ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
4 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 082/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 69, 21.3.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 082/02

Kawża C-110/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 28 KE — Kunċett ta' 'miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni' — Ċiklomuturi, muturi, triċikli u kwadriċikli pprojbiti milli jirmunkaw karru fit-territorju ta' Stat Membru — Sigurtà fit-triq — Aċċess għas-suq — Ostakolu — Proporzjonalità)

2

2009/C 082/03

Kawża C-301/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — L-Irlanda vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Direttiva 2006/24/KE — Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika — Għażla tal-bażi legali)

2

2009/C 082/04

Kawża C-45/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 10 KE, 71 KE u 80(2) KE — Sigurtà marittima — Kontroll tal-bastimenti u tal-portijiet — Ftehim internazzjonali — Kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri)

3

2009/C 082/05

Kawża C-138/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — Belgische Staat vs N.V. Cobelfret (Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 4(1) — Effett dirett — Leġiżlazzjoni nazzjonali bil-għan li titneħħa t-taxxa doppja mill-profitti mqassma — Tnaqqis tal-ammont ta' dividendi riċevuti mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent biss sa fejn tkun għamlet profitti taxxabbli)

3

2009/C 082/06

Kawża C-185/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA vs West Tankers Inc. (Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta' applikazzjoni — Ġurisdizzjoni ta' qorti ta' Stat Membru sa biex tagħti deċiżjoni dwar inġunzjoni li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri quddiem qorti ta' Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ — Konvenzjoni ta' New York)

4

2009/C 082/07

Kawża C-339/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Christopher Seagon, bħala likwidatur ta' Frick Teppichboden Supermärkte GmbH, vs Deko Marty Belgium NV (Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili — Proċedimenti ta' falliment — Qorti kompetenti)

4

2009/C 082/08

Kawża C-466/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Dietmar Klarenberg vs Ferrotron Technologies GmbH (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta' impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kunċett ta' trasferiment — Trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra — Awtonomija fl-organizzazzjoni wara t-trasferiment)

5

2009/C 082/09

Kawża C-475/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Polonja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq l-elettriku — Direttiva 2003/96/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21(5) — Mument li fih tkun dovuta t-taxxa)

5

2009/C 082/10

Kawża C-515/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva VAT — Oġġetti u servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet taxxabbli u ta' tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet taxxabbli — Dritt għal tnaqqis immedjat u b'mod integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi)

6

2009/C 082/11

Kawża C-67/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE u 58 KE — Taxxa tas-suċċessjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li t-taxxa tas-suċċessjoni dovuta fl-Istat Membru fejn jirrisjedi l-proprjetarju tal beni fid-data tal-mewt tiegħu tiġi mnaqqsa bit-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa mill-werriet fi Stat Membru ieħor meta l-beni ta' suċċessjoni jikkonsistu fi krediti ta' kapital — Taxxa doppja — Restrizzjoni — Assenza)

6

2009/C 082/12

Kawża C-93/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Talba għal domanda preliminari — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Artikolu 11 — Proċedura semplfikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta — Determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali — Penali amministrattiva)

7

2009/C 082/13

Kawża C-224/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

7

2009/C 082/14

Kawża C-282/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/29/KE — Prattiċi kummerċjali żleali — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

8

2009/C 082/15

Kawża C-293/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/83/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

8

2009/C 082/16

Kawża C-488/08: Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Settembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-373/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

9

2009/C 082/17

Kawża C-489/08 P: Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-374/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

9

2009/C 082/18

Kawża C-545/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

10

2009/C 082/19

Kawża C-559/08 P: Appell ippreżentat fid-9 ta' Frar 2009 minn Deepak Rajani (Dear!Net Online) kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-100/06 — Deepak Rajani (Dear!Net Online) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

10

2009/C 082/20

Kawża C-3/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Gand (il-Belgju) fit-8 ta' Jannar 2009 — Erotic Center BVBA vs L-Istat tal-Belgju

11

2009/C 082/21

Kawża C-4/09 P: Appell ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2009 minn Gerasimos Potamianos mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-160/04, Potamianos vs Il-Kummissjoni

11

2009/C 082/22

Kawża C-19/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta' Jannar 2009 — Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA

12

2009/C 082/23

Kawża C-20/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

12

2009/C 082/24

Kawża C-22/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

2009/C 082/25

Kawża C-25/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija, fid-19 ta' Jannar 2009 — Sió-Eckes Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

13

2009/C 082/26

Kawża C-27/09 P: Appell ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fl-4 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-284/08, People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

14

2009/C 082/27

Kawża C-30/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

15

2009/C 082/28

Kawża C-31/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővarosi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta' Jannar 2009 — Bolbol Nawras vs Bevándorlási és Allampolgársági Hivatal

15

2009/C 082/29

Kawża C-35/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta' Jannar 2009 — Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza

16

2009/C 082/30

Kawża C-36/09P: Appell ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 minn Transportes Evaristo Molina S.A mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-45/08, Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni

16

2009/C 082/31

Kawża C-37/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

17

2009/C 082/32

Kawża C-38/09 P: Appell ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2009 minn Ralf Schräder kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tad-19 ta' Novembru 2008, fil-Kawża T-187/06, Ralf Schräder vs L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti

17

2009/C 082/33

Kawża C-47/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

18

2009/C 082/34

Kawża C-48/09: Appell ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 minn Lego Juris A/S kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-270/06: Lego Juris A/S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza Mega Brands, Inc.

19

2009/C 082/35

Kawża C-50/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

19

2009/C 082/36

Kawża C-51/09: Appell ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 minn Barbara Becker mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (L-Ewwel Awla) fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-212/07 — Harman International Industries, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

20

2009/C 082/37

Kawża C-54/09 P: Appell ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2008, fil-Kawża T-339/06, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

21

2009/C 082/38

Kawża C-68/09 P: Appell ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 minn Georgios Karatzoglou mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-471/04: Georgios Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

21

2009/C 082/39

Kawża C-69/09 P: Appell ippreżentat fl-14 ta' Frar 2009 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl, mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) fis-26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-393/06, Makhteshim-Agan Holding BV et vs Il-Kummissjoni

22

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 082/40

Kawża T-265/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Frar 2009 — Lee/ DE/ UASI vs Cooperativa italiana di ristorazione (PIAZZA del SOLE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PIAZZA del SOLE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PIAZZA u PIAZZA D'ORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali)

23

2009/C 082/41

Kawżi magħquda T-359/07 P sa T-361/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni vs Bertolete et (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt tal-UIL — Ex ħaddiema impjegati taħt il-liġi tal-Belġju — Tibdil fis-sistema applikabbli — Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-remunuerazzjoni — Trattament ugwali)

23

2009/C 082/42

Kawża T-229/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2009 — Vitro Coprorativo vs UASI– Vallon (√) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2009/C 082/43

Kawża T-126/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Okalux vs UASI — Ondex (ONDACELL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Nuqqas ta' ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni — Deċiżjoni li l-oppożizzjoni titqies bħala mhux ippreżentata — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

24

2009/C 082/44

Kawża T-352/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 — Pannon Hőerőmű vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Ungerija favur ċerti produtturi tal-elettriku, permezz ta' ftehim ta' xiri ta' elettriku — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenża — Ibbilanċjar tal-interessi)

25

2009/C 082/45

Kawża T-511/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afghanistan (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Ċaħda ta' offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Telf ta' opportunità — Nuqqas ta' urġenza)

25

2009/C 082/46

Kawża T-442/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — CISAC vs Il-Kummissjoni

25

2009/C 082/47

Kawża T-591/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

26

2009/C 082/48

Kawża T-8/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Jannar 2009 — Dredging eInternational u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA

27

2009/C 082/49

Kawża T-17/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

27

2009/C 082/50

Kawża T-27/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Stella Kunststofftechnik vs UASI — Stella Pack (Stella)

28

2009/C 082/51

Kawża T-28/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)

29

2009/C 082/52

Kawża T-30/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm)

29

2009/C 082/53

Kawża T-33/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

30

2009/C 082/54

Kawża T-36/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2009 — dm-drogerie markt vs UASI — Distribuciones Mylar (dm)

30

2009/C 082/55

Kawża T-40/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)

31

2009/C 082/56

Kawża T-41/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Jannar 2009 — Hipp & Co vs UASI — Nestlé (Bebio)

32

2009/C 082/57

Kawża T-51/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

32

2009/C 082/58

Kawża T-52/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 — Nycomed Danmark vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

33

2009/C 082/59

Kawża T-58/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 — Schemaventotto vs Il-Kummissjoni

34

2009/C 082/60

Kawża T-344/02: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Frar 2009 — Air One vs Il-Kummissjoni

35

2009/C 082/61

Kawża T-4/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Jannar 2009 — EMSA vs Il-Portugal

35

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 082/62

Kawża F-38/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 — Liotti vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta' evalwazzjoni 2006 — Normi ta' evalwazzjoni applikabbli mill-evalwaturi)

36

2009/C 082/63

Kawża F-51/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 — Stols vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2007 — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

36

2009/C 082/64

Kawża F-40/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' Frar 2009 — Carvalhal Garcia vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Ex uffiċjali — Remunerazzjoni — Benefiċċju tal-edukazzjoni — Rifjut ta' għotja — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta)

36

2009/C 082/65

Kawża F-9/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 082/66

Kawża F-10/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 — Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

37

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/1


(2009/C 82/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 69, 21.3.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 55, 7.3.2009

ĠU C 44, 21.2.2009

ĠU C 32, 7.2.2009

ĠU C 19, 24.1.2009

ĠU C 6, 10.1.2009

ĠU C 327, 20.12.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-110/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 28 KE - Kunċett ta' 'miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni' - Ċiklomuturi, muturi, triċikli u kwadriċikli pprojbiti milli jirmunkaw karru fit-territorju ta' Stat Membru - Sigurtà fit-triq - Aċċess għas-suq - Ostakolu - Proporzjonalità)

(2009/C 82/02)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u F. Amato, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u M. Fiorilli, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 28 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi vetturi bil-mutur, bl-eċċezzjoni ta' tractors, milli jirmunkaw karru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 115, 14.5.2005.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — L-Irlanda vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-301/06) (1)

(Rikors għal annullament - Direttiva 2006/24/KE - Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika - Għażla tal-bażi legali)

(2009/C 82/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, E. Fitzsimons, D. Barniville u A. Collins SC]

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Duintjer Tebbens, M. Dean u A. Auersperger Matić, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-C. Piris, J. Schutte u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u J. Rodríguez Cárcamo, aġenti), ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C. ten Dam u C. Wissels, aġenti), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey, R. Troosters u C. O'Reilly, aġenti), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentant: H. Hijmans, agent)

Suġġett

Annullament tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika [netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni] u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE — Għażla tal-bażi legali

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-45/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 10 KE, 71 KE u 80(2) KE - Sigurtà marittima - Kontroll tal-bastimenti u tal-portijiet - Ftehim internazzjonali - Kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri)

(2009/C 82/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, M. Konstantinidis, F. Hoffmeister u I. Zervas, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u S. Chala, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: I. Rao, aġent, assistit minn D. Anderson, QC)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 10, 71 u 80(2) tat-Trattat KE — Sottomissjoni lil organu internazzjonali ta' proposta li tifforma parti minn qasam ta' kompetenza esterna esklussiva Komunitarja — Sigurtà marittima — Proposta għall-kontroll tal-konformità tal-bastimenti u tal-portijiet mar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI-2 ta' SOLAS u tal-Kodiċi ISPS.

Dispożittiv

1)

Billi ssottomettiet lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) proposta (MCS 80/5/11) dwar il-kontroll tal-konformità tal-bastimenti u tal-portijiet mar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI-2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, konkluża f'Londra fl-1 ta' Novembru 1974, u tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà għall-Bastimenti u l-Portijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 10 KE, 71 KE u 80(2) KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — Belgische Staat vs N.V. Cobelfret

(Kawża C-138/07) (1)

(Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(1) - Effett dirett - Leġiżlazzjoni nazzjonali bil-għan li titneħħa t-taxxa doppja mill-profitti mqassma - Tnaqqis tal-ammont ta' dividendi riċevuti mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija parent biss sa fejn tkun għamlet profitti taxxabbli)

(2009/C 82/05)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuta: N.V. Cobelfret

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu għat-tneħħija tat-taxxa doppja fuq il-profitti mqassma — Kundizzjonijiet.

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li d-dividendi riċevuti minn kumpannija parent jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha, sabiex sussegwentement jitnaqqsu minnha sa 95 % fejn, għall-perijodu taxxabbli kkonċernat, jibqa' bilanċ pożittiv ta' profitt wara t-tnaqqis tal-profitti eżentati oħra.

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 huwa mingħajr kundizzjonijiet u suffiċjentement preċiż sabiex ikun jista' jiġi invokat quddiem il-qrati nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA vs West Tankers Inc.

(Kawża C-185/07) (1)

(Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta' applikazzjoni - Ġurisdizzjoni ta' qorti ta' Stat Membru sa biex tagħti deċiżjoni dwar inġunzjoni li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri quddiem qorti ta' Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ - Konvenzjoni ta' New York)

(2009/C 82/06)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA

Konvenuta: West Tankers Inc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpetazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Setgħa ta' qorti ta' Stat Membru li tordna lil parti li ma tibdiex jew li twaqqaf kull procedura ġudizzjarja fi Stat Membru ieħor għar-raġuni li din l-imsemmija proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ.

Dispożittiv

L-adozzjoni, minn qorti ta' Stat Membru, ta' inġunzjoni intiża li tipprojbixxi lil persuna milli tibda jew tkompli proċedura quddiem il-qrati ta' Stat Membru ieħor, għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ, hija inkompatibbli mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Christopher Seagon, bħala likwidatur ta' Frick Teppichboden Supermärkte GmbH, vs Deko Marty Belgium NV

(Kawża C-339/07) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Proċedimenti ta' falliment - Qorti kompetenti)

(2009/C 82/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christopher Seagon bħala likwidatur ta' Vermögen der Frick Teppichboden Supermärkte GmbH

Konvenut: Deko Marty Belgium NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000, dwar proċedimenti ta' falliment (ĠU L 160, p. 1) u tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1) — Kompetenza tal-qorti tal-Istat Membru li huwa ċ-ċentru ta' interessi prinċipali tad-debitur għal deċiżjonijiet li jidderivaw direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li huma marbutin mill-qrib magħhom — Azzjoni (Inzolvenzanfechtungsklage) għal ħlas lura ta' pagament mid-debitur lil kumpannija li għandha l-uffiċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta' falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta' falliment għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Dietmar Klarenberg vs Ferrotron Technologies GmbH

(Kawża C-466/07) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta' impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta' “trasferiment’ - Trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra - Awtonomija fl-organizzazzjoni wara t-trasferiment)

(2009/C 82/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dietmar Klarenberg

Konvenuta: Ferrotron Technologies GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23/KE għat-trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra li tintegra fl-istruttura organizzativa tagħha l-parti tan-negozju ttrasferita mingħajr ma żżomm l-awtonomija organizzativa ta' din tal-aħħar — Kunċett ta' “trasferiment” fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozju, għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar tista' tapplika wkoll f'sitwazzjoni fejn il-parti tal-impriża jew tan-negozju ttrasferita ma żżommx l-awtonomija tagħha fis-sens organizzattiv, bil-kundizzjoni li tinżamm ir-rabta funzjonali bejn il-fatturi differenti ta' produzzjoni ttrasferiti u li din ir-rabta tippermetti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment tuża dawn tal-aħħar sabiex tkompli attività ekonomika identika jew analoga, kundizzjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 8, 8.12.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Polonja

(Kawża C-475/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21(5) - Mument li fih tkun dovuta t-taxxa)

(2009/C 82/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: T. Kozek, M. Dowgielewicz, M. Jarosz, u A. Rutkowska, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, p. 51) — Mument li fih tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku.

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tikkonforma, fl-1 ta' Jannar 2006, is-sistema tagħha ta' tassazzjoni tal-elettriku, fir-rigward ta' meta tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku, mar-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE tad-29 ta' April 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-515/07) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Oġġetti u servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet taxxabbli u ta' tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet taxxabbli - Dritt għal tnaqqis immedjat u b'mod integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi)

(2009/C 82/10)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(2) u 17(1), (2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Oġġetti u servizzi (mhux biss oġġetti kapitali użati minn naħa għall-iskopijiet tan-negozju u min-naħa l-oħra għal skopijiet privati) — Integrazzjoni kompluta fil-patrimonju tan-negozju tal-persuna taxxabbli — Possibbiltà ta' tnaqqis b'mod immedjat u integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi.

Dispożittiv

L-Artikoli 6(2)(a) u 17(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma japplikawx għall-użu ta' oġġetti u ta' servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet li mhumiex it-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, peress li l-VAT dovuta fuq l-akkwist ta' dawn l-oġġetti u ta' dawn is-servizzi, relatat ma' tali tranżazzjonijiet, ma tistax titnaqqas.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren

(Kawża C-67/08) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 58 KE - Taxxa tas-suċċessjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li t-taxxa tas-suċċessjoni dovuta fl-Istat Membru fejn jirrisjedi l-proprjetarju tal beni fid-data tal-mewt tiegħu tiġi mnaqqsa bit-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa mill-werriet fi Stat Membru ieħor meta l-beni ta' suċċessjoni jikkonsistu fi krediti ta' kapital - Taxxa doppja - Restrizzjoni - Assenza)

(2009/C 82/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarete Block

Konvenut: Finanzamt Kaufbeuren

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56(1) u 58(1)(a) u (3) tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa tas-suċċessjoni — Taxxa doppja li tirrriżulta mill-impossibbiltà li t-taxxa miġbura fi Stat Membru ieħor titnaqqas mit-taxxa nazzjonali meta l-beni tas-suċċessjoni li jinsabu f'dan l-Istat Membru l-ieħor jikkonsistu f'kontijiet bankarji.

Dispożittiv

L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, f'dak li jikkonċerna l-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni dovuta minn werriet residenti f'dan l-Istat Membru fuq krediti ta' kapital li jinsabu f'istituzzjoni finanzjarja li tinsab fi Stat Membru ieħor, ma tipprevedix, meta l-persuna li s-suċċessjoni tagħha tinfetaħ tirrisjedi, fid-data tal-mewt tagħha, fl-ewwel Stat Membru, it-tnaqqis mit-taxxa tas-suċċessjoni dovuta f'dan l-Istat Membru tat-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa fl-Istat Membru l-ieħor.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-93/08) (1)

(Talba għal domanda preliminari - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Artikolu 11 - Proċedura semplfikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta - Determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali - Penali amministrattiva)

(2009/C 82/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schenker SIA

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU L 196, p. 7) — Proċedura semplifikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta, mingħajr ma jiġi stabbilit minn qabel jekk jeżistix ksur ta' dritt ta' proprjetà intelletwali taħt il-liġi — Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-impożizzjoni ta' penali amministrattiva meta l-merkanzija ddikjarata tippreġudika dritt ta' proprjetà intelletwali

Dispożittiv

Il-fatt li tinbeda, bi ftehim mad-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u mal-importatur, il-proċedura semplifikata pprovduta fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta' Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, ma jċaħħadx lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mis-setgħa li jimponu, fuq dak responsabbli għall-importazzjoni ta' dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 ta' dan ir-regolament bħalma hija multa amministrattiva.


(1)  ĠU C 128 tal-24.5.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-224/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 82/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Huvelin, V. Peere u H. Støvlbæk, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 363, p. 141)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-282/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 82/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: W. Roels u W. Wils, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva dwar il-prattiċi kummerċjali żleali”) (ĠU L 149, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, u d-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva dwar il- prattiċi kummerċjali żleali”), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-293/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/83/KE - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 82/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u I. Koskinen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/9


Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Settembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-373/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Kawża C-488/08)

(2009/C 82/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Parti oħra: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 (Kawża T-373/06);

tilqa' t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, u

tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonfermat fis-sentenza appellata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark verbali “EPICAN” li għaliha saret applikazzjoni mill-appellant u t-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN” għas-supplimenti tal-ikel u għas-sustanzi dijetetiċi għal użu non-mediku.

L-appellant jibbaża l-appell tiegħu fuq ksur mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ruħha fuq fatti ineżatti sabiex tevalwa x-xebh bejn il-prodotti u s-sinjali. Kieku l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet evalwazzjoni korretta tal-fatti, hija kienet neċessarjament tikkonkludi li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti. Dan jgħodd iktar u iktar jekk il-konsumaturi juri livell ta' attenzjoni ogħla għall-prodotti inkwistjoni.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/9


Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-374/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-489/08 P)

(2009/C 82/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-374/06;

tilqa' t-talbiet li ġew ippreżentati fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonfermat, fid-digriet appellat, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell li ddikjarat li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark verbali “EPICAN” mitluba mill-appellant u t-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN FORTE” għal supplimenti tal-ikel u għal sustanzi tad-dieta għal użu mhux medikali.

L-appellant jibbaża l-appell tiegħu fuq ksur mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Skontu, il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ruħha fuq fatti mhux preċiżi sabiex tevalwa x-xebh bejn il-prodotti u s-sinjali. Kieku l-Qorti tal-Prim'Istanza evalwat il-fatti b'mod korrett, hija kienet neċessarjament tasal għall-konklużjoni li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti. Dan jgħodd iktar u iktar jekk il-prodotti inkwistjoni jistgħu jitqiesu bħala li jibbenefikaw minn livell għoli ta' attenzjoni mill-konsumaturi.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/10


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-545/08)

(2009/C 82/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tiddikjara li, billi rregolat it-tariffi bl-imnut għal servizzi broadband mingħajr ma wettqet analiżi tas-suq, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (1), ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 16 u 27 tad-Direttiva 2002/21/KE (2);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi rregolat it-tariffi bl-imnut għal servizzi broadband mingħajr ma wettqet analiżi tas-suq, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 16 u 27 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Fl-ewwel lok, l-obbligi li l-President tal-Urząd Komunikacji Elektronicznej impona fuq Telekomunikacja Polska, sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti fil-Polonja, jiġifieri r-rekwiżit li l-kumpannija tippreżenta t-tariffi bl-imnut għal servizzi broadband lill-awtorità regolatorja nazzjonali sabiex jiġu approvati, u r-rekwiżit li t-tariffi jkunu stabbiliti abbażi tan-nefqa tal-provvista tas-servizz, huma obbligi ġodda u mhux proroga ta' obbligi eżistenti.

Fit-tieni lok, l-obbligi imposti fuq Telekomunikacja Polska mill-President tal-Urząd Komunikacji Elektronicznej fir-rigward tat-tariffi bl-imnut għal servizzi broadband ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri tranżitorji fis-sens tal-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas peress li l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10/KE, li għaliha jirreferi l-Artikolu 27, ikopri biss it-tariffi għall-użu tan-netwerk tat-telefon pubbliku fiss u s-servizzi tat-telefon pubbliku fiss.


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, p. 51).

(2)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/10


Appell ippreżentat fid-9 ta' Frar 2009 minn Deepak Rajani (Dear!Net Online) kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-100/06 — Deepak Rajani (Dear!Net Online) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-559/08 P)

(2009/C 82/19)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Deepak Rajani (Dear!Net Online) (rappreżentant: A. Kockläuner, Rechtsanwalt)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

twarrab interament id-Deċiżjoni tal-qpi tas-26 ta' Novembru 2008, Kawża T- l00/06.

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellant jissottometti li s-sentenza appellata għandha tkun annullata minħabba r-raġunijiet segwenti:

meta ċaħdet l-ewwel motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin it-Taqsima 2 u 3 tal-Artikolu 43 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK) flimkien mat Taqsima 1 tal-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Madrid;

meta ċaħdet l-ewwel motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni Konsolidata) kif ukoll l-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB);

meta ċaħdet l-ewwel motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/104 (KE) (1) flimkien mal-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/104 (KE);

meta ċaħdet it-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 79 tar-RTMK billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-konvenut aġixxa b' mala fede;

meta ċaħdet it-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat b'mod żbaljat li t-trade marks inkwistjoni kienu simili b'mod li jistgħu joħolqu konfużjoni u għalhekk, kisret it-Taqsima 1(b) tal-Artikolu 8 tar-RTMK;

meta ċaħdet it-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret it-Taqsima 4 tal-Artikolu 135 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-evidenza korroborattriċi bħala annessi għall-azzjoni ġuridika quddiemha;

meta ċaħdet it-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikoli 49 u 50 flimkien mal-Artikolu 220 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni Konsolidata);

meta ċaħdet it-tieni motiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-UASI uża ħażin il-poter tiegħu.


(1)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru, 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Gand (il-Belgju) fit-8 ta' Jannar 2009 — Erotic Center BVBA vs L-Istat tal-Belgju

(Kawża C-3/09)

(2009/C 82/20)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Gand

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erotic Center BVBA

Konvenut: L-Istat tal-Belgju

Domandi preliminari

Kabina, magħmula minn spazju li jista' jingħalaq u li fih tista' toqgħod persuna waħda, li fiha din il-persuna tista' tara filmati fuq skrin tat-televixin bi ħlas, fejn din il-persuna tibda l-projezzjoni tal-filmat hija stess billi titfa' munita u tiddisponi minn għażla bejn diversi filmati li hija tista' tbiddel kemm trid waqt il-perijodu li tkun ħalset għalih, tista' tiġi kkunsidrata bħala “ċinema” fis-sens tal-kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE (1) tas-17 ta' Mejju 1977 (li saret in-Nru 7 tal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE (2) tat-28 ta' Novembru 2006)?


(1)  Direttiva fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/11


Appell ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2009 minn Gerasimos Potamianos mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-160/04, Potamianos vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-4/09 P)

(2009/C 82/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Gerasimos Potamianos (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla għal kollox is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-160/04 (Potamianos vs Il-Kummissjoni), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talbiet kollha tar-rikors tas-26 ta' April 2004 kontra d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ (AHCC) li ma ġġeddidx il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju;

tannulla d-deċiżjoni tal-AHCC li ma ġġeddidx il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant iressaq erba' aggravji insostenn tal-appell tiegħu.

Permezz tal-ewwel aggravju, hija żbaljata l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li n-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta' membru tal-persunal temporanju huwa bbażat fuq raġunijjiet marbuta mal-interess tas-servizz. Is-superjuri tal-appellanti kienu fil-fatt talbu, diversi drabi, l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu. Indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti jippermettu bil-kontra li jiġi stabbilit li l-applikazzjoni tar-regola “kontra l-akkumulu”, li tistabbilixxi l-massimu ta' sitt snin għat-tul tal-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju, tikkostitwixxi l-unika bażi tad-deċiżjoni ta' nuqqas ta' tiġdid in kwistjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkommettiet żball ta' liġi meta kkunsidrat li ma ppreżentax il-kandidatura tiegħu għall-impjieg ikkonċernat minkejja li kien, talab l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu fiż-żmien previst, u rrepeta t-talba tiegħu diversi drabi, anki wara l-pubblikazzjoni tal-post vakanti.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkommettiet żball ta' liġi meta kkonkludiet li ma kienx hemm abbuż ta' poter mill-AHCC. L-ghan dikjarat tal-użu ta' membri tal-persunal temporanju kien, fil-fatt, li jintaqqsu n-numru ta' postijiet vakanti fil-Kummissjoni u, b'mod partikolari, li jkun hemm rimedju għan-numru żgħir ta' persuni li għaddew mill-kompetizzjoni.

Issa, dan l-aħħar għan bl-ebda mod ma kien effettwat mir-rifjut ta' estensjoni tal-kuntratt tal-appellant skont ir-regola “kontra l-akkumulu”, peress li l-post tiegħu kien ġie ppubblikat qabel kull pubblikazzjoni oħra tal-listi ta' kompetizzjoni. Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju kien ġie reklutat għal żmien twil għal dan il-post, filwaqt li l-kuntratti tal-membri tal-persunal temporanju oħra reklutati għal żmien qasir fl-istess diviżjoni kellhom estensjoni ex officio, mingħajr ma ġie ppubblikat minn qabel il-post tagħhom.

Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta' trattament ugwali ġie miksur peress li l-membri tal-persunal temporanju l-oħra li jinsabu f'sitwazzjoni simili, bl-eċċezzjoni tal-anzjanità tagħhom, kellhom il-kuntratt tagħhom estiż, kuntrarjament għal dak li sar f'dan il-każ. F'dan il-kuntest, l-oneru tal-prova bi żball ġie maqlub fil-proċediment quddiem il-Qorti tal-Prim'istanza, peress li hija l-appellata — u mhux l-appellant — li għandha tressaq il-prova tar-regoli li hija stess adottat.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta' Jannar 2009 — Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA

(Kawża C-19/09)

(2009/C 82/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH

Konvenuta: Silva Trade, SA

Domandi preliminari

1)

a)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament ta' Brussell I”) japplika wkoll, fil-każ ta' kuntratt għal provvista ta' servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f'numru ta' Stati Membri?

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din id-domanda:

b)

Id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li l-post li fih jitwettaq l-obbligu karatteristiku għandu jiġi stabbilit b'riferiment għall-post fejn jinsab iċ-ċentru tan-negozju tal-fornitur tas-servizzi (li għandu jiġi stabbilit b'riferiment għall-ammont ta' ħin f'dan il-post u skont l-importanza tal-attività inkwistjoni);

ċ)

Fil-każ li ma jiġix stabbilit tali ċentru tan-negozju, id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li kawża li tirrigwarda t-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt tista' titressaq, skont kif jagħżel ir-rikorrent, fi kwalunkwe post fejn jiġi pprovdut is-servizz fil-Komunità?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament ta' Brussell I japplika fil-każ ta' kuntratt ta' provvista ta' servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f'diversi Stati Membri?


(1)  ĠU L 12, p. 1.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-20/09)

(2009/C 82/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyan u A. Caeiros, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, bil-fatt li, fil-kuntest tar-regolarizzazzjoni fis-sens tal-Liġi Nru 39-A/2005, ir-Repubblika Portugiża pprovdiet għal trattament fiskali preferenzjali għat-titoli ta' dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F'Settembru 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar l-inkompatibbiltà ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-“Regime Excepcional de Regularização Tributária de elementos patrimoniais que não se encontrem no território português em 31 de Dezembro de 2004” (Regoli Straordinarji dwar ir-Regolarizzazzjoni Fiskali tal-assi kapitali li ma jinsabux fit-territorju Portugiż fil-31 ta' Diċembru 2004), approvat bil-Liġi Nru 39 — A/2005 tad-29 ta' Lulju 2005, mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Mill-imsemmi Regime Excepcional jirriżulta li, fil-kuntest tar-regolarizzazzjoni fiskali, il-persuni taxxabbli kellhom iħallsu somma korrispondenti għall-applikazzjoni ta' rata ta' 5 % tal-valur tal-assi kapitali indikati fid-dikjarazzjoni ta' regolarizzazzjoni fiskali u li, fejn l-assi kapitali kollha elenkati f'tali dikjarazzjoni jew uħud minnhom kienu titoli tal-Istat Portugiż, l-imsemmija rata kellha titnaqqas bin-nofs fir-rigward ta' tali titoli u dan it-tnaqqis kellu jiġi applikat ukoll għal assi kapitali oħra fil-każ li l-valur relattiv ikun ġie investit mill-ġdid f'titoli tal-Istat Portugiż sad-data li fiha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni ta' regolarizzazzjoni fiskali.

Il-Kummissjoni tqis li r-Regime Excepcional de Regularização Tributária jagħti vantaġġ f'dak li jirrigwarda r-ripatrijazzjoni tal-assi kapitali u l-investiment f'titoli tal-Istat Portugiż li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa għall-assi kapitali li jkunu titoli tal-Istat Portugiż jew għall-valur tal-assi kapitali investit mill-ġdid f'titoli tal-Istat Portugiż. Fil-fatt, il-persuni li jinqdew b'dawn ir-regoli huma dissważi milli jżommu l-assi tagħhom irregolarizzati f'forom oħra li ma jkunux titoli tal-Istat Portugiż.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej diġà ddikjarat li regola fiskali nazzjonali li tkun ta' natura li tiddisswadi lill-persuni taxxabbli milli jagħmlu investimenti fi Stati Membri oħra tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 56 KE.

F'dan il-każ, minkejja li l-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li t-titoli ta' dejn pubbliku jgawdu trattament fiskali iktar vantaġġuż, hija tqis li rata ta' taxxa iktar baxxa applikabbli biss għall-assi kapitali regolarizzati li jkunu titoli tal-Istat Portugiż hija restrizzjoni diskriminatorja fuq il-moviment tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 56 KE u li hija ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 58 KE.

Ir-regoli tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea relattivi għall-moviment tal-kapital huma essenzjalment identiċi għal dawk previsti fit-Trattat KE. Għaldaqstant, il-fatt li persuni li setgħu jibbenefikaw mir-Regime Excepcional de Regularização Tributária ġew dissważi milli jżommu l-assi kapitali tagħhom irregolarizzati fin-Norveġja, f'Liechtenstein jew fl-Iżlanda jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital, ipprojbita mill-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/13


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-22/09)

(2009/C 82/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jinnotifikahom lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/CE skada fl-4 ta' Jannar 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2003, L 1, p. 65.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija, fid-19 ta' Jannar 2009 — Sió-Eckes Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-25/09)

(2009/C 82/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sió-Eckes Kft.

Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fuq il-bażi tal-Anness I, l-iskema ta' għajnuna għall-produzzjoni hija intiża, barra għall-ħawħ fil-ġulepp u/jew is-sugu naturali tal-frott li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex 2008 70 61, ukoll għall-prodotti elenkati taħt il-kodiċijiet NM oħrajn (ex 2008 70 69 eċċ), li jinsabu fl-anness ?

2)

Il-produttur ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2008 70 92 jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-regolament?

3)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1535/2001 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2008 70 61, ex 2008 70 69, ex 2008 70 71, ex 2008 70 79, ex 2008 70 92, ex 2008 70 94 kif ukoll ex 2008 70 99 huma wkoll prodotti lesti skont ir-regolament?

4)

Sa fejn, fuq il-bażi tar-risposta għad-domandi hawn fuq, huwa biss il-ħawħ, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2320/89/KEE (3) li huwa prodott lest, għalfejn il-kodiċijiet NM li jikkonċernaw prodotti oħra jissemmew fid-dispożizzjonijiet iktar 'il fuq?

5)

Skont ir-regolamenti msemmija iktar 'il fuq, għandhom jiġu kkkunsidrati bħala prodotti lesti kull prodott — li jista' jiġi kkummerċjalizzat b'mod indipendenti — miksub f'kull stadju tal-ipproċessar tal-ħawħ (pereżempju, il-polpa)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awwissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2320/89 tat-28 ta' Lulju 1989 għall-rekwiżiti minmi ta' kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna produttiva.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/14


Appell ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fl-4 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-284/08, People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-27/09 P)

(2009/C 82/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, A.-L. During, aġenti)

Appellati: People's Mojahedin Organization of Iran, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-4 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-284/08, People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill;

Tiddeċiedi hija stess definittivament il-kawża billi tiċħad ir-rikors tal-OMPI, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Gvern Franċiz isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, minn naħa, għar-raġuni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kien adotta d-deċiżjoni 2008/583/CE (1) bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-OMPI, mingħajr ma kkunsidrat iċ-ċirkustanzi partikulari tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni; min-naħa l-oħra, għar-raġuni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta sostniet li l-proċedura ġudizzjarja mibdija fi Franza kontra l-allegati membri tal-OMPI ma kinetx tikkostitwixxi deċiżjoni li tissodisfa d-definizzjoni tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 l/PESC tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; u fl-aħħar nett, għar-raġuni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ddeċidiet li r-rifjut tal-Kunsill li jikkomunika l-punt 3(a) ta' wieħed mit-tliet dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kunsill sabiex jitolbu l-inklużjoni tal-OMPI fil-lista stabbilita mid-Deċiżjoni 2008/583/KE, u mibgħuta lill-Qorti tal-Prim'Istanza mill-Kunsill bħala risposta għad-digriet rigward miżuri istruttorji tas-26 ta' Settembru 2008, ma kienx jippermetti lill-Qorti tal-Prim'Istanza teżerċita l-istħarriġ tagħha fir-rigward tal-legalità tad-deċiżjoni 2008/583/KE u kien jippreġudika d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2008 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE. ĠU L 188, p. 21.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-30/09)

(2009/C 82/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Sipos u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma fasslitx pjani ta' emerġenza esterni fir-rigward tal-istabbilimenti li kienu s-suġġett ta' dawn il-pjani, ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1) tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/105/KE tas-16 ta' Diċembru 2003;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Jirriżulta mill-ittri mibgħuta mill-Gvern Portugiż lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dan is-suġġett li l-ebda wieħed mill-istabbilimenti li kellhom l-obbligu li jfasslu pjani ta' emerġenza ma kellu l-pjan ta' emerġenza estern tiegħu approvat skont id-direttiva.

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/82 joħloq għall-Istati Membri l-obbligu li jiżġuraw li l-operaturi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tal-pjani ta' emerġenza esterni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu dawn il-pjani ta' emerġenza.

Skont l-Artikolu 11(4) tad-direttiva l-pjani ta' emerġenza interni u esterni għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid, ittestjati, riveduti u aġġornati f'intervalli ta' mhux iktar minn tliet snin.

Bħal ma ġie kkonstatat mill-informazzjoni tal-Gvern Portugiż innifsu, l-ebda waħda minn dawn l-obbligi ma ġie sodisfatt fil-Portugall.


(1)  ĠU 1997 L 10, p. 13.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővarosi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta' Jannar 2009 — Bolbol Nawras vs Bevándorlási és Allampolgársági Hivatal

(Kawża C-31/09)

(2009/C 82/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővarosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bolbol Nawras

Konvenut: Bevándorlási és Allampolgársági Hivatal

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83 (1):

1)

Għandu jiġi kkunsidrat li persuna tibbenefika mill-protezzjoni u mill-għajnuna ta' istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biss minħabba l-fatt li din il-persuna għandha dritt għal din l-għajnuna jew għal din il-protezzjoni jew huwa neċessarju li din tkun fil-fatt irrikorriet (2) għal din il-protezzjoni jew għal din l-għajnuna?

2)

Il-waqfien tal-protezzjoni jew tal-għajnuna ta' istituzzjoni timplika residenza barra miż-żona ta' operazzjoni tagħha, il-waqfien tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, it-temma tal-possibbiltà li wieħed jibbenefika minn protezzjoni jew għajnuna min-naħa ta' din l-istituzzjoni jew, possibbilment, ostakolu oġġettiv li minħabba fih il-persuna li għandha dritt għall-protezzjoni jew għall-għajnuna ma tkunx tista' tirrikorri għaliha?

3)

Il-fatt li wieħed jista' jipprevali ruħu mid-Direttiva jimplika r-rikonoxximent tal-istat ta' refuġjat jew waħda miż-żewġ forom ta' protezzjoni inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (l-istat ta' refuġjat u l-għoti tal-protezzjoni sussidjarja) skont l-għażla tal-Istat Membru, jew, skont il-każ, ebda waħda minnhom b'mod awtomatiku iżda biss l-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi [minimi stabbiliti] għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).

(2)  Nota: Il-forma verbali użata bl-Ungeriż hija ambigwa u tista' tinftiehem ukoll fil-preżent: li din fil-fatt tirrikorri.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta' Jannar 2009 — Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza

(Kawża C-35/09)

(2009/C 82/29)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenut: Paolo Speranza.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva Nru 69/335/KEE (1), li jissuġġetta għad-dazju kapitali ż-żieda fil-kapital ta' kumpannija bil-kontribuzzjoni ta' assi ta' kull tip, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lok li tiġi ntaxxata l-kontribuzzjoni effettiva, u mhux is-sempliċi deċiżjoni ta' żieda fil-kapital li essenzjalment tkun għadha ma ġietx implementata?

2)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva Nru 69/335/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa għandha tapplika esklużivament fuq il-kumpannija benefiċjarja u mhux ukoll fuq l-uffiċjal pubbliku li jfassal jew jirċievi l-att?

3)

F'kull każ, il-mezzi ta' difiża li l-leġiżlazzjoni Taljana tagħti lill-uffiċjal pubbliku huma konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità jekk jiġi kkunsidrat il-fatt li, skont l-Artikolu 38 tal-P.R. Nru 131 tal-1986, in-nullità jew il-possibbiltà li tiġi annullata d-deċiżjoni ta' żieda fil-kapital hija irrilevanti u li l-ħlas lura tat-taxxa mħallsa jista' jinkiseb biss wara li deċiżjoni ċivili li tiddikjara n-nullità jew l-annulament tkun saret res judicata?


(1)  ĠU L 249, p. 25.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/16


Appell ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 minn Transportes Evaristo Molina S.A mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-45/08, Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-36/09P)

(2009/C 82/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Transportes Evaristo Molina, S. A (rappreżentanti: Hernández Pardo, S. Beltrán Ruiz u L. Ruiz Ezquerra, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-45/08 u, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza:

tiddikjara, qabel l-eżami tal-mertu tal-kawża, li l-verifiki mitluba minn Transportes Evaristo Molina SA fit-talba tagħha għal annullament huma rilevanti u tordna li dawn il-verifiki jsiru;

tilqa' fl-intier tagħha t-talba mressqa minn Transportes Evaristo Molina S.A quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: jiġifieri tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2006 (1) dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 — Repsol CPP), inkwantu din tikser l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (2) kif ukoll il-prinċipji tad-dritt Komunitarju elenkati fir-rikors għal annullament, l-Artikolu 81 KE nnifsu u r-regoli ta' applikazzjoni skont il-kategorija li jiżviluppaw l-Artikolu 81(3) KE, ir-Regolament (KEE) Nru 1984/83 (3) u r-Regolament (KE) Nru 2790/99 (4).

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

a)

Id-“dies a quo” li minnu kellu jibda l-kalkolu tat-terminu previst fl-Artikolu 230 KE kien il-jum li minnu l-att ikkontestat (jiġifieri d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta' April 2006, Każ COMP/B-1/38.348 REPSOL CPP) beda jaffettwa direttament u individwalment lil TRANSPORTES EVARISTO MOLINA S.A.

b)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li r-rikors għal annullament ippreżentat minn TRANSPORTES EVARISTO MOLINA S.A. huwa tardiv, l-appellanti ssostni li dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat bħala skużabbli, ladarba l-Kummissjoni Ewropea aġixxiet b'mod li ħoloq ċerta konfużjoni lill-appellanti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/446/CE tat-12 ta' April 2006 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 1786, p. 104).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta' Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' akkordji ta' xiri esklużiv, (ĠU L 173, p. 5 — EE 08/02, p. 114).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta' Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, (ĠU L 336, p. 21).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/17


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-37/09)

(2009/C 82/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-B. Laignelot, S. Pardo Quintillán u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji, minn naħa, sabiex tiżgura l-eliminazzjoni jew l-irkupru tal-iskart mormi fil-barrieri dos Limas, dis Linos u dos Barreiras, li jinsabu fil-parroċċa ta' Lourosa, mingħajr ma tipperikola saħħet il-bniedem u mingħajr ma tikkawża ħsara lill-ambjent, b'mod partikolari mingħajr ma toħloq riskji għall-ilma u għall-ħamrija u sabiex dan l-iskart jingħata lil servizz ta' ġbir privat jew pubbliku jew lil impriża inkarigati mill-eliminazzjoni jew mill-irkupru, u billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji, min-naħa l-oħra, biex tillimita l-introduzzjoni fl-ilma ta' taħt l-art ta' sustanzi li jaqgħu taħt il-Lista II tad-Direttiva 80/68/KEE, b'mod li jiġi evitat it-tniġġis ta' dan l-ilma mis-sustanzi inkwistjoni, ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE, dwar l-iskart, li kkodifikat id-Direttiva 75/442/KEE, dwar l-iskart, kif ukoll taħt l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 80/68/KEE, dwar il-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mis-snin tmenin, bdew jiġu ddepożitati, fil-barrieri li ma kienux qed jintużaw iżjed, ħmieġ u skart ta' natura differenti mingħajr ebda kontroll mill-awtoritajiet. Ir-rimi ta' skart baqa' għaddej sa Frar tal-2004. Kien biss f'Ġunju tal-2004 li s-sit tbattal.

Analiżi tal-ilma minn partijiet differenti taż-żona tal-barrieri l-qodma wriet livelli preokkupanti ta' kontaminazzjoni kimika. Is-saff tal-ilma taż-żona huwa kkontaminat.

Il-Gvern Portugiż ma ħax, għal ħafna snin, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jipprojbixxi lil min kellu skart mhux identifikat milli jarmi u jabbanduna skart fil-barrieri li ma kinux qed jintużaw iżjed. Huwa ma ppenalizzax ir-rimi u l-abbandun ta' skart fil-barrieri u ma kkontrollax l-eliminazzjoni tiegħu.

Min-naħa l-oħra, il-Gvern Portugiż ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jipprojbixxi l-introduzzjoni ta' sustanzi tossiċi u perikolużi fl-ilma ta' taħt l-art. Huwa ma ssuġġettax għal investigazzjoni preliminari r-rimi ta' skart li setgħet twassal għat-tneħħija indiretta, fl-ilma ta' taħt l-art, tas-sustanzi perikolużi. Barra minn hekk, huwa ma kkontrollax l-iskart fuq il-wiċċ tal-miżbla.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/17


Appell ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2009 minn Ralf Schräder kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tad-19 ta' Novembru 2008, fil-Kawża T-187/06, Ralf Schräder vs L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti

(Kawża C-38/09 P)

(2009/C 82/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ralf Schräder (rappreżentanti: T. Leidereiter und W.-A. Schmidt, avukati)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti (CPVO)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Novembru 2008 (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-187/06;

tilqa' t-talba li tressqet fl-ewwel istanza mir-rikorrent, intiża għal annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-2 ta' Mejju 2006 (Każ A003/2004);

sussidjarjament:

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tingħata deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż kollha, jiġifieri dawk tal-proċeduri f'din l-istanza, dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u dawk tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li ċaħdet ir-rikors tal-appellant ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti dwar l-applikazzjoni għall-privattiva Komunitarja tal-varjetajiet ta' pjanti għall-varjetà ta' pjanti “SUMCOL 01”. L-appellant isostni li, permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim'Istanza ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, li tipprovdi li l-varjetà li saret applikazzjoni għaliha ma setgħetx tiġi distinta b'mod ċar minn varjetà ta' referenza li, fil-fehma tiegħu, kellha titqies bħala magħrufa sew.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellant jinvoka numru ta' difetti proċedurali. Skont l-appellant, il-Qorti tal-Prim'Istanza, waqt l-evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, għamlet konstatazzjonijiet li l-ineżattezza materjali tagħhom tirriżulta direttament mill-atti tal-proċess. L-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza żnaturat il-fatti u l-provi, talbet għal iktar provi fir-rigward tal-appellant, u kisret id-dritt għal smigħ tiegħu. Għalhekk, l-appellant isostni li, il-Qorti tal-Prim'Istanza injorat parti importanti mid-deskrizzjoni tiegħu u numru ta' provi li ġew ippreżentati minnu u li ġew miċħuda minnha peress li d-deskrizzjoni kienet waħda ġenerika. Skont l-appellant, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, b'mod parzjali, kien impossibbli li l-appellant jippreżenta deskrizzjoni “b'mod iktar konkret”. L-appellant iqis li, b'dan il-mod, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret ukoll id-dritt ta' difiża tal-appellant u kisret il-prinċipji fil-qasam tal-oneru tal-prova u tal-amministrazzjoni tal-provi. Barra minn hekk, l-appellant jallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza estendiet is-suġġett tal-kawża b'mod illegali, billi bbażat is-sentenza appellata fuq motivazzjoni li la kienet invokata mill-Uffiċċju u lanqas mill-Bord tal-Appell.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant jinvoka l-ksur tad-dritt Komunitarju mill-Qorti tal-Prim'Istanza, peress li fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità, hija qieset li d-deskrizzjoni fil-litteratura xjentifika ta' varjetà tikkostitwixxi prova tal-fama tal-varjetà inkwistjoni. Barra minn hekk, l-appellant jinvoka l-ksur tal-Artikolu 62 tal-imsemmi regolament u tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1239/95 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-47/09)

(2009/C 82/33)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Nardi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

taqta' u tiddeċiedi li, billi pprevediet il-possibbiltà li tikkompleta bl-aġġettiv “puro” jew bid-diċitura “cioccolato puro”, l-isem tal-bejgħ ta' prodotti ta' ċikkulata li ma fihomx xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel ħlief il-butir tal-kawkaw, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/36/KE (1) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE (2), kif ukoll tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/36;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-tikkettjar u, b'mod partikolari, l-ismijiet tal-bejgħ ta' prodotti ta' ċikkulata ġew totalment armonizzati fil-Komunità, ukoll bil-għan li tiġi ggarantita informazzjoni eżatta lill-konsumatur, permezz ta' dispożizzjonijiet tad-direttiva fuq it-tikkettjar (2000/13) u tad-direttiva fuq il-prodotti taċ-ċikkulata (2000/36). Id-Direttiva 2000/36 tipprevedi li l-prodotti li fihom sa 5 % ta' ċerti xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel iżommu l-isem tagħhom mingħajr ma dan jinbidel, filwaqt li fit-tikkettjar tagħhom għandu jkun hemm id-dikjarazzjoni speċifika, b'ittri kbar, “fih xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel b'żieda mal-butir tal-kawkaw”.

Il-leġiżlazzjoni Taljana, li hija s-suġġett tar-rikors, billi tippermetti ż-żieda tad-diċitura “puro” mal-isem tal-bejgħ ta' prodotti li fihom esklużivament il-butir tal-kawkaw bħala xaħam, tbiddel u tippreġudika d-definizzjonijiet armonizzati adottati fuq livell Komunitarju. Peress li, bit-Taljan, il-kelma “puro” tfisser mhux mibdul, mhux miżjud u għaldaqstant ġenwin, il-konsumaturi jinġegħlu jaħsbu li dawk il-prodotti li jirrispettaw id-direttiva u l-kundizzjonijiet li hija tipprevedi fir-rigward tal-ismijiet tal-bejgħ, imma li fihom xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel li mhumiex il-butir tal-kawkaw, mhumiex puri, jiġifieri huma mibdula, mhux miżjuda u mhux ġenwini. U dan minħabba l-fatt biss li huma fihom xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel li l-leġiżlazzjoni tippermetti, inkwantu għat-tip tagħhom u għad-daqs tagħhom, mingħajr ma dan ibiddel l-isem tal-bejgħ tagħhom.

Barra minn hekk, il-kelma “puro” tikkostitwixxi aġġettiv kwalifikattiv li l-użu tagħha fl-isem tal-bejgħ huwa suġġett għar-rispett ta' ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, l-Artikolu 3(5) tad-Diretiiva 2000/36 jipprevedi li l-użu ta' tagħrif jew deskrizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-kriterji tal-kwalità huwa suġġett għar-rispett ta' kontenut minimu ta' solidi niexfa ta' kawkaw, iktar minn dak li huwa previst għall-użu ta' ismijiet li ma fihomx dawn id-deskrizzjonijiet. Il-leġiżlazzjoni Taljana dwar id-diċitura “puro” tissuġġetta, min-naħa tagħha, l-użu għall-preżenza ta' butir tal-kawkaw biss bħala xaħam, mingħajr m'huwa neċessarju li jiġi osservat il-kontenut minimu ogħla ta' solidi niexfa totali ta' kawkaw. Dan jikkostitwixxi ksur dirett tal-Artikolu 3(5) tad-direttiva kif ukoll element ta' ngann għall-konsumatur.


(1)  Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 197, p. 19).

(2)  Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, p. 29).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/19


Appell ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 minn Lego Juris A/S kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-270/06: Lego Juris A/S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza Mega Brands, Inc.

(Kawża C-48/09)

(2009/C 82/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lego Juris A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, T. Dolde, A. Renck, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li din tikser l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK) (1)

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza:

a)

interpretat l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK b'mod li effettivament jeskludi mill-protezzjoni tat-trade mark kull forma li għandha funzjoni, indipendentement mill-fatt jekk il-kriterji tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni Philips vs Remington (2) humiex soddisfatti jew le.

b)

applikat il-kriterji żbaljati fl-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' trade mark tridimensjonali; u

c)

applikat test ta' funzjonalità żbaljat minħabba li (i) ma llimitatx l-evalwazzjoni tagħha għall-karatteristiċi essenzjali tat-trade mark inkwistjoni u, (ii) ma ddefinitx il-kriterji adatti sabiex ikun evalwat jekk karatteristika ta' forma hijiex funzjonali u, b'mod partikolari, irrifjutat li tikkunsidra ebda disinni alternattivi potenzjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

(2)  Sentenza tat-18 ta' Ġunju 2002, Philips, (C-299/99, Ġabra p. I-5475).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

(Kawża C-50/09)

(2009/C 82/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, C. Clyne, J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tiddikjara li billi naqset milli tittrasponi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata;

tiddikjara li billi naqset milli tiżgura li, fejn l-awtoritajiet tal-ippjanar tal-Irlanda u l-Aġenzija għall-Ħarsien Ambjentali it-tnejn għandhom poteri deċiżjonali fuq proġett, ir-rekwiżiti tal-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dik id-Direttiva jkunu kompletament issodisfatti;

tiddikjara li billi eskludiet ix-xogħolijiet ta' twaqqigħ mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni tagħha li tittrasponi din id-Direttiva,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Nuqqas ta' traspożizzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 173 tal-Planning and Development Regulations 2000, li jirrikjedi l-awtoritajiet tal-ippjanar sabiex jikkunsidraw dikjarazzjoni ta' impatt ambjentali (EIS) u informazzjoni li toriġina minn konsulenti, jirrigwarda l-obbligu taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Artikolu 173 ma jikkorispondix għall-obbligu iktar wiesgħa taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva li jiżgura li stima tal-impatt ambjentali (EIA) tidentifika, tiddeskrivi u tistma l-kwistjonijiet kollha mniżżla f'din id-dispożizzjoni.

Fir-rigward tal-Artikoli 108 u 111 u l-Iskeda 6 tal-Planning and Developments Regulations 2001, il-Kummissjoni tagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin. L-Artikolu 94 moqri flimkien mal-Iskeda 6.2(b) jipprovdi l-informazzjoni li EIS għandha tikkontjeni. Din hija referenza għall-informazzjoni li min jiżviluppa għandu jipprovdi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva; għalhekk din għandha tiġi distinta mill-EIA li hija l-proċess ġenerali ta' stima. L-Artikoli 108 u 111 jirrikjedu l-awtoritajiet tal-ippjanar sabiex jikkunsidraw l-adegwatezza ta' EIS. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva iżda mhumiex sostitut għal traspożizzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn min jiżviluppa hija parti waħda biss minn EIA u dispożizzjonijiet li jirrigwardaw tali informazzjoni mhumiex sostitut għall-obbligu mniżżel fl-Artikolu 3.

Nuqqas milli tirrikjedi koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet

Għalkemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax bħala regola għal poteri deċiżjonali f'diversi stadji jew responsabbiltà deċiżjonali għall-istess proġett li huwa maqsum bejn numru ta' organi li jieħdu d-deċiżjonijiet, hija għandha xi riservi fir-rigward tal-mod preċiż li bih l-obbligi huma kkostitwiti fuq id-diversi organi li jieħdu d-deċiżjonijiet. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni Irlandiża ma fiha ebda obbligu fuq organi li jieħdu deċiżjonijiet sabiex jikkordinaw ma' xulxin b'mod effettiv u hija, għalhekk, kuntrarja għall-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva.

Nuqqas milli tapplika d-Direttiva għal xogħolijiet ta' twaqqigħ

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, fejn il-kundizzjonijiet l-oħra mniżżla fid-Direttiva huma ssodisfatti, għandu jsir EIA għax-xogħolijiet ta' twaqqigħ. L-Irlanda ppruvat teżenta kważi x-xogħolijiet kollha ta' twaqqigħ permezz tal-Planning and Development Regulations 2001 (Skeda 2, parti I, Klassi 50). Fis-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni, dan immur, b'ċar kontra d-Direttiva.


(1)  ĠU L 175, p. 40.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/20


Appell ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 minn Barbara Becker mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (L-Ewwel Awla) fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-212/07 — Harman International Industries, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-51/09)

(2009/C 82/36)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Barbara Becker (rappreżentanti: P. Baronikians, A. Hofstetter, avukati)

Appellati: Harman International Industries, Inc., L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla il-punt 1 tat-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 (Kawża T-212/07) li tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R-502/2006-1);

tannulla l-punt 3 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008;

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż tal-appellanti għall-proċedura kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbalja meta kkunsidra li kien hemm xebħ bejn it-trade mark “Barbara Becker” li applikat għaliha l-appellanti u t-trade mark tal-konvenuta “BECKER”, u għaldaqstant applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 40/94 billi kkonkludiet li kien hemm probbabiltà ta' konfużjoni.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/21


Appell ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2008, fil-Kawża T-339/06, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-54/09 P)

(2009/C 82/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u M. Tassopoulou)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza;

tilqa' r-rikors tar-Repubblika Ellenika skont it-talbiet tagħha;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika ssostni: 1) li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 16(1) u (2) u l-Artikolu (17) tar-Regolament Nru 227/2000, billi kkunsidrat li t-terminu previst fis-subparagrafu (1) ta' dan l-Artikolu huwa eżawrjenti, mentri fil-fatt, tali terminu huwa indikattiv, kif jirriżulta mill-interpretazzjoni tas-subparagrafu (2) tal-Artikoli 16 u 17 tal-istess Regolament; 2) li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 10 tat-Trattat u l-prinċipji ġenerali tal-liġi, peress li l-Kummissjoni Ewropea ammettiet li kienet taf bid-data li ġiet aġġustata 23 ġurnata qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, iżda ma ħadethiex inkunsiderazzjoni, u aċċettat data ppreżentata minn Stati Membri oħra barra t-terminu, mentri rrifjutat li timxi bl-istess mod fil-każ tal-Greċja, u b'hekk kisret il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ta' trattament ugwali u, 3) li s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza għandha motivazzjoni kontradittorja inkwantu l-affermazzjoni tan-natura eżawrjenti tat-terminu tikkontraddixxi l-affermazzjoni u l-istqarrija tal-fatt li l-Kummissjoni taċċetta data ppreżentata anke wara li jiddekorri t-terminu.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/21


Appell ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 minn Georgios Karatzoglou mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-471/04: Georgios Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

(Kawża C-68/09 P)

(2009/C 82/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S. A. Pappas, dikigoros)

Appellata: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jissottmetti li, meta ddeċidiet li t-tkeċċija ta' membri tal-persunal temporanju ma tirrikjedix motivazzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma mxietx mal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġusatizzja u kisret id-dritt internazzjonali u l-Artikolu 253 KE, li jimponi obbligu ġenerali ta' motivazzjoni.

L-appellant jissottometti, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball meta ddikjarat li huwa ma kienx ressaq provi adegwati li juru abbuż ta' poter. Huwa jikkontesta wkoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/22


Appell ippreżentat fl-14 ta' Frar 2009 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl, mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) fis-26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-393/06, Makhteshim-Agan Holding BV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-69/09 P)

(2009/C 82/39)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-393/06 u tiddikjara r-rikors għal annullament tal-appellanti ammissibbli; u

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament tal-appellanti; u

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jissottomettu li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ddikjarata f'ittra tat-12 ta' Ottubru 2006, li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

B'mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ċaħdet ir-rikors għar-raġuni ta' inammissibbiltà. Hija sostniet, b'mod żbaljat, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx att li jista' jiġi kkontestat skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE.


(1)  ĠU L 230, p. 1.


Qorti tal-Prim' Istanza

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Frar 2009 — Lee/ DE/ UASI vs Cooperativa italiana di ristorazione (PIAZZA del SOLE)

(Kawża T-265/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PIAZZA del SOLE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PIAZZA u PIAZZA D'ORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali’)

(2009/C 82/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sara Lee/ DE NV (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentant: C. Hollier-Larousse, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Mongurial, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Cooperativa italiana di ristorazione Soc. coop. rl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: D. Caneva, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Lulju 2006 (Każ R 235/2005-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sara Lee/DE NV u Cooperativa italiana di ristorazione Soc. Coop. rl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sara Lee/DE NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni vs Bertolete et

(Kawżi magħquda T-359/07 P sa T-361/07 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt tal-UIL - Ex ħaddiema impjegati taħt il-liġi tal-Belġju - Tibdil fis-sistema applikabbli - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-remunuerazzjoni - Trattament ugwali’)

(2009/C 82/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)

Appellati: Marli Bertolete (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) u t-tmien membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza); Sabrina Abarca Montiel (Wauthier-Braine, il-Belġju) u 19 il-membru ieħor tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza; Béatrice Ider (Halle, il-Belġju); Marie-Claire Desorbay (Meise, il-Belġju); u Lino Noschese (Braine-le-Château, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Suġġett

Tliet appelli ppreżentati kontra s-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewoprea (It-Tieni Awla), tal-5 ta' Lulju 2007, Bertolete et vs Il-Kummissjoni (F-26/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Abarca Montiel et vs Il-Kummissjoni (F-24/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Ider et vs Il-Kummissjoni (F-25/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiżi li jannullaw dawn is-sentenzi.

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-5 ta' Lulju 2007, Bertolete et vs Il-Kummissjoni (F-26/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Abarca Montiel et vs Il-Kummissjoni (F-24/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Ider et vs Il-Kummissjoni (F-25/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huma annullati.

2)

Ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, M. Bertolete u 8 membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni fosthom dawk li isimhom jidher fl-anness, S. Abarca Montiel u 19 il-membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni li ismhom jidher fl-anness, B. Ider, M. Desorbay u L. Noschese, huma miċħuda.

3)

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2009 — Vitro Coprorativo vs UASI– Vallon (√)

(Kawża T-229/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 82/42)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Vitro Coprorativo, SA de CE (Nuevo Leon, il-Messiku) (rappreżentant: J. Botella Reina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. López Fernández de Corres, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vallon GmbH (Horb, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Novembru 2006 (Każ R 1363/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Vitro Coprorativo SA de CV u Vallon GmbH

Dispożittiv

1)

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni għar-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Okalux vs UASI — Ondex (ONDACELL)

(Kawża T-126/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Nuqqas ta' ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni - Deċiżjoni li l-oppożizzjoni titqies bħala mhux ippreżentata - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

(2009/C 82/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ondes SAS (Chevigny-Saint-Sauveur, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2008 (Każ R 1384/2007-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Okalux GmbH u Ondex SAS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 — Pannon Hőerőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/08 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Ungerija favur ċerti produtturi tal-elettriku, permezz ta' ftehim ta' xiri ta' elettriku - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenża - Ibbilanċjar tal-interessi)

(2009/C 82/44)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Pannon Hőerőmű Energiatermelő, Kereskedelmi és Szolgáltató Zrt. (iktar 'il quddiem “Pannon Hőerőmű Zrt.”) (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. Kohlrusz, P. Simon u G. Ormai, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2223 finali, tal-4 ta' Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija permezz ta' ftehim ta' xiri ta' elettriku.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afghanistan

(Kawża T-511/08 R) (1)

(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' urġenza)

(2009/C 82/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unity OSG FZE (Sharjah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: C. Bryant u J. McEwen, solicitors)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: G. Marhic u A. Vitro, aġenti); u Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) (Kabul, l-Afganistan)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, meħuda minn EUPOL Afghanistan fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt ta' provvista ta' servizzi ta' sigurtà u ta' protezzjoni mill-qrib fl-Afganistan lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 32, 7.2.2009.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/25


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — CISAC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/08)

(2009/C 82/46)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, France) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 230 KE, tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COM/C2/38.698 — CISAC), li tikkonstata li 24 soċjetà taċ-CISAC stabbiliti fiż-ŻEE ħadu sehem fi prattiki miftehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE “billi kkoordinaw id-definizzjoni tal-limiti territorjali tal-mandati ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija lil xulxin b'mod li liċenzja tkun limitata għat-territorju domestiku ta' kull collecting society”.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tillimita l-konstatazzjoni ta' ksur għal tliet forom speċifiċi ta' użu tad-drittijiet ta' eżekuzzjoni (Internet, trażmissjoni bis-satellita u ritrasmissjoni bil-kejbil), meta l-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka jkopru b'mod ġenerali kull forma ta' użu ta' drittijiet ta' eżekuzzjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq iż-żewġ motivi prinċipali li ġejjin:

(i)

Skont dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta' evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 253 KE meta kkonstatat li d-definizzjoni parallela tal-limiti territorjali li tirriżulta mill-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka konklużi mill-membri taċ-CISAC stabbiliti fiż-ŻEE tikkostitwixxi prattika miftehma. Ir-rikorrenti tqis li l-preżenza ta' klawżola ta' definizzjoni tal-limiti territorjali fil-ftehim kollha ta' rappreżentanza reċiproka konklużi mill-membri tagħha mhijiex ir-riżultat ta' prattika miftehma sabiex tiġi ristretta l-kompetizzjoni. Minflok, din is-sitwazzjoni teżisti għaliex is-soċjetajiet kollha jqisu li huwa fl-interess tal-membri tagħhom li tali klawżola tkun inkluża fil-ftehim tagħhom ta' rappreżentanza reċiproka.

(ii)

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li jekk jitqies li kien hemm prattika miftehma dwar id-definizzjoni tal-limiti territorjali, din ma tirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81 KE għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-allegata prattika miftehma dwar id-definizzjoni tal-limiti territorjali mhijiex illegali għaliex tikkonċerna forma ta' kompetizzjoni li ma jistħoqqilhiex li tiġi protetta. It-tieni nett, anki jekk l-allegata prattika tiġi kkunsidrata li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, hija ma tiksirx l-Artikolu 81(1) KE skont dak li tallega r-rikorrenti, billi hija neċessarja u proporzjonata għall-għan leġittimu.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/26


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/08)

(2009/C 82/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni ta' EUROSTAT li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b'risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti għat-“Teknoloġiji tal-informazzjoni fil-qasam tal-istatistika”, Lott 2 “Żvilupp SDMX” u Lott 3 “Sostenn SDMX”, bħala t-tieni kuntrattur tal-mekkaniżmu kaskata (ĠU 2008/S 120-159017), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta' żewġ ittri separati tas-17 ta' Ottubru 2008 u kull deċiżjoni ulterjuri relatata ta' EUROSTAT inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-kuntrattur li l-offerta tiegħu rnexxiet;

tikkundanna lil EUROSTAT iħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta' sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta' EUR 4 326 000;

tikkundanna lil EUROSTAT għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament skont l-Artikolu 230 KE tad-deċiżjonijiet ta' EUROSTAT li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b'risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti għat-“Teknoloġiji tal-Informazzjoni Statistika”, Lott 2 “Żvilupp SDMX” u Lott 3 “Sostenn SDMX”, bħala t-tieni kuntrattur tal-mekkaniżmu kaskata (ĠU 2008/S 120-159017), li ġew ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta' żewġ ittri separati tas-17 ta' Ottubru 2008, kif ukoll li tingħata kumpens għad-danni skont l-Artikolu 235 KE.

Ir-rikorrenti ssostni li EUROSTAT wettaq diversi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni, filwaqt li regoli u prinċipji fundamentali dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi allegatament inkisru mill-awtorità kontraenti. Hija ssostni li ma saritx evalwazzjoni suffiċjenti tal-offerta tar-rikorrenti, li EUROSTAT naqas milli jagħti raġunijiet, naqas li jikkunsidra l-appell amministrattiv dettaljat u osservazzjonijiet relatati tar-rikorrenti u li ma ppreżentax ir-riżultati tal-eżami intern tiegħu lir-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-trattament tal-kandidati kien diskriminatorju; li l-kriterji ta' esklużjoni ma ġewx sodisfatti minn wieħed mill-membri tal-konsorzju rebbieħ u li nkisru l-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tikkonstata li l-konvenuta kisret ir-Regolament Finanzjarju u/jew il-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali, billi — probabbilment — il-Qorti tal-Prim'Istanza ser tiddeċiedi r-rikors wara li l-kuntratt ikun ġie kompletament eżegwit, ir-rikorrenti għandha tingħata kumpens pekunjarju ta' EUR 4 326 000 minn EUROSTAT, liema somma tikkorrispondi għall-qligħ gross li hija tistma li kienet tagħmel mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku Lott 2 u Lott 3, li kieku ngħatalha l-kuntratt.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Jannar 2009 — Dredging eInternational u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA

(Kawża T-8/09)

(2009/C 82/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dredging International NV (Zwijndrecht, il-Belġju) u Ondernemingen Jan de Nul NV (Hofstade-Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: R. Martens, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-EMSA li tiċħad l-offerta tal-Joint Venture Oil Combat (iktar 'il quddiem “JVOC”), stabbilita mir-rikorrenti, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul;

tiddikjara l-kuntratt iffirmat bejn l-EMSA u l-offerent magħżul wara l-proċedura għall-għoti ta' kuntratti EMSA/NEG/3/2008 bħala null u bla effett;

tagħti kumpens għad-danni li l-JVOC subiti minħabba d-deċiżjoni kkontestata, stmati b'mod provviżorju għal EUR 725 500, flimkien mal-interessi moratorji sa mill-preżentata ta' dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-JVOC.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħhom li huma ppreżentaw għas-sejħa għal offerti EMSA/NEG/3/2008 (Lott 2: il-baħar tat-Tramuntana) dwar kuntratti għal servizzi ta' bastimenti għall-irkupru taż-żejt lesti għall-azzjoni (1), u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul. Ir-rikorrenti jitolbu wkoll kumpens għad-danni allegatament ikkawżati mis-sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti jressqu erba' motivi.

Fl-ewwel lok, huma jsostnu li billi ma ngħatawx l-informazzjoni mitluba minnhom rigward ir-raġunijiet għaliex l-offerta tagħhom ġiet miċħuda, u dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta tal-offerent magħżul, il-konvenuta kisret l-Artikolu 135(2) tar-Regolament (2), l-Artikolu 253 KE u r-rekwiżiti proċedurali sostanzjali ta' motivazzjoni u tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenuta ma ssospendietx l-iffirmar tal-kuntratt mal-offerent magħżul sakemm sar skambju tal-informazzjoni rilevanti, bejnha u r-rikorrenti, u li b'dan il-mod hija kisret l-Artikolu 105(2) tar-Regolament Finanzjarju (3) u l-Artikolu 158a(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 (4).

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni meta evalwat l-offerta tal-offerent magħżul u li, b'dan il-mod, hija kisret il-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni kif provduti fl-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fid-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 12.2 tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti, mingħajr ma eżaminat ulterjorment l-argumenti tar-rikorrenti. Għaldaqstant, fil-fehma tar-rikorrenti, il-konvenuta kisret il-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni bi ksur tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-raba' lok, ir-rikorrenti jsostnu li fl-interpretazzjoni mogħtija mill-konvenuta tal-Artikolu 12.2 tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti, il-limitu massimu tal-baġit huwa manifestament irraġonevoli u ma jippermettix li jiġu ppreżentati offerti li jikkonformaw miegħu.


(1)   ĠU 2008/S 48-065631.

(2)  Ir-Regolament tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, adottat fid-9 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tad-9 ta' Diċembru 2003 li japplika għall-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, adottat mill-Bord Amministrattiv fit-3 ta' Lulju 2003.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/09)

(2009/C 82/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b'risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti VT/2008/019 — EMPL EESSI għas-“Servizzi u prodotti tal-informatika fil-kuntest tal-proġett EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information)” (1), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta' ittra tat-30 ta' Ottubru 2008 u kull deċiżjoni ulterjuri relatata inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-kuntrattur li l-offerta tiegħu rnexxiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta' sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta' EUR 883 703,5;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tirrifjuta l-offerta tagħha ppreżentata b'risposta għas-sejħa miftuħa għal offerti VT/2008/019 — EMPL CAD A/17543 għas-servizzi u prodotti tal-informatika fil-kuntest tal-proġett EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information) u li l-kuntratt jingħata lill-kuntrattur li l-offerta tiegħu rnexxiet. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għall-allegati danni fir-rigward tal-proċedura ta' sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq erba' motivi.

L-ewwel nett, hija targumenta li l-offerent rebbieħ gawda trattament privileġġat mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' diversi kuntratti oħra u li huwa ġie ffavorit fil-każ ta' din is-sejħa għal offerti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li hija sofriet diskriminazzjoni sistematika min-naħa tal-konvenuta fl-istess kuntest.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tosserva r-regoli dwar il-kriterji ta' esklużjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u għalhekk kisret l-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju (2) u l-Artikoli 133a u 134 tar-regoli ta' implementazzjoni tiegħu kif ukoll l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (3).

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni meta l-Kumitat ta' Evalwazzjoni evalwa l-offerta tar-rikorrenti.

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta bbażat l-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti li hija wettqet fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali u arbitrarji, naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha u f'dan il-kuntest wettqet diversi żbalji ta' evalwazzjoni.


(1)  ĠU 2008/S 111-148231.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).

(3)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Stella Kunststofftechnik vs UASI — Stella Pack (Stella)

(Kawża T-27/09)

(2009/C 82/50)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stella Kunststofftechnik GmbH (Eltville, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stella Pack Sp. z o. o. (Lubartow, ir-Repubblika tal-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tat-13 ta' Novembru 2008, mogħtija fid-19 ta' Novembru 2008, u tiddikjara li t-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka tat-22 ta' Diċembru 2006 kellha tiġi miċħuda bħala inammissibbli;

sussidjarjament, filwaqt li tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2008, inkluża dik tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-27 ta' Frar 2008, tissospendi d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka tat-22 ta' Novembru 2006 sakemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-Każ B 863177 ikunu ġew konklużi;

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż fil-kawża prinċipali li jistgħu jiġu rkuprati, inklużi dawk tal-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka: it-trade mark verbali “Stella” għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 16, 20 u 21 (Trade mark Komunitarja Nru 15 479)

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' revoka tat-trade mark Komunitarja: Stella Pack Sp. z o. o.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade marks ikkonċernati rrevokati għal ċerti prodotti fil-klassijiet 6, 8, 16 u 20

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti miċħud

Motivi invokati: kriterji ta' ammissibbiltà li skont ir-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u r-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2) għandhom jiġu kkunsidrati ex officio ma ttieħdux inkunsiderazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)

(Kawża T-28/09)

(2009/C 82/51)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mo-Hwa Park (Hillscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chong-Yun Bae (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1882/2007-4, u

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva “PINE TREE” għal prodotti fil-klassi 28 (Trade mark Komunitarja Nru 318 857)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Chong-Yun Bae

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkonċernata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata rrifjutata

Motivi invokat: inammissibiltà tal-appell u nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja kkonċernata skont l-Artikoli 15 u 50(1)(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm)

(Kawża T-30/09)

(2009/C 82/52)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Engelhorn KGaA (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Outdoor Group Limited (Northampton, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R-167/2008-5 tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ottubru 2008;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “peerstorm” għal prodotti u servizzi fil-klassi 25 (it-trade mark Komunitarja Nru 4 115 382)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: The Outdoor Group Limited

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “PETER STORM” għal prodotti fil-klassi 25 (it-trade mark Komunitarja Nru 833 566) kif ukoll it-trade mark irreġistrata fir-Renju Unit “PETER STORM” għal prodotti fil-klassi 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark miċħuda

Motivi invokati: Minn naħa, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1), peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u, min-naħa l-oħra, ksur tar-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2) peress li l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti ma ġiex ipprovat b'mod suffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/30


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/09)

(2009/C 82/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. A. de Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 tal-25 ta' Novembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Portugiża tħallas penali pekunjarja imposta skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża C-70/06, b'effett mill-10 ta' Jannar 2008;

sussidjarjament, tannulla din id-deċiżjoni fil-parti fejn l-effetti tagħha jaqbżu d-data tad-29 ta' Jannar 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha jew, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tillimita ruħha sabiex tnaqqas l-ammont tal-penali pekunjarja, tikkundanna lil kull waħda mill-partijiet għall-ispejjeż tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni appellata, skont l-Artikolu 230 KE, billi ssostni ksur tat-Trattat KE jew tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-applikazzjoni tat-Trattat min-naħa tal-Kummissjoni,.

Fil-fatt, billi eżiġiet li r-rikorrenti tħallas il-penali pekunjarja imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-70/06 għal kull jum ta' dewmien fir-rigward tal-perijodu bejn l-10 ta' Jannar u s-17 ta' Lulju 2008, meta r-rikorrenti kienet diġà soddisfat l-obbligu tagħha li timplementa d-Direttiva 89/665 (1), il-Kummissjoni kisret it-Trattat KE jew id-dispożizzjonijiet legali relatati mal-applikazzjoni ta' dan it-Trattat.

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tat, fl-10 ta' Jannar 2008, is-sentenza tagħha fil-kawża C-70/06, li biha kkundannat lir-rikorrenti għall-ħlas ta' penali pekunjarja imposta għall-kull jum ta' dewmien fl-adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex timplementa d-deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, fil-kawża C-275/03, liema miżuri kienu jikkonsistu fir-revoka tad-Digriet-Liġi Nru 48051 tal-21 ta' Novembru 1967, li jissuġġetta l-kumpens tal-persuni leżi minħabba l-ksur tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementawhom, għal delitt jew kważi-delitt, ir-Repubblika Portugiża kienet diġà approvat il-Liġi Nru 67/2007, li tirrevoka dan id-digriet-liġi u li tapprova sistema ġdida ta' responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali tal-Istat u korpi pubbliċi oħra, li ġiet ippubblikata fid-Diário da República, Serje 1, Nru 251, tal-31 ta' Diċembru 2007. Din il-liġi daħlet fis-seħħ tletin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri, fit-30 ta' Jannar 2008.

Fl-4 ta' Jannar 2008, ir-rikorrenti informat lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-fatt u talbet sabiex tannetti kopja ta' din il-liġi mal-atti tal-proċess għall-kawża C-70/06. Madankollu, minħabba li l-kawża kienet fi stadju avanzat, il-Qorti tal-Ġustizzja ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni din il-kwistjoni u tat is-sentenza tagħha fl-10 ta' Jannar 2008.

Għaldaqstant, ir-rikorrenti tqis li l-ħlas ta' penali pekunjarja imposta tikkonċerna biss il-perijodu sad-9 ta' Jannar 2008 jew, fl-agħar ipoteżi, peress li d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 67/2007 mhijiex l-istess bħad-data tal-pubblikazzjoni tagħha, sad-29 ta' Jannar 2008. It-talba tal-Kummissjoni hija, għaldaqstant, kompletament infondata fir-rigward tal-perijodi ta' wara dawn id-dati.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/655/KE tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, p. 33).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2009 — dm-drogerie markt vs UASI — Distribuciones Mylar (dm)

(Kawża T-36/09)

(2009/C 82/54)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH + Co. KG (Karlsruhe, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Distribuciones Mylar, SA (Gelves, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1 u, bħala rettifika, tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1 u tirrinvija l-kawża lill-UASI;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “dm” għal prodotti fil-klassijiet 1, 3-6, 8-11, 14, 16, 18, 20-22, 24-32, 34 u għal servizzi fil-klassi 40

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva “DM” irreġistrata fi Spanja bin-Nru 2 561 742 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 57 u 59 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li l-ittra tal-UASI tat-8 ta' Ġunju 2007 ma tissospenditx it-terminu għal appell; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks ikkonċernati minħabba xebħ bejn il-prodotti koperti. Ksur tar-Regola 17(2) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1), peress li l-Bord tal-Appell ma ddeterminax li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ma indikatx l-elementi essenzjali tal-oppożizzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/31


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)

(Kawża T-40/09)

(2009/C 82/55)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Selecciones Americanas, SA (Sitges (Barċellona), Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 280/2008-4 sa fejn tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tat-trade marks Spanjoli Nru 255 186 u 2 529 728;

temenda d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 280/2008-4 sabiex il-kunsiderazzjoni tal-oppożizzjoni tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 064 219; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Advance Magazine Publishers

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VOGUE CAFÉ” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 21, 25 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 255 186 tat-trade mark figurattiva “Vogue Juan Fort, S.A. — Baladona” għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 529 728 tat-trade mark figurattiva “VOGUE studio” għal prodotti fil-klassi 25; applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 064 219 tat-trade mark figurattiva “VOGUE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u/jew tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta sab li l-provi mressqa mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kienu kapaċi juru l-użu tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 255 186; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa żbaljatament li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 529 728; ksur tal-Artikolu 20(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 peress li l-Bord tal-Appell iddikjara motivi inapplikabbli sabiex jiċħad is-sospensjoni tal-proċedimenti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 3 064 219.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Jannar 2009 — Hipp & Co vs UASI — Nestlé (Bebio)

(Kawża T-41/09)

(2009/C 82/56)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co (Sachseln, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sociéte des Produits Nestlé, S.A. (Vevey, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 1790/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Hipp & Co

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Bebio”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark internazzjonali rreġistrata bin-Numru 187 436 tat-trade mark verbali “BEBA” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30; it-trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Numru 3 043 387 tat-trade mark verbali “BEBA” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

(Kawża T-51/09)

(2009/C 82/57)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Dal Ferro, avukat, V. Joris, aġent)

Konvenuta: Antiche Terre scarl Società Agricola Cooperativa (Arezzo, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura tas-somma kapitali ta' EUR 479 332,40, barra l-imgħaxijiet skaduti bir-rata stabilita fl-Artikolu 5.4.3. tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt (rata tal-BĊE miżjuda bi 2 %) minn meta s-somma ġiet riċevuta (mill-4 ta' Diċembru 1997 għas-somma ta' EUR 461 979,00 u mit-18 ta' Diċembru 1997 għas-somma ta' EUR 17 353,40) u sal-1 ta' April 2003; barra l-imgħaxijiet skaduti bl-istess rata mill-4 ta' Ġunju 2004 sal-ħlas totali, li minnha titnaqqas is-somma ta' EUR 461,979 imħallsa fil-25 ta' Jannar 2005;

subordinatament, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura tas-somma kapitali ta' EUR 479 332,40, barra l-imgħaxijiet skaduti bir-rata legali Taljana tal-4 ta' Jannar 2004 sal-ħlas totali effettiv, barra s-somma ta' EUR 461 979 mħallsa fil-25 ta' Jannar 2005;

tikkudannna fi kwalunkwe każ lil Antiche Terre Società Agricola Cooperativa għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, il-Kummissjoni qed titlob il-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem lil Antiche Terre scarl Società Agricola Cooperativa, kumpannija ta' responsabilità limitata (iktar 'il quddiem “Antiche Terre” jew il-“konvenuta”), fil-kuntest tal-programm THERMIE, għall-bini ta' impjant ta' produzzjoni tal-enerġija elettrika (10MW) permezz ta' sistema ġdida ta' ħruq ta' biomassa. Il-kuntratt ta' riferiment (Nru 188/96) ġie ffirmat mir-rikorrenti mal-konvenuta, bħala koordinatriċi, u żewġ kumpanniji oħra, waħda bl-uffiċċju reġistrat tagħha fil-Finlandja u l-oħra bl-uffiċċju reġistrat tagħha fi Spanja.

Antiche Terre għaddiet minn dewmien kbir fil-bidu tal-attività tagħha; hija talbet u kisbet xi prorogi sabiex ittemm ix-xogħlijiet. Il-konvenuta barra minn hekk issuġġeriet tibdil sostanzjali fl-impjant li jimplika li ma tibqax tuża l-proċess ġdid ta' ħruq tal-biomassa, bil-produzzjoni ta' enerġija tkun fi kwantità ferm inqas minn dik indikata minn qabel.

Il-Kummissjoni ma setgħatx tawtorizza din il-bidla radikali fil-proġett, li ma kien ikollha ebda possibbiltà ta' finanzjament fil-kuntest tal-programm THERMIE.

Konsegwentement, meta kkonstatat li l-konvenuta ma kinitx ser tibni l-impjant kif ġie indikat fil-proġett ippreżentat oriġinarjament, il-Kummissjoni kienet obbligata tirtira mill-kuntratt BM/188/96, filwaqt li spjegat barra minn hekk li n-nuqqas ta' bini tal-proġett oriġinali kien ser iwassal għall-ħlas lura totali jew parzjali tas-somma mħallsa bil-quddiem lill-konvenuta.

Il-Kummissjoni għalhekk talbet diversi drabi lil Antiche Terre l-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem, ta' EUR 479 332,40, mingħajr ma rċeviet xejn minnha. Għalhekk, wara li tħallset il-garanzija, u wara talbiet addizzjonali għall-ħlas lura tal-bilanċ, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 — Nycomed Danmark vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

(Kawża T-52/09)

(2009/C 82/58)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE u l-Artikolu 73a tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1901/2006 (2), l-annullament tad-Deċiżjoni “EMEA-000194-IPI01-07” tat-28 ta' Novembru 2008 tal-Aġenzija Ewropea għall-mediċini (“l-Aġenzija”) li tiċħad it-talba tagħha għal rinunzja speċifika għall-prodott skont l-Artikolu 11(1)(b) tar-regolament imsemmi iktar 'il fuq.

Ir-rikorrenti kienet talbet din ir-rinunzja fir-rigward ta' aġent ta' immaġni ta' echocardiographic ultrasound li kellu jitqiegħed fis-suq taħt it-trade mark Imagify, li kienet intiża li tagħmel djanjosi tal-mard tal-arterji koronarji(“CAD”) fl-adulti. Permezz tad-deċiżjoni tagħha, l-Aġenzija rrifjutat din ir-rinunzja lir-rikorrenti peress li l-marda jew kundizzjoni li għaliha dan il-prodott mediċinali kien intiż ma kinitx is-CAD iżda d-difetti ta' perfużjoni mijokardjika li jeżistu wkoll fit-tfal.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali sa fejn hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni tal-kunċett ta' “marda jew […] kondizzjoni li għaliha hu maħsub il-prodott mediċinali” fis-sens tal-Artikolu 11(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, li huma, fil-fehma tagħha, żbaljati, peress li d-deċiżjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-indikazzjoni terapewtika deskritta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni Komunitarja għal tqegħid fis-suq konkomitanti u li d-difetti tal-perfużjoni mijokardjika la huma marda u lanqas kundizzjoni, iżda sinjal ta' diversi tipi ta' mard.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali peress li hija tikkostitwixxi tentattiv mill-Aġenzija ta' abbuż mis-setgħat li għandha skont l-Artikolu 11(1)(b) u l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 sabiex jinkiseb għan mhux previst minn dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri l-obbligu li jiġi propost pjan ta' investigazzjoni pedjatrika għal indikazzjonijiet li mhumiex koperti mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni Komunitarja għal tqegħid fis-suq konkomitanti.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU 2004 L 136, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1901/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU 2006 L 378, p. 1).


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/34


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2009 — Schemaventotto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/09)

(2009/C 82/59)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Schemaventotto SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini, G. C. Rizza, M. Piergiovanni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni/jiet fl-ittra tat-13 ta' Awwissu 2008, Nru C(2008) 4494, mibgħuta mill-Kummissarju Kroes, għan-nom u f'isem il-Kummissjoni Ewropea, lill-awtoritajiet Taljani, u li tikkonċerna/jikkonċernaw proċedura taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi (Każ COMP/M.4388 — Abertis vs Autostrade); u

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jikkontesta d-deċiżjoni fl-ittra tal-Kummissarju Kroes tat-13 ta' Awwissu 2008, li permezz tagħha, skont ir-rikorrenti, il-konvenuta kkomunikat lill-awtoritajiet Taljani d-deċiżjoni tagħha li ma jkunx hemm prosegwiment tal-każ COMP/M.4388 Abertis vs Autostrade taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, Nru 139/2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament). Fil-fatt, il-Kummissjoni tapprova l-miżuri leġiżlattivi regolamentari dwar il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għat-“trasferiment” tal-konċessjonijiet awtostradali (Direttiva tal-2007 u d-Digriet tal-2008). Madankollu, fl-ittra msemmija l-konvenuta tirriżerva l-pożizzjoni tagħha fuq il-kompatibbiltà tal-qafas leġiżlattiv Taljan dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-konċessjonijiet awtostradali mar-regoli tas-suq intern.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-Artikolu 21 tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet billi tinvoka l-motivi li ġejjin:

Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma tista' tirreferi għal emendi tal-qafas leġiżlattiv rilevanti li saru wara l-31 ta' Jannar 2007, id-data tal-evalwazzjonijiet preliminari. Ladarba s-setgħat tal-Kummissjoni fl-ambitu tal-investigazzjoni taħt l-Artikolu 21(4) tar-Regolament huma strettament marbuta mal-kuntest tal-evalwazzjoni ta' operazzjoni ta' konċentrazzjoni speċifika ta' dimensjoni Komunitarja, li magħha huma marbuta l-miżuri nazzjonali inkwistjoni, l-emendi leġiżlattivi li seħħew wara ma setgħux jipproduċu effetti fuq l-azzjonijiet fil-passat tal-awtoritajiet Taljani, li wasslu għall-abbandun mill-partijiet tal-operazzjoni f'Diċembru 2006, tliet xhur wara l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament.

Ir-rikorrenti tikkritika l-abbuż/użu ħażin tal-poter tal-Kummissjoni, peress li l-bażi legali magħżula għall-kontenut tad-deċiżjoni espliċita li “ma jkunx hemm prosegwiment” kontra l-miżuri Taljani inkwistjoni ma kinitx xierqa. Jidher f'dan ir-rigward illi, bid-deċiżjoni tagħha li l-emendi għall-qafas leġiżlattiv magħmula matul iż-żmien sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm fil-futur il-preokkupazzjonijiet espressi fl-evalwazzjonijiet preliminari tagħha tal-31 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni adottat taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament tip ta' deċiżjoni li l-istess Artikolu ma jikkontemplax. Fil-fatt, il-Kummissjoni użat is-setgħat taħt l-imsemmi Artikolu 21 sabiex tiddikjara kompatibbli mad-dritt Komunitarju miżuri ta' portata ġenerali adottati minn Stat Membru, b'mod li m'għandu ebda rabta mal-operazzjoni speċifika ta' konċentrazzjoni li għal waqfien tal-istess l-Italja adottat il-miżuri nazzjonali inkwistjoni.

Meta qieset li l-qafas regolatorju Taljan, kif emendat, sar kompatibbli mad-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-inċertezzi ulterjuri kkawżati mill-ordinament Taljan tal-miżuri nazzjonali msemmija, li ċertament ikkontribwixxew sabiex ikun hemm ambjent favorevoli għal konċentrazzjonijiet futuri eventwali li jinvolvu s-suq tal-konċessjonijiet awtostradali fl-Italja. Barra minn hekk, ir-reġim adottat mill-Amministrazzjoni Taljana fl-2007 u 2008 kellu madankollu jitqies ukoll li jmur kontra l-Artikolu 21 inkwantu jimponi, bħala konsegwenza ta' “trasferiment” ta' konċessjoni awtostradali, obbligi ikbar minn dawk li altrimenti l-persuni involuti kien ikollhom.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Frar 2009 — Air One vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/02) (1)

(2009/C 82/60)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 31 tat-8.2.2003.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Jannar 2009 — EMSA vs Il-Portugal

(Kawża T-4/08) (1)

(2009/C 82/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tar-Raba Awla Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 — Liotti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2006 - Normi ta' evalwazzjoni applikabbli mill-evalwaturi)

(2009/C 82/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għas-sena 2006.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta' A. Liotti għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2006 huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 158, 21.6.08, p. 26.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 — Stols vs Il-Kunsill

(Kawża F-51/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2007 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

(2009/C 82/63)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willem Stols (Halsteren, l-Olanda) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Balta, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjonijiet tas-16 ta' Lulju 2007 u tal-5 ta' Frar 2008 li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil W. Stols fil-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007 huma annullati.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 19.7.08, p. 34.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/36


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' Frar 2009 — Carvalhal Garcia vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/08) (1)

(Servizz pubbliku - Ex uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju tal-edukazzjoni - Rifjut ta' għotja - Rikors tardiv - Inammissibbiltà manifesta)

(2009/C 82/64)

Lingwa tal-kawża:Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Carvalhal Garcia (Sines, il-Portugal) (rappreżentant: Antas da Cunha, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Monteiro, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tiċħad id-dritt għall-benefiċċju tal-edukazzjoni fir-rigward ta' bint ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Carvalhal Garcia għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 183 tad-19.7.2008, p. 33.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/37


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/09)

(2009/C 82/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, Il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 u tad-deċiżjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta' preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u dwar l-evalwazzjoni ta' u l-għoti ta' marki għall-eżamijiet orali.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni u l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni u tal-iżvolġiment tal-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta' preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u kif ukoll dwar l-evalwazzjoni ta' u l-għoti ta' marki għall-eżamijiet orali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/37


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 — Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

(Kawża F-10/09)

(2009/C 82/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, it-talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani u, min-naħa l-oħra, it-talba li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni mġarrba

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Fondazzjoni tad-29 ta' Frar 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani;

safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Fondazzjoni tal-24 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tas-27 ta' Ġunju 2008;

jikkundanna lill-Fondazzjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens stmat provviżorjament għal EUR 100 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.