrasoniku.

Ma hemm ebda limitu definit għall-perjodu ta’ konservazzjoni tat-tadam f’għenieqed “al piennolo”, u dan huwa relatat maż-żmien ta’ kemm it-tadam idum iżomm tajjeb id-dehra u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar tat-tadam fil-forma li biha jiġi kkumerċjalizzat, kemm jekk frisk kif ukoll jekk ikkonservat, għandu jsir fis-sit tal-produzzjoni jew f’inħawi fil-qrib tiegħu, ġewwa ż-żona tal-produzzjoni, sabiex:

tiġi limitata l-manipulazzjoni tal-frott, meta dan ikun għadu fl-aħjar kundizzjoni;

il-prodott ma jiġix ittrasportat għal distanzi twal meta jkun għadu ma ġiex ippakkjat, peress li ma jkollux protezzjoni biżżejjed u jkun soġġett għal riskji ta’ stress mekkaniku u ta’ manipulazzjoni ħażina;

il-prodott ikun jista’ jiġi ttraċċjat aħjar.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum, il-“Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” għandu jkun f’waħda minn dawn il-forom:

fi stat frisk: il-prodott għandu jitqiegħed għall-bejgħ f'forma individwali jew f’għenieqed, f‘għadd kbir ġewwa kontenituri xierqa, b’kapaċità massima ta’ 10 kg;

ikkonservat “al piennolo”: il-piż tal-għenieqed “piennolo” ma għandux ikun akbar minn 5 kg, u dawn għandhom jitqiegħdu għall-bejgħ individwalment bil-logo li jidentifika d-DPO tagħhom jew f’kontenituri xierqa u ssiġillati;

ikkonservat, bħala frott individwali jew bħala għenieqed, f’għadd kbir ġewwa kontenituri xierqa, b’kapaċità massima ta’ 10 kg.

It-tikketta għandu jkollha fuqha dawn id-dettalji li ġejjin: il-kliem “Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” u “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” li għandu jkun ta’ daqs sinifikattivament ikbar minn kull kliem jew element ieħor li jidher fuq it-tikketta; il-logo komunitarju; l-isem, isem l-azjenda u l-indirizz tal-azjenda tal-ippakkjar jew tal-produzzjoni; il-kwantità tal-prodott li hemm fil-kontenitur; il-Logo huwa magħmul minn siluwett tal-“Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” li jinkludi pedunkulu li l-għamla tiegħu tixbaħ il-profil tal-Vessuvju; l-ispeċifikazzjonijiet tal-logo u tal-kuluri tiegħu huma deskritti fid-dettall fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tad-DPO “Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” tinkludi t-territorji ta’ dawn il-muniċipalitajiet tal-provinċja ta’ Napoli: Boscoreale, Boscotrecase, Cercola, Ercolano, Massa Di Somma, Ottaviano, Pollena Trocchia, Portici, Sant’Anastasia, San Giorgio a Cremano, San Giuseppe Vesuviano, San Sebastiano al Vesuvio, Somma Vesuviana, Terzigno, Torre Annunziata, Torre del Greco, Trecase, u l-parti tat-territorju tal-muniċipalità ta’ Nola li l-perimetri tagħha huma definiti minn dawn: it-triq provinċjali li tgħaqqad Piazzola di Nola ma’ Rione Trieste (it-triq magħrufa bħala “Costantinopoli”), il-“Lagno Rosario”, il-fruntiera mal-muniċipalità ta’ Ottaviano u l-fruntiera mal-muniċipalità ta’ Somma Vesuviana.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-karatteristiċi distintivi tat-territorju fejn jitkabbar il-“Pomodorino” ġejjin min-natura vulkanika tal-ħamrija tiegħu. Din iż-żona taf il-karatteristiċi speċifiċi tagħha għan-natura piroklastika tal-ħamrija tagħha, li tikkaratterizza l-istruttura vulkanika tal-medda Somma-Vesuvio kollha. Din il-ħamrija ġiet ifformata fuq il-lava u fuq l-istrati ta’ rmied u lapilli, u hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ fertilità, mill-għamla ramlija li ttiha kwalità sfuża u xotta u minn valur ta’ pH newtrali jew subalkalin b’kontenut għoli ta’ makro- u mikro-elementi assimilabbli. Il-klima hija prevalentement xotta, b’riħ moderat u temperaturi għoljin. Il-varjazzjoni kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl tgħin biex iseħħ kontroll naturali tal-mard parassitiku.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Minbarra d-daqs żgħir tiegħu, il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” huma l-piż ta’ bejn 20 u 30 gramma u l-proporzjon baxx ta’ 1,2 - 1,3 bejn l-akbar u l-iżgħar dijametri tiegħu, il-konsistenza għolja tal-qoxra tiegħu, il-pedunkulu mwaħħal sew mat-tadama tant li jiżgura li l-għanqud jibqa’ sħiħ tul iż-żmien li fih jinqata’ u jiġi kkonservat, il-konċentrazzjoni għolja ta’ zokkor, aċidi u solidi solubbli oħra li jagħmluh prodott li jista’ jiġi kkonservat għal żmien twil bla ma jibdel xejn mill-kwalitajiet organolettiċi tiegħu. Fil-fatt, il-pressjoni osmotika għolja tal-meraq fit-tadam, li tiġi mill-konċentrazzjoni għolja ta’ solidi solubbli, tfisser li l-frott jibqa' fl-istat minfuħ tipiku tiegħu għal żmien twil u ftit jitlef ilma tul il-perjodu ta’ konservazzjoni.

Il-metodi ta’ kultivazzjoni huma kkondizzjonati mill-konfigurazzjoni karatteristika tar-raba’, li spiss tkun frammentata, mtarrġa u mferrxa b’mod irregolari. Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta’ kultivazzjoni jitwettqu bl-idejn permezz ta’ prattiki agrikoli tradizzjonali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” huma marbutin ħafna mat-territorju li fih jiġi kkultivat dan il-“Pomodorino”. L-oriġini vulkanika tal-ħamrija u l-materjal piroklastiku kollu li akkumula waqt l-eruzzjonijiet fil-medda vulkanika Somma-Vesuvio għamlu lil din l-art fertili ħafna; l-għamla ramlija għamlitha sfuża u xotta ħafna u tatha valur ta’ pH newtrali jew subalkalin b’kontenut għoli ta’ makro- u mikro-elementi assimilabbli. Waqt li jiġi kkultivat, il-prodott jirnexxilu jassorbi dan kollu u b’hekk jikseb il-kwalitajiet tant karatteristiċi tiegħu. Il-mard parassitiku jiġi kkontrollat b’mod naturali mill-klima xotta li hija kkaratterizzata mill-varjazzjoniji kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl. It-tadam żgħir maħżun “al piennolo” jew ikkonservat, huwa wieħed mill-aktar prodotti qodma u tradizzjonali taż-żona tal-Vessuvju. L-eqdem evidenza dokumentata u teknikament dettaljata tidher f’pubblikazzjonijiet tar-Regia Scuola Superiore di Agricoltura di Portici tal-1885, 1902 u 1916. Fis-sekli tal-imgħoddi, it-tkabbir ta’ dan it-tip ta’ tadam sar popolari minħabba l-kultivazzjoni faċli tiegħu u minħabba li jista’ jiġi kkonservat għal żmien twil fix-xhur tax-xitwa peress li l-qoxra tiegħu għandha konsistenza għolja. Fl-imgħoddi, it-tixrid ta’ dan it-tip ta’ tadam ikkonservat kien relatat mal-ħtieġa li t-tadam frisk ikun disponibbli tul ix-xhur tax-xitwa sabiex jintuża fit-tisjir tad-dar, li minn dejjem kien komuni ħafna fiż-żona ta’ Napli, bħall-pizez u l-ewwel platt, li jeħtieġu palat u aroma intensi. L-effett tal-fattur uman kien li jistabbilixxi metodu ta’ kultivazzjoni u ta’ konservazzjoni b’mod konvenjenti u tipiku għaż-żona, u li jinvolvi l-għażla tal-aħjar tadam għall-produzzjoni taż-żrieragħ, iż-żbir meħtieġ biex jiġi żgurat li l-pjanti jikbru f’direzzjoni bla xkiel, l-irbit taz-zkuk u l-eliminazzjoni ta’ rimi żejjed tal-pjanta sakemm jasal iż-żmien tal-ħsad tat-tadam. Waqt il-ħsad, l-għenieqed li jkollhom mill-inqas 70 % tat-tadam aħmar jinqatgħu sħaħ, filwaqt li l-oħrajn jitħallew jimmaturaw. Dan il-prodott huwa marbut ukoll maż-żona minħabba l-proċedura li biha t-tadam żgħir jiġi kkonservat f’għenieqed “al piennolo”, li tippermetti li l-prodott ikun jista’ jibqa’ jittiekel sħiħ u bla ma jiġi pproċessat anke fi tmiem ix-xitwa ta’ wara l-ħsad. Il-proċedura tradizzjonali tikkonsisti fil-qtugħ tal-għenieqed sħaħ ta’ tadam li z-zkuk tagħhom jiġu minsuġin b’ħabel tal-qanneb biex jifformaw għanqud kbir li jiġi mdendel mas-soffitt ta’ kmamar b’ventilazzjoni adegwata jew f’verandi u terrazzi. Dan kollu, flimkien mal-kuntest ambjentali speċifiku taż-żona tal-Vessuvju, wasslu għal prodott uniku fis-settur tiegħu minħabba l-kwalitajiet organolettiċi tiegħu u għat-tul ta’ żmien li jdum tajjeb għall-konsum. Dan it-tip ta’ prodott għadu jiġi kkultivat u prodott sal-lum.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Pomodorino del Piennolo del Vesuvio” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 1 tat-2 Jannar 2006. It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet

http://www.politicheagricole.it/NR/rdonlyres/edfyuuvfqgxxuvtepyi2yi6j2nwjrariuzulkqihodewpc3gfm7634vhogmz6dczzgzz566qxa37uolt7nr53we3pcd/20061130_Disciplinare_esameUE_Pomodorino_Piennolo_Vesuvio.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.