ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.099.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
30 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 099/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5478 – IPIC Fund/Oaktree Funds/Chesapeake) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 099/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2009/C 099/03

Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1.5.2009(Ippublikat skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 794/2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 099/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

4

2009/C 099/05

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20)

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

2009/C 099/06

Il-kunsill tal-unjoni ewropea u l-kummissjoni ewropea kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta' kompetizzjoni – Ref. CONS-COMM/AD/433 – Kap ta' unità (AD 12) fil-qasam tad-traduzzjoni bl-Irlandiż bħala l-lingwa prinċipali

8

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

Qorti tal-EFTA

2009/C 099/07

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta' Ottubru 2008 Fil-Kawża E-2/08 L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Direttiva 2004/26/KE li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq)

9

2009/C 099/08

Azzjoni mressqa fl-1 ta' April 2009 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat ta' Liechtenstein – (Kawża E-3/09)

10

2009/C 099/09

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta' Ottubru 2008 Fil-Kawża E-3/08 L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda Nuqqas mill-Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar it-deterġenti)

11

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 099/10

Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata – (Każ COMP/M.5454 – DSV/vesterhavet/DFDS) ( 1 )

12

2009/C 099/11

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

13

2009/C 099/12

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

14

2009/C 099/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5478 – IPIC Fund/Oaktree Funds/Chesapeake)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 99/01

Fl-1 ta’ April 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5478. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ April 2009

2009/C 99/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3266

JPY

Yen Ġappuniż

128,53

DKK

Krona Daniża

7,4483

GBP

Lira Sterlina

0,89875

SEK

Krona Żvediża

10,7597

CHF

Frank Żvizzeru

1,5064

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,690

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

289,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,4140

RON

Leu Rumen

4,1883

TRY

Lira Turka

2,1182

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8434

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5942

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2816

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3233

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9708

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 771,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3115

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0547

HRK

Kuna Kroata

7,4225

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 333,91

MYR

Ringgit Malażjan

4,7592

PHP

Peso Filippin

64,713

RUB

Rouble Russu

43,9300

THB

Baht Tajlandiż

46,915

BRL

Real Brażiljan

2,8973

MXN

Peso Messikan

18,1459

INR

Rupi Indjan

66,3760


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/3


Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1.5.2009

(Ippublikat skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 794/2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2009/C 99/03

Rati bażi kkalkulati skond il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' riferenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skond l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.5.2009

...

2,22

2,22

7,63

2,22

2,96

2,22

4,57

7,34

2,22

2,22

2,22

2,22

10,01

2,22

2,22

9,53

2,22

13,20

2,22

2,22

5,62

2,22

17,29

1,81

2,22

2,74

2,84

1.4.2009

30.4.2009

2,74

2,74

7,63

2,74

2,96

2,74

4,57

7,34

2,74

2,74

2,74

2,74

10,01

2,74

2,74

9,53

2,74

13,20

2,74

2,74

5,62

2,74

17,29

2,30

2,74

2,74

2,84

1.3.2009

31.3.2009

3,47

3,47

7,63

3,47

3,74

3,47

6,00

7,34

3,47

3,47

3,47

3,47

10,01

3,47

3,47

9,53

3,47

13,20

3,47

3,47

6,78

3,47

17,29

3,31

3,47

3,47

3,58

1.2.2009

28.2.2009

4,99

4,99

7,63

4,99

4,53

4,99

6,00

7,34

4,99

4,99

4,99

4,99

10,01

4,99

4,99

7,81

4,99

13,20

4,99

4,99

6,78

4,99

17,29

4,31

4,99

4,99

4,81

1.1.2009

31.1.2009

4,99

4,99

7,63

4,99

4,53

4,99

6,00

7,34

4,99

4,99

4,99

4,99

10,01

4,99

4,99

7,81

4,99

11,05

4,99

4,99

6,78

4,99

17,29

5,18

4,99

4,99

5,70

1.12.2008

31.12.2008

5,36

5,36

6,70

5,36

4,20

5,36

5,55

6,43

5,36

5,36

5,36

5,36

8,58

5,36

5,36

7,10

5,36

9,44

5,36

5,36

6,42

5,36

15,87

5,49

5,36

5,00

5,66

1.11.2008

30.11.2008

5,36

5,36

6,70

5,36

4,20

5,36

5,55

6,43

5,36

5,36

5,36

5,36

8,58

5,36

5,36

6,10

5,36

9,44

5,36

5,36

6,42

5,36

11,02

5,49

5,36

5,00

5,66

1.10.2008

31.10.2008

5,36

5,36

6,70

5,36

4,20

5,36

5,55

6,43

5,36

5,36

5,36

5,36

8,58

5,36

5,36

6,10

5,36

9,44

5,36

5,36

6,42

5,36

11,02

5,49

5,36

4,34

5,66

1.9.2008

30.9.2008

4,59

4,59

6,70

4,59

4,20

4,59

5,55

6,43

4,59

4,59

4,59

4,59

8,58

4,59

4,59

6,10

4,59

9,44

4,59

4,59

6,42

4,59

11,02

5,49

4,59

4,34

5,66

1.7.2008

31.8.2008

4,59

4,59

6,70

4,59

4,20

4,59

4,81

6,43

4,59

4,59

4,59

4,59

8,58

4,59

4,59

6,10

4,59

9,44

4,59

4,59

6,42

4,59

11,02

4,75

4,59

4,34

5,66


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2009/C 99/04

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

(Nota 1)

CEN

EN 71-1:2005+A8:2009

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 71-1:2005+A6:2008

Nota 2.1

31.10.2009

Avviż: “Fil-każ tal-ġugarelli li għandhom missila bid-diska tal-lastku għall-impatt, il-kondizzjonijiet stipulati fil-klawżola 4.17.1 (b), li skontha t-test tat-tensjoni jsir skond il-klawżola 8.4.2.3, ma jkoprix ir-riskju ta’ fgar ippreżentat minn dawn il-gugarelli” — Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/224/EC tal-4 ta' April 2007 (ĠU L 96, 11.4.2007, p.18).

CEN

EN 71-2:2006+A1:2007

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

16.9.2008

EN 71-2:2006

Nota 2.1

Data ta'skadenza

(16.9.2008)

CEN

EN 71-3:1994

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta' ċerti elementi

12.10.1995

EN 71-3:1988

Nota 2.1

Data ta'skadenza

(30.6.1995)

EN 71-3:1994/A1:2000

14.9.2001

Nota 3

Data ta'skadenza

(31.10.2000)

EN 71-3:1994/A1:2000/AC:2000

8.8.2002

 

 

EN 71-3:1994/AC:2002

15.3.2003

 

 

CEN

EN 71-4:1990

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta' kimika u attivitajiet relatati

9.2.1991

 

 

EN 71-4:1990/A1:1998

5.9.1998

Nota 3

Data ta'skadenza

(31.10.1998)

EN 71-4:1990/A2:2003

9.12.2003

Nota 3

Data ta'skadenza

(31.1.2004)

EN 71-4:1990/A3:2007

4.10.2007

Nota 3

Data ta'skadenza

(30.11.2007)

CEN

EN 71-5:1993

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 5: Ġugarelli ta' natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti

1.9.1993

 

 

EN 71-5:1993/A1:2006

31.5.2006

Nota 3

Data ta'skadenza

(31.7.2006)

CEN

EN 71-6:1994

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 6: Simboli grafiċi għal tikketti li jwissu dwar l-età

22.6.1995

 

 

CEN

EN 71-7:2002

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba' - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

15.3.2003

 

 

CEN

EN 71-8:2003

Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 8: Bandli, żrieraq u logħob għal attivitajiet simili biex jintużaw mill-familja fid-dar jew fil-beraħ

09.12.2003

 

 

EN 71-8:2003/A1:2006

26.10.2006

Nota 3

Data ta'skadenza

(30.11.2006)

Cenelec

EN 62115:2005

Ġugarelli elettriċi — Sigurtà

IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004

8.3.2006

EN 50088:1996 + A1:1996 + A2:1997 + A3:2002

Nota 2.1

Data ta'skadenza

(1.1.2008)

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżuzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista. [din in-nota trid tiġi inkluża biss fil-każ ta’ lista konsolidata]

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel.+32 2 5500811; fax +32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel.+32 2 5196871; fax +32 2 5196919 (http://www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel.+33 492 944200; fax +33 493 654716, (http://www.etsi.eu)


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/7


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20)

2009/C 99/05

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmiija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen.

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

FRANZA

Emenda għall-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009

Fruntieri tal-ajru

Post ġdid ta' qsim il-fruntiera:

Albert-Bray


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/8


IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA KOMPETIZZJONI ĠENERALI

Avviż ta' kompetizzjoni

Ref. CONS-COMM/AD/433

Kap ta' unità (AD 12) fil-qasam tad-traduzzjoni bl-Irlandiż bħala l-lingwa prinċipali

2009/C 99/06

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea qegħdin jorganizzaw kompetizzjoni ġenerali abbażi tal-kwalifiki u ta' testijiet sabiex issir lista ta' riżerva għal Kap ta' Unità (AD 12) fil-qasam tat-traduzzjoni bl-Irlandiż bħala l-lingwa prinċipali.

Il-profil jeħtieġ tnax-il sena esperjenza professjonali li minnhom mill-inqas tliet snin ikunu, b'mod partikolari, esperjenza fl-amministrazzjoni.

Dan l-avviż ta' post battal huwa ppubblikat bl-Ingliż u bl-Irlandiż biss. It-test sħiħ, biż-żewġ lingwi, jidher fil-Ġurnal Uffiċjali C 99 A tat-30 ta’ April 2009.

Huwa possibbli wkoll li wieħed jikkonsulta l-avviż ta' post battal fuq il-websajt tal-Kunsill:

http:/www.consilium.europa.eu/contacts/job offers

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-3 Ġunju 2009, bit-timbru tal-posta li jitqies bħala prova.


PROĊEDURI TAL-QORTI

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Qorti tal-EFTA

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/9


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta' Ottubru 2008

Fil-Kawża E-2/08

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Direttiva 2004/26/KE li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq)

2009/C 99/07

Fil-kawża E-2/08, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA vs L-Iżlanda – RIKORS għal – RIKORS għal dikjarazzjoni li, billi naqset li tadotta, jew tinnotifika l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitlu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tagħha, fit-terminu preskritt, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont Artikolu 3 ta' dak l-Att u l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti magħmula minn: Carl Baudenbacher, President, Henrik Bull, Imħallef-Relatur, u Thorgeir Örlygsson, Imħallef, tat sentenza fl-29 ta’ Ottubru 2008, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:

(1)

Tiddikjara li, billi naqset li tadotta, fit-terminu preskritt, il-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fit-terminu preskritt, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 ta’ dak l-Att u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Tordna lir-Repubblika tal-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/10


Azzjoni mressqa fl-1 ta' April 2009 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat ta' Liechtenstein

(Kawża E-3/09)

2009/C 99/08

Azzjoni kontra l-Prinċipat ta' Liechtenstein tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fl-1 ta' April 2009 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Bjørnar Alterskjær u Ólafur Jóhannes Einarsson, li qegħdin jaġixxu ta’ Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, 35, Triq Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Billi naqset li tadotta, jew tavża lill-Awtorità, bil-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att imsemmi, fost l-oħrajn, f'punt 7b tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE), kif adattat għall-Ftehim taż-ZEE minn Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, il-Prinċipat ta' Liechtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 64(1) tal-Att u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE.

kif ukoll

(2)

Tordna lill-Prinċipat ta’ Liechtenstein iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Il-każ preżenti jikkonċerna n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ direttiva dwar ir-riassigurazzjoni.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Prinċipat ta' Liechtenstein ma pprovda l-ebda indikazzjoni li d-direttiva ġiet implimentata fil-liġi ta' Liechtenstein.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Prinċipat ta' Liechtenstein ma kkontestax il-fatt li ma implimentax id-direttiva.


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/11


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta' Ottubru 2008

Fil-Kawża E-3/08

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda

Nuqqas mill-Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar it-deterġenti)

2009/C 99/09

Fil-kawża E-3/08, L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda — rikors għal dikjarazzjoni li, billi naqset milli taddotta l-miżuri neċessarji sabiex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 12u tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri r-Regolament (KE) nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti, kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, parti mis-sistema interna tagħha fit-terminu stipulat, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn: Carl Baudenbacher, President, Henrik Bull, Imħallef-Relatur, u Thorgeir Örlygsson, Imħallef, tat sentenza fl-29 ta’ Ottubru 2008, li d-dispożittiv tagħha hu kif ġej:

1.

Tiddikjara illi, billi naqset milli taddotta, fit-terminu preskritt,il-miżuri neċessarji sabiex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 12u tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti, kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, parti mis-sistema legali intern tagħha, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Tordna lir-Repubblika tal-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/12


Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata

(Każ COMP/M.5454 – DSV/vesterhavet/DFDS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 99/10

1.

Fit-30 Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Vesterhavet A/S (“Vesterhavet” id-Danimarka) u DSV A/S (“DSV” id-Danimarka) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża DFDS A/S (“DFDS”, id-Danimarka) b’mezz ta’ tpartit ta’ ishma.

2.

Din in-notifika ġiet dikjarata bħala mhux kompluta fil-20/02/2009 L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 fil-20 April 2009.

3.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart’ijiem wara d-DATE ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5454 - DSV/vesterhavet/DFDS, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/13


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

2009/C 99/11

B’dan il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal estrazzjoni ta' idrokarburi f'żona fil-provinċja ta’ Friesland, fejn il-linja bejn 3 u 4 tikkoinċidi mal-konfini fuq in-naħa tal-Punent tal-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni ta’ Gorredijk.

Il-koordinati taż-żona kkonċernata huma dawn li ġejjin:

 

X

Y

Punt 1

174 450,00

559 650,00

Punt 2

179 900,00

560 750,00

Punt 3

183 450,00

561 231,79

Punt 4

172 746,50

545 447,70

Punt 5

167 525,00

550 570,00

Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' trijangulazzjoni nazzjonali (Rijksdriehoeksmeting).

Iż-żona li għaliha saret l-applikazzjoni għandha superfiċje ta’ 104.6 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għal ipprospettar ta’ idrokarburi fiż-żona kkonċernata.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van drs.

J.C. De Groot,

directeur Energiemarkt

ALP A/562

Postbus 20101,

2500 Ec Den Haag

NEDERLAND

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jidħlu wara dan il-perjodu.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb minn fuq dan in-numru tat-telefown: +31 70379 738262 (persuna ta’ kuntatt: P.C. de Regt).


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/14


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

2009/C 99/12

B’dan il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ipprospettar ta’ idrokarburi fil-blokk F12 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti [Staatsblad] 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għal ipprospettar ta’ idrokarburi fil-Blokk F12 tal-blata kontinentali tal-Olanda.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van drs.

J.C. De Groot,

Directeur Energiemarkt

ALP A/562

Postbus 20101,

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jidħlu wara dan il-perjodu.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Għal aktar tagħrif tista' ċċempel lis-Sur P.C. de Regt: +31 70379 7382.


30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 99/13

1.

Fit-23 ta' April 2009, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-intrapriża General Electric Company (“GE”, Stati Uniti ta' l-Amerika) u Mubadala Development Company PJSC (“Mubadala”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' negozju bi sħab b'funzjoni sħiħa (“JV”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE), permezz ta' akkwist ta' ishma f'kumpanija ffurmata ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: teknoloġija diversifikata u servizzi;

għal Mubadala: investimenti prinċipali diretti;

għal JV: negozju fil-qasam tas-servizzi finanzjarji globali u l-oriġini, l-akkwist, u l-immaniġġjar ta' assi finanzjarji kummerċjali

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa′ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/ M.5417 – Mubadala/General Electric/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU Ċ 56, 5.3.2005, p 32.