ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.104.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
6 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 104/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2009/C 104/02

Kummissjoni Amministrativa tal-Kommunitajiet Ewropew għas-Sigurta Soċjali għall-Ħaddiema Migranti – Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 104/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2009/C 104/04

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

8

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 104/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5507 – Q-Cells/Good Energies/Norsun/Sunfilm) – Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2009/C 104/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5496 – Vattenfall/Nuon) ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 104/07

Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel

11

2009/C 104/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

16

2009/C 104/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Mejju 2009

2009/C 104/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3403

JPY

Yen Ġappuniż

132,59

DKK

Krona Daniża

7,4482

GBP

Lira Sterlina

0,88590

SEK

Krona Żvediża

10,5865

CHF

Frank Żvizzeru

1,5113

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6870

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,478

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

283,26

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7094

PLN

Zloty Pollakk

4,3483

RON

Leu Rumen

4,1632

TRY

Lira Turka

2,0918

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7998

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5669

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3873

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2994

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9713

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 700,30

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1356

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1407

HRK

Kuna Kroata

7,3979

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 106,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,7045

PHP

Peso Filippin

64,051

RUB

Rouble Russu

43,9435

THB

Baht Tajlandiż

47,058

BRL

Real Brażiljan

2,8339

MXN

Peso Messikan

17,7590

INR

Rupi Indjan

66,0770


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/2


KUMMISSJONI AMMINISTRATIVA TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEW GĦAS-SIGURTA SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

2009/C 104/02

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' Referenza: April 2009

Perjodu ta' Applikazjoni: Lulju, Awissu, Settembru 2009

04-2009

EUR

BGN

CZK

DKK

EEK

LVL

LTL

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

26,7738

7,44913

15,6466

0,709290

3,45280

295,260

4,43256

1 BGN =

0,511300

1

13,6894

3,80874

8,00010

0,362660

1,76542

150,966

2,26637

1 CZK =

0,0373499

0,073049

1

0,278225

0,584400

0,0264919

0,128962

11,0279

0,165556

1 DKK =

0,134244

0,262554

3,59422

1

2,10046

0,0952178

0,463517

39,6368

0,595044

1 EEK =

0,0639116

0,124998

1,71116

0,476086

1

0,0453319

0,220674

18,8706

0,283292

1 LVL =

1,40986

2,75741

37,7473

10,5022

22,0595

1

4,86797

416,275

6,24929

1 LTL =

0,289620

0,566439

7,75423

2,15742

4,53157

0,205425

1

85,5132

1,28376

1 HUF =

0,00338685

0,00662399

0,0906787

0,0252291

0,0529926

0,00240226

0,0116941

1

0,0150124

1 PLN =

0,225603

0,441235

6,04026

1,68055

3,52992

0,160018

0,778963

66,6116

1

1 RON =

0,237863

0,465213

6,36850

1,77187

3,72175

0,168714

0,821293

70,2314

1,05434

1 SEK =

0,0919155

0,179768

2,46093

0,684690

1,43816

0,0651947

0,317366

27,1390

0,407421

1 GBP =

1,11413

2,17902

29,8295

8,29931

17,4324

0,790242

3,84687

328,959

4,93846

1 NOK =

0,113809

0,222588

3,04710

0,847778

1,78072

0,0807236

0,392960

33,6033

0,504465

1 ISK =

0,00598237

0,0117003

0,160171

0,0445635

0,0936038

0,00424324

0,0206559

1,76636

0,0265172

1 CHF =

0,660216

1,29125

17,6765

4,91804

10,3301

0,468285

2,27960

194,935

2,92645


04-2009

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,20410

10,8796

0,897560

8,78665

167,158

1,51466

1 BGN =

2,14956

5,56272

0,458922

4,49261

85,4677

0,774443

1 CZK =

0,157023

0,406351

0,0335238

0,328181

6,24333

0,0565723

1 DKK =

0,564375

1,46051

0,120492

1,17955

22,4399

0,203333

1 EEK =

0,268691

0,695331

0,0573645

0,561569

10,6833

0,0968041

1 LVL =

5,92719

15,3387

1,26543

12,3880

235,669

2,13545

1 LTL =

1,21759

3,15094

0,259951

2,54479

48,4122

0,438674

1 HUF =

0,0142386

0,036847

0,00303990

0,0297590

0,566138

0,00512990

1 PLN =

0,948459

2,45446

0,202492

1,98230

37,7113

0,341711

1 RON =

1

2,58785

0,213496

2,09002

39,7607

0,360280

1 SEK =

0,386422

1

0,0824997

0,807629

15,3644

0,139220

1 GBP =

4,68392

12,1213

1

9,78948

186,236

1,68753

1 NOK =

0,478464

1,23819

0,102150

1

19,0241

0,172381

1 ISK =

0,0251505

0,0650856

0,00536954

0,0525650

1

0,00906123

1 CHF =

2,77562

7,18286

0,592584

5,80109

110,360

1

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma munita' oħra tkun ir-rata' ikkalkulata mill-Kummissjoni u ibbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ppublikata mill-Bank Ċentrali Ewropej.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppublikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/4


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 104/03

Ghajnuna Nru: XA 378/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: entidad interprofesional citrícola Intercitrus

Bażi legali: Ayuda individual nominativa: Presupuestos de la Generalitat 2008, programa 714.60, Línea T2679000-“Promoción agroalimentaria de cítricos”.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 502 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: B’seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-għajnuna individwali: Novembru tal-2008

Għan tal-għajnuna: Kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni tal-larinġ u klementini, sabiex permezz ta' informazzjoni dwar in-nutriment u l-benefiċċji marbutin mas-saħħa, jiżdied il-konsum tagħhom, mingħajr ma ssir l-ebda referenza għall-impriżi, id-ditti jew l-oriġini tal-prodotti. Attivitajiet ta' promozzjoni fl-iskejjel; Parteċipazzjoni f'Euroagro, żieda fil-produzzjoni ta' materjal informattiv, stampi, riċetti, kartelluni u fuljetti...; Ġabra ġdida u analiżi tal-informazzjoni xjentifika biex jitressqu proposti li għandhom jiġu inklużi fil-listi li qed jitħejjew skont ir-Regolament Komunitarju Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel; Titjib fl-għarfien tal-iżvillup fis-swieq.

Attivitajiet provduti fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Settur(i) kkonċernat(i): Intercitrus, li hija assoċjazzjoni interprofessjonali li tipprovdi l-għajnuna teknika. Il-benefiċjarji finali huma l-bdiewa.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna.:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/INTERCITRUS.pdf

Tagħrif ieħor: —

Id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċjalizzazzjoni

Marta VALSANGIACOMO GIL

Numru tal-XA: XA 400/08

Stat Membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Accompagnement au développement des produits relevant du régime de qualité “Agriculture biologique”.

Bażi legali: Code Général des collectivités territoriales, notamment son article L 1511-2

Délibération du Conseil régional de Bourgogne.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli (l-ispejjeż tal-inġinerija, tad-dokumentazzjoni u tal-komunikazzjoni) tal-ħidmiet li ġejjin:

ir-riċerka tas-suq għall-prodotti organiċi;

il-pariri lill-bdiewa dwar il-prattiki tal-biedja organika;

il-promozzjoni tal-prodotti organiċi (pubblikazzjonijiet skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 15(f) tar-regolament dwar l-eżenzjonijiet agrikoli)

Data tal-implimentazzjoni: l-2009

Tul ta’ żmien tal-iskema: sal-2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema tal-għajnuna hija fl-ambitu tal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006. Hija mmirata sabiex tiżviluppa l-produzzjoni tal-prodotti organiċi f’Borgonja: biex iżżid il-produzzjoni, il-medda tal-art u l-għadd ta' bdiewa.

Din l-iskema ta’ għajnuna se tagħmilha possibbli li wieħed jiffinanzja l-ispejjeż speċifiċi tad-diversi miżuri implimentati mill-istrutturi kollettivi fis-settur agrikolu. Skont l-Artikoli 15(3) u (4) tar-regolament dwar l-eżenzjonijiet agrikoli, l-ebda għajnuna ma hi se tingħata lill-bdiewa, u kwalunkwe persuna li tkun eliġibbli se tkun tista' jkollha aċċess għall-miżuri implimentati mill-istrutturi kollettivi mingħajr ma din tkun obbligata tkun membru ta’ dawn l-istrutturi.

Settur ikkonċernat: Il-biedja organika

Isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

Sit tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/etude_marche_produit_AB.doc

http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/conseils_agri_pratiques_prod_AB.doc

http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/promotion_produits.doc

Ghajnuna Nru: XA 402/08

Stat Membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Aide à l'organisation de manifestations agricoles

Bażi Legali: Code Général des collectivités territoriales, notamment son article L 1511-2

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 400 000

L-intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (ħlasijiet ta' salarji f'każ ta' operat ta' natura internazzjonali, ħlasijiet oħra relatati mal-proġett, servizzi esterni (għajr spejjeż ta' riċevimenti u ta' vvjaġġar).

Data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-2013

L-għan tal-għajnun: Din l-iskema, li l-għan tagħha huwa l-appoġġ għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti agrikoli maħsuba b'mod partikolari biex jappoġġaw u jippromwovu l-produzzjoni reġjonali ta' kwalità għolja, taqa’ taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Huma esklużi mill-ambitu tal-għajnuniet l-ispejjeż kollha marbuta mas-sessjonijiet ta' dewqien u tixrid ta' kampjuni b'xejn, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha li jsiru fil-punti ta' bejgħ jew li ġeneralment, jinvolvu reklamar skont il-punt 152 tal-Linji Gwida Komunitarji li japplikaw għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu 2007-2013.

Din l-iskema ta' għajnuna se tippermetti l-finanzjament ta' spejjeż speċifiċi tal-miżuri differenti implimentati mill-istrutturi kollettivi fis-settur agrikolu. F'konformità mal-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, l-ebda għajnuna ma tingħata lill-bdiewa u kull persuna eliġibbli jista' jkollha aċċess għall-miżuri implimentati mill-istrutturi agrikoli mingħajr ma tiġi mġiegħla tissieħeb magħhom.

Settur(i) konċernat(i): Is-settur agrikolu

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/manif_agri.doc

Numru XA: XA 403/08

Stat membru: Franza

Reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Aide au remplacement des agriculteurs

Bażi ġuridika: Code Général des collectivités territoriales (il-Kodiċi ġenerali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali), partikolarment l-Artikolu L1511-2 tiegħu.

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 250 000

L-intensità massima tal-għajnuna: 80 % tal-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tas-servizzi ta' sostituzzjoni u rata fissa ta' għajnuna ta' EUR 6 €/jum ta' sostituzzjoni effettiva.

Data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għan tal-għajnuna huwa li tikkontribwixxi għat-titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol permezz tas-sussidju ta' parti mill-ispejjeż imġarrba minħabba l-utilizzazzjoni tas-servizzi ta' sostituzzjoni għal kwalunkwe raġuni, għajr għal-liv tal-maternità, tal-paternità, ta' responsabbiltajiet ta' trejdjunins u liv li jibbenefika minn kreditu fuq it-taxxa. L-ispejjeż tal-organizzazzjoni jirrigwardaw l-azzjonijiet speċifiċi, mingħajr ebda rabta mal-ispejjeż tal-operat: żvilupp ta' kwalifikazzjonijiet, introduzzjoni ta' kontroll fuq il-kwalità, proġetti ta' komunikazzjoni.

Din l-iskema ta' għajnuna tippermetti l-finanzjament tal-ispejjeż speċifiċi ta' dawn l-azzjonijiet differenti li jiġu implimentati minn strutturi kollettivi fis-settur agrikolu. F'konformità mal-punti 3 u 4 tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, l-ebda għajnuna mhi se tingħata lill-bdiewa u kull persuna eliġibbli jista' jkollha aċċess għall-azzjonijiet implimentati mill-istrutturi kollettivi mingħajr ma jiġu mġiegħla jissieħbu f'dawn l-istrutturi.

Settur(i) konċernat(i): Is-settur agrikolu

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

Indirizz tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/services_remplacement.doc

In-numru: XA 404/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Bourgogne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Aide au remplacement des agriculteurs

Bażi legali: Code Général des collectivités territoriales, partikolarment l-artikolu L 1511-2 tiegħu

Délibération du Conseil régional de Bourgogne

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: EUR 250 000

Intensità massima tal-għajnuna: 30 % tal-ammont (mingħajr taxxa) tal-investiment, sa limitu stabbilit skont in-natura tal-investiment: għajnuna ta’ massimu ta’20 000 € għal kull operazzjoni.

Data tal-implimentazzjoni: 2009

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-2013

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għajnuniet għandhom l-għan li jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u huma maħsuba għall-immodernizzar tal-bażi tal-makkinjarju biex jiġu stabbiliti prattiki kulturali li jirrispettaw l-ambjent (kwalità tal-ilma, preżervazzjoni tal-arbuxxelli, manutenzjoni tal-ambjent naturali, użu ta' għejun ta' enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta' azzjonijiet komuni).

Din l-iskema tal-għajnuna tirrigwarda l-CUMA (Coopératives d’Utilisation du Matériel Agricole). F'konformità mal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, il-CUMA f’diffikultà huma esklużi milli jibbenefikaw minn din l-iskema.

Settur(i) konċernat(i): is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil régional de Bourgogne

Direction de l’agriculture et du développement rural

17, boulevard de la Trémouille

BP 1602

21035 Dijon cedex

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet: http://www.cr-bourgogne.fr/documents/gda/2008-12/CUMA.doc


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/8


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2009/C 104/04

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali:

EPSO/AD/168/09 — Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

EPSO/AD/169/09 — Liġi

EPSO/AD/170/09 — Ekonomija

EPSO/AD/171/09 — Mikroekonomija/Amministrazzjoni Kummerċjali

EPSO/AD/172/09 — Verifika

għall-amministraturi (AD5) ta' ċittadinanza Ċeka (CZ) u Pollakka (PL).

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss biċ-Ċek u bil-Pollakk fil-Ġurnal Uffiċjali C 104 A tas-6 ta' Mejju 2009.

Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5507 – Q-Cells/Good Energies/Norsun/Sunfilm)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 104/05

1.

Fis-27 ta' April 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Q-Cells SE (“Q-Cells”, il-Ġermanja), Good Energies Investments 2 B.V. (“Good Energies”, l-Olanda, ikkontrollata minn COFRA Holding AG, “COFRA”, l-Iżvizzera) u NorSun AS (“NorSun”, in-Norveġja) akkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' Sunfilm AG (“Sunfilm”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Q-Cells: Il-produzzjoni u l-bejgħ ta' ċelloli solari, moduli solari u sistemi tal-enerġija solari kompluti

Good Energies: Investimenti f'kumpaniji tal-enerġija li tiġġedded, b'mod partikolari fis-setturi fotovoltajċi u tal-enerġija mir-riħ

NorSun: Il-produzzjoni u l-bejgħ ta' wafers tas-silikone mono-kristalliċi, li jintużaw fil-produzzjoni ta' ċelloli u moduli solari.

Sunfilm: Il-produzzjoni u l-bejgħ ta' moduli solari bbażati fuq teknoloġija tandem junction li tuża film tas-silikone irqiq fuq ħġieġa.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5507 – Q-Cells/Good Energies/Norsun/Sunfilm, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5496 – Vattenfall/Nuon)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 104/06

1.

Fit-28 ta' April 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AB Vattenfall (“Vattenfall”, l-Iżvezja) proprjetà sħiħa tal-Istat Svediż takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża N.V. Nuon Energy (li qabel kienet n.v. Nuon PBL Holding-“Nuon Energy”, l-Olanda) li attwalment hi kontrollata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Olanda permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vattenfall: attivitajiet differenti flimkien mas-settur tal-elettriku f'ħafna pajjiżi Ewropej. Fuq skala żgħira hija attiva ukoll fis-settur tal-gass,

għal Nuon: attivitajiet differenti fis-settur tal-energija, inklużi l-produzzjoni u provvista tal-elettriku, tal-gass, ta' tisħin u tkessiħ primarjament fl-Olanda imma ukoll fil-Belġju u f'miżura żgħira fil-Ġermanja ukoll.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista′ taqa′ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5496 – Vattenfall/Nuon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel

2009/C 104/07

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA (STG)

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 509/2006

“IDRIJSKI ŽLIKROFI”

Nru KE: SI-TSG-007-0026-29.10.2004

1.   Isem u Indirizz Tal-Grupp Applikanti

Titlu

:

Društvo za promocijo in zaščito idrijskih jedi

Indirizz

:

Mestni trg 1

SI - 5280 Idrija

SLOVENIJA

Nru tat-telefown

:

+386 53720180

Feks

:

Posta elettronika

:

info@icra.si

2.   Stat Membru Jew Pajjiż Terz:

Ir-Repubblika tas-Slovenja

3.   Speċifikazzjoni Tal-Prodott:

3.1.   Isem għar-reġistrazzjoni:

“Idrijski žlikrofi”

Id-dikjarazzjoni li għandha tiġi tradotta fil-lingwi barranin hija “prodott bil-mod tradizzjonali Sloven”.

3.2.   Jekk jogħġbok indika jekk l-isem:

Image

huwiex speċifiku fih innifsu

jesprimix il-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel

L-isem idrijski žlikrofi ma jesprimix il-karattru speċifiku tal-prodott, imma jintuża tradizzjonalment biex jiddeskrivi dan il-prodott, kif jidher minn diversi sorsi orali u miktuba kif imsemmi fil-punt nru 3.8.

3.3.   L-isem ġie rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006?:

Image

Reġistrazzjoni bl-isem riżervat

Reġistrazzjoni bl-isem mhux riżervat

3.4.   Tip ta' prodott:

2.4.

Għaġin, imsajjar jew mimli

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem skont il-punt 3.1:

L-idrijski žlikrofi jikkonsistu fi platt tradizzjonali magħmul minn għaġina bil-mili tal-patata. Għandhom il-forma karatteristika ta' kappell. L-ingredjenti meħtieġa għall-għaġina huma d-dqiq, il-bajd, iż-żejt, u l-ilma jew il-ħalib skont il-ħtieġa. Il-mili jista’ jsir esklussivament mill-patata miżjuda b'basla, xaħam (lardu kapuljat jew bejken affumikat kapuljat) u merdqux, kurrat salvaġġ, bżar iswed u melħ.

Wara t-tisjir, l-idrijski žlikrofi għandu jkollhom il-forma, l-aroma, il-konsistenza u r-riħa karatteristika kif stipulat.

Il-forma tipika ta’ žlikrof: għaġina magħfusa miż-żewġt itruf bi ftit vojt fuq nett, ta' daqs u forma uniformi, mingħajr irregolaritajiet, b’konsistenza tajba u kif xieraq, l-għaġina ma għandhiex tidher li tkun imsajra jew ratba żżejjed, b’wiċċ kollu ta’ lewn safrani, mingħajr traċċi tal-lamtu.

Riħa: riħa qawwija u tipika. Mingħajr riħa eċċessiva partikolari ta' ħxejjex, addittivi u lanqas ta' snuħija fil-mili.

Aroma: aroma karatteristika u qawwija ta’ žlikrof (għaġin u mili) b’togħma ta’ patata, xaħam (li mhijiex predominanti), addittivi u ħwawar li jmorru tajjeb mal-aroma.

Konsistenza: Konsistenza li tagħti sensazzjoni pjaċevoli fil-ħalq, karatteristika ta’ bosta platti li jkun fihom ħafna lamtu. L-għaġina u l-mili huma ħfief u rotob, mingħajr l-ebda sinjal ta’ twaħħil. Il-ħxejjex huma mqattgħin rqaq u l-lardu imqarqaċ u moqli għandu jkun imqatta’ f’biċċiet żgħar ħafna.

Impressjoni ġenerali: id-dehra, ir-riħa, l-aroma u l-konsistenza tal-žlikrof jiddeterminaw l-aċċettabilità ġenerali tiegħu.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ kif isir il-prodott agrikolu jew il-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem skont il-punt 3.1:

Il-produzzjoni tal-idrijski žlikrofi tgħaddi mill-istadji varji kif ġejjin:

L-ingredjenti tradizzjonali meħtieġa għall-produzzjoni ta’ madwar 150 idrijski žlikrofi huma:

L-għaġina: sa 300 g dqiq abjad, minn bajda sa żewġ bajdiet, żejt, u ilma jew ħalib, skont il-ħtieġa sabiex l-għaġina tiġi aktar ratba.

Il-mili: 500 g patata, sa 50 g lardu kapuljat jew bejken affumikat kapuljat, sa 50 g basal, ħxejjex u ħwawar (melħ, bżar iswed, merdqux u kurrat salvaġġ) biex jagħmlu aroma armonizzata.

Ix-xaħam li jista’ jintuża sabiex jitħejja l-žlikrofi huwa l-lardu jew il-bejken affumikat kapuljat. Ix-xaħam għandu jkun ta’ kwalità għolja u frisk. Mhuwiex aċċettabbli, b’mod partikolari, li jintuża bejken jew lardu mranġat.

Il-produtturi li jbiegħu l-žlikrofi ffriżati lill-konsumaturi tagħhom għandhom jużaw inqas ħwawar u għaġina iktar tqila sabiex jippriżervaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-žlikrofi sakemm idumu kkonservati; għalhekk, għall-istess kwantità ta’ mili, jeħtieġ li jintużaw l-ingredjenti li ġejjin għall-għaġina: 400-500 g dqiq abjad, sa erba’ bajdiet, żejt u ilma jew ħalib, skont il-ħtieġa.

It-tħejjija u t-tgerbib tal-għaġina

Id-dqiq, il-bajd u l-ilma jew il-ħalib jitħalltu flimkien biex issir l-għaġina, li għandha tkun iktar ratba minn dik li tintuża għall-ispagetti. L-għaġina tibqa’ tintgħaġen sakemm tiġi flessibbli u elastika u ma tibqax twaħħal mal-idejn u l-bank tax-xogħol. Jekk tinqata', din għandha tkun ħoxna u mingħajr toqob. Imbagħad tingħata l-forma ta’ ħobża żgħira, li tindilek biż-żejt, titgħatta sabiex ma tinxifx u titħalla toqgħod għall-anqas nofs siegħa.

It-tħejjija tal-mili u l-iffurmar tal-mili fi blalen

Il-mili tal-žlikrofi jsir mill-patata mgħollija mgħaffġa meta tkun għadha sħuna. Tiżdied basla moqlija fix-xaħam (lardu kapuljat jew bejken affumikat kapuljat) mal-patata sħuna, u mbagħad it-taħwir (melħ u bżar iswed) u l-ħxejjex (merdqux u kurratt salvaġġ). L-ingredjenti jitħalltu kollha f’daqqa sew sakemm it-taħlita tiġi fina. Il-mili m’għandux jitfarrak malajr u lanqas ma għandu jkun artab iżżejjed, sabiex ikun jista’ jiżdied iktar xaħam jekk ikun hemm il-ħtieġa. Il-mili jiġi ffurmat bl-idejn fi blalen żgħar indaqs bejn wieħed u ieħor b’dijametru ta’ bejn 1 ċm u 1.5 ċm. L-istadji individwali tal-produzzjoni bil-magna jistgħu jvarjaw minn dawk tal-produzzjoni bl-idejn (eż. il-mili huwa injettat, minflok ma jiġi ffurmat fi blalen), imma l-prodott finali – idrijski žlikrof – għandu jippriżerva l-karatteristiċi kollha tiegħu.

It-tħejjija tal-žlikrofi

L-għaġina – wara li tkun tħejjiet minn qabel u wara li tkun qagħdet – tinfetaħ sakemm ikollha ħxuna ta’ madwar 2 mm. Il-blalen tal-mili jitpoġġew fuq l-għaġina miftuħa b’tali mod li jkun hemm distanza xierqa bejn ballun u ieħor (daqs saba’). L-għaġina tintewa u tingħalaq minn fuq u minn taħt il-blalen tal-mili sabiex teħel flimkien u jiġu ffurmati “widnejn” żgħar. Fuq nett ta’ kull žlikrof jitħalla vojt żgħir, filwaqt li tingħata attenzjoni li l-għaġina ma titqattax. Dan huwa kif il-žlikrofi jieħdu s-sura karatteristika tagħhom ta' kappell. L-ikbar daqsijiet ta’ idrijski žlikrof tipika, meta tkun għadha nejja, huma ta’ madwar 3 ċm tul u 2 ċm għoli (l-għoli jitkejjel minn nofs tal-žlikrof, filwaqt li huwa ftit ogħla fit-truf).

l-ippakkjar u l-iffriżar tal-žlikrofi

L-idrijski žlikrofi li jkunu mħejjija u fil-ħsieb li jinżammu maħżuna jiġu ffriżati u ppakkjati skont ir-regolamenti sanitarji/tekniċi u d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-ittikkettar ġenerali tal-prodotti tal-ikel ippakkjati minn qabel.

Is-sajran tal-žlikrofi

Il-žlikrofi jintefgħu fl-ilma jagħli bil-melħ, jitħawdu u jitgħattew. Meta jitilgħu fil-wiċċ u jerġgħu jagħlu mill-ġdid, ikunu saru. Għandhom jisservew immedjatament.

3.7.   Il-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel:

L-idrijski žlikrofi huma differenti minn tipi oħra ta’ għaġin mimli minħabba l-forma li għandhom, il-mili speċifiku tagħhom, ir-riċetta tradizzjonali tagħhom u l-mod ta’ kif isiru. Għandhom il-forma karatteristika ta’ kappell tipiku Franċiż tal-antik (l-għamla tal-kappell ta’ Napuljun).

Ir-riċetta ma nbidlitx, b’mod sinifikanti minn meta kien hemm l-ewwel referenzi għall-idrijski žlikrofi (l-istess ingredjenti u proporzjonijiet li jistgħu jitqabblu bejniethom). Il-mili huwa speċjali, huwa magħmul minn patata b’lardu kapuljat jew bejken affumikat kapuljat, basal, ħxejjex u ħwawar. L-idrijski žlikrofi huma magħmula b’mod speċifiku, minħabba li huma magħluqa minn żewġt itruf u għandhom vojt żgħir fuq nett.

3.8.   Il-karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel:

Idrija ilha msemmija għal din l-ispeċjalità tagħha fit-tisjir, hija dokumentata f'bosta sorsi miktuba, u hemm ukoll bosta sorsi orali. L-idrijski žlikrofi huma prodotti minn ingredjenti tradizzjonali skont proċedura tradizzjonali li ilha stabbilita ħafna.

L-iktar sors antik bil-kitba (Božiè Lado: Naš idrijski kot) imur lura għall-1936. Jgħid kif il-žlikrofi kienu jisservew biss fi ġranet speċjali u li jeżistu diversi tipi ta' žlikrofi: tal-patata, tal-laħam, tan-nevew immarinat, žlikrofi biz-zalza tal-“bakalca” (biz-zalza tal-laħam tal-muntun) jew tal-lardu imqarqaċ jew b’taħlita speċjali magħmula mill-butir li jgħidulha masovnik. Il-kapitolu Rudarjeva družina (il-familja ta’ minatur) jiddikjara li “…žlikrofi biss fi ġranet importanti: žlikrofi tal-patata, žlikrofi tal-laħam jew žlikrofi tan-nevew immarinat, žlikrofi biz-zalza tal-laħam tal-muntun jew tal-lardu imqarqaċ jew b’taħlita speċjali magħmula mill-butir li jgħidulha masovnik”.

It-tieni sors (Karl Bezek: Fond Doprinos k zgodovini Idrije) imur lura għall-1956. L-awtur, Karl Bezek, iddeskriva platti u xarbiet tradizzjonali. Jikteb li l-idrijski žlikrofi kienu l-iktar platt popolari, li kien magħruf u mifrux sew. Fil-ktieb jikkwota dan li ġej: “…l-iktar platt popolari, li huwa magħruf u mifrux sew u li mhuwiex magħmul bl-istess mod xi mkien ieħor, huwa il-famuż žlikrof. Il-žlikrofi jixbhu il-“Schlickkrapferl” ta’ Vjenna, li huma pakketti żgħar ta’ għaġina mimlija imma b’mili differenti”. L-awtur ikompli li l-idrijski žlikrofi jissemmew bosta drabi f'diversi okkażjonijiet, li saħansitra ġiet ippubblikata riċetta għalihom, imma ħadd ma għamel riċerka fuq l-oriġini tagħhom. Fejn jikkonċerna l-istorja tal-žlikrofi, isemmi ġrajjiet irrakkuntati minn nies fl-erbgħinijiet u l-ħamsinijiet tas-seklu dsatax li f’dik l-epoka l-žlikrofi kienu jinbiegħu fil-pubbliku nejjin. Is-Sinjura Harmel, lukandiera, qalet lill-awtur li l-žlikrofi aktarx kienu nġiebu Idrija mit-Transilvanja. Resident anzjan f’Idrija qal li l-platt kien inġieb Idrija mill-familja Wernberger madwar l-1814, dan jikkonfermah ukoll dixxendent ta' din il-familja. Hawnhekk tinsab kwotazzjoni oħra mill-ktieb: “Minħabba l-fatt li t-tradizzjoni tal-familja u l-ġrajjiet irrakkontati minn oħrajn jaqblu, ma hemmx dubju li l-ewwel žlikrofi dehru f’Idrija wara r-ritorn ta’ Ivan f’Idrija u sussegwentament ir-ritorn tal-familja tiegħu. Probabbli għaddew bosta snin sakemm dan il-platt ġie stabbilit f'Idrija, minħabba li jintqal li ġew ittestjati riċetti oħra, abbażi tar-riċetti Ċeki u minn Vjenna għal prodotti simili. Dak huwa kif inħolqu l-idrijski žlikrofi wara l-1814 sakemm, fin-nofs tas-seklu li għadda, permezz ta’ żvilupp lokali, ħadu t-togħma u l-forma speċjali li għandhom illum”.

It-tielet sors, Mohorjev koledar (1989), ipoġġi l-idrijski žlikrofi fil-quċċata ta’ lista ta’ platti u xarbiet karatteristiċi ta’ Idrija. Fih ir-riċetta tradizzjonali ta’ kif isiru l-idrijski žlikrofi, li għadha tintuża sal-lum.

3.9.   Rekwiżiti minimi u proċeduri li għandhom jintużaw sabiex ikun eżaminat il-karattru speċifiku:

L-idrijski žlikrofi għandhom ikollhom il-karatteristiċi speċifiċi kollha li huma stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet (għandhom jintużaw l-ingredjenti preskritti, għandhom ikunu prodotti bil-mod preskritt u l-prodott finali għandu jkollu l-forma, id-dehra, ir-riħa, l-aroma u l-konsistenza preskritti).

Il-produtturi tal-idrijski žlikrofi għandhom iżommu rekord tal-ingredjenti nejja li jkunu rċevew u li jkunu użaw, il-kwantità ta' idrijski žlikrofi prodotti u l-kwantitajiet ta' idrijski žlikrofi mibjugħa.

Għandhom isiru verifiki dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet f’dak li huwa l-użu tal-ingredjenti preskritti, il-proċess tal-produzzjoni u d-dehra u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali minn produtturi individwali u/jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi, u għall-anqas darba fis-sena minn entità ċertifikata wkoll li tivverifika l-konformità mal-istandard Ewropew EN 45011.

4.   L-Awtoritajiet Jew Il-Korpi Li Jivverifikaw Il-Konformità Mal-Ispeċifikazzjoni Tal-Prodott:

4.1.   Isem u indirizz:

Titlu

:

Bureau Veritas d.o.o.

Indirizz

:

Linhartova cesta 49a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Nru tat-telefown.

:

+386 14757600

Feks

:

Posta elettronika

:

info@bureauveritas.com

 PubblikuImage Privat

4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità:

Bureau Veritas huwa responsabbli li jivverifika l-fażijiet kollha stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-idrijski žlikrofi.


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 104/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“AGLIO BIANCO POLESANO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0566-08.11.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   L-isem:

“Aglio Bianco Polesano”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz:

L-Italja

3.

Id-deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott (l-Anness II):

Klassi 1.6.

Frott u ħaxix u ċereali friski u pproċessati

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

L-Aglio Bianco Polesano jinbiegħ f'forma niexfa. Dan it-tewm jinkiseb minn ekotipi lokali u mill-varjetà Avorio li tintgħażel mill-istess ekotipi.

It-tewma għandha basla tonda regolari kemxejn ċatta fil-qiegħ, u ta' kulur abjad ileqq. Il-basla hija magħmula minn għadd ta' sinniet varjabbli magħqudin sew bejniethom bit-tondjatura karatteristika min-naħa ta' barra. Is-sinniet li jagħmlu l-basla għandhom ikunu perfettament maġenb xulxin. Il-qoxra ta' madwarhom hija ta' kulur roża li jvarja fl-intensità tiegħu fuq il-parti konkava tagħha u ta' kulur abjad fuq il-parti konvessa.

Ġaladraba li jitnixxef għall-konservazzjoni, l-Aglio Bianco Polesana huwa kompost minn 35 % ta' materjal xott u talanqas 20 % ta' karboidrati. Barra minn hekk, il-basliet friski fihom żjut essenzjali b'bażi ta' kubrit u komposti volatili tal-kubrit li jagħtu lil dan it-tip ta' tewm ir-riħa qawwija u karatteristika tiegħu.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata huma: il-produzzjoni tal-materjal għaż-żrigħ, il-kultivazzjoni tat-tewm, l-operazzjonijiet tat-tnixxif u tal-ipproċessar tradizzjonali.

It-teknika tal-produzzjoni hija kkaratterizata mill-ksib tas-sinniet għaż-żrigħ, minħabba li r-riproduzzjoni ssir permezz ta' propogazzjoni veġetattiva. Il-produtturi jagħżlu bl-idejn l-ammont tal-prodott meħtieġ għall-produzzjoni taż-“żerriegħa”.

Iċ-ċiklu tal-koltivazzjoni jsir annwalment bi żrigħ fil-ħarifa/fix-xitwa u dan għandu jsir bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru.

L-operazzjonijiet tat-tnixxif naturali li jsiru fil-beraħ u/jew fl-azjenda huma ta' importanza fondamentali kemm għaż-żamma tal-karatteristiċi tal-prodott kif ukoll għall-ipproċessar li jsir wara.

Il-valutazzjoni tal-livell xieraq ta' umdità hija ta' importanza fondamentali għall-produzzjoni tradizzjonali bl-idejn: tal-faxx magħruf bħala “resta”, il-faxex il-kbar, l-għenieqed u l-għenieqed il-kbar, fejn l-esperjenza u l-ħila miksuba tul iż-żminijiet hija ta' importanza fondamentali.

L-Aglio Bianco Palesano għandu jinbiegħ bejn it-30 ta' Lulju u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-Aglio Bianco Polesano jista' jinbiegħ skont dawn ir-regoli:

IL-FAXEX

:

Għandhom ikunu magħmula minn qatet ta' bejn 8 u 22 basla u tal-piż bejn 0.5 u 1.2 kg;

IL-FAXEX IL-KBAR

:

ta' bejn 30 u 40 basla u l-piż tagħhom bejn 2 u 4 kg;

L-GĦENIEQED

:

ta' bejn 20 u 40 basla u l-piż tagħhom bejn 1 u 4 kg;

L-GĦENIEQED IL-KBAR

:

ta' bejn 70 u 120 basla u l-piż tagħhom bejn 5 u 10 kg.

PAKKETTI

:

għadd varjabbli ta' basal; ta' piż bejn 50 gr u 1 000 gr;

XKEJJER

:

għadd varjabbli ta' basal; tal-piż bejn kilogramma u 20 kg.

L-għenieqed u l-għenieqed il-kbar, il-faxex u l-faxex il-kbar jiddaħħlu f'xibka bajda u jiġu ssiġillati b'tejp adeżiv li jkollu l-logo tad-denominazzjoni, u jistgħu jiġu ppakkjati fl-injam, fil-plastik, fil-kartun jew f'materjali adegwat ieħor.

Il-pakketti u l-ixkejjer huma magħmula minn xbieki bojod issiġillati li fuqhom jitwaħħal il-logo tad-denominazzjoni. Anki l-pakketti u l-ixkejjer jistgħu jiġu ppakkjati fl-injam, fil-plastik, fil-kartun jew f'materjal adegwat ieħor.

L-imballaġġ tal-prodott fl-ixkejjer u fil-pakketti jista' jsir barra miż-żona tal-produzzjoni, sakemm it-trasport u l-manipulazzjoni żejda ma jipprovokawx it-tkissir tal-irjus u fuq kollox il-frammentazzjoni tal-qoxra, u b'hekk tirriżulta il-moffa u d-deterjorazzjoni tal-prodott.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Kull tip ta' imballaġġ individwali għandu jkollu tikketta li turi l-isem tal-prodott, l-isem tal-produttur u l-logo li jidentifika d-DPO.

Kull imballaġġ għandu juri, f'karattri kbar li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux, imqiegħda flimkien fuq l-istess naħa tal-imballaġġ, l-informazzjoni li tagħmilha possibbli biex wieħed jidentifika l-imballatur jew il-konsenjatur, in-natura tal-prodott, l-oriġini tal-prodott, il-karatteristiċi kummerċjali u tagħrif utli ieħor. L-imballaġġ għandu juri wkoll l-isem “Aglio Bianco Polesano” u l-kliem “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew l-akronimu “DPO” f'karattri li jkunu akbar minn kull kelma oħra li tidher.

Il-logo distintiv huwa magħmul minn ovali li ġo fih hemm mappa ħadra stilizzata taż-żona ġeografika tal-“Polesine” fuq sfond blu. Il-mappa turi ż-żewġ konfini naturali taż-żona tal-Polesine, ix-xmajjar Adige u Po bil-blu. 'Il fuq mill-mappa jinsab l-akronimu “DOP” li jfakkar fit-tliet kuluri tal-bandiera Taljana (aħdar “D”, aħmar “P” u abjad “O” fil-forma ta' basla tat-tewm). Madwar l-ovali hemm il-frażi “Aglio Bianco Polesano - Denominazione D’Origine Protetta” bil-font blu Trebuchet MS Bold Italic u Italic. Jista' jkun hemm varjanti oħra tal-forma u l-kuluri: monokromatiku u f'intensitajiet differenti ta' griż. Il-logo jista' jkollu dimensjonijiet oħra skont it-tip ta' imballaġġ.

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Aglio Bianco Polesano hija kkostitwita minn dawn il-muniċipalitajiet tal-Polesine li jinsabu fil-provinċja ta' Rovigo: Adria, Arquà Polesine, Bosaro, Canaro, Canda, Castelguglielmo, Ceregnano, Costa di Rovigo, Crespino, Fiesso Umbertiano, Frassinelle Polesine, Fratta Polesine, Gavello, Guarda Veneta, Lendinara, Lusia, Occhiobello, Papozze, Pettorazza Grimani, Pincara, Polesella, Pontecchio Polesine, Rovigo, San Bellino, San Martino di Venezze, Villadose, Villamarzana, Villanova del Ghebbo, Villanova Marchesana.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Fatturi Ambjentali

Il-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima moderata huma fatturi prinċipali li jikkondizzjonaw u jikkaratterizzaw il-produzzjoni tal-Aglio Bianco Polesano f'din iż-żona. Il-Polesine hija żona li minnha jgħaddu ż-żewġ xmajjar prinċipali tal-Italja, il-Po u l-Adige. Qabel ma żviluppaw x-xtut li hemm illum li jidderiġuhom, dawn ix-xmajjar ta' sikwit kienu jħallu depożiti ta' alluvju fil-pjanura. Il-karatteristiċi pedoloġiċi partikolari ta' din iż-żona huma proprju r-riżultat tad-diversi drabi matul is-sekli meta faru l-Po u l-Adige, li jistabbilixxu l-konfini fil-Majjistral u fit-Tramuntana taż-żona tal-produzzjoni. B'mod partikolari, ix-xmara Po ħalliet depożiti ta' tajn b'perċentwal għoli ta' tafal, filwaqt li l-Adige ġabet magħha ramel tas-silika.

L-attività ta' dawn ix-xmajjar b'hekk ħolqot art għanja pjuttost taflija, kif ukoll irrigata tajjeb, poruża u fertili, li tippermetti lil Aglio Bianco Polesano jiżviluppa l-karatteristiċi distintivi tiegħu. Barra minn hekk, il-preżenza għolja ta' fosforu u potassju skambjabbli, ta' kalċju u ta' manjeżju tikkostitwixxi l-kompożizzjoni kimika tipika ta' din il-ħamrija.

Il-klima moderata u niexfa taż-żona tiffavorixxi kemm it-tnixxif tal-prodott kif ukoll l-ipproċessar tiegħu skont id-drawwiet tradizzjonali.

Il-fattur uman

Flimkien mal-kwalità tal-ħamrija għandhom jiżdiedu żewġ elementi tal-fattur uman:

il-ħila, miksuba tul is-snin u li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, li jintgħażlu bl-idejn l-aħjar “irjus” tal-basal mnejn jittieħed il-materjal għaż-żrigħ;

l-ipproċessar distintiv li jsir bl-idejn, jiġifieri t-tiswir tal-malji, magħrufa bħala “faxex”, il-faxex il-kbar, l-għenieqed u l-għenieqed il-kbar, ifisser li din l-għalla hija marbuta b'mod intrinsiku maż-żona, u mat-tradizzjonijiet u l-istorja tagħha.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Il-karatteristiċi prinċipali tal-Aglio Bianco Polesano huma l-kulur abjad ileqq tiegħu, il-forma tal-basla u l-kontenut għoli ta' materjal xott li jikkaratterizzah u possibbilment jinfluwenza l-kapaċità li jdum għal żmien twil fl-istat konservat tiegħu. L-aroma distintiva tal-Aglio Bianco Polesano, li tirriżulta mit-tagħqida partikolari ta' komposti volatili tal-kubrit u sustanzi aromatiċi, tiddistingwih mit-tewm minn żoni ta' produzzjoni oħra; fil-fatt, l-analiżi sensorjali turi li l-aroma hija anqas qawwija u aktar persistenti minn dik ta' varjetajiet li jinkisbu minn żoni oħrajn, karatteristika li hija apprezzata ħafna mill-konsumaturi. B'mod partikolari, l-Aglio Bianco Polesano jirriżulta mogħni b'komposti aromatiċi tal-kubrit, iżda aktar minn hekk b'komposti aromatiċi li jappartjenu għal klassijiet oħra ta' kimiċi (aldeidi), li huma responsabbli għall-irwejjaħ ifuħu (ta' ħaxix li għadu kif ġie maqtugħ, tal-ħlewwa tal-frott) li jiżdiedu matul il-ħżin u li huma responsabbli għall-aroma anqas qawwija u aktar persistenti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Il-kontenut tajjeb ta' minerali u n-natura tal-ħamrija taflija għanja, irrigata b'mod tajjeb u fertili b'kontenut għoli ta' potassju, jagħmilha possibbli biex jinkisbu sinniet perfettament magħqudin maġenb xulxin, ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta' materjal xott li jżid it-tul ta' żmien li prodott idum fl-istat konservat tiegħu.

Il-livell għoli ta' potassju u fosfru skambjabbli jirriżulta wkoll fil-kulur abjad ileqq tipiku tal-Aglio Bianco Polesano.

Minbarra dan, l-aroma distintiva tat-tewm hija influwenzata sew mill-fatturi ambjentali, safejn il-komponenti aromatiċi jirriflettu l-livelli u l-attività tal-enżimi involuti fil-biosintesi tagħhom u dawn, min-naħa tagħhom, huma influwenzati mill-qagħda fiżjoloġika tal-pjanta, u l-kundizzjonijiet pedoloġiċi u klimatiċi u l-proċessi tradizzjonali tal-ħżin u tal-ipproċessar.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Aglio Bianco Polesano” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 262 tal-10 ta’ Novembru 2005.

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq:

il link li ġej www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento= Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti% 20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jikkonsulta direttament il-paġna tas-sit tal-Ministeru (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE (Reg CE 510/2006)”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

2009/C 104/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li wieħed joġġezzjona għal applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu ghand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT WAĦDIENI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“WIŚNIA NADWIŚLANKA”

NRU TAL-KE: PL-PDO-0005-0586-04.01.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   L-isem

“Wiśnia nadwiślanka”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott [kif imsemmi fl-Anness II]

Il-kategorija

1.6 Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem li jinsab fil-punt 1

Il-frott tas-siġar taċ-ċirasa tat-tip sokówka li minnhom joħorġu r-rimjiet biss jista' jinbiegħ taħt l-isem protett ta’ “wiśnia nadwiślanka”.

Din id-denominazzjoni protetta tal-oriġini għandha x’taqsam mal-frott li tipproduċi s-siġra taċ-ċirasa tat-tip “wiśnia nadwiślanka”, li titkabbar kemm biex tintuża fl-industrija tal-ipproċessar kif ukoll, għall-konsum dirett minħabba t-togħma tajba ferm tagħha. Il-“wiśnia nadwiślanka” hija waħda mit-tipi ta’ siġar taċ-ċirasa li jipproduċu ċ-ċirasa għall-meraq u li minnhom joħorġu r-rimjiet, tat-tip sokówka, li jikbru fil-Polonja u li saru komuni tul ix-xmara Vistula (Wisla bil-Pollakk), b’hekk ħareġ dan l-isem (li jfisser “ċirasa minn tul ix-xmara Vistula”). Bil-Latin m’hemm l-ebda isem ekwivalenti għaliha. Din is-siġra taċ-ċirasa tnisslet b’mod selettiv mir-razza ta' ċirasa Ewropea li ma titwalx, li timmultiplika b’mod veġetattiv permezz ta’ rimjiet li jinqatgħu mill-għeruq. Hija magħrufa wkoll bħala ċ-ċirasa tal-isteppa (Prunus Fruticosa Pall.), u tagħmel parti mis-subġeneru taċ-ċirasa msejjaħ Cerasus (Mill.) li jagħmel parti mill-ġeneru tal-għajnbaqra msejjaħ Prunus L., u li jagħmel parti mis-subfamilja tal-Prunoideae li tagħmel parti mill-familja tar-Rosaceae Juss..

Xhieda tal-fatt li ċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” aktarx hija ġejja mill-Prunus fruticosa Pall. joħroġ ċar mill-metodu ta’ multiplikazzjoni tagħha, mid-daqs tal-frotta, mill-intensità tal-kulur u mill-fatt li, fiż-żona tat-tkabbir, kampjuni tal-Prunus fruticosa Pall. fil-forma primittiva tagħha issa għadhom jinstabu biss fi ftit żoni naturali.

Il-frott tal-“wiśnia nadwiślanka” huma relattivament iżgħar mill-varjetajiet ta' ċirasa kkultivati li ġejjin mill-Prunus avium L., mill-Prunus cerasus L jew minn siġar imnisslin minnhom.

It-terminu “sokówka” jfisser li l-frotta hija wżata primarjament biex isir il-meraq (“sok” bil-Pollakk), il-laħma taċ-ċirasa għandha kulur qawwi; l-għadma hija skura u l-kulur tagħha jixbah lil dak tal-laħma. It-terminu “odroślowa” jirreferi għall-fatt li, ħames snin minn meta jinżergħu, mis-siġar taċ-ċirasa ta’ dan it-tip jikbru rimjiet li jinqatgħu mill-għeruq li jintużaw sabiex jiġu mmultiplikati siġar oħrajn.

Il-frott għandu kulur qawwi, li jvarja minn aħmar skur għal aħmar fil-vjola, li jkun l-istess fuq il-qoxra kollha tal-frotta. Il-frotta hija tonda u kemm kemm oblata. L-età tas-siġar tiddetermina l-proporzjon tal-piż tal-għadma tal-frotta mal-frotta stess, li jvarja bejn 9.4 % u 11.3 %. Id-dijametru tal-frotta huwa ta’ bejn 12 u 20 mm u l-piż tagħha huwa ta’ bejn 1.6 u 3.3 g, skont l-età tas-siġra u l-lokalità fejn tinsab. L-għoti ta’ fertilizzant likwidu supplimentari direttament fil-weraq u l-kundizzjonijiet tajbin tat-temp jistgħu jipproduċu frott ikbar, b'dijametru ta’ 25 mm u li jiżnu sa 4 g. Il-laħma tal-frotta hija ta' kulur aħmar skur u li huwa l-istess mal-frotta kollha. Il-kulur qawwi jibqa’ hemm saħansitra anke wara l-ipproċessar. Il-frotta tfuħ, u t-togħma u r-riħa tagħha huma tipiċi taċ-ċirasa, b’togħma qawwija ħafna u kemm kemm qarsa.

Irrelevanti mill-użu intenzjonat tagħhom, iċ-ċirasa tat-tip “wiśnia nadwiślanka” għandha tkun b’saħħitha, bla sinjali ta’ tħassir u mingħajr sustanzi barranin viżibbli, ma għandhiex ikollha parassiti jew xi ħsara kkawżata mill-parassiti, u ma għandux ikollha umdità mhux naturali fuq barra u rwejjaħ jew togħmiet strambi.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” li titkabbar bil-ħsieb li tiġi pproċessata għandha tinqata’ mingħajr iz-zkuk, meta l-qoxra tal-frotta tkun ħadet il-kulur rikk tagħha. Iċ-ċirasa jista’ jkollha diversi qisien u jista' jkun li tkun tidher imħassra minħabba li tkun ġiet esposta għal ħafna xemx jew minħabba s-silġ, jekk kemm-il darba jinżammu l-karatteristiċi tal-“wiśnia nadwiślanka”.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” li titkabbar bil-ħsieb li tiġi kkunsmata b’mod dirett għandha tinqata’ bl-idejn. Il-frotta ma għandux ikollha ħsara u għandu jkollha dehra friska.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   L-ikel (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Il-passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-passi kollha tal-produzzjoni għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata. Il-ġonna fejn jinżergħu dawn is-siġar għandhom ikunu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, fuq ħamrija bil-ġir jew ħamrija bil-ġir u t-tafal. Il-materjal għat-tħawwil jinkiseb mir-rimjiet li jinqatgħu mill-għeruq minn ġonna produttivi li għandhom għall-anqas ħames snin, u li jinsabu fiż-żona ġeografika msemmija. L-ispazju għat-tħawwil ma għandux ikun iżgħar minn 4 m b’2 m, li jiġi żona ta' 8 m2 għal kull siġra. Il-fertilizzant għandu jintuża skont ir-regoli standard għall-użu tal-fertilizzanti fuq il-pjanti tal-frott.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” li titkabbar bil-ħsieb li tiġi kkunsmata b’mod dirett għandha tinqata’ bl-idejn. Fil-ħsad ta’ Lulju l-frotta tinqata’ biz-zokk b’kollox, filwaqt li fil-ħsad li jsir iktar tard matul is-sena, tista’ tinqata' mingħajr iz-zokk.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” li tasal f’impjant tal-ipproċessar fi żmien 24 siegħa ma għandhiex bżonn titkessaħ. Jekk din tinżamm għal iktar żmien, għandha titkessaħ b'mod adegwat.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” tiġi ppakkjata f'kaxxi xierqa direttament fil-post fejn tinqata’. Dan id-dmir inbeda sabiex tkun żgurata kwalità xierqa tal-prodott u sabiex tkun tista’ tiġi ssorveljata u kkontrollata l-oriġini. Iċ-ċirasa li titkabbar bil-ħsieb li tiġi kkunsmata b’mod dirett tiġi ppakkjata f’kaxxi ta’ bejn 0.5 u 5 kg.

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” li titkabbar bil-ħsieb li tiġi pproċessata tiġi ppakkjata f’kaxxi bil-kannizzati b’piż nett li ma jaqbiżx it-13-il kg jewinkella f'kaxxi tal-palit magħluqin minn taħt li jkollhom piż xieraq.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għall-ittikkettjar

L-ebda regola.

4.   It-tifsira fil-qosor taż-żona ġeografika

Iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” titkabbar f’żona ġeografika li tinkludi:

il-muniċipalitajiet ta’ Lipsko, Sienno u Solec nad Wisłą fid-Distrett ta’ Lipsko, fil-provinċja ta’ Mazowieckie,

il-muniċipalitajiet ta’ Ożarów u Tarłów fid-Distrett ta’ Opatów, fil-provinċja ta’ Świętokrzyskie,

il-muniċipalità ta’ Annopol fid-Distrett ta’ Kraśnik, fil-provinċja ta’ Lubelskie.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona li fiha titkabbar iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” tinsab max-xtut tax-xmara Vistula u hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet ambjentali li jaqblu magħha u b’saff taħt bil-ġir jew bil-ġir u tafli. Il-ħamrija tal-wiċċ ġeneralment ma tkunx fonda iktar minn 0.5 m, u taħtha jkun hemm blat iebes tal-franka. Il-kundizzjonijiet tal-klima fiż-żona deskritta huma influwenzati wkoll mill-lokalità tagħha tul l-ikbar xmara fil-Polonja, il-Vistula, li fejnha hemm mikroklima partikolari fil-viċinanzi immedjati. Fiż-żona fejn tikber iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka”, hemm it-tendenza li jkun hemm kesħa kbira waqt il-perjodu meta s-siġar ikunu qegħdin joħorġu n-nwar, u dan iwassal għal varjabbiltà f’dak li għandu x'jaqsam mal-formazzjoni tal-frott matul is-snin, imma l-effett ta’ dan jitnaqqas minħabba s-sħana li tarmi l-Vistula. B’riżultat ta’ dan, iċ-ċirasa tista' tiġi kkultivata b’livell għoli ta’ affidabbiltà f’din iż-żona ġeografika.

Il-ħamrija taż-żona fejn tikber din iċ-ċirasa hija fil-biċċa l-kbira tagħha newtrali jew alkalina, u l-“wiśnia nadwiślanka” tidher li tiflaħ sew għall-pH ogħla minn 7.0, għall-kuntrarju tal-varjetajiet ikkultivati li l-aqwa valuri ta’ pH għalihom huma ta’ bejn 6.7 u 7.1. Il-valur għoli ta’ pH f’din il-ħamrija ġej mill-kontenut għoli tagħhom ta' kalċju (iktar minn 1 000 mg/l).

Aspett importanti tal-ispeċifiċità taż-żona huwa l-għarfien u l-ħila tal-produtturi lokali, li tgħallmu kif jikkultivaw ċirasa li hija tipika għal din iż-żona u kif jadattaw il-metodi ta’ kultivazzjoni għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li huma predominanti. Dan huwa rifless fuq kollox fl-għażla t-tajba ta’ densità tat-tħawwil u tal-metodu ta’ kif jitneħħew ir-rimjiet skont it-tip ta’ ħamrija li din is-siġra taċ-ċirasa tkun imħawla fih, u fit-tneħħija tar-rimjiet li jinqatgħu mill-għeruq mill-ħames sena ta' kultivazzjoni ’l quddiem. F’każ li dawn ir-rimjiet ma jinqatgħux, is-siġar ma jinżabrux, il-kundizzjonijiet fitosanitarji tal-għelejjel u tad-daqs tal-frott imorru lura, u jkun hemm tnaqqis fir-rendiment. Fir-rigward tar-reżistenza iktar qawwija taċ-ċirasa “wiśna nadwiślanka” kontra l-mard, huwa importanti wkoll li jintgħażlu l-miżuri x-xierqa għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan għandu x’jaqsam, b’mod partikolari, mal-miżuri għall-kontroll tal-marda taċ-ċirasa kkaġunata mid-dubbien (Rhagoletis cerasi); meta jkun hemm rebbiegħa sħuna flimkien ma’ tinwir bikri ta’ din it-tip ta’ siġra taċ-ċirasa, dan jista’ jwassal għal attakki mid-dbieben il-kbar taċ-ċirasa li ġieli ma jkunux irreġistrati fil-każ ta’ varjetajiet kkultivati taċ-ċirasa.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-fatturi tipiċi tal-“wiśnia nadwiślanka” huma li ġejjin:

daqs tal-frott li huwa ferm iżgħar minn dak tal-frott tal-varjetajiet ikkultivati;

meraq ta’ kulur qawwi ħafna;

kontenut li fih ħafna antoċjanin; ta’ iktar minn 115-il mg/100 g (bl-użu tal-metodu HPLC)

indiċi rifrattometriku għoli minn 16 sa 23oBx,

kontenut għoli ta’ zokkor: iktar minn 13 %;

ħafna aċidità (il-kontenut ta’ aċidu organiku) ta’ mill-anqas 1.4 % espress f’aċidu tat-tuffieħ, f’każ ta’ pH ta’ 8.1.

L-antoċjanin li fiha ċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka” huwa tal-anqas 20 % ogħla minn dak li fiha ċ-ċirasa Łutówka, l-iktar varjetà ta’ ċirasa kkultivata popolari fil-Polonja u li hija magħrufa bħala l-iktar waħda adattata għall-ipproċessar; u d-differenza tista’ tlaħħaq il-100 %. Kemm tkun kbira d-differenza u l-kontenut attwali f'termini assoluti jiddependu mill-kundizzjonijiet tal-atmosfera f'sena partikolari u mil-lokalità.

Fattur speċifiku ieħor tal-“wiśnia nadwiślanka” huwa li, wara li jitneħħa z-zokk (l-iktar fl-ewwel ġimgħat tal-ħsad), ftit meraq jispiċċa jċarċar għal ġol-ispazju minn fejn joħroġ iz-zokk u jrabbi bħal ġèli, li jevita li jkun hemm ċarċir ieħor tal-meraq u b’hekk itawwal il-ħajja tal-frotta meta mqabbla mal-varjetajiet li huma kkultivati b'mod speċjali.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Is-siġar taċ-ċirasa tat-tip sokówka li minnhom joħorġu r-rimjiet oriġinarjament kienu jitkabbru fiż-żona ta’ madwar Słupia Nadbrzeżna. Maż-żmien, infirxu mal-partijiet kollha matul il-Vistula fejn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk tal-klima huma l-istess. Minħabba li din tikber f’din iż-żona deskritta tul il-Vistula, iċ-ċirasa li ġejja minn dan is-siġar taċ-ċirasa tal-post tat-tip sokówka li minnhom joħorġu r-rimjiet jissejjaħ “wiśnia nadwiślanka”.

Meta jitkabbru fil-ħamrija alkalina li jkollha kontent ogħla tal-kalċju, is-siġar ma jgħixux wisq (bejn 20 u 25 sena) u l-frott ikun iżgħar, ifuħ iktar u b’kulur iktar qawwi. F’ħamrija taflija, fejn il-franka tkun iktar fil-fond, wieħed jista' jsib siġar li għandhom iktar minn 50 sena u li jkollhom frott ikbar, u li ma jfuħx daqshekk. Il-preżenza tal-kalċju fis-saff tal-ħamrija ta’ taħt twassal għal iktar kondensazzjoni tal-meraq, kif indikat mill-estratt relattivament għoli u mill-kontenut tal-pigment, u l-frotta għandha togħma eċċellenti u hija mfittxa ħafna mill-industrija tal-ipproċessar. Dawn il-karatteristiċi ma jistgħux jinkisbu jekk il-ħamrija jkollha valur ta' pH li jkun taħt il-livell newtrali u jekk ikollha kontenut baxx tal-kalċju.

Jekk ikun ittrasferit għal żoni ġeografiċi oħra, is-siġar taċ-ċirasa lokali tat-tip sokówka li minnhom joħorġu r-rimjiet ġeneralment jikbru sew imma jkollhom problemi konsiderevoli f’dak li għandu x’jaqsam mal-formazzjoni tal-frott. Dan jiġri minħabba l-perjodu relattivament bikri tat-tinwir u b’hekk il-ħsara kkawżata mit-temp kiesaħ tar-rebbiegħa, li ma jippermettux lis-siġar jagħtu rendimenti sodisfaċenti. Il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi li jvarjaw minn dawk li hemm fiż-żona ġeografika ddefinita jwasslu għal frott ikbar li jkollu kontenut ogħla ta’ ilma u jkollu inqas estratt.

L-effett tal-ħamrija tal-post flimkien mal-qrubija tax-xmara mhux biss jinfluwenza t-tkabbir u t-twarrid imma jirriżulta wkoll f'livell għoli ta’ formazzjoni tal-frott u fi frott tal-ogħla kwalità li għandu l-karatteristiċi speċifiċi elenkati fil-punt 5.2. Il-kwalità hija marbuta mill-qrib u għal kollox ma’ fejn jinsabu l-ġonna u mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li hemm fil-post. Il-varjetajiet l-oħra kollha taċ-ċirasa ma tantx jikbru tajjeb u ma tantx jagħtu frott fil-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li hemm fiż-żona deskritta.

Apparti l-ambjent speċifiku li fih tikber iċ-ċirasa “wiśnia nadwiślanka”, l-kwalità aħħarija tal-prodott tiddependi ħafna mill-ħiliet eċċezzjonali tal-produtturi tal-post kif deskritt fil-punt 5.1.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

L-Artikolu 5(7) tar-Regolamet (KE) Nru 510/2006

http://www.bip.minrol.gov.pl/strona/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId=0


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.