ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 38E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
17 ta' Frar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUNSILL

2009/C 038E/01

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 3/2009 adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2008, li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ewropea bil-ħsieb ta' adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti ( 1 )

1

2009/C 038E/02

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 4/2009 adottata mill-Kunsill fis-17 ta Diċembru 2008, li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ewropea, bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali ( 2 )

26

 

2009/C 038E/03

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera

MT

 


III Atti preparatorji

KUNSILL

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 38/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 3/2009

adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2008

bil-ħsieb ta' adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 38 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegћu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (3) gћarfet li l-impatt tal-pestiċidi fuq is-saћћa tal-bniedem u fuq l-ambjent, b'mod partikolari mill-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura, gћandu jitnaqqas iżjed. Din enfasizzat il-ћtieġa sabiex ikun hemm użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, waqt li sejћet gћal tnaqqis ġenerali sinifikanti tar-riskji u għall-użu ta' pestiċidi li jkunu konsistenti mal-ħarsien meћtieġ gћall-prodotti tar-raba'.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagћha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ġġib l-isem “Lejn Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi”, il-Kummissjoni gћarfet il-ћtieġa gћal statistika dettaljata, armonizzata u aġġornata dwar il-bejgћ u l-użu ta' pestiċidi fuq livell Komunitarju. Tali statistika hija meћtieġa sabiex jiġu vvalutati linji politiċi ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp sostenibbli u sabiex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti dwar ir-riskji gћas-saћћa u gћall-ambjent li huma relatati ma' l-użu tal-pestiċidi.

(3)

L-istatistika armonizzata u komparabbli tal-Komunità dwar il-bejgћ u l-użu tal-pestiċidi hija essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġislazzjoni u tal-linji politiċi tal-Komunità fil-kuntest ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

(4)

Peress li l-effetti tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (4) mhux se jsiru evidenti jekk mhux sew wara l-2006, meta tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel valutazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m'gћandhom bћalissa l-gћarfien u l-esperjenza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi. L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu gћalhekk ikun limitat gћall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… li jikkonċerna t-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti (5), li fir-rigward tagħhom teżisti diġà esperjenza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir tad-data.

(5)

Gћal ћafna snin l-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġbir ta' data dwar il-bejgћ u l-użu ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti uriet il-ћtieġa li jkun hemm metodoloġija armonizzata gћall-ġbir ta' statistika fuq livell Komunitarju kemm mill-istadju ta' tqegħid fis-suq kif ukoll mill-utenti. Barra minn hekk, minћabba l-gћan li jiġu kkalkulati indikaturi ta' riskju preċiżi skond l-gћanijiet ta l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, l-istatistika jeћtieġ li tkun dettaljata sal-livell tas-sustanzi attivi.

(6)

Fost l-gћażliet differenti tal-ġbir ta' data li ġew evalwati fil-valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, il-ġbir mandatorju tad-data ġie rakkomandat bћala l-aћjar gћażla gћaliex dan ikun jippermetti, malajr u bl-inqas spiża possibbli, l-iżvilupp ta data preċiża u affidabbli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti malajr u bi prezz effiċjenti.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistikatal-Komunità (6) jikkostitwixxi l-qafas ta' referenza gћad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dan jirrikjedi konformità ma' standards ta' imparzjalità, affidabbiltà, rilevanza, kost-effettività, kunfidenzjalità statistika u trasparenza.

(8)

It-trasmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-istatistika hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (7). Il-miżuri meħuda skond dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-ħarsien fiżiku u loġiku tad-data kunfidenzjali u jiżgura li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi pproċessata u mxerrda l-istatistika Komunitarja.

(9)

Il-ħarsien meћtieġ gћall-kunfidenzjalità tad-data ta' valur kummerċjali gћandu jiġi assigurat, fost mezzi oћra, b'aggregazzjoni xierqa meta tiġi ppubblikata l-istatistika.

(10)

Sabiex jiġu garantiti riżultati komparabbli, statistika dwar il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti gћandha tiġi ġġenerata skond tqassim speċifikat, forma xierqa u f'perijodu fiss ta' żmien mit-tmiem tas-sena ta' referenza, kif definit fl-Annessi gћal dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat implimentattivi kkonferiti fuq il-Kummissjoni (8);

(12)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi ż-żona ttrattata u tadatta l-Anness III. Peress [li dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/EC.

(13)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, notevolment l-istabbiliment ta' qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Komunitarja dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista'għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(14)

Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (9), ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u objettivi

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni gћall-produzzjoni sistematika ta' statistika tal-Komunità dwar it-tqegћid fis-suq u l-użu ta prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti.

2.   L-istatistika gћandha tapplika gћal:

l-ammonti annwali ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skond l-Anness I;

l-ammonti annwali ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura skond l-Anness II.

3.   L-istatistika għandha, b'mod partikolari, flimkien ma' data rilevanti oħra sservi l-finijiet ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (5).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Gћall-gћanijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin gћandhom japplikaw:

(a)

“prodotti għall-ħarsien tal-pjant”i tfisser prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2009;

(b)

“sustanzi” tfisser sustanzi kif definit fil-punt (2) ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009, inkluż sustanzi attivi, safeners u synergists;

(c)

“sustanzi attivi” tfisser sustanzi attivi kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru …/2009;

(d)

“safeners” tfisser safeners kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3a) tar-Regolament (KE) Nru …/2009

(e)

“synergists” tfisser synergists kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3b) tar-Regolament (KE) Nru …/2009;

(f)

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (8) ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009;

(g)

“detentur ta' l-awtorizzazzjoni” tfisser detentur ta' l-awtorizzazzjoni kif definit fil-punt (20) ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009;

(h)

“użu agrikolu” tfisser kwalunkwe tip ta' applikazzjoni ta' prodott gћall-ћarsien tal-pjanti assoċjat direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' prodotti tal-pjanti fil-kuntest ta' l-attività ekonomika ta' impriża agrikola;

(i)

“utent professjonali” tfisser utent professjonali kif definit fil-punt (a) tad-Direttiva 2009/…/KE;

(j)

“impriża agrikola” tfisser impriża agrikola kif definita fir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… dwar stħarriġ ta' strutturi ta' impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar il-metodi ta' produzzjoni agrikola (5).

Artikolu 3

Ġbir, trasmissjoni u pproċessar tad-data

1.   L-Istati Membri gћandhom jiġbru d-data meћtieġa gћall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta':

l-istћarriġ,

obbligi dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti; b'mod partikolari, obbligi skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru …/2009,

obbligi applikabbli għal utenti professjonali bbażati fuq ir-rekords miżmuma dwar l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti; b'mod partikolari, obbligi skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru …/2009,

is-sorsi amministrattivi, jew

kombinazzjoni ta' dawn il-mezzi, inkluż proċeduri ta' stima statistika abbażi ta' deċiżjonijiet jew mudelli esperti.

2.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta' l-istatistika, inkluż id-data kunfidenzjali, skond l-iskedi u fil-limiti ta żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skond il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III.

3.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu d-data f'verżjoni elettronika, skond il-format tekniku xieraq li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni (Eurostat) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

4.   Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġbor id-data qabel il-pubblikazzjoni skond il-klassijiet kimiċi jew kategoriji ta' prodotti indikati fl-Anness III, b'kont debitu meħud tal-ħarsien ta' data kunfidenzjali fil-livell ta' l-Istat Membru individwali. Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, id-data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-Kummissjoni (Eurostat) esklussivament għal finijiet ta' statistika.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kwalità

1.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin tal-valutazzjoni tal- kwalità għandhom japplikaw għall-istatistika li għandha tiġi trasmessa:

“rilevanza” tirriferi għall-grad ta' kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet kurrenti u potenzjali ta' l-utenti;

“preċizjoni” tirriferi għal kemm l-estimi joqorbu lejn il-valuri veri mhux magħrufa;

“tempestività” tirriferi għad-dewmien ta' żmien bejn id-disponibilità ta' l-informazzjoni u l-avveniment jew il-fenomenu li hija tiddeskrivi;

“puntwalità” tirriferi għad-dewmien ta' żmien bejn id-data ta' rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;

“aċċessibbiltà” u “ċarezza” jirriferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;

“kumparabilità” tirriferi għall-kejl ta' l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti ta' l-istatistika u għodod u proċeduri ta' kejl applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;

“koerenza” tirriferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b'mod affidabbli b'modi differenti u għal użu varju.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapporti dwar il-kwalità tad-data trasmessa fl-Annessi I u II. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 5

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-format tekniku xieraq għat-trasmissjoni ta' data skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-definizzjoni ta'“żona ttrattata” kif imsemmija fit-Taqsima 2 ta' l-Anness II. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

3.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-klassifikazzjoni armonizzata ta' sustanzi kif definita fl-Anness III għall-fini li tadattaha għall-bidliet fil-lista ta' sustanzi attivi adottata skond l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru …/2009. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni gћandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' Statistika.

2.   Fejn issir referenza gћal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 8 tagћha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE gћandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 7

Rapport

Il-Kummissjoni gћandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari l-kwalità tad-data trasmessa, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-utilità ta' din l-istatistika fil-kuntest ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1. Huwa għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti mfassla biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data u jonqos il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

L-ewwel rapport gћandu jiġi sottomess sa l-1 ta' Jannar … (10).

Artikolu 8

Dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Gћall-Parlament Ewropew

Il-President

Gћall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 86.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 20 ta' Novembru 2008 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L …

(6)  ĠU L 52, 22.12.1997, p. 61.

(7)  ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(10)  Tmien snin wara s-sena ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.


ANNESS I

STATISTIKA DWAR IT-TQEGЋID FIS-SUQ TA' PRODOTTI GЋALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI

TAQSIMA 1

Kopertura

L-istatistika għandha tkopri sustanzi mniżżla fl-Anness III li huma nklużi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq ta' kull Stat Membru. Gћandha tingћata attenzjoni speċjali sabiex jiġi evitat l-gћadd doppju f'każ li l-prodott jiġi rikondizzjonat jew f'każ li jkun hemm trasferiment ta' l-awtorizzazzjoni bejn id-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni.

TAQSIMA 2

Varjabbli

Gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta' kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti mqiegħda fis-suq.

TAQSIMA 3

Miżuri ta' rappurtar

Id-data gћandha tiġi espressa f'kilogrammi ta' sustanzi.

TAQSIMA 4

Perijodu ta' referenza

Il-perijodu ta' referenza gћandu jkun ta' sena kalendarja.

TAQSIMA 5

L-ewwel perijodu ta' referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

L-ewwel perijodu ta' referenza huwa t-tieni sena kalendarja wara … (1).

2.

Wara l-ewwel perijodu ta' referenza l-Istati Membri għandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja.

3.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità

L-Istati Membri gћandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 3a, li jindika:

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

deskrizzjoni ta' l-istimi, ta' l-aggregazzjonijiet u tal-metodi ta' esklużjoni li jiġu użati.

Dan ir-rapport gћandu jintbagћat lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS II

STATISTIKA DWAR L-UŻU AGRIKOLU TA' PRODOTTI GĦALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI

TAQSIMA 1

Kopertura

1.

L-istatistika għandha tkopri sustanzi mniżżla fl-Anness III li huma inklużi fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti użati fl-agrikoltura fuq kull prodott tar-raba' magħżul f'kull Stat Membru.

2.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-għażla ta' wċuħ tar-raba' li jridu jiġu koperti matul il-perijodu ta' ħames snin definit fit-Taqsima 5. L-għażla għandha titfassal biex tkun rappreżentattiva ta' l-uċuħ tar-raba' kkoltivati fl-Istat Membru u tas-sustanzi użati.

L-għażla tal-prodotti tar-raba' għandha tieħu kont ta' l-iżjed prodotti tar-raba' rilevanti għall-pjani nazzjonali ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/…/KE.

TAQSIMA 2

Varjabbli

Għal kull prodott tar-raba' magħżul, għandhom jiġu kkompilati l-varjabbli li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta' kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti użati fuq dan il-prodott tar-raba', u

(b)

iż-żona ttrattata b'kull sustanza.

TAQSIMA 3

Miżuri ta' rappurtar

1.

Il-kwantitatjiet ta' sustanzi użati gћandhom jiġu espressi f'kilogrammi.

2.

Żoni ttrattati għandhom jiġu espressi f'ettari.

TAQSIMA 4

Perijodu ta' referenza

1.

Il-perijodu ta' referenza għandu, fil-prinċipju, ikun perijodu ta' massimu ta' 12-il xahar li jkopri it-trattamenti ta' ħarsien tal-pjanti assoċjatati mal-wiċċ tar-raba'.

2.

Il-perijodu ta' referenza għandu jkun irrappurtat bħala s-sena li fiha jkun beda l-ħsad.

TAQSIMA 5

L-ewwel perijodu ta' referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

Gћal kull perijodu ta' ћames snin, l-Istati Membri gћandhom jikkompilaw statistika dwar l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti gћal kull prodott tar-raba li jiġi magћżul f'perijodu ta' referenza, kif definit fit-Taqsima 4.

2.

L-Istati Membri jistgћu jagћżlu l-perijodu ta' referenza fi kwalunkwe żmien tal-perijodu ta' ћames snin. L-gћażla gћal kull prodott tar-raba' li jiġi magћżul tista' ssir b'mod indipendenti.

3.

L-ewwel perijodu ta' ћames snin gћandu jibda fl-ewwel sena kalendarja wara … (1)

4.

L-Istati Membri gћandhom ifornu d-data gћal kull perijodu ta' ћames snin.

5.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' kull perijodu ta' ћames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità

Meta jitrasmettu r-riżultati tagħhom, l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 4, li jindika:

it-tfassil tal-metodoloġija tat-teћid ta' kampjuni;

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

stima dwar l-importanza relattiva tal-ћxejjex koperti fir-rigward ta' l-ammont ġenerali ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jiġu użati;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

paragun bejn id-data dwar il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jiġu użati matul il-perijodu ta' ћames snin u l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitpoġġew fis-suq matul il-ћames snin korrispondenti.


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS III

KLASSIFIKAZZJONI ARMONIZZATA TA' SUSTANZI

Gruppi maġġuri

Kodiċi

Klassi Kimika

ismijiet komuni tas-sustanzi

CAS RN (1)

CIPAC (2)

Kategoriji ta' prodotti

 

 

Nomenklatura Komuni

 

 

Funguċidi u Batteriċidi

F0

 

 

 

 

Funguċidi inorganiċi

F1

 

 

 

 

 

F1.1

KOMPOSTI TAR-RAM

KOMPOSTI TAR-RAM KOLLHA

 

44

 

F1.1

 

TAĦLITA BORDEAUX

8011-63-0

44

 

F1.1

 

IDROSSIDU TAR-RAM

20427-59-2

44

 

F1.1

 

OSSIKLORIDU TAR-RAM

1332-40-7

44

 

F1.1

 

SULFAT TAR-RAM TRIBAŻIKU

1333-22-8

44

 

F1.1

 

OSSIDU TAR-RAM (I)

1319-39-1

44

 

F1.1

 

MELĦ IEĦOR TAR-RAM

 

44

 

F1.2

KUBRIT INORGANIKU

KUBRIT

7704-34-9

18

 

F1.3

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

 

 

Funguċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq id-ditjokarbamati

F2

 

 

 

 

 

F2.1

FUNGUĊIDI TAL-KARBANILAT

DITOFENKARB

87130-20-9

513

 

F2.2

FUNGUĊIDI TAL-KARBAMAT

BENTAVALIKARB

413615-35-7

744

 

F2.2

 

IPROVALIKARB

140923-17-7

620

 

F2.2

 

PROPAMOKARB

24579-73-5

399

 

F2.3

FUNGUĊIDI TAD- DITJOKARBAMAT

MANKOŻEB

8018-01-7

34

 

F2.3

 

MANEB

12427-38-2

61

 

F2.3

 

METIRAM

9006-42-2

478

 

F2.3

 

PROPINEB

12071-83-9

177

 

F2.3

 

TIRAM

137-26-8

24

 

F2.3

 

ŻŻIRAM

137-30-4

31

Funguċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

F3

 

 

 

 

 

F3.1

FUNGUĊIDI TAL-BENŻIMIDAŻOLI

KARBENDAŻIMU

10605-21-7

263

 

F3.1

 

FUBERIDAŻOLU

3878-19-1

525

 

F3.1

 

TIJABENDAŻOLU

148-79-8

323

 

F3.1

 

TIJOFANAT-METIL

23564-05-8

262

Funguċidi bbażati fuq l-imidażoli u fuq it-trijażoli

F4

 

 

 

 

 

F4.1

FUNGUĊIDI TAL-KONAŻOL

BITERTANOLU

55179-31-2

386

 

F4.1

 

BROMUKONAŻOLU

116255-48-2

680

 

F4.1

 

ĊIROKONAŻOLU

94361-06-5

600

 

F4.1

 

DIFENOKONAŻOLU

119446-68-3

687

 

F4.1

 

DINIKONAŻOLU

83657-24-3

690

 

F4.1

 

EPOSSIKONAŻOLU

106325-08-0

609

 

F4.1

 

ETRIDAŻOLU

2593-15-9

518

 

F4.1

 

FENBUKONAŻOLU

114369-43-6

694

 

F4.1

 

FLUKINKONAŻOLU

136426-54-5

474

 

F4.1

 

FLUSILAŻOLU

85509-19-9

435

 

F4.1

 

FLUTRAFOLU:

76674-21-0

436

 

F4.1

 

HESSAKONAŻOLU

79983-71-4

465

 

F4.1

 

IMAŻALIL (ENILKONAŻOLU)

58594-72-2

335

 

F4.1

 

METKONAZOLU

125116-23-6

706

 

F4.1

 

MIKLOBUTANILU

88671-89-0

442

 

F4.1

 

PENKONAŻOLU

66246-88-6

446

 

F4.1

 

PROPIKONAŻOLU

60207-90-1

408

 

F4.1

 

PROTIKONAŻOLU

178928-70-6

745

 

F4.1

 

TEBUKONAŻOLU

107534-96-3

494

 

F4.1

 

TETRAKONAŻOLU

112281-77-3

726

 

F4.1

 

TRIDIMENOLU

55219-65-3

398

 

F4.1

 

TRIKĊILAŻOLU

41814-78-2

547

 

F4.1

 

TRIFLUMIŻOLU

99387-89-0

730

 

F4.1

 

TRITIKONAŻOLU

131983-72-7

652

 

F4.2

FUNGUĊIDI TA' L-IMIDAŻOL

ĊIŻOFAMIDU

120116-88-3

653

 

F4.2

 

FENAMIDONU

161326-34-7

650

 

F4.2

 

TRAŻOSSIDU

72459-58-6

729

Funguċidi bbażati fuq il-morfolini

F5

 

 

 

 

 

F5.1

FUNGUĊIDI TAL-MORFOLIN

DIMETOMORFU

110488-70-5

483

 

F5.1

 

DODEMORFRU

1593-77-7

300

 

F5.1

 

FENPROPIMORFRU

67564-91-4

427

Funguċidi oћra

F6

 

 

 

 

 

F6.1

FUNGUĊIDI TAN-NITROĠENU ALIFATIKU

ĊIMOSSANILU

57966-95-7

419

 

F6.1

 

DODINU

2439-10-3

101

 

F6.1

 

GWAŻATONU

108173-90-6

361

 

F6.2

FUNGUĊIDI TA' L-AMIDE

BENALASSILU

71626-11-4

416

 

F6.2

 

BOSKALIDU

188425-85-6

673

 

F6.2

 

FLUTOLANILU

66332-96-5

524

 

F6.2

 

MEPRONILU

55814-41-0

533

 

F6.2

 

METALASSILU

57837-19-1

365

 

F6.2

 

METALASSILU-M

70630-17-0

580

 

F6.2

 

PROKLORAŻU

67747-09-5

407

 

F6.2

 

SILTOFAMU

175217-20-6

635

 

F6.2

 

TOLIFLUANIDU

731-27-1

275

 

F6.2

 

ŻOSSAMIDU

156052-68-5

640

 

F6.3

FUNGUĊIDI TA' L-ANILIDE

KKRBOSSINU

5234-68-4

273

 

F6.3

 

FENESSAMIDU

126833-17-8

603

 

F6.4

FUNGUĊIDI-BATTERIĊIDI ANTIBIJOTIĊI

KASUGAMISSINU

6980-18-3

703

 

F6.4

 

POLIJOSSINI

11113-80-7

710

 

F6.4

 

STREPTOMIĊIN

57-92-1

312

 

F6.5

FUNGUĊIDI AROMATIĊI

KLOROTALONIL

1897-45-6

288

 

F6.5

 

DIKLORAN

99-30-9

150

 

F6.6

FUNGUĊIDI TAD-DIKARBOSSIDU

IPRODJONU

36734-19-7

278

 

F6.6

 

PROSSIMIDONU

32809-16-8

383

 

F6.7

FUNGUĊIDI TAD-DINITRONILIN

FLUAŻINAM

79622-59-6

521

 

F6.8

FUNGUĊIDI TAD- DINITROFENOL

DINOKAP

39300-45-3

98

 

F6.9

FUNGUĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

FOSETIL

15845-66-6

384

 

F6.9

 

TOLKLOFOS-METIL

57018-04-9

479

 

F6.10

FUNGUĊIDI TA' L-OSSAŻOL

IMESSAŻOL

10004-44-1

528

 

F6.10

 

FAMOSSADONU

131807-57-3

594

 

F6.10

 

VINKLOŻOLINU

50471-44-8

280

 

F6.11

FUNGUĊIDI TAL-FENILPIROLU

FLUDIOSSONILU

131341-86-1

522

 

F6.12

FUNGUĊIDI TAL-FITALIMIDE

KAPTAN

133-06-2

40

 

F6.12

 

FOLPET

133-07-3

75

 

F6.13

FUNGUĊIDI TAL-PIRIMIDIN

BUPIRMAT

41483-43-6

261

 

F6.13

 

ĊIPRODINIL

121552-61-2

511

 

F6.13

 

FENARIMOL

60168-88-9

380

 

F6.13

 

MEPANIFIRIM

110235-47-7

611

 

F6.13

 

FIRIMETANIL

53112-28-0

714

 

F6.14

FUNGUĊIDI TAL-KINOLINA

KINOSSIFEN

124495-18-7

566

 

F6.14

 

8-SULFAT IDROSSKINOLONU

134-31-6

677

 

F6.15

FUNGUĊIDI TAL-KINON

DITJANON

3347-22-6

153

 

F6.16

FUNGUĊIDI TA' L-ISTROBILURIN

AŻOSSITROBIN

131860-33-8

571

 

F6.16

 

DIMOSSITROBIN

149961-52-4

739

 

F6.16

 

FLUSASTROBIN

361377-29-9

746

 

F6.16

 

KRESOSSIM-METIL

143390-89-0

568

 

F6.16

 

PIKOSSITROBIN

117428-22-5

628

 

F6.16

 

PIRAKLOSTROBIN

175013-18-0

657

 

F6.16

 

TRIFLOSSISTROBIN

141517-21-7

617

 

F6.17

FUNGUĊIDI TA' L-UREA

PENĊIKORON

66063-05-6

402

 

F6.18

FUNGUĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

AĊIBENŻOLAR

126448-41-7

597

 

F6.18

 

AĊIDU BENŻOJKU

65-85-0

622

 

F6.18

 

DIKLOROFEN

97-23-4

325

 

F6.18

 

FENPROPIDIN

67306-00-7

520

 

F6.18

 

METRAFENONU

220899-03-6

752

 

F6.18

 

2-FENIFENOL

90-43-7

246

 

F6.18

 

SPIROSSAMIN

118134-30-8

572

 

F6. 19

FUNGUĊIDI OĦRA

FUNGUĊIDI OĦRA

 

 

Erbiċidi, il-Prodotti li Jeqirdu z-Zkuk u l-Prodotti li Joqtlu l-Ħażiż

H0

 

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-fenossidu-fitormoniku

H1

 

 

 

 

 

H1.1

ERBIĊIDI TAL-FENOSSIDU

2,4-D

94-75-7

1

 

H1.1

 

2,4-DB

94-82-6

83

 

H1.1

 

DIKLORPROP-P

15165-67-0

476

 

H1.1

 

MCPA

94-74-6

2

 

H1.1

 

MCPB

94-81-5

50

 

H1.1

 

MEKOPROP

7085-19-0

51

 

H1.1

 

MEKOPROP-P

16484-77-8

475

Erbiċidi bbażati fuq it-trijażini u fuq it-trijażinoni

H2

 

 

 

 

 

H2.1

ERBIĊIDI TAL-METILTOTRAŻINU

METOPROTRINU

841-06-5

94

 

H2.2

ERBIĊIDI TAT-TRAŻIN

SIMETRIN

1014-70-6

179

 

H2.2

 

TERBUTALAŻINU

5915-41-3

234

 

H2.3

ERBIĊIDI TAT-TRIŻINONU

METAMITRON

41394-05-2

381

 

H2.3

 

METRIBUŻIN

21087-64-9

283

Erbiċidi bbażati fuq l-amidi u fuq l-anilidi

H3

 

 

 

 

 

H3.1

ERBIĊIDI TA' L-AMIDE

BEFLUBUTAMID

113614-08-7

662

 

H3.1

 

DIMETENAMID

87674-68-8

638

 

H3.1

 

FLUPOSSAM

119126-15-7

8158

 

H3.1

 

ISOSSABEN

82558-50-7

701

 

H3.1

 

NAPROPAMIDU

15299-99-7

271

 

H3.1

 

PETOSSAMIDU

106700-29-2

665

 

H3.1

 

PROPIŻAMIDU

23950-58-5

315

 

H3.2

ERBIĊIDI TA' L-ANILIDE

DIFLUFENIKAN

83164-33-4

462

 

H3.2

 

FLORASULAM

145701-23-1

616

 

H3.2

 

FLUFENAKET

142459-58-3

588

 

H3.2

 

METOSULAM

139528-85-1

707

 

H3.2

 

METAŻAKLOR

67129-08-2

411

 

H3.2

 

PROPANIL

709-98-8

205

 

H3.3

ERBIĊIDI TAL- KLOROĊETANILIDE

AĊETOKLOR

34256-82-1

496

 

H3.3

 

ALAKLOR

15972-60-8

204

 

H3.3

 

DIMETAKLOR

50563-36-5

688

 

H3.3

 

PRETILAKLOR

51218-49-6

711

 

H3.3

 

PROPAKLOR

1918-16-7

176

 

H3.3

 

S-METOLAKLOR

87392-12-9

607

Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq il-bis-karbamati

H4

 

 

 

 

 

H4.1

ERBIĊIDI TAL-BIS-KARBAMAT

KLORFOFAM

101-21-3

43

 

H4.1

 

DESMEDIFAM

13684-56-5

477

 

H4.1

 

FENMEDIFAM

13684-63-4

77

 

H4.2

ERBIĊIDI TAL-KARBAMAT

ASULAM

3337-71-1

240

 

H4.2

 

KARBETAMID

16118-49-3

95

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi dinitroanilini

H5

 

 

 

 

 

H5.1

ERBIĊIDI TAD-DINITRONILINU

BENFLURALINU

1861-40-1

285

 

H5.1

 

BUTRALINU

33629-47-9

504

 

H5.1

 

ETALFLURALINU

55283-68-6

516

 

H5.1

 

ORIŻALINU

19044-88-3

537

 

H5.1

 

PENDIMETALINU

40487-42-1

357

 

H5.1

 

TRIFLURALINU

2582-09-8

183

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi ta' l-urea, ta' l-uraċil jew tas-sulfonilurea

H6

 

 

 

 

 

H6.1

ERBIĊIDI TAS-SULFONILUREA

AMIDOSULFURON

120923-37-7

515

 

H6.1

 

AŻIMSULFURON

120162-55-2

584

 

H6.1

 

BENSULFURON

99283-01-9

502

 

H6.1

 

KLORSULFURON

64902-72-3

391

 

H6.1

 

ĊINOSULFURON

94593-91-6

507

 

H6.1

 

ETOSSISULFURON

126801-58-9

591

 

H6.1

 

FLAŻASULFURON

104040-78-0

595

 

H6.1

 

FLUFRISULFURON

150315-10-9

577

 

H6.1

 

FORAMSULFURON

173159-57-4

659

 

H6.1

 

IMAŻOSULFURON

122548-33-8

590

 

H6.1

 

IODOSULFURON

185119-76-0

634

 

H6.1

 

MESOSULFURON

400852-66-6

663

 

H6.1

 

METSULFURON

74223-64-6

441

 

H6.1

 

NIKOSULFURON

111991-09-4

709

 

H6.1

 

OSSASULFURON

144651-06-9

626

 

H6.1

 

PRIMISULFURON

113036-87-6

712

 

H6.1

 

PROSULFURON

94125-34-5

579

 

H6.1

 

RIMSULFURON

122931-48-0

716

 

H6.1

 

SULFOSULFURON

141776-32-1

601

 

H6.1

 

TIFENSULFURON

79277-67-1

452

 

H6.1

 

TRIJASULFURON

82097-50-5

480

 

H6.1

 

TRIBENURON

106040-48-6

546

 

H6.1

 

TRIFLUSULFURON

135990-29-3

731

 

H6.1

 

TRITOSULFURON

142469-14-5

735

 

H6.2

ERBIĊIDI TA' L-URAĊIL

LENAĊIL

2164-08-1

163

 

H6.3

ERBIĊIDI TA' L-UREA

KLORTOLURON

15545-48-9

217

 

H6.3

 

DIJURON

330-54-1

100

 

H6.3

 

FLUWOMETURON

2164-17-2

159

 

H6.3

 

ISOPROTURON

34123-59-6

336

 

H6.3

 

LINURON

330-55-2

76

 

H6.3

 

METABENŻTIJAŻURON

18691-97-9

201

 

H6.3

 

METOBROMURON

3060-89-7

168

 

H6.3

 

METOSSURON

19937-59-8

219

Erbiċidi oћra

H7

 

 

 

 

 

H7.1

ERBIĊIDI TA' L-ARILOS-SIFENOSSIPROPONIKU

KLODINAFOP

114420-56-3

683

 

H7.1

 

ĊIJALOFOP

122008-85-9

596

 

H7.1

 

DIKLOFOP

40843-25-2

358

 

H7.1

 

FENOSSAPROP-P

113158-40-0

484

 

H7.1

 

FLUWAŻIFOP-P-BUTIL

79241-46-6

395

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP

69806-34-4

438

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP-R

72619-32-0

526

 

H7.1

 

PROPAKIŻAFOP

111479-05-1

713

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP

76578-12-6

429

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP-P

94051-08-8

641

 

H7.2

ERBIĊIDI TAL-BENŻOFURANJU

ETOFUMESATE

26225-79-6

233

 

H7.3

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU BENŻOJKU

KLORTAL

2136-79-0

328

 

H7.3

 

DIKAMBA

1918-00-9

85

 

H7.4

ERBIĊIDI TAL-BIPIRIDILIUM

DIKAT

85-00-7

55

 

H7.4

 

PARAKAT

4685-14-7

56

 

H7.5

ERBIĊIDI TAĊ-ĊIKOESSANEDONU

KLETODIM

99129-21-2

508

 

H7.5

 

ĊIKOSSIDIM

101205-02-1

510

 

H7.5

 

TEPRALOSSIDIM

149979-41-9

608

 

H7.5

 

TRALKOSSIDIM

87820-88-0

544

 

H7.6

ERBIĊIDI TAD-DIJAŻINU

FIRIDAT

55512-33-9

447

 

H7.7

ERBIĊIDI TAD- DIKARBOSSIMIDU

ĊINIDON-ETIL

142891-20-1

598

 

H7.7

 

FLUMOSSAŻIN

103361-09-7

578

 

H7.8

ERBIĊIDI TAD-DIFENIL ETER

AKLONIFEN

74070-46-5

498

 

H7.8

 

BIFENOSS

42576-02-3

413

 

H7.8

 

NITROFEN

1836-75-5

170

 

H7.8

 

OSSIFLUWORFEN

42874-03-3

538

 

H7.9

ERBIĊIDI TA' L-IMIDAŻOLINONU

IMAŻAMETABENŻ

100728-84-5

529

 

H7.9

 

IMAŻAMOSS

114311-32-9

619

 

H7.9

 

IMAŻETAPIR

81335-77-5

700

 

H7.10

ERBIĊIDI INORGANIĊI

AMMONJU SULFAMAT

7773-06-0

679

 

H7.10

 

KLORATI

7775-09-9

7

 

H7.11

ERBIĊIDI TA' L-ISOSSAŻOLU

ISOSSAFLUTOL

141112-29-0

575

 

H7.12

ERBIĊIDI TAL-MORFAKTIN

FLURENOL

467-69-6

304

 

H7.13

ERBIĊIDI TAN-NITRIL

BROMOSSINIL

1689-84-5

87

 

H7.13

 

DIKLOBENIL

1194-65-6

73

 

H7.13

 

IJOSSINIL

1689-83-4

86

 

H7.14

ERBIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

GLUFOSINAT

51276-47-2

437

 

H7.14

 

GLIFOSAT

1071-83-6

284

 

H7.15

ERBIĊIDI TAL-FENILPIRAŻOLU

FIRAFLUFEN

129630-19-9

605

 

H7.16

ERBIĊIDI TAL-FIRIDAŻINONU

KKLORIDAŻON

1698-60-8

111

 

H7.16

 

FLURTAMON

96525-23-4

569

 

H7.17

ERBIĊIDI TAL-FIRIDINEKARBOSSAMIDU

PIKOLINAFEN

137641-05-5

639

 

H7.18

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU FIRIDINEKARBOSSILIKU

KLOFRALID

1702-17-6

455

 

H7.18

 

PIKLORAM

1918-02-1

174

 

H7.19

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU FIRIDLOSSAĊETIKU

FLUROSSIFIR

69377-81-7

431

 

H7.19

 

TRICLOPYR

55335-06-3

376

 

H7.20

ERBIĊIDI TAL-KWINOLIN

KINKLORAK

84087-01-4

493

 

H7.20

 

KINMERAK

90717-03-6

563

 

H7.21

ERBIĊIDI TAT- TIADIJAŻINU

BENTAŻONU

25057-89-0

366

 

H7.22

ERBIĊIDI TAT- TIOKARBAMAT

EPTC

759-94-4

155

 

H7.22

 

MOLINAT

2212-67-1

235

 

H7.22

 

PROSULFOKARB

52888-80-9

539

 

H7.22

 

TIOBENKARB

28249-77-6

388

 

H7.22

 

TRE-ALLAT

2303-17-5

97

 

H7.23

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLU

AMITROL

61-82-5

90

 

H7.24

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLINONU

KARFENTRAŻONU

128639-02-1

587

 

H7.25

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLONU

PROPOSSIKARBAŻONU

145026-81-9

655

 

H7.26

ERBIĊIDI TAT-TRIKETON

MESOTRIJONU

104206-82-8

625

 

H7.26

 

SULKOTRIJONU

99105-77-8

723

 

H7.27

ERBIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

KLOMAŻONU

81777-89-1

509

 

H7.27

 

FLUROKLORIDONU

61213-25-0

430

 

H7.27

 

KINOKLAMIN

2797-51-5

648

 

H7.27

 

METAŻOLU

20354-26-1

369

 

H7.27

 

OSSADIJARĠIL

39807-15-3

604

 

H7.27

 

OSSADIJAŻONU

19666-30-9

213

 

H7.27

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

 

 

Insettiċidi u l-Akariċidi

I0

 

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

I1

 

 

 

 

 

I1.1

INSETTIĊIDI PIRETROJDI

AKRINATRIN

101007-06-1

678

 

I1.1

 

ALFA-ĊIPERMETRIN

67375-30-8

454

 

I1.1

 

BETA-ĊIFLUTRIN

68359-37-5

482

 

I1.1

 

BETA-ĊIPERMETRIN

65731-84-2

632

 

I1.1

 

BIFENTRIN

82657-04-3

415

 

I1.1

 

ĊIFLUTRIN

68359-37-5

385

 

I1.1

 

ĊIPERMETRIN

52315-07-8

332

 

I1.1

 

DELTAMETRIN

52918-63-5

333

 

I1.1

 

ESFENVALERAT

66230-04-4

481

 

I1.1

 

ETOFENPROSS

80844-07-1

471

 

I1.1

 

GAMMA-ĊIĦALOTRIN

76703-62-3

768

 

I1.1

 

LAMBDA-ĊIĦALOTRIN

91465-08-6

463

 

I1.1

 

TAU-FLUVALINAT

102851-06-9

432

 

I1.1

 

TEFLUTRIN

79538-32-2

451

 

I1.1

 

ŻŻETA-CIPERMETRIN

52315-07-8

733

Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarboni klorinati

I2

 

 

 

 

 

I2.1

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOKLORU

DIKOFOL

115-32-2

123

 

I2.1

 

TETRASUL

2227-13-6

114

Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq l-ossimu-karbamat

I3

 

 

 

 

 

I3.1

INSETTIĊIDI TA' L-OSSIMU-KARBAMAT

METOMIL

16752-77-5

264

 

I3.1

 

OSSAMIL

23135-22-0

342

 

I3.2

INSETTIĊIDI TAL-KARBAMAT

BENFURAKARB

82560-54-1

501

 

I3.2

 

KARBARIL

63-25-2

26

 

I3.2

 

KARBOFURAN

1563-66-2

276

 

I3.2

 

KARBOSULFAN

55285-14-8

417

 

I3.2

 

FENOSSIKARB

79127-80-3

425

 

I3.2

 

FORMETANAT

22259-30-9

697

 

I3.2

 

METOKARB

2032-65-7

165

 

I3.2

 

PIRIMIKARB

23103-98-2

231

Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

I4

 

 

 

 

 

I4.1

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

AŻINFOS-METIL

86-50-0

37

 

I4.1

 

KADUSAFOS

95465-99-9

682

 

I4.1

 

KLORFRIFOS

2921-88-2

221

 

I4.1

 

KLORFRIFOS-METIL

5589-13-0

486

 

I4.1

 

KOMAFOS

56-72-4

121

 

I4.1

 

DIJAŻINU

333-41-5

15

 

I4.1

 

DIKLORVOS

62-73-7

11

 

I4.1

 

DIMETOAT

60-51-5

59

 

I4.1

 

ETOPROFOS

13194-48-4

218

 

I4.1

 

FENAMIFOS

22224-92-6

692

 

I4.1

 

FENITROTON

122-14-5

35

 

I4.1

 

FOSTIJAŻAT

98886-44-3

585

 

I4.1

 

ISOFENFOS

25311-71-1

412

 

I4.1

 

MALATJON

121-75-5

12

 

I4.1

 

METAMIDOFOS

10265-92-6

355

 

I4.1

 

NALED

300-76-5

195

 

I4.1

 

OSSIDEMETON-METIL

301-12-2

171

 

I4.1

 

FOSALON

2310-17-0

109

 

I4.1

 

FOSMET

732-11-6

318

 

I4.1

 

FOSSIM

14816-18-3

364

 

I4.1

 

PIRIMIFOS-METIL

29232-93-7

239

 

I4.1

 

TRIKLORFON

52-68-6

68

Insettiċidi bbażati fuq prodott bijoloġiku u botaniku

I5

 

 

 

 

 

I5.1

INSETTIĊIDI BIJOLOĠIĊI

AŻADIRAKTIN

11141-17-6

627

 

I5.1

 

NIKOTINA

54-11-5

8

 

I5.1

 

PIRETRINS

8003-34-7

32

 

I5.1

 

ROTENONU

83-79-4

671

Insettiċidi oћrajn

I6

 

 

 

 

 

I6.1

INSETTIĊIDI PRODOTTI BIL-FERMENTAZZJONI

ABAMEKTIN

71751-41-2

495

 

I6.1

 

MILBEMEKTIN

51596-10-2

51596-11-3

660

 

I6.1

 

SPINOSAD

168316-95-8

636

 

I6.3

INSETTIĊIDI TAL-BENŻOJLUREA

DIFLUBENŻURON

35367-38-5

339

 

I6.3

 

FLUFENOSSURON

101463-69-8

470

 

I6.3

 

ĦESSAFLUMURON

86479-06-3

698

 

I6.3

 

LUFENURON

103055-07-8

704

 

I6.3

 

NOVALURON

116714-46-6

672

 

I6.3

 

TEFLUBENŻURON

83121-18-0

450

 

I6.3

 

TRIFLUMURON

64628-44-0

548

 

I6.4

INSETTIĊIDI TAL-KARBAŻAT

BIFENAŻAT

149877-41-8

736

 

I6.5

INSETTIĊIDI TAD-DIJAŻILADRAŻINU

METOSSIFENOŻIDU

161050-58-4

656

 

I6.5

 

TEBUFENOŻIDU

112410-23-8

724

 

I6.6

REGOLATURI TAT-TKABBIR TA' L-INSETTI

BUPROFEŻINU

69327-76-0

681

 

I6.6

 

ĊIROMAŻINU

66215-27-8

420

 

I6.6

 

ĦESSITIAŻOSS

78587-05-0

439

 

I6.7

FEROMON TA' L-INSETTI

(E,Z)-9-DODEKENIL AĊETAT

35148-19-7

422

 

I6.8

INSETTIĊIDI TAN-NITROGANIDIN

KLOTIJANIDIN

210880-92-5

738

 

I6.8

 

TIAMETOSSAMU

153719-23-4

637

 

I6.9

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOTIN

AŻOKLOTINU

41083-11-8

404

 

I6.9

 

ĊKKESSATINU

13121-70-5

289

 

I6.9

 

OSSIDU FENBUTATINU

13356-08-6

359

 

I6.10

INSETTIĊIDI TA' L-OSSADIJAŻINU

INDOSSAKARB

173584-44-6

612

 

I6.11

INSETTIĊIDI TAL-FENIL-ETER

FIRIPROSSIFEN

95737-68-1

715

 

I6.12

INSETTIĊIDI TAL-PIRAŻOLU (FENIL-)

FENFIROSSIMAT

134098-61-6

695

 

I6.12

 

FIPRONIL

120068-37-3

581

 

I6.12

 

TEBUFENPIRAD

119168-77-3

725

 

I6.13

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDIN

FIMETROŻINU

123312-89-0

593

 

I6.14

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDILMETALAMINU

AĊETAMIPRIDU

135410-20-7

649

 

I6.14

 

IMIDAKLOPRIDU

138261-41-3

582

 

I6.14

 

TIAKLOPRIDU

111988-49-9

631

 

I6.15

INSETTIĊIDI TAS-SULFAT ESTER

PROPARGITU

2312-35-8

216

 

I6.16

INSETTIĊIDI TAT-TETRAŻINU

KKLOFENTEŻINU

74115-24-5

418

 

I6.17

INSETTIĊIDI TA' L-AĊIDU TETRONIKU

SPIRODIKLOFENU

148477-71-8

737

 

I6.18

INSETTIĊIDI TAL-(KARBAMOL-) TRIJAŻOL

TRIJAŻAMAT

112143-82-5

728

 

I6.19

INSETTIĊIDI TA' L-UREA

DIJAFENTURON

80060-09-9

8097

 

I6.20

INSETTIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

ETOSSAŻOLU

153233-91-1

623

 

I6.20

 

FENAŻAKWIN

120928-09-8

693

 

I6.20

 

FIRIDABEN

96489-71-3

583

 

I6.21

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

 

 

Molluskiċidi, total:

M0

 

 

 

 

Molluskiċidi

M1

 

 

 

 

 

M1.1

MOLLUSKIĊIDI TAL-KARBAMAT

TIJODIKARB

59669-26-0

543

 

M1.2

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

FOSFAT FERRIKU

10045-86-0

629

 

M1.2

 

METALDIJATRIKU

108-62-3

62

 

M1.2

 

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, total:

PGR0

 

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir fiżjoloġiku tal-pjanti

PGR1

 

 

 

 

 

PGR1.1

REGOLATURI TAT-TKABBIR FIŻJOLOĠIKU TAL-PJANTI

KLORMEKWAT

999-81-5

143

 

PGR1.1

 

ĊIKLANILIDU

113136-77-9

586

 

PGR1.1

 

DAMINOŻIDU

1596-84-5

330

 

PGR1.1

 

DIMETIPINU

55290-64-7

689

 

PGR1.1

 

DIFENILAMINU

122-39-4

460

 

PGR1.1

 

ETEFON

16672-87-0

373

 

PGR1.1

 

ETOSSIKWIN

91-53-2

517

 

PGR1.1

 

FLORKLORFENURON

68157-60-8

633

 

PGR1.1

 

FLURPRIMIDOL

56425-91-3

696

 

PGR1.1

 

IMAŻAKWIN

81335-37-7

699

 

PGR1.1

 

MALEJK IDRAŻIDU

51542-52-0

310

 

PGR1.1

 

MEPIKAT

24307-26-4

440

 

PGR1.1

 

1-METILĊIKOPROPENU

3100-04-7

767

 

PGR1.1

 

PAKLOBUTRAŻOL

76738-62-0

445

 

PGR1.1

 

PROĦESSADONU-KALĊJU

127277-53-6

567

 

PGR1.1

 

SODJU 5-NITROGAIAKOLAT

67233-85-6

718

 

PGR1.1

 

SODJU O-NITROFENOLAT

824-39-5

720

 

PGR1.1

 

TRINESSAPAK-ETIL

95266-40-3

8349

Prodotti ta' kontra n-nebbieta

PGR2

 

 

 

 

 

PGR2.2

PRODOTTI TA' KONTRA N-NEBBIETA

KARVONJU

99-49-0

602

 

PGR2.2

 

KLORFOFAM

101-21-3

43

Regolaturi oћra tat-tkabbir tal-pjanti

PGR3

 

 

 

 

 

PGR3.1

REGOLATURI OĦRA TAT-TKABBIR TAL-PJANTI

RTP OĦRAJN

 

 

Prodotti oћra gћall-ћarsien tal-pjanti, total:

ZR0

 

 

 

 

Żjut minerali

ZR1

 

 

 

 

 

ZR1.1

ŻEJT MINERALI

ŻJUT MHUX RAFFINATI

64742-55-8

29

Żjut veġetali

ZR2

 

 

 

 

 

ZR2.1

ŻEJT VEĠETALI

ŻJUT TAL-QATRAN

 

30

SSterilanti tal-ћamrija (ink. in-Nematiċidi)

ZR3

 

 

 

 

 

ZR3.1

METIL BROMIDU

METIL BROMIDU

74-83-9

128

 

ZR3.2

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

KLOROPIKRIN

76-06-2

298

 

ZR3.2

 

DAŻOMET

533-74-4

146

 

ZR3.2

 

1,3-DIKLOROPROPENU

542-75-6

675

 

ZR3.2

 

METAM-SODJU

137-42-8

20

 

ZR3.2

 

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

 

 

Rodentiċidi

ZR4

 

 

 

 

 

ZR4.1

RODENTIĊIDI

BRODIFAKUM

56073-10-0

370

 

ZR4.1

 

BROMADOLONU

28772-56-7

371

 

ZR4.1

 

KLORALOSU

15879-93-3

249

 

ZR4.1

 

KLOROFAĊINONU

3691-35-8

208

 

ZR4.1

 

KOMATETRALIL

5836-29-3

189

 

ZR4.1

 

DIFENAKOMU

56073-07-5

514

 

ZR4.1

 

DIFETJALONU

104653-34-1

549

 

ZR4.1

 

FLOKUMAFENU

90035-08-8

453

 

ZR4.1

 

WARFARIN

81-81-2

70

 

ZR4.1

 

RODENTIĊIDI OĦRAJN

 

 

Prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti l-oћrajn kollha

ZR5

 

 

 

 

 

ZR5.1

DIŻINFETTANTI

DIŻINFETTANTI OĦRAJN

 

 

 

ZR5.2

PRODOTTI GĦALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI OĦRAJN

PPP OĦRAJN

 

 


(1)  In-Numru tas-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi.

(2)  Collaborative International Pesticides Analytical Council.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   DAĦLA

Fit-12 ta' Diċembru 2006 l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill, abbażi tal-Artikolu 285 (1) tat-Trattat KE, proposta (1) għal Regolament dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti.

Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tal-ewwel qari tiegħu f'Marzu 2008 (ara d-dok. 7412/08).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-Opinjoni tiegħu f'Ġunju 2007 (2). F'Ġunju 2007 l-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li mhux ser jadotta Opinjoni.

Fil-20 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skont l-Artikolu 251 tat-Trattat KE.

II.   OBJETTIVI

Il-proposta tfittex tiżgura li tinġabar data tal-istatistika komparabbli fl-Istati Membri kollha, u b'hekk ikun possibbli li jiġu kkalkulati ma' data relevanti oħra indikaturi tar-riskju armonizzati.

Hija tipprevedi, b'mod partikolari, regoli armonizzati gћall-ġbir u gћat-tixrid ta' data dwar it-tqegћid fis-suq u l-użu ta prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti. Hija tagħti wkoll struzzjonijiet lill-Istati Membri biex jiġbru d-data b'mod regolari, dwar kif tinġabar id-data u kif tiġi trasmessa d-data lill-Kummissjoni.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Osservazzjonijiet Ġenerali

Fl-ewwel qari tiegħu fit-12 ta' Marzu 2008, il-Parlament Ewropew adotta sitta u għoxrin emenda. Fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill ħa kont ta' ħames emendi. Minn dawn, l-emenda 5 hija inkorporata b'mod sħiħ filwaqt li l-emendi 10, 13, 18 u 32 huma aċċettati fl-ispirtu jew inkorporati parzjalment.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll bidliet oħrajn, mhux previsti mill-Parlament Ewropew, li jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet ta' tħassib espressi mill-Istati Membri matul in-negozjati.

Għadd ta' emendi tekniċi u editorjali ġew ukoll introdotti sabiex jiġi definit l-ambitu ta' ċerti dispożizzjonijiet, sabiex il-formulazzjoni tar-Regolament issir aktar espliċita u sabiex tiġi garantita ċertezza legali, jew sabiex tiżdied il-konsistenza tagħha ma' strumenti Komunitarji oħrajn.

2.   Kummenti speċifiċi

—   Estensjoni tal-ambitu tar-Regolament

L-emendi 1, 6, 7, 8, 12, 15, 21 u 26 ma kinux aċċettati mill-Kunsill peress li huwa kkunsidra li l-estensjoni tal-ambitu lilhinn mill-bejgħ u l-użu ikun ta' piż għar-rispondenti u l-amministrazzjonijiet.

—   Inklużjoni ta' bijoċidi

L-emendi 11, 12, 22, 33 u 34 ma kinux aċċettati mill-Kunsill peress li l-għarfien dwar il-bijoċidi u l-esperjenza bihom għadhom limitati u l-impatt mhux magħruf peress li s-settur għadu qed jiġi żviluppat.

—   Għażla ta' għejjun ta' data

Emenda 14

Il-ħtieġa li l-Kummissjoni tapprova l-metodi tkun tinvolvi proċedura għalja u ineffiċjenti. F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-għażla tal-metodi tal-ġbir ta' data jew tal-għejjun ta' data hija l-kompetenza tal-Istati Membri.

—   Evalwazzjoni ta' data miġbura minn grupp kwalifikat ta' esperti.

Emenda 31

Evalwazzjoni bħal din ma tistax tiġi aċċettata mill-Kunsill għaliex tmur lilhinn mill-għan tar-Regolament.

—   Adattament tal-lista ta' sustanzi fuq bażi regolari u fid-dawl tal-eżami kurrenti ta' sustanzi attivi

Emenda 19

Dan is-suġġeriment jista' jwassal għal żieda mhix meħtieġa tal-piż amministrattiv.

—   Kunfidenzjalità

Emendi 16, 25, 30

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali trasmessa mill-Istati Membri kif previst fir-Regolament (KE) No 322/97. Għalhekk, m'hemmx il-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet jew referenzi ġodda f'dan ir-rigward.

—   Obbligu ta' rappurtar annwali dwar kwantitajiet ta' PPP

Emendi 15 u 23

Ir-Regolament jipprevedi l-obbligu li l-Istati Membri jittrasmettu lill-Kummissjoni l-istatistika meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-metodi tal-ġbir ta' data jew l-għejjun ta' data li huma jqisu l-aktar adatti. L-obbligu ta' rappurtar dwar il-kwantitajiet ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti prodotti, importati jew esportati għandu jiġi kkunsidrat fi ħdan il-qafas tar-Regolament dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

—   Pubblikazzjoni ta' data

Emendi 25 u 28

Il-Kunsill ma jistax jaċċetta li jiddaħħal f'dan ir-Regolament partikolari l-obbligu li l-Istati Membri jippubblikaw l-istatistika. Ir-Regolament jipprevedi l-obbligu li l-Istati Membri jiġbru d-data meħtieġa u jittrasmettu r-riżultati tal-istatistika lill-Kummissjoni.

—   Definizzjonijiet

Id-definizzjoni ġew emendati biex jieħdu kont ta' u jiġu allinjati ma' dawk użati fir-Regolament dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

—   Prinċipji ta' azzjoni

Il-preċiżjoni mhix elenkata fost il-prinċipji li għandhom jirregolaw l-istatistika tal-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 322/97 li huwa msemmi fil-premessa 8. Għalhekk il-Kunsill jista' ma jaċċettax l-emenda 3. Madankollu, dan il-prinċipju inżamm mill-Kunsill fost il-kriterji ta' kwalità fl-Artikolu 4.

—   Referenza għar-Regolament (KE) Nru 322/97 u r-Regolament (KE) Nru 1588/90

Iddaħħlet premessa ġdida 8 biex jiġi kkjarifikat il-qafas li fih għandha titwettaq it-trasmissjoni tad-data u biex jitfakkar kif tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tad-data.

—   Objettivi

Il-Kunsill jaqbel li jagħmel referenza fl-Artikolu 1 għall-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Madankollu, il-Kunsill ma jistax jaċċetta li l-għan tar-Regolament għandu jkun li jimplimenta u jevalwa l-Istrateġija Tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi kif issuġġerit mill-PE fl-Emenda 10 tagħha.

—   Valutazzjoni tal-kwalità

Il-Kunsill daħħal Artikolu dwar il-valutazzjoni tal-kwalità (Artikolu 4). Id-dimensjonijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità diġà iddaħħlu f'fajls tal-istatistika oħra bħar-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, dwar l-istatistika tal-laħam u l-bhejjem, dwar l-istatistika tal-enerġija u dwar postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità.

—   Miżuri ta' implimentazzjoni

Peress li l-Artikolu mdaħħal mill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-kwalità huwa speċifiku ħafna, ir-referenza għall-proċeduri regolatorji għar-rapporti dwar il-kwalità u miżuri ta' rappurtar tħassret. Barra minn hekk, id-definizzjoni taż-“żona ttrattata” ċċaqalqet mill-Anness II għall-Artikolu 5 u l-possibbiltà li l-Kummissjoni temenda l-klassifika armonizzata ċċaqalqet ukoll mill-Anness III għall-Artikolu 5.

—   Anness II, Taqsima I, kopertura

Il-Kunsill għażel li jagħti lill-Istati Membri marġni wiesa' ta' diskrezzjoni fl-għażla ta' prodotti tar-raba' li għandhom ikunu koperti. Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 7 ser ikun opportunità biex jiġi evalwat jekk ikunx meħtieġ li tiġi immodifikata l-għażla tal-prodotti tar-raba'.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill iqis li l-pożizzjoni komuni tiegħu tirrappreżenta soluzzjoni bbilanċjata u realistika għal għadd ta' kwistjonijiet ta' tħassib għal dan l-ewwel sforz biex tinġabar data komparabbli dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Huwa jistenna b'interess diskussjoni kostruttiva mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' ftehim vijabbli dwar dan ir-Regolament.


(1)  ĠU C 126 tas-7.6.2007, p. 5.

(2)  ĠU C 256 tal-27.10.2007, p. 86.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 38/26


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 4/2009

adottata mill-Kunsill fis-17 ta Diċembru 2008

bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

(2009/C 38 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimmodernizza r-regoli tal-koordinazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta' sigurtà soċjali tal-Istati Membri waqt li jispeċifika l-miżuri u l-proċeduri għall-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni tagħhom għall-partijiet kollha kkonċernati. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ta' implimentazzjoni.

(2)

L-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni aktar effikaċi u aktar stretta bejn l-istituzzjonijiet ta' sigurtà soċjali hija fattur essenzjali biex tippermetti lill-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fl-aħjar żmien u kondizzjonijiet possibbli.

(3)

Il-komunikazzjoni elettronika hija mezz adattat għall-iskambju mgħaġġel u affidabbli ta' data bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri. L-ipproċessar elettroniku ta' data għandu jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċeduri għall-persuni kollha involuti. Il-persuni kkonċernati għandhom jibbenefikaw ukoll mill-garanziji kollha maħsuba mill-miżuri Komunitarji relatati mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' fatti ta' natura personali u taċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawn il-fatti.

(4)

Ladarba jkunu disponibbli d-dettalji (inklużi dawk elettroniċi) tal-entitajiet tal-Istati Membri li probabbilment ikunu involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taħt forma li tippermetti l-aġġornament tagħhom fi żmien reali, għandhom ikunu faċilitati l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri. Dan il-metodu li jagħti importanza għar-relevanza tal-informazzjoni purament ibbażata fuq il-fatti kif ukoll id-disponibbiltà immedjata għaċ-ċittadini jikkostitwixxi semplifikazzjoni importanti li għandha tkun introdotta minn dan ir-Regolament.

(5)

Sabiex jinkiseb il-funzjonament kemm jista' jkun bla xkiel u l-ġestjoni effiċjenti tal-proċeduri kumplessi li jimplimentaw ir-regoli dwar il-koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali, tinħtieġ sistema biex jiġi aġġornat b'mod immedjat l-Anness IV. It-tħejjija u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet għal dan il-għan jitolbu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir b'mod rapidu minħabba l-konsegwenzi tad-dewmien fuq iċ-ċittadini kif ukoll fuq l-awtoritajiet amministrattivi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi u tieħu ħsieb database u tiżgura li hija tkun operattiva għal tal-inqas mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tintegra f'dik id-database l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

(6)

It-tisħiħ ta' ċerti proċeduri għandu jġib aktar sigurezza ġuridika u trasparenza għal min juża r-Regolament (KE) Nru 883/2004. Notevolment, l-iffissar ta' żmien komuni għall-kisba ta' ċerti obbligi u ta' ċerti stadji amministrattivi għandu jikkontribwixxi għall-kjarifika u strutturazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-persuni assigurati u l-istituzzjonijiet.

(7)

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-istituzzjonijiet ta' sigurtà soċjali għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri eħfef u strumenti ta' ftehim amministrattivi li huma jikkunsidraw aktar effikaċi u adatti aħjar għall-kuntest tal-iskemi rispettivi tagħhom ta' sigurtà soċjali. Madankollu dawn l-istrumenti ta' ftehim m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(8)

Il-kumplessità inerenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali tirrikjedi sforz partikulari mill-istituzzjonijiet kollha tal-Istati Membri sabiex jappoġġaw il-persuni assigurati sabiex ma jintlaqtux dawk il-persuni li ma kinux għaddew it-talba tagħhom jew ċerta informazzjoni lill-istituzzjoni inkarigata għall-ipproċessar ta' din it-talba konformement mar-regoli u l-proċeduri speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minn dan ir-Regolament.

(9)

Sabiex jiġi determinat liema tkun l-istituzzjoni kompetenti, jiġifieri dik li tagħha l-leġislazzjoni tkun applikabbli jew li taħtha taqa' r-responsabbiltà tal-ħlas ta' ċerti benefiċċji, iċ-ċirkostanzi tal-persuna assigurata u dawk dik tal-membri tal-familja iridu jiġu studjati mill-istituzzjonijiet ta' iżjed minn Stat Membru wieħed. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuna kkonċernata waqt li jsiru dawn l-iskambji indispensabbli bejn l-istituzzjonijiet, għandu jsir provvediment għall-affiljazzjoni b'mod provviżorju f'sistema ta' sigurtà soċjali.

(10)

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiddeterminaw l-Istat Membru ta' residenza tal-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 883/2004, u f'każ ta' kontestazzjoni, għandhom iqisu il-kriterji relevanti kollha sabiex isolvu din il-kwistjoni. Dawn jistgħu jieħdu kont tal-kriterji msemmija fl-Artikolu relevanti ta' dan ir-Regolament.

(11)

Bosta miżuri u proċeduri maħsuba f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jkun hemm aktar trasparenza tal-kriterji li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri jridu japplikaw fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn il-miżuri u proċeduri huma r-riżultat tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll tal-esperjenza ta' aktar minn tletin sena ta' applikazzjoni tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat.

(12)

Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossa l-mobbiltà tal-impjegati u ta' persuni bla impjieg. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom għal kollox bla impjieg jistgħu jkunu disponibbli għas-servizzi tal-impjieg kemm tal-pajjiż ta' residenza kif ukoll tal-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. Madankollu, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mill-Istat Membru ta' residenza tagħhom biss.

(13)

Ċerti regoli u proċeduri speċifiċi huma meħtieġa biex tkun definita l-leġislazzjoni applikabbli biex jittieħed kont ta' perijodi li matulhom persuna assigurata iddedikat iż-żmien tagħha għat-trobbija ta' tfal f' diversi Stati Membri.

(14)

Ċerti proċeduri għandhom ukoll jirriflettu l-esiġenza ta' tqassim bilanċjat tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. B'mod partikulari, fil-qasam tal-mard, dawn il-proċeduri għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni tal-Istati Membri li jerfgħu l-ispejjeż ta' lqugħ ta' persuni assigurati billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom l-iskema tagħhom tas-saħħa u s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li l-istituzzjonijiet tagħhom jerfgħu r-responsabbiltà finanzjarja ta' benefiċċji in natura riċevuti mill-persuni assigurati fi Stat Membru ieħor divers minn dak fejn huma jgħixu.

(15)

Fil-qafas speċifiku tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iridu jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta' adempiment fir-rigward tal-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta' mard in natura fil-qafas ta' “kura ppjanata”, jiġifieri kura li persuna assigurata se tieħu fi Stat Membru divers minn dak li fih tkun assigurata jew residenti. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba ta' awtorizzazzjoni preliminari għandhom jiġu ppreċiżati, kif ukoll għandhom jiġu ppreċiżati l-obbligi tal-istituzzjoni lejn il-pazjent dwar il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Għandhom jiġu wkoll iċċaratil-konsegwenzi fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż ta' kura riċevuta fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni.

(16)

Dan ir-Regolament implimentattiv, u b'mod speċjali d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żjara barra l-Istat Membru kompetenti u li jikkonċernaw il-kura ppjanata m'għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali aktar favorevoli b'mod partikolari fir-rigward tal-ħlas lura ta' spejjeż fi Stat Membru ieħor.

(17)

Huma essenzjali proċeduri aktar restrittivi biex jitqassar id-dewmien għall-ħlas ta' dawn id-djun bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri sabiex tinżamm il-fiduċja fl-iskambji u twieġeb għall-ordni ta' tmexxija tajba li hija imposta fuq l-iskemi ta' sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Għandhom għalhekk jiġu rrinfurzati l-proċeduri li jolqtu l-ipproċessar ta' djun fil-kuntest tal-benefiċċji marbutin mal-mard u mal-qgħad.

(18)

Il-proċeduri bejn l-istituzzjonijiet għall-assistenza reċiproka fl-irkupru ta' talbiet dwar is-sigurtà soċjali għandhom jissaħħu sabiex jiġi żgurat irkupru aktar effettiv u l-funzjonament bla xkiel tar-regoli ta' koordinazzjoni. Irkupru effettiv huwa wkoll mezz ta' prevenzjoni u ta' trattar tal-abbużi u l-frodi u mezz biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Dan jinvolvi li jiġu adottati proċeduri ġodda li jużaw bħala bażi għadd ta' dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KEE tas-26 ta' Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (4). Dawn il-proċeduri ġodda għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-esperjenza wara ħames snin ta' implimentazzjoni u aġġustati jekk meħtieġ, partikolarment biex jiġi żgurat li huma ikunu kompletament operabbli.

(19)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza reċiproka li jirrigwardaw l-irkupru ta' talbiet provduti iżda mhux dovuti, l-irkupru ta' ħlasijiet u kontribuzzjonijiet provviżorji u t-tpaċija u assistenza bl-irkupru, il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru rikjest hija limitata għal azzjonijiet rigward miżuri ta' eżekuzzjoni. Kwalunkwe azzjoni oħra taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru applikant.

(20)

Il-miżuri ta' eżekuzzjoni meħuda fl-Istat Membru rikjest ma jimplikawx ir-rikonoxximent minn dak l-Istat Membru tas-sustanza jew tal-bażi tat-talba.

(21)

L-informazzjoni tal-persuni assigurati fuq id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom hija element essenzjali ta' relazzjoni ta' fiduċja mal-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri.

(22)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-adozzjoni ta' miżuri ta' koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tal-moviment ħieles tal-persuni, ma jistax jinkiseb b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb iżjed fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-imsemmi prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit fl-imsemmi Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(23)

Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 relatat mal-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-impjegati u għall-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità (5),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“Regolament bażiku” għandha tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(b)

“Regolament implimentattiv” għandha tfisser dan ir-Regolament; u

(c)

għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament bażiku.

2.   Addizzjonalment għad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

“punt ta' aċċess” għandha tfisser entità li tipprovdi:

i)

punt ta' kuntatt elettroniku, u

ii)

għażla tar-rotot awtomatika bbażata fuq l-indirizz, u

iii)

għażla tar-rotot intelliġenti bbażata fuq softwer li jippermetti verifika u għażla tar-rotot awtomatiċi (per eżempju, applikazzjoni ta' intelliġenza artifiċjali) u/jew intervent mill-bniedem.

(b)

“korp ta' kollegament” għandha tfisser kwalunkwe korp magħżul mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, li jwieġeb għal talbiet ta' informazzjoni u assistenza għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv u li jrid iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv;

(c)

“dokument” għandha tfisser sett ta' data, irrispettivament mill-mezz użat, strutturata b' tali mod li tista' tiġi skambjata b'mod elettroniku u li trid tiġi kkomunikata sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv;

(d)

“Dokument Elettroniku Strutturat” għandha tfisser kwalunkwe dokument strutturat f'format imfassal għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri;

(e)

“trasmissjoni b'mezzi elettroniċi” għandha tfisser it-trasmissjoni ta' data permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) ta' data u bl-użu ta' wajers, trasmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew kwalunkwe mezz elettromanjetiku ieħor;

(f)

“Bord ta' Verifika” għandha tfisser il-korp imsemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni u mal-iskambji ta' data

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet

1.   Għall-finijiet tar-Regolament implimentattiv, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u l-persuni koperti mir-Regolament bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, il-forniment rapidu u l-aċċessibbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà elettronika, b'mod partikolari għal persuni b'diżabbiltà u għall-anzjani.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom mingħajr dewmien jipprovdu jew jiskambjaw id-data kollha meħtieġa biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta' persuni koperti mir-Regolament bażiku. Data bħal din għandha tiġi trasferita bejn l-Istati Membri direttament mill-istituzzjonijiet infishom jew indirettament permezz tal-korpi ta' kollegament.

3.   Fejn bi żvista persuna tkun ippreżentat informazzjoni, dokumenti jew talbiet lil istituzzjoni fit-territorju ta' Stat Membru divers minn dak fejn tinsab l-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mingħajr dewmien mill-istituzzjoni ta' qabel lill-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, waqt li tiġi indikata d-data li fiha huma ġew ippreżentati inizjalment. Din id-data għandha tkun obbligatorja għall-istituzzjoni tal-aħħar. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' Stat Membru m'għandhomx jinżammu responsabbli jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba li naqsu li jaġixxu bħala riżultat ta' trasmissjoni tardiva ta' informazzjoni, dokumenti jew talbiet minn istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħrajn.

4.   Fejn id-data tiġi trasferita indirettament permezz tal-korp ta' kollegament tal-Istat Membru ta' destinazzjoni, l-iskadenzi ta' żmien fir-rigward ta' tweġibiet għal talbiet għandhom jibdew mid-data ta' meta dan il-korp ta' kollegament ikun irċieva t-talba, daqslikieku din tkun waslet għand l-istituzzjoni f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni u regoli għal skambji bejn il-persuni kkonċernati u l-istituzzjonijiet

1.   Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament bażiku għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-istituzzjoni relevanti l-informazzjoni, id-dokumenti jew l-evidenza ta' sostenn meħtieġa biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom, biex jiġu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u biex jiġu ddeterminati l-leġislazzjoni applikabbli u l-obbligi tagħhom taħtha.

2.   Meta tinġabar, tiġi trasmessa jew ipproċessata data personali taħt il-leġislazzjoni tagħhom għall-finijiet li jiġi implimentat ir-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw b'mod sħiħ drittijiethom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta' tali data.

3.   Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom mingħajr dewmien jibagħtu l-informazzjoni u joħorġu d-dokumenti lill-persuni kkonċernati.

L-istituzzjoni relevanti għandha tinnotifika lill-applikant li jirrisjedi jew li jkun fuq żjara fi Stat Membru ieħor bid-deċiżjoni tagħha direttament jew permezz tal-korp ta' kollegament tal-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara. Meta tiċħad li tagħti l-benefiċċji, hija għandha tindika wkoll ir-raġunijiet li wasslu għaċ-ċaħda, ir-rimedji u l-perijodi permessi għall-appelli. Kopja ta' din id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħrajn involuti.

Artikolu 4

Format u metodu ta' skambju ta' data

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-format u l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta' dokumenti u ta' dokumenti elettroniċi strutturati.

2.   It-trasmissjoni ta' data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' kollegament għandha ssir b'mezzi elettroniċi direttament jew indirettament permezz tal-punti ta' aċċess taħt qafas sigur komuni kapaċi li jista' jiggarantixxi l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' skambji ta' data.

3.   Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom jużaw l-arranġamenti adatti għal kull każ, u kemm jista' jkun jiffavorixxu l-użu ta' mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tintbagħat l-informazzjoni, id-dokumenti jew id-deċiżjonijiet b'mezzi elettroniċi lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 5

Valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta' sostenn maħruġa fi Stat Membru ieħor

1.   Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, u l-evidenza ta' sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu.

2.   F'każ ta' dubju dwar il-leġittimità tad-dokument jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni li ħarġitu l-kjarifiki meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta' dak id-dokument. L-istituzzjoni li ħarġitu għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, li tirtirah.

3.   Konformement mal-paragrafu 2, f'każ ta' dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, dwar il-validità ta' dokument jew il-prova ta' sostenn jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza għandha, sa fejn dan ikun possibli, fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, twettaq il-verifika meħtieġa ta' din l-informazzjoni jew ta' dan id-dokument,.

4.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel minn xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

Artikolu 6

Applikazzjoni provviżorja tal-leġislazzjoni u l-għoti provviżorju ta' benefiċċji

1.   Sakemm mhux previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn ikun hemm differenza ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli, il-persuna kkonċernata għandha tiġi suġġetta b'mod provviżorju għal-leġislazzjoni ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri, fejn l-ordni ta' prijorità tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg tagħha jew taħdem għal rasha, jekk l-impjieg jew l-impjieg għal rasha jitwettaq fi Stat Membru wieħed biss;

(b)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza fejn il-persuna kkonċernata teżerċita parti mill-attività jew attivitajiet tagħha jew fejn il-persuna ma tkunx impjegata jew ma taħdimx għal rasha;

(c)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li l-applikazzjoni tagħha ntalbet l-ewwel fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar,.

2.   F'każ ta' differenza ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar liema istituzzjoni għandha tipprovdi l-benefiċċji fi flus jew in natura, il-persuna kkonċernata li tista' titlob benefiċċji jekk ma kienx hemm xi kontestazzjoni għandha tkun intitolata, fuq bażi provviżorja, għall-benefiċċji maħsuba mill-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tagħha jew, jekk dik il-persuna ma tirrisjedix fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għall-benefiċċji maħsuba mill-leġislazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet sottomessa t-talba l-ewwel;

3.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza ta' fehmiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

4.   Fejn jiġi stabbilit jew li l-leġislazzjoni applikabbli mhijiex dik tal-Istat Membru li fih seħħet l-isħubija provviżorja jonkella li l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ma kinitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tiġi kkunsidrata bħala kompetenti b'mod retroattiv daqslikieku dik id-differenza ta' fehmiet ma kinitx teżisti, sa mhux aktar tard mid-data tal-isħubija provviżorja jew mill-ewwel għoti provviżorju tal-benefiċċji kkonċernati.

5.   Jekk meħtieġ, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti u l-istituzzjoni li provviżorjament ħallset il-benefiċċji fi flus jew provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet għandhom jirregolaw is-sitwazzjoni fnanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji fi flus imħallsin provviżorjarment, fejn ikun il-każ, konformement mat-Titolu IV, Kapitolu III, tar-Regolament implimentattiv.

Il-benefiċċji in natura mogħtija provviżorjament minn istituzzjoni taħt il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjoni kompetenti konformement mat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 7

Kalkolu provviżorju tal-benefiċċji u tal-kontribuzzjonijiet

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn persuna tkun eliġibbli għal benefiċċju jew responsabbli biex tħallas kontribuzzjonijiet taħt ir-Regolament bażiku, u l-istituzzjoni kompetenti ma jkollhiex l-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor li tkun meħtieġa għall-kalkolu definittiv tal-ammont ta' dak il-benefiċċju jew kontribuzzjoni, dik l-istituzzjoni għandha, fuq talba tal-persuna kkonċernata, tagħti dan il-benefiċċju jew tikkalkola din il-kontribuzzjoni fuq bażi provviżorja, jekk tali kalkolu hu possibbli abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għal dik l-istituzzjoni.

2.   Il-benefiċċju jew il-kontribuzzjoni kkonċernata għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid ladarba l-evidenza jew id-dokumenti ta' sostenn kollha meħtieġa jiġu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ġenerali oħrajn għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku

Artikolu 8

Arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati Membri jew aktar

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament implimentattiv għandhom jissostitwixxu dawk li huma stabbiliti fl-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament bażiku, apparti d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti fir-rigward tal-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness II tar-Regolament bażiku, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti msemmija huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom, jekk meħtieġ, arranġamenti li jappartjenu għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (2) tar-Regolament bażiku sakemm dawn L-arranġamenti ma jaffettwawx b'mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati u huma nklużi fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 9

Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

1.   Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu dwar proċeduri oħrajn barra dawk previsti mir-Regolament implimentattiv, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx b'mod ħażin id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati.

2.   Kwalunkwe qbil konkluż għal dan il-għan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Amministrattiva u jiġi elenkat fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.

3.   Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehim ta' implimentazzjoni konkluż bejn żewġ Stati Membri jew aktar bl-istess għan, jew li jkunu simili għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, li jkunu fis-seħħ fil-jum li jippreċedi d-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv u li jkunu inklużi fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, għandhom ikomplu japplikaw għall-finijiet tar-relazzjonijiet bejn dawk l-Istati Membri, bil-kondizzjoni li dawn ikunu inklużi wkoll fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 10

Prevenzjoni tal-koinċidenza ta' benefiċċji f'xi partijiet

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn fir-Regolament bażiku, meta l-benefiċċji dovuti taħt il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar ikunu mnaqqsa, sospiżi jew mwaqqfa reċiprokament, kwalunkwe ammont li ma jkunx tħallas fil-każ tal-applikazzjoni stretta tar-regoli dwar tnaqqis, sospensjoni jew waqfien stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi diviż bin-numru ta' benefiċċji suġġettati għal tnaqqis, sospensjoni jew waqfien.

Artikolu 11

L-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza

1.   Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta' interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

(a)

it-tul ta' żmien u l-kontinwità tal-preżenza fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati;

(b)

is-sitwazzjoni tal-persuna, li tinkludi:

(i)

in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kwalunkwe attività li titwettaq, b'mod partikolari l-post fejn din l-attività normalment titwettaq, l-istabbiltà tal-attività u t-tul ta' żmien ta' kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;

(ii)

l-istatus tal-familja u r-rabtiet tal-familja tagħha;

(iii)

it-twettiq ta' kwalunkwe attività mingħajr ħlas;

(iv)

fil-każ ta' studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;

(v)

is-sitwazzjoni tad-dar domestika tagħha, partikolarment kemm hi permanenti;

(vi)

l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li tirrisjedi għal finijiet ta' tassazzjoni

2.   Fejn l-konsiderazzjoni tal-kriterji diversi bbażati fuq il-fatti relevanti kif stabbilit fil-paragrafu 1 ma twassalx għal qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, l-intenzjoni tal-persuna, kif hi tidher minn tali fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tiċċaqlaq, għandhom jiġu kkunsidrati bħala deċiżivi meta jkun qed jiġi stabbilit il-Stat Membru ta' residenza reali ta' dik il-persuna.

Artikolu 12

Aggregazzjoni tal-perijodi

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkuntattja lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet ukoll suġġetta sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi kollha magħmula taħt din il-leġislazzjoni.

2.   Il-perijodi rispettivi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rasha jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru għandhom jingħaddu ma' dawk magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, safejn dan ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, sakemm dawn il-perijodi ma jkunux jikkoinċidu f'xi partijiet.

3.   Fejn perijodu ta' assigurazzjoni jew ta' residenza magħmul taħt assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru jikkoinċidi ma perijodu ta assigurazzjoni magħmul taħt assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu magħmul taħt l-assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.

4.   Fejn perijodu ta' assigurazzjoni jew ta' residenza divers minn perijodu simili magħmul taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jikkoinċidi ma' perijodu simili taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu ħlief għal perijodu simili li jiġi kkunsidrat.

5.   Kwalunkwe perijodu li jkun meqjus bħala ekwivalenti taħt il-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar għandu jiġi kkunsidrat biss mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta l-aħħar b'mod obbligatorju qabel il-perijodu msemmi. Fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma kinitx suġġetta b'mod obbligatorju għal-leġislazzjoni ta'Stat Membru qabel il-perijodu msemmi, dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta b'mod obbligatorju għall-ewwel darba wara l-perijodu msemmi.

6.   Fil-każ li ż-żmien li fih ċerti perijodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza ġew magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ma jistax jiġi ddeterminat b'mod preċiż, għandu jiġi preżunt li dawn il-perijodi ma jikkoinċidux f'xi partijiet ma' perijodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, u dan għandu jiġi kkunsidrat, fejn vantaġġuż, għall-persuna kkonċernata, safejn huma jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod raġonevoli.

Artikolu 13

Regoli għall-konverżjoni ta' perijodi

1.   Fejn il-perijodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jkunu espressi f'unitajiet differenti minn dawk previsti fil-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet tal-aggregazzjoni taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku għandha titwettaq konformement mar-regoli li ġejjin:

(a)

Il-perijodu li għandu jintuża bħala l-bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak komunikat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ġie magħmul il-perijodu.

(b)

Fil-każ ta' skemi fejn il-perijodi huma espressi fi ġranet, il-konverżjoni minn ġranet għal unitajiet oħrajn, u viċe versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq ġranet għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-tabella li ġejja:

Skema bbażata fuq

Jum wieħed jikkorrispondi għal

Ġimgħa waħda tikkorrispondi għal

Xahar wieħed jikkorrispondi għal

Trimestru wieħed jikkorrispondi għal

Massimu ta' ġranet f'sena kalendarja waħda

5 jiem

9 sigħat

5 jiem

22 jum

66 jum

264 jum

6 jiem

8 sigħat

6 jiem

26 jum

78 jum

312 jum

7 jiem

6 sigħat

7 jiem

30 jum

90 jum

360 jum

(c)

Fil-każ ta' skemi fejn il-perijodi huma espressi f'unitajiet li mhumiex jiem,

(i)

tliet xhur jew tlettax-il ġimġħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru, u viċe versa;

(ii)

sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal erba' trimestri, 12-il xahar jew 52 gimġħa, u viċe versa;

(iii)

għall-konverżjoni ta' ġimgħat f'xhur, u viċe versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f'jiem abbażi tar-regoli ta' konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fil-punt (b).

(d)

Fil-każ ta' perijodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fil-punti (b) u (ċ). Frazzjonijiet ta' snin għandhom jiġu kkonvertiti f'xhur sakemm l-iskema involuta mhix ibbażata fuq trimestri.

(e)

Jekk il-konverżjoni taħt dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta' unità, l-ogħla unità li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni taħt dan il-paragrafu.

2.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m'għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perijodi magħmula matul sena kalendarja waħda, total li jeċċedi n-numru ta' ġranet indikati fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-paragrafu 1(b) jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew erba' trimestri.

Jekk il-perijodi li għandhom jiġu kkonvertiti jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta' perijodi taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih huma ġew magħmula, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m'għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f'perijodi li huma iqsar mill-ammont annwali massimu ta' perijodi possibbli previsti taħt il-leġislazzjoni kkonċernata.

3.   Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f'operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perijodi kollha li ġew komunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perijodi ġew komunikati fuq bażi ta' sena b'sena.

4.   Fejn istituzzjoni tikkomunika perijodi espressi fi ġranet, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħames ġranet, sitt ġranet jew seba' ġranet.

TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠISLAZZJONI APPLIKABBLI

Artikolu 14

Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, “Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor” għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk” għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b'kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha” għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna.

4.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fi Stat Membru ieħor hijiex “simili” għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta' persuna impjegata jew dik ta' persuna li taħdem għal rasha li tista' tingħata lil din l-attività mill-Istat Membru l-ieħor.

5.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b'mod partikolari, għal persuna li:

(a)

filwaqt li żżomm attività fi Stat Membru wieħed, twettaq simultanjament attività separata oħra fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mit-tul ta' żmien jew min-natura ta' dik l-attività separata;

(b)

twettaq b'mod kontinwu attivitajiet li jalternaw, bl-eċċezzjoni ta' attivitajiet marġinali, f'żewġ Stati Membri jew aktar, irrispettivament mill-frekwenza jew ir-regolarità tal-alternazzjoni.

6.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b'mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b'mod li jalterna twettaq attività separata waħda jew aktar f'impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta' dawk l-attivitajiet ta' impjieg għal rasha, f'żewġ Stati Membri jew aktar.

7.   Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta' żmien tal-attività fi Stat Membru wieħed jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta' natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti relevanti kollha li jinkludu, b'mod partikolari fil-każ ta' persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

8.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, “parti sostanzjali tal-attività ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha” imwettqa fi Stat Membru għandha tfisser li parti sostanzjali b'mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal- persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet.

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali tal-attivitajiet hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandu jittieħed kont tal-kriterji indikattivi li ġejja:

a)

fil-każ ta' attività ta' persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll

b)

fil-każ ta' attività ta' persuna li taħdem għal rasha, it-turnover, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta' servizzi mogħtija u/jew id-dħul.

Fil-qafas ta' evalwazzjoni globali, sehem ta' anqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet kollha mhijiex imwettqa fl-Istat Membru relevanti.

9.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, iċ-“ċentru ta' interess” tal-attivitajiet ta' persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-attivitajiet professjonali ta' dik il-persuna, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tan-negozju tal-persuna, in-natura abitwali jew it-tul ta' żmien tal-attivitajiet imwettqa, in-numru ta' servizzi li jingħataw, u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif jidher miċ-ċirkostanzi kollha.

10.   Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

11.   Jekk persuna twettaq l-attività tagħha bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar f'isem persuna li tħaddem stabbilita barra t-territorju tal-Unjoni, u jekk din il-persuna tirrisjedi fi Stat Membru mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza.

Artikolu 15

Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku

(dwar id-dispożizzjoni ta' informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)

1.   Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 17 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m'huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, kull meta ikun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni li tkun applikabbli għall-persuna kkonċernata, taħt l-Artikoli 11 (3) (b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi mwettqa l-attività.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11(3)(d) tar-Regolament bażiku.

3.   Persuna li tħaddem fis-sens tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandu impjegat abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, taħt l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata għandha twettaq l-attività tagħha.

Artikolu 16

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku

1.   Persuna li twettaq attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija tirrisjedi.

2.   L-istituzzjoni nominata tal-post ta' residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, b'kont meħud tal-miżuri tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv. Dik id-determinazzjoni iniżjali għandha tkun provviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati ta' kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività tad-determinazzjoni provviżorja tagħha.

3.   Id-determinazzjoni provviżorja tal-leġislazzjoni applikabbli, kif previst fil-paragrafu 2, għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn minn meta l-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun ġiet informata biha, taħt il-paragrafu 2, sakemm il-leġislazzjoni ma tkunx diġà ġiet determinata b'mod definittiv abbażi tal-paragrafu 4, jew tal-anqas waħda mill-istituzzjonijiet konċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza sa tmiem dan il-perijodu ta' xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.

4.   Meta xi inċertezza dwar id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar, għat-talba ta' istituzzjoni jew aktar nominati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata minn ftehim komuni, b'kont meħud tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv.

Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, dawk il-korpi għandhom ifittxu qbil taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv.

5.   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija determinat bħala applikabbli jew b'mod provviżorju jew b'mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata.

6.   Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza malli hija tiġi mgħarrfa bis-sitwazzjoni ta' dik il-persuna, possibbilment permezz ta' istituzzjoni oħra kkonċernata.

Artikolu 17

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

Il-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej għandu jeżerċita d-dritt ta' għażla previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku meta l-kuntratt ta' impjieg jiġi konkluż. L-awtorità li tista' tikkonkludi l-kuntratt għandha tinforma lill-istituzzjoni nominata tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ġiet magħżula mill-membru tal-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej.

Artikolu 18

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku

Talba mill-persuna li tħaddem jew mill-persuna kkonċernata għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu sottomessi, kull meta possibbli bil-quddiem, lill-awtorità kompetenti jew lill-korp magħżul mill-awtorità tal-Istat Membru, li tiegħu l-persuna impjegata jew persuna kkonċernata titlob biex tapplika l-leġislazzjoni.

Artikolu 19

L-għoti ta' informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem

1.   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni ssir applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tinforma lill-persuna kkonċernata u, fejn ikun il-każ, lil min iħaddimha (iħaddmuha) dwar l-obbligi stabbiliti f'dik il-leġislazzjoni. Hija għandha tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet mitluba minn dik il-leġislazzjoni.

2.   Fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta' min iħaddimha, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni hija applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġislazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun il-każ, sa liema data u taħt liema kondizzjonijiet.

Artikolu 20

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni.

2.   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ssir applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni li tindika d-data li fiha l-applikazzjoni ta' dik il-leġislazzjoni tidħol b'effett lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li dik il-persuna kienet suġġetta l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu.

Artikolu 21

Obbligi ta' min iħaddem

1.   Persuna li tħaddem li jkollha l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha barra mill-Istat Membru kompetenti għandha l-obbligu li tissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti mil-leġislazzjoni applikabbli għall-impjegati tagħha, notevolment l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet previsti b'dik il-leġislazzjoni, bħallikieku huwa kellu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu fl-Istat Membru kompetenti.

2.   Persuna li tħaddem li m'għandhiex post tan-negozju fl-Istat Membru li tiegħu tkun applikabbli l-leġislazzjoni u l-persuna impjegata jistgħu jaqblu li din tal-aħħar tista' tissodisfa l-obbligi ta' min iħaddimha f'isimha fir-rigward tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti ta' min iħaddem. Il-persuna li tħaddem għandha tibgħat avviż ta' tali arranġament lill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA' BENEFIĊĊJI

KAPITOLU I

Benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

1.   L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta' Stat Membru divers minn dak tal-istituzzjoni kompetenti.

2.   Minkejja l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament bażiku, Stat Membru jista' jsir responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament bażiku biss jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, jew taħt l-Artikoli 23 sa 30 tar-Regolament bażiku tkun tirċievi pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 23

Skema applikabbli fil-każ ta' aktar minn skema waħda fl-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza

Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza tinkludi iktar minn skema waħda ta' assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta' maternità u ta' paternità għal aktar minn kategorija waħda ta' persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 17, 19(1), 20, 22, 24 u 26 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu dawk tal-leġislazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

Artikolu 24

Residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata u/jew il-membri tal-familja tagħha għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-istituzzjoni tal-post ta' residenza. Id-dritt tagħhom għal benefiċċji in natura fl-Istat Membru ta' residenza għandu jkun iċċertifikat minn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti fuq talba tal-persuna assigurata jew fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

2.   Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa' validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b'kull reġistrazzjoni taħt il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni msemmija fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 25

Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata m'għandhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan.

2.   Dak id-dokument għandu jindika li l-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara.

3.   Il-benefiċċji in natura msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirriferu għall-benefiċċji in natura li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, konformement mal-leġislazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika bil-ħsieb li jiġi prevenut li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ.

4.   Jekk il-persuna assigurata fil-fatt tkun ġarrbet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u jekk il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tippermetti l-ħlas lura ta' dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata, hija tista' tindirizza talba sabiex titħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. F'dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tħallas lura direttament lil dik il-persuna l-ammont tal-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta' ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha.

5.   Jekk il-ħlas lura ta' dawn l-ispejjeż ma ntalabx direttament mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa lura lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti abbażi tar-rati ta' ħlas lura amministrati mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew l-ammonti li kienu jkunu suġġetti għal rimbroż lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jekk l-Artikolu 62 tar-Regolament implimentattiv applikaw fil-każ konċernat.

L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha l-obbligu li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa kolla dwar dawn ir-rati jew ammonti.

6.   B'deroga mill-Paragrafu 6, l-istituzzjoni kompetenti tista' tipproċedi għall-ħlas lura tal-ispejjeż li tħallsu fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta' ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, sakemm il-persuna assigurata tkun qablet li din id-dispożizzjoni tiġi applikata għaliha.

7.   Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara ma tipprovdix għal ħlas lura taħt il-paragrafi 5 u 6 fil-każ konċernat, l-istituzzjoni kompetenti tista' tħallas lura l-ispejjeż fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta' ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ il-qbil tal-persuna assigurata.

8.   Il-ħlas lura lill-persuna assigurata m'għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż fil-fatt imħallsa minnha.

9.   Fil-każ ta' infiq sostanzjali, l-istituzzjoni kompetenti tista' tħallas lill-persuna assigurata ammont adegwat bil-quddiem malli dik il-persuna tippreżentalha t-talba għal ħlas lura.

10.   Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 26

Kura ppjanata

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza jitħallsu lura abbażi ta' ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

2.   Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.

F'dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tiċċertifika f'dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta' residenza.

L-istituzzjoni kompetenti tista' tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista' tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b'kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha.

Fl-assenza ta' tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

3.   Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta' kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta' kura meħtieġa urġenti u vitali.

4.   Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza.

5.   L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

7.   Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista' jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.

8.   Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat Membru ieħor.

9.   Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 27

Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma' inkapaċità għax-xogħol f'każ ta' żjara jew ta' residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti

1.   Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus relatati ma' inkapaċità għax-xogħol taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha titlob lit-tabib tal-Istat Membru ta' residenza li stabbilixxa l-istat ta' saħħa tagħha biex jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tagħha u t-tul ta' żmien probabbli tagħha.

2.   Il-persuna assigurata għandha tibgħat iċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

3.   Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta' residenza ma joħorġux ċertifikati ta' inkapaċità għax-xogħol, u fejn ċertifikati bħal dawn huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tapplika direttament lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganizza eżami mediku tal-inkapaċità tal-persuna għax-xogħol u biex jitfassal iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1. Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.

4.   Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 mgħandhiex teżenta lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi previsti mil-leġislazzjoni applikabbli, b'mod partikulari fir-rigward ta' min iħaddimha. Fejn ikun il-każ, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f'attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tiegħu fl-impjieg.

5.   Fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha twettaq kwalunkwe kontroll amministrattiv jew eżami mediku meħtieġ tal-persuna kkonċernata konformement mal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar. Ir-rapport tat-tabib rigward, b'mod partikolari, it-tul ta' żmien probabbli tal-inkapaċità għax-xogħol, għandu jintbagħat mingħajr dewmien mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza lill-istituzzjoni kompetenti.

6.   L-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li l-persuna assigurata tiġi eżaminata minn tabib tal-għażla tagħha.

7.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tagħha.

8.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, id-dettalji taċ-ċertifikat tal-inkapaċità għax-xogħol ta' persuna assigurata mfassal fi Stat Membru ieħor abbażi ta' konklużjonijiet mediċi tat-tabib li jeżamina jew tal-istituzzjoni għandu jkollhom l-istess valur legali bħal ċertifikat imfassal fl-Istat Membru kompetenti.

9.   Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiċħad il-benefiċċji fi flus, hi għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata u fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

10.   Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 28

Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta' żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

1.   Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tapplika għand l-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tagħha.

2.   Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha teżamina l-kondizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha għal kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan l-eżami.

3.   Sabiex tiddetermina l-livell ta' bżonn għal kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandha jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha.

4.   L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

5.   Il-paragrafi 1sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

6.   Il-paragrafi 1sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 29

Applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku

Jekk l-Istat Membru fejn dik il-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera wettqet l-aħħar l-attività tagħha m'għadux l-Istat Membru kompetenti u dik il-l-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera jew membru tal-familja tagħha jivvjaġġaw hemmhekk bl-għan li jirċievu benefiċċji in natura taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, huma għandhom jippreżentaw lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Jekk persuna tirċievi pensjoni minn iktar minn Stat Membru wieħed, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imnaqqas mill-pensjonijiet kollha mħallsin m'għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun ogħla mill-ammont maqtugħ rigward persuna li tirċievi l-istess ammont ta' pensjonijiet mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 31

Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku

1.   L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku dwar il-prevenzjoni tal-koinċidenza tal-benefiċċji. L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli għandha tiżgura li l-persuna li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti tkun intitolata għal benefiċċji ta' mill-inqas l-istess ammont jew valur bħal dawk li tkun intitolata għalih li kieku tirrisjedi f'dak l-Istat Membru.

2.   L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara bil-ħlas ta' benefiċċji fi flus ta' kura fit-tul meta l-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar tipprevedi benefiċċji in natura għal kura fit-tul, li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament bażiku.

3.   Wara r-riċezzjoni tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe benefiċċju in natura ta' kura għat-tul maħsuba għall-istess għan mogħtija taħt il-leġislazzjoni tagħha lill-persuna kkonċernata u bir-rata ta' ħlas lura applikata hemm.

4.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-miżuri ta' implimentazzjoni għal dan l-Artikolu fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 32

Miżuri speċjali ta' implimentazzjoni

1.   Meta persuna jew grupp ta' persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta' assigurazzjoni kontra l-mard li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku.

2.   Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness II, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċji in natura għandu japplika għal persuni intitolati għal benefiċji in natura abbażi biss ta' skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss.

L-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba dawk ir-raġunijiet biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus pprovduti lil dawk il-persuni jew lil membri tal-familja tagħhom.

3.   Meta l-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-membri tal-familji tagħhom joqgħodu fi Stat Membru, fejn id-dritt li tirċievi benefiċċji in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, huma għandhom ikunu responsabbli li jħallsu l-ispejjeż kollha ta' benefiċċji in natura provduti fil-pajjiż ta' residenza tagħhom.

KAPITOLU II

Benefiċċji marbutin ma' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol

Artikolu 33

Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f'każ ta' residenza jew ta' żjara fi Stat Membru divers mil l-Istat Membru kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 36 tar-Regolament bażiku, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Meta jingħataw benefiċċji speċjali in natura fir-rigward ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza, l-istituzzjoni ta' dak l-Istat Membru għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 34

Proċedura f'każ ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta' marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

1.   Jekk iseħħ inċident fuq il-post tax-xogħol jew tiġi dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba fi Stat membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni jew notifika tal-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda marbuta max-xogħol, fejn id-dikjarazzjoni jew notifika teżisti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, għandha ssir konformement mal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, mingħajr preġudizzju, fejn ikun il-każ, għal dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew fejn ġiet dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba, li jibqgħu applikabbli f'każijiet bħal dawn. Id-dikjarazzjoni jew in-notifika għandhom jiġu indirizzati lill-istituzzjoni kompetenti.

2.   L-istituzzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih il-marda marbuta max-xogħol ġiet dijanjostikata għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-istituzzjoni kompetenti dwar ċertifikati mediċi maħruġa fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

3.   Fejn, bħala riżultat ta' inċident matul l-ivvjaġġar lejn jew mill-post tax-xogħol li jseħħ fit-territorju ta' Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti, jeħtieġ li ssir inkjesta fit-territorju tal-ewwel Stat Membru sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dritt għall-benefiċċji relevanti, tista' tinħatar persuna għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jevalwaw l-informazzjoni relevanti kollha u sabiex jikkonsultaw ir-rapporti u kwalunkwe dokument ieħor relatati mal-inċident.

4.   Wara t-trattament, għandu jintbagħat fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, rapport dettaljat akkumpanjat minn ċertifikati mediċi relatati mal-konsegwenzi permanenti tal-inċident jew tal-marda, b'mod partikolari l-istat preżenti tal-persuna korruta u l-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti. L-onorarji relevanti għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza, fejn ikun il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti.

5.   Fuq it-talba tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza, fejn ikun il-każ, l-istituzzjoni kompetenti għandha tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni rigward l-għoti ta' pensjoni.

Artikolu 35

Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda

1.   Meta l-istituzzjoni kompetenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni relatata ma' inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard marbut max-xogħol taħt l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza li pprovdiet il-benefiċċji in natura, li mbagħad jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji ta' assigurazzjoni għall-mard.

2.   Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza li tkun tat il-benefiċċji in natura.

Fejn ma jiġux stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji in natura għandhom jibqgħu jingħataw bħala benefiċċji tal-mard jekk il-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom.

F'każ li jiġu stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija lill-persuna kkonċernata għandhom jitqiesu bħala benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol mid-data li fiha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew mid-data li fiha ġiet medikament iddijanjostikata għall-ewwel darba l-marda marbuta max-xogħol.

3.   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 36

Proċedura f'każ ta' espożizzjoni għar-riskju ta' marda marbuta max-xogħol f'iktar minn Stat Membru wieħed

1.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-marda marbuta max-xogħol għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni kompetenti għal mard marbut max-xogħol tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda in kwistjoni.

Meta l-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika tistabbilixxi li attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, hija għandha tibgħat d-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta' akkumpanjament lill-istituzzjoni ekwivalenti f'dak l-Istat Membru.

2.   Fejn l-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat l-attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dik il-leġislazzjoni, fost oħrajn, għax il-persuna kkonċernata qatt ma eżerċitat f'dak l-Istat Membru attività li kkaġunat il-marda marbuta max-xogħol jew għax dak l-Istat Membru ma jirrikonoxxix in-natura okkupazzjonali tal-marda, l-istituzzjoni msemmija għandha tibgħat mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta' akkumpanjament, inklużi l-konklużjonijiet u r-rapporti ta' eżamijiet mediċi mwettqa mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni tal-Istat Membru preċedenti li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni.

3.   Fejn ikun il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jirripetu l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 u jmorru lura sal-istituzzjoni ekwivalenti fl-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat għall-ewwel darba l-attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni.

Artikolu 37

Skambju ta' informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f'każ ta' appell kontra deċiżjoni ta' ċaħda

1.   F'każ ta' appell kontra deċiżjoni ta' ċaħda ta' benefiċċji meħuda mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament implimentattiv, u għandha sussegwentement tinformaha, meta tittieħed id-deċiżjoni finali.

2.   Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti taħt il-leġislazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trasmessa d-dikjarazzjoni jew in-notifika, dik l-istituzzjoni għandha tagħmel il-ħlasijiet bil-quddiem, li l-ammonti tagħhom għandhom ikunu determinati, fejn ikun il-każ, wara konsultazzjoni mal-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell, u b'mod li jkun evitat l-eċċess ta' ħlas. Din l-istituzzjoni tal-aħħar għandha tagħti lura l-ammont ta' ħlasijiet bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont imbagħad jitnaqqas mill-benefiċċji dovuti lill-persuna kkonċernata, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament implimentattiv.

3.   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 38

Aggravament ta' marda marbuta max-xogħol

Fil-każijiet koperti mill-Artikolu 39 tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jipprovdi lill-istituzzjoni fl-Istat Membru li mingħandha qed jitlob id-drittijiet għal benefiċċji bid-dettalji li jikkonċernaw benefiċċji preċedenti għall-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. Din l-istituzzjoni tista' tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb l-għarfien li hija tħoss meħtieġ.

Artikolu 39

Evalwazzjoni tal-grad ta' inkapaċità f'każ ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta' marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement

Fejn l-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti kienet ikkawżata minn inċident li seħħ meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru li ma jagħmel ebda distinzjoni abbażi tal-oriġini tal-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti jew il-korp nominat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni għandhom:

(a)

fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ieħor, jipprovdu informazzjoni dwar il-grad ta' inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti, u fejn possibbli, informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-inkapaċità hijiex riżultat tal-inċident fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni fl-Istat Membru l-ieħor;

(b)

jieħdu kont tal-grad ta' inkapaċità kkawżat minn dawn il-każijiet preċedenti jew sussegwenti meta jiġi ddeterminat id-dritt għal benefiċċji u l-ammont, taħt il-leġislazzjoni applikabbli.

Artikolu 40

Preżentazzjoni u investigazzjoni ta' talbiet għal pensjonijiet jew sussidji supplimentari

Sabiex jibbenefikaw minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-persuna konċernata jew is-superstiti tagħha li jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom jippreżentaw, fejn ikun il-każ, talba lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni rikjesta taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 41

Miżuri speċjali ta' implimentazzjoni

1.   Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness II, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċji in natura għandhom japplikaw għal persuni intitolati għal benefiċji in natura abbażi biss ta' skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss.

2.   It-tieni sentenza tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU III

Għotjiet marbutin ma' mewt

Artikolu 42

Talba għal għotjiet marbutin ma' mewt

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament bażiku, it-talba għal għotjiet marbutin ma' mewt għandha tintbagħat jew lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-applikant, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

KAPITOLU IV

Benefiċċji marbutin mal-invalidità u pensjonijiet tal-età u tas-superstiti

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta' benefiċċju

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont teoretiku u tal-ammont attwali tal-benefiċċju taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, għandhom japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv.

2.   Fejn perijodi ta' assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja ma ġewx ikkunsidrati taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ingħalqu dawk il-perijodi għandha tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi għal dawk il-perijodi taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat taħt l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament bażiku, għandu jiżdied bl-ammont li jikkorrispondi għall-perijodi ta' assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja.

3.   L-istituzzjoni ta' kull Stat Membru għandha tikkalkula, konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perijodi ta' assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja li, taħt l-Artikolu 53(3)(ċ) tar-Regolament bażiku, m'għandhomx ikunu suġġetti għar-regoli ta' Stat Membru ieħor li jirrelataw mal-waqfien, riduzzjoni jew sospensjoni.

Fejn il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament għar-raġunijiet li dik il-leġislazzjoni talloka valuri differenti lill-perijodi tal-assigurazzjoni, jista' jkun stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għad-determinazzjoni ta' dak l-ammont nozzjonali.

Artikolu 44

Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “perijodu għat-trobbija tat-tfal” għandha tirriferi għal kwalunkwe perijodu li huwa kreditat taħt il-leġislazzjoni tal-pensjonijiet ta' Stat Membru jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna tkun rabbiet tifel/tifla, irrispettivament mill-metodu użat biex tikkalkula dawk il-perijodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-tfal jew jiġux rikonoxxuti retroattivament.

2.   Fejn, taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li huwa kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, ma jittieħed kont ta' ebda perijodu għat-trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu, taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata abbażi li hu jew hi kienu qed iwettqu attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fid-data meta, taħt dik il-leġislazzjoni, beda jittieħed kont tal-perijodu għat-trobbija tat-tfal għat-tfal konċernati, għandha tibqa' responsabbli sabiex jittieħed kont ta' dak il-perijodu bħala perijodu għat-trobbija tat-tfal taħt il-leġislazzjoni tagħha, daqslikieku t-trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju proprju tagħha.

3.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija, jew issir, suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor minħabba attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu 45

Talba għall-benefiċċji

1.   Sabiex jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tat-tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jissottometti talba lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli fiż-żmien meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn invalidità jew l-aggravament ta' din l-invalidità jew lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni.

2.   Jekk il-benefiċċji ta' mard fi flus ingħataw, id-data ta' skadenza tal-perijodu għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji għandha, fejn ikun il-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pensjoni.

3.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata kienet l-aħħar assigurata għandha tinforma lill-istituzzjoni li inizjalment ħallset il-benefiċċji bl-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Minn dik id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament tal-invalidità għandhom jiġu mwaqqfin jew imnaqqsin għas-suppliment imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku.

4.   F'sitwazzjonijiet barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta talba lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tiegħu jew lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat it-talba lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli.

5.   Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għandha tapplika fl-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.

6.   B'deroga mill-paragrafu 5, jekk l-applikant, minkejja li ntalab jagħmel dan, ma jinnotifikax il-fatt li hu kien impjegat jew kien jirrisjedi fi Stati Membri oħrajn, id-data li fiha l-applikant jagħmel t-talba inizjali tiegħu jew jippreżenta talba ġdida għall-perijodi neqsin ta' impjieg jew/u residenza tiegħu fi Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba lill-istituzzjoni li tapplika l-leġislazzjoni in kwistjoni, suġġetta għal dispożizzjonijiet iktar favorevoli ta' dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 46

Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mat-talba mill-applikant

1.   It-talba għandha tiġi ppreżentata mill-applikant konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' sostenn meħtieġa minn dik il-leġislazzjoni. B'mod partikulari, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li hija disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha ta' sostenn relatati ma' perijodi ta' assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta' identifikazzjoni), ta' impjieg (min iħaddem) jew ta' impjieg għal rasu (it-tip u l-post tal-attività) u ta' residenza (indirizzi) li setgħu kienu magħmula taħt leġislazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta' dawk il-perijodi.

2.   Fejn, taħt l-Artikolu 50(1) tar-Regolament bażiku, l-applikant jitlob differiment għall-għoti ta' benefiċċji tal-età taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar, hu/hi għandu jiddikjara dan fit-talba tiegħu u jispeċifika taħt liema leġislazzjoni qed jintalab differiment. Sabiex l-applikant ikun jista' jeżerċita dan id-dritt, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom, fuq talba tal-applikant, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli lilhom, sabiex hu jkun jista' jevalwa l-konsegwenzi ta' għoti konkorrenti jew suċċessiv ta' benefiċċji li hu/hi jista' jitlob.

3.   Jekk l-applikant iwaqqaf it-talba għall-benefiċċji prevista taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru partikolari, dak il-waqfien m'għandux jitqies bħala waqfien konkorrenti ta' talbiet għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħrajn.

Artikolu 47

Investigazzjoni ta' talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati

1.   L-istituzzjoni li lilha tiġi preżentata jew mgħoddija t-talba għall-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv minn issa 'l quddiem ser issir referenza għaliha bħala l-“istituzzjoni ta' kuntatt”. L-istituzzjoni tal-post ta' residenza m'għandhiex issirilha referenza bħala l-istituzzjoni ta' kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni.

Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta' kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta' data, il-komunikazzjoni ta' deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, u tipprovdi lill-applikant, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-aspetti Komunitarji tal-investigazzjoni u żżommu informat bil-progress tagħha.

2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' kuntatt għandha tibgħat id-dokumenti kollha relatati mal-persuna kkonċernata lill-istituzzjoni li magħha huwa/hija kien/et preċedentement assigurat/a, li min-naħa tagħha għandha teżamina l-każ.

3.   L-Artikoli 48 sa 52 tar-Regolament implimentattiv m'għandhomx ikunu applikabbli għall-investigazzjoni ta' talbiet imsemmijin fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku.

4.   F'sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kuntatt għandha, mingħajr dewmien, tibgħat t-talbiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn ikun il-każ, id-dokumenti relevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmien. L-istituzzjoni ta' kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-perijodi ta' assigurazzjoni jew residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħha. Hija għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati f'data aktar tard u tissupplementa t-talba kemm jista' jkun malajr.

5.   Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn in kwistjoni, kemm jista' jkun malajr, bil-perijodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħhom.

6.   Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tikkalkula l-ammont ta' benefiċċji b'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati bid-deċiżjoni tagħha, bl-ammont ta' benefiċċji dovut u bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku.

7.   Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, li l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati.

Artikolu 48

Notifika ta' deċiżjonijiet lill-applikant

1.   Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li tkun ħadet taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perijodi permessi għal appelli. Ladarba l-istituzzjoni ta' kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħudin minn kull istituzzjoni, hi għandha tibgħat sommarju ta' dawk id-deċiżjonijiet lill-applikant u lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati. Mudell tas-sommarju għandu jitfassal mill-Kummissjoni Amministrattiva. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-applikant fil-lingwa tal-istituzzjoni jew, fuq talba tal-applikant, fi kwalunkwe lingwa li tal-għażla tiegħu rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat.

2.   Fejn wara li jirċievi riċevuta tas-sommarju, l-applikant jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu ġew milquta ħażin mill-interazzjoni ta' deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, il-applikant għandu jkollu d-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet konċernati fil-limiti ta' żmien stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta' żmien għandhom jibdew mid-data ta' meta kien riċevut is-sommarju. L-applikant għandu jiġi notifikat bir-riżultat tar-reviżjoni bil-miktub.

Artikolu 49

Determinazzjoni tal-grad ta' invalidità

1.   Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, l-unika istituzzjoni awtorizzata biex tieħu deċiżjoni li tikkonċerna l-grad ta' invalidità tal-applikant għandha tkun l-istituzzjoni ta' kuntatt, jekk il-leġislazzjoni li tapplika din l-istituzzjoni hija inkluża fl-Anness VII, jew fin-nuqqas ta' dan, l-istituzzjoni li l-leġislazzjoni tagħha hija inkluża fl-Anness VII u li għal-leġislazzjoni tagħha l-applikant kien suġġett l-aħħar. Hija għandha tieħu din id-deċiżjoni malli tkun tista' tiddetermina jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni, fejn ikun il-każ, l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b'din id-deċiżjoni

Fejn il-kriterji ta' eliġibbiltà, minbarra dawk relatati mal-grad ta' invalidità, stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli ma jintlaħqux, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' kuntatt għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-aħħar Stat Membri li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett. L-istituzzjoni tal-aħħar għandha tkun awtorizzata tieħu d-deċiżjoni dwar il-grad ta' invalidità tal-applikant jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b'din id-deċiżjoni

Meta tkun qed tiġi determinata l-eliġibbiltà, il-kwistjoni tista', fejn ikun meħtieġ, tiġi riferuta lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjoni kompetenti, fir-rigward tal-invalidità, tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-ewwel.

2.   Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m'huwiex applikabbli, għanu jkun possibbli għal kull istituzzjoni, konformement mal-leġislazzjoni tagħha, li jkollha l-applikant eżaminat minn tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha sabiex jiġi ddeterminat il-grad tal-invalidità. Madankollu, l-istituzzjoni ta' Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor daqslikieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.

Artikolu 50

Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta' benefiċċji

1.   Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament implimentattiv, kwalunkwe istituzzjoni li tistabbilixxi, waqt li tkun qed tinvestiga talba għal benefiċċji, li l-applikant huwa intitolat għal benefiċċju indipendenti taħt il-leġislazzjoni applikabbli, b'konformità mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku, għandha tħallas dan il-benefiċċju mingħajr dewmien. Dan il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat bħala provviżorju jekk l-ammont jista' jiġi affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta' investigazzjoni tat-talba.

2.   Kull meta jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli li l-applikant huwa eliġibbli għal ħlas minn istituzzjoni taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, dik l-istituzzjoni għandha tagħti ħlas bil-quddiem, li l-ammont tiegħu għandu jkun l-eqreb possibbli għal dak li x'aktarx jitħallas taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku.

3.   Kull istituzzjoni li hija obbligata tħallas il-benefiċċji provviżorji jew il-ħlas bil-quddiem taħt il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma lill-applikant mingħajr dewmien, b'mod speċifiku billi tiġbed l-attenzjoni tiegħu għan-natura provviżorja tal-miżura u kwalunkwe dritt ta' appell taħt il-leġislazzjoni tagħha.

Artikolu 51

Kalkolu ġdid ta' benefiċċji

1.   Fejn isir kalkolu ġdid ta' benefiċċji taħt l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament bażiku, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 50 tar-Regolament implimentattiv.

2.   F'każ ta' kalkolu ġdid, ta' waqfien jew ta' sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet id-deċiżjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien u għandha tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet dwar liema l-persuna kkonċernata għandha dritt.

Artikolu 52

Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta' kalkolu tal-pensjoni

1.   Sabiex tkun iffaċilitata u mgħaġġla l-investigazzjoni ta' talbiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li għal-leġislazzjoni tagħhom persuna kienet suġġetta għandhom:

(a)

jiskambjaw ma' jew jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħrajn l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra u flimkien jiżguraw li dawn l-elementi ta' identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta' dak, jipprovdu lil dawn il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta' identifikazzjoni tagħhom direttament;

(b)

fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi determinata permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali, jiskambjaw ma' jew jagħmlu disponibbli għall-persuna konċernata u għal istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħrajn informazzjoni (perijodi magħmula jew elementi importanti oħrajn) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta' persuni li bidlu minn leġislazzjoni li tapplika għal oħra jew, fin-nuqqas ta' dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw rwieħhom mad-drittijiet għal benefiċċji prospettivi tagħhom.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew magħmulin disponibbli u għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi adatti, filwaqt li tieħu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi, tal-organizzazzjoni amministrattiva u teknika tagħhom, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tal-iskemi tal-pensjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta' dawk l-iskemi tal-pensjoni billi torganizza segwitu għal miżuri li ttieħdu u għall-applikazzjoni tagħhom.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru fejn persuna tingħata Numru ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, għandha tingħata l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

Artikolu 53

Miżuri ta' koordinazzjoni fl-Istati Membri

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku, fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli biex tkun determinata l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintagħżlu perijodi ta' assigurazzjoni għal skema speċifika, dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati, billi jittieħdu in konsiderazzjoni biss il-perijodi ta' assigurazzjoni magħmula taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli għall-koordinazzjoni ta' skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil u l-iskema ġenerali għal persuni impjegati, dawk ir-regoli m'għandhomx ikunu affetwati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

KAPITOLU V

Benefiċċji għall-qgħad

Artikolu 54

Aggregazzjoni ta' perijodi u kalkolu tal-benefiċċji

1.   L-Artikolu 12(1) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-istituzzjonijiet involuti, il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu hija kienet suġġetta fr-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perijodi magħmula taħt dik il-leġislazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għandha, mingħajr dewmien, fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza, tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkalkula l-benefiċċji għall-qgħad li hi tista' tikseb fl-Istat Membru ta' residenza, partikolarment is-salarju jew id-dħul professjonali riċevut.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament bażiku u minkejja l-Artikolu 63 tiegħu, l-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja abbażi tan-numru tal-membri tal-familja għandha tikkunsidra wkoll il-membri tal-familja tal-persuna kkonċernata li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor daqslikieku kienu jirrisjedu fl-Istat Membru kompetenti. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax fejn, fl-Istat Membru ta' residenza ta' membri tal-familja, persuna oħra hija intitolata għal benefiċċji għall-qgħad ikkalkulati abbażi tan-numru tal-membri tal-familja.

Artikolu 55

Kondizzjonijiet u restrizzjonijiet dwar iż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji għal persuni qiegħda li sejrin fi Stat Membru ieħor

1.   Sabiex tkun koperta mill-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku, il-persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor għandha, qabel it-tluq tagħha, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti u titlobha dokument li jiċċertifika li hija żżomm id-dritt għall-benefiċċji taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku.

Dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bl-obbligi tagħha u għandha tipprovdi d-dokument imsemmi hawn fuq li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a)

id-data li fiha l-persuna qiegħda waqfet li tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjieg tal-Istat kompetenti;

b)

il-perijodu mogħti b'konformità mal-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku għar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fl-Istat Membru fejn marret il-persuna qiegħda;

c)

il-perijodu massimu li matulu d-dritt għall-benefiċċji jista' jinżamm b'konformità mal-Artikolu 64(1)(ċ) tar-Regolament bażiku;

d)

iċ-ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw id-dritt għal benefiċċji.

2.   Il-persuna qiegħda għandha tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn hija tmur b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku u għandha tipprovdi d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 lill-istituzzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jekk hija tkun informat lill-istituzzjoni kompetenti taħt il-paragrafu 1 iżda tonqos milli tipprovdi dan id-dokument, l-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

3.   Is-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret biex tfittex impjieg għandhom jinfurmaw lill-persuna qiegħda bl-obbligi tagħha.

4.   L-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda tkun marret għandha immedjatament tibgħat dokument lill-istituzzjoni kompetenti bid-data li fiha l-persuna qiegħda rreġistrat mas-servizzi tal-impjieg u bl-indirizz il-ġdid tagħha.

Jekk, fil-perijodu li fih il-persuna qiegħda żżomm id-dritt għall-benefiċċji, isseħħ kwalunkwe ċirkostanza msemmija fil-paragrafu (d) li x'aktarx taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret għandha tibgħat minnufih lill-istituzzjoni kompetenti u lill-persuna kkonċernata dokument li fih l-informazzjoni relevanti.

Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn tkun marret il-persuna qiegħda għanda tipprovdi l-informazzjoni relevanti kull xahar dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda, partikolarment jekk din tal-aħħar għadhiex reġistrata mas-servizzi tal-impjieg u jekk hijiex konformi mal-proċeduri organizzati ta' verifika.

5.   L-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda tkun marret għandha twettaq jew tirranġa biex jitwettqu kontrolli, li għandhom isiru daqslikieku l-persuna kkonċernata kienet persuna qiegħda li tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni stess li hija taqa' taħtha. Fejn meħtieġ, hija għandha tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bis-seħħ ta' kwalunkwe ċirkostanza msemmija fil-paragrafu 1(d).

6.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu bejniethom dwar proċeduri u limiti ta' żmien speċifiċi dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet għal tfittxija ta' impjieg tal-persuni qiegħda li jmorru f'wieħed minn dawk l-Istati Membri taħt l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 56

Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

1.   Fejn il-persuna qiegħda tiddeċiedi, taħt l-Artikolu 65(2) tar-Regolament bażiku, li tkun disponibbli wkoll għas-servizzi tal-impjieg fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha billi tirreġistra hemmhekk bħala persuna li qed tfittex impjieg, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni u lis-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru tal-post ta' residenza tagħha b'dan.

Fuq it-talba tas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata eżerċitat l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, is-servizzi tal-impjieg fil-post ta' residenza għandhom jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda.

2.   Meta l-leġislazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta' ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta' tfittxija ta' mpjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru ta' residenza għandu jkollhom prijorità.

Il-fatt li l-persuna qiegħda ma twettaqx l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg kollha fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività, m'għandhomx jaffettwaw il-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, meta mitluba tagħmel dan minn din tal-aħħar, jekk il-ħaddiem huwiex intitolat għal benefiċċji taħt l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 61, 62, 64 u 65 tar-Regolament bażiku rigward persuni koperti bi skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

1.   L-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis għal persuni koperti bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil.

2.   L-Artikolu 56 tar-Regolament implimentattiv m'għandhux japplika għal persuni koperti bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil. Persuna qiegħda li hija koperta bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil, li hija parzjalment jew kompletament qiegħda, u li, matul l-aħħar impjieg, kienet residenti fit-territorju ta' Stat Membru barra l-Istat kompetenti, għandha tirċievi benefiċċji taħt l-iskema għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti daqslikieku kienet residenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Dawk il-benefiċċji għandhom ikunu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti, a spejjeż tagħha.

KAPITOLU VI

Benefiċċji marbutin mal-familja

Artikolu 58

Regoli dwar preċedenza fil-każ ta' koinċidenza

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament bażiku, meta l-ordni ta' prijorità ma tistax tiġi stabbilita abbażi tar-residenza tat-tfal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi lit-tfal mhux residenti fit-territorju tiegħu. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i), l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprevedi l-ogħla ammont ta' benefiċċji għandha tħallas l-ammont sħiħ ta' tali benefiċċji u tingħata lura nofs din is-somma mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor sal-limitu tal-ammont previst fil-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru tal-aħħar.

Artikolu 59

Regoli applikabbli fejn il-leġislazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel

1.   Fejn il-leġislazzjoni u/jew il-kompetenza applikabbli biex jingħataw benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel bejn l-Istati Membri matul xahar kalendarju, irrispettivament mid-dati tal-ħlas għal benefiċċji marbutin mal-familja taħt il-leġislazzjoni ta' dawk l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset il-benefiċċji marbutin mal-familja bis-saħħa tal-leġislazzjoni li taħtha ngħataw il-benefiċċji fil-bidu ta' dak ix-xahar għandha tkompli tagħmel dan sal-aħħar tax-xahar kurrenti.

2.   Hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri l-oħra kkonċernati bid-data li fiha tieqaf tħallas il-benefiċċji marbutin mal-familja in kwistjoni. Il-ħlas tal-beneifċċji mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati l-oħra għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.

Artikolu 60

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku

1.   L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b'mod partikolari rigward id-dritt ta' persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn. Fejn persuna hi intitolata li titlob il-benefiċċji ma teżerċitax id-dritt tagħha, applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna ttrattata bħala ġenitur, jew persuna jew istituzzjoni li tkun qed taġixxi bħala t-tutur tat-tifel/tifla jew tat-tfal għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hi applikabbli.

2.   L-istituzzjoni li ssirilha applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha teżamina l-applikazzjoni abbażi tal-informazzjoni ddettaljata mogħtija mill-applikant, billi tikkunsidra s-sitwazzjoni de facto u legali ġenerali tal-familja tal-applikant.

Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tipprovdi l-benefiċċji marbutin mal-familja konformement mal-leġislazzjoni li hi tapplika.

Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista' jkun hemm id-dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna kkonċernata; barra minn hekk, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u bl-ammont ta' benefiċċji marbutin mal-familja mħallas.

3.   Fejn l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha tkun applikabbli, iżda mhux bi dritt ta' preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tieħu deċiżjoni provviżorja, mingħajr dewmien, dwar ir-regoli ta' preċedenza li għandhom jiġu applikati u tibgħat l-applikazzjoni, taħt l-Artikolu 68(3) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor u għandha tinforma wkoll lill-applikant b'dan. Dik l-istituzzjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni provviżorja fi żmien xahrejn.

Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tapplika d-deċiżjoni provviżorja msemmija hawn fuq u l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji previsti fil-leġislazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li saritilha l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallas.

4.   Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet konċernati dwar liema leġislazzjoni hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza, għandu japplika l-Artikolu 6(2) sa (5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament implimentattiv għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tat-tifel/tifla jew tat-tfal.

5.   Jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ħallset aktar mill-ammont li għalih hija ultimament responsabbli, hija tista' titlob ħlas lura tal-ammont mogħti żejjed mill-istituzzjoni b'responsabbiltà primarja konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 61

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista tal-benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni koperti minn dak l-Artikolu. Jekk mhemmx fis-seħħ dispożizzjoni biex l-istituzzjoni kompetenti tagħti, bi dritt ta' preċedenza, tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika, hija għandha mingħajr dewmien tibgħat kwalunkwe applikazzjoni għal benefiċċji marbutin mal-familja, flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti kollha, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta, għall-itwal perijodu ta' żmien u li tipprovdi tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni. F'xi każijiet, dan jista' jfisser li ssir referenza lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata wettqet l-iqsar perijodu tal-assigurazzjoni jew residenza tagħha.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU I

Ħlas lura tal-ispiża tal-benefiċċji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku

Taqsima 1

Ħlas lura abbażi ta' nefqa reali

Artikolu 62

Prinċipji

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku, l-ammont reali tal-infiq għall-benefiċċji in natura, kif jidhru fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, għandhom jitħallsu lura lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, ħlief fejn huwa applikabbli l-Artikolu 63 tar-Regolament implimentattiv.

2.   Jekk kwalunkwe jew parti mill-ammont reali tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 ma jidhirx fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, l-ammont tar-rifużjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi ta' ħlas ta' somma f'daqqa kkalkulata mir-referenzi adatti kollha li joħorġu mid-data disponibbli. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.

3.   Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji in naturamogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għall-ħlas lura.

Taqsima 2

Ħlas lura abbażi ta' ammonti fissi

Artikolu 63

Identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament bażiku, li l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi tagħhom huma tali li l-użu ta' ħlas lura abbażi tan-nefqa reali mhuwiex adatt, huma elenkati fl-Anness III tar-Regolament implimentattiv.

2.   Fil-każ tal-Istati Membri elenkati fl-Anness III tar-Regolament implimentattiv, l-ammont tal-benefiċċji in natura mogħtija lil:

a)

membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata, kif previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku,

b)

pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom, kif previst fl-Artikolu 24(1) u l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament bażiku,

għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li pprovdew il-benefiċċji msemmija, abbażi ta' rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. Dan l-ammont fiss għandu jkun qrib kemm jista' jkun għall-ispejjeż reali.

Artikolu 64

Metodu ta' kalkolu tal-ammonti fissi ta' kull xahar u l-ammont fiss totali

1.   Għal kull Stat Membru kreditur, l-ammont fiss ta' kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jkun stabbilit billi tiġi diviża l-ispiża medja annwali għal kull persuna (Yi), imqassma abbażi tal-grupp ta' età (i), bi 12 u bl-applikazzjoni ta' tnaqqis (X) għar-riżultat konformement mal-formola li ġejja:

Fi = Yi*1/12*(1-X)

Fejn:

l-indiċi (i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet gruppi ta' età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi:

i = 1

:

persuni ta' taħt l-20 sena

i = 2

:

persuni ta' bejn l-20 u l-64 sena

i = 3

:

persuni minn 65 sena u aktar.

Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali għal kull persuna fil-grupp ta' età i, kif definit fil-paragrafu 2.

il-ko-effiċjent X (numru bejn 0,20 u 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif definit fil-paragrafu 3.

2.   L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-grupp ta' età i għandha tinkiseb billi tiġi diviża n-nefqa annwali fuq il-benefiċċji kollha in natura mill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha fil-grupp ta' età kkonċernat suġġetti għal-leġislazzjoni tiegħu u li jirrisjedu fit-territorju tiegħu bin-numru medju ta' persuni kkonċernati f'dak il-grupp ta' età fis-sena kalendarja in kwistjoni. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa taħt l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv.

3.   It-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-somma fissa ta' kull xahar għandu, fil-prinċipju, ikun ugwali għal 20 % (X = 0,20). Dan għandu jkun ugwali għal 15 % (X = 0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, fejn l-Istat Membru kompetenti mhux elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku.

4.   Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi tiġi mmultiplikata, f'kull grupp ta' età i, l-ammonti fissi ta' kull xahar stabbiliti għal kull persuna bin-numru ta' xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur f'dak il-grupp ta' età.

In-numru ta' xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f'sena kalendarja li matulhom il-persuni kkonċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji in natura f'dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom jiġu kkunsidrati minn inventarju miżmum għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, ibbażat fuq prova b'dokumenti tad-drittijiet tal-benefiċjarji pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.

5.   Mhux aktar tard minn … (6), il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u b'mod partikolari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista' tippreżenta proposta li fiha kwalunkwe emenda li tista' tidher meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta' ammonti fissi jkun qrib kemm jista' jkun tan-nefqa reali li tkun saret u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx jirriżulta fi ħlasijiet żbilanċjati jew ħlasijiet doppji għall-Istati Membri.

6.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-metodi biex jiġu ddeterminati l-elementi għall-kalkolu tal-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi 1 sa 5.

7.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu tal-ammont fiss sa … (6), sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 65

Notifika tal-ispejjeż medji annwali

1.   L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull grupp ta' età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni. Jekk in-notifika ma ssirx sa din l-iskadenza, tittieħed l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kummissjoni Amministrattiva ddeterminat l-aħħar għal sena preċedenti.

2.   L-ispejjeż medji annwali determinati taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 66

Proċedura ta' ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet

1.   Il-ħlas lura bejn l-Istati Membri kkonċernati għandu jsir kemm jista' jkun malajr. Kull istituzzjoni kkonċernata għandha tkun obbligata li tħallas lura t-talbiet qabel l-iskadenzi msemmija f'din it-Taqsima, malli tkun f'pożizzjoni li tagħmel dan. Disputa dwar talba partikolari m'għandhiex ixxekkel il-ħlas lura ta' talba jew talbiet oħra.

2.   Il-ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, previsti fl-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku, għandu jsir permezz tal-korp ta' kollegament. Jista' jkun hemm korp ta' kollegament separat għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 67

Skadenzi għall-introduzzjoni u ħlas ta' talbiet

1.   Talbiet ibbażati fuq nefqa reali għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' nofs is-sena kalendarja li matulha dawk it-talbiet ġew reġistrati fil-kontijiet tal-istituzzjoni kreditriċi.

2.   Talbiet għal ammonti fissi għal sena kalendarja għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fil-perijodu ta' 12 il-xhar wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.

3   Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv, l-iskadenza stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tibda qabel ma tkun ġiet identifikata l-istituzzjoni kompetenti.

4.   It-talbiet introdotti wara t-termini perentorji speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu kkunsidrati.

5.   It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f'dak il-perijodu.

6.   Kwalunkwe disputa dwar talba għandha tkun risolta, l-aktar tard, f'36 xahar wara x-xahar li fih ġiet introdotta t-talba.

7.   Il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fil-perijodu stabbilit fil-paragrafu 6, u, fuq talba raġunata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar disputa fi żmien sitt xhur wara x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu.

Artikolu 68

Imgħaxijiet fuq ħlasijiet tardivi u ħlasijiet parzjali

1.   Mill-aħħar tal-perijodu ta' 18-il xahar stabbilit fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament implimentattiv, jista' jiġi impost ħlas ta' imgħax mill-istituzzjoni tal-kreditur rigward talbiet pendenti, sakemm l-istituzzjoni tad-debitur ma tagħmilx, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tax-xahar li matulu kienet introdotta t-talba, ħlas parzjali ta' mill-inqas 90 % tat-talba totali introdotta taħt l-Artikolu 67(1) u (2) tar-Regolament implimentattiv. Għal dawk il-partijiet tat-talba mhux koperti mill-ħlas parzjali, l-imgħax jista' jiġi impost biss mit-tmiem tal-perijodu ta' 36 xahar stabbilit fl-Artikolu 67(6) tar-Regolament implimentattiv.

2.   L-imgħax għandu jiġi kalkulat abbażi tar-rata ta' referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' refinanzjament. Ir-rata ta' referenza applikabbli hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.

3.   L-ebda entità ta' kuntatt m'għandha jtkun obbligata taċċetta ħlas parzjali kif previst fil-paragrafu 1. Madankollu, jekk korp ta' kollegament jiċħad tali offerta, l-istituzzjoni kreditriċi m'għandhiex tkun aktar intitolata li timponi imgħax fuq ħlas tardiv relatat mat-talbiet in kwistjoni ħlief minn taħt it-tieni sentenza tal-paragrafu 1.

Artikolu 69

Dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi s-sitwazzjoni tat-talbiet għal kull sena kalendarja b'konformità mal-Artikolu 72(g) tar-Regolament bażiku, abbażi tar-rapport tal-Bord tal-Verifika. Għal dan il-għan, il-korpi ta' kollegament għandhom jinnotifikaw lill-Bord tal-Verifika, bl-iskadenzi u konformement mal-proċeduri stabbiliti minn dan tal-aħħar, bl-ammont ta' talbiet introdotti, imħallsa jew kontestati (il-pożizzjoni ta' kreditur) u bl-ammont ta' talbiet irċevuti, imħallsa jew kontestati (il-pożizzjoni ta' debitur).

2.   Il-Kummissjoni Amministrattiva tista' twettaq kwalunkwe verifika xierqa dwar id-data statistika u verifika tal-kontabbiltà użata bħala l-bażi għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni annwali tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1, notevolment biex tiżgura ruħha bil-konformità ta' dawn il-fatti mar-regoli stabbiliti taħt dan it-Titolu.

KAPITOLU II

Ħlas lura tal-benefiċċji għall-qgħad taħt l-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku

Artikolu 70

Ħlas lura tal-benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati

Jekk ma jkunx hemm ftehim taħt l-Artikolu 65(8) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha titlob ħlas lura tal-benefiċċji għall-qgħad taħt l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-benefiċjarju kien l-aħħar suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu. It-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur mit-tmiem ta' nofs sena kalendarja li matulha sar l-aħħar ħlas tal-benefiċċji għall-qgħad, li qed jintalab il-ħlas lura tiegħu. It-talba għandha tindika l-ammont tal-benefiċċju mħallas matul il-perijodu ta' tliet jew ħames xhur imsemmi fl-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-perijodu li għalih tħallsu l-benefiċċji u d-data ta' identifikazzjoni tal-persuna qiegħda. It-talbiet għandhom jiġu introdotti u mħallsin permezz tal-korpi ta' kollegament tal-Istati Membri kkonċernati.

M' hemm l-ebda ħtieġa li jkunu kkunsidrati talbiet introdotti wara l-limitu ta' żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu.

L-Artikoli 66(1) u 67(5) sa (7) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Mit-tmiem tal-perijodu ta' 18-il xahar imsemmi fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni kreditriċi tista' titlob l-interessi fuq talbiet pendenti. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament implimentattiv.

L-ammont massimu tal-ħlas lura msemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku huwa f'kull każ individwali l-ammont tal-benefiċċju li tkun intitolata għalih il-persuna konċernata taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li kienet suġġetta l-aħħar jekk kienet reġistrata mas-servizzi tal-impjieg ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, f'relazzjonijiet bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness V tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri li l-persuna konċernata kienet l-aħħar suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu għandhom jiddeterminaw l-ammont massimu f'kull każ individwali abbażi tal-ammont medju ta' benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati previst fil-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja preċedenti.

KAPITOLU III

Irkupru ta' benefiċċji pprovduti iżda indebiti, irkupru ta' ħlasijiet u kontribuzzjonijiet provviżorji, tpaċija u assistenza fil-qasam ta' rkupru

Taqsima 1

Prinċipji

Artikolu 71

Dispożizzjonijiet komuni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 84 tar-Regolament bażiku u fil-qafas hemmhekk definit, l-irkupru ta' talbiet għandu, fejn huwa possibbli, isir permezz ta' tpaċija bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati jew vis-à-vis l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata taħt l-Artikoli 72 u 74 ta' dan ir-Regolament implimentattiv. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi rkuprata parti minn jew it-talba kollha permezz tal-proċedura ta' tpaċija, il-bqija tal-ammont dovut għandu jiġi rkuprat taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv.

Taqsima 2

Tpaċija

Artikolu 72

Benefiċċji riċevuti indebitament

1.   Jekk l-istituzzjoni ta' Stat Membru ħallset benefiċċji indebiti lil persuna, dik l-istituzzjoni tista', fit-termini u l-limiti stabbiliti fil-leġislazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli mill-ħlas ta' benefiċċji lill-persuna kkonċernata biex taqtal-ammont imħallas indebitament minn arretrati jew ħlasijiet kurrenti li għandha tagħti lill-persuna kkonċernata irrispettivament mil-liema fergħa tas-sigurtà soċjali li taħtha jitħallas il-benefiċċju. L-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru għandha taqta' l-ammont konċernat suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal din it-tip ta' proċedura ta' tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika bl-istess mod daqslikieku hija stess tkun għamlet ħlasijiet żejda, u għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istitituzzjoni li tkun ħallset il-benefiċċji indebiti.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, jekk, meta jkunu qegħdin jingħataw jew jiġu riveduti benefiċċji marbutin mal-invalidità, pensjonijiet tal-età u tas-superstiti taħt il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' Stat Membru tkun ħallset lil persuna benefiċċji ta' ammont indebitu, dik l-istituzzjoni tista' titlob lill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli għall-ħlas ta' benefiċċji korrispondenti lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas żejjed mill-arretrati pagabbli lill-persuna kkonċernata. Wara li din l-istituzzjoni tkun informat lill-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita dwar l-arretrati tagħha, l-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita għandha fi żmien xahrejn tikkomunika l-ammont tas-somma indebita. Jekk l-istituzzjoni li għandha tħallas l-arretrati tirċievi din il-komunikazzjoni sal-iskadenza hija għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li ħallset somom indebiti. Jekk tiskadi l-iskadenza, dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tħallas l-arretrati lill-persuna kkonċernata.

3.   Jekk persuna assigurata rċeviet assistenza soċjali fi Stat Membru wieħed matul perijodu li matulu huwa/hija kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-korp li pprovda l-assistenza jista', jekk huwa intitolat legalment li jitlob ħlas lura tal-benefiċċji dovuti lill-persuna konċernata, jitlob lill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli biex iħallas benefiċċji favur il-persuna kkonċernata biex inaqqas l-ammont ta' assistenza mħallsa mill-ammonti li dan l-Istat Membru ħallas lill-persuna kkonċernata.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal kwalunkwe membru tal-familja ta' persuna kkonċernata li rċeviet assistenza fit-territorju ta' Stat Membru waqt perijodu li fih il-persuna assigurata kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor rigward dak il-membru tal-familja.

L-istituzzjoni ta' Stat Membru li ħallset ammont indebitu ta' assistenza għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-ammont dovut lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, li għandha mbagħad tnaqqas l-ammont, suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti għal din it-tip ta' proċedura ta' tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi l-ammont mingħajr dewmien lill-istituzzjoni li ħallset l-ammont indebitu.

Artikolu 73

Benefiċċji mħallsin provviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-leġislazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji kienet identifikata, l-istituzzjoni li provviżorjament ħallset il-benefiċċji fi flus għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont provviżorjament imħallas u għandha tibagħtu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

L-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti biex tħallas il-benefiċċji għandha tnaqqas l-ammont dovut rigward il-ħlas provviżorju mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istituzzjoni li ħallset provviżorjament il-benefiċċji fi flus.

Jekk l-ammont ta' benefiċċji mħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont ta' arretrati, jew jekk l-arretrati ma jeżistux, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal dan it-tip ta' proċedura ta' tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika u mingħajr dewmien tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li provviżorjament tkun ħallset il-benefiċċji fi flus.

2.   L-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet minn persuna ġuridika u/jew fiżika m'għandhiex tħallas lura l-ammonti in kwistjoni lill-persuna li ħallsithom sakemm hija ma tkunx ġiet aċċertata mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti s-somom dovuti lilha taħt l-Artikolu 6(4) tar-Regolament implimentattiv.

Fuq talba mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti, li għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ġiet determinata l-leġislazzjoni applikabbli, l-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet għandha tittrasferihom lill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għal dak il-perijodu għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuna ġuridika u/jew fiżika lilha. Il-kontribuzzjonijiet ittrasferiti għandhom jitqiesu retroattivament bħala li tħallsu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

Jekk l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li provviżorjament tirċievi kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont f'eċċess lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata.

Artikolu 74

Spejjeż relatati ma' tpaċija

Ebda spiża m'hija pagabbli fejn id-dejn jiġi rkuprat permezz tal-proċedura ta' tpaċija prevista fl-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament implimentattiv.

Sezzjoni 3

Irkupru

Artikolu 75

Definizzjonijiet u dispożizzjoni komuni

1.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

“talba” tfisser it-talbiet kollha relatati ma' kontribuzzjonijiet jew ma' benefiċċji mħallsin jew indebitament ipprovduti, inklużi interessi, multi, pieni amministrattivi u l-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħrajn kollha konnessi mat-talba taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba;

“parti applikanti” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tagħmel talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru rigward talba kif definita hawn fuq;

“parti rikjesta” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tista' ssirilha talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru.

2.   It-talbiet u kwalunkwe komunikazzjoni relatata bejn l-Istati Membri għandhom, b'mod ġenerali, ikunu indirizzati via istituzzjonijiet nominati.

3.   Il-miżuri prattiċi ta' implimentazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, dawk relatati mal-Artikolu 4 tar-Regolament implimentattiv u dwar l-istabbiliment ta' limitu massimu għall-ammonti li għalihom tista' ssir talba għal irkupru, għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 76

Talbiet għal informazzjoni

1.   Fuq it-talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun utli għall-parti applikanti fl-irkupru tat-talba tagħha.

Sabiex takkwista dik l-informazzjoni, il-parti rikjesta għandha tuża s-setgħat previsti fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta' talbiet simili li jsiru fl-Istat Membru tagħha.

2.   It-talba għal informazzjoni għandha tindika l-isem, l-aħħar indirizz magħruf, u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata li magħha hija amrbuta l-informazzjoni u n-natura u l-ammont tat-talba li dwarha qed issir talba.

3.   Il-parti rikjesta m'hijiex obbligata li tagħti informazzjoni:

(a)

li hija ma tkunx tista' tikseb għall-fini li tirkupra talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru tagħha stess;

(b)

li tiżvela xi sigriet kummerċjali, industrijali jew kummerċjali; jew

(c)

li l-iżvelar tagħha jista' jippreġudika s-sigurtà ta' jew imur kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru.

4.   Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal informazzjoni.

Artikolu 77

Notifika

1.   Il-parti rikjesta għandha, fuq talba tal-parti applikanti, u konformement mar-regoli fis-seħħ għan-notifikazzjoni ta' strumenti jew deċiżjonijiet simili fl-Istat Membru tagħha stess, tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ta' natura ġudizzjarja, li joriġinaw mill-Istat Membru tal-parti applikanti u li huma relatati ma' talba u/jew l-irkupru tagħha.

2.   It-talba għal notifika għandha tindika l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra rigward l-identifikazzjoni tad-destinatarju kkonċernat li għaliha l-parti applikanti normalment għandha aċċess, in-natura u s-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata u, fejn applikabbli, l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tad-debitur u t-talba li l-istrument jew deċiżjoni huma marbutin magħha, u kwalunkwe informazzjoni oħra utli.

3.   Il-parti rikjesta għandha mingħajr dewmien tinforma lill-parti applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għal notifika u, partikolarment, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew strument kienu mgħoddijin lid-destinatarju.

Artikolu 78

Talba għall-irkupru

1.   It-talba għall-irkupru ta' talba, indirizzata mill-parti applikanti lill-parti rikjesta, għandha tkun akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew ċertifikata tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġa mill-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun il-każ, minn kopja oriġinali jew iċċertifikata ta' dokumenti oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

2.   Il-parti applikanti tista' tagħmel talba għal irkupru jekk:

(a)

it-talba u/jew l-istrument li jippermettu l-eżekuzzjoni tagħha mhumiex kontestati fl-Istat Membru tagħha stess, ħlief f'każijiet fejn huwa applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament implimentattiv;

(b)

hija tkun, fl-Istat Membru tagħha stess, applikat proċeduri ta' rkupru adatti li jkunu disponibbli għaliha abbażi tal-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri meħudin ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tat-talba;

(c)

il-perijodu ta' limitazzjoni, taħt il-leġislazzjoni tagħha stess ma jkunx skada.

3.   It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika konċernata u/jew il-parti terza fil-pussess tal-attiv tagħha;

(b)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-identifikazzjoni tal-parti applikanti;

(c)

referenza għall-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

(d)

in-natura u l-ammont tat-talba, inkluż is-somma kapitali, l-interessi, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-ispejjeż dovuti kollha indikati fil-muniti tal-Istati Membri tal-parti applikanti u l-parti rikjesta;

(e)

id-data ta' notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew mill-parti rikjesta;

(f)

id-data li minnha u l-perijodu li matulu l-eżekuzzjoni ikun possibbli konformement mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-entità applikanti;

(g)

kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

4.   It-talba għal irkupru għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-parti applikanti li tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 kienu sodisfatti.

5.   Il-parti applikanti għandha tibgħat lill-parti rikjesta kwalunkwe informazzjoni relevanti marbuta mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru, hekk kif issir taf biha.

Artikolu 79

Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru

1.   Taħt l-Artikolu 84(2) tar-Regolament bażiku, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba għandu jkun rikonoxxut direttament u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-eżekuzzjoni ta' talba tal-Istat Membru tal-parti rikjesta.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba jista', fejn ikun il-każ u konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, ikun aċċettat, rikonoxxut bħala, issupplimentat bi, jew mibdul bi strument li jawtorizza l-eżekuzzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta' rkupru, l-Istati Membri għandhom jippruvaw itemmu l-aċċettazzjoni, rikonoxximent, supplimentar jew bdil, ħlief f'kazijiet fejn jiġi applikat it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-Istati Membri ma jistgħux jiċħdu li jwettqu sal-aħħar dawn l-azzjonijiet jekk l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni jitfassal kif ikun il-każ. Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perijodu ta' tliet xhur.

Jekk xi waħda minn dawn l-azzjonijiet tagħti lok għall-kontestazzjoni rigward it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni maħruġ mill-parti applikanti, għandu japplika l-Artikolu 81 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 80

Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet

1.   L-irkupru jsir bil-munita tal-Istat Membru tal-entità rikjesta. L-ammont tat-talba fl-intier tiegħu li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikejsta lill-parti applikanti.

2.   Fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha jippermettu, u wara li tikkonsulta lill-parti applikanti, il-parti rikjesta tista' tħalli lid-debitur iż-żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe interess meħud mill-parti rikjesta rigward żmien aktar bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ittrasferit lill-parti applikanti.

Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tat-talba ikun direttament rikonoxxut taħt l-Artikolu 79(1) tar-Regolament implimentativ, jew aċċettat, rikonoxxut, supplimentat jew sostitwit taħt l-Artikolu 79(2) tar-Regolament implimentativ, għandu jiġi impost imgħax għal kull adempiment tardiv konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta u dan għandu jkun ittrasferit ukoll lill-parti applikanti.

Artikolu 81

Kontestazzjoni dwar it-talba jew tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjonidwar il-miżuri ta' eżekuzzjoni

1.   Jekk, matul il-proċedura ta' rkupru, it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti jkunu kkontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din il-parti quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-parti applikanti, konformement mal-liġijiet fis-seħħ f'dak l-Istat Membru. Il-parti applikanti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti rikjesta b'din l-azzjoni. Il-parti interessata tista' wkoll tinforma lill-parti rikjesta bl-azzjoni.

2.   Hekk kif il-parti rikjesta tkun irceviet in-notifika jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew min-naħa tal-parti applikanti jew min-naħa tal-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta' eżekuzzjoni sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti f'dan il-qasam, sakemm il-parti applikanti ma titlobx mod ieħor taħt it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Jekk il-parti rikjesta taħseb li jkun meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84 tar-Regolament implimentattiv, hija tista' tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru sa fejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istat Membru proprju tagħha jippermettu tali azzjoni għal talbiet simili.

Irrispettivament mill-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista', konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra talba kkontestata, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi relevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, il-parti applikanti hija responsabbli li tħallas lura kull somma rkuprata, flimkien ma' kull kumpens dovut, b'konformità mal-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

3.   Fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna l-miżuri ta' eżekuzzjoni meħudin fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità adatta ta' dak l-Istat Membru f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni taħt il-paragrafu 1 hija tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta' dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-parti applikanti u tippermetti l-irkupru tat-talba fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandha tikkonstitwixxi ''l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni fis-sens ta' Artikoli 78 u 79 tar-Regolament implimentattiv u l-irkupru tat-talba għandu jkompli fuq il-bażi ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu 82

Limiti li japplikaw għall-assistenza

1.   Il-parti rikjesta m'għandhiex tkun obbligata:

(a)

li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 78 sa 81 tar-Regolament implimentattiv jekk l-irkupru tat-talba jista', minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet nazzjonali simili;

(b)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 76 sa 81 tar-Regolament implimentattiv, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 76 sa 78 tar-Regolament implimentattiv tapplika għat-talbiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddataw mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru kien stabbilit konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fl-Istat Membru tal-parti applikanti, fid-data tat-talba. Madankollu, jekk it-talba jew l-istrument huma kkontestati, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat Membru tal-parti applikanti jistabbilixxi li t-talba jew l-ordni ta' eżekuzzjoni li tippermetti l-irkupru ma tistax tiġi aktar kontestata.

2.   Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal assistenza.

Artikolu 83

Perijodi ta' limitazzjoni

1.   Il-kwistjonijiet rigward il-perijodi ta' limitazzjoni għandhom ikunu regolati kif ġej:

a)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm dawn jikkonċernaw it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha; u

b)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm dawn jikkonċernaw il-miżuri ta' eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest.

Il-perijodi ta' limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandhom jibdew mid-data tar-rikonoxximent dirett jew mid-data tal-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew is-sostitizzjoni taħt l-Artikolu 79 tar-Regolament implimentattiv.

2.   Il-passi meħudin għall-irkupru ta' talbiet mill-parti rikjesta wara xi talba għall-assistenza, li, kieku kienu twettqu mill-parti applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew jinterrompu l-perijodu ta' limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat tal-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett.

Artikolu 84

Miżuri ta' prekawzjoni

Fuq talba raġunata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiżgura l-irkupru ta' talba sakemm il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu.

Għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafu ta' hawn fuq, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 78, 79, 81 u 82 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 85

Spejjeż relatati ma' rkupru

1.   Il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm kwalunkwe spiża marbuta mal-irkupru li hija tagħmel taħt il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-parti rikjesta li japplikaw għal talbiet simili.

2.   L-assistenza reċiproka mogħtija taħt din it-Taqsima għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, fejn l-irkupru jqanqal problema speċifika jew jikkonċerna ammont kbir ta' spejjeż, il-partijiet applikanti u rikjesti jistgħu jaqblu dwar arranġamenti ta' ħlas lura speċifiċi għall-każijiet in kwistjoni.

3.   L-Istat Membru tal-parti applikanti għandu jibqa' responsabbli lejn l-Istat Membru tal-parti rikjesta għal kwalunkwe spejjeż u telf li jsiru bħala riżultat ta' azzjonijiet meqjusin li huma bla bażi, sakemm is-sostanza tat-talba jew il-validità tal-istrument maħruġin mill-parti applikanti huma kkonċernati.

Artikolu 86

Klawsola tar-reviżjoni

1.   Mhux aktar tard mir-raba' sena kalendarja sħiħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport dwar il-perijodi ta' skadenza stabbiliti fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv.

Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista', jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti għar-reviżjoni ta' dawn il-perijodi ta' skadenza bl-għan li jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

2.   Mhux aktar tard minn … (6), il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport li jevalwa speċifikament l-applikazzjoni tal-Kapitoli I u III tat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv, b'mod partikolari rigward il-proċeduri u l-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv u l-proċeduri ta' rkupru msemmija fl-Artikolu 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv.

Fid-dawl ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista', jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti biex tagħmel dawn il-proċeduri aktar effiċjenti u bbilanċjati.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI, TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 87

Eżami mediku u verifika amministrattiva

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru li m'huwiex dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta' din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza tal-benefiċjarju konformement mal-proċeduri stabbiliti mil-leġislazzjoni applikati minn dik l-istituzzjoni.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza dwar kwalunkwe ħtieġa speċjali li għandha tiġi segwita u, jekk meħtieġ, bil-punti li jridu jiġu koperti mill-eżami l-eżamijiet mediċi.

2.   L-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet l-eżami mediku. Din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza.

L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib tal-għażla proprja tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista' jkun mitlub li jirritorna fl-Istat Membru tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jew hija jista' jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta' dannu għal saħħtu/saħħitha u li l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.

3.   Fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru divers minn dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-verifika amministrattiva għandha ssir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta' residenza tal-benefiċjarju.

Il-paragrafu 2 għandu japplika ukoll f'dan il-każ.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll biex jiġi ddeterminat jew kontrollat l-istat ta' dipendenza ta' benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji għall-kura għat-tul imsemmijin fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet u proċeduri speċifiċi li jtejbu b'mod sħiħ jew parzjalment kemm l-applikant u l-benefiċjarji huma lesti għas-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe skema jew programm disponibbli fl-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza għal dak il-għan.

6.   Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' kooperazzjoni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.

Artikolu 88

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-dettalji tal-korpi ddefiniti fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv, u tal-istituzzjonijiet nominati konformement mar-Regolament implimentattiv.

2.   Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b'identità elettronika fil-forma ta' kodiċi ta' identifikazzjoni u ta' indirizz elettroniku.

3   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-arranġamenti dettaljati, inklużi l-format komuni u l-mudell, għan-notifika tad-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1.

4.   L-Anness IV tar-Regolament implimentattiv jagħti dettalji dwar id-database pubblika li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1. Id-database għandha tiġi stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli għad-dħul f'din id-database tal-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul tal-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali meħtieġa taħt il-paragrafu 1.

5.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1.

Artikolu 89

Informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-partijiet konċernati huma konxji ta' drittijiethom u tal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa biex jaffermawhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn huwa possibbli, tkun disseminata elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni onlajn fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura li l-informazzjoni tkun aġġornata regolarment u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.

2.   Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista' joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar titjib tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jigżuraw li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-persuni koperti mir-Regolament bażiku sabiex tinfurmahom dwar il-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament bażiku u mir-Regolament implimentattiv biex tippermettilhom jaffermaw drittijiethom. Huma għandhom jipprovdu wkoll servizzi faċli għall-utent.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta' u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji kollha, leġislattivi jew ta' natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti minn u fit-termini tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 90

Konverżjoni ta' valuti

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, ir-rata tal-kambju bejn żewġ valuti għandha tkun ir-rata ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-data li għandha titqies biex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 91

Statistika

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkompilaw statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv u jgħadduha lis-segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva. Din id-data għandha tinġabar u tkun organizzata konformement mal-pjan u l-metodu ddefinit mill-Kummissjoni Amministrattiva. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għad-disseminazzjoni ta' din l-informazzjoni.

Artikolu 92

L-emendament tal-Annessi

L-Annessi I, II, III, IV u V tar-Regolament implimentattiv u l-Annessi VI, VII, VIII u IX tar-Regolament bażiku jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 93

Dispożizzjonijiet transitorji

L-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku għandu japplika għas-sitwazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 94

Dispożizzjonijiet transitorji relatati mal-pensjonijiet

1.   Fejn ikun hemm il-kontinġenza qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u t-talba għal pensjoni ma tkunx ingħatat qabel dik id-data, it-tali talba għandha twassal għal għotja doppja, safejn jidħlu l-benefiċċji li jridu jingħataw, abbażi ta' tali kontinġenza, għal perijodu qabel dik id-data:

(a)

għall-perijodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jew konformement ma' kull arranġament fis-seħħ bejn l-Istati Membri kkonċernati;

(b)

għall-perijodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, konformement mar-Regolament bażiku.

Madanakollu, jekk l-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalih taħt (a) ikun ikbar minn dak ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt (b), il-persuna kkonċernata tkompli tkun intitolata għall-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt il-punt (a).

2.   It-talbiet għall-benefiċċji tal-invalidità, tal-età jew tas-superstiti sottomessi lill-istituzzjoni ta' Stat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru konċernat għandhom awtomatikament jeħtieġu l-istima mill-ġdid tal-benefiċċji li jkunu ngħataw qabel din id-data għall-istess kontinġenza mill-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri taħt ir-Regolament bażiku. Tali evalwazzjoni mill-ġdid tista' ma twassalx għal xi riduzzjoni fl-ammont ta' benefiċċji mogħtija.

Artikolu 95

Perijodu transitorju għall-iskambji elettroniċi ta' data

1.   Kull Stat Membru jista' jibbenefika minn perijodu transitorju għall-iskambju ta' data permezz ta' mezzi elettroniċi kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament implimentattiv.

Dawn il-perijodi transitorji m'għandhomx jaqbżu l-24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv.

Madankollu, jekk it-twettiq tal-infrastruttura Komunitarja meħtieġa (Electronic Exchange of Social Security Information — EESSI) jiġi ttardjat b'mod sinifikanti fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva tista' taqbel dwar estensjoni adegwata ta' dawn il-perijodi.

2.   L-arranġamenti prattiċi għal kwalunkwe perijodu transitorju meħtieġ, imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Amministrattiva bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta' data meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 96

Tħassir

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 huwa b'dan mħassar b'effett minn … (7).

Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jibqa' fis-seħħ u jkompli jkollu effett legali għall-finijiet ta':

(a)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (8) sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix imħassar jew emendat;

(b)

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta' Ġunju 1985 li jipprovdi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x'jaqsam ma' Greenland (9), sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix imħassar jew emendat;

(c)

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (10), il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni (11) u kull ftehim ieħor li jinkludi referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sakemm tali ftehim ma jiġix emendat abbażi tar-Regolament implimentattiv.

2.   Fid-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (12), u b'mod aktar ġenerali fl-Atti l-oħra kollha tal-Komunità r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu għal dan ir-Regolament implimentattiv.

Artikolu 97

Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fi … (13).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 324, 30.12.2006, p. 59.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' tat'-17 ta' Diċembru 2008 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(6)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.

(9)  ĠU L 160, 20.6.1985, p. 7.

(10)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1.

(11)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(12)  ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.

(13)  Lewel jum tax-xahar li jsegwi l-perijodu ta' 6 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2010.


ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI GĦAL STRUMENTI TA' FTEHIM BILATERALI LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U GĦAL STRUMENTI TA' FTEHIM IMPLIMENTATTIVI BILATERALI ĠODDA

(kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) u Artikolu 9(2) tar-Regolament implimentattiv)

BELĠJU — DANIMARKA

Skambju ta' Ittri tat-8 ta' Mejju 2006 u tal-21 ta' Ġunju 2006 dwar il-Ftehim ta' ħlas lura bl-ammont attwali tal-benefiċċju mogħti lill-membri tal-familja ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun assigurata fil-Belġju, fejn il-membru tal-familja tirrisjedi fid-Danimarka u lill-pensjonanti u/jew membri tal-familja tagħhom li jkun(u) assigurati fil-Belġju iżda li jirrisjedu fid-Danimarka

BELĠJU — ĠERMANJA

Il-Ftehim tad-29 ta' Jannar 1969 dwar il-ġbir u l-irkupru ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

BELĠJU — IRLANDA

L-iskambju ta' Ittri tad-19 ta' Mejju u tat-28 ta' Lulju 1981 rigward l-Artikoli 36(3) u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura u ta' benefiċċji tal-qgħad taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1 u 6 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

BELĠJU — SPANJA

Il-Ftehim tal-25 ta' Mejju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u 574/72

BELĠJU — FRANZA

(a)

Il-Ftehim tal-4 ta' Lulju 1984 rigward eżamijiet mediċi ta' ħaddiema tal-fruntiera residenti f'pajjiż wieħed u jaħdmu f'ieħor

(b)

Il-Ftehim tal-14 ta' Mejju 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

Il-Ftehim tat-3 ta' Ottubru 1977 li jimplimenta l-Artikolu 92 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (irkupru ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali)

(d)

Il-Ftehim tad-29 ta' Ġunju 1979 rigward it-twarrib reċiproku ta' ħlas lura previst fl-Artikolu 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż ta' benefiċċju ta' qgħad)

(e)

L-Arranġament Amministrattiv tas-6 ta' Marzu 1979 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Addizzjonali tat-12 ta' Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali bejn il-Belġju u Franza fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet dwar persuni li jaħdmu għal rashom

(f)

L-Iskambju ta' Ittri tal-21 ta' Novembru 1994 u tat-8 ta' Frar 1995 rigward il-proċeduri tas-soluzzjoni ta' talbiet reċiproċi insegwitu għall-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

BELĠJU — ITALJA

(a)

Il-Ftehim tat-12 ta' Jannar 1974 li jimplimenta l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tal-31 ta' Ottubru 1979 li jimplimenta l-Artikolu 18(9) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

L-Iskambju ta' Ittri tal-10 ta' Diċembru 1991 u l-10 ta' Frar 1992 rigward il-ħlas lura ta' talbiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(d)

Il-Ftehim tal-21.11.2003 li jikkonċerna t-termini dwar ir-riżoluzzjoni ta' talbiet reċiproċi taħt l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

BELĠJU — LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tad-28 ta' Jannar 1961 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

(b)

Il-Ftehim tas-16 ta' April 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

BELĠJU — RENJU UNIT

(a)

L-iskambju ta' Ittri tal-4 ta' Mejju u tal-14 ta' Ġunju 1976 rigward l-Artikolu 105(2) l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

(b)

L-Iskambju ta' Ittri tat-18 ta' Jannar u l-14 ta' Marzu 1977 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt it-termini tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) kif emendat bl-Iskambju ta' Ittri tal-4 ta' Mejju u tat-23 ta' Lulju 1982 (ftehim għal ħlas lura ta' spejjeż minfuqa taħt l-Artikolu 22(1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71)

BULGARIJA — REPUBBLIKA ĊEKA

Artikolu 29(1) u (3) tal-Ftehim tal-25 ta' Novembru 1998 u l-Artikolu 5(4) tal-Arranġament amministrattiv tat-30 ta' Novembru 1999 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

BULGARIJA– ĠERMANJA

Artikolu 8 sa 9 tal-Arranġament Amministrattiv dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta' Diċembru 1997 fil-qasam tal-pensjonijiet

REPUBBLIKA ĊEKA — SLOVAKKJA

L-Artikoli 15 u 16 tal-Arranġement Amministrattiv tat-8 ta' Jannar 1993 dwar l-ispeċifikazzjoni ta' sede ta' persuna li tħaddem u l-post ta' residenza għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Ottubru 1992 dwar is-sigurtà soċjali

DANIMARKA — IRLANDA

L-Iskambju ta' Ittri tat-22 ta' Diċembru 1980 u tal-11 ta' Frar 1981 dwar ir-rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija taħt l-assigurazzjoni għall-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u għall-benefiċċji tal-qgħad u l-ispejjeż tal- kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi (l-Artikoli 36(3), 63(3), u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

DANIMARKA — GREĊJA

Il-Ftehim tat-8 ta' Mejju 1986 dwar ir-rinunzja parzjali reċiproka ta' ħlas lura rigward benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u r-rinunzja ta' ħlas lura rigward kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA — SPANJA

Il-Ftehim tal-11 ta' Diċembru 2006 ta' ħlas minn qabel, limiti ta' żmien u ħlas lura mal-ammont attwali tal-benefiċċju mogħti lill-membri tal-familja ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun assigurata fi Spanja, fejn il-membru tal-familja jirrisjedi fid-Danimarka u lill-pensjonanti u/jew membri tal-familja tagħhom li jkun(u) assigurati fi Spanja iżda li jirrisjedu fid-Danimarka

DANIMARKA — FRANZA

L-Arranġamenti tad-29 ta' Ġunju 1979 u l-Arranġament addizzjonali tat-2 ta' Ġunju 1993 li jikkonċernaw ir-rinunzja parzjali għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 36 (3) u l-Artikolu 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-rinunzja reċiproka għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja parzjali għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura rigward mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard kawżat mix-xogħol, u r-rinunzja tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA — ITALJA

Il-Ftehim tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura taħt assigurazzjoni għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

DANIMARKA — LUSSEMBURGU

Il-Ftehim tad-19 ta' Ġunju 1978 rigward ir-rinunzja reċiproka ta' ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3), 63(3) u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż ta' benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq ix-xogħol u mard okkupazzjonali, spejjeż ta' benefiċċju tal-qgħad u spejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA — OLANDA

L-Iskambju ta' Ittri tat-30 ta' Marzu u tal-25 ta' April 1979 kif emendat bil-ftehim tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol

DANIMARKA — PORTUGALL

Il-Ftehim tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura taħt assigurazzjoni għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

DANIMARKA — FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta' Awwissu 2003: il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta' rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta' mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

DANIMARKA — SVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta' Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta' rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta' mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

DANIMARKA — RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tat-30 ta' Marzu u tad-19 ta' April 1977 kif modifikat minn Skambju ta' Ittri tat-8 ta' Novembru 1989 u tal-10 ta' Jannar 1990 dwar ftehim li jirrinunzja l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura u l-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

ĠERMANJA–LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tal-14 ta' ottubru 1975 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tal-14 ta' Ottubru 1975 dwar il-ġbir u l-irkupru ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

(c)

Il-Ftehim tal-25 ta' Jannar 1990 rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 22(1)(b) u (c) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

ESTONJA — RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fid-29 ta' Marzu 2006 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Estonja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

IRLANDA — FRANZA

L-Iskambju ta' Ittri tat-30 ta' Lulju 1980 u tas-26 ta' Settembru 1980 dwar l-Artikolu 36 (3) u l-Artikolu 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ir-rinunzja reċiproka għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja parzjali għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

IRLANDA — LUSSEMBURGU

L-Iskambju ta' Ittri tas-26 ta' Settembru 1975 u tal-5 ta' Awwissu 1976 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura ipprovduti taħt il-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

IRLANDA — OLANDA

L-Iskambju ta' Ittri tat-22 ta' April u tas-27 ta' Lulju 1987 rigward l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rinunzja tal-ispejjeż tal-ħlas lura rigward benefiċċji mogħtija bl-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

IRLANDA — SVEZJA

Il-Ftehim tat-8 ta' Novembru 2000 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura tal-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u mediċi

IRLANDA — RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tad-9 ta' Lulju 1975 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previst taħt it-termini tal-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

GREĊJA — OLANDA

L-Iskambju ta' Ittri tat-8 ta' Settembru 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 rigward il-metodi ta' ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet

SPANJA — PORTUGALL

(a)

L-Artikoli 42, 43 u 44 tal-Arranġament Amministrattiv tat-22 ta' Mejju 1970 (esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad). Din l-inserzjoni ser tibqa' valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(b)

Il-Ftehim tat-2 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta' talbiet reċiproċi għall-kura tas-saħħa bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata u aċċellerata r-riżoluzzjoni ta' dawn it-talbiet

SPANJA — RENJU UNIT

Il-Ftehim tat-18 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u 574/72

FRANZA — ĠERMANJA

Il-Ftehim tas-26 ta' Mejju 1981 li jimplimenta l-Artikolu 92 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ġbir u rkupru ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali)

FRANZA — SPANJA

Il-Ftehim tas-17 ta' Mejju 2005 dwar l-istabbiliment ta' arranġamenti speċifiċi għall-ġestjoni u l-ħlas ta' talbiet reċiproċi rigward il-benefiċċji għall-kura tas-saħħa konformement mar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

FRANZA — ITALJA

(a)

L-Iskambju ta' Ittri tal-14 ta' Mejju u tat-2 ta' Awissu 1991 rigward it-termini għas-soluzzjoni ta' talbiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

L-iskambju supplimentari ta' ittri tat-22 ta' Marzu u tal-15 ta' April 1994 rigward il-proċeduri għas-soluzzjoni ta' djun reċiproċi taħt it-termini tal-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

L-Iskambju ta' Ittri tat-2 ta' April 1997 u l-20 ta' Ottubru 1998 li jimmodifika l-Iskambju ta' Ittri msemmi taħt il-punt (a) u (b) rigward il-proċeduri għall-ħlas ta' djun reċiproċi taħt it-termini tal-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(d)

Il-Ftehim tat-28 ta' Ġunju 2000 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi mitluba permezz tal-Artikolu 51 tar-Regolament imsemmi hawn fuq

FRANZA — LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tat-2 ta' Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971, tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura tal-assigurazzjoni tal-mard jew maternità pprovduti lill-membri tal-familja ta' ħaddiem li mhumiex residenti fl-istess pajjiż bħall-ħaddiem

(b)

(ċ) Il-Ftehim tat-2 ta' Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971, tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura tal-assigurazzjoni tal-mard u l-maternità pprovduti lill-ħaddiema antiki tal-fruntieri, il-membri tal-familji tagħhom jew lis-sopravissuti tagħhom

(c)

Il-Ftehim tat-2 ta' Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi pprovdut għaliha fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972

(d)

L-iskambju t'ittri tas-17 ta' Lulju u l-20 ta' Settembru 1995 li jikkonċerna il-kondizzjonijiet dwar il-ftehim reċciproku fuq talbiet taħt l-Artikoli 93, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

FRANZA — OLANDA

(a)

Il-Ftehim tat-28 ta' April 1997 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi taħt l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tad-29 ta' Settembru 1998 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-iddeterminar tal-ammonti tal-ħlas lura tal-benefiċċji in natura taħt it-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72.

(c)

Il-Ftehim tat-3 ta' Frar 1999 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta' dejn reċiproku tal-benefiċċji tal-mard taħt it-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

FRANZA — PORTUGALL

Il-Ftehim tat-28 ta' April 1999 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta' dejn reċiproku tal-benefiċċji tal-mard permezz tat-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

FRANZA — RENJU UNIT

(a)

L-Iskambju ta' Ittri tal-25 ta' Marzu u tat-28 ta' April 1997 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

(b)

Il-Ftehim tat-8 ta' Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

ITALJA — ĠERMANJA

Il-Ftehim tat-3 ta' April 2000 dwar il-ġbir u l-irkupru ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

ITALJA — SPANJA

Il-Ftehim dwar proċedura ġdida għat-titjib u s-simplifikazzjoni tal-ħlas lura tal-ispejjeż għall-kura tas-saħħa tal-21 ta' Novembru 1997 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura għal benefiċċji, tal-mard u l-maternità in natura) u l-Artikoli 93, 94, 95, 100 u 102(5) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (proċeduri għar-rifużjoni u l-benefiċċji għall-assigurazzjoni għall-mard u l-maternità u talbiet tardivi)

ITALJA — OLANDA

Il-Ftehim tal-24 ta' Diċembru 1996/27 ta' Frar 1997 dwar l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament bażiku

ITALJA — RENJU UNIT

L-Arranġament iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Italja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Jannar 2005

LUSSEMBURGU — ITALJA

L-Artikolu 4(5) u (6) tal-Arranġament Amministrattiv tad-19 ta' Jannar 1955 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Konvenzjoni Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali (assigurazzjoni tal-mard għall-ħaddiema agrikoli)

LUSSEMBURGU — RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tat-18 ta' Diċembru 1975 u l-20 ta' Jannar 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzjar għall-ħlas lura tal-ispejjeż għall-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi msemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

UNGERIJA — RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fl-1 ta' Novembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt dak ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

MALTA — RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fis-17 ta' Jannar 2007 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta' Malta u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

OLANDA — BELĠJU

(a)

Il-Ftehim tal-21 ta' Marzu 1968 dwar il-ġbir u l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, flimkien mal-Arranġament Amministrattiv tal-25 ta' Novembru 1970 li jimplimenta dak il-Ftehim

(b)

Il-Ftehim tat-13 ta' Marzu 2006 dwar l-assigurazzjoni għall-kura tas-saħħa

(c)

Il-Ftehim tat-12 ta' Awissu 1982 dwar l-assigurazzjoni tal-mard, il-maternità u l-invalidità

OLANDA — ĠERMANJA

(a)

L-Artikoli 9 tal-Arranġamenti Amministrattivi tat-18 ta' April 2001 dwar il-Konvenzjoni tat-18 ta' April 2001 (ħlas ta' pensjonijiet)

(b)

Il-Ftehim tal-21 ta' Jannar 1969 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

OLANDA — SPANJA

Il-Ftehim tal-21 ta' Frar 2000 bejn l-Olanda u Spanja li jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' talbiet reċiproċi rigward il-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard u tal-maternità meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

OLANDA — LUSSEMBURGU

Il-Ftehim tal-1 ta' Novembru 1976 dwar ir-rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

OLANDA — PORTUGALL

Il-Ftehim tal-11 ta' Diċembru 1987 dwar il-ħlas lura ta' benefiċċji in natura fil-każ ta' mard u maternità

OLANDA — RENJU UNIT

(a)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta' Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta' Awwissu 1954

(b)

L-Iskambju ta' Ittri tal-25 ta' April u tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-Artikolu 36 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura jew rinunzja għall-ħlas lura ta' spejjeż għal benefiċċji in natura), kif emendat

AWSTRIJA — ĠERMANJA

It-Taqsima II, Numru 1, u t-Taqsima III tal-Ftehim tat-2 ta' Awwissu 1979 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni kontra l-qgħad tad-19 ta' Lulju 1978 għandhom jibqgħu japplikaw għal persuni li eżerċitaw attività bħala ħaddiem tal-fruntiera fi jew qabel l-1 ta' Jannar 2005 u sfaw mingħajr impjieg qabel l-1 ta' Jannar 2011

POLONJA — ĠERMANJA

Il-Ftehim tal-11 ta' Jannar 1977 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tad-9 ta' Ottubru 1975 dwar pensjonijiet tax-xjuħija u benefiċċji għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

PORTUGALL — RENJU UNIT

L-Arranġament tat-8 ta' Ġunju 2004 li jistabbilixxi metodi oħrajn ta' ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura pprovdut miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Jannar 2003

FINLANDJA — SVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta' Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta' rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament bażiku (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta' mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

FINLANDJA — RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tal-1 u l-20 ta' Ġunju 1995 li jikkonċerna l-Artikoli 36 (3) u 63 (3) tar- Regolament bażiku (KEE) Nru 1408/71 (il-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

SVEZJA — SPANJA

Il-Ftehim tal-1 ta' Diċembru 2004 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previsti taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

SVEZJA — LUSSEMBURGU

L-Arranġament tas-27 ta' Novembru 1996 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali

SVEZJA-RENJU UNIT

L-arranġament tal-15 ta' April 1997 li jikkonċerna l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura jew rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' rifużjonijiet tal-prezzijiet ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)


ANNESS II

SKEMI SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦAL IMPJEGATI TAĊ-ĊIVIL

(kif imsemmi l-Artikoli 31 u 41 tar-Regolament implimentattiv)

A.   Skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil li ma jkunux koperti mit-Titolu III, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji in natura

Ġermanja

Skemi speċjali ta' mard għal impjegati taċ-ċivil

B.   Skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil li mhumiex koperti mit-Titolu III, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19, paragrafu 1 tal-Artikolu 27 u l-Artikolu 35, dwar benefiċċji in natura

Spanja

Skema speċjali ta' sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil.

Skema speċjali ta' sigurtà soċjali għall-forzi armati.

Skema speċjali ta' sigurtà soċjali għall-uffiċjali tal-qrati u l-persunal amministrattiv.

C.   Skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil li ma jkunux koperti mit-Titolu III, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji in natura

Ġermanja

Skemi speċjali applikabbli għal impjegati taċ-ċivil.


ANNESS IV

STATI MEMBRI LI JITOLBU L-ĦLAS LURA TAL-ISPEJJEŻ TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA ABBAŻI TA' AMMONTI FISSI

(kif imsemmi l-Artikolu 63(1) tar-Regolament implimentattiv)

IRLANDA

SPANJA

ITALJA

MALTA

OLANDA

PORTUGALL

FINLANDJA

SVEZJA

RENJU UNIT


ANNESS IV

DETTALJI TAD-DATABASE IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 88(4) TAR-REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV

1.   Kontenut tad-database

Direttorju elettroniku (URL) tal-korpi kkonċernati għandu jindika:

(a)

l-ismijiet tal-korpi fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru kif ukoll bl-Ingliż

(b)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni u l-indirizzar elettroniku EESSI

(c)

il-funzjoni tagħhom rigward id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku (u l-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv

(d)

il-kompetenza tagħhom rigward ir-riskji differenti, it-tipi ta' benefiċċji, l-iskemi u l-kopertura ġeografika

(e)

liema parti tar-Regolament bażiku qed tiġi applikata mill-korpi

(f)

id-dettalji għall-kuntatt li ġejja: indirizz postali, telefon, telefaks, indirizz tal-psota elettronika u l-indirizz URL relevanti

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku jew ir-Regolament implimentattiv.

2.   Amministrazzjoni tad-database

(a)

Id-direttorju elettroniku hu ospitat minn EESSI fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea.

(b)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiġbru u jikkontrollaw l-informazzjoni meħtieġa ta' korpi u għall-preżentazzjoni f'waqtha lill-Kummissjoni Ewropea ta' kwalunkwe entrata jew bidla tal-entrati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

3.   Aċċess

L-informazzjoni użata għal finijiet operattivi u amministrattivi mhijiex aċċessibbli għall-pubbliku.

4.   Sigurtà

Il-modifiki kollha tad-database (daħħal, aġġorna, ħassar) għandhom ikunu llogjati. Qabel ma jingħataw aċċess għad-Direttorju għal finijiet li jkunu mmodifikati l-entrati, l-utenti għandhom ikunu identifikati u awtentikati. Qabel kwalunkwe tentattiv għal modifika ta' entrata, ser tkun kontrollata l-awtorizzazzjoni tal-utent biex iwettaq din l-azzjoni. Kwalunkwe azzjoni mhux awtorizzata għandha tiġi miċħuda u reġistrata.

5.   Reġim Lingwistiku

Ir-reġim lingwistiku ġenerali tad-database hu l-Ingliż. L-isem tal-korpi u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom għandhom jiddaħħlu wkoll fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru.


ANNESS V

L-ISTATI MEMBRI LI JIDDETERMINAW, FUQ BAŻI REĊIPROKA, L-AMMONT MASSIMU TA' ĦLAS LURA MSEMMI FIT-TIELET SENTENZA TAL-ARTIKOLU 65(6) TAR-REGOLAMENT BAŻIKU, ABBAŻI TAL-AMMONT MEDJU TAL-BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD PREVIST FIL-LEĠISLAZZJONI TAGĦHOM FIS-SENA KALENDARJA PREĊEDENTI (KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV)

BELĠJU

REPUBBLIKA ĊEKA

ĠERMANJA

AWSTRIJA

SLOVAKKJA

FINLANDJA


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fid-29 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (minn hawn 'il quddiem imsemmi r-“Regolament bażiku”) li hu maħsub biex jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2).

L-Artikolu 89 tar-Regolament bażiku jeħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, fil-31 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament lill-Kunsill. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat.

Filwaqt li aġixxa skont l-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 (3). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta' Ottubru 2006 (4).

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta emendata tagħha fil-15 ta' Ottubru 2008, li fiha hija aċċettat 159 mill-162 emenda adottati mill-Parlament Ewropew.

Skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fil-17 ta' Diċembru 2008.

II.   OBJETTIV

L-objettiv tal-proposta huwa li jitwettaq il-proċess ta' modernizzar tar-regoli attwalment applikabbli fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sistema tas-sigurtà soċjali billi jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u b'hekk jiġi sostitwit ir-Regolament implimentattiv attwali (Regolament (KEE) Nru 574/72). Hija għandha l-għan, b'mod partikolari, li tiddefinixxi għall-partijiet kollha involuti (persuni assikurati, min iħaddimhom skont kif ikun il-każ, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri) il-proċeduri biex jiġu implimentati fil-prattika r-regoli stabbiliti fir-Regolament bażiku. Il-proposta tfittex ukoll li ttejjeb il-proċeduri attwali billi tissimplifikahom u tiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-bosta partijiet interessati. Hija għandha l-għan ukoll li tippermetti kooperazzjoni mtejba bejn l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta' data elettronika bejn l-Istati Membri.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Osservazzjonijiet ġenerali:

a)   Proposta emendata tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew adotta 162 emenda għall-proposta tal-Kummissjoni. 160 minn dawn l-emendi ġew inkorporati fil-proposta emendata tal-Kummissjoni bi sħiħ, parzjalment jew wara li ġew ifformulati mill-ġdid (emendi Nri 1-25, 27-54 u 56-162). Żewġ emendi oħra ma kinux, madankollu, aċċettabbli għall-Kummissjoni (emendi Nru 26 u 55).

b)   Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill:

Il-Kunsill seta' jaċċetta 146 mill-162 emenda, kemm jekk inkorporati totalment kif ukoll jekk parzjalment fil-proposta ta' emenda tal-Kummissjoni, jiġifieri l-emendi Nri 2, 4, 5, 7, 8, 12-14, 17-25, 27-34, 36-47, 49-54, 56-71, 74-78, 80-88, 90-107, 109-132, 134-146, 147 (l-ewwel parti), 148 (l-ewwel parti), 149, u 152-162

Il-Kunsill aċċetta wkoll, soġġett għal abbozzar mill-ġdid, il-prinċipji li jissottolinjaw l-emendi:

Nru 3 (premessa ġdida 8a): waqt li jaqbel bis-sħiħ mas-sustanza tal-emenda, il-Kunsill qies li l-aħħar sentenza għandha tiġi fformulata mill-ġdid b'mod iżjed ġenerali, tul il-linji tal-aħħar sentenza fil-premessa Nru 10 tal-Pożizzjoni Komuni;

Nri 6 u 9 li jikkonċernaw id-definizzjonijiet ta' “punt ta' aċċess” u “messaġġ elettroniku standarizzat” fl-Aritkolu 1(2)(a) u (d): il-Kunsill qies li dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu riveduti abbażi tal-eżitu tal-ħidma tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti fil-kuntest tal-proġett SEISS (Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali) (Artikolu 1(2)(a)) fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 10 (Artikolu 2 paragrafu ġdid (-1)): il-Kunsill kien tal-fehma li din l-emenda għandha tiġi riformulata ftit mill-ġdid u li għandha tiġi introdotta referenza għall-anzjani flimkien mar-referenza għal nies b'diżabbiltà (Artikolu 2(1) tal-Pożizzjoni Komuni);

Nru 11 (Artikolu 2(1)): il-Kunsill ikkunsidra li hu meħtieġ li jintużaw it-termini “mingħajr dewmien” minflok “l-iskadenzi preskritti bil-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membri in kwistjoni” peress li dawk l-iskadenza jistgħu, f'ċerti każijiet, ikunu ftit twal jew, għall-kuntrarju, jistgħu ma jeżistux taħt il-leġislazzjoni nazzjonali. Din hija kwistjoni orizzontali li hija komuni għall-emendi kollha rigward l-iskadenzi (Artikolu 2(2) fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 15 (Artikolu 3(2)): il-Kunsill seta' jaċċetta biss l-ewwel paragrafu ta' din l-emenda peress li ħass li d-dispożizzjonijiet dettaljati ssuġġeriti mill-Parlament fil-partijiet l-oħra ta' din l-emenda jistgħu jinterferixxu mal-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri f'dan il-qasam, li huwa fi kwalunkwe każ diġà kopert bid-Direttiva 95/46/KE (Artikolu 3(2) fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 16 (Artikolu 3(3)): bħal fil-każ tal-emenda Nru 11, il-Kunsill kien mill-ġdid favur li jużaw it-termini “mingħajr dewmien” minflok ma jirreferi għal skadenzi nazzjonali, għall-istess raġunijiet kif indikati hawn fuq (Artikolu 3(3) tal-Pożizzjoni Komuni). L-istess kumment japplikaw wkoll fir-rigward tal-Artikoli 27(5), 49(1), 51(2) tal-proposta tal-Kummissjoni (Artkoli 27(5), 49(1) u 51(2) tal-Pożizzjoni Komuni);

Nru 26 (Artikolu 6(4)): waqt li jaqbel mas-sustanza tal-Artikolu, il-Kunsill kien tal-fehma li t-test għandu jiġi ċċarat iżjed, kif imniżżel fl-Artikolu 6(5) tal-Pożizzjoni Komuni;

Nru 48 (Artikolu 17(3)): waqt li jaqbel mas-sustanza tal-emenda, il-Kunsill kien tal-fehma li t-test għandu jiġi fformulat mill-ġdid u għandu jagħmel referenza għall-Istat Membru kkonċernat, bħal fl-Artikolu 16(3) tal-Pożizzjoni Komuni;

Nru 72 (Artikolu 26(2) l-aħħar paragrafu): il-Kunsill ikkunsidra li l-iskadenza ta' ħmistax-il jum kalendarju għal risposta għal talba għal awtorizzazzjoni ser ikun impossibbli li tintlaħaq. Huwa ħass li din l-iskadenza għandha tiġi stabbilita bil-leġislazzjoni nazzjonali (Artikolu 26(2) fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 73 (Artikolu 26(3)): il-Kunsill ikkunsidra li l-uniku għan ta' din id-dispożizzjoni huwa li tiġi stabbilita proċedura biex tiddetermina l-istituzzjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni meta persuna ma tkunx qed tirrisjedi fl-Istat Membru kompetenti. Hija ma tkoprix sitwazzjonijiet oħrajn fejn l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tiġi rifjutata, peress li dawk il-każijiet huma koperti b'mod ċar fir-Regolament bażiku (Artikolu 26(3)) tal-Pożizzjoni Komuni);

Nru 97 u 98 (Artikolu 43(1) u 43(3) paragrafu ġdid): waqt li huwa tal-fehma li dawn l-emendi huma aċċettabbli, il-Kunsill minkejja kollox qies li t-titolu tal-Artikolu għandu jinbidel biex jaqra “Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta' benefiċċji”.

Madankollu, il-Kunsill ma qishiex rakkomandabbli li jittieħdu l-emendi:

Nru 1 (it-tielet premessa, relatata mal-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u l-iskambju tagħha): il-Kunsill qies li din l-emenda, li hija relatata mill-qrib mal-emenda Nru 15 (ara hawn isfel), ma kenitx meħtieġa peress li din il-kwistjoni tkun indirizzata aħjar fl-Artikolu 3(2). Il-Kunsill kien għalhekk tal-fehma li t-test tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għandha tinżamm f'din il-premessa (premessa Nru 3 fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 35 (Artikolu 12 (paragrafu ġdid 6a): Il-Kunsill iddeċieda li jħassar din id-dispożizzjoni abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni Amministrattiva li qieset li ma kienx teknikament meħtieġ fid-dawl tal-assenza ta' kwalunkwe impatt negattiv possibbli fuq id-drittijiet tal-persuni;

Nru 55 (Artikolu 19(2)): din l-emenda tipprevedi li ċ-ċertifikat li jiddetermina l-leġislazzjoni applikabbli ser jindika l-pagi mħallsa minn min iħaddem. Il-Kunsill ikkondivida l-fehma tal-Kummissjoni li din l-emenda tmur oltre l-informazzjoni meħtieġa għal finijiet ta' sigurtà soċjali u għalhekk tmur lil hinn mill-objettivi tar-Regolament (Artikolu 19(2) fil-Pożizzjoni Komuni);

Nru 79 (Artikolu 26(6)): il-Kunsill kien tal-fehma li l-ispejjeż ta' vvjaġġar u soġġorn li huma inseparabbli mit-trattament tal-persuna assikurata għandhom jiġu assunti mill-istituzzjoni kompetenti sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali ta' din l-istituzzjoni hekk tipprevedi u sakemm tkun ingħatat awtorizzazzjoni. Flimkien ma' dan, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-aħħar parti tal-emenda li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar u soġġorn għal persuna li takkumpanja persuna b'diżabbiltà. Huwa qies li dan imur lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, peress li dan jirriżulta f'obbligu għall-Istati Membri sabiex jipprovdu benefiċċju soċjali fil-qasam tal-assikurazzjoni tal-mard (Artikolu 26(6)) fil-Pożizzjoni Komuni).

Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-ħtiġiet speċifiċi ta' persuni b'diżabbiltà ttieħdu f'kont peress li l-Kunsill aċċetta l-emenda Nru 10 (Artikolu 2 paragrafu ġdid (-1), ara hawn fuq) soġġett għal xi abbozzar mill-ġdid;

Numri 164, 165, 166 u 167 (Artikolu 66 — skadenzi għall-introduzzjoni u r-riżoluzzjoni ta' talbiet): il-Kunsill qies li hu meħtieġ li jiġu estiżi l-iskadenzi proposti mill-Kummissjoni għall-introduzzjoni u r-riżoluzzjoni ta' talbiet kif ukoll għar-riżoluzzjoni ta' tilwim (12-il xahar għall-introduzzjoni ta' talbiet, 18-il xahar għar-riżoluzzjoni ta' talbiet u 36 xahar għar-riżoluzzjoni ta' tilwim). Il-Kunsill ma setax jaċċetta għalhekk l-emendi Nru 164 sa 167 li għandhom l-għan li jżommu l-iskadenzi proposti mill-Kummissjoni, peress li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kienu tal-fehma li tali skadenzi setgħu jiġu introdotti biss fid-dawl tal-esperjenza u tal-progress teknoloġiku li jista' jħaffef l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet. F'dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-abbozz tar-Regolament diġà jipprevedi għal pagamenti parzjali u interess fuq pagamenti li jsiru tard bħala inċentivi biex iħaffu l-proċeduri.

Madankollu, b'kont meħud tal-importanza ta' din il-kwistjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill qabel li jintroduċi klawsola ta' reviżjoni speċifika fl-Artikolu 86(1) fil-Pożizzjoni Komuni li biha l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-regolament li jimplimenta ser jiġu riveduti mhux iżjed tard minn erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jimplimenta abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni Amministrattiva. L-għan ta' din ir-reviżjoni huwa li jitnaqqsu l-limiti ta' żmien b'mod sinifikanti.

Il-Kummissjoni aċċettat il-Pożizzjoni Komuni maqbula mill-Kunsill.

2.   Kummenti speċifiċi

Fir-rigward tal-Artikolu 2(4): il-Kunsill ħass li t-test tal-proposta tal-Kummissjoni, li l-Parlament jixtieq iżomm, għandu jiġi ċċarat iżjed u li għandha ssir referenza għall-korp ta' kollegament biss, peress li dan il-paragrafu jikkonċerna biss il-korpi involuti fl-iskambju tad-data u mhux il-mod kif tali data tiġi skambjata (Artikolu 2(4) tal-Pożizzjoni Komuni). Fl-istess spirtu, fir-rigward tal-emenda 108, il-Kunsill ikkunsidra li din l-emenda tkun aċċettabbli jekk it-termini “fil-kapaċità tiegħu bħala istituzzjoni ta' kuntatt” jiġu introdotti sabiex jippermettu lill-Istati Membri jorganizzaw s-sistemi ta' skambju ta' informazzjoni tagħhom (Artikolu 47(1) tal-Pożizzjoni Komuni). Hemm ukoll każijiet fejn l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet m'għandux ikun awtomatiku sabiex tiġi evitata burokrazija żejda. F'dan ir-rigward, l-emenda 89 tkun ukoll aċċettabbli jekk jiżdiedu t-termini “jekk meħtieġ” (Artikolu 27(9) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill kien tal-fehma li t-terminu “benefiċjarji” fit-titolu tal-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'“persuni kkonċernati” sabiex jiġi indikat b'mod iżjed ċar li din id-dispożizzjoni tapplika għal persuni koperti bir-Regolament bażiku u mhux għal benefiċjarji b'mod ġenerali. Flimkien ma' dan, il-Kunsill ħass li l-paragrafi 4-8 ta' dan l-Artikolu għandhom jitħassru. Huwa ħass ukoll li l-paragrafi 4-7 tal-proposta tal-Kummissjoni li jikkonċernaw rikonoxximent ta' rċevuta fil-każ tat-trasferiment transkonfinali ta' dokumenti, u l-effetti u r-rimedji legali tiegħu, interferixxew mal-kompetenza nazzjonali. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-paragrafu 8 dwar deċiżjonijiet mibgħuta b'mod elettroniku lill-persuna kkonċernata, inħass li din il-kwistjoni kienet relatata iżjed mal-Artikolu 4. Din id-dispożizzjoni ġiet għalhekk inkluża fl-Artikolu 4(3) fil-Pożizzjoni Komuni.

Fir-rigward tal-Artikolu 4(2), il-Kunsill qies li t-test tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, li l-Parlament jixtieq iżomm, mhuwiex kompatibbli mal-organizzazzjoni li ser idaħħlu fis-seħħ l-Istati Membri. Fil-fehma tal-Kunsill, din id-dispożizzjoni għandha tiġi fformulata mill-ġdid sabiex tgħid li t-trasmissjoni ta' data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' kollegament għandha titwettaq b'mezzi elettroniċi direttament jew indirettament permezz tal-punti ta' aċċess, peress li l-punti ta' aċċess iservu l-funzjonijiet ta' punti ta' kuntatt elettroniċi (Artikolu 4(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill kien tal-fehma li t-terminu “evidenza li tappoġġa” għandha tintuża fit-titolu tal-Artikolu 5, minflok it-terminu “dokumenti li jappoġġaw”, kif ukoll fit-test tal-Artikolu. Dan għandu x'jaqsam ma' evidenza li tappoġġa li hija l-bażi għal ħruġ ta' dokument u li mhix vinkolanti għall-istituzzjonijiet fi Stat Membru ieħor sakemm ma tiffurmax parti mis-sett ta' data inkluż f'dokument. Flimkien ma' dan, il-Kunsill qies li r-referenza fl-Artikolu għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' tassazzjoni għandha titħassar, peress li jew m'hemm l-ebda kompetenza Komunitarja jew il-kwistjoni hija ttrattata taħt strumenti oħra Komunitarji (Artikolu 5 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fir-rigward tal-Artikolu 5(3), waqt li jaqbel mas-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni li l-Parlament żamm, il-Kunsill minkejja kollox qies li t-test għandu jiġi fformulat mill-ġdid sabiex jipprevedi li l-istituzzjonijiet għandhom jippruvaw isolvu kwalunkwe tilwim għal almenu xahar qabel ma jkunu jistgħu jgħaddu l-kwistjoni lill-Kummissjoni Amministrattiva. Din il-kjarifika tidher meħtieġa sabiex tinkoraġġixxi Stati Membri jaqblu bilateralment, minflok ma t-tilwim jgħaddi awtomatikament quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva. Huwa wkoll importanti li tali talbiet isiru permezz tal-awtoritajiet kompetenti u mhux permezz ta' kull istituzzjoni individwali (Artikolu 5(4) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill kien tal-fehma li għandu jiġi speċifikat fl-Artikolu 6(2) li l-benefiċċji huma fi flus kontanti jew in natura. It-titolu tal-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif xieraq sabiex it-terminu “awtorizzazzjoni” jiġi wżat flok “pagament” (Artikolu 6 fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill kien tal-opinjoni li t-titolu tal-Artikolu 7 għandu jiġi riformulat biex jispeċifika li dan l-Artikolu jirrelata mal-kalkolu proviżorju tal-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet. Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu, it-terminu “jew dokumenti” għandu jinżied biex jippermetti l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu finali tal-kontribuzzjonijiet jew il-benefiċċji jiġu nklużi wkoll fid-dokumenti (Artikolu 7 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fir-rigward tal-Artikolu 8(1), il-Kunsill jista' jaċċetta li tinżamm il-proposta tal-Kummissjoni soġġetta għall-korrezzjoni tar-referenza tal-Artikolu 8, li għandu jkun l-Artikolu 8(1) (Artikolu 8(1) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 9, għandha ssir referenza għal “awtoritajiet u istituzzjonijiet” għax dan l-Artikolu ma jittrattax biss mal-istituzzjonijiet (Artikolu 9 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 10, il-Kunsill ikkunsidra li, ladarba l-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku fihom dispożizzjonijiet speċjali dwar is-sovrapożizzjoni tal-benefiċċji ma' benefiċċji oħra jew dħul li m'għandux jintmess b'din id-dispożizzjoni dwar is-sovrapożizzjoni tal-benefiċċji, għandhom jiżdiedu t-termini “minkejja dispożizzjonijiet oħra fir-Regolament bażiku” (Artikolu 10 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 11, il-Kunsill kien tal-fehma li l-punti (c), (d) u (e) għandhom jitħassru minħabba l-ħtieġa ta' abbozzar mill-ġdid tal-paragrafu 1 (Artikolu 11 tal-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 12(5), il-Kunsill kien tal-fehma li t-terminu “il-persuna assigurata” għandu jiġi sostitwit bil-“persuna kkonċernata” (biex tiġi żgurata konsistenza mal-Artikolu 12(1)), peress li l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku mhuwiex limitat għall-persuni assigurati. Dan it-terminu, barra minn hekk, mhuwiex użat fil-kapitoli kollha tar-Regolament bażiku (per eżempju fil-kapitolu dwar il-pensjonijiet fejn it-terminu użat huwa “persuni”) (Artikolu 12(5) fil-Pożizzjoni Komuni).

L-Artikolu 13 tal-proposta (Artikolu 13 fil-Pożizzjoni Komuni) jikkonċerna l-konverżjoni tal-perijodi espressi f'unitajiet differenti għall-iskopijiet ta' aggregazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq l-assunzjoni li l-konverżjonijiet għall-perijodi li huma bbażati fuq ġimgħa ta' 5 ijiem huma meħtieġa. Id-diskussjoni fil-Kunsill uriet li dan ma kienx biżżejjed għax l-Istati Membri għadhom jikkaluklaw (tal-inqas għal xi skemi) abbażi ta' ġimgħa ta' 6 jew 7 ijiem (eż. fil-każ tal-persuni li jaħdmu għal rashom). F'din is-sitwazzjoni, kien hemm l-għażla li jew tittieħed l-iskema eżistenti tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 jew li tinbena dispożizzjoni ġdida. Waqt li ttieħed kont li d-dispożizzjoni ta' konverżjoni eżistenti mhix ċara, ġie deċiż li tiġi stabbilita dispożizzjoni ġdida li titrata l-problemi kollha li ġew iffaċċjati taħt l-iskema eżistenti.

L-objettiv kien li tiġi stabbilita sistema ġdida għall-konverżjoni ta' perijodu li japplikaw b'mod sistematiku sabiex jiġi żgurat li l-konverżjoni tal-perijodi qatt ma' jinvolvu xi telf ta' perijodi ta' assigurazzjoni.

Fir-rigward tal-Artikolu 14(2) tal-proposta, li jikkonċerna ċ-ċentru ta' interess li jiddetermina l-kompetenza tal-Istat Membru rilevanti fil-każ ta' dawk li jaħdmu għal rashom taħt l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill jikkunsidra li huwa meħtieġ li jiżdied in-numru tas-servizzi offruti (kif diġà imniżżel fl-Artikolu 12a(5)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) u li titħassar ir-referenza għall-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata hija responsabbli li tħallas it-taxxi, għax hu jikkunsidra li l-kwistjonijiet ta' tassazzjoni imorru lil'hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sistema tas-sigurtà soċjali (Artikolu 14(8) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 14(10), il-Kunsill kien tal-opinjoni li t-termini “pajjiż terz” għandhom jintużaw minflok it-termini “territorju barra mill-Unjoni” biex jiġu koperti wkoll is-sitwazzjonijiet f'rabta mal-Ispazju Ekonomiku Ewropew u l-Isvizzera (l-Artikolu 14(11) fil-Pożizzjoni Komuni).

L-Artikolu 17 jikkonċerna l-persuni li normalment jeżerċitaw attivitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed. Skont l-Artikolu 17(1) fil-proposta tal-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu informati u l-leġislazzjoni applikabbli għandha tiġi ddeterminata bi ftehim komuni. Il-Kunsill jikkunsidra li huma meħtieġa proċeduri aktar li jgħaġġlu aktar u li d-deċiżjoni għandha tittieħed mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' residenza. Barra minn hekk, il-paragrafu 1 fil-proposta tal-Kummissjoni jiddupplika wkoll it-tieni paragrafu, kif imniżżel fl-Emenda 47. Din l-emenda, min-naħa tagħha, tkun aċċettabbli għall-Kunsill jekk l-Artikolu 16(1) fil-Pożizzjoni Komuni tiġi aċċettata mill-Parlament. L-Emenda 48 hija aċċettabbli wkoll, soġġett għal xi abbozzar mill-ġdid (Artikolu 16(3) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fir-rigward tal-Artikolu 20(2) dwar id-dispożizzjoni ta' informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli mill-istituzzjoni kompetenti, il-Kunsill għażel li juża l-istess kunċett bħal taħt l-Aritkolu 15 biex jagħmilha ċara li m'hemm l-ebda obbligu awtomatiku li fil-każijiet kollha tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-istituzzjoni li qabel kienet kompetenti, iżda li l-informazzjoni għandha biss issir disponibbli (Artikolu 20(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 22, il-Kunsill ikkunsidra li t-tieni paragrafu għandu jitħassar u jiġi sostitwit bi premessa ġenerali ġdida (premessa Nru 16 fil-Pożizzjoni Komuni). B'mod simili, il-Kunsill ħass li t-tielet paragrafu ma kienx meħtieġ għax l-Artikolu 9 diġà jipprovdi għall-possibbiltà ta' qbil dwar proċeduri oħra (Artikolu 22 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fil-fehma tal-Kunsill, fl-Artikolu 23 m'għandha ssir l-ebda referenza għall-Artikolu 27 (Artikolu 23 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 24(1), il-Kunsill kien tal-fehma li għandu jiġi ċċarat li d-dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti għandu jinħareġ fuq talba tal-persuna assigurata jew l-istituzzjoni tal-post ta' residenza, u li jista wkoll jiġi kkanċellat mill-istituzzjoni kompetenti jekk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux sodisfatti (Artikolu 24(1) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill ikkunsidra li fl-Artikolu 25 għandu jiżdied paragrafu ġdid biex tiġi ċċarata d-dispożizzjoni proposta mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 6 subparagrafu 3 (Artikolu 25(7) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill kien tal-fehma li għandhom isiru diversi tibdiliet fit-test tal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 27 (Artikolu 27 fil-Pożizzjoni Komuni).

it-test fl-Artikolu 27(5) għandu jiġi riformulat biex jiġi ċċarat li l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara għandha twettaq kwalunkwe kontrolli amministrattivi jew eżamijiet mediċi fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti biss. It-termini “mingħajr dewmien” għandhom jintużaw;

fil-paragrafu 8, il-Kunsill ikkunsidra li t-test tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi ċċarat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sejbiet mediċi tat-tabib li jeżamina jew tal-istituzzjoni u billi jispeċifika li ċ-ċertifikat ta' inkapaċità għax-xogħol għandu jkollu l-istess valur legali bħal ċertifikat imfassal fl-Istat Membru kompetenti;

fil-paragrafu 9, il-Kunsill ħass li, fil-każ li jiġu rifjutati l-benefiċċji fi flus, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza m'għandiex neċessarjament tiġi notifikata. It-termini “fejn xieraq” għalhekk għandhom jinżiedu.

Fl-Artikolu 28 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jifhem li l-intenzjoni tal-Parlament, fir-rigward tal-emenda 91 li hija aċċettabbli b'mod sħiħ għall-Kunsill, hija li dan l-Artikolu jkun limitat għall-ewwel paragrafu biss, bħal fl-Artikolu 29 tal-Pożizzjoni Komuni.

L-Artikolu 31(1) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni jikkonċerna dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-eżenzjonijiet minn assigurazzjoni li huma meħtieġa għal xi Stati Membri u jimmira biex jiġi protett il-bilanċ bejn l-Istati Membri.

Id-dispożizzjonijiet maqbula mill-Kunsill fl-Artikoli 33 sa 42 tal-Pożizzjoni Komuni (Titolu III, Kapitolu II, Benefiċċji għal inċidenti fil-post tax-xogħol jew mard ikkawżat mix-xogħol jew għotjiet għal mewt) huma meħudin fil-biċċa l-kbira mid-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 40), għax il-Kunsill ikkunsidra importanti li jinżammu dawn id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħaddiem. L-Artikolu 33 tal-proposta tal-Kummissjoni (li tnaqqas sa ċertu livell il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni fil-każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard ikkawżat mix-xogħol) tħassar u l-kontenut tiegħu ġie inkorporat fl-Artikolu 36 tar-Regolament bażiku. L-Artikoli 35, 36, 37, 38, 39 u 42 tal-proposta tal-Kummissjoni ġew iċċarati fil-Pożizzjoni Komuni (Artikoli 35, 36, 37, 38, 39 u 42 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 43, il-Kunsill kien tal-opinjoni li t-titolu għandu jiġi ċċarat biex jindika li dan l-Artikolu jipprevedi dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċji (Artikolu 43 fil-Pożizzjoni Komuni). L-istess għandu japplika għall-Artikolu 47 fejn fit-titolu għandu jinżied it-terminu “ikkonċernat” (Artikolu 47 fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 45(3) tal-proposta tal-Kummissjoni, ir-referenza għall-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament bażiku għandha tiġi korretta biex taqra Artikolu 47(1)(a) (Artikolu 54(3) fil-Pożizzjoni Komuni) u l-Artikolu 45(6) għandu jiġi riformulat biex jiġi ċċarat li, meta l-pretendent jittraskura intenzjonalment li jipprovdi informazzjoni dwar l-impjieg tiegħu/tagħha jew ir-residenza fi Stat Membru u hu/hi aktar tard jissottometti talba għal pensjoni f'dak l-Istat Membru, it-talba għandha tiġi kkunsidrata bħala talba ġdida (Artikolu 45(6) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 49(1), il-Kunsill ikkunsidra li t-test għandu jiġi riformulat biex jindika b'mod ċar liema istituzzjoni, f'kull każ, għandha tieħu d-deċiżjoni. Barra minn hekk, fil-proposta tal-Kummissjoni minflok it-terminu “immedjatament” għandhom jintużaw it-termini “mingħajr dewmien” (Artikolu 49(1) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 50(2), il-Kunsill kien tal-fehma li d-dispożizzjoni dwar il-pagament proviżorju tal-benefiċċju jew il-pagament avvanzat tal-benefiċċju għandha tiġi ċċarata. Pagament huwa kkunsidrat proviżorju jekk ikun qed isir il-proċess ta' investigazzjoni tat-talba u l-eżitu tagħha jista' jaffettwa l-ammont tal-benefiċċju li għandu jingħata. Pagament avvanzat jitħallas mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata ser ikollha dritt għal pensjoni pro-rata (Artikolu 50(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Waqt li jaqbel mas-sustanza tal-Artikolu 51(2) tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ħass li għandhom isiru xi emendi u, b'mod partikolari, li t-terminu “immedjatament” għandu jiġi sostitwit b' “mingħajr dewmien” (Artikolu 51(2) fil-Pożizzjoni Komuni). L-istess jgħodd għall-Artikolu 54(1) (Artikolu 1(54)(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 55 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ikkunsidra li l-formulazzjoni fit-tieni paragrafu għandha tiġi ċċarata. Fil-ħames paragrafu, il-Kunsill kien tal-fehma li fil-bidu tat-tieni sentenza għandhom jiżdiedu t-termini “fejn meħtieġ”. Fis-sitt paragrafu, il-Kunsill kien tal-fehma li t-test għandu jsir aktar flessibbli billi tiġi pprovduta l-possibbiltà ta' ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar li jistabbilixxu miżuri oħra għall-iffaċilitar tat-tiftix tax-xogħol. Barra minn hekk, għandu jiġi miżjud li, jekk l-awtoritajiet kompetenti, jew l-istituzzjonijiet, ta' żewġ Stati Membri jew aktar jeħtieġu proċeduri speċifiċi oħra u/jew limiti ta' żmien, dawn jistgħu jaqblu li jagħmlu dan bejniethom (Artikolu 55 tal-Pożizzjoni Komuni).

Waqt li tinżamm is-sustanza tal-Artikolu 56(1) tal-proposta, il-Kunsill ikkunsidra li kienu meħtieġa xi emendi biex jiġi pprovat li l-istituzzjoni kompetenti tal-post ta' residenza, li ser tagħti l-benefiċċji, għandha r-rwol prinċipali. B'hekk, meta l-persuna qiegħdha tiddeċiedi li tagħmel lilha nfisha disponibbli wkoll għas-servizzi ta' impjiegi tal-Istat Membru fejn tkun wettqet l-aħħar attività professjonali tagħha billi tirreġistra hemmek bħala persuna li qed tfittex impjieg, din għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza (Artikolu 56(1) fil-Pożizzjoni Komuni).

Il-Kunsill qies li huwa meħtieġ li jiġi introdott Artikolu 57 ġdid fil-Pożizzjoni Komuni li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 61, 62, 64 u 65 tar-Regolament bażiku dwar persuni koperti minn skema speċjali għall-ħaddiema ċivili.

Fir-rigward tal-Artikolu 59(5) tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ħass li din id-dispożizzjoni għandha ssir aktar flessibbli billi t-terminu “għandu” jiġi sostitwit b' “jista'” (Artikolu 60(5) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fit-titolu tat-Titolu IV, Kapitolu I, għandha ssir referenza għall-Artikolu 35 kollu kemm hu.

Fl-Artikoli 61(1) u (3) kif ukoll fl-Artikolu 62(3), il-Kunsill kien tal-fehma li t-test għandu jiġi ċċarat (Artikoli 62(1) u (2) fil-Pożizzjoni Komuni u 63(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fl-Artikolu 64(2) tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ikkunsidra meħtieġ li jiġi speċifikat li l-ispejjeż medji annwali għandhom jiġu ddeterminati skont il-paragrafu ta' qabel (Artikolu 65(2) fil-Pożizzjoni Komuni).

Fir-rigward it-Titolu IV, Kapitolu III, waqt li ttieħdu l-prinċipji prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill introduċa tibdiliet (kif imniżżla fl-Artikoli 71 sa 86 tal-Pożizzjoni Komuni) biex jittieħed f'kont, fuq naħa waħda, id-dispożizzjonijiet eżistenti (b'mod partikolari l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 574/72) u, fuq in-naħa l-oħra, l-ispeċifiċitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali li jagħmluha meħtieġ li ssir devjazzjoni mit-test propost mill-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq it-test ta' Direttiva dwar it-tassazzjoni.

Fl-aħħarnett, fir-rigward tat-Titolu V tal-proposta tal-Kummissjoni (“Dispożizzjonijiet varji, transitorji u finali”), l-għan tal-Kunsill kien li tiġi ffaċilitata l-bidla mil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti għal dik ġdida waqt li tiġi żgurata ċertezza legali (per eżempju fir-rigward ta' ftehim bilaterali konklużi fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 jew, fil-każ ta' benefiċċji tal-pensjoni li ngħataw taħt ir-Regolament eżistenti, il-bidla minn-din il-leġislazzjoni għal dik ġdida), waqt li jittieħed kont tal-ostakli fir-rigward tal-loġistika fejn jidħlu l-iskambji elettroniċi, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni.

It-tibdil prinċipali introdott fil-Pożizzjoni Komuni fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li ġej:

Fir-rigward tal-Artikolu 85 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ikkunsidra meħtieġ li jiżdiedu aktar kjarifiki fil-paragrafi 1 sa 3 dwar il-kwalità tal-informazzjoni provduta (Artikolu 89(1) u (3) fil-Pożizzjoni Komuni);

Rigward l-Artikolu 88 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ikkunsidra meħtieġ li fl-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku jiżdied paragrafu 3 ġdid. L-għan huwa li tiġi żgurata ċertezza legali fir-rigward tal-ftehimiet konklużi mill-Istati Membri fil-qafas tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u 574/71;

Barra minn hekk, fil-Pożizzjoni Komuni ġie introdott Artikolu 87(4) ġdid dwar l-istat tad-dipendenza bil-ħsieb li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-grad ta' dipendenza;

Fir-rigward tal-Artikolu 89 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ħass li l-Artikolu 87(8) tar-Regolament bażiku għandu jiġi emendat (dok. 14518/08 ADD 1 REV 1);

L-Artikolu 88(2) sa (5) tal-Pożizzjoni Komuni fih xi speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-Anness IV;

Fir-rigward tal-Artikolu 91 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill laħaq ftehim unanimu dwar dispożizzjoni (Artikolu 98 tal-Pożizzjoni Komuni) li jiddikjara li r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-perijodu ta' sitt xhur mid-data ta' pubblikazjoni tar-Regalament, fi kwalunkwe każ, mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2010 (Artikolu 97 fil-Pożizzjoni Komuni);

Aktar minn hekk, il-Kunsill fil-Pożizzjoni Komuni introduċa Artikolu 94 ġdid fir-rigward ta' dispożizzjonijiet transitorji dwar il-pensjonijiet, fejn ġie segwit il-mudell tal-Artikolu 118 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, għax dawn id-dispożizzjonijiet huma ta' rilevanza partikolari għall-Istati Membri l-ġodda;

Il-Kunsill ikkunsidra li huwa meħtieġ li fil-Pożizzjoni Komuni jiżdied Artikolu 95 ġdid fir-rigward tal-perijodu transitorju għall-iskambji ta' data elettronika sabiex jiġi speċifikat li l-perijodu transitorji għall-iskambju ta' data b'mezzi elettroniċi m'għandux jaqbeż 24 xahar mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament.

Barra minn hekk, il-Pożizzjoni Komuni fiha ħames Annessi dwar il-ftehimiet bilaterali (Anness I), skemi speċjali għall-ħaddiema ċivili (Anness II), lista tal-Istati Membri li jitolbu r-rimborż tal-ispiża tal-benefiċċji in natura abbażi ta' ammonti fissi (Anness III), dettalji dwar id-database msemmi fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (Anness IV) u l-lista tal-Istati Membri li tiddetermina, fuq bażi reċiproka, l-ammont massimu ta' rimborż imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku (Anness V).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jilqa' l-ispirtu ta' kooperazzjoni li pprevala fil-Parlament Ewropew waqt l-ewwel qari ta' din il-parti prinċipali ta' abbozz ta' leġislazzjoni u li diġà ppermetta liż-żewġ istituzzjonijiet inaqqsu fil-parti l-kbira l-ambitu ta' nuqqas ta' ftehim potenzjali.

Huwa jikkunsidra li l-Pożizzjoni Komuni tiegħu tmur ħafna fid-direzzjoni tat-tħassib espress mill-Parlament li r-riforma tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għandha tiżgura li r-regoli l-ġodda ser itejbu u jissimplifikaw il-proċeduri kemm għal min iħaddem (b'mod partikolari l-SMEs), u l-persuni assigurati (kemm l-impjegati u kif ukoll il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom), kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE b'mod ġenerali, fuq naħa waħda, u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq in-naħa l-oħra.

Huwa jistenna b'interess li jsegwi din id-diskussjoni kostruttiva mal-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim finali malajr kemm jista' jkun, bil-ħsieb tal-interess prevalenti tad-dħul fis-seħħ bikri tar-regoli l-ġodda dwar il-modernizzar u s-simplifikar tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali.


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 (ĠU L 392 tat-30.12.2006, p. 1).

(3)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU C 324, 30.12.2006, p. 59.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 38/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.