ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.089.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
18 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 089/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 089/02

Sejħa għal proposti għal azzjonijiet fil-qasam tal-eko-innovazzjoni skond il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP, Deċiżjoni 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)

2

2009/C 089/03

Notifika ta' sejħa għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat mill-aġenziji tal-ħlas

3

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 089/04

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

4

2009/C 089/05

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

9

2009/C 089/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

13

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ April 2009

2009/C 89/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3058

JPY

Yen Ġappuniż

129,67

DKK

Krona Daniża

7,4492

GBP

Lira Sterlina

0,88280

SEK

Krona Żvediża

11,0405

CHF

Frank Żvizzeru

1,5218

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7440

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,797

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

293,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,2925

RON

Leu Rumen

4,2149

TRY

Lira Turka

2,1052

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8125

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5815

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1202

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2891

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9603

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 734,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,6983

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9220

HRK

Kuna Kroata

7,3843

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 037,35

MYR

Ringgit Malażjan

4,7224

PHP

Peso Filippin

62,370

RUB

Rouble Russu

43,6835

THB

Baht Tajlandiż

46,317

BRL

Real Brażiljan

2,8366

MXN

Peso Messikan

17,0616

INR

Rupi Indjan

65,1070


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Sejħa għal proposti għal azzjonijiet fil-qasam tal-eko-innovazzjoni skond il-“Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni” (CIP, Deċiżjoni 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)

2009/C 89/02

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) qiegħda tniedi sejħa għal proposti għall-proġetti pilota u ta' replika tas-suq għall-eko-Innovazzjoni tas-CIP. Is-sejħa tagħlaq fil-10 ta' Settembru 2009.

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u gwida għall-proponenti dwar kif għandhom iressqu l-proġetti hija disponibbli billi tikkonsulta:

http://ec.europa.eu/environment/etap/ecoinnovation/call_en.htm

Tista' tagħmel kuntatt mas-servizz ta' helpdesk fuq:

http://ec.europa.eu/environment/etap/ecoinnovation/contact_en.htm


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Notifika ta' sejħa għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat mill-aġenziji tal-ħlas

2009/C 89/03

1.

As permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 310/2009 (1). Id-dispożizzjonijiet li japplikaw qegħdin stipulati fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 (2).

2.

It-tfigħ tal-offerti għall-ewwel sejħa ta’ offerti individwali jista’ jsir sal-21 ta’ April 2009

3.

L-offerti għandhom jintefgħu għand l-aġenziji tal-ħlas. L-indirizzi tal-aġenziji tal-ħlas huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/lait/library?l=/&vm=detailed&sb=Title).


(1)  ĠU L 97, 16.4.2009, p. 13.

(2)  ĠU L 192, 7.2.2001, p. 100.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 89/04

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ghal oġġezzjoni ghall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“TRUSKAWKA KASZUBSKA” jew “KASZËBSKÔ MALËNA”

Nru tal-KE: PL-PGI-0005-0593-19.03.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Denominazzjoni

“Truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna”

Id-denominazzjoni “truskawka kaszubska” l-aktar li tintuża huwa fi transazzjonijiet kummerċjali ta’ dan il-prodott, speċjalment bejn il-Kaxubjani u persuni ta’ oriġini differenti. Din id-denominazzjoni tintuża meta l-prodott jiġi esportat lejn swieq barranin jew mibjugħ f’reġjuni tal-Polonja għajr il-Kaxubja. Id-denominazzjoni l-oħra li tintuża hija “kaszëbskô malëna”. Din id-denominazzjoni l-iktar li tintuża meta wieħed jitkellem b'mod każwali. Id-denominazzjoni ġejja mil-lingwa Kaxubjana, għalhekk tintuża l-iktar mill-abitanti tar-reġjun, jiġifieri l-Kaxubjani. Dawn id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw waħda flok l-oħra.

2.   L-istat membru jew pajjiż terż

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

Tip ta’ prodott (skont l-Anness II)

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski jew proċessati

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih tapplika d-denomazzjoni f’(1)

Il-varjetajiet ta’ frawli li ġejjin bil-karatteristiki sensorji ta’ hawn taħt biss jistgħu jinbiegħu bħala “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna”:

Frott intenzjonat għall-konsum dirett (deżerta)

1.   Elsanta

1.1.

Id-dehra u l-forma: frott b’dijametru għall-inqas ta’ 18-il mm, li jvarja minn tond u ġej għal ponta, għal koniku bħala forma, sħiħ, mhux imkagħbar, biz-zokk.

1.2.

Il-qoxra hija ta’ kulur aħmar ċar, tleqq, u pjuttost kollha l-istess kulur; il-laħma tvarja minn roża ċar għal aħmar ċar bħala kulur, pjuttost l-istess meta tinqasam trażversalment.

1.3.

Il-konsistenza: il-laħma hija soda u mmerqa sew.

1.4.

It-togħma u r-riħa: ħelwa, aromatika, bilanċjata, tixbah lill-frawli tal-foresti

2.   Honeoye

2.1

Id-dehra u l-forma: frott b’dijametru għall-inqas ta’ 18-il mm, koniku u tond, ġej għal ponta bħala forma, li jidjieq fil-buttun biex jifforma għonq, sħiħ, mhux imkagħbar, biz-zokk.

2.2.

Il-kulur: ivarja minn aħmar qawwi għal aħmar skur, il-wiċċ kollu huwa tal-istess kulur, u jleqq ħafna. Il-laħma hija pjuttost ta’ kulur aħmar ċar kollha kemm hi.

2.3.

Il-konsistenza: il-laħma hija mmerrqa u soda ħafna.

2.4.

It-togħma u r-riħa: ħelwa, aromatika, bilanċjata, tixbah lill-frawli tal-foresti

Biex il-frawli tal-varjetajiet Elsanta u Honeoye jissejħu “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna”, jeħtieġ li jkunu ġew ikklassifikati bħala “Extra” jew “Klassi I”. Biex il-frawli jissejjaħ “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna”, jeħtieġ li jkollu dawn il-karatteristiki:

irid ikun ta’ kulur aħmar qawwi, b’tal-anqas 80 % kulur;

irid ikun ta’ sura uniformi, mingħajr ebda irregolarità;

irid ikun sod meta tmissu u mingħajr traċċi ta’ tħassir jew sinjali ta’ mard.

Frott intenzjonat għall-ipproċessar

3.   Senga Sengana

3.1.

Id-dehra u l-forma: frott ta’ daqsijiet differenti, wiesa’ u ġej għal ponta bil-parti ta’ fuq ċatta, forma ta’ qalb, forma ta’ qalb u tond, u tond sferikali, sħiħ u mhux imkagħbar, biz-zokk jew mingħajru.

3.2.

Il-kulur: ivarja minn aħmar qawwi għal aħmar skur, il-wiċċ kollu tal-istess kulur. Il-laħma hija pjuttost ta’ kulur aħmar qawwi kollha kemm hi.

3.3.

Il-konsistenza: il-laħma hija soda, immerqa jew immerqa ħafna, u kemxejn iebsa

3.4.

It-togħma u r-riħa: ħelwa, aromatika, bilanċjata, tixbah lill-frawli tal-foresti

3.2.   Materja prima (għal prodotti proċessati biss)

3.3.   Għalf (għal prodotti ta’ oriġini tal-annimali biss)

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata

L-istadji kollha tal-produzzjoni “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika speċifikata f’(4). Il-qatgħat tal-art destinati għal kultivazzjoni għandu jkollhom ħamrija fqira ta’ klassi IV, V jew VI. Il-frott jinġabar bl-idejn meta jsir, ikun kiber sew, f’saħħtu, frisk, sod, sħiħ, mhux imkagħbar, mhux mgħaffeġ jew umdu, nadif u mingħajr tinwir u residwi ta’ prodotti għal ħarsien ta’ pjanti. Il-frawli jrid jitħawwel f’ringiela, kull 20-35 ċm. Id-distanza bejn ir-ringieli għandha tkun 70-100 ċm. Jekk jintuża d-demel, id-doża ma tistax taqbeż it-30 tunnellata għal kull ettaru. Mhumiex permessi tekniki tal-kultivazzjoni, b’mod partikolari l-fertilizzazzjoni intensiva, immirati lejn ħsad ta’ aktar minn 25 tunnellata ta’ frawli għal kull ettaru.

3.5.   Regoli speċifiċi rigward it-tfellil, il-ħakk, u l-ippakkjar, eċċ.

Il-frawli jridu jitpoġġew f’saffi ta’ mhux aktar minn 10 ċm fond.

3.6.   Regoli speċifiċi għall-ittikkettjar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

“Truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” tiġi prodotta fid-distretti ta' Kartuski, Kościerski u Bytowski, kif ukoll fil-muniċipalitajiet ta’ Przywidz, Wejherowo, Luzino, Szemud, Linia, Łęczyce u Cewice.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Kundizzjonijiet ambjentali li huma omoġenei fiż-żona tal-produzzjoni għal “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” speċifikati f’(4). Iż-żona relatata, ġeografikament, tissejjaħ id-Distrett Kaxubjan tal-Lagi (Pojezierzem Kaszubskim) u, skont l-istorja tissejjaħ il-Kaxubja (Kaszubami).

L-ambjent naturali fid-Distrett Kaxubjan tal-Lagi huwa differenti minn dak taż-żoni qrib bħala klima, għoli u pendil tal-art u tip ta' ħamrija.

Id-Distrett Kaxubjan tal-Lagi huwa kkaratterizzat bi klima ftit aktar kiesħa miż-żoni ta’ madwaru. Dan huwa minħabba l-altitudnijiet għoljin ta’ bejn 180 u 300 metru mil-livell tal-baħar. L-influssi ta’ sikwit minn mases ta’ arja polari kontinentali mil-Lvant jikkontribwixxu wkoll għal kesħa tal-klima. Meta mqabbla mal-klima ta’ mal-kosta, hawnhekk id-differenzi staġjonali fit-temperatura huma sostanzjali. Ix-xita, 700 mm fis-sena, hija xi ftit ogħla mill-medja nazzjonali, bi rjieħ prevalenti mill-Punent. Hawnhekk, l-istaġun tat-tkabbir, li jvarja bejn 180 u 200 jum, huwa wieħed mill-iqsar fil-Polonja.

Il-ħamrija fiż-żona relatata għandha minerali li jgħaddu mill-wiċċ għas-saff ta’ taħt, u tinstab fuq ramel, ġebel żgħir u lom. Din hija ħamrija ta’ klassi IV, V u VI, jiġifieri t-tipi ta’ ħamrija l-inqas fertili. Hemm ukoll, b’anqas okkorrenza, ħamrija kannella li tinstab fuq ġebel żgħir u tafal, u din hija aktar fertili minn ta’ qabel. Art li tintgħażel għal kultivazzjoni ta’ sikwit ikollha bejn 5.0 u 6.0 pH. Id-Distrett Kaxubjan tal-Lagi għandu l-għoli u l-pendil tal-art varjat b’riżultat tal-glaċjazzjoni matul l-epoka tas-silġ, bil-karatteristika ta’ ħafna lagi b’għadajjar u kanali. Iż-żona ta’ produzzjoni għal “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” tkopri 32 muniċipalità, u sa 21 minnhom jinstabu f’żoni aktar żvantaġġati f’żona b’altitudni baxxa II, u 10 huma f’żona b’altitudni baxxa I.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-frawli ġejja partikolarment mit-togħma u r-riħa tiegħu li huma qawwija ħafna, eċċezz - jonali u kargi. Barra minn hekk, il-frawli “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” għandhom karatterestika ta’ togħma aktar ħelwa minn frott minn reġjuni oħrajn.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew karatteristiki tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, il-fama jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP).

Il-karatteristiki speċifiċi tal-kwalità spjegati f’(5.2) għal “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” huma riżultat tal-fatturi speċifiċi klimatiċi u relatati mal-ħamrija msemmija f’(5.1).

Il-ħamrija fqira u l-klima kiesħa tad-Distrett Kaxubjan tal-Lagi jikkaġunaw żahar tal-frawli mwaħħar u staġun tat-tkabbir iqsar. L-espożizzjoni għal fatturi naturali, b’mod partikolari l-klima kiesħa, għandha effett pożittiv fuq kif il-frawli jifforma u jsir, waqt li l-ħamrija vera fqira u l-kundizzjonijiet ta’ biedja żvantaġġati mhumiex tajbin għal uċuħ ta’ raba′ oħrajn. Id-differenzi kbar f’altitudni f’dawn iż-żoni jippermettu li l-frawli jitkabbar fuq il-pendil tal-art faċċata tax-xemx, li jiżgura li l-frott isir kif suppost. Dawn il-fatturi u l-ħamrija aktarx aċiduża jiffavorixxu t-tkabbir tal-frawli.

Fl-istorja jingħad li l-kultivazzjoni tal-frawli fil-Kaxubja bdiet fl-għoxrinijiet u t-tletinijiet tas-seklu 20. Il-kwalità għolja u l-popolarità dejjem tiżdied tal-frawli waslu biex l-għelieqi bil-frawli żdiedu matul perjodu ta’ aktar minn nofs seklu, bir-riżultat li saru parti integrali tal-pajsaġġ Kaxubjan. Fis-snin bikrin tal-1970ijiet, ġie deċiż, minħabba l-abbundanza tal-frawli, li jittella′ Festival tal-Ġbir tal-Frawli. Dan huwa avveniment fl-apert li jseħħ kull sena fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju. Il-Festival tal-Ġbir tal-Frawli huwa l-akbar avveniment fir-reġjun, u jattendu għalih għadd kbir ta’ eluf ta' nies, li jiżdied kull sena. Il-fatt li fl-2005 kważi żewġ tunnellati frawli nbiegħu f’ġurnata waħda, huwa xhieda wkoll tal-popolarità ta' dan il-festival.

Il-fama ta’ “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” hija kkonfermata minn bosta artikli u evidenza li juru li l-prodott sar parti mill-kultura u l-identità tal-abitanti tal-Kaxubja. L-istampa lokali tippubblika tagħrif importanti għal produtturi tal-frawli u tikkumenta fit-tul fuq l-isforzi tagħhom biex jingħaqdu u jieħdu pożizzjoni komuni dwar it-“truskawka kaszubska” jew il-“kaszëbskô malëna”, kif ukoll biex jieħdu azzjoni bil-għan li jissalvagwardaw il-kwalità, it-togħma u r-riħa speċifiċi ta’ dawn il-frawli.

Il-miżuri li jieħdu x-xerrejja (faċilitajiet ta’ ħżin fi friża u mpjanti tal-ipproċessar) jirriflettu wkoll il-fama tajba li tgawdi t-“truskawka kaszubska”, billi jħallu lok għax-xiri tat-“truskawka kaszubska” jew il-“kaszëbskô malëna”, li huma prodott imwaħħar meta mqabbel ma’ frawli ieħor minn reġjuni oħrajn tal-Polonja. Il-fatt li jipprovaw ibiegħu frawli bikri minn reġjuni oħrajn, taħt l-isem “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” wkoll jikkonferma din il-fama tajba.

Ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-konsumaturi jikkonfermaw ukoll il-fama ta' “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” u r-rabta qawwija maż-żona ġeografika speċifikata f’(4). Mhux inqas minn 67 % tat-tweġibiet juru li kienet magħrufa tal-inqas denominazzjoni waħda li b’isimha jinbiegħ il-prodott (“truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna”). Huwa meqjus li t-“Truskawka kaszubska” hija aktar bnina (73 %) u iktar ħelwa 68 %) minn frawli ieħor. Madwar 64 % mit-tweġibiet ikkunsidraw “truskawka kaszubska” jew “kaszëbskô malëna” bħala prodott tipiku tal-Kaxubja. Barra minn hekk, l-abitanti tal-Pomeranja u l-Kaxubja jikkunsidraw il-frawli bħala l-frotta li hija bil-wisq l-iktar tipika tar-reġjun. Kważi terz mill-Kaxubjani jsemmuhom spontajament, u kważi 80 % huma konxji li huma uniċi fir-reġjun.

Referenza għal pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

http://www.minrol.gov.pl/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId=0


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

2009/C 89/05

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“MARRONI DEL MONFENERA”

Nru tal-KE.: IT-PGI-0005-0563-08.11.2006

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Marroni del Monfenera”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott (l-Anness II)

Klassi 1.6.

Frott u ħaxix u ċereali friski u pproċessati

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem ta' (1)

Il-’Marroni del Monfenara’ huma tip ta’ frott frisk li ġej mill-ekotip lokali ta' pjanti tal-ispeċi Castanea sativa Mill. var. sativa.

Meta jitqiegħed fis-suq għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin: il-ġewża ta' ġewwa: waħda kull frotta, x'aktarx tkun lixxa jew kemmxejn imkemmxa; il-laħma: kulur kannella ħafif jagħti fl-isfar lewn it-tiben, konsistenza pastuża/farinaċea b'togħma ħelwa u pjaċevoli; episperma: kulur kannella ħafif jagħti fl-isfar, struttura tal-qoxra fibruża u reżistenti, li tgħaddi kemm kemm ġol-ġewża ta' ġewwa; perikarpu: kulur kannella jixgħel, b'linji iktar skuri li jiżvilippaw lejn il-meridjan, struttura ġludija u reżistenti, superfiċje miksija b'suf irqiq bi fdalijiet stilari miksijin b'suf irqiq; il-punt fejn iż-żerriegħa tingħaqad mal-perikarpu: għamla tendenzjalment ovojdali, kulur iktar ċar mil-perikarpu b'raġġi bejn wieħed u ieħor evidenti li joħorġu miċ-ċentru lejn it-tarf, u li ma jibqax sejjer għal fuq l-uċuh tal-ġnub; il-frotta: għamla ovojdali b'quċċata ftit li xejn ħierġa 'l barra , b'wiċċ tal-ġenb fil-biċċa l-kbira ċatt u l-wiċċ l-ieħor f'għamla nettament konvessa; l-għadd ta' frott kull kg huwa ta' 90 jew anqas. Il-qoxra jkollha mhux iktar minn 3 frottiet.

L-IĠP jista' jinkiseb minn dak il-frott li jagħmel parti mill-kategorija Extra (dijametru tal-frotta iktar minn 3 ċm; mhux iktar minn 4 % fil-piż tal-frotta b'endokarpu milqut mill-insetti; mhux iktar ta' 3 % tal-piż tal-frott jippreżenta xquq fil-perikarpu) u mill-Kategorija I (dijametru tal-frotta bejn it-2.8 u t-3 ċm; mhux iktar minn 6 % tal-piż tal-frotta b'endokarpu milqut mill-insetti; mhux aktar minn 5 % tal-piż tal-frott jippreżenta xquq fil-perikarpu).

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti proċessati biss)

Mhux rilevanti.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux rilevanti.

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Ix-xogħol ta' qtugħ, għażla, tindif, qies u curatura għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

Il-prodott li ma jitqiegħidx fis-suq fi żmien 48 siegħa mill-qtugħ, jgħaddi milll-proċess tal-curatura. Din l-operazzjoni tikkonsisti fit-tagħdis tal-“Marroni del Monfenara” fl-ilma b'temperatura ambjentali, għal mhux iktar minn disat ijiem. Wara, il-“Marroni del Monfenera” jitneħħew mill-ilma u jiġu xxuttati f'makkinarju apposta. Din il-fażi tippermetti l-konservazzjoni tal-prodott fi stat frisk għal mhux iktar minn tliet xhur.

L-operazzjoni tal-curatura għandha ssir fi żmien ftit sigħat mill-qtugħ sabiex jiġi evitat il-bidu ta' proċessi ta' fermentazzjoni fil-mezzi tat-trasport, partikolarment f'dawk is-snin li fihom il-qtugħ iseħħ f'perijodi ta' xita jew f'kundizzjonijiet ta' temperatura li jkunu għadhom għoljin.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-prodott għandu jiġi ppakkjat f'boroż tax-xibka għall-ikel magħluqa mit-truf tan-naħa ta' fuq b'sistema ta' kolla bis-sħana u permezz ta' għeluq bil-ħjata. Il-pakketti huma ta' 1, 2, 3 (kolla bis-sħana), 5 u 10 Kg (bil-ħjata).

It-tqegħid fis-suq għal konsum ma jistax iseħħ qabel il-15 ta' Settembru ta' kull sena.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-pakketti għandhom juru b'mod obbligatorju fuq it-tikketta, barra s-simbolu grafiku komunitarju u l-ismijiet relativi u l-informazzjoni korrispondenti mar-rekwiżiti tal-liġi, l-indikazzjojnjiiet addizzjonali li ġejjin: “Marroni del Monfenera” segwita mill-akronimu IGP f'daqs superjuri mill-indikazzjonjiet l-oħra kollha li jinsabu fuq it-tikketta, bħall-isem, l-isem tal-fabbrikant u l-indirizz tal-impriża ta' produzzjoni u/jew tal-imballatur, il-logo, il-kategorija kummerċjali ta' appartenenza (Extra jew I) u l-piż gross kif mibjugħ.

Image

Il-logo huwa magħmul minn żewġ forom ovali konċentriċi li ġo fihom huma rappreżentati l-għoljiet tal-Pedomontana del Grappa. Il-pjanura li testendi hija separata mix-xmara Piave li tinżel lejn iċ-ċentru u taqta' il-logo f'żewġ partijiet asimmetriċi. Żewġ siġar tal-qastan, impoġġija waħda fuq ix-xellug u l-oħra fuq il-lemin tax-xmara huma miżgħuda qastan. Hemm żewġ qxur u għaxar qastniet imgeżwin f'żewġ werqiet. Din it-tpinġija toħroġ kemm kemm mill-forma ovali f'direzzjoni lejn ix-xellug.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Marroni del Monfenera” tinkludi t-territorji tal-muniċipali tal-pronvinċja ta' Treviso li ġejjin: Borso del Grappa, Crespano del Grappa, Paderno del Grappa, Possagno, Cavaso del Tomba, Pederobba, San Zenone degli Ezzelini, Fonte, Asolo, Maser, Castelcucco, Monfumo, Cornuda, Montebelluna, Caerano di San Marco, Crocetta del Montello, Volpago del Montello, Giavera del Montello, Nervesa della Battaglia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

L-artijiet li fuqhom jiġu prodotti il-“Marroni del Monfenara” jidħlu, fil-parti l-kbira tagħhom, fil-kategorija nru 21 tal-Carta dei Suoli d'Italia imsemmija “ħamrija kannella aċiduża, ħamrija kannella li jgħaddi l-ilma minnha, ħamrija kannella u litosoli”. Din hija kategorija li f'din iż-żona tinsab esklussivament fuq il-lemin orografiku tax-xmara Piave tul il-faxxa altimetrika tal-bażi tal-muntanji u tokkupa l-akbar parti taż-żona ġeografika ta' produzzjoni. Din l-art hija kkaraterizzata minn reattività li tvarja minn aċiduża ħafna għal aċiduża, saturazzjoni baxxa fil-bażi u rata għolja ta' mineralizzazzjoni tas-sustanza organika.

Il-klima hija waħda subalpina inferjuri u iperumda kkundizzjunata mill-inħawi tal-Prealpi b'inklinazzjonijiet wieqfa ħafna esposti lejn in-Nofsinhar; din il-konformazzjoni u espożizzjoni partikolari tirriżulta f'massa ta' arja li titla’ mill-pjanura u tipprovoka xita abbundanti, limitazzjoni tal-ġelu fir-Rebbiegħa, kif ukoll skular tajjeb tal-ilmijiet atmosferiċi. Dan il-bilanċ ambjentali jagħmel l-art u l-ambjent tal-madwar partikolarment favorevoli għall-kultivazzjoni tal-“Marrone del Monfenara”.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi li jagħmlu lill-“Marroni del Monfenara” li ġejjin miż-żona ġeografika protetta indikata bħala uniċi u li jiddistingwihom mill-prodotti l-oħra li jagħmlu parti mill-istess kategorija, huma t-togħma ħelwa ħafna tal-laħma, l-istruttura omoġenja tal-frotta u l-konsistenza pastuża/farinaċea tagħha. Karatterstiċi bħal dawn, speċjalment it-togħma, huma konsegwenza tal-kompożizzjoni kimika medja partikolari tal-“Marroni del Monfenera”. Il-konfront mal-valuri tal-kompożizzjoni kimika tal-qastan, ikkalkulati mill-INRAN (Istituto Nazionale di Ricerca per gli Alimenti e la Nutrizione - L-Istitut Nazzjonali tar-Riċerka għall-Ikel u n-Nutriment) juri li l-“Marroni del Monfenara” għandhom kwantità ikbar ta' karboidrati, lipidi u potassju, kif ukoll kwantità inqas ta' sodju.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP).

Il-kompożizzjoni kimika tal-frott u b'hekk il-kwalità tiegħu, hija marbuta mal-fatt li l-qastan, li hu speċi nettament aċidofila, igawdi, fi ħdan iż-żona tat-tkabbir tal-“Marroni del Monfenera”, mill-preżenza ta' żoni pjuttost aċidużi f'qiegħ il-muntanji, b'reattività opposta għal dawk miż-żoni tal-madwar, li mhumiex preżenti f'żoni oħra f'qiegħ il-muntanji fil-provinċja ta' Treviso.

Dan iwassal għal kwantità ikbar ta' potassju u kwantità inqas ta' sodju fil-“Marroni del Monfenara” meta mqabbel mal-qastan, kif muri fil-konfront bejn il-valuri tal-kompożizzjoni kimika taż-żewġ prodotti b'riferiment lejn il-qastan fit-tabelli INRAN.

Il-kwalità tal-frott ġejja anke mill-fatt li s-siġra tal-qastan tgawdi minn medja ta' inżul ta' xita abbondanti kull sena li tippermetti l-iskular tal-ilma mill-blat ta' taħt l-art, filwaqt li tibqa’ aċiduża; barra minn hekk, il-konformazzjoni u l-esponiment tal-bażi tal-muntanji jnaqqsu sew il-ġelu fir-Rebbiegħa, ħaġa li l-pjanta hija suxxettibli ħafna għaliha.

Minbarra dawn il-fatturi ambjentali importanti, huwa fundamentali wkoll il-fattur uman. It-tkabbir tal-“Marroni del Monfenara” jmur lura għall-perjodu medjevali, kif jixhed dokument tal-1351 li kien jirregola l-ħsad bejn il-kapijiet tal-familji taż-żona. Il-protezzjoni tal-imsaġar tal-qastan fiż-żona tal-“Marroni del Monfenara” hija kkonfermata wkoll mis-sorsi notarili tas-sekli ta' wara, li kienu jirrappurtaw lill-awtorità kompetenti l-abbużi fil-qtugħ tas-siġar tal-qastan jew il-preżenza ta' annimali li jirgħu barra mill-istaġun li kienu jikkompromettu l-qtugħ tal-qastan. It-tradizzjoni ta' kultivazzjoni bħal din inżammet sal-ġurnata tal-lum anki bis-saħħa tal-iżvilupp ta' għadd kbir ta' festi, fosthom il-Mostra Mercato tal-“Marroni del Monfenara” li ġiet inawgurata fl-1970.

L-importanza tal-“Marroni del Monfenara” għall-ekonomija lokali u għar-reputazzjoni tagħhom, hija murija fl-għadd kbir ta' inizjattivi li jittieħdu kull sena. Barra minn hekk, fl-okkażjoni ta' għeluq it-tletin sena tal-Mostra Mercato, il-Muniċipalità ta' Pederobba, li tospita din l-inizjattiva, ħarġet serje ta' kartolini u kanċellazzjoni postali speċjali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Marroni del Monfenara” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 276 tal-26.11.05.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli

fuq dan il-link

www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (www.politicheagricole.it) u jiklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE (Reg CE 510/2006)”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

2009/C 89/06

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“INSALATA DI LUSIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0433-22.11.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem:

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Indirizz:

Via XX Settembre n. 20 –

00187 Roma

ITALIA

Tel:

+39 064819968

Feks:

+39 0642013126

posta elettronika:

qtc3@politicheagricole.it

2.   Grupp:

Isem:

Cooperativa Ortolani di Lusia s.c.r.l.

Indirizz:

Via Provvidenza, 1 –

45020 Lusia (RO)

ITALIA

Tel:

+39 0425607069

Feks:

+39 0425667722

posta elettronika:

ortolani@gal.adigecolli.it

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati tal-Anness II - Ħass

4.   Speċifikazzjoni: (sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Insalata di Lusia”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Insalata di Luisa” hi riżervata esklussivament għall-ħassa Lactuca Sativa, fiż-żewġ varjetajiet Cappuccia u Gentile.

Zokk: qasir, massimu ta' 6 ċm, u mlaħħam sew, li minnu jikbru l-weraq.

Togħma: friska u tqarmeċ;

Pjanta: il-prodott fis-serra jippreżenta struttura aktar kumpatta bil-basla kemmxejn aktar miftuħa milli meta jkun imkabbar fil-beraħ.

Karatteristiċi essenzali:

ras ħafifa;

irtubija, minħabba n-nuqqas ta' fibrożità, flimkien ma' turġidità anki wara 10-12-il siegħa mill-ħsad, nuqqas ta' linjifikazzjoni;

tqarmiċ minħabba l-weraq żgħir, frisk u minfuħ;

ċerta benna u mluħa perċettibbli, li jeskludi l-bżonn li jizdied il-melħ (klorur tas-sodju) għat-taħwir.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi l-komuni mniżżla hawn taħt, inklużi fil-provinċji ta' Rovigo u Padova:

Provincia di Rovigo: Lusia, Badia Polesine, Lendinara, Costa di Rovigo, Fratta Polesine, Villanova del Ghebbo u Rovigo;

Provinċja ta' Padova: Barbona, Vescovana u Sant’Urbano.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi kkontrollata billi jiġi ddokumentat kull element li jiddaħħal u kull prodott li joħroġ. B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-ħbula tal-art fejn isir it-tkabbir skont ir-reġistru tal-artijiet, tal-produtturi u tal-pakkeġġaturi, kif ukoll permezz tan-notifika immedjata lill-organu ta' spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti, it-traċċabilità tal-prodott tiġi ggarantita.

Il-persuni kollha, fiżiċi jew ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skont kif previst mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-ħamrija jrid ikollha perċentwal ta' ramel ta' mhux inqas minn 30 % u kwantità ta' tafal ta' mhux aktar minn 20 %. Barra minn hekk, irid ikollha l-ilma għall-irrigazzjoni. Il-produzzjoni tal-ħass ta' Lusia jista' jsir sew fil-beraħ u sew fis-serer.

Għat-tħejjija tal-ħamrija, huwa obbligatorju li tinħarat (jew proċess ekwivalenti) mill-inqas darba fis-sena, sabiex jintradmu sa fond ta' 30-40 ċm ir-residwi mill-ħsad ta' qabel u l-fertilizzanti li kienu nfirxu fuq il-ħamrija.

Għat-tkabbir fis-serra, minħabba d-diffikultajiet li jaf iġib miegħu dan il-proċess f'ambjenti limitati, huma permessi, bħala alternattiva, it-tħaffir jew it-tagħżiq.

Għaċ-ċikli tat-tkabbir suċċessivi, huma permessi proċessi għar-restawr tal-istruttura tal-ħamrija u l-irdim ta' residwi tal-koltivazzjoni permezz tal-ħrit, it-tħaffir, it-tgħażiq jew it-tinqix biz-zappuna.

Wara dan il-ħdim, u għalhekk qabel it-trapjantar, isir ħrit mekkaniku jew twittija segwit mill-mogħdija b'romblu sabiex il-ħamrija tiġri rfinata u kollha livell, u b'hekk jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet sabiex in-nebbieta tkun tista' tfelles.

In-newba mhix obbligatorja, meta jitqiesu l-karatteristiċi fiżiko-agronomiċi tal-art fiż-żona definita.

It-trapjantar isir billi tintuża nebbieta b'mill-inqas tliet werqiet veri u bl-għeruq li jkunu għadhom imqabbdin mat-tuba tal-ħamrija. Jintuża arranġament ta' tħawwil ta' 30-40 ċm bejn il-fillieri u 30 sa 35 ċm bejn il-pjanti.

Għan-nitroġenu, il-fosfru u l-potassju, il-kwantità ta' fertilizzant għal kull ċiklu ta' koltivazzjoni jrid jiġi stabbilit skont analiżi tal-ħamrija u ma tistax taqbeż dawn il-valuri għal kull ettaru: nitroġenu 150, fosforu 100, potassju 200.

Huwa obbligatorju li jintuża demel ta' bovini maturi jew komposti organiċi oħra.

L-użu ta' fertilizzanti kimiċi bin-nitroġenu irid ikun mifrux fuq mill-inqas żewġ interventi, jiġifieri dak ta' qabel it-trapjant li m'għandux jaqbeż il-50 % tal-kwantità li trid tinxtered, u l-aħħar fażi li trid isseħħ mhux aktar tard minn ħmistax wara t-trapjant.

Fir-rigward tal-metodu tat-tisqija, dan jista' jsir bil-qatra jew inkella bi friefet żgħar bi pressjoni baxxa sabiex jiġi evitat li l-ħamrija tintrass.

Il-kontroll tal-ħaxix ħażin irid isr b'tekniki agronomiċi (kisi bil-ħuxlief, ħmiemel foloz, tgħażiq, ħrit) u/jew prodotti kimiċi (erbiċidi). Il-produzzjoni massima għal kull ċiklu ta' produzzjonji għal kull ettaru hija ta': 55 tunnellata għall-varjetà Cappuccia; 50 tunnellata għall-varjetà Gentile.

Wara l-ħsad, jitnaddfu l-irjus (it-tneħħija tal-weraq ta' taħt) li wara jitqiegħdu fil-kontenituri użati għall-bejgħ. Iż-żewġ operazzjonijiet iseħħu fl-għalqa sabiex tiġi evitata aktar manipulazzjoni li twaqqa' l-kwalità tal-prodott.

Malli jitlestew dawn l-operazzjonijiet, il-prodott jiġi trasportat sal-istabbiliment ewlieni tal-impriza tal-produzzjoni fejn iseħħ il-ħasil tal-ħass mingħajr ma jitneħħa mill-imballaġġ. Wara l-ħasil, il-pakkett jitlesta billi jitqiegħed plastik trasparenti fuq il-parti ta' fuq tal-kontenitur.

Fil-każ li impriża waħda tkun assoċjata ma' koperattiva ta' produtturi, dawn l-operazzjonijiet jistgħu jsiru fl-istabbiliment tal-koperattiva stess.

Importanti li l-imballaġġ aħħari jseħħ fiż-żona minħabba li l-fażijiet tal-ħsad, it-tindif, il-ħasil u l-ippakkeġġar għandhom ikunu fil-qrib ħafna ta' xulxin, sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-prodott. Fil-fatt, l-“Insalata di Lusia” titlef il-karatteristiċi tal-weraq minfuħ u jqarmeċ jekk tgħaddi minn manipulazjoni żejda u trasport fit-tul.

4.6.   Rabta:

L-“Insalata di Lusia” hija apprezzata mill-konsumatur minħabba r-ras ħafifa, il-fatt li żżomm tajjeb, in-nuqqas ta' fibrożità (il-pjanta hija fil-biċċa l-kbira komposta mill-ilma), il-weraq il-ġodda li jqarmċu, huwa frisk u minfuħ, u għat-togħma bnina naturali tagħha.

Dawn il-kwalitajiet huma marbuta maż-żona ġeografika u mat-taqgħida partikolari ta' għadd ta' fatturi marbuta mal-klima u mal-ħamrija li jinstabu fit-territorju tal-produzzjoni tal-“Inslata di Lusia”, bħal ma huma l-preżenza ta' ħamrija fertili ħafifa u għanja b'imluħ minerali, l-umdità atmosferika u l-preżenza kostanti tal-ilma tul il-kanali.

It-togħma partikolari tal-ħassa Lusia tintradd mill-fatt li mhemmx bżonn wieħed iżidilha l-melħ, minħabba li titkabbar f'art mimlija mluħ minerali. Fil-fatt, il-ħamrija taż-żona tal-IĠP għandha saff fuqani magħmul minn ramel li nġarr mill-bosta għargħar li seħħ fil-perjodi pre-Rumani u fil-Medju Evu bikri mill-ħamla ta' xi friegħi tax-xmara Tartaro li faru, u fil-perjodu medjevali u modern mit-tifwir tal-Adige. L-aħħar darba li l-Adige far bil-kbir kien fi tmien is-seklu 19 u l-għaram enormi tar-ramel li nħolqu minn dak l-għargħar twittew bis-saħħa ta' ħidma fit-tul li damet sejra sal-1960. Hija fuq dan ir-ramel, mirfud minn seklu ta' veġetazzjoni spontanja, li titħawwel l-ħassa Lusia, li hija ogħna minn oħrajn fil-potassju u l-kalċju.

L-ilma tal-pjan għaddej taħt l-art maħduma, mitmugħ mill-Adige u li f'din iż-żona huwa għal kollox imdendel, u l-fosos tal-irrigazzjoni li jinżammu dejjem miftuħa, iżomm kostanti l-livell tal-umdità tal-art, u għalhekk l-irrigrazzjoni tista' tiġi limitata sal-fażi ta' eżatt wara t-trapjantar. Dan ifisser inqas tnixxijja mill-weraq u b'hekk inqas telf tan-nutrjienti li fihom u inqas ħtieġa ta' trattament bil-fungiċidi.

Il-ħażna tal-ilma tal-wiċċ qiegħda f'fond ta' metru u tinżamm regolari bis-saħħa ta' sistema ta' kanali artifiċjali. Dawn il-fatturi flimkien jippermettu li jitnaqqsu l-operazzjonijiet tat-tisqija, u għalhekk it-tixrid tat-taħsir, u jħallu bla mittiefsa t-togħma friska u t-qarmiċa tipika tal-“Insalalta di Lusia”, li jagħżluha minn ħass prodott f'żoni oħra.

Id-disponibbiltà tal-ilma li hija ggarantita mix-xmara Adige, l-għoli tal-ilma tal-pjan, u l-għamla tal-ħamrija jippermettu li l-ħassa titkabbar anki fis-Sajf (Lulju u Awwissu), b'riżultati mill-aħjar li jiggarantixxi l-preżenza fis-suq għal 10 sa 11-il xahar fis-sena.

Fil-fatt, l-art ħafifa u medja b'għamla raffa, li hija tipika tal-inħawi max-xtut tax-xmara Adige, u l-livell tajjeb ta' permeabbiltà, li jippermetti l-iskular tal-ilma tax-xita, jippermettu li l-fażijiet tal-proċess tal-produzzjoni jseħħu b'mod ottimali fi kwalunkwe kundizzjoni klimatika-meteoroloġika.

Minbarra dan, anki l-esperjenza miksuba tul ħamsin sena ta' tkabbir ta' ħass u l-ħidma esperta tal-produtturi, ippermettew l-irfinar tat-tekniki tal-produzzjoni, u pperfezzjonaw is-sinerġiji li ġejjin mill-bilanċ xieraq bejn il-fatturi klimatiċi u agronomiċi.

4.7.   Korp ta’ spezzjoni:

Isem:

CSQA Srl Certificazioni (Ente privato conforme alla norma EN 45011)

Indirizz:

Via S. Gaetano, 74 – 36016 Thiene (VI)

ITALIA

Tel:

+39 0445366094

Feks:

+39 0445382672

posta elettronika:

f.broggiato@csqa.it

4.8.   Tikkettar:

Il-ħassa li titqiegħed għall-konsum bl-użu tal-I.Ġ.P. INSALATA DI LUSIA trid tiġi ppakkeġġata bl-użu ta' kontenituri tal-plastik, tal-injam, tal-kartun, tal-ġablow u materjali oħra għall-imballaġġ tal-ikel.

Il-kontenut ta' kull imballaġġ irid ikun omoġeneu u għandu jkun fiħ biss il-ħass tal-istess varjetà, oriġini, tip, kategorija u daqs. Il-parti li tidher tal-kontenut tal-imballaġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

Il-parti ta' fuq tal-imballaġġ li jkollu fih il-prodott għandha tkun protetta minn ilqugħ trasparenti magħmul minn materjal xieraq għall-ikel b'miktub fuq il-logo tal-IĊP biss “ INSALATA DI LUSIA”, b'tali mod li jippermetti li l-prodott jintwera u li jieħu n-nifs b'mod naturali.

Fuq il-kontenituri, il-logo IĠP għandu jkun viżibbli, b'daqs mhux iżgħar minn dak ta' kitba oħra li jkun hemm fuq l-istess imballaġġ.

Image

Dan il-logo huwa ffurmat mill-ittri “i” (b'tikka ovali fuqha) u “L”. Il-ġnub ta' ġewwa tal-ittri huma ta' forma konkava u jiffurmaw bordura ellittika li f'nofsha hemm disinn stilizzat tal-torri medjevali ta' Lusia. Il-partijiet ta' barra u ta' fuq tal-logo huma delimitati minn bordura esterna li fuq barra tagħha, fil-parti ta' fuq lejn in-nofs, hemm il-kitba “I.G.P”. Taħt il-logo, u fi ħdan il-bordura, tidher il-kitba “INSALATA di LUSIA”.

Il-logo I.G.P. “INSALATA DI LUSIA”, li jkun ġa mqiegħed fuq il-kontenituri, ma jkunx jista' jerġa' jintuża.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.