|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 039/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5436 — Citi Infrastructure Partners LP/Itinere Infraestructuras SA) ( 1 ) |
|
|
2009/C 039/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5418 — Blackfriars/Vink Holding) ( 1 ) |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
KUNSILL |
|
|
2009/C 039/03 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 039/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2009/C 039/05 |
||
|
2009/C 039/06 |
||
|
2009/C 039/07 |
||
|
2009/C 039/08 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2009/C 039/09 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 039/10 |
||
|
|
||
|
2009/C 039/11 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5436 — Citi Infrastructure Partners LP/Itinere Infraestructuras SA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 39/01)
Fit-13 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ispanjol u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5436. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5418 — Blackfriars/Vink Holding)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 39/02)
Fil-5 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5418. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
III Atti preparatorji
KUNSILL
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/2 |
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju tal-Isvezja għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali
(2009/C 39/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1)(c) u (d) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Isvezja,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(2) |
Skont il-Programm tal-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (2), addottat mill-Kunsill Ewropew waqt il-laqgħa tiegħu fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004, bil-ħsieb taż-żieda tal-effiċjenza ta' prosekuzzjonijiet, waqt li tiġi garantita l-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-possibbiltajiet ta' konċentrazzjoni tal-prosekuzzjoni fi Stat Membru wieħed f'każijiet multilaterali transkonfinali ugħandha tingħata attenzjoni ulterjuri lill-proposti addizzjonali, inklużi konflitti ta' ġurisdizzjoni sabiex jitlesta l-programm komprensiv ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċizjonijiet ġudizzjarji f' materji kriminali. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni Qafas għandhom b'mod partikolari jimmiraw għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' ġurisdizzjoni, jiżguraw li l-ġurisdizzjoni fejn iseħħu l-proċedimenti hija l-aktar waħda adatta u jġibu aktar trasparenza u oġġettività għall-għażla ta' ġurisdizzjoni kriminali f'sitwazzjonijet fejn il-fatti ta' każ jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar. |
|
(4) |
F'sitwazzjonijiet fejn il-fatti jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' diversi Stati Membri u jistgħu jwasslu għal konflitt ta' ġurisdizzjoni, ma jistax ikun garantit li l-ġurisdizzjoni magħżula biex tmexxi l-proċedimenti kriminali hija l-iktar waħda adatta jew hija magħżula b'mod trasparenti u oġġettiv b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' każ u tal-karatteristiċi ta' kull waħda tal-ġurisdizzjonijiet possibbli. F'żona komuni Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja hija neċessarja li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali jsiru konxji, fi stadju bikri, tal-fatti li jistgħu jwasslu għal kunflitt ta' ġurisdizzjoni u li jintlaħaq ftehim biex, kemm jista' jkun, il-proċedimenti kriminali għal tali fatti jkunu kkonċentrati f'ġurisdizzjoni unika b'kont meħud tal-kriterji komuni u oġġettivi u tat-trasparenza. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għal żewġ sitwazzjonijiet. Fl-ewwel sitwazzjoni tistabbilixxi proċedura għal skambju ta' informazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed imexxu proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi u jeħtieġu jsiru jafu jekk hemmx proċedimenti pendenti għall-istess fatti fi Stati Membri oħra. Fit-tieni sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed imexxu proċediment kriminali għal fatti speċifiċi u jsiru konxji, permezz ta' mezzi oħra minbarra proċedura ta' notifika, li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra diġa' qegħdin imexxu proċedimenti kriminali għall-istess fatti. F'tali sitwazzjoni l-proċedura ta' notifika m'għandhiex tapplika u l-Istati rispettivi għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni Qafas m'hix intiża biex issolvi l-kunflitti negattivi ta' ġurisdizzjoni, jiġifieri fejn l-ebda Stat Membru ma stabbilixxa l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reat kriminali mwettaq. Is-sitwazzjoni fejn Stat Membru stabbilixxa l-ġurisdizzjoni tiegħu iżda m'huwiex lest jeżerċitaha, għandha tiġi kkunsidrata, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas, bħala kategorija speċifika ta' kunflitt pożittiv ta' ġurisdizzjoni. |
|
(7) |
L-ebda wieħed mill-Istati Membri kkonċernati m'għandu jkun obligat iċedi jew jassumi l-ġurisdizzjoni sakemm ma jkunx jixtieq li jagħmel dan. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt tagħhom li jibdew proċedimenti kriminali għal kwalunkwe reat kriminali li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni Qafas ma taffettwax il-prinċipju ta' legalità u l-prinċipju ta' opportunità kif regolati mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Madankollu, peress li l-għan propju ta' din id-Deċiżjoni Qafas huwa li tipprevjeni proċedimenti kriminali paralleli mhux meħtieġa, l-applikazzjoni tagħha m'għandiex twassal għal kunflitt ta' ġurisdizzjoni li altrimenti ma kienx iseħħ. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal, u m'hix intiża biex tirregola, anke indirettament, il-prinċipju ta' ne bis in idem kif rikonoxxut mill-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (3) u permezz tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
(10) |
Din id-Deċizjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment ta' Proċedimenti f'Materji Kriminal, ffirmata fi Strasburgu fil-15 ta' Mejju 1972, kif ukoll kwalunkwe arranġamenti oħra rigward it-trasferiment ta' proċedimenti f'materji kriminali bejn l-Istati Membri. |
|
(11) |
Fejn l-akkużat huwa ċittadin jew resident ta' Stat Membru ieħor, dan m'għandux jiġi kkunsidrat awtomatikament bħala rabta sinifikanti. |
|
(12) |
Meta jkunu qed jiġu deskritti l-fatti li huma s-suġġett tal-proċedimenti kriminali fin-notifika, l-awtorità li qed tinnotifika għandha b'mod partikolari tiddikjara preċiżament, fejn, meta u kif twettaq ir-reat, kif ukoll id-dettalji tas-suspettat jew il-persuna akkużata, sabiex l-awtorità li qed twieġeb tkun tista' tiddetermina jekk humiex qed isiru proċedimenti kriminali għall-istess fatti fl-Istat Membru tagħha. |
|
(13) |
Konsultazzjonijiet diretti jistgħu jinbdew minn kwalunkwe Stat Membru kkonċernat u permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni Qafas tiddikjara meta huwa mandatorju għall-awtoritajiet rispettivi biex jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti. Iżda, xejn m'għandu jipprevjeni lill-awtoritajiet milli jidħlu volontarjament f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt fi kwalunkwe sitwazzjoni oħra. |
|
(15) |
Fis-sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti jsiru konxji li l-fatti li huma s-suġġett ta' proċedimenti kriminali pendenti jew antiċipati fi Stat Membru kienu s-suġġett ta' proċedimenti li ġew trattati b'mod definittiv fi Stat Membru ieħor, l-iskambju ta' informazzjoni konsegwenti għandu jiġi mħeġġeġ. L-għan ta' dak l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti kienu trattati b'mod definittivi jiġu provduti b'informazzjoni u provi li jagħmluha possibbli li jerġgħu jiftħu l-proċedimenti f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. |
|
(16) |
Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex twassal għal burokrazija indebita f'każijiet fejn għall-problemi indirizzati huma disponibbli għażliet aktar xierqa. B'hekk f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun kumplimentari u mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/…/ĠAI… dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (4) u għandha tuża mekkaniżmi li diġa' jeżistu fl-Eurojust. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali (5) għandha tapplika għall-protezzjoni ta' data personali provduta taħt din id-Deċiżjoni Qafas. |
|
(19) |
Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:
KAPITOLU 1
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi:
|
(a) |
il-qafas proċedurali li taħtu l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali pendenti għal fatti speċifiċi sabiex jiskopru jekk hemmx proċedimenti paralleli pendenti għall-istess fatti fi Stat(i)Membru(i) ieħor/oħra u li taħthom l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jilħqu ftehim dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt għat-tmexxija ta' proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar; |
|
(b) |
kriterji komuni u regoli li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' żewġ Stati Membri jew aktar kull meta huma jfittxu ftehim dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt għat-tmexxija tal-proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi. |
2. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jmexxu proċedimenti kriminali u jiskopru li fatti li huma s-suġġett ta' dawn il-proċedimenti juru rabta sinifikanti ma' Stat Membru wieħed jew aktar, u huwa possibbli li l-awtoritajiet kompetenti ta' tali Stat(i) Membru(i) ieħor/oħra qed imexxu proċedimenti kriminali għall-istess fatti, jew |
|
(b) |
fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jmexxu proċedimenti kriminali u permezz ta' kwalunkwe mezz isiru konxji li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jew aktar ieħor/oħra imexxu proċedimenti kriminali għall-istess fatti. |
3. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex tapplika għal sitwazzjonijiet fejn l-ebda Stat Membru ma jkun stabbilixxa l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq reat kriminali mwettaq.
4. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex tapplika għal kwalunkwe proċedimenti miġjuba kontra impriżi jekk tali proċedimenti għandhom bħala l-objettiv tagħhom l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità Ewropea.
5. Din id-Deċiżjoni Qafas ma tagħti l-ebda dritt lil persuna li ser tiġi invokata quddiem l-awtoritajiet nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas:
|
(a) |
“stat li qed jinnotifika” tfisser Stat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew jistiednu lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex jidħol f'konsultazzjonijiet diretti; |
|
(b) |
“Stat li qed iwieġeb” tfisser Stat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu huma notifikati jew mistiedna jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor; |
|
(c) |
“proċedimenti pendenti” tfisser proċedimenti kriminali, inkluż l-istadju ta' qabel il-kawża, mmexxija taħt il-liġi nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għall-fatti speċifiċi; |
|
(d) |
“awtorità li qed tinnotifika” tfisser awtorità maħtura taħt il-liġi nazzjonali biex tinnotifika lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor dwar l-eżistenza ta' proċedimenti pendenti għal reat kriminali, biex tirċievi tweġibiet għal tali notifiki u tiddiskuti u tilħaq ftehim mal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor dwar liema hi l-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt biex tmexxi proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dawk l-Istati Membri; |
|
(e) |
“awtorità li qed twieġeb” tfisser awtorità maħtura taħt il-liġi nazzjonali biex tirċievi u twieġeb għal notifiki dwar l-eżistenza ta' proċedimenti pendenti għal reat kriminali fi Stat Membru ieħor u biex tikkonsulta u tilħaq ftehim mal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor dwar liema hi l-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt biex tmexxi proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dawk l-Istati Membri; |
Artikolu 3
Determinazzjoni tal-awtoritajiet li jinnotifikaw u dawk li jwieġbu
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar liema awtorità ġiet maħtura biex taġixxi bħala awtorità li qed tinnotifika u liema bħala awtorità li qed twieġeb. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jaħtar awtorità unika biex taġixxi kemm bħala awtorità li qed tinnotifika kif ukoll bħala awtorità li qed twieġeb.
2. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni rċevuta disponibbli lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Possibbiltà tal-assenjazzjoni tal-kompiti ta' awtorità maħtura lil awtorità nazzjonali oħra
1. Fi kwalunkwe stadju tal-proċedura li hija prevista f'din id-Deċiżjoni Qafas, awtorità li qed tinnotifika jew li qed twieġeb tista' tiddeċiedi li tassenja l-kompiti tagħha bħala awtorità maħtura taħt l-Artikolu 3(1) lil awtorità nazzjonali oħra, pereżempju lil awtorità b'responsabbiltà taħt il-liġi nazzjonali li tmexxi proċedimenti kriminali.
2. Jekk deċiżjoni tittieħed skont il-paragrafu 1, hija għandha minnufih tiġi kkomunikata lill-awtorità li qed tinnotifika jew lil dik li qed twieġeb tal-Istat Membru kkonċernat flimkien mad-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità assenjata.
3. Id-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha effett malli tiġi rċevuta l-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2.
KAPITOLU 2
SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 5
Notifika
1. Fl-eventwalità li l-awtoritajiet ta' Stat Membru, li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex imexxu proċedimenti kriminali, jiskopru li l-fatti li huma s-suġġett ta' proċedimenti pendenti juru rabta sinifikanti ma' Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtorità li qed tinnotifika tal-ewwel Stat Membru għandha hekk kif ikun prattikabbli tinnotifika l-eżistenza ta' dawn il-proċedimenti lill-awtorità/awtoritajiet li qed twieġeb/iwieġbu tal-Istat(i) Membru(i) marbut/a magħhom sinifikatament sabiex tiskopri jekk l-Istat(i) Membru(i) li qed iwieġeb/iwieġbu hux/humiex imexxi/imexxu proċedimenti kriminali għall-istess fatti.
2. Skont il-paragrafu 1, l-obbligu ta' notifika japplika biss għal reati kriminali punibbli fl-Istat li qed jinnotifika permezz ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perijodu massimu ta' mill-inqas sena u kif inhuma definiti mil-liġi tal-Istat Membru li qed jinnotifika.
Artikolu 6
Rabta sinifikanti
1. Rabta għandha dejjem titqies bħala “sinifikanti” fejn il-fatti jew parti sostanzjali minnhom li jagħtu lok għar-reat kriminali seħħ fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
2. Fi proċediment li jinkludu rabta ma' Stat Membru ieħor, minbarra dak imsemmi fil-paragrafu 1, id-deċiżjoni dwar jekk ċerta rabta għandiex titqies bħala sinifikanti għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ b'referenza, b'mod partikolari, għall-kriterji komuni elenkati fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 7
Proċedura ta' notifika
1. L-awtorità li qed tinnotifika għandha tinnotifika lill-awtorità li qed twieġeb bi kwalunkwe mezz li jkun jippremetti li jiġi prodott rekord bil-miktub sabiex l-Istat li qed iwieġeb jkun jista' jistabbilixxi l-awtentiċità tan-notifika.
2. Jekk l-awtorità li qed twieġeb ma tkunx magħrufa, l-awtorità li qed tinnotifika għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, sabiex tikseb id-dettalji tal-awtorità li qed twieġeb mill-Istat li qed iwieġeb.
3. Jekk l-awtorità fl-Istat li qed iwieġeb li jirċievi n-notifika mhix l-awtorità li qed twieġeb kompetenti taħt l-Artikolu 3, hija għandha awtomatikament titrażmetti n-notifika lill-awtorità kompetenti u għandha tinforma lill-awtorità li qed tinnotifika kif meħtieġ.
Artikolu 8
Forma u kontenut tan-notifika
1. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
dettalji tal-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali li qed jittrattaw il-każ; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-fatti li huma s-suġġett tal-proċedimenti pendenti notifikati, inkluż in-natura tar-rabta sinifikanti; |
|
(c) |
l-istadju li ntlaħaq fil-proċedimenti pendenti; u |
|
(d) |
dettalji dwar il-persuna ssuspettata u/jew akkużata, jekk ikunu magħrufa, u dwar il-vittmi, jekk applikabbli; |
2. In-notifika tista' tinkludi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relevanti oħra rigward il-proċedimenti pendenti fl-Istat li qed jinnotifika, per eżempju fir-rigward ta' kwalunkwe diffikultjiet li qed jiġu ffaċċjati fl-Istat li qed jinnotifika.
3. L-awtorità li qed tinnotifika għandha tuża l-Formola A stabbilita fl-Anness.
Artikolu 9
Forma u kontenut tat-tweġiba
1. It-tweġiba għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
dettalji tal-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali li qed jittrattaw jew ittrattaw il-każ, jekk applikabbli; |
|
(b) |
jekk il-proċedimenti għal xi ftit mill-fatti jew għall-fatti kollha li huma s-suġġett tan-notifika humiex pendenti fl-Istat li qed iwieġeb u l-istadju li ntlaħaq; |
|
(c) |
jekk il-proċedimenti għal xi ftit mill-fatti jew għall-fatti kollha li huma s-suġġett tan-notifika ġew ittrattati fl-Istat li qed iwieġeb, inkluża n-natura tad-deċiżjoni finali; |
|
(d) |
jekk l-awtoritajiet tal-Istat li qed iwieġeb għandhomx l-intenzjoni li jagħtu bidu għall-proċedimenti kriminali tagħhom stess għal fatti speċifiċi li huma s-suġġett tan-notifika, jekk applikabbli. |
2. It-tweġiba tista' tinkludi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relevanti oħra, b'mod partikolari rigward kwalunkwe fatt distint iżda relatat li huma s-suġġett ta' proċedimenti fl-Istat li qed iwieġeb.
3. L-awtorità li qed tinnotifika, meta tkun qed twieġeb għal notifika, għandha tuża l-Formola B stabbilita fl-Anness.
Artikolu 10
Limiti ta' żmien u informazzjonali addizjonali
1. Awtorità li qed twieġeb għandha twieġeb għal notifika f'perijodu ta' 15-il jum mid-data ta' meta tiġi rċevuta.
2. Jekk ikun meħtieġ, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' mhux iktar minn 15-il jum. Madankollu, l-awtorità li qed twieġeb għandha tinnotifika tali estensjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1.
3. Jekk awtorità li qed twieġeb tqis l-informazzjoni mill-awtorità li qed tinnotifika insuffiċjenti biex tkun tista twieġeb, tista', fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, titlob li l-informazzjoni addizjonali neċessarja tiġi provduta u tista' tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli biex din tiġi rċevuta.
4. Il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġġedded wara li tiġi rċevuta l-informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 11
Nuqqas ta' tweġiba
Jekk awtorità li qed twieġeb ma tweġibx fil-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 10, awtorità li qed tinnotifika tista' tieħu kwalunkwe miżuri li hi tqis adegwati sabiex iġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Istat li qed iwieġeb, inkluż notifika ta' dan lill-Eurojust.
KAPITOLU 3
KONSULTAZZJONIJIET DIRETTI
Artikolu 12
Konsultazzjonijiet diretti
1. Meta jkun qed tiġi trażmessa t-tweġiba jew wara t-trażmissjoni, awtorità li qed tinnotifika u awtorità li qed twieġeb għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jaqblu reċiprokament dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt għat-tmexxija tal-proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi li jistgħu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tat-tnejn, jekk:
|
(a) |
hemm proċedimenti pendenti fi Stat li qed iwieġeb għal ftit mill-fatti jew għall-fatti kollha li huma s-suġġett ta' notifika; jew |
|
(b) |
l-awtoritajiet ta' Stat li qed iwieġeb għandhom l-intenzjoni li jagħtu bidu għal proċedimenti kriminali għal ftit mill-fatti jew għall-fatti kollha li huma s-suġġett ta' notifika; |
2. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti skont il-paragrafu 1 fil-każ li l-awtoritajiet li qed iwieġbu ta' iktar minn Stat Membru wieħed huma notifikati għall-istess proċedimenti pendenti, u f'tali każ, l-awtorità li qed tinnotifika relevanti għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta' dawn il-konsultazzjonijiet.
3. Fin-nuqqas ta' notifika, żewġ Stati Membri jew aktar għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti, permezz tal-awtoritajiet li qed jinnotifikaw jew li qed iwieġbu rispettivi tagħhom, sabiex jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt, jekk isiru konxji, permezz ta' kwalunkwe mezz, li hemm pendenti jew huma antiċipati proċedimenti kriminali paralleli għall-fatti speċifiċi.
Artikolu 13
Provediment ta' informazzjoni dwar atti jew miżuri proċedurali importanti
Awtoritajiet li qed jinnotifikaw u dawk li qed iwieġbu li jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti għandhom jinformaw lil xulxin dwar kwalunkwe miżuri proċedurali importanti li jieħdu wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet.
KAPITOLU 4
DETERMINAZZJONI TAL-ĠURISDIZZJONI LI TINSAB FIL-POST L-AKTAR ADATT
Artikolu 14
Għan tal-konsultazzjonijiet
1. L-għan ġenerali tal-konsultazzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt għandu jkun li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed imexxi l-proċedimenti kriminali għall-fatti kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar.
2. Meta jkun hemm proċedimenti pendenti fi kwalunkwe Stat Membru għal fatti li huma relatati iżda li mhumiex identiċi għall-fatti li huma s-suġġett tal-konsultazzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt jew meta ma jkunx prattikabbli li jsiru proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed partikolari minħabba l-komplessità tal-fatti jew tan-numru ta' persuni akkużati involuti, jista' jkun aktar xieraq li jsiru proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li rispettivament ikopru fatti differenti jew persuni differenti.
Artikolu 15
Kriterja biex tiġi determinata l-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt
1. Għandu jkun hemm preżunzjoni ġenerali favur it-tmexxija ta' proċedimenti kriminali fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fejn seħħet il-biċċa 'l kbira tal-kriminalità li għandu jkun il-post fejn isseħħ il-biċċa 'l kbira tal-imġiba fattwali mill-persuni involuti.
2. Fejn il-preżunzjoni ġenerali skont il-paragrafu 1 ma tapplikax peress li hemm fatturi oħra suffiċjentement sinifikanti għat-tmexxija tal-proċedimenti kriminali, li huma ferm favur ġurisdizzjoni differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawk il-fatturi addizzjonali sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt. Dawk il-fatturi addizzjonali għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
|
— |
fejn tinsab il-persuna jew persuni mixlija wara arrest u possibbiltajiet biex tiġi assigurata l-għotja jew l-estradizzjoni tagħhom fil-ġurisdizzjonijiet possibbli l-oħra, |
|
— |
in-nazzjonalità jew residenza tal-persuni mixlija, |
|
— |
it-territorju ta' Stat fejn ġew subiti l-biċċa 'l kbira tal-ħsarat, |
|
— |
l-interessi sinifikanti tal-vittmi, |
|
— |
l-interessi sinifikanti tal-persuni mixlija, |
|
— |
il-post fejn tinsab evidenza importanti, |
|
— |
il-protezzjoni ta' xhieda vulnerabbli jew intimidati li l-evidenza tagħhom hija ta' importanza għall-proċedimenti in kwistjoni, |
|
— |
ir-residenza tax-xhieda l-aktar importanti u l-abbiltà tagħhom li jivvjaġġaw lejn l-Istat Membru fejn tkun seħħet il-biċċa 'l kbira tal-kriminalità, |
|
— |
l-istadju tal-proċedimenti li jkun intlaħaq għall-fatti inkwistjoni, |
|
— |
l-eżistenza ta' proċedimenti pendenti relatati, |
|
— |
l-ekonomija tal-proċedimenti. |
Artikolu 16
Kooperazzjoni mal-Eurojust
1. Kwalunkwe awtorità nazzjonali għandha jkollha l-libertà li, f'kull stadju tal-proċedura,
|
(a) |
titlob għall-parir tal-Eurojust; |
|
(b) |
tieħu deċiżjoni li tirreferi għal każijiet speċifiċi tal-Eurojust li jqajmu l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt. |
2. Fejn, fil-każijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust, ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim dwar il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru li tinsab fil-post l-aktar adatt biex tmexxi l-proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi, in-nuqqas ta' ftehim, kif ukoll is-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx intlaħaq ftehim fi żmien 10 xhur mill-bidu tal-konsultazzjonijiet diretti, għandhom jiġu riferiti lill-Eurojust minn kwalunkwe Stat Membru involut.
Artikolu 17
Każijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim reċiproku
F'dawk is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fejn
|
(a) |
ma ntlaħaqx ftehim anke wara l-intervent tal-Eurojust skont l-Artikolu 16, jew |
|
(b) |
f'każijiet li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-Eurojust, il-konsultazzjonijiet diretti ntemmu b'nuqqas ta' ftehim jew sitwazzjonijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim fi żmien 6 xhur mill-bidu tal-konsultazzjonijiet diretti, |
l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Eurojust dwar ir-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim.
KAPITOLU 5
MIXXELLANJI
Artikolu 18
Skambju ieħor ta' informazzjoni
1. Fejn l-awtoritjaiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jiskopru permezz ta' kwalunkwe mezz, li l-fatti li huma s-suġġett ta' proċedimenti pendenti jew antiċipati f'dak l-Istat Membru kienu s-suġġett ta' proċedimenti li ġew trattati b'mod definittiv fi Stat Membru ieħor, l-awtorità li qed tinnotifika tal-ewwel Stat Membru tista' tinforma lill-awtorità li qed twieġeb tat-tieni Stat Membru dwar din is-sitwazzjoni u titrażmettilha l-informazzjoni rilevanti kollha.
2. Jekk l-awtorità li qed twieġeb tiskopri, jew permezz ta' notifika jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li fatti li kienu s-suġġett ta' proċedimenti li ġew trattati b'mod definittiv fl-Istat Membru tagħha huma s-suġġett ta' proċedimenti pendenti jew antiċipati fi Stat Membru ieħor, l-awtorità li qed twieġeb tista tikkunsidra jekk titlobx informazzjoni addizzjonali li tippermettiha tevalwa sew il-possibbiltà ta' ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti taħt il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 19
Lingwi
Kull Stat Membru għandu jiddikjara f'dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill il-lingwi li bihom hu ser jaċċetta n-notifika msemmija fl-Artikolu 5 u l-lingwi li ser juża biex iwieġeb għan-notifika.
Artikolu 20
Relazzjoni ma' strumenti legali u arranġamenti oħra
1. Sakemm strumenti legali oħra jew arranġamenti oħra jippermettu lill-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħta l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti pendenti tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu ftehim reċiproku dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-post l-aktar adatt għat-tmexxija tal-proċedimenti kriminali għall-fatti speċifiċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri jistgħu:
|
(a) |
ikomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Qafas tiġi adottata; |
|
(b) |
jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Qafas tkun daħlet fis-seħħ. |
2. Il-ftehim u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda każ ma għandhom jinċidu fuq ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li mhumiex partijiet għalihom.
3. L-Istati Membri għandhom, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Qafas, jinnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni bil-ftehim u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1(a) li huma jixtiequ jkomplu japplikaw.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat kwalunkwe tali arranġament jew ftehim.
4. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/…/ĠAI.
Artikolu 21
Implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas sa …
Sa l-istess data, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Qafas.
Artikolu 22
Rapport
Il-Kummissjoni għandha, sa ..., tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Qafas, jekk meħtieġ, flimkien ma' proposti leġislattivi.
Artikolu 23
Dħul fis-Seħħ
Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Opinjoni ta' …(għadha m'hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(4) ĠU …(għadha m'hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(5) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
ANNESS
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/15 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Is-17 ta' Frar 2009
(2009/C 39/04)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2634 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
116,20 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4520 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88510 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9780 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4813 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,7940 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
29,490 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
307,15 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7076 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,8795 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3050 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1209 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9750 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5959 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7966 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4790 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9275 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 850,88 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,8734 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,6410 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4736 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 539,82 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5994 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,450 |
|
RUB |
Rouble Russu |
45,7558 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,554 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,9121 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,4469 |
|
INR |
Rupi Indjan |
62,4560 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/16 |
Lista aġġornata ta' laboratorji approvati li skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deterġenti (1) huma kompetenti li jwettqu t-testijiet meħtieġa skont ir-Regolament
(2009/C 39/05)
(Nota: Din il-lista u l-aġġornamenti li ġejjin se jkunu disponibbli wkoll fuq l-internet (2))
|
Stat Membru |
Laboratorji approvati |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Belġju |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Bulgarija |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Estonja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Greċja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spanja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Franza |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Italja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ċipru |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Latvja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Litwanja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Lussemburgu |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Ungerija |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Malta |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Olanda |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Awstrija |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Polonja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Portugall |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Rumanija |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovenja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
— |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
|
Membri tal-EFTA |
Laboratorji approvati |
||||||||||
|
In-Norveġja |
|
(2) http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/legislation/detergents/index_en.htm
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/23 |
Lista aġġornata tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif provvduta fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti (1)
(2009/C 39/06)
(Nota: Din il-lista u aġġornamenti li ġejjin għandhom ukoll ikunu disponibbli fuq l-internet (2))
|
UE Stat Membru |
Awtorità kompetenti |
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Belġju |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Bulgarija |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Estonja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Greċja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spanja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Franza |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Italja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ċipru |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Latvja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Litwanja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Lussemburgu |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Ungerija |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Malta |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Olanda |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Awstirja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Polonja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Portugal |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ir-Romanija |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovenja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
|
Membri tal-EFTA |
Awtorità kompetenti |
|||||||
|
L-Iżlanda |
|
|||||||
|
In-Norveġja |
|
(2) http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/legislation/detergents/index_en.htm
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/29 |
Tipi ta' gass u l-pressjonijiet ta' provvista korrispondenti skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE
(2009/C 39/07)
(Din il-pubblikazzjoni hija bbażata fuq tagħrif li wasal għand is-servizzi tal-Kummissjoni mill-Istati Membri)
|
Pajjiż |
Familja tal-gass |
Indiċi Wobbe (gross) fi |
Pressjoni tal-provvista f' mbar |
|||
|
MJ/m3 jew kWh/m3 (0 °C) |
MJ/m3 jew kWh/m3 (15 °C) |
min. |
nom. |
mass. |
||
|
ĊIPRU |
IT-TIELET |
|
80,2-85,9 MJ/m3 |
20 |
28-30 |
35 |
|
IR-RUMANIJA |
IT-TIENI |
|
|
|
|
|
|
Grupp A (L) |
37,8-46,8 MJ/m3 |
35,9-44,4 MJ/m3 |
15 |
20 |
25 |
|
|
Grupp A (H) |
46,1-56,6 MJ/m3 |
43,7-53,7 MJ/m3 |
15 |
20 |
25 |
|
|
IT-TIELET |
|
|
|
|
|
|
|
Grupp P |
Min. 64,9 MJ/m3 |
|
20 |
29 |
35 |
|
|
Grupp B/P |
Min. 70,7 MJ/m3 |
|
20 |
29 |
35 |
|
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/30 |
Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b'applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
(2009/C 39/08)
ŻIEDA MAL-KOMPITI TAL-AMMINISTRATURI TA' KAUPTHING BANK LUXEMBOURG S.A. AMMESS GĦAS-SISTEMA TAS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI
Permezz tas-sentenza tat-28 ta' Jannar 2009, il-Qorti tal-Appell ta' Lussemburgu, ir-raba' Awla, fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tagħha, f'seduta pubblika, wara li semgħet in camera s-sottomissjoniiet tal-amministraturi u l-mandatarju tal-kumpanija Kaupthing Bank Luxembourg S.A., ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għas-Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju u r-rappreżentant tal-Prosekutur Pubbliku, emendat is-sentenza tal-24 ta' Diċembru 2008 tat-Tribunal Distrettwali tal-Lussemburgu fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tiegħu, u tikkompleta l-kompiti tal-amministraturi, kif stipulati fis-sentenza tad-9 ta' Ottubru 2008 li ppermettiet lil Kaupthing Bank Luxembourg S.A. li tibbenefika mis-sistema tas-sospensjoni tal-pagamenti kif ipprovduta fil-leġiżlazzjoni tal-Lussemburgu u s-sentenza tal-31 ta' Ottubru 2008 tat-Tribunal Distrettwali fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tiegħu:
“li l-amministraturi għandhom jitolbu lill-kredituri li għalihom il-pjan ta' ristrutturar ma jpprovdix indennità sħiħa u immedjata (il-‘kredituri ristrutturati’) biex japprovaw il-pjan, u dan il-pjan għandu jiġi kkunsidrat bħala approvat u vinkolanti fuq dawn il-kredituri jekk jaqblu mal-pjan aktar minn nofs il-kredituri ristrutturati, li flimkien jirrappreżentaw aktar minn nofs l-obbligazzjonijiet irrappreżentati mill-krediti ristrutturati, u l-kredituri ma jesprimux lilhom infushom jitqiesu li qed japprovaw il-pjan; il-kredituri ristrutturati jistgħu jesprimu l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tal-pjan ta' ristrutturar li jiġi ppreżentat lilhom bi kwalunkwe mezz, inklużi l-mezzi elettroniċi;
ġaladarba l-pjan ta' ristrutturar ikun definittivament stabbilit u approvat minn qabel bil-modi msemmija, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mit-Tribunal;”
Il-Kummissjoni ta' Sorveljanza għas-Settur Finanzjarju
Il-Lussemburgu, 28 ta' Jannar 2009.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/31 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AD/158/09
(2009/C 39/09)
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/158/09 għar-reklutaġġ ta' ġuristi lingwisti (AD7) fil-lingwa Żvediża.
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat bl-Iżvediż biss fil-Ġurnal Uffiċjali C 39 A tat-18 ta' Frar 2009.
Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO: http://europa.eu/epso
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/32 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2009/C 39/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006
“HAJDÚSÁGI TORMA”
Nru tal-KE: HU-PDO-005-0391-21.10.2004
DPO ( X ) IGP ( )
Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet informattivi
1. Id-dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
L-isem: |
Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium – Élelmiszerlánc-elemzési Főosztály |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Telefown: |
(36-1) 301 44 19 |
||
|
Telefeks: |
(36-1) 301 48 08 |
||
|
Posta elettronika: |
zobore@fvm.hu |
2. Il-Grupp:
|
Isem: |
Hajdúsági Torma Termékpálya Bizottság (Hajdúsági TOTEB) (Horseradish Product Line Committee) |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Telefown: |
(36-52) 412 919 |
||
|
Telefeks: |
(36-52) 442 545 |
||
|
Posta elettronika: |
parmen@parmen.hu |
||
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) ( X ) Oħrajn |
3. It-tip ta' prodott:
Kategorija 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
4. L-ispeċifikazzjoni:
(Sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem: “Hajdúsági torma”
4.2. Id-deskrizzjoni: Il-pjanti awtorizzati li jkollhom l-indikazzjoni Hajdúsági torma “id-denominazzjoni protetta tal-oriġini” huma l-għeruq tal-varjetajiet reġjonali tal-Armoracia rusticana (syn. A. lapathifolia), magħżulin fir-reġjun ta' Hajdúság permezz tal-propagazzjoni tal-bċejjeċ tal-għeruq maqtugħin. Il-prodott tal-pjanta għall-konsum mill-bniedem huwa l-għerq, jew ir-riżoma, li jiżviluppaw mill-ħxuna tal-għeruq maqtugħin tas-sena ta' qabel użati għall-propagazzjoni; hemm perjodu ta' madwar 180 ġurnata bejn it-tħawwil u l-ħsad. Il-varjetajiet tar-rafan prodotti fir-reġjun ta' Hajdúság għandhom karatteristiċi distintivi bħal: il-weraq ħoxnin, ħodor skuri, abbundanti jduru fit-tielet parti ta' fuq tagħha, ir-riżoma dritta, ċilindrika, kannella ċara u l-laħma bajdanija lewn l-għadam. It-togħma tagħha qatt ma tkun ta' njam u l-kontenut tagħha relattivament baxx ta' iżotijoċjanat tal-allil jagħtiha t-togħma distintiva taħraq tagħha, li — b'analoġija mal-“mild-noble paprika” — tissejjaħ ukoll “noble-hot”.
Bħala riżultat tal-metodu tal-kultivazzjoni standardizzata (il-metodu tat-tħawwil f'radda) li evolva fir-reġjun tal-produzzjoni ta' Hajdúság, il-Hajdúsági torma għandha dehra tas-suq uniformi.
Hemm tkabbir ta' 3-4 ċm fil-bċejjeċ tal-għeruq maqtugħin, li huwa msejjaħ ir-“ras”; għandu forma ċilindrika b'dijametru ta' 1,5-5 ċm u b'tul ta' 20-35 ċm. Il-metodu tal-produzzjoni tat-tħawwil f'radda, li żviluppa fuq medda ta' għexieren ta' snin, huwa differenti mill-metodu mekkanizzat immejjel tat-tħawwil użat f'reġjuni oħrajn fl-Ewropa, il-Hajdúsági torma għalhekk tista' permezz tad-dehra tagħha tiġi distinta b'mod ċar mir-rafan prodott permezz ta' metodi tal-produzzjoni oħrajn.
Ir-rafan prodott fir-reġjun ta' Hajdúság għandu kontenut ta' 30-32 % materja niexfa. Ir-rafan niexef u maħkuk għandu l-kwantitajiet ta' minerali ewlenin li ġejjin: (gm/kg) P: 2,1; K: 25,3; S: 7,7; Ca: 5,9; Mg: 3,1. Fih ukoll (espress bħala perċentwali skont il-piż): 3,68 fibra mhux maħduma, 0,34 xaħam grezz, 2,2 irmied grezz, 1,08 zokkor, 7,63 lamtu u 3,77 N. Il-kontenut tiegħu ta' glukożju-fruttożju-sukrożju huwa 11,8 % u l-kontenut medju tiegħu ta' żejt tal-mustarda (iżotijoċjanat tal-allil) huwa 14,4 g/kg. Il-kontenut tiegħu ta' vitamina Ċ ivarja ħafna (26-150 mg/100 gm) u jiddependi primarjament fuq il-kundizzjonijiet tal-klima tar-reġjun u fuq jekk il-pjanta tappartjenix għas-subvarjetà tat-tramuntana jew tan-nofsinhar.
4.3. Iż-żona ġeografika: Il-Hajdúsági torma hija prodotta f'reġjun sħiħ iddefinit b'mod ċar ħdan il-kontea ta' Hajdú-Bihar. Dan huwa r-reġjun tal-produzzjoni ta' Hajdúság, bil-muniċipalitajiet li ġejjin involuti fil-produzzjoni: Debrecen (Debrecen-Haláp, Debrecen-Bánk), Létavértes, Újléta, Kokad, Álmosd, Bagamér, Vámospércs; Hosszúpályi, Monostorpályi, Nyírábrány, Nyíracsád, Nyírmártonfalva, Nyíradony.
4.4. Il-prova tal-oriġini: Il-Hajdúsági TOTEB huwa responsabbli li jikkoordina l-interessi tal-produtturi u n-negozjanti. Bl-iżvilupp ta' ċirku ta' produtturi esperti, din l-organizzazzjoni tista' tilħaq id-domandi tas-suq kemm għall-kwalità kif ukoll għall-kwantità tal-prodott, u permezz tas-sorveljanza b'mod effettiv tal-produtturi, tiżgura d-dehra uniformi tal-prodott.
Il-produtturi jżommu reġistru aġġornat tal-produzzjoni matul iċ-ċiklu sħiħ tal-produzzjoni.
It-tagħrif li ġej għandu jkun irreġistrat fir-reġistru tal-produzzjoni:
l-isem u d-dejta tal-identifikazzjoni tal-produttur,
il-post tal-produzzjoni (in-numru tar-reġistru tal-art, iż-żona, eċċ.),
l-isem tal-wiċċ tar-raba' mkabbar qabel,
il-varjetà prodotta (jekk tkun magħrufa),
iż-żmien tat-tħawwil u l-ħsad,
id-dati tal-ispezzjonijiet,
is-sħubija ta' dar tal-kummerċ,
il-kwantità mqiegħda fis-suq, id-destinatarju jew ix-xerrej.
Id-djar tal-kummerċ għandhom iżommu reġistru aġġornat tad-dħul tar-rafan biex il-provenjenza tar-rafan u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq ikunu jistgħu jiġu identifikati (mill-isem u n-numru tal-identifikazzjoni tal-produttur). Dan ir-reġistru għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-persuni responsabbli għall-kontroll.
Ir-rafan jitqiegħed fis-suq f'pakketti li jispeċifikaw l-identifikazzjoni tad-dar tal-kummerċ u n-numru tal-identifikazzjoni ta' kull oġġett.
Fuq talba ta' produttur jew distribur, il-Hajdúsági-TOTEB iwettaq verifika tal-proċess sħiħ tal-produzzjoni tal-produttur; jekk jintlaħqu r-rekwiżiti, il-prodott jista' jingħata l-marka distintiva ta' “Il-Kwalità Kkontrollata mill-Kumitat tal-Linja tal-Prodotti tar-Rafan ta' Hajdúsági.” Din hija bbażata fuq is-sistema tal-kontroll tal-kwalità u mwettqa mill-Hajdúsági-TOTEB, u tinvolvi eżamijiet kumplessi (fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi) ibbażati fuq teħid ta' kampjuni, f'kooperazzjoni mas-servizz tal-ħarsien tal-pjanti u l-ħamrija tal-pajjiż.
Il-Hajdúsági-TOTEB jipparteċipa fil-monitoraġġ tal-konformità mar-regolamenti dwar l-użu tad-denominazzjoni ġeografika tal-prodott u l-użu leġittimu tad-denominazzjoni tal-oriġini.
4.5. Il-metodu tal-produzzjoni: Il-metodu speċjali tat-tħawwil f'radda jagħmel il-Hajdúsági pjanta unika. Ħamrija li tkun reġgħet ġiet fornita bin-nutrijenti titqalleb f'fond ta' 50-60 ċm, imbagħad, skont l-istruttura tal-ħamrija, jiġu prodotti ringieli ta' 30-40 ċm f'intervalli ta' 90-100 ċm permezz ta' kultivatur li jdur jew moħriet bir-raddi. Ir-raddi jintrassu ma' xulxin bl-użu ta' rombli speċjali.
Il-materjali tal-propagazzjoni jitħawlu fir-raddi li jkunu ġew ippreparati. Il-materjali tal-propagazzjoni (il-bċejjeċ tal-għeruq maqtugħin) huma biċċiet dritti ta' għeruq b'saħħithom, b'tul ta' 25-30 ċm u b'dijametru ta' 5-10 mm, mingħajr friegħi, maqtugħin miż-żewġ trufijiet, magħżulin mill-qtugħ tal-għeruq tal-prodott tas-sena ta' qabel.
Il-bċejjeċ maqtugħin jinġabru fil-ħarifa jew fir-rebbiegħa, jintgħażlu u jitnaddfu b'attenzjoni, it-tarf tar-rimja jiġi mmarkat, jinqatgħu u mbagħad jiġu sfurzati biex jikbru fi gruppi ta' 100-200.
It-tħawwil isir bejn l-aħħar għaxart ijiem ta' Marzu u l-aħħar ta' Mejju. It-tħawwil dejjem isir bl-idejn: permezz ta' għodda għat-tħawwil b'forma speċjali u tal-ħadid, il-bċejjeċ maqtugħin jitpoġġew vertikalment fil-ħamrija, 3-4 ċm taħt il-wiċċ, bit-tarf tar-rimja 'l fuq. Iż-żona li tkun tħawlet b'dan il-mod tiġi mħarsa kontra l-ħaxix ħażin permezz ta' kimiċi.
Fi 3-4 ġimgħat wara t-tħawwil — meta jibda jikber — issir għażla tar-rimjiet. F'dan il-punt, il-bċejjeċ maqtugħin jinkixfu ('l isfel sa 4-5 ċm) fir-raddi. Mill-1 sal-5 rimja li jkunu bdew jikbru mit-truf tan-naħa ta' fuq, tinżamm l-iktar rimja b'saħħitha u l-oħrajn jitneħħew flimkien ma' kwalunkwe għeruq tal-għonq. Dan huwa l-mod kif kull pjanta jkollha “ras waħda” u l-parti tar-rimja fl-art tikber lejn il-biċċa maqtugħa vertikalment, li hija karatteristika tar-reġjun.
Matul il-kumplament tal-istaġun tat-tkabbir, il-kultivazzjonijiet ikunu kkultivati u mħarsa b'attenzjoni kontra l-insetti li jagħmlulhom il-ħsara u l-mard.
Kwalità u kwantità xierqa tista' tintlaħaq biss permezz tal-irrigazzjoni, it-teknika tingħażel b'mod ħieles mill-bdiewa — mill-mgħargħar għall-iktar metodu modern ta' irrigazzjoni bid-dripp.
Il-ħsad jibda f'nofs Ottubru u normalment ikun lest sa meta taqa' l-ewwel ġlata. F'ċerti każijiet, ir-rafan ma jinħasadx fil-ħarifa hi x'inhi r-raġuni, imma din mhijiex problema minħabba li l-pjanta tibqa' tgħix matul ix-xitwa sal-ħsad fir-rebbiegħa mingħajr ma tbati mill-ħsara tal-ġlata jew tnaqqas mill-kwalità.
Il-proċess tal-ħsad: wara l-qerda tal-weraq, l-għeruq maqtugħin jinqatgħu f'fond ta' 50-60 ċm taħt il-wiċċ tar-radda bl-użu ta' adapter f'forma ta' U mqabbad b'ġanċ ma' trakter. L-għeruq li jittellgħu b'dan il-mod jinqalgħu bl-idejn u jitħallew hemm għal ftit ġranet biex jinxfu.
Minn hemm 'il quddiem jiġi ppreparat prodott kummerċjali mill-prodott kif mitlub mix-xerrej. Il-ħamrija flimkien ma' xi ħmieġ ieħor jitneħħew minn mal-prodott, jitneħħa l-weraq u mbagħad jinġabru l-għeruq maqtugħin li jkunu tajbin għall-propagazzjoni. Rafan iggradat li fih inqas minn 5 % kontaminazzjoni tal-ħamrija biss jista' jittieħed fid-destinazzjoni.
Il-Hajdúsági torma tiġi ggradata u aċċettata mill-fornituri skont il-kriterji ta' kwalità li ġejjin. Ta' min jinnota li l-kwalitajiet tal-kontenut ta' nutrizzjoni tad-diversi kategoriji huma identiċi, l-unika differenza hija d-dehra tal-prodott. Rafan tal-Klassi I jintuża esklussivament għall-konsum bħala ħaxixa friska, filwaqt li l-klassijiet l-oħrajn jipprovdu materja prima għall-ipproċessar industrijali.
Il-Klassi I.: Il-wiċċ tar-rafan huwa lixx, għandu forma ċilindrika, ma għandux għeruq laterali u huwa intatt u b'saħħtu, huwa twil iktar minn 20 ċm u għandu dijametru ta' iktar minn 25 mm. Ma jistax jitbiel, u ma għandu jkollu l-ebda ħsara magħmula mill-insetti jew xaqq. L-għeruq maqtugħin ikunu ġew maqlugħa. Il-fdalijiet taz-zokk tal-werqa għandhom jinqatgħu minn mar-ras bi ħsara minima fuq ir-rafan. Il-Klassi II.: Il-parametri kollha huma l-istess bħal dawk tal-prodotti tal-Klassi I minbarra d-dijametru tan-nofs tiegħu li huwa iktar minn 20 mm. Il-Klassi III.: Din il-klassi tinkludi riżomi itwal minn 15-il ċm u b'dijametru ta' iktar minn 15-il mm, li fuqhom ikun hemm uċuħ bi qtugħ viżibbli minħabba li jitneħħew l-għeruq, jew li jkollhom ftit ħsara bix-xquq jew bl-insetti. Il-Klassi IV.: Riżomi żviluppati ftit li xejn u għeruq maqtugħin eħxen. Ma jistax ikollhom partijiet imħassrin, ikunu twal 10 ċm u mill-inqas dijametru ta' 10 mm. Il-kwalità tal-qtugħ: kwantità ta' rafan tal-Klassijiet I u II li l-partijiet tagħhom imħassrin minn “fungi, tħassir, jew gdim tal-insetti” nqatgħulhom. Il-parti mneħħija ma tistax tkun iktar minn terz tal-wiċċ tar-rafan. Id-daqs: it-tul tar-riżoma ogħla minn 17-il ċm, l-ikbar dijametru ogħla minn 20 mm. Il-kwalità tal-għerq: it-tul u d-dijametru huma irrelevanti, ħieles minn materja barranija, moffa u partijiet imħassrin.
Il-Hajdúsági torma tiġi ppakkjata kif mitlub mix-xerrej, fi xkejjer tar-Raschel (bil-malji) jew fi xkejjer tal-fojl imtaqqbin. Skont id-domanda tas-suq, qabel il-vaganzi tal-Milied u tal-Għid ir-rafan tal-Klassi I jinbiegħ ukoll imgeżwer ġo film tal-plastik.
4.6. Ir-rabta: Rabta storika: Ir-rafan miġjub fil-baċin tal-Karpazji mit-tribujiet tal-Magyar tal-qedem u r-rafan tal-post li nstab hawn kienu ibridi ta' varjetajiet selvaġġi. Ir-reġistri tal-produzzjoni tiegħu jmorru lura għas-seklu sbatax; jista' jkun li wasal fir-reġjun ta' Hajdúság fil-bidu tas-seklu dsatax. Il-produzzjoni tar-rafan bdiet tikber f'dan ir-reġjun partikolarment fl-aħħar tas-snin tas-seklu dsatax u fil-bidu tas-snin tas-seklu għoxrin. Qabel ma nqaleb is-seklu, fir-reġjun ta' Hajdúság kważi fil-ġnien ta' kulħadd kien hemm xi ammont ta' rafan bħala pjanta perenni. Wara li nqaleb is-seklu, fil-bidu tas-snin għoxrin tas-seklu għoxrin, il-maniġer tal-vinja ta' Bagamér, Gábor Szilágyi, fil-kapitolu Várad ordna ftit rafan “b'togħma tajba u nobbli” mill-Awstrija, akklimatizzah, u ppropagah fi ftit snin billi għażlu b'attenzjoni. L-irħula tar-reġjun ukoll qabdu l-produzzjoni, bħala riżultat ta' dan ir-reġjun preżenti li jipproduċi r-rafan evolva fis-snin erbgħin u ħamsin tas-seklu għoxrin.
Fatturi naturali: Ir-rafan jippreferi żoni li jinsabu fil-baxx b'atmosfera umda u jipproduċi ammonti tajbin ħafna f'ħamrija mifruxa, b'ħafna nutrijenti tal-ħumus u bi dranaġġ tajjeb. Ir-rekwiżiti tal-ħamrija tal-pjanta huma l-iktar sinifikanti fost il-fatturi ambjentali kollha. Fil-fatt, iktar kemm il-ħamrija tkun mifruxa, iktar l-għerq żviluppat isir regolari u dritt. L-istruttura, l-arjazzjoni u d-dranaġġ flessibbli tal-ħamrija mrammla alluvjali tal-mergħat u l-ħamrija mistagħdra tal-mergħat tar-reġjun tal-produzzjoni ta' Hajdúság huma eċċellenti għall-produzzjoni tal-Hajdúsági torma. Meta l-għerq maqtugħ ikompli jikber 'l isfel, wara li jkun qabeż il-qiegħ tar-radda jkun ħieles li jkompli jikber fil-ħamrija mifruxa mingħajr ebda ostakoli, għalhekk it-tkabbar tiegħu f'sens ta' tul ma jiqafx, u għalhekk ir-riżoma tkun dejjem dritta u ma tkunx imqaċċta jew mifruqa f'partijiet. Is-saff tal-ħumus tal-ħamrija alluvjali tal-mergħat huwa 100-110 ċm fond, b'kulur ċar, il-valur tal-ħumus huwa 1,5 % u l-ilma li jgħaddi minn taħt il-ħamrija ikun f'fond ta' 120-140 ċm mill-wiċċ. F'din il-ħamrija, it-tħawwil tar-rafan jista' jibda qabel u l-ħamrija ma tkunx fgata, anke f'każ li tkun għamlet ix-xita. Is-saff tal-ħumus tal-ħamrija mistagħdra tal-mergħa huwa 40-60 ċm, b'kulur skur, b'valur ta' ħumus ta' bejn 1,5 u 2 %. Il-livell tal-ilma li jgħaddi minn taħt il-ħamrija jinsab eżattament taħt il-livell tal-ħumus. Dawn iż-żoni jipprovdu wkoll ammonti tajbin fi snin iktar xotti. Dan jispjega għaliex l-art xorta pprovdiet il-prodotti tagħha meta l-bdiewa ma kellhomx aċċess għall-irigazzjoni — meta għamlet ix-xita, fil-ħamrija alluvjali tal-mergħat, u meta l-istaġun tat-tkabbir kien niexef, fil-ħamrija mistagħdra tal-mergħat. Dawn iċ-ċirkustanzi taw kontribut għall-fatt li l-produzzjoni tar-rafan inżammet fir-reġjun tat-tkabbir tar-rafan ta' Hajdúság kważi għal mitt sena.
Il-mergħat kemmxejn immewġa b'żoni iżgħar ta' foresti joħolqu dak li jissejjaħ “dell li jimxi” fuq l-uċuħ tar-raba' li jkunu qegħdin jikbru u allura jħarishom mix-xemx qawwija u jevita formazzjoni eċċessiva ta' żejt tal-mustarda. Bħala riżultat, il-Hajdúsági torma dejjem ikollha togħma taħraq mingħajr ma tkun taħraq iżżejjed.
Fatturi umani: It-tħawwil f'radda huwa metodu uniku tipiku taż-żona ta' madwar Debrecen. Meta l-biċċiet maqtugħin jitpoġġew vertikalment fir-raddi, jiġi żgurat li r-riżomi se jkunu dritti. Din it-teknoloġija żviluppat b'riżultat ta' kważi mitt sena ta' “riflessjoni”. Il-bdiewa li jiffaċċaw il-kundizzjonijiet lokali dejjem għamlu sforz biex jiskopru metodi biex inaqqsu jew jissostitwixxu x-xogħol bl-idejn relatat mal-produzzjoni tar-rafan — xogħol li huwa magħruf li huwa estensiv — permezz taż-żwiemel jew tal-magni. Skont il-pijunieri tal-produzzjoni tar-rafan, il-ħamrija kienet titqalleb f'fond ta' 80-100 ċm, li ma kinitx faċli li ssir fl-ewwel għexieren ta' snin tas-seklu. L-imħaret li jintużaw biex jagħmlu r-raddi u jaqilgħu r-rafan ma kinux disponibbli fis-suq: kienu jiġu magħmulin skont il-bżonn tan-nies lokali tas-sengħa. L-iżvilupp u t-titjib tat-teknoloġija tal-produzzjoni li permezz tagħhom il-Hajdúsági torma saret daqshekk unika, għaddew u ġew irfinuti minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-varjetajiet lokali żviluppaw b'riżultat tal-għażla kontinwa u konxja permezz tal-propagazzjoni tal-bċejjeċ maqtugħin li — fost il-kundizzjonijiet eżistenti tal-klima u tal-ħamrija — jipprovdu ammonti tajbin bl-aqwa kwalitajiet ta' kontenut nutrittiv possibbli.
4.7. Entità ta' spezzjoni: Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal (l-Uffiċċju tal-Agrikoltura), entità ta' spezzjoni maħtura għall-frott u l-ħaxix
4.8. L-ittikkettjar:
|
— |
Il-“Hajdúsági torma”, |
|
— |
“Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew fil-qosor (DPO), |
|
— |
l-isem tad-dar tal-kummerċ, |
|
— |
in-numru tal-identifikazzjoni tal-oġġett, u fil-każ li jsir eżami mill-Hajdúsági-TOTEB: |
|
— |
“Hajdúsági Torma Termékpálya Bizottság által ellenőrzött minőség” (“Il-Kwalità kkontrollata mill-Kumitat tal-Linja tal-Prodotti tar-Rafan ta' Hajdúság”) |
Fil-każ tal-ixkejjer tar-Raschel, il-prodotti tal-Klassi I, II, III u IV jiġu ppakkjati fi xkejjer ħodor, ħomor, sofor u ħodor, rispettivament. Il-prodott ta' kwalità ta' qtugħ jitpoġġa fi xkejjer sofor, filwaqt li l-prodott ta' kwalità tal-għerq jitpoġġa fi xkejjer ta' kwalunkwe kulur.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
18.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.