ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.108.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
12 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

DIKJARAZZJONIJIET KOMUNI

 

Il-Parlament Ewropew
Il-Kunsill
Il-Kummissjoni

2009/C 108/01

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjon dwar il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija u tal-internet broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku

1

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2009/C 108/02

Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonċerna l- Premju taċ-Ċittadin Ewropew – CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

2

 

Il-Kummissjoni

2009/C 108/03

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 108/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2009/C 108/05

Rapport Speċjali Nru 10/2008 L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara

7

2009/C 108/06

Rapport Speċjali Nru 12/2008 L-Istrument għall-Politika Strutturali ta' qabel l-adeżjoni (ISPA), 2000-2006

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 108/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 108/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5377 – SNCF-VFE P/Bolloré/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 108/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

11

2009/C 108/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

DIKJARAZZJONIJIET KOMUNI

Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Il-Kummissjoni

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/1


Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjon dwar il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija u tal-internet broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku

2009/C 108/01

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-finanzjament, fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku għall-immodernizzar ta' infrastrutturi u solidarjetà dwar l-enerġija, ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija u tal-internet broadband, kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK. Il-proġetti li huma eliġibbli għal appoġġ Komunitarju huma identifikati fl-atti leġislattivi kkonċernati.

Il-pakkett, li jimmira li jipprovdi stimolu addizzjonali lill-eknomija u li jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija, jammonta għal EUR 5 000 miljun fi prezzijiet attwali:

EUR 3 980 miljun ser ikunu disponibbli għall-finanzjament ta' proġetti tal-enerġija skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju: EUR 2 000 miljun fl-2009 u EUR 1 980 miljun fl-2010.

Barra minn hekk, EUR 1 020 miljun ser ikunu disponibbli fl-intestatura 2 għall-iżvilupp tal- internet broadband f'żoni rurali u għat-tisħiħ ta' ħidmiet relatati mal-“isfidi ġodda” imfissra fil-kuntest tal-Verifika tas-Saħħa.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/2


Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonċerna l- Premju taċ-Ċittadin Ewropew – CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

2009/C 108/02

Il-Kanċellerija tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew żammet il-laqgħa kostituttiva tagħha fi Brussell, fit-2 ta’ April 2009, taħt il-Presidenza tas-Sur Hans-Gert PÖTTERING, President tal-Parlament Ewropew. Matul din il-laqgħa ġiet stabbilita l-lista tar-rebbieħa tal-Premju li jmiss għall-2008.

L-għotji tal-Premju se ssir matul ċerimonji pubbliċi, viċin il-post ta’ residenza tar-rebbieħ, mill-President tal-PE, wieħed mill-Viċi-Presidenti jew kwalunkwe membru ieħor li jkun magħżul b’mod leġittimu mill-President tal-Parlament Ewropew.

CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

Kandidati/Rebbieħa

José María MUÑOA GANUZA

Associação Nacional de Municípios Portugueses

Kärntner Konsensgruppe

Duna Televízió

Verein zur Förderung des Städtepartnerschaft Leipzig-Travnik

Lajos OSZLARI

AEDE-Canarias

Unrepresented Nations and Peoples Organisation (UNPO)

Polska Akcja Humanitarna

Naturpark Bayerischer Wald e.V.

Divadlo z Pasáže

Jochen GEWECKE

Towarzystwo Bambrów Poznańskich

Bürger Europas

Federação de Associações de Juventude dos Açores

Πυροσβεστικό Σώμα Ελλάδος

Europees Musikfestival voor de Jeugd

Francisca SAUQUILLO PÉREZ del ARCO

Campus 15

Franz-Josef MEYER

Grażyna ORLOWSKA-SONDEJ

Donaubüro-Ulm

Kolpingjugend Europa

Ulla RÜDENHOLZ

Jean Pierre DAULOUEDE

Susanna LIPOVAC und Kinderberg International e.V.

Amministratori del Comune di Lula 2002-2007

Kolegium Europy Wschodniej im. Jana Nowaka-Jeziorańskiego

Santiago SÁNCHEZ-AGUSTINO RODRÍGUEZ

Tomasz RÓŻNIAK

Wojciech WRZESIŃSKI

Raissa MURUMETS

Emberi Jogi KÖZPONT

Michael NIELSEN

Luigi CIOTTI

G700 Blog

Oud Limburgse Schuttersfederatie


Il-Kummissjoni

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/4


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 108/03

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.3.2009

In-numru ta' referenza tal-ghajnuna

N 756/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cataluña

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Instrumentos de apoyo a las PYMEs Innovadoras de INVERTEC (Plan de actuaciones 2009-2011)

Il-bażi legali

Ley organica 6/2006 de 19 de Julio 2006 de reforma del Estatuto de Autonómia de Cataluña and Ley 12/2005 de 17 de noviembe 2005 de nueva regulación del Centre d'Innovació i Desenvolupament Empresarial

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit annwali: 8,3 miljun EUR

Baġit globali: 25 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Generalitat de Cataluña

Gran Via de les Corts Catalanes, 69, 2a planata —

08010 Barcelona

y

Centro de Innovación y Desarrollo Empresarial (CIDEM)

Paseo de Grácia, 129

08008 Barcelona

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.2.2009

In-numru ta' referenza tal-ghajnuna

N 41/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thüringen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

ERDF-Risikokapitalfonds Thüringen

Il-bażi legali

Investitionsleitfaden der Private Equity Thüringen GmbH & Co. KG

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: 40 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 30.6.2009

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Private Equity Thüringen GmbH & Co. KG

Gorkistraße 9

990984 Erfurt

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Mejju 2009

2009/C 108/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3574

JPY

Yen Ġappuniż

132,82

DKK

Krona Daniża

7,4490

GBP

Lira Sterlina

0,89860

SEK

Krona Żvediża

10,5205

CHF

Frank Żvizzeru

1,5057

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,767

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

277,45

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,3820

RON

Leu Rumen

4,1599

TRY

Lira Turka

2,1136

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7835

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5676

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5198

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2537

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9835

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 674,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4055

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2615

HRK

Kuna Kroata

7,3562

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 114,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,7733

PHP

Peso Filippin

64,098

RUB

Rouble Russu

43,8726

THB

Baht Tajlandiż

46,980

BRL

Real Brażiljan

2,8151

MXN

Peso Messikan

17,8577

INR

Rupi Indjan

67,2050


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/7


Rapport Speċjali Nru 10/2008 “L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara”

2009/C 108/05

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 10/2008 “ L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata u fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12 rue Alcide De Gasperi

L - 1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel: + (352) 4398-1

e-mail: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla l-formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.


12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/7


Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2008 “L-Istrument għall-Politika Strutturali ta' qabel l-adeżjoni (ISPA) 2000-2006” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12 rue Alcide De Gasperi

L - 1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel: + (352) 4398-1

e-mail: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla l-formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/8


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 108/07

Għajnuna Nru: XA 38/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Il-Bavarja (Freistaat Bayern)

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwal: Übernahme eines Teils der Kosten für die Impfdurchführung im Rahmen einer Notimpfung gegen Blauenkrankheit bei Rindern

Bażi legali:

Verordnung zum Schutz gegen die Blauzungenkrankheit (konsolidierte Fassung), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 22. August 2006 (elektronischer Bundesanzeiger Amtlicher Teil 43 2006 V1), geändert durch Artikel 3 der Verordnung vom 6. Juli 2007 (Bundesgesetzblatt I Seite 1264), geändert durch Artikel 3 der Verordnung vom 21. Dezember 2007 (Bundesgesetzblatt I Seite 3144), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 3. Dezember 2008 (eBAnz AT142 2008 V1)

Verordnung über bestimmte Impfstoffe zum Schutz vor der Blauzungenkrankheit vom 2. Mai 2008 (BAnz. 2008 Nr. 67 S. 1599)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kontroll tal-marda tal-blue tongue)

Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung) vom 16. Oktober 2008 (StAnz Nr. 43/2008), (XA 287/2008)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 2008/897 tat-28 November 2008 li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (OJ L 322, 2.12.2008, p. 39)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 5 miljun

Intensità massima: Sa 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna se tingħata minn meta t-tagħrif fil-qosor dwar l-iskema tal-għajnuna jiġi ppubblikat fuq l-internet.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Mill-1 ta’ Marzu 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009

L-għan tal-għajnuna: Hemm in-neċessità urġenti li titwettaq kampanja ta' tilqim globali li tkopri l-Bavarja kollha kemm hi, sabiex tipprevjeni l-firxa tal-marda tal-blue tongue u tiġi evitata ħsara għall-produzzjoni agrikola. Il-pajjiż għandu interess partikolari li l-annimali kollha jitlaqqmu malajr kemm hu possibbli. Dan mhux biss biex jiġi ppreżervat il-valur tal-annimali, iżda fuq kollox biex l-annimali kkonċernati jitlaqqmu u biex jonqsu s-sorsi tal-infezzjoni, mnejn il-marda tittieħed.

L-għajnuna toffri kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż, permezz tal-applikazzjoni tal vaċċin b'rabta mal-prevenzjoni u l-qerda tal-marda tal-blue tongue, li hija epidemja fost l-annimali.

Il-benefiċjarji huma l-impriżi żgħar u ta' daqs medju skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għajnuna ma tingħatax lill-benefiċjarji permezz ta' ħlas dirett, iżda fil-forma ta' sussidji. Il-Ministeru għall-Ambjent u s-Saħħa tal-Bavarja jġorr parti mill-ispejjeż tal-veterinarji għat-tilqim u jħallashom mill-Bayerische Tierseuchenkasse. Il-Bayerische Tierseuchenkasse se jġorru l-ispejjeż tal-veterinarji għat-tilqim tal-annimali. L-għażla u l-istruzzjonijiet tat-tobba tal-annimali għat-tilqim huma f'idejn il-bdiewa.

L-għajnuna ma tkoprix miżuri li l-ispejjeż tagħhom, skont il-liġi Komunitarja, għandhom jinġarru mill-azjendi agrikoli stess.

L-ispejjeż imġarrba għat-tilqim bażiku tal-baqar fil-Bavarja li għadhom ma tlaqqmux u għat-tilqim mill-ġdid tal-baqar fil-Bavarja li diġà ħadu l-ewwel tilqima; l-ammont totali tal-ispejjeż tat-tilqim huwa ta' madwar EUR 6.3 miljun.

Il-bażi ġuridika tal-għajnuna: L-Artikolu 10, il-paragrafi 1, 3-8 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-setturi ekonomiċi konċernati: Is-sidien (azjendi agrikoli) tal-baqar

L-isem u l-indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Gesundheit

Rosenkavalierplatz 2

Postfach 810140

81901 München

DEUTSCHLAND

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil:

Bayerisches Staatsministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten

Referat C/6

Ludwigstr. 2

80539 München

DEUTSCHLAND

L-indirizz tas-sit tal-internet:

 

Għall-bażi legali

http://www.bundesrecht.juris.de/bundesrecht/blauzungenimpfstv/gesamt.pdf

http://www.lgl.bayern.de/tiergesundheit/blauzungenkrankheit.htm

http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/leistungssatzung2009.pdf

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:322:0039:0049:DE:PDF

 

Għall-iskema tal-għajnuna:

http://www.stmug.bayern.de/tiergesundheit/krankheiten/blauzunge/beihilfe.htm

Tagħrif ieħor: —


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5377 – SNCF-VFE P/Bolloré/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 108/08

1.

Fl-4 Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Voyage France Europe Partenaires (minn hawn 'il quddiem: “VFE P”, Franza), li hi proprjetà tal-grupp SNCF, ikkontrollat mill-Istat Franċiż, u Bolloré SA (minn hawn 'il quddiem: “Bolloré”, Franza) jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' impriża konġunta (“JV”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa mill-ġdid li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VFE P: trasport ta' passiġġieri permezz tal-ferrovija fi Franza u f'pajjiżi lil hinn minn Franza,

SNCF: servizz ta' ferrovija ta' passiġġieri u merkanzija,

Bolloré: kumpanija holding organizzata madwar sitt gruppi ta' attivitajiet: (i) il-produzzjoni ta' assi industrijali; (ii) l-għoti ta' servizzi loġistiċi u ta' trasport; (iii) id-distribuzzjoni ta' prodotti taż-żejt; (iv) komunikazzjoni u midja; (v) l-użu ta' pjantaġġuni; u (vi) il-ġestjoni ta' portafoll tal-parteċipazzjonijiet,

JV: il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' servizz ta' aċċess għall-Internet u servizz ta' portal multimedjali fuq il-feroviji ta' veloċità għolja fi Franza u f'pajjiżi lil hinn Franza.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10t ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5090 – SNCF/VFE/JV fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

2009/C 108/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CORNISH SARDINES”

Nru KE: UK-PGI-0005-0589-23.1.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Cornish Sardines”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Klassi 1.7 –

Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Cornish Sardines huwa l-isem mogħti lill-ħut pelaġiku tal-ispeċijiet sardina pilchardus li tinqabad sa sitt mili 'l barra mill-Kosta ta' Cornwall, u li jinħatt u jiġi pproċessat fil-kontea ta' Cornwall. L-isem użat fil-lingwaġġ ta' kuljum għall-ħut huwa sardin.

Il-Cornish sardines huma ħodor metalliku jew lewn iż-żebbuġ fuq id-dahar bi ġnub lewn id-deheb u b'dell lewn il-fidda fil-perla għal abjad fiddien fuq iż-żaqq. Hemm serje ta' tbajja' skuri fuq in-naħa ta' fuq tal-ġnub, xi drabi bit-tieni jew it-tielet serje taħt. Id-daqs tal-ħuta jvarja matul l-istaġun. Kull kilogramm ta' sardin għandu jkollu bejn 9 u 18-il sardina.

Il-laħam għandu konsistenza soda u fina meta jkun frisk, li malajr tirtab u tiddeterjora b'mod esponenzjali hekk kif it-temperaturi jogħlew għal iktar minn 1 ° Celsius. Il-qawwa individwali tat-togħma tvarja skont kemm ikun frisk il-ħut u l-livell ta' xaħam fil-laħam.

Cornish Sardines friski għandhom ileqqu u jkunu sodi, bil-maġġoranza tal-qoxra tal-ħuta intatta u l-garġi għandhom ikunu ta' kulur roża skur jew aħmar. Għandhom ikunu mbaċċin u b'riħa friska u huma fl-aħjar tagħhom lejn l-aħħar tas-sajf meta ma jkunux xotti u jkunu mimlija togħma. Il-Cornish Sardines jista' jinbiegħu jew friski jew friżati.

3.3.   Il-materja prima:

Mhux applikabbli

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-ħut irid jinqabad fiż-żona ta' ġuriżdizzjoni tal-Kumitat tas-Sajd fil-Baħar ta' Cornwall (Cornwall Sea Fisheries Committee – CSFC) – sa sitt mili 'l barra mill-Kosta ta' Cornwall; u jinħattu u jiġu pproċessati fil-kontea ta' Cornwall.

L-ipproċessar f'dan il-kuntest huwa meqjus bħala kwalunkwe wieħed, jew taħlita ta' ifflettar, qtugħ ta' ras, tindif, iffriżar, marinar, tmelliħ u ppakkjar.

L-ifflettar huwa definit bħala s-separazzjoni manwali jew mekkanika tar-ras u tax-xewka tas-sinsla mil-laħam.

Il-qtugħ tar-ras u t-tindif huma ddefiniti bħala t-tneħħija tar-ras u tal-intestini, bid-denb jew mingħajru.

L-iffriżar huwa ddefinit bħala li l-prodott sħiħ li jinġarr u jinżamm taħt temperatura ta' żero gradi Celsius fejn imbagħad jinbidel fi stat iebes.

It-tmelliħ u l-immarinar huma ddefiniti bħala l-konservazzjoni tal-prodott billi titqassar il-fażi tal-ilma, permezz taż-żieda ta' melħ u/jew aċidi, sabiex jinħoloq ambjent inospitabbli għall-batterji li jagħmlu l-ħsara.

L-ippakkjar huwa ddefinit bħala l-ippakkjar f'kontenituri individwali ta' inqas minn 10 kg.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ:

Mhux applikabbli

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Mhux applikabbli

4.   Definizzjoni Konċiża taż-żona ġeografika:

Il-Kontea ta' Cornwall tinkludi ż-żoni kostali tal-baħar taż-żona ta' ġuriżdizzjoni tal-Kumitat tas-Sajd fil-Baħar ta' Cornwall (CSFC) – sa sitt mili 'l barra mill-Kosta ta' Cornwall.

Il-ġuriżdizzjoni tad-Distrett tas-Sajd fil-Baħar ta' Cornwall (Cornish Sea Fisheries District) inħolqot b'ordni taħt l-Att dwar ir-Regolazzjoni tas-Sajd fil-Baħar (Sea Fisheries Regulation Act) tal-1888 u għandha s-saħħa li tniedi liġijiet lokali għar-regolazzjoni tas-sajd fil-baħar fid-distrett. Is-CSFC hija responsabbli mill-infurzar statutorju tal-leġiżlazzjoni tas-sajd madwar il-Kosta ta' Cornwall. Id-distrett kostali kopert huwa sa 6 mili barra 'l kosta, madwar 1 350 mil nawtiku.

5.   Rabta Maż-Żona Ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Hemm rabta speċifika ħafna bejn iż-żona ġeografika u l-prattiċi ta' sajd inkluż il-qbid, il-ħatt u l-ipproċessar tal-Cornish Sardines, dawn huma metodi tradizzjonali tas-sajd li huma dokumentati sew. Il-Cornish Sardine hija attratta lejn iż-żona ġeografika minħabba l-ambjent tagħha, jiġifieri l-kundizzjonijiet disponibbli għaliha fl-ilmijiet baxxi tal-bajjiet qrib il-kosta ta' Cornwall. Dawn l-ilmijiet jipprovdu l-ambjent preferit minn din il-ħuta. L-Oxxillazzjoni tal-Atlantiku tat-Tramuntana (North Atlantic Oscillation - NAO) huwa l-fenomenu klimatiku prinċipali taż-żona tal-Atlantiku li fih jinsab Cornwall u huwa ġeneralment responsabbli mit-temperaturi u mill-mareat li jikkontrollaw ukoll fejn jinsab il-fitoplankton, jiġifieri l-ikel għall-Cornish Sardines.

Ir-rabta speċifika maż-żona ġeografika hija li s-sajd għas-sardin iseħħ meta l-ħut jiċċaqlaq għal dawn il-bajjiet baxxi. Din it-teknika karatteristika ta' stil ta' sajd ifakkar fil-prattiċi tradizzjonali ta' ġenerazzjonijiet preċedenti.

Tradizzjonalment, il-ħut kien jinqabad meta kien jersaq qrib ix-xatt. Fil-passat dan kien iseħħ meta kienu jibdew jintlemħu ġlejjeb minn persuni li kienu joqogħdu attenti għalihom fuq l-irdumijiet u meta kienu jaraw xi ġlieba, dawn il-persuni jidderieġu (permezz ta' semaforu lokali) il-bastimenti sabiex jaqbdu l-ħut. Iż-żona kienet limitata mil-linja tal-vista mill-quċċata tal-irdumijiet. Din it-tradizzjoni għadha għaddejja; l-għarfien ta' fejn il-ħut jinġabar ingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra, għalkemm it-teknoloġiji moderni ħadu post l-osservazzjoni mill-quċċata tal-irdum. Iż-żieda tat-teknoloġija moderna tfisser li d-distanza 'l barra mill-kosta kibret matul id-deċenni iżda l-flotot lokali xorta għadhom joqogħdu fil-viżta tax-xatt isegwu l-ħut fejn dan jinġabar fl-ilma baxx. Il-limiti ġeografiċi tal-operazzjonijiet tal-qbid tal-ħut huma kollha sal-limitu ta' 6 mili tas-CSFC u għalhekk iż-żona tispjega sew iż-żona fejn jinqabad il-ħut.

Peress li l-ħut huwa delikat, irid jinħatt malajr u għalhekk id-dgħajjes iż-żgħar li ġejjin mill-portijiet lokali f'kull żona jirritornaw lura lejn il-portijiet lokali tagħhom li jinsabu kollha ġewwa Cornwall. Din hija tradizzjoni ta' dan it-tip ta' sajd li għadha għaddejja.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

It-tradizzjoni storika li ilha għaddejja u t-teknika ta' qbid, ħatt u pproċessar tas-sardin fiż-żona ġeografika speċifikata jiffurmaw il-bażi tar-rabta maż-żona ġeografika. Illum il-ġurnata l-ħut jinqabad permezz ta' tekniki moderni ta' sajd sostenibbli li jiżguraw il-ġestjoni tajba tas-sajd.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità, il-fama jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott:

Il-Qabda

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħut jitlob minnhom li jgħumu viċin ix-xatt u l-apparenza ta' ġlejjeb taw bidu għall-metodi tradizzjonali tas-sajd li storikament sar avveniment tal-komunità. Is-sajjieda u n-nies tal-belt ingħaqdu flimkien sabiex idaħħlu l-ħut.

Filwaqt li l-metodi x'aktarx li evolvew, is-sajd jibqa' parti vitali mill-ekonomija ta' Cornwall. Flotta varjata ta' bastimenti għadha taqbad il-Cornish Sardines mill-portijiet, mill-imġarrijiet u mill-bajjiet żgħar li jinsabu madwar it-329 mil tal-linja kostali ta' Cornish.

It-tradizzjoni li ilha għaddejja tas-sajd fiż-żona hija evidenti fil-ħiliet miksuba mis-sajjieda ta' Cornish. Ħiliet li ingħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra jinkludu l-abbiltà li jillokalizzaw is-sardin, kif ukoll il-ġestjoni delikata bl-esperjenza tal-irkaptu għall-qbid.

Qabda li tirnexxi tiddependi wkoll fuq it-tradizzjoni li l-bastimenti jaħdmu bħala grupp; diversi bastimenti minn port jew grupp kummerċjali wieħed li jaħdmu flimkien.

Ħatt u pproċessar

Fil-passat kull port kellu bini għall-ħażna u l-ipproċessar (kantini tal-ħut) u l-popolazzjoni lokali kienet tingħaqad sabiex jiżguraw l-ipproċessar malajr tal-prodotti tal-ħut. B'mod simili llum il-kompożizzjoni delikata tal-ħut titlob li l-ħatt isir mill-ewwel. Id-dgħajjes jirritornaw lura lejn il-portijiet lokali tagħhom f'Cornish u minn hemm jittieħdu fil-fabbriki ta' Cornwall għall-ippakkjar, il-ħażna u l-ipproċessar.

Il-ħut huwa pproċessat fiż-żona ddefinita fil-kontea ta' Cornwall. Din iż-żona tinkludi l-bajja żgħira u l-portijiet tradizzjonali fejn kien isir l-ipproċessar fil-passat. L-istandards ta' teknoloġiji moderni u ta' iġjene u l-pressjoni fuq il-propjetà kostali llum il-ġurnata tfisser li l-fabbriki u l-oqsma industrijali ħadu x-xogħol tal-kantini tal-ħut fil-portijiet tal-irħula iżda l-fabbriki kollha xorta għadhom ġewwa Cornwall u ż-żona ġeografika dawn tiddiskrivihom sew.

Meta jkun għadu sħiħ, il-ħut frisk jiġi ppakkjat fis-silġ u kaxex kesħin ta' 10 kilogrammi jew inqas sabiex jiġi ttrasportat lejn il-konsumaturi. Inkella l-ħut jiġi ffriżat u ppakkjat f'kaxxi jew boroż għal ħażna friżata u imbagħad jibqa' sejjer għand il-konsumaturi. Kwalunkwe pproċessar ta' ħut għandu jsir fiż-żona ta' Cornwall.

Reputazzjoni

L-isem ta' Cornwall u “Cornish” ilu użat għall-prodotti tal-ħut għal sekli sħaħ u għalhekk huwa marbut sew permezz tar-reputazzjoni mal-ħut li jinqabad, jinħatt u jiġi pproċessat fiż-żona ġeografika.

L-ewwel esportazzjonijiet dokumentati ta' sardin mmellaħ (magħruf bħala sardin) saru fl-1555 fil-port Looe li jinsab f'Cornwall. Matul is-17 u t-18-il seklu dawn l-esportazzjonijiet saru wieħed mis-sisien tal-industrija tas-sajd ta' Cornwall bl-akbar ħatt dokumentat ikun dak tal-1871, ekwivalenti għal madwar 16 000 tunnellata. Il-pajjiżi b'bażi Kattolika tal-Ewropa kienu l-aktar li jieħdu l-ħut, partikolarment l-Italja fejn il-prodott kien magħruf fit-Tramuntana bħala “Salacche Inglesi”.

L-użu tal-isem Cornish Sardine u r-reputazzjoni tal-kwalità tal-prodott kibret fl-aħħar 10 snin minħabba x-xogħol iebes tal-membri tal-Assoċjazzjoni għall-Ġestjoni tal-Cornish Sardine (Cornish Sardine Management Association) u l-kwalità għolja tal-prodott tagħhom. Il-Cornish Sardines irnexxhielhom jilħqu volum dejjem akbar ta' bejgħ partikolarment fis-suq kummerċjali tar-Renju Unit fejn kisbu marka ta' awtentiċità.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

http://www.defra.gov.uk/foodrin/foodname/pfn/products/documents/cornishsardines-pdo.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


12.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 108/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“FORMAGGIO DI FOSSA DI SOGLIANO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0580-22.12.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Formaggio di Fossa di Sogliano”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott (l-Anness II):

Klassi 1.3

Ġobon

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

Mat-tqegħid fis-suq għall-konsum, il-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO jippreżenta l-karatteristiċi li ġejjin. Il-parti ta' barra tal-prodott lest tvarja mill-kulur abjad lewn l-avorju għall-isfar lewn l-ambra.

Fl-aħħar tal-proċess ta' maturazzjoni, il-piż tal-forom individwali tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO ivarja minn 500 gramma (ħames mija) għal 1 900 gramma (elf u disa′ mija). Il-ġobnijiet għandhom forom irregolari, karatterizzati minn tumbati u ħofor, il-wiċċ ġeneralment umdu u żejtni u f'ċerti każijiet jista' jkun mgħotti b'xaħam ikkondensat u moffa li jitneħħew faċilment bi brix ħafif. Il-preżenza ta' xquq żgħar u tbajja′ possibbli sofor lewn l-okra, ftit jew wisq intensi, fuq wiċċ il-ġobon, huma parti mill-karatterstiċi tal-prodott. Il-qoxra hija nieqsa jew indistinta. Il-ġobon ta' ġewwa għandu konsistenza ftit iebsa, jitfarrak faċilment, ta' kulur abjad lewn l-ambra jew jagħti ftit lejn lewn it-tiben. Ir-riħa hija karatteristika u persistenti, xi kultant intensa, mimlija rwejjaħ li jfakkru fil-pjanti u fis-siġar żgħar li jikbru fid-dell ta' siġar kbar bi ħjiel ta' moffa u ta' tartufa.

It-togħma tvajra skont il-kompożizzjoni tal-ġobon matur, skont il-karatteristiċi li ġejjin:

il-pecorino għandu togħma aromatika u b'riħa tfuħ, intensa u pjaċevoli, ftit pikkanti, ftit jew wisq qawwi;

il-vaccino huwa fin u delikat, mielaħ b'mod moderat u kemmxejn qares, bi ħjiel morr.

il-misto għandu togħma pjaċevoli u bilanċjata bejn togħma tajba u ħelwa bi ħjiel morr.

Il-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO, ma għandux distinzjoni bejn il-ġobon ta' ġewwa u l-qoxra, u għalhekk huwa kkunsmat sħiħ mingħajr ma titneħħa l-parti ta' barra tal-qoxra; eventwalment jekk ikun hemm xi tbajja′ jew kondensazzjoni ta' xaħam, dawn jistgħu jitneħħew jekk jinbarax ftit il-wiċċ.

Il-kwantita' ta' xaħam fuq is-sustanza niexfa hija ta' iktar minn 32 %.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima għall-produzzjoni tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO hija l-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar li jkunu ġejjin minn merħliet li jinsabu fiż-żona ġeografika definita. Ir-razez tal-baqar għall-produzzjoni tal-ħalib huma il-Fisona Italiana, il-Bruna Aplina, il-Pezzata Rossa u razez imħallta, fil-waqt li r-razez tan-nagħaġ huma is-Sarda, il-Comisana, il-Massese, il-Vissana, il-Cornella Bianca, il-Fabrianese, id-delle Langhe u l-Pinzirita u razez imħallta.

Il-ħalib li jintuża jiġi minn żewġ taħlibiet kuljum. Il-ġobon għandu jiġi prodott bl-użu esklussiv jew it-taħlita tat-tipoloġiji ta' ħalib li ġejjin:

Ħalib sħiħ tan-nagħaġ: PECORINO

Ħalib sħiħ tal-baqra: VACCINO

taħlita ta' ħalib sħiħ tal-baqar (mhux iktar minn 80 %) u ta' ħalib sħiħ tan-nagħaġ (mhux inqas minn 20 %): MISTO

Il-karatteristiċi tal-ħalib huma kif ġej:

 

ĦALIB TAL-BAQRA

Xaħam % skont il-volum = > 3,4

Proteini % skont il-volum = > 3,0

Għadd ta' mikrobi UF/ml = < 100 000

Ċelloli somatiċi / ml = < 350 000

Sporoġeni Anerobiċi/litru: assenti

Sustanzi inibittivi: assenti

Punt krijoskopiku C = < 0,520

 

ĦALIB TAN-NAGĦĠA

Xaħam % skont il-volum = > 6,0

Proteini % skont il-volum = > 5,4

Għadd ta' mikrobi UF/ml = < 1 400 000

Ċelloli somatiċi/ml = < 1 400 000

Sustanzi inibittivi: assenti

Jiġi użat ħalib nej, iżda huwa permess l-użu ta' ħalib pasturizzat. L-użu ta' addittivi mhux permess.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-annimali jistgħu jieklu kemm fl-istalel kif ukoll fil-mergħa. L-għalf bażiku tal-bhejjem tal-istalel jikkonsisti minn ħaxix u legumi miġbura minn mergħat monofiti, oligofiti u polifiti tat-territorji reġjonali, individwati fil-punt 4, li permezz tal-klima u tal-karatteristiċi tal-ħamrija, jiddeterminaw il-kwalità tal-produzzjoni tal-ħalib. L-annimali tal-mergħat jużaw l-istess għalf tal-bhejjem użat biex isir il-ħuxlief u l-mergħat polifiti spontanji mimlijin flora bi speċi veġetali tal-ħaxix, tal-arbuxelli u tas-siġar. L-għalf tal-bhejjem bit-tiben jew bil-ħaxix u r-ragħi jistgħu jiġu supplementati b'għalf sempliċi (tip wieħed ta' qamħirrun) jew għalf kompost (bosta tipi ta' qamħirrun), b'żidiet eventwali ta' minerali/vitamini. L-integrazzjoni tal-għalf fid-dieta ma għandhiex taqbeż it-30 % tar-razzjon totali ta' kuljum L-użu ta' ħaxix tal-għalf maħżun f'sajlos mhux permess.

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-proċessi tal-produzzjoni tal-ħalib, tal-proċess kif isir il-ġobon u tal-maturazzjoni fil-fossa li huma parti mill-produzzjoni tad-DPO “Formaggio di Fossa di Sogliano” għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika indikata fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Il-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DOP jitqassam f'pakketti sabiex ikunu protetti l-karatterstiċi tal-prodott skont il-modi ta' imballaġġ li ġejjin:

A.

bejgħ f'boroż ta' maturazzjoni;

B.

bejgħ f'pakketti f'vakwu bħala forom sħaħ jew f'porzjonijiet

Ċ.

bejgħ f'forom sħaħ jew f'porzjonijiet f'gabarrejiet żgħar imdawrin bil-plastik

D.

bejgħ f'forom sħaħ jew porzjonijiet imgeżwra f'karta tajba għall-użu alimentari.

Il-pakketti imsemmija hawn fuq tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO jistgħu jinżammu f'imballaġġ magħmul minn boroż tad-drapp jew tal-karti jew minn kaxxi tal-injam jew tal-kartun.

Il-proċess ta' qtugħ f'porzjonijiet sabiex jitpoġġew f'pakketti għandu jseħħ fiż-żona indikata fil-punt 4 biex fil-ġobnijiet, wara l-perjodu ta' maturazzjoni fil-fossa, ma jkun hemm l-ebda distinzjoni bejn il-ġobon fuq ġewwa u l-qoxra minħabba l-effett tal-fermentazzjoni anerobika li tkun seħħet matul din il-fażi ta' xogħol u l-forom ikunu umdi u żejtnija u vulnerabbli għall-proċessi ta' tnixxif u ta' twebbis. Għalhekk huwa meħtieġ li l-prodott jiġi mpakkettat qabel id-distribuzzjoni kummerċjali sabiex tiġi evitata l-formazzjoni ta' qsim u xquq fil-ġobon ta' ġewwa u jkunu protetti l-karatteristiċi tal-prodott.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Fuq it-tikketta, minbarra l-logo bid-denominazzjoni u s-simbolu grafiku komunitarju u tagħrif ieħor (b′konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Reg. KE Nru 1898/2006 u l-emendi li ġew wara) u l-informazzjoni li tikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-liġi, għandhom jidhru b'karattri stampati b'mod ċar u leġġibbli l-indikazzjonijiet li ġejjin:

 

it-tipoloġija tal-ħalib użat (Pecorino, Vaccino, Misto );

 

il-kliem ”da latte crudo“ għall-ġobnijiet magħmula b'ħalib mhux pasturizzat;

 

l-isem jew l-isem kummerċjali jew it-timbru tal-kummerċ u l-lokalità tal-produttur tal-ġobon jew ta' min ħa ħsieb il-maturazzjoni fil-fossa u l-lokalità tal-imballatur jekk il-prodott kien imballat minn kumpanija differenti minn dawk fil-kategoriji ta' qabel;

 

in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment li ħa ħsieb il-maturazzjoni fil-fossa li jindika PRM għall-maturazzjoni tar-Rebbiegħa u EST għal dik tas-Sajf.

Ma tista' tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu tista' ssir kwalunkwe referenza għal ditti privati sakemm dawn ma jkollhomx għan ta' tifħir jew ikunu intenzjonati li jingannaw il-konsumatur.

Il-logo tad-DPO “Formaggio di Fossa di Sogliano” huwa magħmul minn forma stilizzata ta' fossa li l-bordura tagħha, fil-forma ta' trapezju iżoxxile, tirrappreżenta l-ġebla ramlija u l-bordura interna tagħha tirrappreżenta l-forom tal-ġobnijiet ħerġin mill-bażi miftuħa tat-trapezju iżoxxile. Fin-nofs tal-fossa hemm iljunfant żgħir, is-simbolu araldiku tas-Signoria Malatesta. Id-disinni huma bl-aħmar fuq sfond isfar lewn it-tiben. Taħt in-nofs ċirku li jimmarka l-bażi l-kbira tat-trapezju, fl-ewwel linja ssib il-kliem FORMAGGIO DI FOSSA u fit-tieni linja l-kliem DI SOGLIANO D.O.P. Fuq in-naħa laterali ta' fuq tan-nofs ċirku tal-fossa stilizzata hemm il-kitba “Sogliano al Rubicone, Talamello e Terre Malatestiane” b'turija ta' kontinwità storika u tar-rabta mat-territorju.

Is-superfiċje okkupata mil-logo ta' identifikazzjoni kif speċifikat hawn fuq ma jridx ikun ta' inqas minn 25 % tas-superfiċje totali tat-tikketta.

Image

4.   Definizzjoni Konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO tinkludi t-territorju kollu tal-provinċji ta' Forlì-Cesena, Rimini, Ravenna, Pesaro-Urbino; Ancona; Macerata; Ascoli Picenu u parti mit-territorju tal-Provinċja ta' Bologna, limitati għall-muniċipalitajiet ta': Borgo Tossignano, Casalfiumanese, Castel San Pietro Terme, Castel del Rio, Dozza, Fontanelice, Imola, Loiano, Monghidoro, Monterenzio, Pianoro.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” DPO tiżviluppa lejn qiegħ l-għoljiet u fl-għoljiet tal-Appennini bejn ir-Romagna u l-Marche. Il-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi huma s-sedimenti taflin, ramlin u l-alternazzjonijiet ta' dawn, li jagħmlu parti mid-depożiti tal-Plioċenu inferjuri u tal-Kwaternarju attwali. Is-siti fejn hemm il-fosos, huma mħaffrin f'formazzjoni li hi magħmula minn serje ta' ġebel ramli tal-majka u l-feldspar, ġeneralment b'ftit li xejn siment, ta' kulur isfar - kannella jew fuq l-isfar, f'saffi ta' ħxuna li tvarja bejn it-30/40 cm għal madwar 1 m, b'alternazzjonijiet ta' livelli sottili griżi u griżi fil-blu ta' tafal imħallat mal-ġir.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Il-“Formaggio di Fossa di Sogliano”, jiddistigwi ruħu minn prodotti oħra li jagħmlu parti mill-istess kategorija kummerċjali permezz tar-riħa karatteristika u persisteni, xi kultant intensa, mimlija rwejjaħ li jfakkru fil-pjanti u fis-siġar żgħar li jikbru fid-dell ta' siġar kbar bi ħjiel ta' moffa u ta' tartufa. Karatterstiċi bħal dawn huma strettament marbuta mal-metodu ta' tkabbir li l-fażi ta' maturazzjoni fil-fossa ċertament tirrappreżenta element speċifiku tiegħu. Qabel mal-ġobon jitqiegħed fil-fossa, il-fosos iridu jkunu preparati b'mod xieraq skont din il-metodoloġija: waqt il-perjodu ta' mistrieħ, il-fossa tinżamm magħluqa permezz ta' għata tal-injam, u żieda ta' ramel u ġebel; għall-użu tiġi miftuħa u mperrċa, imbagħad magħmula iktar iġenika permezz tan-nar u d-duħħan billi jitqabbdu kwantitajiet żgħar ta' tiben tal-qamħ ġewwa l-fossa. Wara li jintefa′ n-nar, il-fossa titnaddaf u jitneħħa kull residwu ta' rmied; isir qiegħ elevat fiha, permezz ta' twavel tal-injam mhux ittrattat u dan jippermetti l-ħruġ ta' xaħam likwidu riżultat tal-fermentazzjoni tal-ġobon waqt il-maturazzjoni; il-ħitan jitgħattew b'faxx irqiq ta' 10 cm ta' tiben tal-qamħ, li jżomm ′il fuq permezz ta' stekkat tal-qasab; il-fossa timtela bl-ixkejjer tal-ġobon impoġġija fuq xulxin, sal-fetħa; wara perjodu ta' aġġustament, ta' mhux iktar minn 10 ijiem, il-fossa tista' terġa' timtela b'iktar mill-istess prodott, fl-ispazju li jkun inħoloq; wara li l-fossa tkun imtliet, il-fetħa titgħatta minn biċċiet tad-drapp mhux ikkuluriti u tajbin għall-użu alimentari, u/jew tiben, sabiex tiġi evitata t-traspirazzjoni. Imbagħad il-fossa tingħalaq permezz tat-tpoġġija ta' għatu tal-injam issiġġillat bil-ġibs jew b'taħlita ta' ġir, ramel u ilma. Tista' wkoll tkompli titgħatta bil-ġebel, trab tal-ġebel ramli, ramel u/jew twavel. Minn dan il-waqt tibda l-maturazzjoni. Il-ftuħ tal-fossa matul il-perjodu sħiħ ta' maturazzjoni mhux permess. Iż-żmien tal-maturazzjoni fil-fossa jvarja bejn tal-inqas 80 jum sa mhux iktar minn 100 jum.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

It-talba ta' reġistrazzjoni tal-“Formaggio di Fossa di Sogliano” hija ġustifikata mill-karatteristiċi kompletament uniċi tal-proċess ta' produzzjoni, bla ebda dubju korrelati mal-ambjent ġeoloġiku u klimatiku speċifiku kif ukoll mat-tradizzjoni lokali, leali u konsistenti matul is-sekli, li ta' dan huma possessuri abbli n-nies li jżommu l-ġobon fil-fosos tal-post li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra t-tagħrif u s-“sensibbiltà”. It-tradizzjoni tat-tqegħid tal-ġobon fil-fosos inbdiet waqt il-Medjuevu u saret malajr parti integrali miċ-ċiviltà raħlija tat-territorju bejn il-widien ta' Rubicone u ta' Marecchia, sax-xmara Esino, bejn ir-Romagna u l-Marche. L-użu tal-fosos kien naturalment marbut mal-ħtieġa ta' konservazzjoni tal-prodott, kif ukoll max-xewqa li jkun protett mill-attakki tat-tribujiet u armati li, matul is-sekli, ippruvaw jokkuppaw it-territorju. Il-Fosos kienu jitħaffru artifiċjalment fil-blat ramli u jitħallew ħorox. Dawn l-operazzjonijiet saru tant frekwenti li bdew jiġu soġġetti għal regoli leġiżlattivi preċiżi. L-ewwel dokumentazzjoni dwar il-fosos u t-tekniki fl-użu tal-fosos, imorru lura għas-seklu erbatax u huma propjetà tal-arkivji tal-familja Malatesta, li tagħha huwa t-territorju. Mill-1350, is-Signoria dei Malatesta stabbiliet il-Compagnia dell′Abbondanza ġewwa l-ħitan, fil-castrum, u fit-tumbae, djar kolonjali mifruxa mat-territorju. Il-fosos kienu użati biex jipproteġu, jaħbu, jippreservaw ċereali, tipi alimentari ta' natura varja u għall-maturazzjoni tal-ġobon, fil-każ ta' assedju, epidemija, u ġuħ u sabiex ma jaqax taħt il-klawżoli ebsin tal-kuntratti li kienu jirregolaw il-kolonji. Matul is-sekli, it-tradizzjoni nżammet b'mod konsistenti u leali, skont ir-regoli stabbiliti mill-kodiċiijiet Malatestjani.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq dan is-sit tal-internet:

www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE (Reg CE 510/2006)”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.