ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 018/01 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
2009/C 018/02 |
||
2009/C 018/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kunsill |
|
2009/C 018/04 |
||
2009/C 018/05 |
||
|
Kummissjoni |
|
2009/C 018/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2009/C 018/07 |
||
2009/C 018/08 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 018/09 |
||
2009/C 018/10 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 018/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5313 — Serendipity Investment/Eurosport/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2009/C 018/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5463 — Hitachi/Hitachi Koki) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
||
2009/C 018/13 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/1 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 18/01)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
5.11.2008 |
||||
Għajnuna Nru |
N 237/08 |
||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
Reġjun |
Niedersachsen |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Broadband support in Niedersachsen |
||||
Il-bażi legali |
Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen zur Förderung breitbandiger elektronischer Kommunikation (Breitbandförderung Niedersachsen) Haushaltsgesetze des Landes Niedersachsen Landeshaushaltsordnung (LHO); Verwaltungsvorschriften zu § 44 LHO Allgemeine Nebenbestimmungen zu § 44 LHO Operationelles EFRE-Programm „Regionale Wettbewerbsfähigkeit und Beschäftigung“ 2007-2013 des Landes Niedersachsen |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Żvilupp settorjali |
||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 16,4 miljun |
||||
L-intensità |
— |
||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2015 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
10.12.2008 |
||||
Għajnuna Nru |
N 508/08 |
||||
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||
Reġjun |
Northern Ireland |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Provision of Remote Broadband Services in Northern Ireland |
||||
Il-bażi legali |
Communications Act 2003, Chapter 29 Section 149, Grants by Department of Enterprise Trade and Investment |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-Estimi |
Baġit globali: GBP 1,1 miljun |
||||
L-intensità |
— |
||||
It-tul ta' żmien |
31.1.2009-31.3.2012 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm
Bank Ċentrali Ewropew
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/3 |
FTEHIM
tal-31 ta' Diċembru 2008
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2009/C 18/02)
IN-NÁRODNÁ BANKA SLOVENSKA U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta' Diċembru 2008, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li n-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 443 086 155,98. |
(2) |
Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, il-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tan-Národná banka Slovenska ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tan-Národná banka Slovenska għall-ammont ta' EUR 399 443 637,59, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tan-Národná banka Slovenska fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema. |
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta: (i) mill-applikazzjoni għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ; u (ii) mill-effett fuq il-klejms skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustamenti ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004 u l-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Minħabba d-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li l-klejm tan-Národná banka Slovenska tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, fil-każ li l-klejm tan-Národná banka Slovenska hija akbar mill-ammont ta' EUR 399 443 637,59. |
(5) |
Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 (minn issa 'l quddiem “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 399 443 637,59. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 huwa anqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u EUR 339 443 637,59, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 339 443 637,59: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lin-Národná banka Slovenska ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2009. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska huwa anqas minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 339 443 637,59 u n-Národná banka Slovenska għandu jħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas min-Národná banka Slovenska skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2009, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u n- għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2008.
Għal Národná banka Slovenska
Ivan ŠRAMKO
Gvernatur
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Jean-Claude TRICHET
President
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 18/03)
Fis-16 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5435. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kunsill
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/6 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet futuri għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV)
(2009/C 18/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
KONXJI li:
1. |
Fit-12 ta' Novembru 2002, il-Kunsill approva Riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni ta' kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (1). Sussegwentement din serviet bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni adottata mill-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) tal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi membri tal-EFTA/ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, kif ukoll il-Kummissjoni u s-sħab soċjali Ewropej fil-laqgħa tagħhom f'Kopenħagen fid-29 u t-30 ta' Novembru 2002, bħala l-istrateġija għat-titjib tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-attrattività tal-ETV, imsemmija ta' spiss bħala “l-proċess ta' Kopenħagen”. |
2. |
L-ewwel reviżjoni tal-proċess li saret f'Maastricht fl-14 ta' Diċembru 2004 (2) nnotat b'mod partikolari li sar progress fl-iżvilupp ta' numru ta' għodod komuni u prinċipji, u rabtet il-proċess b'mod qawwi mal-Istrateġija ta' Lisbona u l-programm ta' ħidma 'Edukazzjoni u Taħriġ'. It-tieni reviżjoni mwettqa f'Ħelsinki fil-5 ta' Diċembru 2006 (3) enfasizzat il-ħtieġa li jinżamm impetu u li tiġi żgurata implimentazzjoni kontinwa tal-prinċipji u l-istrumenti adottati. |
3. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4) tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-provvediment ta' kompetenzi ewlenin għal kulħadd bħala parti tal-istrateġiji tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja, sabiex joffru liż-żgħażagħ kollha l-mezzi biex jiżviluppaw dawn il-kompetenzi f'livell li jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal aktar tagħlim u għall-ħajja tax-xogħol. |
4. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta' indikaturi u punti ta' referenza għas-segwitu tal-progress miksub lejn l-objettivi ta' Lisbona fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ (5) jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li titkompla tittejjeb il-kwalità tad-data prodotta mis-Sistema ta' Statistika Ewropea |
5. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda (6) tissottolinja l-urġenza tal-antiċipazzjoni ta' kompetenzi futuri meħtieġa għat-tħejjija ta' ħaddiema għal impjiegi ġodda f'soċjetà ta' għarfien, billi jiġu implimentati miżuri mmirati li jlaħħqu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi mal-ħtiġiet tal-ekonomija u jirrimedjaw nuqqasijiet possibbli. |
6. |
Ir-Rapport ta' Progress Konġunt 2008 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010” (7) jenfasizza li hi meħtieġa aktar ħidma biex titjieb il-kwalità u l-attrattività tal-ETV, u li l-ħidma fuq il-qafas strateġiku aġġornat għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tibda. |
7. |
Il-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 (8) stipula l-prijoritajiet għall-2008-2010 u enfasizza l-fatt li “investiment akbar u aktar effettiv fil-kapital uman u fil-kreattività matul il-ħajja kollha tan-nies huma kondizzjonijiet kruċjali għas-suċċess tal-Ewropa f'dinja globalizzata”. B'rispons għaż-żieda fin-nuqqas ta' ħiliet f'numru ta' setturi, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġiet tal-ħiliet futuri fl-Ewropa sal-2020, b'kont meħud tal-impatti tal-bidla teknoloġika u l-popolazzjonijiet li qed jixjieħu. |
8. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew ta' Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (9) tippromwovi l-mobbiltà u t-tagħlim tul il-ħajja billi tiffaċilita r-rikonoxximent ta' tagħlim miksub minn sistema ta' taħriġ għal oħra u minn pajjiż għal ieħor. |
9. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (10), jappellaw għall-promozzjoni ta' sinerġija akbar bejn l-għarfien u l-kompetenzi fuq naħa, u l-kreattività u l-kapaċità għall-innovazzjoni fuq naħa oħra, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. B'żieda ma' dan, il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-2009 (11) għandha l-għan li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jippromwovu l-kreattività, permezz tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, bħala mutur għall-innovazzjoni u bħala fattur ewlieni għall-iżvilupp tal-kompetenzi personali, professjonali, intraprenditorjali u soċjali. |
10. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti (12) jirrikonoxxu r-rwol ċentrali li tagħlim bħal dan jista' jkollu biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija ta' Lisbona, u b'mod partikolari biex ikun possibbli l-adattament tekniku tal-ħaddiema u jiġu ttrattati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħaddiema avvanzati fl-età u tal-migranti. |
JISSOTTOLINJAW li:
1. |
L-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) hija parti essenzjali mit-tagħlim tul il-ħajja li tkopri l-livelli rilevanti ta' kwalifika u li għandha tkun marbuta mill-qrib mal-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja. Fil-qalba tal-politika dwar l-impjiegi u l-politika soċjali, l-ETV mhux biss tippromwovi l-kompetittività, il-prestazzjoni kummerċjali u l-innovazzjoni fil-kuntest ta' ekonomija globalizzata, imma anke l-ekwità, il-koeżjoni, l-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva. |
2. |
Biex tippermetti l-possibbiltà ta' toroq tal-karriera flessibbli li jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tul ħajjithom, għandhom isiru sforzi biex jorbtu iżjed mill-qrib il-forom u l-kuntesti kollha tat-tagħlim. |
3. |
It-titjib tal-kreattività u l-innovazzjoni huwa partikolarment importanti għall-ETV. Biex jintlaħaq dan, għandu jiġi promoss b'mod atttiv l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja. |
4. |
Sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, skemi ta' alternanza — li jgħaqqdu t-tagħlim fl-istituzzjonijiet edukattivi u fil-postijiet tax-xogħol — għandhom jiġu mħeġġa, u għandu jiġi żviluppat taħriġ għall-adulti f'intrapriżi u fi stabbilimenti ta' edukazzjoni għolja. |
5. |
L-antiċipazzjoni ta' ħiliet meħtieġa, lakuni u nuqqasijiet — b'żieda mal-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ġodda u emerġenti tax-xogħol fil-livell Ewropew u nazzjonali — huma kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' linji politiċi tal-ETV li jirrispondu għall-ħtiġiet ta' individwi, soċjetà u l-ekonomija. |
6. |
Servizzi ta' informazzjoni, gwida u pariri għandhom jiffurmaw sistema koerenti li tippermetti lil ċittadini Ewropej iġestixxu t-toroq ta' tagħlim u karriera tagħhom u biex ilaħħqu mat-transizzjoni matul ħajjithom. |
7. |
B'rispons għad-domanda għal kwalifiki f'livell għoli, għandu jiġi żviluppat iżjed ir-rwol tal-edukazzjoni għolja fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u fit-titjib imkabbar tal-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol. |
8. |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà ta' ħaddiema, apprendisti u min jgħallem minn sistema għal oħra, u minn pajjiż għal ieħor, teħtieġ l-implimentazzjoni tal-għodod komuni Ewropej għat-trasparenza u r-rikonoxximent ta' kwalifiki, bħall-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifki (QEK), is-Sistema Ewropea għat-Trasferiment ta' Kreditu (ECTS) u s-Sistema Ewropea ta' Kreditu futura għall-ETV (ECVET). |
9. |
L-implimentazzjoni tal-għodod komuni Ewropej tinkludi l-użu ta' mekkaniżmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u r-realizzazzjoni tal-Qafas ta' Referenza Ewropea futur għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (EQARF), li huma kruċjali għall-istabbiliment ta' fiduċja reċiproka waqt li jiġu promossi l-modernizzazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ. |
JAGĦRFU li:
Il-proċess ta' Kopenħagen iddefinixxa prijoritajiet ambizzjużi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali. Huwa wassal għal bidliet sinifikanti fil-politika nazzjonali u għall-ħolqien ta' għodod maġġuri għat-trasparenza u r-rikonoxximent tal-għarfien, ħiliet u kompetenzi, kif ukoll għall-kwalità tas-sistemi.
Fil-livell Ewropew, metodi ta' ħidma aġġornati qajmu l-kuxjenza ta' dawk involuti u ħeġġewhom jagħmlu użu mill-għodod disponibbli.
B'mod partikolari l-QKE huwa fattur maġġuri fil-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-istabbiliment ta' sistemi u oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali abbażi ta' tagħlim miksub, u b'hekk fl-immodernizzar u t-titjib tal-istatus tal-ETV.
Apparti dan, il-proċess ta' Kopenħagen ikkontribwixxa biex jiżdied ir-rwol tal-ETV fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' Lisbona fir-rigward tat-tliet dimensjonijiet tagħha: il-kompetittività, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant, huwa jeħtieġ jieħu kont tal-prijoritajiet tal-qafas strateġiku futur ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ li fih huwa integrat bis-sħiħ.
F'dan il-kuntenst, l-ETV għandu jżomm il-karattru speċifiku tiegħu. Hija responsabbiltà kondiviża li tinvolvi mill-qrib l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet settorjali fl-istadji kollha tal-proċess — prekondizzjoni meħtieġa għall-kwalità u l-effiċjenza tal-ETV.
JENFASIZZAW li:
1. |
Għandu jiġi adottat approċċ li jippermetti l-implimentazzjoni ta' għodod differenti b'mod koerenti u komplimentari. |
2. |
Huwa meħtieġ li ċ-ċittadini u l-partijiet interessati l-oħra kollha jiġu pprovduti b'informazzjoni dettaljata dwar l-għodod komuni sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom. |
3. |
Il-miżuri deskritti f'dawn il-konklużjonijiet huma volontarji u għandhom jiġu żviluppati permezz ta' kooperazzjoni minn fuq għal isfel. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-għodod titlob l-impenn tal-partijiet interessati kollha. |
JAQBLU li:
Il-prijoritajiet u l-linji gwida stabbiliti taħt il-proċess ta' Kopenħagen mill-2002 jibqgħu validi. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu implimentati, u jiġu indirizzati l-erba' oqsma ta' prijorità li ġejjin għall-perijodu 2008-2010:
1. Implimentazzjoni tal-għodod u l-iskemi għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali (ETV) fil-livell nazzjonali u ewropew
Huwa importanti li jiġu żviluppati sistemi u oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali bbażati fuq it-tagħlim miksub, f'koerenza mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifki, u biex tiġi implimentata s-Sistema Ewropea ta' Kreditu futura għall-ETV (ECVET), flimkien mal-Qafas ta' Referenza Ewropew futur għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (EQARF), sabiex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka.
F'din il-perspettiva, jenħtieġ li jiġu żviluppati:
— |
proġetti pilota, metodi xierqa u għodod ta' għajnuna, |
— |
skemi u għodod għall-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali miksub, flimkien mal-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali, il-Qafas Ewropew ta' Kwalifiki u tas-sistema ECVET, |
— |
strumenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità, |
— |
koerenza bejn l-għodod differenti. |
2. Tisħiħ tal-kwalità u l-attrattività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
Promozzjoni tal-attraenza tal-ETV għall-gruppi mira kollha
— |
Promozzjoni tal-ETV mal-istudenti, il-ġenituri, l-adulti (kemm jekk jaħdmu, bla xogħol jew mhux attivi) u l-intrapriżi, per eżempju billi jkomplu jiġu organizzati kompetizzjonijiet ta' ħiliet bħall-Euroskills. |
— |
Eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni fl-aċċess u l-parteċipazzjoni fl-ETV u jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' persuni u gruppi f'riskju ta' esklużjoni — b'mod partikolari, żgħażagħ li jħallu l-iskola qabel iż-żmien kif ukoll persuni b'livell baxx ta' kwalifiki u żvantaġġati; |
— |
Faċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni, servizzi ta' gwida u pariri tul il-ħajja permezz tal-implimentazzjoni b'suċċess tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar l-integrazzjoni aħjar tal-gwida tul il-ħajja fl-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja (13); |
— |
Faċilitar tal-possibbiltajiet li jippermettu lill-persuni javvanzaw minn livell ta' kwalifika għal ieħor billi jissaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni ġenerali, l-ETV, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti. |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kwalità tas-sistemi tal-ETV
— |
Żvilupp ta' mekkaniżmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-EQARF futur; parteċipazzjoni attiva fin-Netwerk Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-ETV bil-ħsieb li jiġu żviluppati għodod komuni, kif ukoll appoġġ għall-implimentazzjoni tal-QKE bil-promozzjoni tal-fiduċja reċiproka; |
— |
Żieda tal-investiment fit-taħriġ inizjali u kontinwu ta' dawk involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali: għalliema, min jgħallem, tuturi, dawk li jagħtu pariri; |
— |
Tfassil ta' linji politiċi tal-ETV abbażi ta' evidenza affidabbli appoġġata b'riċerka u data rigoruża, u t-titjib tas-sistemi ta' statistika u data li jikkonċernaw l-ETV; |
— |
L-iżvilupp ta' sistemi u oqfsa nazzjonali ta' kwalifiki bbażati fuq it-tagħlim miksub li huma faċli li wieħed jifhimhom u jiggarantixxu kwalità għolja, waqt li jiżguraw kompatibbiltà mal-Qafas Ewropew ta' Kwalifiki; |
— |
Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kreattività fl-ETV u implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ; |
— |
Żvilupp tat-tagħlim tal-lingwi u adattament ta' karatteristiċi speċifiċi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
— |
Titjib tal-permeabilità u l-kontinwità tal-possibbiltajiet bejn l-ETV, l-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni superjuri. |
3. Titjib tar-relazzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u s-suq tax-xogħol
B'kont meħud ta' dan, jenħtieġ li:
— |
Jitkompla l-iżvilupp ta' mekkaniżmi li jħarsu 'l quddiem, immirati biex jiffukaw fuq xogħlijiet u ħiliet fil-livell nazzjonali u madwar l-Ewropa, bl-identifikazzjoni ta' lakuni u nuqqasijiet potenzjali ta' ħiliet u li jirrispondu għall-ħtiġijiet fil-ħiliet u kompetenzi futuri (kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi) tal-ekonomija u l-impriżi, partikolament SMEs, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 u bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal xogħlijiet ġodda; |
— |
Jiġi żgurat involviment xieraq tal-imsieħba soċjali u l-atturi ekonomiċi fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi tal-ETV; |
— |
Jittejbu s-servizzi ta' gwida u ta' pariri sabiex tkun iffaċilitata t-transizzjoni mit-taħriġ għall-impjieg u b'hekk jingħata kontribut għall-objettivi mniżżla fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2004 dwar it-Tisħiħ ta' Politika, Sistemi u Prattiki fil-qasam tal-Gwida tul il-ħajja fl-Ewropa (14); parteċipazzjoni attiva fin-Netwerk Ewropew għall-Politika dwar l-Iggwidar Tul il-Ħajja; |
— |
Jissaħħu l-mekkaniżmi, inkluż dawk ta' natura finanzjarja (kemm pubbliċi kif ukoll privati), immirati biex jippromwovu it-taħriġ tal-adulti — b'mod partikolari fuq il-post tax-xogħol, b'attenzjoni speċjali fuq l-SMEs — sabiex jikkontribwixxu għal aħjar opportunitajiet fil-karriera u l-kompetittività tal-intrapriżi. F'dan ir-rigward, il-miżuri deskritti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti għandhom jiġu implimentati; |
— |
Jiġu żviluppati u implimentati l-validazzjoni u r-rikonoxximent ta' tagħlim mhux formali u informali miksub; |
— |
Tiżdied il-mobbiltà ta' persuni li jkunu f'taħriġ relatat max-xogħol, billi jiġu rinforzati l-programmi Komunitarji eżistenti li jappoġġaw il-mobbiltà, b'mod partikolari tal-apprendisti. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008, dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ (15) għandhom jikkontribwixxu għal dan il-proċess; |
— |
It-tkabbir tar-rwol ta' edukazzjoni għolja fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u fit-tisħiħ tal-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol. |
4. Tisħiħ tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni Ewropea
— |
Titjib tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni Ewropea fir-rigward tal-ETV, b'mod partikolari billi tiżdied l-effiċjenza ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku u jiġi kapitalizzat fuq ir-riżultati tagħhom f'termini ta' linji politiċi nazzjonali; |
— |
Assigurazzjoni tal-integrazzjoni u l-viżibbiltà tal-ETV fost il-prijoritajiet tal-qafas strateġiku futur tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li tiġi żgurata rabta xierqa bejn l-ETV u l-linji politiċi dwar l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti; tisħiħ tar-relazzjoni mal-linji politiċi Ewropej dwar il-multilingwiżmu u ż-żgħażagħ; |
— |
Konsolidar ta' skambji u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-OECD, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol u l-Unesco, b'mod partikolari. Għandu jiġi żgurat id-dritt ta' parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha f'din il-ħidma. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM,
biex jimplimentaw l-azzjonijiet definiti fl-erba' azzjonijiet preċedenti, dwar il-prijoritajiet tal-proċess ta' Kopenħagen għall-perijodu 2008-2010, permezz ta':
— |
finanzjament pubbliku u privat xieraq, bl-użu ta' riżorsi relevanti tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u self mill-Bank Ewropew ta' Investiment biex jappoġġaw riformi fil-livell nazzjonali skont il-prijoritajiet tal-Istati Membri u l-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja għall-appoġġ tal-implimentazzjoni effettiva ta' għodod Komunitarji; |
— |
kontinwazzjoni tal-ħidma ffukata biex ittejjeb il-kamp ta' applikazzjoni, il-komparabbiltà u l-affidabbiltà ta' statistika dwar l-ETV, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eurostat, l-OECD, iċ-Cedefop u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (FET), u l-iżvilupp ta' komponent ETV iżjed espliċitu fi ħdan il-qafas koerenti ta' indikaturi u punti ta' referenza. Għandu jiġi żgurat id-dritt ta' parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha f'din il-ħidma; |
— |
iżjed żvilupp tal-attivitajiet dwar l-antiċipazzjoni ta' ħiliet meħtieġa u ħiliet mhux mqabbla, f'kollaborazzjoni mill-qrib maċ-Cedefop, il-FET u l-Eurofound; |
— |
l-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-pajjiżi koperti mill-politika ta' tkabbir kif ukoll il-politika ewropea tal-viċinat. |
Kooperazzjoni f'tali ħidma għandha tkun inklussiva u tinvolvi lill-Istati Membri kollha, lill-Kummissjoni, lil pajjiżi kandidati, lil pajjiżi tal-EFTA-ŻEE u lill-imsieħba soċjali.
Iċ-Cedefop u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ser ikomplu jappoġġaw lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-monitoraġġ u r-rappurtar ta' progress fl-implimentazzjoni.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-progress dwar l-ETV fir-rapporti dwar il-qafas strateġiku futur ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dwar il-programmi ta' riforma nazzjonali ta' Lisbona.
(2) Dok. tal-Kunsill 9599/04.
(4) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(5) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.
(6) ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.
(7) Dok. tal-Kunsill 5723/08.
(8) Dok. tal-Kunsill 7652/08, paragrafu 13, p. 9.
(10) ĠU C 141, 7.6.2008, p. 17.
(11) Dok. tal-Kunsill 8935/08.
(12) ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.
(13) Dok. tal-Kunsill 15030/08.
(14) Dok. tal-Kunsill 9286/04.
(15) Dok. tal-Kunsill 16206/08.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/11 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Sħubija Ewropea għall- kooperazzjoni internazzjonali xjentifika u teknoloġika
(2009/C 18/05)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
IFAKKAR dwar il-kuntest ġenerali tat-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u partikolarment il-Green Paper tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2007 (1), il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2007 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnedija tal-“Proċess ta' Ljubljana” — lejn realizzazzjoni sħiħa taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (30 ta' Mejju 2008) (2), li fihom “twessigħ wiesa' tal-ERA għad-dinja” jikkostitwixxi wieħed mill-ħames inizjattivi identifikati f'dan il-kuntest, u FILWAQT LI JIRREFERI għall-“Viżjoni 2020 għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka” tiegħu (2 ta' Diċembru 2008) (3),
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li l-aċċelerazzjoni tal-globalizzazzjoni toħloq opportunitajiet biex tiżdied l-eċċellenza xjentifika u jintlaħaq l-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli, u, partikolarment, li r-riżoluzzjoni tal-isfidi globali kbar (dawk diġà identifikati, fosthom it-tibdil fil-klima, il-faqar, il-mard infettiv, ir-riskji fl-enerġija, il-provvista tal-ilma, is-sigurtà fl-ikel, is-sigurtà tal-poplazzjoni, il-protezzjoni tal-bijodiversità, is-sigurtà tan-netwerks u l-lakuna diġitali, kif ukoll sfidi oħra li jistgħu jinqalgħu) tirrikjedi li l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika għas-sħubiji globali tkun intensifikata;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (PQ) jippermetti l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u jinkludi diversi strumenti ġodda maħsubin biex iħeġġu l-koopeerazzjoni internazzjonali;
FILWAQT LI KKUNSIDRA li hemm fis-seħħ għadd kbir ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-pajjiżi terzi, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi; u FILWAQT li attwalment ma hemm l-ebda strateġija fil-livell Ewropew għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet li joriġinaw minn dawn id-diversu ftehimiet u, fejn meħtieġ, biex jiġi żgurat il-livell adegwat ta' koordinazzjoni fost dawn l-attivitajiet,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li l-aspirazzjoni tal-Ewropa — kif espressa fil-“Viżjoni 2020 għall-ERA” — hija li tkun tista' titkellem b'vuċi konsistenti mal-imsieħba prinċipali tagħha, kif ukoll fil-fora internazzjonali rilevanti, fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li l-attivitajiet għall-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija għandhom jiġu bbażati fuq prinċipji u prassi li jagħtu importanza lir-reċiproċità, t-trattament ġust, u l-vantaġġi reċiproċi kif ukoll l-protezzjoni adegwata tal-proprejtà intellettwali;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li l-attivitajiet għall-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp, il-kondiviżjoni u t-tixrid tal-għarfien madwar id-dinja u jikkostittwixxu mezz importanti biex tiġi promossa l-mobbiltà tar-riċerkaturi u ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ;
1. |
HUWA TAL-FEHMA li s-segwitu tal-objettivi ġenerali tal-Unjoni Ewropea jista' jissaħħaħ permezz ta' qafas strateġiku għall-koordinazzjoni adatta, mill-Unjoni Ewropea kollha, tal-attivitajiet differenti għall-kooperazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija mal-pajjiżi terzi, filwaqt li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet differenti skont il-livell tal-iżvilupp xjentifiku u ekonomiku u l-karatteristiċi settorjali ta' dawn il-pajjiżi; |
2. |
JILQA' l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Qafas strateġiku Ewropew għall-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u t-teknoloġija” (4), partikolarment bl-għan li ssaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni Ewropea, li tiġi żviluppata l-kompetittività tal-industrija tagħha, kif ukoll tgħin sabiex jiġu trattati l-isfidi globali f'kuntest ta' “responsabbiltà globali”; |
3. |
JISSOTTOLINJA li din l-istrateġija hija maħsuba biex ittejjeb, b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-koerenza u s-sinerġiji bejn l-attivitajiet differenti tal-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija li jsiru fl-Ewropa mill-Istati Membri u l-Komunità Ewropea; |
4. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri, filwaqt li jiġu inkorporati kif adatt il-pajjiżi assoċjati mal-PK7, biex iħeġġu djalogu fil-livell Ewropew bil-ħsieb li jiġu kkoordinati l-linji politiċi u l-attivitajiet ta' kooperazzjoni X&T tagħhom, kif ukoll jappoġġaw il-qbil bejn il-partijiet interessati, inkluża l-industrija, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-opportunitajiet, u jekk meħtieġ, l-ostakoli għall-iżvilupp tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni fix-X&T (xjenza u teknoloġija) bejn l-Unjoni Ewropea u l-kumplament tad-dinja; |
5. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiffurmaw Sħubija Ewropea fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija (“kooperazzjoni X&T”) bl-għan tal-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija Ewropea; din għandha tkun ibbażata fuq il-konċertazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni b'mod flessibbli bil-ħsieb li jiġu identifikati l-prijoritajiet komuni li jistgħu jiġu indirizzati lejn l-inizjattivi kkoordinati jew konġunti; u JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkoordinaw l-attivitajiet u l-pożizzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi u f'fora internazzjonali f'dawk l-oqsma li huma parti minn din l-istrateġija, bl-inkorporazzjoni, fejn adatt, tal-pajjiżi assoċjati tas-7 PK; |
6. |
F'dak il-kuntest, JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkollaboraw fi ħdan konfigurazzjoni ddedikata tal-CREST (minn issa 'l quddiem imsejħa “Forum strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fix-X&T”) biex is-Sħubija Ewropea għall-kooperazzjoni fix-X&T titmexxa 'l quddiem, f'konformità mal-mandat imniżżel fl-Anness; |
7. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkontribwixxu b'mod sħiħ għas-suċċess tas-Sħubija billi jpoġġu għad-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni u l-esperjenza adatta miksuba fil-qafas tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni rispettivi tagħhom, inkluż l-eżitu tal-evalwazzjoni u valutazzjoni tal-impatt ta' kollaborazzjoni X&T ma' pajjiżi terzi; |
8. |
Fil-qafas tas-Sħubija, JISTIEDEN lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jikkoordinaw aħjar u jagħmlu l-attivitajiet tagħhom ta' kooperazzjoni fix-X&T aktar operattivi ma' reġjuni oħrajn fid-dinja, partikolarment bit-tisħiħ jew il-ħolqien ta' pjattaformi ta' djalogu ma' reġjuni oħra tad-dinja bil-ħsieb li jiġu identifikati b'mod konġunt il-prijoritajiet u l-azzjonijiet futuri fir-rigward tal-kooperazzjoni fix-X&T; |
9. |
JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex iżżid l-impatt tal-Ftehimiet fix-X&T, tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta' reċiproċità, trattament ġust u benefiċċji reċiproki kif imsemmija fil-ftehimiet tal-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku; u JISTIEDEN lill-Istati Membri biex, fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom ta' kooperazzjoni fix-X&T, jippromwovu, ma' pajjiżi terzi, fejn dan ikun adatt, il-prinċipji u l-prassi mniżżlin fil-Kodiċi ta' Prattika dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali fl-attivitajiet tat-trasferiment ta' għarfien (5), il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (6); |
10. |
JISSOTTOLINJA l-ħtieġa li jiġu żgurati l-koerenza u l-kumplimentarjetà meħtieġa bejn il-mezzi Ewropej u nazzjonali ta' appoġġ għar-riċerka u dawk ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fix-xjenza u fit-teknoloġija, u JISTIEDEN partikolarment lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rabta bejn il-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (PQ), l-Istrument ta' Assistenza Qabel l-Adeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), l-Istrument ta' Finanzjament ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), kif ukoll il-mekkaniżmi l-oħra relevanti kollha; |
11. |
u f'dan il-kuntest, IFAKKAR dwar l-azzjoni diġà meħuda għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membru u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari s-Sħubija Strateġika UE-Afrika, u ma' dawn il-linji JIKKUNSIDRA l-esplorazzjoni ta' kooperazzjoni ulterjuri ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala parti mill-istrateġija globali tal-UE fis-X&T; |
12. |
JIKKUNSIDRA li l-proċeduri speċifiċi kollha għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Kooperazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka għandhom ikunu eżaminati fil-qafas tal-approċċ ġenerali għat-titjib tal-governanza fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, kif previst fil-proċess ta' Ljubljana. |
(1) Dok. 8322/07 (COM(2007) 161).
(2) Dok. 10231/08.
(3) Dok. 16767/08
(4) Dok. 13498/08 (COM(2008) 588).
(5) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill (30 ta' Mejju 2008), dok. 10323/08.
ANNESS
Mandat għall-CREST dwar forum strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fix-X&T
Objettiv:
Jiġu ffaċilitati l-iżvilupp ulterjuri, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dimensjoni internazzjonali tal-ERA bil-kondiviżjoni ta' informazzjoni u konsultazjoni bejn l-imsieħba (l-Istati Membri u l-Kummissjoni) bil-ħsieb li jiġu identifikati l-prijoritajiet komuni li jistgħu jiġu indirizzati lejn l-inizjattivi kkoordinati jew konġunti u jikkoordinaw l-azzjonijiet u l-pożizzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi u fil-fora internazzjonali.
Metodi ta' Ħidma:
Il-CREST ser jiltaqa' f'konfigurazjoni ddedikata (“Il-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fix-X&T”) b'rappreżentanti ta' livell għoli tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Din il-konfigurazzjoni ddedikata tal-CREST tista' tiġi appoġġata minn grupp ta' ħidma adatt jekk jitqies meħtieġ. Huwa ser ikun ippresjedut minn wieħed mill-membri tiegħu li jirappreżenta Stat Membru maħtur għal perijodu ta' sentejn. Huwa ser ikun miftuħ, kif adatt, għall-pajjiżi assoċjati mal-PQ.
Attivitajiet Prinċipali:
— |
il-kondiviżjoni sistematika u l-istrutturar tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-għanijiet tal-kooperazzjoni fix-X&T (li għaddejjin jew ippjanati) tal-imsieħba differenti, |
— |
il-kondiviżjoni tal-għarfien rilevanti li jikkonċerna l-pajjiżi terzi, partikolarment l-analiżi tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom fix-X&T, |
— |
l-iżgurar ta' qbil regolari bejn l-imsieħba bil-ħsieb li jiġu identifikati l-għanijiet rispettivi u l-prijoritajiet komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni fix-X&T mal-pajjiżi terzi (“x'inhu u ma' min?”), |
— |
il-koordinazzjoni, fejn ikun meħtieġ, tal-attivitajiet ta' karattru simili implimentati mill-Istati Membri u mill-Komunità (b'ġeometrija varjabbli), |
— |
jekk ikun meħtieġ, il-proposta ta' inizjattivi għall-implimentazzjoni skont il-mezzi u r-riżorsi adatti, |
— |
sistema ta' netwerk tal-kunsilliera xjentifiċi tal-Istati Membru u tal-Kummissjoni f'pajjiżi priniċpali. |
Rappurtar:
Rapport annwali lill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-progress miksub fit-twettiq tal-objettivi tas-Sħubija, li għandu jinkludi kif rilevanti:
— |
analiżi tal-azzjonijiet tal-kooperazzjoni internazzjonali (li għaddejjin jew ippjanati) bejn l-UE u l-pajjiżi terzi; |
— |
analiżi tal-kamp ta' applikazzjoni, il-koerenza u l-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet differenti tal-UE; |
— |
Identifikazzjoni tal-prijoritajiet komuni u proposti għal azzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom; |
— |
valutazzjoni globali tal-impatt tal-azzjonijiet tal-UE dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fil- qasam tax-X&T. |
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/14 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-23 ta' Jannar 2009
(2009/C 18/06)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2795 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,65 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4535 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,93870 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,7058 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4955 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9940 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
28,106 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
289,85 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7042 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4405 |
RON |
Leu Rumen |
4,3053 |
TRY |
Lira Turka |
2,1433 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9836 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6087 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,9238 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4592 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9282 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 787,50 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,2081 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7492 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3973 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 496,74 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6388 |
PHP |
Peso Filippin |
60,580 |
RUB |
Rouble Russu |
42,2975 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,674 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,0121 |
MXN |
Peso Messikan |
18,1433 |
INR |
Rupi Indjan |
62,9000 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/15 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2009/C 18/07)
Numru XA: XA 335/08
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Ir-reġjun: Območje občine Trbovlje
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Finančne pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Trbovlje [Għajnuna finanzjarja għall-programmi ta' agrikoltura u żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Trbovlje]
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Trbovlje
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2008: EUR 13 000 |
|
2009: EUR 13 000 |
|
2010: EUR 13 000 |
|
2011: EUR 13 000 |
|
2012: EUR 13 000 |
|
2013: EUR 13 000 |
Intensità massima tal-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, |
— |
sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment jew miżuri għall-protezzjoni tal-wirt ta' assi produttivi fil-farms, bħal bini tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
— |
sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' investiment jew miżuri għall-konservazzjoni ta' wirt ta' assi mhux produttivi ġewwa l-farms. |
3. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi mġarrba realment. |
4. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-azjendi agrikoli |
Id-data tal-implimentazzjoni: L-10 ta' Novembru 2008 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għal programmi ta' żvilupp agrikolu u rurali fil-muniċipalità ta' Trbovlje jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu: Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja,
l-Artikolu: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,
l-Artikolu: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Trbovlje |
Mestni trg 4 |
SLO-1420 Trbovlje |
Websajt: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=864eaf4a-0778-41f4-865a-a26d998c38fa
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċedura ta' qabel l-għoti tal-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ tal-għajnuna)
Numru XA: XA 336/08
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Divača
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Divača 2008-2013 [Għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Divača għall-perjodu 2008-2013]
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Divača za obdobje 2008–2013 (II. poglavje)
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2008: EUR 25 476 |
|
2009: EUR 26 000 |
|
2010: EUR 26 000 |
|
2011: EUR 26 000 |
|
2012: EUR 26 000 |
|
2013: EUR 26 000 |
Intensità massima tal-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, |
— |
sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, |
— |
l-intensità ta' għajnuna tiżdied b'10 % fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż attwali għal strutturi mhux produttivi, |
— |
sa 60 % tal-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
— |
sa 100 % biex ikopru l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali. |
3. Trasferiment tal-bini tal-farms fl-interess pubbliku:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż reali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti, |
— |
jekk minħabba t-trasferiment il-bidwi jgawdi minn faċilitajiet aktar moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi tal-anqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha titnaqqas b'5 %, |
— |
meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun tal-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, tal-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha titnaqqas b'5 %. |
4. Ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni:
— |
l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-limitu sussidjarju (sa 50 %) li japplika għall-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni. |
5. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi mġarrba realment. |
6. Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
7. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % tal-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Id-data tal-implimentazzjoni: Il-21 ta' Novembru 2008 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II tal-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti tal-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp taż-żoni agrikoli u rurali fil-muniċipalità ta' Divača għall-perjodu 2008-13 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16 ta' Diċembru 2006, p. 3):
l-Artikolu: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu: Trasferiment ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku,
l-Artikolu: Għajnuna għall-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni,
l-Artikolu: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,
l-Artikolu: Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Divača |
Kolodvorska ulica 3a |
SLO-6215 Divača |
Websajt: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200884&objava=3670
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċedura ta' qabel l-għoti tal-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ tal-għajnuna)
Numru XA: XA 337/08
Stat Membru: Id-Danimarka
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Reġistri tal-produzzjoni
Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 1 034 000
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009
L-għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema għaż-żamma tar-reġistri tal-produzzjoni tal-brojlers u tal-bajd għall-konsum mill-bniedem u l-monitoraġġ tal-produttività, huwa li l-produtturi individwali jkunu pprovduti b'informazzjoni tajba għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-produzzjoni tagħhom fid-dawl tal-kuntest ekonomiku wiesa'. Għandha wkoll l-għan li tiżgura li s-settur jinżamm infurmat tajjeb dwar kwistjonijiet ta' produttività u s-sitwazzjoni ekonomika fil-linji varji involuti tal-produzzjoni.
Il-benefiċjarji finali huma r-raħħala li jipproduċu l-bajd għal konsum mill-bniedem u brojlers. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.
L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa fuq is-servizzi ta' konsulenza
Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tiġieġ
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Fjerkræafgiftsfonden |
Axeltorv 3 |
DK-1609 København V |
Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 338/08
Stat Membru: Id-Danimarka
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Spezzjonijiet ta' kampjuni għall-brojlers
Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 90 000
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009
Għan tal-għajnuna: Biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ispezzjonijiet tal-kampjuni fuq gruppi ta' brojlers skont § 11 of bekendtgørelse nr. 1069 af 17. december 2001 om hold af kyllinger og rugeægsproduktion (Ordni Nru 1069 tas-17 ta' Diċembru 2001 fuq il-produzzjoni tat-tiġieġ u tal-bajd) permezz tal-Fjerkræafgiftsfonden (Fond mill-Imposti fuqit-Tjur).
Il-benefiċjarji finali huma r-raħħala li jipproduċu brojlers u l-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.
L-iskema hija skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tirrigwarda n-nefqa fuq l-ispezzjonijiet tas-saħħa
Settur(i) konċernat(i): Tjur (brojlers)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Fjerkræafgiftsfonden |
Axeltorv 3 |
DK-1609 København V |
Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource
Tagħrif ieħor: —
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/19 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2009/C 18/08)
Numru XA: XA 339/08
Stat Membru: Id-Danimarka
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Produktionsrelateret specialrådgivning med fokus på slagtefjerkræ
Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 1 920 000
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu li jiġu provduti pariri tekniċi ġenerali li jkunu imparzjali u professjonali. Hija ukoll maħluqa biex jinżamm livell għoli ta' ħila fil-produzzjoni tat-tfaqqis tal-bajd, tal-brojlers u ta' tagħrif dwar il-bini li jilqgħu t-tjur, tagħmir u kwistjonijiet ambjentali.
Il-benefiċjarji aħħarija huma r-raħħala involuti fil-trobbija tat-tjur. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.
L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa dwar is-servizzi ta' konsulenza
Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tiġieġ
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Fjerkræafgiftsfonden |
Axeltorv 3 |
DK-1609 Copenhagen V |
Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 340/08
Stat Membru: Id-Danimarka
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Økologiske slagtekyllinger
Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 252 000
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu li tiġbor u tferrex informazzjoni dwar il-produzzjoni organika tal-brojlers.
Il-benefiċjarji aħħarija huma r-raħħala involuti fit-trobbija tat-tjur. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.
L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa għal servizzi ta' konsulenza
Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tiġieġ
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Fjerkræafgiftsfonden |
Axeltorv 3 |
DK-1609 Copenhagen V |
Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 365/08
L-Istat Membru: Ir-Renju Unit
Ir-reġjun: L-Iskozja
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Orkney Johne's Disease Eradication Scheme
Il-bażi ġuridika: Local Government in Scotland Act 2003; Section 69(3) of the Orkney County Council Act 1974
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Total ta' GBP 120 000 (Mija u Għoxrin Elf Liri Sterlini)
L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna tlaħħaq il-100 % skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' Novembru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1 ta' Novembru 2008 u tagħlaq fil-31 ta' Ottubru 2011.
L-għan tal-għajnuna: L-iskema għandha tiġi applikata f'konformità mal-Kapitolu 2, Artikolu 10.1 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-iskema għandha tipprovdi servizz ta' filtru biex tidentifika l-marda tal-Johne fil-bovini ta' Orkney. Din l-Iskema tinkludi kollox, u tiżgura li tal-anqas 80 % tal-merħla tat-tgħammir attwali ta' Orkney tiġi ttestjata għall-marda. Il-marda tal-Johne hija waħda mill-mard tal-bhejjem imniżżla fejn l-għajnuna mogħtija tista' tingħata għall-prevenzjoni u l-kontroll, li huwa f'konformità mal-Artikolu 10.7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Din l-iskema hija provduta bħala servizz għall-komunità agrikola, u ma tagħmel l-ebda ħlas għal testijiet tal-istokk — L-għajnuna pprovduta skont din l-iskema hija mogħtija permezz ta' servizzi ssussidjati, u ma tinvolvix ħlas dirett ta' flus lill-prodotturi.
Permezz tat-testijiet tal-bovini għall-marda, l-għan ewlieni ta' OJDES hu biex il-merħla ta' Orkney tiġi sostnuta ħielsa mill-mard u bi Status ta' Saħħa għoli, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kollha:
Biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni
Biex il-produzzjoni titjieb jew tingħata orjentazzjoni ġdida
Biex tittejjeb il-kwalità
Biex jiġu ppriservati u mtejba l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta' iġjene u l-istandards tal-benessri tal-annimali.
Biex jitjieb il-profil tal-kummerċ
Is-settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-produzzjoni tal-prodotti agrikoli
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Orkney Islands Council |
Council Offices |
School Place |
Kirkwall |
Orkney KW15 1NY |
United Kingdom |
Websajt: http://www.orkney.gov.uk/nqcontent.cfm?a_id=13745&tt=orkneyv2
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 366/08
L-Istat Membru: Ir-Renju Unit
Ir-reġjun: L-Iskozja
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Bluetongue Vaccination Campaign
Il-bażi ġuridika: Section 4(3) of the Small Landholders Act 1911
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 3 000 000
L-intensità massima tal-għajnuna: 50 %
Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-3 ta' Novembru 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fit-3 ta' Novembru 2008 u tagħlaq fit-30 ta' April 2009
L-għan tal-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs
Is-settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Scottish Government |
Pentland House |
47 Robbs Loan |
Edinburgh |
EH14 1TY |
United Kingdom |
Indirizz tal-internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/Agriculture/animal-welfare/Diseases/SpecificDisease/bluetongue/BTVaccination/BTVaccinationStateAidInfo
Tagħrif ieħor: L-għan tal-Kampanja ta' Tilqim għal kontra l-Bluetongue huwa sabiex il-bhejjem tat-trobbija Skoċċiżi jinżammu ħielsa mill-marda. It-tilqim tal-bovini u tan-nagħaġ huwa obbligatorju, u t-tilqim tal-bhejjem domestiċi suxxettibli l-oħra kollha huwa volontarju. L-għajnuna provduta tnaqqas l-ispiża tat-tilqima għal produtturi u għal min irabbi l-bhejjem b'50 % tal-ispejjeż tal-manifattura. Il-produtturi u min irabbi l-bhejjem għandhom iħallsu l-bilanċ tal-ispejjeż tal-manifattura u tat-twassil.
Il-Gvern Skoċċiż iggarantixxa 12-il miljun doża tat-tilqima għall-użu minn prodotturi tal-bhejjem tat-trobbija u minn dawk li jrabbu l-bhejjem u li jissodisfaw id-definizzjoni ta' SME. Din l-iskema tgħin lill-produtturi u lil dawk li jrabbu l-bhejjem jifdu l-ispejjeż tal-kampanja ta' tilqim matul l-ewwel sena. It-tilqima se titqassam fuq il-bażi li minn jiġi l-ewwel jisserva l-ewwel. Jista jagħti l-każ li l-ammont ta' 12-il miljun doża bbażat fuq l-istima tal-kwantità meħtieġa sabiex il-bhejjem eliġibbli kollha fl-Iskozja jitlaqqmu sa tmiem ix-xitwa tal-perjodu ta' tilqim 2008/2009 jinbigħ kollu qabel tmiem ix-xitwa. Jekk dan ikun l-każ, il-produtturi u dawk li jrabbu l-bhejjem ikollhom iħallsu l-prezz kummerċjali sħiħ għat-tilqima.
L-Iskema hija konformi mal-Kapitolu 2, Artikolu 10 tar-Regolament 1857/2006, peress li tagħti għajnuna sa 50 % tal-ispiża ta' produzzjoni tat-tilqima kontra l-bluetongue għall-SMEs. L-għajnuna ġiet ipprovduta direttament lill-produtturi tat-tilqima. Għalhekk il-produtturi għandhom jirċievu t-tilqima bil-prezz issussidjat meta tinxtara mill-veterinarju u tingħata in natura permezz ta' servizz issussidjat li mhux se jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.
Ir-raħħala jistgħu jagħtu t-tilqima huma stess, għajr meta jkunu meħtieġa b'mod speċifiku l-amministrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni veterinarji.
Huwa maħsub li tul din l-iskema kollha se jintuża t-tilqim kollu, madankollu jekk lejn it-tmiem tal-perjodu ta' tilqim tax-xitwa 2008/9 ma jintużawx uħud mit-12-il miljun doża tat-tilqim, il-Gvern Skoċċiż għandu japplika għall-estensjoni tad-data tal-iskadenza ta' din l-iskema
(1) Din l-Iskema għandha tiġi mħaddma bħala servizz għall-komunità agrikola
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/22 |
Sejħa għal proposti — Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi
(2009/C 18/09)
1. KUNTEST
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal proposti (ref. ECFIN/2008/A3-042) biex isir stħarriġ bħala parti mill-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi (approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Lulju 2006 COM(2006)379) fl-Irlanda. Din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' qafas ta' ftehim ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-korpi speċjalizzati fuq perjodu ta' sentejn.
Il-programm huwa mfassal sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-qagħda tal-ekonomiji fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati bl-għan li jkun jista' jsir tqabbil taċ-ċikli tan-negozju tagħhom għall-iskopijiet ta' ġestjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Dan sar għodda indispensabbli fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika tal-UEM, kif ukoll għal skopijiet ġenerali ta' politika ekonomika.
2. GĦAN U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AZZJONI
2.1. Għanijiet
Il-programm konġunt armonizzat tal-UE jinvolvi korpi/istituzzjonijiet li jwettqu stħarriġiet tal-opinjoni fuq bażi ta' finanzjament konġunt. Il-Kummissjoni bħalissa qed tfittex li tikkonkludi ftehimiet ma' korpi u istituzzjonijiet li jkunu kkwalifikati kif jixraq biex għas-sentejn li ġejjin iwettqu wieħed jew aktar mill-istħarriġiet li ġejjin:
— |
Stħarriġ dwar l-investiment |
— |
Stħarriġ dwar il-kostruzzjoni |
— |
Stħarriġ dwar il-kummerċ bl-imnut |
— |
Stħarriġ dwar is-servizzi |
— |
Stħarriġ dwar l-industrija |
— |
Stħarriġ dwar il-konsumaturi |
Barra minn hekk, stħarriġiet ad hoc dwar suġġetti ekonomiċi attwali qed jitwettqu flimkien mal-istħarriġiet li jsiru kull xahar, bl-użu tal-istess kampjuni stabbiliti bħall-istħarriġ li jsir kull xahar, sabiex jinkiseb tagħrif dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika. Dawn l-istħarriġiet ad hoc fihom infushom huma aktar okkażjonali.
L-istħarriġiet huma mmirati lejn il-maniġers fis-setturi tal-industrija, l-investiment, il-kostruzzjoni, il-kummerċ bl-imnut u s-servizzi kif ukoll il-konsumaturi.
2.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi
2.2.1. Kalendarju tal-istħarriġ u rappurtar tar-riżultati
It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali tal-isħarriġiet mitluba fil-kuntest ta' din is-sejħa għal proposti:
Isem l-istħarriġ |
Numru ta' attivitajiet/kategoriji tad-daqs |
Numru ta' aggregati |
Numri ta' mistoqsijiet kull xahar |
Numru ta' mistoqsijiet kull trimestru |
Industrija |
40/– |
16 |
7 |
9 |
Investiment |
6/6 |
2 |
2 mistoqsijiet f'Marzu/April 4 mistoqsijiet f'Ottubru/Novembru |
|
Kostruzzjoni |
3/– |
2 |
5 |
1 |
Kummerċ bl-imnut |
7/v |
2 |
6 |
- |
Servizzi |
18/– |
1 |
6 |
1 |
Konsumatur |
24 analiżi |
1 |
14 (inklużi 2 mistoqsijiet fakultattivi) |
3 |
— |
L-istħarriġiet ta' kull xahar għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn sa tliet ġimgħat ta' kull xahar u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas minn ħamsa sa sebat ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar u skont il-kalendarju li jkun inkluż fil-ftehim speċifiku tal-għotja. |
— |
L-istħarriġiet trimestrali għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn sa tliet ġimgħat tal-ewwel xahar ta' kull trimestru (Jannar, April, Lulju u Ottubru) u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas minn ħamsa sa sebat ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru rispettivament u skont il-kalendarju li jkun inkluż fil-ftehim speċifiku tal-għotja. |
— |
L-istħarriġiet ta' kull sitt xhur dwar l-investiment għandhom jitwettqu f'Marzu/April u f'Ottubru/Novembru u r-riżultati għandhom jintbagħtu permezz ta' email lill-Kummissjoni mill-inqas ħames sa sebat ijiem qabel tmiem April u Novembru rispettivament, u skont il-kalendarju li se jiġi inkluż fil-ftehim ta' għotja. |
— |
Fil-każ tal-istħarriġiet ad hoc, il-benefiċjarju għandu jintrabat li jikkonforma ruħu mal-kalendarji stabbiliti għalihom. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-azzjoni (Anness I tal-ftehim tal-għotja partikolari) tista' titniżżel mill-indirizz tal-websajt li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/procurements_grants/grants7989_en.htm
2.2.2. Metodoloġija u kwestjonarji
Dettalji dwar il-metodoloġija, il-kwestjonarji u l-linji gwida internazzjonali dwar it-tmexxija tal-impriżi jinsabu fil-gwida għall-utent dwar il-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi fl-indirizz tal-websajt li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/indicators/business_consumer_surveys/userguide_en.pdf
3. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U TUL TA' ŻMIEN
3.1. Dispożizzjonijiet amministrattivi
Il-korp jew l-istitut għandu jintgħażel għal perjodu massimu ta' sentejn. Il-Kummissjoni tixtieq tistabbilixxi kooperazzjoni fit-tul mal-applikanti magħżula. Għal dan il-għan, se jkun konkluż qafas ta' ftehim ta' sħubija bejn il-partijiet mifrux fuq sentejn. Fl-ambitu ta' dan il-qafas ta' ftehim ta' sħubija, li se jispeċifika l-għanijiet komuni u n-natura tal-azzjonijiet ippjanati, jistgħu jkunu konklużi żewġ ftehimiet ta' għotja annwali speċifiċi bejn il-partijiet. L-ewwel wieħed minn dawn il-ftehimiet ta' għotja speċifiċi se jikkonċerna l-perjodu minn Mejju 2009 sa April 2010.
3.2. Tul ta' żmien
L-istħarriġ jibda jiddekorri mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April. It-tul ta' żmien tal-azzjoni ma jistax jaqbeż it-12-il xahar.
4. QAFAS FINANZJARJU
4.1. Sorsi ta' fondi Komunitarji
L-azzjonijiet magħżula se jkunu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 01.02.02 — Il-koordinament u s-sorveljanza tal-unjoni ekonomika u monetarja.
4.2. Total stmat tal-baġit Komunitarju għal din is-sejħa
— |
Il-baġit annwali totali disponibbli għall-perjodu Mejju 2009 — April 2010 għal dawn l-istħarriġiet huwa ta' EUR 75 000,00. |
— |
L-ammonti għas-sena ta' wara jistgħu jiżdiedu, bla ħsara għall-mezzi finanzjarji disponibbli, b'madwar 2 %. |
4.3. Perċentwali tal-kofinanzjament Komunitarju
Sehem il-Kummissjoni fil-finanzjament konġunt ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti mill-benefiċjarju għal kull stħarriġ. Il-Kummissjoni tiddetermina l-perċentwal tal-kofinanzjament fuq bażi individwali.
4.4. Finanzjament tal-azzjoni mill-benefiċjarju u l-ispejjeż sostnuti
Il-benefiċjarju għandu jintalab jibgħat baġit dettaljat (f'euro) għall-ewwel sena, li jkun fih stima tal-ispejjeż u tal-finanzjament tal-azzjoni. Se jiġi pprovdut baġit dettaljat għat-tieni sena, fl-ambitu tal-qafas ta' ftehim ta' sħubija skont sejħa mill-Kummissjoni.
L-ammont ibbaġitjat tal-għotja mitluba mill-Kummissjoni għandu jkun imqarreb sal-eqreb gћaxra. Il-baġit għandu jiddaħħal fil-ftehim speċifiku tal-għotja bħala anness. Sussegwentement, il-Kummissjoni tista' tuża dawn iċ-ċifri għal finijiet ta' verifika.
L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu sostnuti biss wara li jsir l-iffirmar tal-ftehim speċifiku tal-għotja mill-partijiet kollha, ħlief f'każi eċċezzjonali u, taħt l-ebda ċirkostanza, qabel ma tkun intbagħtet l-applikazzjoni għal għotja. Kontributi f'oġġetti mhumiex meqjusa bħala spejjeż eliġibbli.
4.5. Arranġamenti għall-ħlas
Talba għal finanzjament minn qabel ta' 40 % tal-ammont massimu tal-għotja tista' tintbagħat mill-benefiċjarju fix-xahar ta' Settembru. Talba għall-ħlas tal-bilanċ flimkien ma' rendikont finanzjarju u lista dettaljata tal-ispejjeż għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn mid-data tal-għeluq tal-azzjoni (ara d-dettalji sħaħ fl-Artikoli 5 u 6 tal-ftehim speċifiku tal-għotja).
Kemm it-talba għal finanzjament minn qabel kif ukoll it-talba għall-ħlas tal-bilanċ għandhom ikunu preċeduti mis-sottomissjoni fi żmien xieraq tad-dejta li toħroġ mill-istħarriġiet tan-negozji u tal-konsumaturi.
Jiġu meqjusa bħala spejjeż eliġibbli dawk l-ispejjeż biss li jkunu rintraċċabbli u identifikabbli fis-sistema ta' kontabilità tal-ispiża tal-benefiċjarju.
4.6. Subkuntrattar
— |
Meta fi proposta l-ammont tas-servizzi mwettqa minn subkuntrattur ikun daqs jew iktar minn 50 % tax-xogħol, is-subkuntrattur għandu jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta tal-applikant fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, tal-għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt). Dan jimplika li s-subkuntrattur għandu jagħti prova li huwa jissodisfa l-kriterju ta' esklużjoni, kif ukoll il-kriterji ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni li jirrigwardaw il-kompiti li huwa se jwettaq. |
— |
L-applikant għall-għotja għandu jaġġudika l-kuntratt lil dawk li jitfgħu offerti li jkunu ppreżentaw l-offerta li toffri l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità, waqt li joqgħod attent li ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi. Fil-każ li s-subkuntrattar jaqbeż l-ammont ta' EUR 60,000.00, l-applikant ikun irid jiddokumenta, ladarba jintgħażel, li s-subkuntrattur intgħażel fuq il-bażi tal-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità. |
4.7. Proposti konġunti
Fil-każijiet kollha ta' proposti konġunti, il-kompiti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri kollha li jieħdu sehem fil-proposta għandhom jiġu identifikati sew. Il-membri kollha għandhom jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt) relatati magħhom.
Wieħed mill-membri parteċipanti għandu jassumi r-rwol ta' koordinatur u għandu:
— |
jassumi r-responsabbiltà ġenerali tas-sħubija fir-rigward tal-Kummissjoni, |
— |
jissorvelja l-attivitajiet tal-membri parteċipanti l-oħra, |
— |
jiżgura l-koerenza globali u s-sottomissjoni fil-ħin tar-riżultati tal-istħarriġ, |
— |
jiċċentralizza l-firma tal-kuntratt u jagħti lill-Kummissjoni l-kuntratt iffirmat kif suppost mill-parteċipanti kollha (anki permezz ta' prokura), |
— |
jiċċentralizza l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni u jqassam il-pagamenti lill-parteċipanti, |
— |
jiġbor id-dokumenti ta' sostenn tan-nefqa sostnuta minn kull parteċipant u jippreżentahom f'sottomissjoni waħda. |
5. KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ
5.1. Status ġuridiku tal-applikanti
Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għall-korpi u istituzzjonijiet (entitajiet ġuridiċi) bi status ġuridiku f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew it-Turkija. L-applikanti għandhom juru li huma jeżistu bħala entità ġuridika u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz tal-formola standard ta' entità ġuridika.
5.2. Raġunijiet għall-esklużjoni
Applikazzjonijiet għal għotja minn applikanti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin ma jiġux ikkunsidrati (1):
(a) |
huma falluti jew qed jiġu stralċjati, għandhom l-attivitajiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu f'arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċeduri dwar dawn l-affarijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili pprovduta fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali; |
(b) |
huma ġew misjuba ħatja ta' reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li hija res judicata; |
(c) |
kienu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja ppruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw; |
(d) |
huma ma ssodisfawx l-obbligi li jirrigwardaw il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-pagament ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ta' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew ta' dawk tal-pajjiż fejn il-kuntratt għandu jiġi eżegwit; |
(e) |
kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali, jew kwalunkwe attività illegali oħra li hi ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet; |
(f) |
wara proċedura oħra ta' akkwist jew ta' aġġudikazzjoni ta' għotja iffinanzjati mill-baġit Komunitarju, huma kienu ġew iddikjarati fi ksur kuntrattwali gravi minħabba li jkunu naqsu milli josservaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom; |
(g) |
ikunu f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess; |
(h) |
instabu ħatja ta' miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni. |
Mal-eliġibbiltà l-applikanti għandhom jiċċertifikaw, permezz tal-formola ta' dikjarazzjoni standard, li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati taħt il-punt 5.2.
5.3. Penali amministrattivi u finanzjarji
1. |
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' penali stipulati fil-kuntratt, kandidati jew dawk li jitfgħu offerti u kuntratturi li nstabu ħatja li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, jew ikunu nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom fi proċedura ta' akkwist li tkun saret qabel, jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit Komunitarju għal perjodu massimu ta' sentejn mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal tliet snin fil-każ ta' offiża oħra fi żmien ħames snin minn meta jkun sar l-ewwel ksur. Dawk li jitfgħu offerti jew kandidati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu suġġetti wkoll għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jiġi aġġudikat. Kuntratturi li nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jirċievu penali finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat. Din ir-rata tista' tiżdied għal 4 % sa 20 % fil-każ ta' offiża oħra fi żmien ħames mid-data tal-ewwel ksur. |
2. |
Fil-każijiet msemmija fil-punti 5.2 (a), (c) u (d) il-kandidati jew dawk li jitfgħu offerti għandhom ikunu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha għal perjodu massimu ta' sentejn mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur. Fil-każijiet msemmija fil-punti 5.2 (b) u (e), il-kandidati jew dawk li jitfgħu offerti għandhom ikunu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha għal perjodu minimu ta' sena u massimu ta' erba' snin mid-data tan-notifika tas-sentenza. Dawk il-perjodi jistgħu jiġu estiżi għal ħames snin fil-każ ta' ksur ripetut fi żmien ħames snin tal-ewwel ksur jew l-ewwel sentenza. |
3. |
Il-każijiet msemmija fil-punt 5.2. (e) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
6. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
L-applikanti għandhom ikollhom sorsi finanzjarji sodi u biżżejjed biex isostnu l-attività tagħhom tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni. L-applikanti għandhom ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilestu l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol.
6.1. Kapaċità finanzjarja tal-applikanti
L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu l-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' qligħ u telf, għall-aħħar sentejn finanzjarji li fihom ngħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal entitajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
6.2. Kapaċità operattiva tal-applikanti
L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità operattiva li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa.
Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant:
— |
Mill-inqas tliet snin esperjenza ppruvata fit-tħejjija u t-twettiq tal-istħarriġiet. |
— |
Esperjenza ppruvata fl-evalwazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ u l-indirizzar ta' kwistjonijiet metodoloġiċi (kampjuni, kwestjonarji u ppjanar). |
— |
Kapaċità li japplikaw il-metodoloġija tal-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi u li jikkonformaw mal-linji gwida internazzjonali dwar it-tmexxija ta' stħarriġiet dwar l-impriżi u l-konsumaturi żviluppati b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-OECD (ara l-punt 2.2.2), kif ukoll mal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni: li jilħqu ż-żmien għar-rappurtaġġ ta' kull xahar, li jimplimentaw titjib u tibdil fil-programm tal-istħarriġ hekk kif jitolbu s-servizzi tal-Kummissjoni, skont il-ftehimiet milħuqa fil-laqgħat ta' koordinament mar-rappreżentanti tal-entitajiet/istituzzjonijiet kollaboraturi. |
7. KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI
Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin fl-aġġudikazzjoni tal-ftehim lill-kandidati magħżula:
— |
Il-livell ta' kompetenza u esperjenza tal-kandidat fl-oqsma msemmija taħt il-punt 6.2. |
— |
Il-livell ta' kompetenza u esperjenza tal-kandidat fit-tiswir ta' indikaturi bbażati fuq ir-riżultati tal-istħarriġ u fl-użu tar-riżultati tal-istħarriġ għall-analiżi u r-riċerka ċiklika u ekonomika, inkluża l-analiżi skont is-settur. |
— |
L-effikaċja tal-metodoloġija tal-istħarriġ propost inkluż l-iskema tat-teħid tal-kampjun, id-daqs tal-kampjun, il-limiti ta' kemm tkopri r-rata ta' kopertura, ir-rata ta' rispons, eċċ. |
— |
Il-livell ta' kompetenza u għarfien tal-kandidat tal-karatteristiċi speċjali tal-istħarriġ tas-settur u l-pajjiż fejn bi ħsiebhom iwettqu l-istħarriġ. |
— |
L-effiċjenza tal-kandidat fl-organizzazzjoni tax-xogħol, fejn jirrigwarda l-flessibbiltà, l-infrastruttura, il-persunal kwalifikat u l-faċilitajiet għat-twettiq tax-xogħol, ir-rappurtar tar-riżultati, is-sħubija fit-tħejjija tal-istħarriġ fl-ambitu tal-programm konġunt armonizzat u l-komunikazzjoni mal-Kummissjoni. |
8. PROĊEDURI PRATTIĊI
8.1. Tfassil u preżentazzjoni ta' proposti
Il-proposti għandu jkollhom formola standard ta' applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata u d-dokumenti ta' sostenn kollha msemmija fil-formola. L-applikanti jistgħu jibagħtu proposti għal stħarriġ wieħed jew aktar.
Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati fi tliet taqsimiet:
— |
proposta amministrattiva |
— |
proposta teknika |
— |
proposta finanzjarja |
Fil-każ ta' preżentazzjoni ta' proposti għal diversi stħarriġiet, huwa biżżejjed li tiġi inkluża fl-applikazzjoni proposta amministrattiva waħda biss u, fejn xieraq, proposta teknika biss, jew parti komuni minnha.
Il-formoli standard li ġejjin jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni:
— |
formola standard ta' applikazzjoni għal għotja |
— |
rendikont standard ta' baġit biex jiġu pprovduti stimi tal-ispejjeż u l-pjan finanzjarju tal-istħarriġ |
— |
formola standard ta' identifikazzjoni finanzjarja |
— |
formola standard ta' entità ġuridika |
— |
formola standard ta' dikjarazzjoni dwar l-eliġibbiltà |
— |
formola standard ta' dikjarazzjoni li turi l-kunsens għall-iffirmar tal-qafas ta' ftehim ta' sħubija u l-ftehim ta' għotja speċifika |
— |
formola standard dwar is-subkuntrattar |
— |
formola standard għad-deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-istħarriġ |
kif ukoll dokumentazzjoni li tirrigwarda l-aspetti finanzjarji tal-għotja:
— |
aide-mémoire għat-tfassil ta' stimi finanzjarji u rendikonti finanzjarji |
— |
mudell tal-qafas ta' ftehim ta' sħubija |
— |
mudell tal-ftehim ta' għotja annwali speċifika |
(a) |
billi tniżżilhom mill-indirizz tal-Internet li ġej: http://ec.europa.eu/economy_finance/procurements_grants/grants7989_en.htm |
(b) |
f'każ li l-ewwel għażla mhijiex possibbli, billi tikteb lill-Kummissjoni fl-indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li temenda dawn id-dokumenti standard skont il-ħtiġijiet tal-programm konġunt armonizzat tal-UE u/jew restrizzjonijiet tal-ġestjoni baġitarja.
Il-proposti għandhom jintbagħtu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea flimkien ma' traduzzjoni fil-lingwa Ingliża, fil-lingwa Franċiża jew fil-lingwa Ġermaniża, fejn xieraq.
L-applikant għandu jipprovdi proposta waħda oriġinali ffirmata u tliet kopji, jekk jista' jkun mhux stejpiljati. Dan iħaffef ix-xogħol amministrattiv meta jitħejjew il-kopji/id-dokumenti kollha meħtieġa għall-kumitat(i) ta' għażla.
Il-proposti għandhom jintbagħtu b'mod issiġillat ġewwa envelop ieħor issiġillat.
L-envelop ta' barra għandu jkollu l-indirizz mogħti fil-punt 8.3 hawn taħt.
L-envelop issiġillat ta' ġewwa li jkun fih il-proposta għandu jiġi mmarkat bil-kliem “Sejħa għal proposti — ECFIN/2008/A3-042, not to be opened by the internal mail department”.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-kandidati li rċeviet il-proposta tagħhom billi tibgħatilhom lura l-avviż ta' wasla li tkun intbagħtet mal-proposta.
8.2. Kontenut tal-proposti
8.2.1. Proposta amministrattiva
Il-proposta amministrattiva għandha tinkludi:
— |
Formola standard ta' applikazzjoni għal għotja ffirmata kif xieraq. |
— |
Formola standard ta' entità ġuridika mimlija u ffirmata kif xieraq u d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba li tipprova l-istatus ġuridiku tal-korp jew istituzzjoni. |
— |
Formola standard ta' indentifikazzjoni finanzjarja mimlija u ffirmata kif xieraq. |
— |
Formola standard ta' dikjarazzjoni dwar eliġibbiltà ffirmata kif xieraq. |
— |
Formola standard ta' dikjarazzjoni li turi l-kunsens għall-iffirmar tal-qafas ta' ftehim ta' sħubija u l-ftehim ta' għotja speċifika ffirmata kif xieraq, jekk il-proposta tkun magħżula. |
— |
L-organigramma tal-korp jew l-istitut, li turi l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tad-direzzjoni u tas-servizz operattiv responsabbli mit-tmexxija tal-istħarriġ. |
— |
Prova ta' qagħda finanzjarja soda: għandhom jiġu mehmużin karti tal-bilanċ u kontijiet ta' qligħ u telf mis-sentejn finanzjarji ta' qabel, jiġifieri l-2007 u l-2006 li fihom ingħalqu l-kontijiet. |
8.2.2. Proposta teknika
Il-proposta teknika għandha tinkludi:
— |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-korp jew l-istitut li tippermetti li ssir il-valutazzjoni tal-kwalifiki tagħha u l-iskop u t-tul tal-esperjenza tagħha fl-oqsma mitluba taħt il-punt 6.2. Dan għandu jfisser kwalunkwe studju, kuntrattu ta' servizz, xogħol ta' konsulenza, stħarriġ, pubblikazzjoni jew xogħol ieħor imwettaq qabel, bl-indikazzjoni tal-isem tal-klijent u anki jiġi ddikjarat liema, jekk hemm, kienu saru għall-Kummissjoni Ewropea. Għandhom jiġu mehmuża l-iktar studji u/jew riżultati rilevanti. |
— |
Deskrizzjoni dettaljata tal-organizzazzjoni operattiva biex jitwettqu l-istħarriġiet. Għandha tiġi mehmuża d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, ir-riżorsi u l-persunal kwalifikat (CV's konċiżi tal-persunal li l-iktar huma involuti fit-twettiq tal-istħarriġ(iet)) għad-dispożizzjoni tal-applikant. |
— |
Formoli standard mimlija b'mod korrett li jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istħarriġ: skema tat-teħid tal-kampjun, żball ta' kampjunar, daqs tal-kampjun, limiti ta' kemm tkopri r-rata ta' kopertura, rata ta' rispons, eċċ. |
— |
Formola standard mimlija b'mod korrett dwar is-subkuntratturi involuti fl-azzjoni, inkluża deskrizzjoni dettaljata tax-xogħlijiet li għandhom jiġu subkuntrattati. |
8.2.3. Proposta finanzjarja
Il-proposta finanzjarja għandha tinkludi:
— |
Rendikont standard ta' baġit mimli b'mod korrett (f'euro), li jkopri perjodu ta' 12-il xahar, għal kull stħarriġ, li jkun fih pjan finanzjarju tal-azzjoni u analiżi dettaljata tal-ispejjeż eliġibbli globali u ta' unitajiet biex jitmexxa l-istħarriġ, inklużi spejjeż ta' subkuntrattar. |
— |
Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-VAT, jekk applikabbli. |
— |
Dokument li jiċċertifika l-kontribuzzjoni finanzjarja minn organizzazzjonijiet oħra (kofinanzjament), jekk applikabbli. |
8.3. Indirizz u data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti
L-applikanti li huma interessati f'dawn l-għotjiet huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu:
(a) |
jew bil-posta rreġistrata jew bis-servizz ta' konsenja indipendenti bit-timbru tal-posta li ma jkunx iktar tard mill-20 ta' Frar 2009. Il-prova tad-data ta' li fiha ntbagħtet l-applikazzjonijiet għandha tiġi stabbilita bit-timbru tal-posta jew bid-data tal-karta ta' depożitu tas-servizz ta' kunsinna indipendenti fl-indirizz li ġej: Bil-posta reġistrata:
|
(b) |
jew bil-konsenja lis-servizz tal-posta ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea (konsenja personali jew konsenja minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-applikant, inkluż is-servizzi ta' konsenja personali) fl-indirizz li ġej:
|
mhux iktar tard mill-20 ta' Frar 2009 sal-16:00 (ħin ta' Brussell). F'dan il-każ, il-prova tas-sottomissjoni tkun permezz ta' rċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal li jilqa' l-offerti fid-dipartiment imsemmi iktar 'il fuq.
9. X'ISIR MILL-APPLIKAZZJONIJIET LI JASLU?
L-applikazzjonijiet kollha jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat jekk jissodisfawx il-kriterji uffiċjali ta' eliġibbiltà.
Il-proposti li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli jiġu evalwati skont il-kriterji ta' aġġudikazzjoni speċifikati hawn fuq.
Il-proċess ta' għażla tal-proposti se jsir matul Frar/Marzu 2009. Għandu jitwaqqaf kumitat ta' għażla għal dan l-iskop taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn tal-inqas tliet persuni li jirrappreżentaw minn tal-inqas żewġ unitajiet mingħajr ebda rabta ġerarkika bejniethom u jkollu s-segretarjat tiegħu stess responsabbli mill-komunikazzjoni mal-kandidat magħżul wara li tkun saret il-proċedura ta' għażla. Dawk il-kandidati li ma ġewx magħżula jiġu nnotifikati wkoll individwalment.
10. IMPORTANTI
Din is-sejħa għal proposti ma tikkostitwixxix xi tip ta' obbligu kuntrattwali min-naħa tal-Kummissjoni lejn xi korp/istituzzjoni li jkun qed jissottometti/tissottometti proposta fuq il-bażi tagħha. Kull komunikazzjoni dwar din is-sejħa għandha ssir bil-miktub.
L-applikanti għandhom jieħdu nota tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li f'każ ta' aġġudikazzjoni jkunu obbligatorji.
Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-dejta personali tiegħek tista' tkun trasferita lil servizzi interni ta' verifika, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord ta' Irregolaritajiet Finanzjarji u/jew lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).
Id-dejta tal-operaturi ekonomiċi li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tista' tiġi inkluża f'database ċentrali u kkomunikata lill-persuni maħtura mill-Kummissjoni, minn istituzzjonijiet oħra, minn aġenziji, minn awtoritajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan jirreferi wkoll għall-persuni b'setgħat ta' rappreżentanza, tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija. Kull parti li tiddaħħal fid-database għandha d-dritt li tiġi informata dwar id-dejta li tikkonċernaha, fuq talba lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
(1) Skont l-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/31 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — DĠ EAC/01/09
TEMPUS IV — RIFORMA TAL-EDUKAZZJONI OGĦLA PERMEZZ TA' KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI BEJN L-UNIVERSITAJIET
(2009/C 18/10)
1. GĦANIJIET U DESKRIZZJONI
Il-programm Tempus qiegħed ikompli għar-raba' fażi li tkopri l-perjodu 2007-2013.
L-għan ġenerali tal-programm se jkun li jikkontribwixxi lejn il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi sħab fiż-żona tal-madwar. Partikolarment, il-programm se jgħin fil-promozzjoni tal-konverġenza volontarja ma' żviluppi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla li jirriżultaw mill-aġenda ta' Liżbona u l-proċess ta' Bolonja.
Tempus jippromwovi l-kooperazzjoni multilaterali fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab u jiffoka fuq ir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla.
Il-proġetti nazzjonali għandhom jaderixxu ma' prijoritajiet nazzjonali li huma stabbiliti permezz ta' djalogu mill-qrib bejn id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi sħab. Proġetti multilaterali għandhom jikkonformaw ma' prijoritajiet reġjonali li ġew definiti skont l-aġenda ta' modernizzazzjoni tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u kif identifikat mid-dokumenti strateġiċi tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-pajjiżi ġirien, l-Ażja Ċentrali u dawk f'fażi ta' qabel l-adeżjoni fl-UE.
Iż-żewġ strumenti ewlenin għall-kooperazzjoni f'din is-sejħa għall-proposti Tempus huma:
— |
Proġetti Konġunti: proġetti b'approċċ “minn isfel għal fuq” bil-għan li jimmodernizzaw u jirriformaw f'livell istituzzjonali (universitarju). Proġetti Konġunti għandhom l-għan li jimmodernizzaw il-kurrikuli universitarji u l-governanza permezz ta' trasferiment ta' għarfien bejn universitajiet, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet mill-UE u mill-pajjiżi sħab kif ukoll bejn entitajiet mill-pajjiżi sħab skont kif ikun xieraq, |
— |
Miżuri Strutturali: proġetti li jfittxu li jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp u r-riforma tas-sistemi ta' edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi sħab, kif ukoll biex itejbu l-kwalità u r-rilevanza tagħhom, u biex iżidu l-konverġenza tagħhom ma' żviluppi tal-UE. Il-Miżuri Strutturali se jikkonċernaw interventi maħsuba biex jappoġġaw riforma strutturali tas-sistemi ta' edukazzjoni ogħla u żvilupp ta' qafas strateġiku fil-livell nazzjonali. |
2. APPLIKANTI ELIĠIBBLI
L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jieħdu sehem fil-Programm Tempus ivarjaw minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla għal istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux akkademiċi bħalma huma għaqdiet mhux governattivi, kumpaniji, industriji u awtoritajiet pubbliċi.
Dawn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fl-erba' gruppi ta' pajjiżi eliġibbli li ġejjin:
— |
Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
— |
6 pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent: L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, kif ukoll il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni UNSC 1244/99, |
— |
15-il pajjiż fiż-żona tan-Nofsinhar u l-Lvant fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea: L-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Territorju Palestinjan okkupat, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna, |
— |
il-Federazzjoni Russa, |
— |
5 Repubbliki tal-Ażja Ċentrali: Il-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan. |
3. BAĠIT U TUL TAL-PROĠETT
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti jilħaq is-somma ta' EUR 53 miljun.
Il-kontribut finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż id-90 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli diretti.
Id-daqs minimu tal-għotja sew għall-Proġetti Konġunti kif ukoll għall-Miżuri Strutturali se jkun ta' Eur 500 000. Id-daqs massimu tal-għotja se jkun ta' EUR 1 500 000. Fil-każ tal-Kosovo (1), il-Montenegro u l-ħames pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, id-daqs minimu tal-għotja għal proġetti nazzjonali (taż-żewġ tipi) huwa stabbilit għal EUR 300 000.
It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 36 xahar.
4. DATA TAL-GĦELUQ
L-applikazzjonijiet għall-Proġetti Konġunti u għall-Miżuri Strutturali għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mit-28 ta' April 2009 fl-16:00 Ħin Ċentrali Ewropew tas-Sajf.
5. GĦAL AKTAR TAGĦRIF
It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/tempus
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti fil-websajt.
(1) Skont UNSCR 1244/99
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/33 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5313 — Serendipity Investment/Eurosport/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 18/11)
1. |
Fis-16 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Serendipity Investment SAS (“Serendipity Investment”, Franza), ikkontrollata b'mod konġunt mill-Bouygues Group u mill-Financière Pinault Group, u l-impriża Eurosport SA (“Eurosport”, Franza), ikkontrollata mill-Bouygues Group, akkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża SPS (“SPS”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transizzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5313 — Serendipity Investment/Eurosport/JV, fl-indirizz li ġej:
|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/34 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5463 — Hitachi/Hitachi Koki)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 18/12)
1. |
Fl-14 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Hitachi, Ltd. (il-Ġappun, parti mill-Hitachi Group) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll ta' parti minn Hitachi Koki Co., Ltd. (il-Ġappun) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fl-14 ta' Jannar 2009. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal.faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5463 — Hitachi/Hitachi Koki, fl-indirizz li ġej:
|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.