ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.078.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
1 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 078/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 078/02

Sejħa għal proposti — EACEA/05/09 — Il-Programm Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni — Azzjoni 3.2 — Iż-Żgħażagħ fid-dinja: Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex dawk li jinsabu fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea

2

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 078/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 265/2009

7

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

1.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Marzu 2009

2009/C 78/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3308

JPY

Yen Ġappuniż

131,17

DKK

Krona Daniża

7,4482

GBP

Lira Sterlina

0,93080

SEK

Krona Żvediża

10,9400

CHF

Frank Żvizzeru

1,5152

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8900

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,388

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

308,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7096

PLN

Zloty Pollakk

4,6885

RON

Leu Rumen

4,2385

TRY

Lira Turka

2,2212

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9216

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6685

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3140

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3288

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0234

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 840,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,6140

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0942

HRK

Kuna Kroata

7,4769

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 570,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,8514

PHP

Peso Filippin

64,320

RUB

Rouble Russu

45,0320

THB

Baht Tajlandiż

47,223

BRL

Real Brażiljan

3,0767

MXN

Peso Messikan

18,7623

INR

Rupi Indjan

67,3920


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

1.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/2


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/05/09

Il-Programm “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”

Azzjoni 3.2 — “Iż-Żgħażagħ fid-dinja”: Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex dawk li jinsabu fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea

2009/C 78/02

1.   OBJETTIVI U DESKRIZZJONI

Permezz tal-Azzjoni 3.2 tal-Programm “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”, il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura, timmira li tappoġġja proġetti li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ bejn pajjiżi tal-Programm u pajjiżi msieħba għajr dawk li huma ġirien tal-Unjoni Ewropea.

L-objettivi tas-sejħa għal proposti huma:

li titjieb il-mobilità taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ;

li jiġi promoss kemm l-għoti tal-poter liż-żgħażagħ kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva tagħhom;

li jitħeġġeġ il-bini tal-kapaċità għall-organizzazzjonijiet u l-istrutturi taż-żgħażagħ sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

li jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' esperjenzi u ta' prattiki tajbin fil-qasam taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni mhux formali;

li jsir kontribut għall-iżvilupp fil-politika taż-żgħażagħ, tax-xogħol fis-settur taż-żgħażagħ u tal-volontarjat;

li jiġu żviluppati sħubiji u kuntatti sostenibbli bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Sejra tingħata preferenza lil dawk il-proġetti li jirriflettu l-aħjar il-prijoritajiet tal-programm “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”, jiġifieri:

il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

id-diversità kulturali;

iċ-ċittadinanza Ewropea;

l-inklużjoni taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet;

u bħala prijorità speċifika għall-2009:

il-mobilizzazzjoni u t-tqajjim ta’ għarfien fost iż-żgħażagħ fir-rigward ta’ kwistjonijiet globali bħall-iżvilupp sostenibbli, l-immigrazzjonijiet u l-bidla fil-klima.

Minbarra dan, il-proġetti għandhom jittrattaw waħda minn dawn it-temi li ġejjin:

(1)

It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili (inklużi strutturi taż-żgħażagħ), taċ-ċittadinanza attiva u tad-demokrazija

(2)

Il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija

(3)

Id-djalogu interkulturali, interetniku u interreliġjuż

(4)

Riżoluzzjoni wara l-konflitti, rikostruzzjoni u rijabilitazzjoni

(5)

Ir-rwol attiv tan-nisa fis-soċjetà

(6)

Id-drittijiet tal-minoranzi

(7)

Il-kontribut taż-żgħażagħ għall-ilħuq tal-Miri għall-Iżvilupp tal-Millenju (MDGs) (1).

Il-kooperazzjoni hija indirizzata lil persuni li jaħdmu fis-settur taż-żgħażagħ, ħaddiema żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ, żgħażagħ infushom u atturi oħrajn involuti f’organizzazzjonijiet u strutturi taż-żgħażagħ u li jkunu interessati fit-twettiq ta’ proġetti li jippromwovu l-kooperazzjoni f’dan il-qasam.

L-ambitu ġeografiku

Minkejja l-ambitu ġeografiku ta’ din is-sejħa għal proposti kif definit fis-Sezzjoni 5.2 tal-Linji Gwida tal-Applikanti, meta jiġi kkunsidrat il-qafas ġenerali tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE (2) kif ukoll l-eżiti u s-segwitu tal-ewwel Summit taż-Żgħażagħ bejn l-Afrika u l-Ewropa, sejra tiġi ddedikata attenzjoni għall-proġetti li fil-mira tagħhom għandhom it-tisħiħ tad-djalogu, l-iskambju u l-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Afrika fil-qasam taż-żgħażagħ.

2.   APPLIKANTI ELIĠIBBLI

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati minn organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għal profitt. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu:

organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs),

jew

korpi pubbliċi.

L-istess japplika għall-organizzazzjonijiet imsieħba.

L-applikanti għandhom – f’dak il-ħin meta jippreżentaw il-proposta tagħhom – ikunu rreġistrati legalment għal mill-inqas sentejn f’wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm. Il-Pajjiżi tal-Programm huma dawn li ġejjin:

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (3): l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit;

dawk il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jagħmlu parti mill-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja;

il-pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, b’konformità mal-prinċipji ġenerali, it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-UE: it-Turkija.

Il-proġetti għandhom jinvolvu msieħba minn ta’ mill-inqas erba’ pajjiżi differenti (inkluża l-organizzazzjoni applikanta), inklużi mill-inqas żewġ Pajjiżi tal-Programm, li mill-inqas wieħed minnhom irid ikun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u żewġ Pajjiżi Msieħba.

3.   AZZJONIJIET ELIĠIBBLI

Għandhom jiġu stabbiliti proġetti, inklużi attivitajiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt u li jaqgħu taħt il-qasam taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni mhux formali.

L-attivitajiet eliġibbli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dan li ġej:

l-iżvilupp ta’ sħubiji u netwerks,

seminars u konferenzi,

taħriġ tal-ħaddiema żgħażagħ u multiplikaturi,

l-iżvilupp ta’ għodod ta’ taħriġ,

informazzjoni u kampanji ta’ għarfien favur iż-żgħażagħ,

jobshadowings għal ħaddiema żgħażagħ,

fattibilità u żjarat ta’ studju,

laqgħat ta’ evalwazzjoni,

skambji taż-żgħażagħ.

Il-proġetti għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2009. Dawn għandhom ikunu għal perjodu minimu ta’ 6 xhur u għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji kwalitattivi

Il-kriterji kwalitattivi ser jirrappreżentaw 75 % tal-punti disponibbli fil-proċedura ta’ evalwazzjoni (koeffiċjent 3).

Rilevanza tal-proġett b’relazzjoni mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (25 %)

F’dan ir-rigward ser jiġu evalwati l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-proġett jilħaq l-għanijiet ġenerali tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni;

(b)

il-proġett jissodisfa l-għanijiet, il-prijoritajiet (inkluż l-enfasi ġeografika) u t-temi ta’ din is-sejħa għal proposti.

Kwalità tal-proġett u tal-metodi ta’ ħidma li jkopri (50 %)

F’dan ir-rigward l-aspetti li ġejjin ser jiġu evalwati:

(a)

il-proġett għandu effett ta’ multiplikatur konsiderevoli u ser ikollu impatt sostenibbli;

(b)

il-kwalità tas-sħubija, u b’mod partikolariċċarezza tal-kompiti, id-deskrizzjoni tar-rwol attwali tal-imsieħba fil-kooperazzjoni, kif ukoll l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-imsieħba biex jiġi stabbilit il-proġett/kooperazzjoni;

(ċ)

il-proġett jipprevedi miżuri xierqa mmirati biex jassiguraw it-tixrid u l-isfruttar tar-riżultati tiegħu;

(d)

l-involviment attiv taż-żgħażagħ fil-proġett;

(e)

il-programm ta’ ħidma huwa ċar, konsistenti u ta’ kwalità għolja;

(f)

il-baġit huwa konsistenti mal-attivitajiet ippjanati fil-programm ta’ ħidma.

Kriterji kwantitattivi

Il-kriterji kwantitattivi ser jirrappreżentaw 25 % tal-punti disponibbli fil-proċedura ta’ evalwazzjoni (koeffiċjent 1).

Profil u numru ta’ parteċipanti u ta’ promoturi involuti fil-proġett (25 %)

(a)

il-bilanċ tas-sħubija, li għandu jkun wieħed doppju: il-proġetti għandhom jinvolvu numru simili ta’ organizzazzjonijiet li jkunu bbażati fil-Pajjiżi tal-Programm u fil-Pajjiżi Msieħba, u wkoll jassiguraw rappreżentazzjoni ġusta tal-gruppi nazzjonali;

(b)

in-numru ta’ msieħba involuti fil-proġett u n-numru ta’ pajjiżi koperti mis-sħubija;

(ċ)

in-numru ta’ żgħażagħ u ħaddiema żgħażagħ involuti direttament fil-proġett;

5.   BAĠIT

Il-baġit totali allokat għall-ko-ffinanzjar tal-proġetti taħt din is-sejħa għal proposti huwa stmat għal EUR 2 600 000.

L-assistenza finanzjarja mill-Aġenzija tista’ ma tingħatax għal aktar minn 80 % tal-ispejjeż eliġibbli totali ta’ proġett. L-għotja massima tista’ ma taqbiżx EUR 100 000.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   SKADENZA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2009 fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

‘Youth in Action’ Programme – EACEA/05/09

BOUR, 4/029

Avenue du Bourget, 1

BE-1140 BRUSSELS

bil-posta, bid-data skont it-timbru tal-posta,

permezz ta’ kumpanija b’servizz ta’ kurrier express, bid-data tal-irċevuta mill-kumpanija b’servizz ta’ kurrier tittieħed bħala prova tal-postaġġ (jekk jogħġbok inkludi kopja tal-irċevuta).

Sejrin jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu ppreżentati bl-użu tal-formola x-xierqa, mimlijin u datati kif dovut, li jinkludu baġit ibbilanċjat (dħul/infiq) u li jintbagħtu bħala kopja waħda (id-dokument oriġinali). Dawn għandhom jiġu ffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’feks jew b’e-mejl ma jiġux aċċettati.

7.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Il-Linji Gwida Dettaljati tal-Applikanti u l-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq l-Internet fl-indirizz li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/youth/funding/2009/call_action_3_2_en.php

L-applikazzjonijiet għall-għoti għandhom jużaw il-formola tal-applikazzjoni mfassla speċifikament għal dan il-għan u għandhom jinkludu l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.


(1)  Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: http://www.undp.org/mdg/basics.shtml

(2)  Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/development/geographical/regionscountries/euafrica_en.cfm

(3)  Persuni minn pajjiżi u territorji extra Ewropej u, jekk applikabbli, istituzzjonijiet pubbliċi jew privati bbażati hemmhekk, huma eliġibbli taħt il-programm “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”, jiddependi mir-regoli tal-programm u minn dawk applikabbli fl-Istat Membru li miegħu huma relatati. Lista ta’ dawn il-pajjiżi u territorji extra Ewropej hija mogħtija fl-Anness 1A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni extra Ewropea”) (ĠU L 314, 30.11.2001.)


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

1.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 265/2009

2009/C 78/03

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden;

persuni naturali jew legali, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden; kif ukoll

persuni legali, entitajiet u korpi li huma propjetà ta', li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw lil, xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ għal, Al Qaida, it-Taliban jew is-Sur Usama bin Laden, jew xi ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fl-4 ta' Frar 2009 li jżid persuna naturali waħda mal-lista relevanti. Il-persuni naturali kkonċernati jistgħu jissottomettu fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludih fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

United States of America

Tista ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'numru 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 265/2009 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (3), skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002.

Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuna naturali kkonċernata:

(1)

l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha tagħhom, jew li huma propjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni tiegħu, jew għall-benefiċċju tiegħu, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2 u 2a (4); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lilu, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3)

4.

Il-persuna naturali kkonċernata mil-lista tar-Regolament (KE) Nru 265/2009 tista' tagħmel talba lill-Kummissjoni għar-raġunijiet għaliex ġiet inkluża. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ Relazzjonijiet Esterni

Attn. Unit A2 (CHAR12/45)

Rue de la Loi/Wetsraat 200

B-1049 Bruxelles/ Brussel

Belgique/België

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna naturali kkonċernata dwar il-possibbiltà ta' kontestazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 265/2009 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

6.

Id-dejta personali tal-persuna naturali kkonċernata mil-listi tar-Regolament (KE) Nru 265/2009 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (5). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

7.

Għall-kompletezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna naturali elenkata fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).

(2)  ĠU L 89, 1.4.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2 iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.