ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
26 ta' Frar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 047/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5450 — Kühne/HGV/TUI/Hapag-Lloyd) ( 1 )

1

2009/C 047/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5424 — DOW/Rohm and Haas) ( 1 )

1

2009/C 047/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5439 — OP Trust/Deutsche Bank London/Lloyds TSB Bank/BNP Paribas/Porterbrook Leasing) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 047/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2009/C 047/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-431 laqgħa tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbut ma' COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet — Relatur: L-Iżvezja

4

2009/C 047/06

Rapport Finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-każ COMP/39.168 — Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet

5

2009/C 047/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta' Settembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet (2) — Relatur: L-Iżvezja

7

2009/C 047/08

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2007 dwar proċediment taħt l-artikolu 81 tat-trattat tal-KE (Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet) (notifikata skond dokument numru C(2007) 4257 finali)

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 047/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

13

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2009/C 047/10

Sejħa għal applikazzjonijiet 2009 — It-Tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008–2013) ( 1 )

14

 

2009/C 047/11

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5450 — Kühne/HGV/TUI/Hapag-Lloyd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 47/01)

Fis-6 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5450. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5424 — DOW/Rohm and Haas)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 47/02)

Fit-8 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5424. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5439 — OP Trust/Deutsche Bank London/Lloyds TSB Bank/BNP Paribas/Porterbrook Leasing)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 47/03)

Fil-5 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5439. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-25 ta' Frar 2009

(2009/C 47/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2795

JPY

Yen Ġappuniż

123,76

DKK

Krona Daniża

7,4495

GBP

Lira Sterlina

0,88840

SEK

Krona Żvediża

11,3060

CHF

Frank Żvizzeru

1,4848

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7460

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

28,350

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

299,63

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,6515

RON

Leu Rumen

4,2823

TRY

Lira Turka

2,1605

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9685

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5947

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9210

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4847

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9534

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 938,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,7223

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7485

HRK

Kuna Kroata

7,3924

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 385,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,6951

PHP

Peso Filippin

61,610

RUB

Rouble Russu

45,8005

THB

Baht Tajlandiż

45,774

BRL

Real Brażiljan

3,0503

MXN

Peso Messikan

18,9687

INR

Rupi Indjan

63,7700


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-431 laqgħa tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbut ma' COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet

Relatur: L-Iżvezja

(2009/C 47/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodotti u ta' l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma li jinsabu fl-abbozz ta' deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-destinatarji ta' l-abbozz ta'deċiżjoni pparteċipaw fi ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma u/jew deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-destinatarji ta' l-abbozz ta'deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku jew kontinwu ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan u l-effett tal-ftehimiet u/jew tal-prattiċi miftiehma kellhom l-għan li jillimitaw il-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma setgħu jaffetwaw b'mod sostanzjali l-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-ksur.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li mhemmx ċirkustanzi aggravanti li jistgu jiġu applikati.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkustanzi attenwanti.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Avviżi ta' Klemenza.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni li tikkunsidra punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/5


Rapport Finali (1) ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-każ COMP/39.168 — Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet

(2009/C 47/06)

L-Isfond

Fis-7 u t-8 ta' Novembru 2001 il-Kummissjoni għamlet investigazzjonijiet fil-bini ta' diversi produtturi Komunitarji ta' prodotti tal-ħjata ibsin u rotob, kif ukoll fil-bini ta' l-assoċjazzjoni Ġermaniża tat-teknoloġija taż-żippijiet, Fachverband Verbindungs — und Befestigungstechnik (VBT). Il-provi wrew li l-impriżi kellhom sehem f'numru ta' ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma f'rabta ma' qfil biż-żippijiet u/jew “qfil ieħor” u/jew magni ta' twaħħil fl-UE. Skond il-Kummissjoni, il-ksur kien jifforma parti minn diversi skemi globali li l-għanijiet tagħhom kienu li jxekklu l-moviment normali tal-prezzijiet fis-suq ta' l-UE għal “qfil ieħor” u l-magni ta' twaħħil u ż-żippijiet relatati magħhom. L-iskemi kellhom l-għan li jirristrinġu l-kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali, ma' l-UE kollha u mad-dinja kollha, fil-każ ta' “qfil ieħor” u l-magni ta' twaħħil billi jallokaw swieq u jiskambjaw prezzijiet u jiffissaw prezzijiet minimi u mmirati.

Dikjarazzjonijiet ta' Oġġezzjonijiet u Aċċess għall-fajl

L-ewwel Stqarrija ta' Oġġezzjonijiet (SO) intbagħtet fis-17 ta' Settembru 2004 lis-sittax-il destinarju li ġejjin: A. Raymond Sarl; Berning & Söhne GmbH & Co. KG; [kumpanija A]; Coats Holdings Ltd; Éclair Prym Sarl (2); Fachverband Verbindungs-und Befestigungstechnik (“VBT”); Prym Fashion GmbH & Co. KG (3); [kumpanija B]; [kumpanija C]; Scovill Fasteners Europe SA; Scovill Fasteners Inc.; William Prym GmbH & Co. KG; [kumpanija D]; YKK Corp., il-Ġappun; YKK Holding Europe BV; and YKK Stocko Fasteners GmbH.

Minħabba l-fatt li s-CD-ROM li jipprovdi aċċess għall-fajl intbagħat lill-partijiet ftit tard, fl-4 ta' Ottubru 2004, fuq talba/talbiet tal-partijiet, jien approvajt estenzjonijiet u/jew aktar estensjonijiet għall-iskadenza lil numru ta' partijiet biex jibagħtu t-tweġibiet tagħhom (A. Raymond Sarl, fis-6 ta' Diċembru 2004; [Berning u kumpanija A], fl-20 ta' Diċembru 2004, VBT, fl-20 ta' Diċembru 2004; it-tliet kumpaniji Prym, fl-20 ta' Diċembru 2004; iż-żewġ kumpaniji Svovill, fit-13 ta' Diċembru 2004; YKK Corp., il-Ġappun, fil-21 ta' Diċembru 2004; iż-żewġ kumpaniji YKK li fadal, fl-14 ta' Diċembru 2004).

Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

Applikazzjonijiet ta' klemenza ġodda, li pprovdew informazzjoni supplimentari, għenu lill-Kummissjoni biex toħroġ Stqarrija Supplimentari ta' Oġġezzjonijiet (SSO). Dan id-dokument intbagħat fit-8 ta' Marzu 2006 lill-istess destinatarji, ħlief għal [kumpanija C] u [kumpanija D] (4), bħala l-SO oriġinali. L-SSO kienet indirizzata wkoll lil Coats Holdings' German subsidiary Coats Deutschland GmbH, lil ma kinitx destinatarja ta' l-SO oriġinali.

Fuq talba/talbiet tal-partijiet, jien approvajt l-estenzjonijiet li ġejjin u/jew aktar estenzjonijiet għall-iskadenza għat-tweġibiet tagħhom: [Berning u kumpanija A], fil-15 ta' Mejju 2006; it-tliet kumpaniji Prym, fil-15 ta' Mejju 2006; Scovill Fasteners Inc.; fid-19 ta' Mejju 2006; u t-tliet kumpaniji YKK, fis-16 ta' Mejju 2006.

Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

Intbagħat CD-ROM b'numru ta' kopji tad-dokumenti li qegħdin fil-fajl tal-Kummissjoni lill-partijiet fit-13 ta' Marzu 2006 f'rabta ma' l-SSO.

L-involviment ta' partijiet terzi

L-ebda parti terza ma kienet involuta fil-proċedura.

Seduta verbali

Is-seduta verbali saret fil-11 ta' Lulju 2006. Ħadu sehem il-partijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta' l-assoċjazzjoni VTB u Scovill Fasteners Europe SA.

Fil-bidu tas-seduta verbali kien aċċettat dokument bħala evidenza skond l-Artikolu 12(3) tal-mandat ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ. YKK kienet talbet li dan id-dokument jinġieb bħala evidenza minħabba li kien instab riċentement u kien ikkunsidrat rilevanti peress li seta' juri ksur fil-kooperazzjoni tal-Prym taħt in-Notifika ta' Klemenza. Il-partijiet ingħataw l-opportunità biex jirrispondu bil-fomm jekk kienu jixtiequ jagħmlu hekk, jew sussegwentement bil-miktub.

L-abbozz ta' Deċiżjoni

l-abbozz tad-Deċiżjoni tkopri l-istess prodotti u l-ksur kemm bħala SO u l-SSO.

Id-destinatarji ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni, ħlief għal [kumpanija A] u [kumpanija B] (5) jibqgħu l-istess bħal dawk ta' l-SSO.

It-tul ta' żmien tal-ksur kommess minn uħud mill-partijiet kien imnaqqas fl-abbozz tad-Deċiżjoni kif imqabbel ma' l-Istqarrijiet ta' Oġġezzjonijiet.

L-oġġezzjonijiet fir-rigward ta' ċerti ftehimiet ma nżammux fl-abbozz tad-Deċiżjoni. Dawn huma: a) ftehim bilaterali bejn Prym u Berning dwar is-suq għal “żippijiet oħra” u magni ta' twaħħil; b) ftehim bilaterali bejn Coats u YKK dwar is-suq għal żippijiet; b) ftehim bilaterali bejn Prym u YKK dwar is-suq għal żippijiet.

Dwar l-involviment fil-ksur għall-assoċjazzjoni VBT, aktar spjegazzjonijiet kienu pprovduti mill-abbozz ta' Deċiżjoni. Madanakollu, ma tinstab ebda evidenza fid-Deċiżjoni li ma kinitx diġà ġiet stabbilita fl-Istqarrija ta' Oġġezzjonijiet dwar l-involviment ta' VTB.

L-abbozz ta' Deċiżjoni sottomess lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jiena nikkunsidra li f'dan il-każ kienu rrispettati d-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa.

Brussell, it-12 ta' Settembru 2007.

Karen WILLIAMS


(1)  Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21).

(2)  L-isem korrett tal-kumpanija “Éclair Prym Sarl” li għaliha ssir referenza fiż-żewġ Stqarrijiet ta' Oġġezzjonijiet kienet “Éclair Prym Group S.A.” sa mit-12 ta' November 2001, kif kien innotat fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

(3)  Mit-23 ta' Ottubru 2006, il-kumpanija “Prym Fashion GmbH & Co. KG” kienet imsemmija mill-ġdid u ngħatat l-isem “Prym Inovan GmbH & Co. KG”.

(4)  [kumpanija C] u [kumpanija D] mhumiex id-destinatarji ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni.

(5)  [kumpanija A] u [kumpanija B], li kienu d-destinatarji ta' l-SSO, kienu mneħħija mill-abbozz tad-Deċiżjoni.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta' Settembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet (2)

Relatur: L-Iżvezja

(2009/C 47/07)

1.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi fir-rigward ta' l-erba' infrazzjonijiet distinti imma kontinwi fil-Komunità Ewropea.

2.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar iż-żjieda fl-ammont bażiku sabiex jiġi żgurat effett suffiċjenti ta' deterrent.

3.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti, jew li jitnaqqsu, l-multi f'każijiet ta' kartell.

4.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' tnaqqis tal-multi fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-2002 dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis tal-multi f'każijiet ta' kartell.

5.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-ammont bażiku għal Coats Holdings Ltd u s-sussidjarja Ġermaniża tagħha Coats Deutschland GmbH kif ukoll YKK Corporation Japan u s-sussidjarja Ewropea tagħha YKK Holding Europe B.V. minħabba ċirkostanza ta' attenwanti fir-rigward tal-ksur tripartitiku fis-settur tal-qfil biż-żippijiet (zip fasteners).

6.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi fir-rigward ta' l-erba' infrazzjonijiet distinti imma kontinwi fis-settur tal-qfil (fasteners) fil-Komunità Ewropea.

7.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/8


Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Settembru 2007

dwar proċediment taħt l-artikolu 81 tat-trattat tal-KE

(Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata ibsin: Żippijiet)

(notifikata skond dokument numru C(2007) 4257 finali)

(Il-verżjonijiet bl-ingliż, bil-franċiż u bil-ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2009/C 47/08)

Fid-19 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kwalunkwe multa imposta, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index.html

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-deċiżjoni kienet indirizzata lil A. Raymond Sarl (minn issa 'l quddiem “A. Raymond”), Berning & Söhne GmbH & Co. KG (minn issa 'l quddiem “Berning”), Coats Holdings Ltd, Coats Deutschland GmbH (minn issa 'l quddiem “Coats group”), Scovill Fasteners Inc., Scovill Fasteners Europe S.A. (minn issa 'l quddiem “Scovill group”), William Prym GmbH & Co. KG, Prym Inovan GmbH & Co. KG, Éclair Prym Group S.A. (minn issa 'l quddiem “Prym group”), YKK Corporation Japan, YKK Holding Europe B.V., YKK Stocko Fasteners GmbH (minn issa 'l quddiem “YKK group”) u Fachverband Verbindungs- und Befestigungstechnik (minn issa 'l quddiem “VBT”).

(2)

Il-prodotti kkonċernati mill-erba' infrazzjonijiet separati kienu żippijiet, qfil ieħor tal-metall u tal-plastik (minn issa 'l quddiem “qfil ieħor”) u magni li jwaħħlu. Kull waħda mill-erba' infrazzjonijiet kienet tkopri t-territorju kollu tal-Komunità.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Is-sejbiet f'din id-Deċiżjoni jirriżultaw minn spezzjonijiet li saru mill-Kummissjoni f'Novembru 2001 skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament 17 fuq il-post ta' diversi produtturi ta' prodotti ibsin u rotob tal-haberdashery. Dawn l-ispezzjonijiet u miżuri investigattivi oħra mill-Kummissjoni wasslu lill-grupp Prym, lill-grupp Coats u lill-grupp YKK biex japplikaw għal immunità jew tnaqqis fil-multi taħt il-programm ta' klemenza tal-Kummissjoni. Il-partijiet kienu nnotifikati b-ewwel Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet f'Settembru 2004 u b' Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet supplimentari f'Marzu 2006. Ġie organizzat smigħ pubbliku f'Lulju 2006.

2.2.   Sommarju tal-infrazzjoni

(4)

Il-Kummissjoni sabet evidenza li l-impriżi kienu ħadu sehem f' infrazzjoni jew ħafna infrazzjonijiet individwali jew kontinwi tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat.

2.2.1.   Kartell 1: Il-kooperazzjoni Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer

(5)

Dan il-kartell kien jinvolvi lil A. Raymond, Berning, il-grupp Scovill, il-grupp Prym, il-grupp YKK u l-assoċjazzjoni VBT u dam għaddej mill-24 ta' Mejju 1991 sa mill-inqas il-15 ta' Marzu 2001. Matul dan il-perijodu l-impriżi msemmijin hawn fuq ftiehmu fost affarijiet oħra fuq żidiet koordinati fil-prezzijiet f'sensiela ta' laqgħat annwali u skambjaw informazzjoni kunfidenzjali dwar prezzijiet u t-tħaddim ta' żidiet fil-prezzijiet fir-rigward ta' “qfil ieħor” u magni li jwaħħluhom. Din il-kollużjoni saret fil-qafas ta' laqgħat tax-xogħol organizzati mill-assoċjazzjoni kummerċjali VBT.

2.2.2.   Kartell 2: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Prym u l-grupp YKK

(6)

Dan il-kartell kien jinvolvi lill-grupp Prym u lill-grupp YKK u dam għaddej mit-13 ta' Awwissu 1999 sa mill-inqas it-13 ta' Jannar 2003. Matul dan il-perijodu iż-żewġ manifatturi ewlenin ta' prodotti tal-qfil fl-Ewropa iffissaw il-prezzijiet fuq bażi ta' prodott-prodott u pajjiż-pajjiż u allokaw klijenti rigward “qfil ieħor” u l-magni li jwaħħluhom.

2.2.3.   Kartell 3: Il-kooperazzjoni tripartitika bejn il-grupp YKK, il-grupp Coats u l-grupp Prym

(7)

Dan il-kartell kien jinvolvi lill-grupp YKK, lill-grupp Coats u lill-grupp Prym u dam għaddej mit-28 ta' April 1998 sa mill-inqas it-12 ta' Novembru 1999. Matul dan il-perijodu t-tliet manifatturi ta' żippijiet iltaqgħu f'għadd ta' okkażjonijiet biex jiskambjaw informazzjoni dwar prezzijiet u biex jiddiskutu żidiet fil-prezzijiet. Dawn it-tliet impriżi ftiehmu wkoll fuq metodoloġija biex jiffissaw prezzijiet minimi għaż-żippijiet fl-Ewropa.

2.2.4.   Kartell 4: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Coats u l-grupp Prym

(8)

Dan il-kartell kien jinvolvi lill-grupp Coats u lill-grupp Prym u dam għaddej iktar minn 21 sena, minn Jannar 1977 sa mill-inqas il-15 ta' Lulju 1998. Il-prodotti kkonċernati mill-kartell kienu żippijiet u “qfil ieħor”. Matul il-perijodu tal-infrazzjoni ż-żewġ impriżi qasmu s-suq tal-haberdashery bejniethom, jiġifieri billi impedixxew lill-grupp Coats milli jidħol fis-suq ta' “qfil ieħor”.

2.3.   Multi

(9)

Sabiex tiffissa l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni kkunsidrat il-gravità u t-tul tal-infrazzjonijiet, kif ukoll l-eżistenza ta' ċirkustanzi li jaggravaw u/jew jattenwaw.

(10)

L-assoċjazzjoni VBT kienet, iżda, kkunsidrata apparti minħabba r-rwol speċifiku tagħha ta' assoċjazzjoni ta' impriżi li kienet twettaq ħidmiet differenti u tieħu deċiżjonijiet differenti mill-partijiet fil-ftehim kif ukoll fid-dawl tal-fatt li l-parteċipazzjoni ta' VBT fl-arranġamenti tal-kartell kienet limitata għar-rwol tagħha ta' segretarjat għal-laqgħat tax-xogħol ta' Baseler and Wuppertaler u faċilitatur tal-ftehim dwar prezzijiet bejn il-membri tal-kartell (li huma indirizzati minn din id-deċiżjoni wkoll). Il-Kummissjoni għalhekk, ikkunsidrat li hu xieraq li timponi multa simbolika fuq VBT ta' EUR 1 000 għall-parteċipazzjoni tagħha fl-infrazzjoni ta' Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer (Kartell 1), b'konformità ma' punt 5(d) tal-Linji Gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat ECSC (2) (minn issa 'l quddiem “il-Linji Gwida dwar il-multi”).

2.3.1.   Gravità

(11)

Meta wieħed jikkunsidra n-natura tal-infrazzjonijiet, l-impatt probabbli fuq is-suq u l-ambitu ġeografiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-erba' infrazzjonijiet kollha għandhom jikkwalifikaw bħala serji ħafna.

2.3.2.   Trattament differenzjat

(12)

Fi ħdan il-kategorija ta' infrazzjonijiet serji ħafna, l-iskala ta' multi li jistgħu jiġu applikati tagħmilha possibbli li jiġi applikat trattament differenzjat lill-impriżi biex titqies il-kapaċità ekonomika effettiva li tikkawza ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni.

2.3.2.1.   Kartell 1: Il-kooperazzjoni Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer

(13)

L-impriżi kienu maqsumin f'żewġ kategoriji diffrerenti skont l-importanza relattiva tagħhom fis-suq. Il-grupp YKK u l-grupp Pryn kienu kklassifikati fl-ewwel kategorija u l-grupp Scovill, A. Raymond u Bering fit-tieni kategorija.

2.3.2.2.   Kartell 2: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Prym u l-grupp YKK

(14)

Fid-dawl tal-importanza relattiva tagħhom fis-suq, kemm il-grupp YKK u l-grupp Prym tpoġġew fl-istess kategorija.

(15)

Biex jiġi stabbilit l-ammont inizjali għaż-żewġ impriżi, ġie kkunsidrat il-livell inizjali impost fuq l-istess impriżi rigward Kartell 1. L-infrazzjoni bilaterali (Kartell 2) imxiet parzjalment b'mod parallel mal-infrazzjoni multilaterali (Kartell 1) fl-istess swieq ta' prodotti u kkostitwiet arranġament li permezz tiegħu iż-żewġ manifatturi ewlenin saħħew il-kooperazzjoni ta' bejniethom biex jakkwistaw effetti inkrementali fis-swieq relevanti.

2.3.2.3.   Kartell 3: Il-kooperazzjoni tripartitika bejn il-grupp YKK, il-grupp Coats u l-grupp Prym

(16)

L-impriżi kienu maqsumin fi tliet kategoriji differenti skont l-importanza relattiva tagħhom fis-suq. Il-grupp YKK tpoġġa fl-ewwel kategorija, il-grupp Coats fit-tieni kategorija u l-grupp Prym fit-tielet kategorija.

2.3.2.4.   Kartell 4: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Coats u l-grupp Prym

(17)

Fid-dawl tan-natura ta' din il-infrazzjoni ma kienx xieraq li jingħata trattament differenzjali liż-żewġ impriżi kkonċernati.

2.3.3.   Deterrent suffiċjenti

(18)

Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fuq livell li jiżgura li jkollha effett deterrenti suffiċjenti, il-Kummissjoni dehrilha xieraq li jiġi applikat fattur ta' multiplikazzjoni tal-multi imposti.

(19)

B'fatturat globali il-grupp YKK huwa attur ħafna ikbar mid-destinatarji l-oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li hu xieraq timmultiplika l-multi għall-grupp YKK.

2.3.4.   Żieda minħabba t-tul taż-żmien

(20)

Ġew applikati wkoll fatturi multiplikaturi individwali skont it-tul ta' żmien tal-infrazzjonijiet minn kull waħda mill-entitajiet legali.

2.3.5.   Ċirkostanzi attenwanti

(21)

B'konformità mal-punt 28 tal-avviż tal-Kummissjoni dwar immunità mill-multi u tnaqqis mill-multi f'każi ta' kartell (3) (minn issa 'l quddiem “l-Avviż ta' Klemenza 2002”), l-applikazzjonijiet għal immunità u/jew klemenza rigward Kartell 1 u 2 kienu evalwati skont dak l-avviż, filwaqt li l-applikazzjonijiet rigward Kartell 3 u 4 kienu evalwati skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar in-non-impożizzjoni jew tnaqqis ta' multi f'każi ta' kartell (4) (minn issa 'l quddiem “Avviż ta' Klemenza 1996”).

(22)

B'differenza mill-punt 23 tal-Avviż ta' Klemenza 2002, l-Avviż ta' Klemenza 1996 ma jipprovdix li jiġi ppremjat bi klemenza applikant li jiżvela fatti li sa dakinhar ma kienux magħrufa mill-Kummissjoniu li jaffettwaw il-gravità jew tul tal-kartel. Huwa għalhekk xieraq li kull tip ta' kooperazzjoni bħal din tiġi kkunsidrata taħt il-fatturi attenwanti.

(23)

Minħabba li l-grupp Coats u l-grupp YKK ipprovda lill-Kummissjoni fatti li sa dakinhar ma kienux magħrufa, li għinet lill-Kummissjoni tistabbilixxi d-durata ntiera tal-Kartell 3 (infrazzjoni tipartitika dwar zippijiet), iż-żewġ impriżi kkwalifikaw għal fattur attenwanti li jiġġustifika tnaqqis tal-ammont bażiku tal-multa li għandha tingħata liż-żewġ impriżi għal din il-infrazzjoni.

2.3.6.   Applikazzjoni tan-Notifika ta' Klemenza 1996 tnaqqis ta' multi

(24)

Rigward il-Kartell 3 u 4 id-destinatarji tad-Deċiżjoni kkooperaw mal-Kummissjoni għall-fini li jirċievu t-trattament favorevoli kif stipulat fil-Avviż ta' Klemenza 1996.

2.3.6.1.   Kartell 3: Il-kooperazzjoni tripartitika bejn il-grupp YKK, il-grupp Coats u l-grupp Prym

(25)

B'konformità mas-Sezzjoni D tal-Avviż ta' Klemenza 1996 u fid-dawl tal-livell ta' kooperazzjoni tal-grupp Coats u l-grupp Prym, iż-żewġ impriżi ingħataw tnaqqis ta' 35 % tal-multa li kienet tkun imposta għal din l-infrazzjoni li kieku ma kkooperawx mal-Kummissjoni. Il-grupp YKK iżda ma ngħatax tnaqqis ta' multa taħt l-Avviż ta' Klemenza 1996.

2.3.6.2.   Kartell 4: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Coats u l-grupp Prym

(26)

B'konformità mas-sezzjoni C tal-Avviż ta' Klemenza 1996 u fid-dawl tal-kooperazzjoni estensiva u sostanzjali tal-grupp Prym, l-impriża ingħatat tnaqqis ta' 75 % tal-multa li kienet tkun imposta għal din l-infrazzjoni li kieku ma kkooperatx mal-Kummissjoni.

2.3.7.   Applikazzjoni tan-Notifika ta' Klemenza 2002 tnaqqis ta' multi

(27)

Rigward il-Kartell 1 u 2 id-destinatarji tad-Deċiżjoni kkooperaw mal-Kummissjoni għall-fini li jirċievu t-trattament favorevoli kif stipulat fl-Avviż ta' Klemenza 2002.

2.3.7.1.   Kartell 1: Il-kooperazzjoni Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer

Punt 23(b), l-ewwel inċiż (tnaqqis ta' 30-50 %)

(28)

Ix-xhieda sottomessa mill-grupp Prym irrappreżentat valur miżjud sinifikanti fir-rigward tax-xhieda li diġà kellha l-Kummissjoni, u dan saħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti ta' prattiċi anti-kompetittivi. Il-grupp Prym kien l-ewwel impriża li tissodisfa l-punt 21 tal-Avviż ta' Klemenza 2002 u ngħata tnaqqis ta' 30 % mill-multa.

Il-Punt 23 (b), it-tieni inċiż (tnaqqis ta' 20-30 %)

(29)

Ix-xhieda sottomessa mill-grupp YKK irrappreżentat valur miżjud sinifikanti fir-rigward tax-xhieda li diġà kellha l-Kummissjoni, u dan saħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti ta' prattiċi anti-kompetittivi. Il-grupp YKK kien it-tieni impriża li tissodisfa l-punt 21 tal-Avviż ta' Klemenza 2002 u ngħata tnaqqis ta' 20 % mill-multa.

2.3.7.2.   Kartell 2: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Prym u l-grupp YKK

Punt 8(b) — Immunità

(30)

Is-sottomissjoni tal-grupp Prym ippermettiet lill-Kummissjoni biex issib infrazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat. Għalhekk, il-grupp Prym ikkwalifika għal immunità totali mill-multa.

Punt 23(b), l-ewwel inċiż (tnaqqis ta' 30-50 %)

(31)

Ix-xhieda sottomessa mill-grupp YKK irrappreżentat valur miżjud sinifikanti fir-rigward tax-xhieda li diġà kellha l-Kummissjoni, u dan saħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti ta' prattiċi anti-kompetittivi. Il-grupp YKK kien l-ewwel impriża li tissodisfa l-punt 21 tal-Avviż ta' Klemenza 2002 u ngħata tnaqqis ta' 40 % mill-multa.

3.   DEĊIŻJONI

Kartell 1: Il-kooperazzjoni Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer

(32)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi qablu, għall-perijodi indikati, fuq żidiet fil-prezzijiet ikoordinati u billi skambjaw informazzjoni kunfidenzjali dwar prezzijiet u t-tħaddim taż-żidiet fil-prezzijiet.

(a)

A. Raymond Sarl, mill-24 ta' Mejju 1991 sal-1 ta' Diċembru 1999;

(b)

Berning & Söhne GmbH & Co. KG; mill-24 ta' Mejju 1991 sad-19 ta' Awwissu 2000;

(c)

Scovill Fasteners Europe S.A., mill-24 ta' Mejju 1991 sal-15 ta' Marzu 2001;

(d)

Scovill Fasteners Europe S.A., mill-31 ta' Diċembru 1996 sal-15 ta' Marzu 2001;

(e)

William Prym GmbH & Co. KG, mill-24 ta' Mejju 1991 sal-15 ta' Marzu 2001;

(f)

Prym Inovan GmbH & Co. KG, mill-1 ta' Awwissu 1994 sal-15 ta' Marzu 2001;

(g)

YKK Corporation il-Ġappun, mill-1 ta' Marzu 1997 sal-15 ta' Marzu 2001;

(h)

YKK Holding Europe B.V., mill-1 ta' Marzu 1997 sal-15 ta' Marzu 2001;

(i)

YKK Stocko Fasteners GmbH, mill-24 ta' Mejju 1991 sal-15 ta' Marzu 2001;

(j)

Fachverband Verbindungs- und Befestigungstechnik, mill-24 ta' Mejju 1991 sad-19 ta' Awwissu 2000.

Kartell 2: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Prym u l-grupp YKK

(33)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi qablu, għall-perijodi indikati, li jiffissaw il-prezzijiet, jiġifieri l-prezzijiet minimi, medji u mmirati, li jissorveljaw iż-żidiet fil-prezzijiet permezz ta' skambji regolari ta' listi tal-prezzijiet u kuntatti bilaterali ta' spiss, u li jallokaw klijenti billi ma' jwaqqgħux l-offerti ta' xulxin lill-klijenti.

(a)

William Prym GmbH & Co. KG, mit-13 ta' Awwissu 1999 sat-13 ta' Jannar 2003;

(b)

Prym Inovan GmbH & Co. KG, mit-13 ta' Awwissu 1999 sat-13 ta' Jannar 2003;

(c)

YKK Corporation Japan, mit-13 ta' Awwissu 1999 sat-13 ta' Jannar 2003;

(d)

YKK Holding Europe B.V., mit-13 ta' Awwissu 1999 sat-13 ta' Jannar 2003;

(e)

YKK Stocko Fasteners GmbH, mit-13 ta' Awwissu 1999 sat-13 ta' Jannar 2003;

Kartell 3: Il-kooperazzjoni tripartitika bejn il-grupp YKK, il-grupp Coats u l-grupp Prym

(34)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat, għall-perijodi indikati, billi skambjaw informazzjoni dwar prezzijiet, iddiskutew bejniethom prezzijiet u żidiet fil-prezzijiet, u billi ftehemu dwar metodoloġija fuq l-ifissar ta' prezzijiet minimi fuq prodotti standard:

(a)

YKK Corporation Japan, mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(b)

YKK Holding Europe B.V., mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(c)

Coats Holdings Ltd, mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(d)

Coats Deutschland GmbH, mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(e)

William Prym GmbH & Co. KG, mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(f)

Prym Inovan GmbH & Co. KG, mit-28 ta' April 1998 sat-12 ta' Novembru 1999;

(g)

Éclair Prym Group S.A., mit-13 ta' Jannar 1999 sat-12 ta' Novembru 1999.

Kartell 4: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Coats u l-grupp Prym

(35)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat, għall-perijodi indikati, billi qablu li jaqsmu bejniethom is-suq tal-haberdashery billi ma ħallewx lill-grupp Coats jidħol fis-suq tal-“qfil l-oħra”.

(a)

William Prym GmbH & Co. KG, mill-15 ta' Jannar 1977 sal-15 ta' Lulju 1998;

(b)

Prym Inovan GmbH & Co. KG, mill-1 ta' Awwissu 1994 sal-15 ta' Lulju 1998;

(c)

Coats Holdings Ltd, mit-15 ta' Jannar 1977 sal-15 ta' Lulju 1998.

(36)

Għall-ksur imsemmi hawn fuq, ġew imposti l-multi li ġejjin:

Kartell 1: Il-kooperazzjoni Baseler-Wuppertaler u Amsterdamer

(a)

A. Raymond Sarl; EUR 8 325 000;

(b)

Berning & Söhne GmbH & Co. KG; EUR 1 123 000;

(c)

Scovill Fasteners Europe S.A. u Scovill Fasteners Inc., responsabbli flimkien u individwalment: EUR 6 002 000;

(d)

William Prym GmbH & Co. KG and Prym Inovan GmbH & Co. KG, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 24 913 000;

(e)

YKK Stocko Fasteners GmbH: EUR 68 250 000, li minnhom YKK Corporation Japan u YKK Holding Europe B.V. huma responsabbli flimkien u individwalment għal EUR 49 000 000;

(f)

Fachverband Verbindungs-und Befestigungstechnik (“VBT”); EUR 1 000.

Kartell 2: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Prym u l-grupp YKK

(a)

YKK Corporation Japan, YKK Holding Europe B.V. u YKK Stocko Fasteners GmbH, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 19 500 000.

Kartell 3: Il-kooperazzjoni tripartitika bejn il-grupp YKK, il-grupp Coats u l-grupp Prym

(b)

YKK Corporation Japan, YKK Holding Europe B.V. u YKK Stocko Fasteners GmbH, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 62 500 000;

(c)

Coats Holdings Ltd u Coats Deutschland GmbH, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 12 155 000;

(d)

William Prym GmbH & Co. KG u Prym Inovan GmbH & Co. KG, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 6 727 500, li minnhom Éclair Prym Group S.A. huwa responsabbli flimkien u individwalment: EUR 5 850 000.

Kartell 4: Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-grupp Coats u l-grupp Prym

(e)

William Prym GmbH & Co. KG u Prym Inovan GmbH & Co. KG, responsabbli flimkien u individwalment: EUR 8 897 500;

(f)

Coats Holdings Ltd; EUR 110 250 000.

(37)

L-impriżi elenkati hawn fuq għandhom, b'mod immedjat, itemmu l-infrazzjoni tagħhom, sakemm dan m'għamluhx diġà. Huma għandhom jastjenu milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba tan-natura tal-infrazzjoni misjuba f'dan il-każ, u minn kwalunkwe att jew imġiba li għandhom l-istess għan jew effett, jew li jkunu simili għalihom.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 9, 14.1.1998, p. 3.

(3)  ĠU C 45, 19.2.2002, p, 3.

(4)  ĠU C 207, 18.7.1996, p, 4.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/13


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 47/09)

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Pantelleria-Trapani u viċi versa

Pantelleria-Palermo u viċi versa

Lampedusa-Palermo u viċi versa

Lampedusa-Catania u viċi versa

Trapani-Milano Linate u viċi versa

Trapani-Roma Fiumicino u viċi versa

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku

180 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Ente nazionale per l'aviazione civile (ENAC)

Direzione centrale regolazione economica

Direzione trasporto aero

Viale del Castro Pretorio, n°118

I-00185 Roma

www.enac-italia.it

Posta elettronika: trasporto.aereo@enac.rupa.it


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/14


Sejħa għal applikazzjonijiet 2009

It-Tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008–2013)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 47/10)

Illum qed tiġi mnedija s-sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa — 2009” fi ħdan il-qafas tat-Tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) (1)

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi l-elementi li ġejjin:

sejħa għal proposti għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta' proġetti,

sejħa għal proposti għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta' konferenzi,

sejħa għal proposti għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja għat-tħaddim ta' korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati (għotjiet operanti),

stedina lill-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti għas-sottomissjoni ta' azzjonijiet konġunti.

L-iskadenza għal sottomissjonijiet tal-proposti taħt kull sejħa hija l-20 ta' Mejju 2009.

L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' 23 ta' Frar 2009 dwar l-adozzjoni tal-pjan ta' ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjonijiet ta' dan il-programm, huma disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/eahc


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi t-Tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3-13).


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.