ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
12 ta' Marzu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2009/C 058/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Frar 2009 dwar proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti staġunali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (CON/2009/14)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 058/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5399 — Mubadala/Rolls Royce/JV) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 058/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 058/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2009/C 058/05

Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

10

2009/C 058/06

Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 (3) f'Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

11

2009/C 058/07

Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 (3) f'Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

12

2009/C 058/08

Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) f'Parti tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

13

2009/C 058/09

L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA sabet li l-miżuri segwenti ma jikkostwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

14

2009/C 058/10

Deċiżjoni biex tingħalaq l-investigazzjoni formali dwar l-iskema Għajnuna reġjonali għat-trasport ta' injam ġej minn siġar żgħar msajġrin, li ma ġewx maqtugħin bis-sega, u li xi drabi jitħallew bil-qoxra

15

2009/C 058/11

Festi pubbliċi fl-2009: Stati ta' l-EFTA fiż-ŻEE u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta' Frar 2009

dwar proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti staġunali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur

(CON/2009/14)

(2009/C 58/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-5 ta' Jannar 2009 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall- implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti staġunali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) (minn issa 'l quddiem “l-abbozz tar-regolament”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet Ġenerali

B'mod ġenerali, il-BĊE jilqa' l-abbozz tar-regolament li għandu jkattar il-kumparabbilta tal-HICP. It-trattament ta' partiti staġunali hija waħda mill-itwal kwistjonijiet ta' armonizzazzjoni li ġiet diskussa fil-kuntest ta' l-iżvilupp tal-HICP. Bħalissa, it-trattament ta' partiti staġunali jvarja b'mod sostanzjali tul l-Istati Membri, li jwassal għal HICPs li ma jistgħux jiġu mqabbla b'mod sostanzjali. Dan ikompli jwassal biex ikun hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni ta' l-indiċijiet taż-żona ta' l-euro għal ċerti gruppi ta' prodotti u jista' jirriżulta wkoll fi problemi fl-HICP tal-partiti kollha.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1

Madankollu, l-abbozz tar-regolament xorta jippermetti żewġ metodi differenti għat-trattament ta' prodotti staġunali, bl-użu ta' indiċijiet ta' piżijiet annwali stretti, jew indiċijiet ta' piżijiet staġunali marbuta ma' klassi. Filwaqt li l-abbozz tar-regolament jimponi ċerti restrizzjonijiet fuq l-implimentazzjoni ta' dawn iż-żewġ tipi ta' indiċijiet, biex ir-riżultati jkunu jistgħu jitqabblu kemm jista' jkun tul il-pajjiż, simulazzjonijiet urew li f'ċertu kundizzjonijiet iż-żewġ metodi xorta wasslu għal riżultati pjuttost differenti. Għalhekk, il-BĊE jilqa' standard aktar iebes, li jippermetti li jiġi applikat metodu wieħed biss miż-żewġ metodi, sabiex tittejjeb aktar il-kumparabbilta' tat-trattament ta' partiti staġunali. Madankollu, jekk l-għażla bejn iż-żewġ metodi m'hix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-HICP tal-partiti kollha, u jekk it-tneħħija ta' wieħed mill-metodi fl-abbozz tar-regolament twassal għal dewmien sostanzjali fl-adozzjoni ta' l-abbozz tar-regolament, il-BĊE jilqa' li t-trattament ta' prodotti staġunali jkun restritt għal wieħed mill-metodi f'reviżjonijiet futuri tar-Regolament.

2.2

Għal dawk l-Istati Membri li l-prattiċi kurrenti tagħhom ivarjaw sostanzjalment mill-istandards minimi deskritti fl-Artikolu 4 ta' l-abbozz tar-regolament, l-impatt fuq is-sottoindiċijiet koperti bl-abbozz tar-regolament, jista' jkun sinifikanti. Dan iwassal għal pawża statistika fl-indiċijiet li tista' twassal għal xkiel fit-tibdiliet li jsiru sena wara sena tal-HICP tal-partiti kollha. Il-BĊE jirrikonoxxi li jaf ma jkunx fattibbli għall-Istati Membri biex jirrevedu l-HICPs ippubblikati diġa' sa mill-bidu. Madankollu, il-BĊE jagħti importanza partikolari għall-kumparabbilta' u l-konsistenza taċ-ċifri tal-HICP is-sena wara l-implimentazzjoni ta' l-abbozz tar-regolament. Għalhekk il-BĊE jilqa' l-fatt jekk l-Istati Membri jirrevedu l-HICPs nazzjonali tagħhom għal ta' lanqas sena qabel l-implimentazzjoni ta' l-abbozz tar-regolament.

2.3

Billi skond it-Trattat jinħtieġ li l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament, għandha tiddaħħal ċitazzjoni fl-abbozz tar-regolment konformi ma' l-Artikolu 253 tat-Trattat.

2.4

Billi s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali tuża l-mhux biss għall-għan imsemmi fl-Artikolu 121 tat-Trattat, imma wkoll għall-ħidmiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha relatati mal-politika monetarja skond l-Artikolu 105(2) tat-Trattat, il-BĊE jirrikkmanda li jiddaħħal recital fl-abbozz tar-regolament.

3.   Proposti t'abbozzar

3.1

Meta l-parir t'hawn fuq iwassal għal tibdiliet fl-abbozz tar-regolament, qed jinhemżu proposti t'abbozzar fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta' Frar 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


ANNESS

Proposti t'abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

[ċitazzjoni ġdida proposta]

“Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá,

“Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armomizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3),”

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armomizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,”

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.3 ta' l-opinjoni

Emenda 2

[recital ġdid propost 5]

 

“(5)

L-HICP huwa indikatur importanti wżat mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali għall-analiżijiet tagħha relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politika monetarja skond l- Artikolu 105(2) tat-Trattat.”

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.4 ta' l-opinjoni


(1)  It-tipa skura fit-test tindika fejn il-BCE jipproponi li jiddaħħal test ġdid.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5399 — Mubadala/Rolls Royce/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 58/02)

Fis-16 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5399. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-11 ta' Marzu 2009

(2009/C 58/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2786

JPY

Yen Ġappuniż

125,35

DKK

Krona Daniża

7,4498

GBP

Lira Sterlina

0,92550

SEK

Krona Żvediża

11,2475

CHF

Frank Żvizzeru

1,4772

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,963

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

300,26

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7074

PLN

Zloty Pollakk

4,5905

RON

Leu Rumen

4,2815

TRY

Lira Turka

2,2140

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9657

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6325

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9165

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,5266

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9600

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 889,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0033

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7461

HRK

Kuna Kroata

7,4210

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 375,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,7263

PHP

Peso Filippin

61,760

RUB

Rouble Russu

44,7644

THB

Baht Tajlandiż

45,994

BRL

Real Brażiljan

2,9740

MXN

Peso Messikan

19,4155

INR

Rupi Indjan

65,4130


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 58/04)

Numru tal-XA: XA 359/08

Stat Membru: Il-Finlandja/Åland

Ir-reġjun: Åland

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Landskapsregeringens principer för ersättande av skördeskador som uppstått under odlingsåret 2007

Bażi ġuridika: Ålands landskapsregerings beslut från den 24.6.2008 (Dnr N26/08/1/11), Landskapslag om ersättande av skördeskador (ÅFS 72:1979); Article 11 of Commission Regulation (EC) No 1857/2006.

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali allokat għall-ħsara mġarrba fl-uċuħ fl-2007 hi ta' EUR 400 000

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna totali hija ta' 35 % tal-ammont eliġibbli

Id-data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tingħata għall-ħsara mġarrba fl-uċuħ fl-2007. Id-deċiżjonijiet biex tingħata l-għajnuna ma għandhomx jittieħdu qabel it-12 ta' Awwissu 2008

It-tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-għajnuna għandha tingħata biss għall-ħsara mġarrba fl-uċuħ fl-2007. L-aħħar pagament għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2008

L-għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hu li jitnaqqsu l-problemi ta' likwidità ta' bdiewa li sofrew telf bħala riżultat ta' ħsara lill-uċuħ ikkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu mxebbha ma' diżastri naturali skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) konċernat(i): Kultivazzjoni tal-uċuħ

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ålands landskapsregering

PB 1060

FI-AX 22111 MARIEHAMN

SUOMI/FINLAND

Indirizz tal-internet: http://www.regeringen.ax/.composer/ls-prot/NARING/2008/N2608E04_220908.html

XA Numru: XA 362/08

L-Istat Membru: Franza

Ir-reġjun: Département de l'Hérault

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Aides aux investissements pour le traitement des effluents issus de l'activité agricole de l'Hérault

Bażi legali:

L-Artikolu 4.3 (d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

Articles L 1511-2 et L 1511-5 du Code général des collectivités territoriales

convention cadre en cours d'élaboration entre le département et la région Languedoc-Roussillon

Nefqa annwali ppjanata fil-qafas tal-iskema tal-għajnuna: EUR 100 000

Intensità massima tal-għajnuna: Id-département ta' Hérault se jkopri sa 30 % tal-ispejjeż

Data tal-implimentazzjoni: 2008, suġġett għall-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummisssjoni

Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna: L-iskema tintemm fil-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: l-għan huwa li jiġu megħjuna l-impriżi agrikoli, hu x'inhu s-settur tal-produzzjoni tagħhom, biex jinvestu fil-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali skont l-Artikolu 4 (3) (d) tar-Regolament imsemmi hawn fuq. L-investiment proġettat għandu jagħmel possibbli l-iżolament u l-ipproċessar, skont il-metodi miftiehma, tal-iskart li jitlaħlaħ u jinħasel (l-effluenti) li jiġi mill-attività tal-impriża, ħlief l-investimenti meħtieġa skont ir-regoli Komunitarji eżistenti li għadhom ma ġewx introdotti, bħad-Direttiva tal-Kunsill (KE) 91/676 tat-12 ta' Diċembru 1991. Dan ma japplikax għall-effluenti li fihom prodotti fitosanitarji.

L-infiq eliġibbli jkopri prinċiparjament

il-ħolqien ta' postijiet issiġillati fejn jinġabar l-ilma għall-evaporazzjoni u li tista' ssirilhom il-manutenzjoni (it-tkissir rotatorju tal-viċinat, il-ġestjoni tal-aċċess, l-installazzjoni f'żoni li ma jfurux bl-ilma …). Hawnhekk jinġabru l-effluenti tal-impriża li, bir-riħ u bit-temperatura, jevaporaw. B'hekk ma jkunx hemm ħela ta' likwidu li jmur fin-natura,

l-installazzjoni tan-netwerks li jifirxu d-demel użati fuq l-art fejn saru analiżi agro-pedoloġiċi li juru l-kapaċità tagħhom biex jilqgħu l-effluenti inkwistjoni. Dawn l-analiżi jridu jintbagħtu lis-servizzi tal-Istat li jivvalidawhom qabel jibdew joperaw in-netwerks. Se tingħata attenzjoni sabiex in-netwerks ma jiġux imfixkla ma' dawk tal-irrigazzjoni minħabba li teknikament mhumiex kompatibbli,

ix-xiri ta' tankijiet mobbli għat-trasport f'kundizzjonijiet siguri tal-ilma mniġġes lejn il-post fejn se jiġi trattat. Fil-fatt is-soluzzjonijiet t'hawn fuq jistgħu jkunu għaljin għall-impriżi ta' daqs żgħir (id-daqs medju tal-impriżi f'Hérault huwa inqas minn 15 ha). Għalhekk, is-sottokuntratt tat-trattament tal-effluenti tista' tkun l-aħjar soluzzjoni ekonomikament.

Il-Kunsill Ġenerali se jara li l-operazzjonijiet sempliċi ta' tibdil jitneħħew mill-applikazzjonijiet eliġibbli.

Mhi se tingħata l-ebda għajnuna lill-impriżi li jinsabu f'diffikultà.

L-ammont tas-sussidji pprovduti se jkun determinat skont l-operazzjoni, abbażi tal-ispiża stmata msemmija meta titressaq it-talba. L-għajnuna reali se tkun determinata meta jiġu ppreżentati l-fatturi. Id-Dipartiment ikun jista' jwettaq kontrolli fuq fuq id-dokumenti u fuq il-post.

Jekk l-ispejjeż reali tal-investiment huma inqas minn dawk stmati meta tressaq l-fajl lill-kumitat permanenti, l-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment man-nefqa li saret tabilħaqq. Jekk bil-maqlub, l-għajnuna ma tiżdiedx

Il-benefiċjarji tal-għajnuna u s-setturi konċernati: L-impriżi agrikoli kollha tad-Dipartiment ta' Hérault huma eliġibbli għall-għajnuna dipartimentali, hu x'inhu s-settur tal-produzzjoni tagħhom.

Il-kandidati jridu jwieġbu għad-definizzjoni Komunitarja tal-impriżi ż-żgħar u dawk ta' daqs medju, stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 800/2008

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général de l'Hérault

Direction agriculture et développement rural

Hôtel de Département

1000, rue d'Alco

34087 Montpellier cedex 4

FRANCE

Sit tal-Internet: http://herault.fr/Economie/agriculture/fiche_synthetique.pdf

http://herault.fr/Economie/agriculture/Regime_departemental_concernant_les_effluents.pdf

Numru XA: XA 390/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Commissariato di Governo per l'Emergenza brucellosi negli allevamenti bufalini in provincia di Caserta e zone limitrofe

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja tal-għajnuna individwali: Indennizzi connessi con l'attuazione del Piano Operativo per fronteggiare il rischio sanitario connesso alla diffusione della brucellosi negli allevamenti bufalini nel territorio della provincia di Caserta e zone limitrofe

Bażi legali: Decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri del 3 agosto 2007 e successivo Decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri del 4 luglio 2008,

Ordinanza del Presidente del Consiglio dei Ministri del 21 Dicembre 2007 n. 3634 modificata con Ordinanza del Presidente del Consiglio dei Ministri del 28 maggio 2008 n. 3675,

Decreto Commissariale n. 4 del 6 maggio 2008 e Decreto Commissariale n. 10 del 31 luglio 2008,

Decreto Commissariale n. 21 del 22 ottobre 2008,

Decreto Commissariale n. 49 del 28 novembre 2008,

Decreto ministeriale del 27 dicembre 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

kumpens imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) u (b) tal-OPCM (Ordni tal-President tal-Kunsill tal-Ministri) Nru 3634/2007, għal total ta' EUR 37 000 000, bħala għajnuna ta' darba,

kumpens imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) tal-OPCM Nru 3634/2007, għal total ta' EUR 4 600 000, bħala għajnuna ta' darba

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tat-telf imġarrab

Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sa tmiem l-istat ta' emerġenza ddikjarat bid-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-3 ta' Awwissu 2007 u l-emendi suċċessivi, stipulat bħala l-31 ta' Diċembru 2008; il-kumpens jista' jibqa' jingħata anki wara din id-data għall-qtil tal-bhejjem infettati jew għar-rikostituzzjoni tal-merħla żooteknika tal-azjenda. Fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tingħata għajnuna wara erba' snin mill-identifikazzjoni tar-riskju tal-marda

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 10(2):

kumpens skont il-Liġi tad-9 ta' Ġunju 1964, Nru 615 u emendi u żidiet suċċessivi, mogħti lil partijiet eliġibbli għall-bhejjem maqtula skont l-Ordni tal-Ministeru tas-Saħħa tal-14 ta' Novembru 2006, nett minn kull dħul mill-bejgħ tal-laħam,

kumpens ulterjuri b'qies għall-valur fis-suq fid-data li fiha toħroġ l-Ordni (il-21 ta' Diċembru 2007), kif imsemmi fil-gazzetta uffiċċjali ISMEA, nett minn kull kumpens mogħti skont il-Liġi tad-9 ta' Ġunju 1964, Nru 615, u emendi u żidiet suċċessivi, u nett minn kull dħul mill-bejgħ tal-laħam,

telf ta' dħul minħabba l-konformità mal-obbligi tal-kwarantina u d-diffikultajiet tar-ripopolazzjoni.

L-iskema ta' għajnuna tirrikjedi t-tressiq ta' applikazzjoni mingħand il-benefiċjarju. L-għajnuna tingħata jekk il-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet tal-gvern ikunu pożittivi. Kull benefiċjarju jiġi notifikat b'mod ċar bl-ammont tal-kumpens li għandu jingħata kif ukoll bil-metodi ta' kalkolu li ntużaw. L-għajnuna tingħata sakemm jispiċċaw il-fondi mwarrba mill-OPCM 3624/07

Settur(i) konċernat(i): Is-settur żootekniku.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Commissariato di Governo per l'Emergenza brucellosi negli allevamenti bufalini in provincia di Caserta e zone limitrofe

Websajt: It-test sħiħ tal-għajnuna u d-dokumentazzjoni relevanti huma disponibbli fl-indirizz:

http://www.sito.regione.campania.it/agricoltura/brucellosi/brucellosi.html

Tagħrif ieħor: Skont iċ-ċirkustanzi, l-istat tal-emerġenza soċjoekonomika ddikjarat fit-territorju tal-provinċja ta' Caserta u ż-żoni tal-madwar jista' jittawwal aktar 'il quddiem, permezz ta' Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju għas-saħħa tat-tixrid elevat tal-bruċellożi fl-azjendi tal-bufli

Numru XA: XA 411/08

Stat Membru: Ir-RenjuUnit

Reġjun: Great Britain and Northern Ireland

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: The Compulsory Scrapie Flocks Scheme 2008

Bażi ġuridika: The Transmissible Spongiform Encephalopathies (England) Regulations 2008

Nefqa annwali ppjanata taħt din l-iskema jew l-ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Fil-preżent, in-nefqa annwali taħt din l-iskema huwa stmat kif ġej:

Intensità massima tal-għajnuna: l-intensità tal-għajnuna se tkun sa 50 % tal-ispejjeż relatati ma' kontrolli ta' saħħa, miżuri ta' tgħarbil, xiri u amministrazzjoni ta' tilqim u l-qtil u l-qerda tal-annimali li huma konformi ma' Artikolu 10.1 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

filwaqt li l-intensità tal-għajnuna skond Artikolu 10.2 għall-kumpens għat-telf tal-annimal minħabba l-marda għandu jkun sa' 100 % skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

l-intensità tal-għajnuna għandu jkun sa 50 % għal testijiet għat-TSE u t-tneħħija ta' bhejjem mejta minħabba t-TSE skont Artikolu 16.1 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fis-16 ta' Diċembru jew fid-data meta tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni, skont liema tiġi iktar tard

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fis-16 ta' Diċembru jew fid-data meta tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni, skont liema tiġi iktar tard. L-għajnuna tibqa' tingħata taħt din l-iskema sal-31 Marzu 2015. L-aħħar pagamanti għandhom isiru fi żmien 90 ġurnata wara l-għeluq ta' din l-iskema

Għan tal-għajnuna: L-iskema ser titħaddem skond l-Artikolu 10.1 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-iskema se toffri servizz ta' tgħarbil għan-nagħaġ u l-mogħoż fl-Ingilterra u l-Irlanda ta' Fuq għall-marda klassika Scrapie u Scrapie atipika. Il-marda Scrapie hija waħda mill-mard tal-annimali li nsibu fil-lista stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali skont Artikolu 10.7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

In-nefqa eleġibbli se tkun tinkludi t-tariffi għall-qtil tal-annimali, it-trasport tal-karkassi, it-tariffi li għandhom x'jaqsmu mar-rimi, it-teħid tal-kampjuni tad-demm u l-veterinarji, it-trasport tal-kampjuni u t-tariffi tal-laboratorju. L-għajnuna li se tingħata taħt din l-iskema għat-tgħarbil se tkun permezz ta' servizzi sussidjati u mhux se jkun hemm pagamenti ta' flus lill-produtturi direttament.

Ġaladarba jiġi konfermat każ ta' Scrapie, il-kumpens li jingħata taħt din l-iskema ikun skont Artikolu 10.2 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Il-kumpens jingħata skont il-valur fis-suq ta kull nagħġa u mogħża li tiġi meqruda bħala riżultat ta' azzjoni preventiva u ta' qerda kif mitlub mil-legiżlazzjoni

Settur(i) konċernat(i): Din l-iskema tapplika għall-SMEs li huma attivi fil-produzzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż

Isem u Indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Defra

Area 5D, 9 Milbank

c/o Nobel House

17 Smith Square

London

SW1P 3JR

UNITED KINGDOM

Indirizz tas-sit tal-internet: Iktar informazzjoni fuq l-iskema tinstab fuq dan is-sit tal-internet:

http://www.defra.gov.uk/animalhealth/managing-disease/NSPAC/

Il-link dirett huwa:

http://www.defra.gov.uk/animalhealth/publications/NSPAC/CSFS%20stateaid%20re-notification%20(v0%203)%2031%20Jul%2008%20(3)%20(3).pdf

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 420/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Adaptación del plan piloto del contrato global de explotación

Bażi legali: Orden AAR/308/2007, de 9 de agosto, por la cual se adapta el plan piloto del contrato global de explotación al Decreto no 50/2007, se aprueban las bases reguladoras de determinadas ayudas del plan piloto, se convocan las correspondientes al 2007, y se amplía el plazo de presentación de solicitudes de las ayudas convocadas por la Orden AAR/247/2007, de 4 de julio. (DOGC núm. 4959 de 31.8.2007) y proyecto de Orden por la que se modifica la Orden AAR/308/2007, de 9 de agosto

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont totali: EUR 420 000

Intensità massima tal-għajnuna: Assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola. Sussidju ta' 5 %.

Titjib tal-kwalità tal-ikel. Intensità ta' 80 %-100 %.

Investiment fil-konservazzjoni tal-pajsaġġ. Intensità ta' 30 %-90 %, b'limitu massimu ta' EUR 20 000.

Investiment fit-titjib tad-djar. Intensità ta' 10 %-20 %, b'limitu massimu ta' EUR 6 000 jew EUR 9 000.

Servizzi ta' sostituzzjoni tal-bdiewa. Intensità ta' 70 %

Data tal-applikazzjoni: Il-21 ta' Diċembru, sakemm ikun ġie ppubblikat fil-websajt ta' DĠ AGRI flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2009

Għan tal-għajnuna: Assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola (Artikolu 12): It-tħeġġiġ tal-użu tal-assigurazzjoni agrikola min-naħa ta' sidien l-azjendi agrikoli.

Titjib tal-kwalità tal-ikel (Artikolu 14(2)(d)): It-tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-prodotti agrikoli ta' kwalità distinti minħabba l-oriġini jew il-metodi ta' produzzjoni tagħhom. L-ispejjeż li jitnisslu mill-iskrizzjoni fil-kunsill regolatorju korrispondenti jew mill-kwoti annwali mħallsa lill-istess kunsill, jew l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni fil-każ tat-“Tikketta Q”, jiġu ssussidjati matul l-ewwel 5 snin, fuq bażi rigressiva.

Investiment fil-konservazzjoni tal-pajsaġġ (Artikolu 5(2) u 5(3)): It-tħeġġiġ tal-investimenti fil-konservazzjoni tal-wirt, pereżempju f'elementi arkeoloġiċi jew storiċi. L-ispejjeż eliġibbli huma dawk li jitnisslu mill-attivitajiet li ġejjin:

l-applikazzjoni ta' kriterji marbutin mal-pajsaġġ għat-titjib jew il-kostruzzjoni ta' bini u stallazzjonijiet agrikoli,

il-konservazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini agrikolu tradizzjonali,

ir-riabilitazzjoni sħiħa tal-ħitan tal-ġebel niexef li jinsabu f'qagħda ta' konservazzjoni ħażina,

il-konservazzjoni tal-madwar tal-azjenda permezz taż-żamma tal-veġetazzjoni mat-truf, ta' ċnut kif ukoll ta' żoni iżolati ta' foresta,

it-taħwil ta' siġar għall-integrazzjoni u/jew il-ħabi ta' bini b'impatt fuq il-pajsaġġ,

it-tibdil jew l-armonizzazzjoni ta' sistemi ta' ċnut,

it-tindif ta' skart illegali,

it-trasferiment jew it-titjib ta' kontenituri jew ta' elementi oħra b'impatt fuq il-pajsaġġ,

ir-riabilitazzjoni, is-sostituzzjoni jew it-twaqqigħ progressiv tal-istrutturi li jinsabu f'qagħda prekarja jew li mhumiex jintużaw,

tipi oħra ta' investiment mhux speċifikati hawn fuq jistgħu jiġi koperti wkoll, sakemm jaqdu l-għan ta' din il-miżura, skont id-diskrezzjoni tal-awtorità responsabbli għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet imressqa.

Investiment fit-titjib tad-djar (Artikolu 4(4)(a) u 4(4)(c)): It-tħeġġiġ tal-investimenti li jsiru fid-dar abitwali tal-bdiewa, sakemm din tkun marbuta ma' proprjetà meħtieġa għall-bżonnijiet tal-attivitajiet agrikoli jew komplimentarji, u tinsab ukoll f'nukleu rurali ta' inqas minn 3 000 ruħ, jew inkella tinsab f'art li ma tistax tiġi żviluppata.

Servizzi ta' sostituzzjoni tal-bdiewa (Artikolu 15(2)(b)): It-tħeġġiġ tat-titjib tal-kwalità tax-xogħol u tal-ħajja tal-bdiewa li jiddedikaw ruħhom prinċipalment għall-agrikultura, b'appoġġ għall-provvediment ta' servizzi ta' sostituzzjoni tal-bdiewa u tal-ħaddiema tal-azjenda fil-każ ta' mard, maternità, vaganzi jew btala ta' kull ġimgħa

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha. L-għajnuna tingħata lil azjendi agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departament d'Agricultura, Alimentació i Acció Rural

Generalitat de Catalunya

C/ Gran Via de les Corts Catalanes nos 612-614

08007 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: https://www.gencat.net/eadop/imagenes/4959/07220095.pdf

http://www20.gencat.cat/docs/DAR/TR_Tramits/TR01_Ajuts_subvencions/TR01_05_Ajus_pendents_publicacio/Documents/Fitxers_estatics/2008_ordre_modificacio_ordre_aar3082007.pdf

Tagħrif ieħor: —


INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/10


Awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

(2009/C 58/05)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni:

3 ta' Diċembru 2008

Numru tal-każ:

63928

Stat tal-EFTA:

Norveġja

Reġjun:

Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju):

Emendi għas-Sistema Speċjali tat-Taxxa Norveġiża għall-Bastimenti

Bażi ġuridika:

Artikolu 61(1) u 61(3)(c)

Tip ta' miżura:

Miżura fiskali

Għan:

Promozzjoni tas-settur marittimu

Tip ta' għajnuna:

Eżenzjoni mit-taxxa

Baġit:

Madwar EUR 220 000 000

Tul ta' żmien:

Sal-2017

Setturi ekonomiċi:

Settur marittimu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministeru tal-Finanzi

Akersg. 40

Oslo

NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit tal-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/11


Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 (3) f'Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

(2009/C 58/06)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta' għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni:

10 ta' Diċembru 2008

Numru tal-każ:

65709

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju):

Estensjoni tal-iskemi relatati mal-Appoġġ tal-produzzjonijiet awdjoviżivi u l-Appoġġ tal-kumpaniji tal-produzzjoni tal-films sal-1 ta' Lulju 2009

Il-bażi legali:

Ir-Regolament tat-28 ta' Lulju 2005 dwar l-appoġġ tal-produzzjonijiet awdjoviżivi u r-Regolament tat-18 ta' Settembru 2002Nru 1017 tal-appoġġ tal-kumpaniji tal-produzzjoni tal-films

Tip ta' miżura:

Għotjiet

L-għan:

Promozzjoni tal-kultura

Tip ta' għajnuna:

Għotjiet diretti

Baġit:

Il-baġit ġenerali tal-Iskema li għandha x'taqsam mal-Appoġġ għall-produzzjonijiet awdjoviżivi jammontaw għal madwar NOK 290 miljun kull sena.

Sabiex l-iskema tappoġġja lill-kumpaniji tal-produzzjoni, hemm fondi allokati permezz ta' trasferiment ġenerali lill-Fond Norveġiż tal-Films

Tul tal-iskema:

Sal-1 ta' Lulju 2009

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit tal-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/12


Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 (3) f'Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

(2009/C 58/07)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni:

3 ta' Diċembru 2008

Numru tal-każ:

64556

Stat tal-EFTA:

In-Norveġja

Reġjun:

Titlu:

Skema ta' Innovazzjoni bbażata fuq l-Injam

Il-bażi legali:

Baġit Annwali tal-Istat (St.prp. Nru 1 kapitolu 1149, punt 71), ittra ta' allokazzjoni annwali mill-Ministeru Irjali tal-Agrikoltura u Ikel indirizzata lil Innovation Norway, Dokument ta' Strateġija adottat mill-Ministeru tal-Agrikoltura u Ikel

Tip ta' miżura:

Skema ta' għajnuna

L-għan:

Sabiex jiżdied l-użu tal-injam u l-proffittabbiltà fis-settur tal-injam

Tip ta' għajnuna:

Għotjiet diretti

Baġit:

NOK 14-il miljun (approssimattivament EUR 1,75 miljun), Baġit annwali soġġett għal proċeduri parlamentari

Intensità:

Skont il-linji gwida

Tul tal-iskema:

2008-2013

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati:

Foresti u s-settur tal-injam

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna awtorità:

Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ikel

PO Box 8007

0030 Oslo

IN-NORVEĠJA

Tagħrif ieħor:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit tal-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/13


Awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) f'Parti tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti

(2009/C 58/08)

L-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni:

Is-17 ta' Diċembru 2008

Stat tal-EFTA:

In-Norveġja

Każ Nru:

64333

Titlu:

Skema ta' għajnuna għall-innovazzjoni SIVA

Għan:

Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

Forma ta' għajnuna:

Is-servizzi huma disponibbli għall-SMEs bi prezz imnaqqas

Baġit:

Madwar NOK 75 000 000

Bażi ġuridika:

Il-Baġit Statali, ittri/ittri ta' intenzjoni mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija u l-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Iżvilupp Reġjonali

Tul:

Sa tmiem l-2013

Setturi ekonomiċi:

Għajnuna orizzontali għall-SMEs

Isem u indirizz tal-awtorità li qegħda tagħti l-għajnuna:

SIVA — Selskapet għal industrivekst SF

Postboks 1253 Pirsenteret

7462 Trondheim

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinstab fuq:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/14


L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA sabet li l-miżuri segwenti ma jikkostwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

(2009/C 58/09)

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni:

Is-26 ta' Novembru 2008

Numru tal-każ:

63948

Stat tal-EFTA:

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju):

Allegata għajnuna lil H. Østervold AS

Bażi legali:

L-Artikoli 61(1), 8(3) u l-protokolli 3 u 9 ŻEE

Tip ta' miżura:

Il-bejgħ ta' artijiet

Setturi ekonomiċi:

Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Bergen og Omland Friluftsråd

Hellebakken 45

5039 Bergen

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit tal-Awtorità tal-EFTA dwar is-Sorveljanza:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/15


Deċiżjoni biex tingħalaq l-investigazzjoni formali dwar l-iskema “Għajnuna reġjonali għat-trasport ta' injam ġej minn siġar żgħar msajġrin, li ma ġewx maqtugħin bis-sega, u li xi drabi jitħallew bil-qoxra”

(2009/C 58/10)

Fid-29 ta' Ottubru 2008, l-Awtorità ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura tal-invetsigazzjoni formali taħt l-Artikolu 1(2) f'Parti I tal-Protokol 3 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja li nbeda fil-11 ta' Ġunju 2008 fir-rigward tal-għajnuna Reġjonali għall-iskema dwar it-trasport ta' injam ġej minn siġar żgħar msajġrin, li ma ġewx maqtugħin bis-sega, u li xi drabi jitħallew bil-qoxra, fejn ġie rrekordjat li n-Norveġja kienet irtirat n-notifika tagħha fid-9 ta' Lulju 2008.


12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/16


Festi pubbliċi fl-2009: Stati ta' l-EFTA fiż-ŻEE u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

(2009/C 58/11)

2009

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA

Il-Qorti ta' l-EFTA

L-1 ta' Jannar

X

X

X

X

X

It-2 ta' Jannar

 

X

 

 

 

Is-6 ta' Jannar

 

X

 

 

 

It-2 ta' Frar

 

X

 

 

 

Id-19 ta' Marzu

 

X

 

 

 

L-10 ta' April

X

X

X

X

 

It-12 ta' April

X

X

X

X

X

It-13 ta' April

X

X

X

X

X

It-23 ta' April

X

 

 

 

 

L-1 ta' Mejju

X

X

X

X

X

Is-17 ta' Mejju

 

 

X

 

 

Il-21 ta' Mejju

X

X

X

X

X

L-1 ta' Ġunju

X

X

X

X

X

Is-17 ta' Ġunju

X

 

 

 

 

It-22 ta' Ġunju

 

X

 

 

 

It-23 ta' Ġunju

 

 

 

 

X

It-3 ta' Awwissu

X

 

 

 

 

Il-15 ta' Awwissu

 

X

 

 

X

It-8 ta' Settembru

 

X

 

 

 

It-2 ta' Novembru

 

 

 

X

X

It-8 ta' Diċembru

 

X

 

 

 

L-24 ta' Diċembru

 

X

 

 

 

Il-25 ta' Diċembru

X

X

X

X

X

Is-26 ta' Diċembru

X

X

X

X

X

Il-31 ta' Diċembru

 

X