|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 016/01 |
||
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2009/C 016/02 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 016/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2009/C 016/04 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 ) |
|
|
2009/C 016/05 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għat-tressiq ta' offerti rigward l-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda skond obbligi ta' servizz publiku ( 1 ) |
|
|
|
INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW |
|
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2009/C 016/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 016/07 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 016/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5436 — Citi Infrastructure Partners, L.P./Itínere Infraestructuras S.A.) — Każ li jista' jkun ikkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 016/09 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/1 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas temportanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali
(2009/C 16/01)
1. IL-KRIŻI FINANZJARJA, L-IMPATT TAGĦHA FUQ L-EKONOMIJA REALI U L-ĦTIEĠA GĦAL MIŻURI TEMPORANJI
1.1. Il-kriżi finanzjarja u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali
Fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (1) biex tmexxi l-irkupru tal-Ewropa mill-kriżi finanzjarja attwali. Il-Pjan ta' Rkupru huwa bbażat fuq żewġ elementi ewlenin li jirrinfurzaw reċiprokament lil xulxin. L-ewwelnett, miżuri fuq medda qasira ta' żmien biex iżidu d-domanda, jsalvaw l-impjiegi u jgħinu sabiex jerġa' jkun hemm fiduċja. It-tieninett, “investiment għaqli” biex jipproduċi tkabbir akbar u prosperità sostenibbli fuq perjodu ta' żmien aktar fit-tul. Il-Pjan ta' Rkupru se jintensifika u jħaffef riformi li diġà nbdew taħt l-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi.
F'dan il-kuntest, l-isfida għall-Komunità hija li tevita intervent pubblika li jimmina l-għan ta' anqas għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Istat li hija mmirata aħjar. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, hemm ħtieġa għal għajnuna mill-Istat temporanja ġdida.
Il-Pjan jinkludi wkoll inizjattivi ulterjuri biex ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat jiġu applikati b'tali mod li tinkiseb flessibilità massima biex tissolva l-kriżi filwaqt li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet. Din il-Komunikazzjoni tagħti d-dettalji dwar numru ta' opportunitajiet temporanji addizzjonali għall-Istati Membri biex jagħtu għajnuna mill-Istat.
L-ewwelnett, il-kriżi finanzjarja kellha impatt iebes fuq is-settur bankarju tal-UE. Il-Kunsill saħaq li, għalkemm l-intervent pubbliku għandu jkun deċiż fuq livell nazzjonali, jeħtieġ li dan isir fi ħdan qafas koordinat u fuq il-bażi ta' għadd ta' prinċipji komuni tal-Komunita' (2). Il-Kummissjoni rreaġiet mill-ewwel b'diversi miżuri inkluż l-adozzjoni ta' Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali preżenti (3) u numru ta' deċiżjonijiet li jawtorizzaw l-għajnuna għas-salvataġġ lil istituzzjonijiet finanzjarji.
Aċċess suffiċjenti u abbordabbli għall-finanzjament huwa kundizzjoni minn qabel għall-investiment, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi mis-settur privat. Jeħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-influwenza li kisbu b'riżultat tal-forniment ta' sostenn finanzjarju sostanzjali lis-settur bankarju biex jiżguraw li dan is-sostenn ma jwassalx sempliċement għal titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-banek mingħajr ebda benefiċċju għall-ekonomija inġenerali. Is-sostenn għas-settur finanzjarju għandu għalhekk ikun immirat tajjeb biex jiggarantixxi li l-banek jissoktaw bl-attivitajiet ta' tislif normali tagħhom. Il-Kummissjoni se tqis dan meta teżamina l-għajnuna mill-Istat lill-banek.
Filwaqt li s-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji tidher li qed titjieb, l-impatt sħiħ tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali issa qed jinħass. Tnaqqis serju ħafna qed jaffettwa l-ekonomija aktar wiesgħa u li jkollu impatt fuq l-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-impjiegi. B'mod partikolari, b'konsegwenza tal-kriżi fis-swieq finanzjarji, il-banek għaddejjin minn proċess ta' tnaqqis fil-livell tad-dejn u qed isiru inqas lesti li jieħdu riskji milli kienu fi snin preċedenti li b'hekk qed iwassal għal restrizzjoni fil-kreditu. Il-kriżi finanzjarja tista' twassal għar-razzjonar tal-kreditu, tnaqqis fid-domanda u reċessjoni.
Diffikultajiet bħal dawn jistgħu mhux biss jolqtu kumpaniji dgħajfa mingħajr protezzjoni mill-aspett ta' solvenza iżda wkoll kumpaniji b'saħħithom li se jaffaċċjaw nuqqas f'daqqa jew saħansitra indisponibbiltà ta' kreditu. Dan se jkun il-każ partikolarment għall-(“SMEs”) li, f'kull każ, jaffaċċjaw diffikultajiet akbar ta' aċċess għall-finanzjament minn kumpaniji li huma akbar. Sitwazzjoni bħal din tista' mhux biss serjament tolqot is-sitwazzjoni ekonomika ta' bosta kumpaniji b'saħħithom u l-impjegati tagħhom fuq medda qasira u medja ta' żmien imma jista' jkollha effetti negattivi li jdumu aktar minħabba li l-investimenti kollha tal-UE fil-futur — b'mod partikolari lejn tkabbir sostenibbli u għanijiet oħrajn tal-Istrateġija ta' Liżbona — jistgħu jiddewmu jew anki jiġu abbandunati.
1.2. Il-ħtieġa għall-koordinazzjoni Ewropea mill-qrib ta' miżuri ta' għajnuna nazzjonali
Fis-sitwazzjoni finanzjarja attwali, l-Istati Membri jistgħu jkollhom it-tentazzjoni li jimxu għal rashom u li jidħlu f'tellieqa tas-sussidji biex jappoġjaw il-kumpaniji tagħhom. L-esperjenza tal-passat turi li azzjoni individwali ta' dan it-tip ma tistax tkun effettiva u tista' tkun ta' dannu serju għas-suq intern. Meta jingħata appoġġ, filwaqt li titqies bis-sħiħ is-sitwazzjoni ekonomika speċifika attwali, hu kruċjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet u opportunitajiet ugwali għall-kumpaniji Ewropej u li jiġi evitat li l-Istati Membri jidħlu fi tlielaq ta' għoti ta' sussidji li ma jkunux sostenibbli u li jkunu ta' ħsara għall-UE globalment. Il-politika tal-kompetizzjoni teżisti biex tiżgura li dan isir.
1.3. Il-ħtieġa għal miżuri temporanji ta' għajnuna mill-Istat
Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kura mirakuluża għad-diffikultajiet attwali, sostenn pubbliku mmirat tajjeb għall-kumpaniji jista' jkun komponent utli fl-isforz globali kemm biex jiġi żblukkat it-tislif lill-kumpaniji u biex jiġi inkoraġġut investiment kontinwat f'ġejjieni b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju.
Il-miżuri temporanji addizzjonali li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din il-Komunikazzjoni għandhom żewġ għanijiet: L-ewwelnett, fid-dawl tal-problemi eċċezzjonali u tranżitorji ta' finanzjament marbuta mal-kriżi bankarja, biex jiġi żblukkat it-tislif mill-banek lill-kumpaniji u b'hekk tiġi garantita l-kontinwità tal-aċċess tagħhom għall-finanzjament. Kif jirriżulta mill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, tal-25 ta' Ġunju 2008 (4), li ġie adottat dan l-aħħar, l-SMEs huma partikolarment importanti għall-ekonomija kollha fl-Ewropa u t-titjib tal-qagħda finanzjarja tagħhom ikollu wkoll effetti pożittivi għall-kumpaniji l-kbar u b'hekk ikun ta' appoġġ għat-tkabbir u l-immodernizzar ekonomiku globali fit-tul.
It-tieni għan huwa li l-kumpaniji jiġu inkoraġġuti jkomplu jinvestu fil-ġejjieni, b'mod partikolari f'ekonomija bi tkabbir sostenibbli. Tabilħaqq, jekk, b'riżultat tal-kriżi attwali, il-progress sinjifikanti li nkiseb fil-qasam ambjentali jitwaqqaf jew jingħeleb, jista' jkun hemm konsegwenzi possibbilment drammatiċi. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li jingħata appoġġ temporanju lill-kumpaniji talli jinvestu fi proġetti ambjentali (li, fost affarijiet oħrajn, jista' jagħti vantaġġ teknoloġiku lill-industrija tal-UE) u b'hekk jiġu magħquda l-appoġġ finanzjarju urġenti u meħtieġ ma' benefiċċji fit-tul għall-Ewropa.
Din il-Komunikazzjoni l-ewwel tfakkar id-diversi opportunitajiet għal appoġġ pubbliku li diġà huma għad-diżpożizzjoni tal-Istati Membri taħt ir-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, qabel ma tistipula miżuri addizzjonali ta' għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri jistgħu jagħtu temporanjament sabiex jissanaw id-diffikultajiet li bħalissa qed jiltaqgħu magħhom xi kumpaniji rigward aċċess għall-finanzjament u sabiex jippromwovu investimenti b'għanijiet ambjentali.
Il-Kummissjoni tqis li l-istrumenti ta' għajnuna proposti huma l-aktar strumenti xierqa biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
2. MIŻURI ĠENERALI TA' POLITIKA EKONOMIKA
Il-Pjan għall-Irkupru Ekonomiku ġie adottat b'reazzjoni għas-sitwazzjoni ekonomika attwali. Fid-dawl tal-iskala tal-kriżi, il-Komunita' teħtieġ approċċ koordinat, li huwa kbir u kuraġġjuż biżżejjed biex terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji.
L-għanijiet strateġiċi tal-Pjan tal-Irkupru huma li:
|
— |
jistimula malajr id-domanda u jżid il-fiduċja tal-konsumaturi, |
|
— |
jnaqqas l-impatt negattiv uman tat-tnaqqis ekonomiku u l-impatt tiegħu fuq dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Ħafna ħaddiema u l-familji tagħhom huma milquta jew se jintlaqtu mill-kriżi. Tista' tittieħed azzjoni biex jitwaqqad it-telf tal-impjiegi u biex imbagħad in-nies jiġu megħjuna jirritornaw malajr fis-suq tax-xogħol, pjuttost milli jaffaċċjaw qgħad fit-tul, |
|
— |
jgħin lill-Ewropa tipprepara sabiex tieħu vantaġġ meta jerġa' jibda t-tkabbir, sabiex l-ekonomija Ewropea tkun armonizzata mad-domandi għall-kompetittività u s-sostenibbiltà u l-ħtiġijiet tal-futur, kif deskritti fl-Istrateġija ta' Liżbona. Dan ifisser li jkun hemm appoġġ għall-innovazzjoni, li tinbena ekonomija bbażata fuq l-għarfien u li titħaffef il-bidla lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. |
Sabiex jilħqu dawn l-għanijiet, l-Istati Membri diġà għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom numru ta' strumenti li ma jitqiesux bħala għajnuna mill-Istat. Pereżempju, jista' jkun li xi kumpaniji qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet aktar serji ta' aċċess għall-finanzjament minn kumpaniji oħrajn u għalhekk ikollhom idewmu u saħansitra jabbandunaw il-finanzjament neċessarju għat-tkabbir tagħhom u biex iwettqu l-investimenti ppjanati. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jisgħu jadottaw sensiela ta' miżuri ta' politika ġenerali, li jkunu applikabbli għall-kumpaniji kollha fit-territorji rispettivi tagħhom u li konsegwentement ma jaqgħux taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jkollhom l-għan li jtaffu temporanjament problemi ta' finanzjament fuq medda qasira u medja ta' żmien. Pereżempju, jistgħu jiġu estiżi l-iskadenzi għall-pagament ta' ħlasijiet tas-sigurtà soċjali u ħlasijiet simili u saħansitra t-taxxi jew jistgħu jiġu introdotti miżuri għall-impjegati. Jekk miżuri bħal dawn ikunu disponibbli għall-impriżi kollha, fil-prinċipju, dawn ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu appoġġ finanzjarju direttament lill-konsumaturi, pereżempji biex jiddisponu minn prodotti qodma u/jew jixtru prodotti ekoloġiċi. Jekk din l-għajnuna tingħata mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini tal-prodott, ma tqajjimx diffikultajiet rigward għajnuna mill-Istat.
Barra minn dan, jistgħu jintużaw programmi ġenerali tal-Komunita', bħall-programm ta' Qafas ta' Kompetittività u Innovazzjoni (2007 sa 2013) stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunisll tal-24 ta' Ottubru 2006 (5) u s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunita' Ewropea għar-Riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (6), għall-aħjar riżultati possibbli, biex iwasslu sostenn kemm lill-SMEs kif ukoll lill-impriżi l-kbar. Dan jikkonforma totalment ma' inizjattivi Ewropej oħrajn, bħad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment li juża EUR 30 biljun biex isostni l-SMEs Ewropej u l-impenn tiegħu li jtejjeb il-ħila tiegħu biex jintervjeni fi proġetti infrastrutturali.
3. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI TAĦT STRUMENTI EŻISTENTI
Matul l-aħħar snin, il-Kummissjoni mmodernizzat sinjifikatament ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex tinkoraġġixxi l-Istati Membri biex jiddirezzjonaw aħjar l-appoġġ pubbliku lejn investimenti sostenibbli u b'hekk jikkontribwixxu għall-istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività. F'dan il-kuntest, sar enfażi partikolari fuq l-SMEs flimkien ma' aktar possibiltajiet sabiex tingħata għajnuna mill-Istat. Barra minn dan, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ġew issimplifikati u aġġornati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (7) (“GBER”) li ġie adottat dan l-aħħar u li issa joffri lill-Istati Membri varjetà wiesgħa ta' miżuri ta' għajnuna b'piż amministrattiv minimu. Fis-sitwazzjoni ekonomika attwali, l-istrumenti eżistenti ta' għajnuna mill-Istat li ġejjin huma ta' importanza partikolari:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis (8) (ir-Regolament de minimis), jispeċifika li miżuri ta' appoġġ ta' mhux aktar minn EUR 200 000 għal kull kumpanija matul kull perjodu ta' tliet snin ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tat-Trattat. L-istess Regolament jipprovdi wkoll li garanziji ta' sa EUR 1,5 miljun ma jissuperawx il-limitu de minimis u għaldaqstant huma ma jammontawx għal għajnuna. Konsegwentement, l-Istati Membri jistgħu jagħtu garanziji bħal dawn mingħajr ma jikkalkulaw l-ekwivalenti li jikkorrispondi f'għajnuna u mingħajr piżijiet amministrattivi.
Il-GBER, huwa aspett ċentrali tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat billi jissimplifika l-proċedura tal-għajnuna mill-Istat għal xi miżuri importanti ta' għajnuna u billi jinkoraġġixxi d-direzzjoni mill-ġdid tal-għajnuna mill-Istat lejn għanijiet prijoritarji tal-Komunità. Ir-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija li kienu diġà jeżistu flimkien ma' oqsma ġodda (innovazzjoni, ambjent, riċerka u żvilupp għal kumpaniji kbar u miżuri ta' kapital ta' riskju għall-SMEs) inġabru kollha fi strument wieħed. Fil-każijiet kollha koperti mill-GBER l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mingħajr notifika bil-quddiem lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-ħeffa tal-proċess hija totalment f'idejn l-Istati Membri. Il-GBER huwa ta' importanza partikolari għall-SMEs peress li jipprovdi għal regoli speċjali għal għajnuna għall-investiment u għall-impjiegi esklussivament għall-SMEs. Barra minn dan, is-26 miżura kollha koperti huma disponibbli għall-SMEs u dan jippermetti lill-Istati Membri biex jakkumpanjaw lill-SMEs fl-istadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, filwaqt li jgħinuhom f'oqsma li jkopru mill-aċċess għall-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, il-miżuri ambjentali, eċċ.
Fl-2008, ġew adottati Linji Gwida ġodda tal-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali (9) bħala parti mill-pakkett dwar l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima. Taħt dawk il-Linji Gwida, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, inter alia, kif ġej:
|
— |
Għajnuna lil kumpaniji li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom lil hinn mill-istandards tal-Komunità jew, fin-nuqqas ta' tali standards, ta' sa 70 % tal-ispejjeż żejda għall-investment (sa 80 % fil-qasam tal-innovazzjoni ambjentali) għall-impriżi ż-żgħar u sa 100 % għall-ispejjeż żejda għall-investiment jekk l-għajnuna tingħata fi proċess ta' appalt ġenwinament kompetittiv u dan anki għal kumpaniji kbar. Hija wkoll permessa għajnuna għal adattament bikri għal standards futuri tal-Komunità u għajnuna għal studji ambjentali. |
|
— |
Fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded u l-koġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna operattiva biex jitkopru l-ispejjeż żejda għall-produzzjoni kollha. |
|
— |
Sabiex jinkisbu l-miri ambjentali għall-iffrankar tal-enerġija u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'effett serra, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna li tippermetti lill-impriżi jiksbu ffrankar tal-enerġija u għajnuna għal sorsi ta' enerġija li tiġġedded u koġenerazzjoni sa 80 % tal-ispejjeż żejda għall-investiment għall-impriżi ż-żgħar u sa 100 % għall-ispejjeż żejda għall-investiment jekk l-għajnuna tingħata fi proċess ta' appalt ġenwinament kompetittiv. |
F'Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (10) ġdid. Dak it-test fih dispożizzjonijiet ġodda dwar l-innovazzjoni, immirati speċifikament lejn l-SMEs u li jikkorrispondu wkoll għal direzzjonar aħjar tal-għajnuna lejn il-ħolqien tal-impjiegi u tat-tkabbir skont il-linji stabbilita mill-aġenda ta' Liżbona. B'mod partikolari, Stati Membri jistgħu jagħtu għajnuna tal-istat, inter alia, kif ġej:
|
— |
għajnuna għal proġetti ta' riċerka u żvilupp, b'mod partikolari għajnuna għal riċerka fundamentali ta' sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli u għajnuna għal riċerka industrijali ta' sa 80 % għal impriżi żgħar, |
|
— |
għajnuna għal impriżi ġodda u innovattivi ta' sa EUR 1 miljun u saħansitra aktar minn dan f'reġjuni assistiti, għajnuna għal raggruppamenti ta' innovazzjoni, għajnuna għal servizzi ta' konsulenza għall-innovazzjoni u għajnuna għal servizzi ta' sostenn għall-innovazzjoni, |
|
— |
għajnuna għat-tislif ta' persuna bi kwalifiki għoljin, għajnuna għal studji ta' fattibbiltà teknika, għajnuna għal innovazzjoni fil-proċessi u innovazzjoni organizzattiva fis-servizzi u għajnuna għal spejjeż ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali għal SMEs. |
It-taħriġ huwa element ewlieni ieħor għall-kompetittività. Huwa ta' importanza kritika li jinżamm l-investiment fit-taħriġ sabiex jiġu żviluppati ħiliet ġodda, anki fi żmien meta l-qgħad qed jiżdied. Skont il-GBER, l-Istati Membri jistgħu lill-kumpaniji jagħtu għajnuna għat-taħriġ kemm ġenerali kif ukoll speċifika ta' sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Fl-2008, il-Kummissjoni adottat Avviż dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (11) ġdid, li jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet il-garanziji pubbliċi għal self ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat. Skond dak l-Avviż, garanziji mhumiex meqjusa bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari meta jitħallas prezz tas-suq għalihom. Minbarra li jiċċara l-kundizzjonijiet jekk hemmx għajnuna fil-forma ta' garanziji jew le, l-Avviż il-ġdid jintroduċi wkoll, għall-ewwel darba, primjums fil-limitu ta' eżenzjoni speċifiċi għall-SMEs, li jippermettu użu aktar faċli iżda sikur ta' garanziji sabiex jiġi inkoraġġut il-finanzjament ta' SMEs.
F'Lulju 2006, ġew adottati linji gwida Komunitarji ġodda biex jiġi inkoraġġit kapital ta' riskju (12) mill-Kummissjoni. Dawn huma ddirezzjonati lejn SMEs innovattivi u li qed jikbru malajr — punt fokali ewlieni tal-Istrateġija ta' Liżbona. Il-Kummissjoni stabbilixxiet limitu ta' eżenzjoni ġdid ta' EUR 1,5 miljun għal kull SME fil-mira, żieda ta' 50 %. Taħt dan il-limitu, il-Kummissjoni taċċetta, fil-prinċipju, li hemm nuqqas ta' mezzi alternattivi ta' finanzjament mis-swieq finanzjarji (jiġifieri li jeżisti falliment tas-suq). Barra minn dan, l-għajnuna għall-kapital ta' riskju ġiet inkluża fil-GBER.
F'reġjuni żvantaġġati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għall-investiment għat-twaqqif ta' stabbiliment ġdid, għall-estensjoni ta' stabbiliment eżistenti jew għad-diversifikazzjoni għal prodotti ġodda taħt il-Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali nazzjonali għal 2007-2013 (13), li ilhom applikabbli minn Jannar 2007.
Dawn Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali nazzjonali għal 2007-2013 jintroduċu wkoll forma ġdida ta' għajnuna biex jiġu pprovduti inċentivi biex isostnu negozji li qed jiġu stabbiliti u l-istadju bikri tal-iżvilupp tal-impriżi ż-żgħar f'żoni assistiti.
Skond il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (14), l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu għajnuna lil kumpaniji li jirrikjedu sostenn pubbliku. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi ta' għajnuna għas-salvataġġ u/jew ristrutturar għall-SMEs.
Fuq il-bażi tal-għajnuna mill-Istat eżistenti possibbli, il-Kummissjoni diġà awtorizzat numru kbir ta' skemi li l-Istati Membri jistgħu jużaw sabiex jirreaġixxu għas-sitwazzjoni finanzjarja attwali.
4. APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 87(3)(B)
4.1. Prinċipji ġenerali
Skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat il-Kummissjoni tista' tiddikjara għajnuna “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru” kompatibbli mas-suq komuni. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li t-taqlib irid jolqot lill-ekonomija kollha tal-Istat Membru kkonċernat u mhux biss l-ekonomija ta' wieħed mir-reġjunijiet tiegħu jew partijiet mit-territorju tiegħu. Dan, barra minnhekk, jikkonforma mal-ħtieġa li kull dispożizzjoni ta' deroga bħall-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tiġi strettament interpretata (15).
Din l-interpretazzjoni stretta ġiet applikata konsistentement mill-Kummissjoni (16) fil-prattika deċiżjonali tagħha.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kriżi finanzjarja globali attwali tirrikjedi, lil hinn minn sostenn ta' emerġenza għas-sistema finanzjarja, reazzjonijiet eċċezzjonali ta' politika.
L-Istati Membri kollha se jkunu affettwati minn din il-kriżi, għalkemm b'modi differenti u fi gradi differenti, u huwa probabbli li jiżdied il-qgħad, tonqos id-domanda u l-pożizzjonijiet fiskali jmorru għall-agħar.
Fid-dawl tas-serjetà tal-kriżi finanzjarja attwali u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija globali tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li xi kategoriji ta' għajnuna mill-Istat huma ġġustifikati, għal perjodu limitat, biex dawn id-diffikultajiet jiġu ssanati u li dawn jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat.
4.2. Ammont limitat ta' għajnuna kompatibbli
4.2.1. Il-qafas eżistenti
L-Artikolu 2 tar-Regolament de minimisjipprovdi li:
“Il-miżuri ta' għajnuna se jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għaldaqstant ikunu eżentati mill-ħtieġa tan-notifika fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbilit fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.
L-għajnuna de minimis totali mogħtija li kwalunkwe impriża waħda m'għandhiex tissupera l-EUR 200 000 matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali. L-għajnuna de minimis totali mogħtija li kwalunkwe impriża waħda attiva fis-settur tat-trasport bit-triq m'għandhiex tissupera l-EUR 100 000 matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali. Dawn il-limiti japplikaw irrispettivament mit-tip ta' għajnuna de minimis jew l-għan ta' tali għajnuna u irrispettivament minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru hijiex finanzjata totalment jew parzjalment minn riżorsi ta' oriġini Komunitarja. Dan il-perjodu għandu jiġi stabbilit b'referenza għas-snin fiskali użati mill-impriża fl-Istat Membru kkonċernat.”
4.2.2. Miżura ġdida
Il-kriżi finanzjarja qiegħda tolqot mhux biss kumpaniji dgħajfa strutturalment iżda wkoll kumpaniji li se jaffaċċjaw nuqqas f'daqqa jew anki indisponibbiltà ta' kreditu. Titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawn il-kumpaniji jkollu effetti pożittivi fuq l-ekonomija Ewropea kollha.
Għaldaqstant, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika attwali, huwa meqjus neċessarju li jiġi permess temporanjament l-għoti ta' ammont limitat ta' għajnuna li madankollu jaqa' barra mill-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat minħabba li jeċċedi l-limitu indikat fir-Regolament de minimis.
Il-Kummissjoni se tqis għajnuna mill-Istat bħal din kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat sakemm l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
(a) |
l-għajnuna m'għandhiex teċċedi għotja ta' flus ta' EUR 500 000 għal kull impriża. Il-figuri kollha użati għandhom ikunu figuri gross, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxi jew spejjeż oħra. Fejn l-għajnuna tingħata f'forma oħra għajr għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għajnuna bħala għotja grossa; |
|
(b) |
l-għajnuna tingħata fil-forma ta' skema; |
|
(c) |
l-għajnuna tapplika biss għal impriżi li ma kinux f'diffikultà (17) fl-1 ta' Lulju 2008. Tista' tingħata għal impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika; |
|
(d) |
l-iskema ta' għajnuna ma tapplikax għal impriżi attivi fis-settur tas-sajd; |
|
(e) |
l-għajnuna mhix għajnuna għall-esportazzjoni jew għajnuna li tiffavorixxi prodotti nazzjonali fuq dawk importati; |
|
(f) |
l-għajnuna tista' tingħata mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010; |
|
(g) |
qabel ma jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru jrid jikseb dikjarazzjoni mill-impriża kkonċernata, f'forma miktuba jew elettronika, dwar kull għajnuna de minimis oħra u għajnuna relatata ma' dan il-paragrafu, li rċeviet matul is-sena fiskali kurrenti u jivverifika li din mhijiex se tgħolli l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta mill-impriża matul il-perjodu 1 ta' Jannar 2008 sa 31 ta' Diċembru 2010, għal livell li jissupera l-limitu ta' EUR 500 000; |
|
(h) |
din il-miżura ta' għajnuna m'għandhiex tapplika għal impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli (18). Għandha tapplika għal impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli (19) sakemm l-ammont tal-għajnuna jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-kwantità ta' tali prodotti mixtrija minn produtturi primarji jew impoġġija fis-suq mill-impriżi kkonċernati, jew l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li tingħadda parzjalment jew totalment lil prodotturi primarji. |
4.3. Għajnuna fil-forma ta' garanziji
4.3.1. Il-qafas eżistenti
L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji għandu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri bi gwida aktar dettaljata dwar il-prinċipji li fuqhom il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibbaża l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikoli 87 u 88 u l-applikazzjoni tagħhom għall-garanziji mill-Istat. B'mod partikolari, l-Avviż jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet jista' jitqies li m'hemmx għajnuna mill-Istat. It-test imsemmi hawn fuq ma jipprovdi l-ebda kriterji ta' kompatibbiltà għall-valutazzjoni tal-garanziji.
4.3.2. Miżura ġdida
Sabiex jiġi inkoraġġut ulterjorment l-aċċess għall-finanzjament u biex titnaqqas l-istmerrija għolja attwali għar-riskju tal-banek, garanziji tas-self sussidjati għal perjodu limitat jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-finanzjament.
Il-Kummissjoni se tqis għajnuna mill-Istat bħal din kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat sakemm l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
(a) |
għall-SMEs, l-Istati Membri jistgħu jagħtu biss tnaqqis ta' sa 25 % tal-primjum annwali li għandu jitħallas għal garanziji ġodda mogħtiji skont il-limitu ta' eżenzjoni fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (20); |
|
(b) |
fil-każ tal-kumpaniji l-kbar, l-Istati Membri għandhom ukoll jagħtu tnaqqis ta' sa 15 % tal-primjum annwali għall-garanziji l-ġodda kkalkulat fuq il-bażi tal-istess dispożizzjonijiet dwar il-limitu ta' eżenzjoni; |
|
(c) |
meta l-element ta' għajnuna fi skemi ta' garanzija huwa kkalkulat permezz ta' metodoloġiji diġà aċċettati mill-Kummissjoni wara n-notifika tagħhom taħt regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (21), l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tnaqqis simili ta' sa 25 % tal-primjum annwali li għandu jitħallas għal garanziji ġodda għall-SMEs u sa 15 % għal kumpaniji kbar; |
|
(d) |
is-self massimu ma jistax jissupera l-ammont totali annwali dovut f'pagi mill-benefiċjarju (inklużi l-piżijiet soċjali kif ukoll l-ispiża tal-persunal li jaħdem fuq is-sit tal-kumpanija iżda li l-paga tiegħu formalment titħallas minn subkuntratturi) għall-2008. Fil-każ ta' kumpaniji li nħolqu wara l-1 ta' Jannar 2008, is-self massimu ma jistax jissupera l-ammont annwali stmat li se jkun dovut f'pagi għall-ewwel sentejn tal-operat tagħha; |
|
(e) |
il-garanziji għandhom jingħataw mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010; |
|
(f) |
il-garanzija ma tistax teċċedi d-90 % tas-self; |
|
(g) |
il-garanzija tista' tirrigwarda kemm self għall-investiment u self għall-kapital ċirkolanti; |
|
(h) |
it-tnaqqis tal-primjum tal-garanzija għandu jiġi applikat matul perjodu massimu ta' sentejn wara l-għoti tal-garanzija; |
|
(i) |
din il-miżura tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà (22) fl-1 ta' Lulju 2008. Tista' tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika; |
4.4. Għajnuna fil-forma ta' rata tal-imgħax sussidjata
4.4.1. Il-qafas eżistenti
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skond (23) tistabbilixxi metodu għall-kalkolu tar-rata ta' referenza bbażat fuq ir-rata ta' sena waħda offruta bejn il-banek (inter-bank offered rate — IBOR) miżjuda b'marġni li jmorru minn 60 sa 1 000 punti bażi, skont l-affidabbiltà finanzjarja tal-kumpanija u l-livell tal-garanzija li toffri. Jekk l-Istati Membri japplikaw din dan il-metodu, ir-rata tal-imgħax ma tkunx tinkludi għajnuna mill-Istat.
4.4.2. Miżura ġdida
Fiċ-ċirkostanzi attwali tas-suq, il-kumpaniji jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex isibu finanzjament. Għaldaqstant il-Kummissjoni taċċetta li self pubbliku jew privat mogħti b'rata tal-imgħax li tkun minn tal-anqas ekwivalenti għar-rata overnight tal-bank ċentrali miżjuda bi primjum ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata medja ta' fost il-banek għal sena waħda u r-rata overnight medja tal-bank ċentrali matul il-perjodu 1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008, flimkien mal-primjum għar-riskju tal-kreditu li jikkorrispondi għall-profil ta' riskju tal-benefiċjarju, kif stipulat mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu kif jiġu stabbiliti r-rata ta' referenza u rata tal-iskont.
L-element ta' għajnuna li jinstab fid-differenza bejn din ir-rata tal-imgħax u r-rata ta' referenza definita mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rata tar-referenza u r-rata tal-iskont tkun ikkunsidrata, fuq bażi temporanja, kompatibbli mat-Trattat fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b), sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
(a) |
Dan il-metodu għandu japplika għall-kuntratti kollha konklużi sal-31 ta' Diċembru 2010. Jista' jkopri self għal kwalunkwe tul ta' żmien. Ir-rati mnaqqsa tal-imgħax jistgħu jiġu applikati għal pagamenti tal-imgħax qabel il-31 ta' Diċembru 2012 (24). Wara dik id-data għandha tapplika għas-self rata tal-imgħax minn tal-anqas ugwali għar-rata definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-rata ta' referenza u r-rata ta' skont; |
|
(b) |
din il-miżura tapplika biss għal impriżi li ma kinux f'diffikultà fl-1 ta' Lulju 2008 (22). Tista' tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
4.5. Għajnuna għall-produzzjoni ta' prodotti ekoloġiċi
4.5.1. Il-qafas eżistenti
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont tistabbilixxi metodu għall-kalkolu tar-rata ta' referenza bbażat fuq ir-rata ta' sena waħda offruta bejn il-banek (inter-bank offered rate — IBOR) miżjuda b'marġni li jmorru minn 60 sa 1 000 punti bażi, skont l-affidabbiltà finanzjarja tal-kumpanija u l-livell tal-garanzija li toffri. Jekk l-Istati Membri japplikaw dak il-metodu, ir-rata tal-imgħax ma tkunx tinkludi għajnuna mill-Istat.
4.5.2. Miżura ġdida
Minħabba l-kriżi finanzjarja attwali, il-kumpaniji qed jiltaqgħu wkoll ma' aktar diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament għall-produzzjoni ta' prodotti aktar ekoloġiċi. L-għajnuna fil-forma ta' garanziji tista' ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja proġetti li jiswew ħafna u li għandhom l-għan li jżidu l-ħarsien ambjentali billi jadattaw aktar kmieni għal normi futurii li għadhom ma daħlux fis-seħħ jew billi jmorru lil hinn minn tali standards.
Il-Kummissjoni tqis l-għanijiet ambjentali għandha tibqa' prijorità minkejja l-kriżi finanzjarja. Il-produzzjoni ta' prodotti aktar ekoloġiċi, inklużi prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija, hija fl-interess komuni tal-Ewropa u huwa importanti li l-kriżi finanzjarja ma tkunx ta' ostakolu għal dan il-għan.
Għaldaqstant, miżuri addizzjonali fil-forma ta' self sussidjat jistgħu jinkoraġġixxu l-produzzjoni ta' “prodotti ekoloġiċi”. Madankollu, is-self sussidjat jkun il-kawża ta' distorsjonijiet serji fil-kompetizzjoni u għalhekk għandu jkun stettament limitat għal sitwazzjonijiet speċifiċi u investiment immirat.
Il-Kummissjoni tqis li, għal perjodu limitat ta' żmien, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jagħtu għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax.
Il-Kummissjoni se tqis sussidju fuq ir-rata tal-imgħax għal self għall-investiment li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat:
|
(a) |
l-għajnuna trid tirrigwarda self għall-investiment għall-finanzjament ta' proġetti li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' prodotti ġodda li jtejbu b'mod sinjifikanti l-ħarsien ambjentali; |
|
(b) |
l-għajnuna trid tkun neċessarja għat-tnedija ta' proġett ġdid. Fil-każ ta' proġetti eżistenti, l-għajnuna tista' tingħata jekk issir neċessarja, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika l-ġdida, biex jitkompla l-proġett; |
|
(c) |
l-għajnuna tingħata biss għal proġetti li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' prodotti li jinvolvu adattament bikri għal, jew li jmorru lil hinn minn, standards Komunitarji futuri għall-prodotti (25) li jgħollu l-livell tal-ħarsien ambjentali u li għadhom mhumiex fis-seħħ; |
|
(d) |
għal prodotti li jinvolvu adattament bikri għal, jew li jmorru lil hinn minn, standards ambjentali futuri tal-Komunità, l-investiment għandu jibda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 bl-għan li l-prodott jitpoġġa fis-suq minn tal-anqas sentejn qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard; |
|
(e) |
is-self jista' jkopri l-ispejjeż tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli (26) bl-eċċezzjoni ta' self għal investimenti li jirrappreżentaw kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' aktar minn 3 % fis-swieq tal-prodotti (27) fejn ir-rata tat-tkabbir annwali medja, matul l-aħħar ħames snin qabel il-bidu tal-investiment, tal-konsum apparenti fis-suq ŻEE, mkejla f'dejta dwar il-valur, baqgħet anqas mir-rata tat-tkabbir annwali medja tal-PGD taż-Zona Ekonomika Ewropea matul l-istess perjodu ta' referenza ta' ħames snin; |
|
(f) |
is-self għandu jingħata sal-31 ta' Diċembru 2010; |
|
(g) |
għall-kalkolu tal-għajnuna, il-punt tat-tluq għandha tkun ir-rata individwali tal-benefiċjarju kkalkulata fuq il-bażi tal-metodoloġija li tinsab fil-punt 4.4.2 ta' din il-Komunikazzjoni. Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, il-kumpanija tista' tgawdi minn tnaqqis tar-rata tal-imgħax ta':
|
|
(h) |
ir-rata sussidjata tal-imgħax tapplika matul perjodu massimu ta' sentejn wara l-għoti tas-self; |
|
(i) |
it-tnaqqis fir-rata tal-imgħax jista' jiġi applikat għas-self mogħti mill-Istat jew minn istituzzjonijiet tal-finanzi pubbliċi u għal self mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji privati. Għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u privati; |
|
(j) |
l-għajnuna tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà (22) fl-1 ta' Lulju 2008. Tista' tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika; |
|
(k) |
l-Istati Membri jiżguraw li l-għajnuna ma tiġix trasferita direttament jew indirettament lil entitajiet finanzjarji. |
4.6. Miżuri ta' kapital ta' riskju
4.6.1. Il-qafas eżistenti
Il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju jistabbilixxu l-kundizzjonijiet sabiex għajnuna mill-Istat li ssostni investiment ta' kapital ta' riskju tkun tista' titqies kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3) tat-Trattat.
Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġi inkoraġġut il-kapital ta' riskju, il-Kummissjoni tqis li m'hemm l-ebda falliment tas-suq tal-kapital ta' riskju ġenerali fil-Komunità. Madankollu hija taċċetta li hemm nuqqasijiet fis-suq għal xi tipi ta' investiment f'ċerti stadji tal-iżvilupp tal-impriżi li jirriżultaw minn nuqqas ta' tqabbil tal-provvista u d-domanda għal kapital ta' riskju u li jistgħu jiġu deskritti b'mod ġenerali bħala nuqqas ta' ekwità.
Il-punt 4.3 tal-linji gwida jipprovdi li għal porzjonijiet ta' finanzjament li ma jissuperawx il-EUR 1,5 miljun għal kull SME fil-mira matul kull perjodu ta' tnax-il xahar, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-falliment tas-suq huwa preżunt u ma jeħtieġx li jintwera mill-Istati Membri.
Il-punt 5.1(a) tal-istess linji gwida jipprovdi li “Il-Kummissjoni hija konxja dwar it-tibdil kontinwu fis-suq tal-kapital ta' riskju u n-nuqqas ta' ekwità tul iż-żmien, kif ukoll dwar il-grad differenti tal-effett fuq l-impriżi mill-falliment tas-suq, li jiddependi fuq id-daqs tagħhom, l-istadju tal-iżvilupp tan-negozju tagħhom u s-settur ekonomiku tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija lesta li tikkunsidra li tiddikjara miżuri ta' kapital ta' riskju li jipprovdu għal porzjonijiet ta' investiment li jissuperaw il-limitu ta' EUR 1,5 miljun għal kull impriża kull sena kompatibbli mas-suq komuni sakemm tiġi ppreżentata l-evidenza meħtieġa tal-falliment tas-suq.”
4.6.2. Adattament temporanju tar-regoli eżistenti
It-taqlib fis-suq finanzjarju kellu effett negattiv fuq is-suq tal-kapital ta' riskju għal SMEs li għandhom fil-bidu tat-tkabbir tagħhom billi llimita d-disponibbiltà tal-kapital ta' riskju. Minħabba l-perċezzjoni attwali assoċjata mal-kapital ta' riskju li r-riskju kiber ħafna u li hi marbuta ma' inċertezzi li jirriżultaw mill-possibbiltà ta' aspettattivi ta' inqas dħul, l-investituri attwalment għandhom it-tendenza li jinvestu f'tipi ta' assi aktar sikuri b'riskji li jistgħu jiġu vvalutati aktar faċilment meta pparagunati ma' dawk assoċjati ma' investimenti f'kapital ta' riskju. Barra minn dan, in-natura mhux likwida ta' investimenti f'kapital ta' riskju bħalissa żvelat ruħha bħala diżinċentiv ieħor għall-investituri. Hemm evidenza li l-likwidità ristretta li tirriżulta taħt iċ-ċirkostanzi attwali tas-suq żiedet in-nuqqas ta' ekwità għall-SMEs. Huwa għalhekk meqjus xieraq li l-limitu ta' eżenzjoni għal investimenti f'kapital ta' riskju jiżdied temporanjament biex dan in-nuqqas miżjud ta' ekwità attwali jimtela' u li titnaqqas temporanjament il-perċentwali ta' parteċipazzjoni minima ta' investituri privati għal 30 % ukoll fil-każ ta' miżuri intiżi għal SMEs f'żoni mhux assistiti.
Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat, ċerti limiti stabbiliti mil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju huma temporanjament adattati sal-31 ta' Diċembru 2010 kif ġej:
|
(a) |
għal Punt 4.3.1 il-porpozjonijet massimi tal-finanjament huma miżjuda sa EUR 2,5 miljun minn EUR 1,5 milun għal kull SME fil-mira matul kull perjodu ta' tnax-il xahar; |
|
(b) |
punt 4.3.4 Il-finanzjament tal-investimenti minimu li jkun ipprovdut minn investituri privati hu 30 % ġewwa u barra ż-żoni assistiti; |
|
(c) |
kundizzjonjiet oħra li jinsabu fil-linji gwida jibqgħu applikabbli; |
|
(d) |
dan l-adattament temporanju tar-regoli eżistenti ma japplikawx għal miżuri dwar kapital ta' riskju kopert mill-GBER; |
|
(e) |
l-Istati Membri jistgħu jadattaw skemi approvati biex jirriflettu l-adattament temporanju tal-linji gwida. |
4.7. Kumulu
Il-limiti tal-għajnuna stabbiliti skond din il-Komunikazzjoni għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk l-appoġġ għall-proġett megħjun huwiex iffinanzjat għal kollox minn riżorsi tal-Istat jew parzjalment iffinanzjat mill-Komunità.
Il-miżuri ta' għajnuna temporanji previsti f'din il-Komunikazzjoni ma jistgħux jiġu kumulati ma' għajnuna li taqa' fil-kamp tar-Regolament de minimis għall-istess spejjeż eliġibbli. Jekk l-impriża tkun irċeviet diġà għajnuna de minimis qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-qafas temporanju, l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta taħt il-miżuri koperti mill-punti 4.2 u l-għajnuna de minimis irċevuta ma jistax jissupera l-EUR 500 000 bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2010. L-ammont ta' għajnuna de minimis irċevuta mill-1 ta' Jannar 2008 għandu jitnaqqas mill-ammont ta' għajnuna kompatibbli mogħti għall-istess skop taħt il-punti 4.3, 4.4, 4.5 jew 4.6.
Il-miżuri ta' għajnuna temporanja jistgħu jiġu kumulati ma' għajnuna kompatibbli oħra jew ma' tipi oħra ta' finanzjament Komunitarju sakemm l-intensitajiet massimi ta' għajnuna indikati fil-Linji Gwida jew fir-Regolamenti ta' Eżenzjoni ta' Kategorija relevanti jkunu rispettati.
5. MIŻURI TA' SIMPLIFIKAZZJONI
5.1. Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE li tapplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir (28) tipprovdi li r-riskji kummerċjabbli ma jistgħux ikunu koperti mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ tal-Istati Membri. Ir-riskji kummerċjabbli huma riskji kummerċjali u politiċi ta' debituri pubbliċi u mhux pubbliċi stabbiliti fil-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-Komunikazzjoni, b'perjodu massimu ta' riskju ta' anqas minn sentejn. Ir-riskji li jirrigwardaw debituri stabbiliti fl-Istati Membri u fi tmien membri oħra tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika u huma kkunsidrati kummerċjabbli.
Il-Kummissjoni tqis li, b'konsegwenza tal-kriżi finanzjarja attwali, m'hemmx nuqqas ta' kapaċità ta' assigurazzjoni jew ta' riassigurazzjoni f'kull Stat Membru, iżda ma jistax jiġi eskluż li f'xi pajjiżi jista' jkun li l-kopertura għal riskji kummerċjabbli tkun temporanjament indisponibbli.
Il-punt 4.4 tal-Komunikazzjoni jipprovdi li: “F'ċirkustanzi bħal dawn, dawk ir-riskji temporanjament mhux kummerċjabbli jistgħu jittieħdu fuq il-kont ta' assigurant ta' esportazzjonijiet bi kreditu pubbliku jew appoġġat pubblikament għal riskji mhux kummerċjabbli assigurati għall-kont ta' jew bil-garanzija tal-Istat. L-assigurant għandu, sa fejn hu possibbli, jallinea r-rati tal-premjum tiegħu għal dawn ir-riskji mar-rati imposti imkien ieħor minn assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu privati għat-tip ta' riskju in kwistjoni.
Kull Stat Membru li għandu l-ħsieb li juża dik il-klawsola ta' ħruġ għandu jinnotifika immedjatament il-Kummissjoni bid-deċizjoni abbozzata tiegħu. Dik in-notifika għandu jkun jinsab fiha rapport dwar is-suq li juri n-nuqqas ta' disponibilità ta' kopertura għar-riskji fis-suq privat tal-assigurazzjoni billi jipproduċi evidenza tiegħu minn żewġ assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu privati internazzjonali, kbar u magħrufin sew kif ukoll assigurant ta' kreditu nazzzjonali, b'hekk jiġġustifika l-użu tal-klawsola ta' ħruġ. Barra dan, għandha tkun tinsab fiha deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li l-assigurant ta' esportazzjonijiet bi kreditu pubbliku jew appoġġat pubblikament għandu l-ħsieb li japplika fir-rigward ta' dawn ir-riskji.
Fi żmien xahrejn mill-irċevuta ta' din in-notifika, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-użu tal-klawsola ta' ħruġ huwiex skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq u kompatibbli mat-Trattat.
Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-użu tal-klawsola ta' ħruġ huma milħuqin, id-deċiżjoni tagħha dwar il-kompatibiltà hi limitata għal sentejn mid-data tad-deċiżjoni, previst li l-kundizzjonijiet tas-suq li jiġġustifikaw l-użu tal-klawsola ta' ħruġ ma jinbidlux matul dak il-perjodu.
Il fuq minn dan, il-Kummissjoni tista', b'konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, tirrevedi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-klawsola ta' ħruġ; tista' tiddeċiedi wkoll li ma tkomplihiex jew tbiddila b'sistema xierqa oħra.”
Dawn id-dispożizzjonijiet, li huma applikabbli għal kumpaniji kbar u għal SMEs, huma strument xieraq fis-sitwazzjoni ekonomika attwali jekk l-Istati Membri jikkunsidraw li mhijiex disponibbli kopertura fis-suq tal-assigurazzjoni privata għal xi riskji kummerċjabbli ta' kreditu u/jew għal xi xerrejja ta' protezzjoni tar-riskju.
F'dan il-kuntest, sabiex tħaffef il-proċedura għall-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li, sal-31 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu juru n-nuqqas tas-suq billi jipprovdu evidenza suffiċjenti dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' kopertura għar-riskju fis-suq tal-assigurazzjoni privata. L-użu tal-klawsola ta' ħruġ għandu f'kull każ jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat jekk:
|
— |
assiguratur wieħed ta' esportazzjonijiet bi kreditu privat internazzjonali, li jkun kbir u magħruf sewwa, iressaq provi dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' tali kopertura, jew |
|
— |
minn tal-anqas erba' esportaturi stabbiliti sewwa fl-Istat Membru jressqu provi ta' rifjut ta' kopertura minn assiguraturi għal operazzjonijiet speċifiċi. |
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, se tiżgura li d-deċiżjonijiet rigward il-“klawsola ta' ħruġ” jiġu adottati malajr.
5.2. Simplifikazzjoni tal-proċeduri
Il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat imsemmija f'din il-Komunikazzjoni għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. Apparti mill-miżuri sostantivi stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tintrabat li tiżgura l-awtorizzazzjoni mħeffa ta' miżuri ta' għajnuna li jindirizzaw il-kriżi attwali skont din il-Komunikazzjoni sakemm l-Istati Membri kkonċernati jipprovdu kooperazzjoni mill-qrib u informazzjoni sħiħa.
Dan l-impenn se jikkomplementa l-proċess li għaddej li bih il-Kummissjoni qiegħda attwalment telabora numru ta' miżuri li jtejbu l-proċeduri ġenerali tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari sabiex tippermetti t-teħid ta' deċiżjonijiet aktar malajr u aktar effettiv f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Dan il-pakkett ta' simplifikazzjoni ġenerali għandu, b'mod partikolari, jinkludi impenji konġunti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għal proċeduri aktar simplifikati u prevedibbli f'kull pass ta' investigazzjoni dwar għajnuna mill-Istat u jippermetti l-approvazzjoni aktar mgħaġġla ta' każijiet sempliċi.
6. MONITORAĠĠ U RAPPURTAR
Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddetaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (29) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (30), jeħtieġu li l-Istati Membri jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni.
Sal-31 ta' Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'lista ta' skemi stabbilit fuq il-bażi ta' din il-Komunikazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords dettaljati dwar l-għoti ta' għajnuna prevista minn din il-Komunikazzjoni. Dawn ir-rekords, li għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk ġewx mħarsa l-kundizzjonijiet meħtieġa, għandhom jinżammu għal 10 snin u għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni meta din titlobhom. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jkunu kisbu informazzjoni li turi li l-benefiċjarji tal-għajnuna għal miżuri taħt l-4.2, 4.3, 4.4. u 4.5 ma kinux kumpaniji f'diffikultà fl-1 ta' Lulju 2008.
Flimkien ma' dawn il-ħtiġijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport dwar il-miżuri stabbiliti fuq il-bażi ta' din il-Komunikazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2009. B'mod partikolari, qabel il-31 ta' Ottubru 2009, l-Istati Membri għandhom jipprovdu elementi li jindikaw il-ħtieġa għall-Kummissjoni li żżomm il-miżuri koperti minn din il-Komunikazzjoni sa wara l-31 ta' Diċembru 2009, kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar il-benefiċċji ambjentali tas-self sussidjat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni għal kull sena sussegwenti li matulha jkun validu l-qafas attwali, qabel il-31 Ottubru ta' kull sena.
Il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali rigward l-għajnuna mogħtija, biex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-miżura ta' għajnuna ġewx irrispettati.
7. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Il-Kummissjoni se tapplika din il-Komunikazzjoni mid-data tal-adozzjoni tagħha. Din il-Komunikazzjoni hija ġustifikata mill-problemi eċċezzjonali u tranżitorji attwali ta' finanzjament konnessi mal-kriżi bankarja u ma tiġix applikata wara l-31 ta' Diċembru 2010. Wara li tikkonsulta mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tirrevediha qabel dik id-data fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi importanti jew konsiderazzjonijiet ta' politika tal-kompetizzjoni. Fejn din tkun ta' għajnuna il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll kjarifiki tal-metodu tagħha rigward kwistjonijiet partikolari.
Il-Kummissjoni se tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din il-Komunikazzjoni fil-konfront tal-miżuri kollha rigward kapital ta' riskju li ġew notifikati u li trid tieħu deċiżjoni fuqhom wara is-17 ta' Diċembru 2008, anki jekk il-miżuri ġew notifikati qabel dik id-data.
Skond l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta' għajnuna mill-Istat li mhix skond il-liġi (31), il-Kummissjoni se tapplika dan li ġej fil-każ ta' għajnuna mhix notifikata:
|
(a) |
din il-Komunikazzjoni, jekk l-għajnuna ngħatat wara is-17 ta' Diċembru 2008; |
|
(b) |
il-linji gwida applikabbli meta l-għajnuna tkun ingħatat fil-każijiet l-oħra kollha. |
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, se tiżgura li d-deċiżjonijiet jiġu adottati malajr malli jkun hemm in-notifika kompleta tal-miżuri koperti minn din il-Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom u għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet tagħhom li jintroduċu miżuri bħal dawn l-aktar kmieni u bil-mod l-aktar komprensiv possibli.
Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li kwalunkwe titjib proċedurali jiddependi għal kollox fuq il-preżentazzjoni ta' notifiki ċari u kompleti.
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, COM(2008) 800.
(2) Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tas-7 ta' Ottubru 2008.
(3) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(4) COM(2008) 394 final.
(5) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(6) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(8) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.
(10) ĠU C 323, 30.12.2008, p. 1.
(11) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(12) ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.
(13) ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.
(14) ĠUC 244, 1.10.2004, p. 2.
(15) Kawżi magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen u Volkswagen AG vs il-Kummissjoni, [1999], ECR II-3663, paragrafu 167.
(16) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/490/KE fil-Każ C 47/96 Crédit Lyonnais (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28), punt 10.1; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/345/KE fil-Każ C 28/02 Bankgesellschaft Berlin (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1), punti 153 et seq.; u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/263/KE fil-Każ C 50/06 BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7), punt 166; Ara d-Deċizjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 70/07 Northern Rock (ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1), Deċizjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 25/08 Għajnuna ta' salvataġġ lil WestLB (ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3) u Deċizjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2008 fil-Każ C 9/08 SachsenLB, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(17) Għall-għanijiet ta' din il-Komunikazzjoni, “impriża f'diffikultà” tfisser:
|
— |
għal kumpaniji kbar, impriża f'diffikultà kif imfissra fil-punt 2.1 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà. |
|
— |
fil-każ ta' SMEs, impriża f'diffikultà hi mfissra fl-Artikolu 1(7) tal-GBER. |
(18) Kif imfissra fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 Diċembru 2006 dwar l-applikazzjonijiet ta' Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna tal-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).
(19) Kif imfissra fl-Artikoli 2(3) u 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
(20) Dan jinkludi l-possibbiltà li, għall-SMEs li m'għandhomx storja ta' kreditu jew klassifikazzjoni bbażata fuq metodu tal-karta tal-bilanċ, bħal xi kumpaniji b'għan speċjali jew kumpaniji fil-bidu, l-Istati Membri jagħtu tnaqqis ta' sa 25 % fuq il-primjum fil-limitu ta' eżenzjoni speċifiku li hu stabbilit bħala 3,8 % f'dan l-Avviż.
(21) Bħal GBER jew Regolament (KE) Nru 1628/2006 jew Regolament (KE) Nru 1857/2006, sakemm il-metodoloġija approvata tindirizza espliċitament it-tip ta' garanziji u t-tip ta' tranżazzjonijiet involuti kkonċernati.
(22) Ara nota 17.
(23) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.
(24) L-Istati Membri li jridu jużaw din il-faċilità jridu jippubblikaw ir-rati overnight ta' kuljum onlajn u jridu jpoġġuhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.
(25) Standard Komunitarju futur għall-prodotti huwa standard Komunitarju mandatorju li jistabbilixxi l-livelli ambjentali li għandhom jintlaħqu għal prodotti mibjugħin fil-Komunita' Ewropea, li ġie adottat iżda li għadu mhuwiex fis-seħħ.
(26) Kif definit fil-punt 70 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent.
(27) Kif Definiti fil-punt 69 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għal 2007-2013.
(28) ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4.
(29) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(30) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
(31) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
Bank Ċentrali Ewropew
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/10 |
FTEHIM
tat-8 ta' Diċembru 2008
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja
(2009/C 16/02)
|
(1) |
u |
|
(2) |
il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) |
(minn issa 'l quddiem il-“Partijiet”)
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew qabel fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 1997 (minn issa 'l quddiem 'ir-Riżoluzzjoni') biex iwaqqaf mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (minn issa 'l quddiem 'l-ERM II') meta t-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta' Jannar 1999. |
|
(2) |
Skond it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro imma li qed jipparteċipaw fl-ERM II, jidderieġu l-politika tagħhom għall-istabbilta`, jinkoraġġixi l-konverġenza u b'hekk igħin lill-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
|
(3) |
Is-Slovakja, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipa fl-ERM II sa mit-2 ta' Novembru 2005. In-Národná banka Slovenska huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta' Diċembru 2006 (2) u bil-Ftehim ta' l-14 ta' Diċembru 2007 (3) (minn issa 'l quddiem imsejħin flimkien bħala 'l-“Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta' Lulju 2008, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda mis-Slovakja fl-1 ta' Jannar 2009 (4), id-deroga favur is-Slovakja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2009. L-euro ser ikun il-munita tas-Slovakja mill-1 ta' Jannar 2009 u n- Národná banka Slovenska m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data. |
|
(5) |
L-arranġamenti ta' bħalissa għall-għall-intervenzjoni tal-ERM II fil-marġins huma stabbiliti fil-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. |
|
(6) |
L-arranġamenti ta' bħalissa għall-intervenzjoni tal-ERM II jeħtieġu aktar aġġornament u reviżjoni sabiex iqisu l-impożizzjoni ta' kriterju ġdid fuq kontropartijiet eliġibbli biex iwettqu intervenzjonijiet fil-marġins u biex jirfinaw kriterju eżistenti dwar l-eliġibbilta`. |
|
(7) |
Hemm bżonn li jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-derogi favur is-Slovakja u t-tibdiliet tal-kriterji ta' l-eliġibbilta' għall-intervenzjoni ta' l-ERM II fil-marġins, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tas-Slovakja
In-Národná banka Slovenska m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.
Artikolu 2
Sostituzzjoni ta' Annessi I u II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II
2.1 L-Anness I mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ma' dan il-Ftehim.
2.2 L-Anness II mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
3.1 Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.
3.2 Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro kif ukoll lil dawk ta' barra ż-żona ta' l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-8 ta' Diċembru 2008.
Българска народна банка/Għall-Bank Nazzjonali Bulgaru
…………………………...
Għaċ-Česká národní banka
…………………………...
Għad-Danmarks Nationalbank
…………………………...
Għall-Eesti Pank
…………………………...
Għal-Latvijas Banka
…………………………...
Għal-Lietuvos bankas
…………………………...
Għall-Magyar Nemzeti Bank
…………………………...
Għan-Narodowy Bank Polski
…………………………...
Għall-Banca Națională a României
…………………………...
Għan-Národná banka Slovenska
…………………………...
Għall-iSveriges Riksbank
…………………………...
Għall-Bank of England
………………………….......
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
…………………....................
(1) ĠU Ċ 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU Ċ 319, 29.12.2007, p. 7.
(4) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
ANNESS I
“ANNESS I
KONVENZJONI TA' KWOTAZZJONI GĦAL VALUTI PARTEĊIPANTI FL-ERM II U L-PROĊEDURA TA' ĦLAS WARA ĦLAS FIL-KAŻ TA' INTERVENZJONI FIL-MARĠINS
A. Konvenzjoni ta' Kwotazzjoni
Għall-valuti kollha ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II, ir-rata tal-kambju għar-rata ċentrali bilaterali fil-konfront ta' l-euro għandha tkun ikkwotata bl-użu ta' l-euro bħala l-valuta bażi. Ir-rata tal-kambju għandha titfisser bħala l-valur ta' E1 bl-użu ta' sitt figuri sinifikanti għall-valuti kollha.
L-istess konvenzjoni għandha tiġi applikata fil-kwotazzjoni tar-rati l-għolja u dawk baxxi ta' intervenzjoni fil-konfront ta' l-euro tal-valuti ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II. Ir-rati ta' intervenzjoni għandhom ikunu ddeterminati billi tiżdied jew titnaqqas il-bandwidth miftiehma, imfissra bħala perċentwali, mar- jew mir-rati ċentrali bilaterali. Ir-rati riżultanti għandhom jitqarrbu għal sitt figuri sinifikanti.
B. Proċedura ta' ħlas wara ħlas
Għandha tiġi applikata proċedura ta' ħlas wara ħlas minn kemm il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro (BĊNi) fil-każ ta' intervenzjoni fil-marġins. Il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II għandhom japplikaw il-proċedura ta' ħlas wara ħlas meta jaġixxu bħala korrispondenti tal-BĊNi taż-żona ta' l-euro u l-BĊE skond dan l-Anness; il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jadottaw l-istess proċedura ta' ħlas wara ħlas meta jħallsu xi intervenzjoni fil-marġins li dawk il-BĊNi jkunu wettqu f'isimhom.
(i) Prinċipji ġenerali
|
— |
Il-proċedura ta' ħlas wara ħlas għandha tiġi applikata meta sseħħ intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II bejn l-euro u l-valuti ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II. |
|
— |
Biex ikunu eliġibbli għall-intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II, il-kontropartijiet għandhom jintalbu jkollhom kont mal-BĊN rispettiv u jżommu indirizz tas-SWIFT. Il-Kontropartijiet għandhom, bħala kriterju addizzjonali ta' eliġibbiltá, jintalbu wkoll jagħtu minn qabel lill-BĊN rispettiv, l-istruzzjonijiet standard tagħhom tas-settlement fil-valuti ta' l-ERM II u kull aġġornamenti oħra lil dawn l-istruzzjonijiet. Il-kontropartijiet eliġibb/li jistgħu jintalbu jagħtu lill-BĊE jew lill-BĊNi d-dettalji ta' kuntatt kif speċifikat mill-BĊE u l-BĊNi rispettivi minn żmien għal żmien. |
|
— |
Il-kontropartijiet eliġibbli għall-intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II jistgħu jwettqu wkoll din l-intervenzjoni direttament mal-BĊE, salv li huma jkollhom ukoll l-istatus ta' kontropartijiet eliġibbli biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet tar-rati tal-kambju mal-BĊE skond il-Linja Gwida BĊE/2008/5 ta' l-20 ta' Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (1). |
|
— |
Il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II għandhom jaġixxu bħala l-korrispondenti tal-BĊNi taż-żona ta' l-euro euro u l-BĊE. |
|
— |
Meta ssir intervenzjoni fil-marġins, il-BĊN rispettiv jew il-BĊE għandu jirrilaxxa biss il-ħlas tiegħu għal tranżazzjoni partikolari wara li jkun irċieva konferma mill-korrispondent tiegħu li l-ammont dovut ikun ġie kkreditat lill-kont tiegħu. Il-Kontropartijiet għandhom jintalbu jħallsu fil-ħin sabiex il-BĊNi u l-BĊE ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' ħlas rispettivi tagħhom. Konsegwentament, il-kontropartijiet għandhom jintalbu jħallsu qabel skadenza ddefinita minn qabel. |
(ii) Skadenza għal meta għandhom jaslu l-fondi minn kontropartijiet
Il-Kontropartijiet għandhom iħallsu ammonti ta' intervenzjoni mhux aktar tard mis-1 p.m. CET fid-data tal-valur.”
ANNESS II
“ANNESS II
LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITA' TA' FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERMII
b'effett mill-1 ta' Jannar 2009
|
(miljuni f'EUR) |
|
|
Banek Ċentrali partijiet ta' dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
|
Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru |
520 |
|
Česká národní banka |
690 |
|
Danmarks Nationalbank |
700 |
|
Eesti Pank |
310 |
|
Latvijas Banka |
340 |
|
Lietuvos bankas |
380 |
|
Magyar Nemzeti Bank |
670 |
|
Narodowy Bank Polski |
1 750 |
|
Banca Naţională a României |
1 000 |
|
Sveriges Riksbank |
940 |
|
Bank of England |
4 700 |
|
Bank Ċentrali Ewropew |
Nil |
|
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro |
Limiti massimi |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
|
Deutsche Bundesbank |
xejn |
|
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
xejn |
|
Bank of Greece |
xejn |
|
Banco de España |
xejn |
|
Banque de France |
xejn |
|
Banca d'Italia |
xejn |
|
Central Bank of Cyprus |
xejn |
|
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
|
Bank Ċentrali ta' Malta |
xejn |
|
De Nederlandsche Bank |
xejn |
|
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
|
Banco de Portugal |
xejn |
|
Banka Slovenije |
xejn |
|
Národná banka Slovenska |
xejn |
|
Suomen Pankki |
xejn” |
(1) Għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II l-ammonti indikati huma biss indikattivi.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/16 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-21 ta' Jannar 2009
(2009/C 16/03)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2910 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
116,11 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4507 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,93860 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7680 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4764 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0555 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,584 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
284,58 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7028 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3465 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3148 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1455 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9937 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6345 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,0167 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4882 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9418 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 775,03 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,2043 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,8276 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4200 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 459,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6689 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,320 |
|
RUB |
Rouble Russu |
42,4185 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
45,114 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0597 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,0095 |
|
INR |
Rupi Indjan |
63,5300 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/17 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 16/04)
|
L-Istat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Cuneo Levaldigi — Rome Fiumicino |
|||||||
|
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku |
180 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan id-dokument |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jista' jinkiseb, bla ħlas, it-test tal-obbligi ta' servizz pubbliku u kwalunkwe dokumentazzjoni relatata |
|
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/18 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għat-tressiq ta' offerti rigward l-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda skond obbligi ta' servizz publiku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 16/05)
|
Stat Membru |
Franza |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Lorient (Lann Bihoué) — Lyon (Saint-Exupéry) |
|||||||
|
Perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta' Awwissu 2009 sal-31 ta' Lulju 2013 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet: is-26 ta' Marzu 2009 (f'12:00 am) Skadenza għat-tressiq tal-offerti (proċedura sussegwenti): l-4 ta' Mejju 2009 (f'12:00 am) |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu, bla ħlas, it-test tal-istedina għall-offerti u/jew dokumentazzjoni relatata mas-sejħa għall-offerti u l-obbligi ta' servizz pubbliku |
|
INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW
L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/19 |
Komunikazzjoni mill-Iżlanda skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi
Sejħa għall-ewwel Ħruġ ta' Liċenzji 2009 — Il-Blata Kontinentali bejn l-Iżlanda u Jan Mayen “Iż-Żona ta' Dreki”
(2009/C 16/06)
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija tal-Iżlanda (NEA), bl-Awtorità tal-Ministeru għall-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu, qiegħda tħabbar stedina għall-partiijiet interessati biex jissottomettu applikazzjonijiet għall-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta' “Dreki” skont l-Artikolu 3 (2) (a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi.
Is-serje ta' Ħruġ ta' Liċenzji hi organizzata min-NEA hija konformi u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Att tat-13 ta' Marzu 2001 Nru 13, (Gazzetta tal-Gvern (Stjórnartíðindi) 16 ta' Mejju 2001) dwar l-Ipprospettar, Esplorazzjoni u Produzzjoni tal-Idrokarburi (l-Att dwar l-Idrokarburi) b'emendi sussegwenti, kif ukoll tali regoli u regolamenti (ir-Regolamenti dwar l-Idrokarburi) meħruġa mill-Ministeru għall-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu skont l-Att dwar l-Idrokarburi.
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija hi l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet, u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva 94/22/KE huma stipulati fl-istrumenti legali msemmija hawn fuq.
Barra mill-Att dwar l-Idrokarburi u r-Regolamenti dwar l-Idrokarburi, il-Ftehim tat-22 ta' Ottubru 1981 bejn in-Norveġja u l-Iżlanda dwar il-Blata Kontinentali Bejn l-Iżlanda u Jan Mayen, il-Ftehim bejn in-Norveġja u l-Iżlanda dwar id-depożiti transkonfinali tal-idrokarburi tat-3 ta' Novembru 2008 u l-Minuti Miftehma tal-istess data dwar id-Dritt għall-Parteċipazzjoni skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim mill-1981, japplikaw għall-partijiet rilevanti taż-żona offruti għall-liċenzji.
L-applikazzjonijiet għall-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni jistgħu jkunu sottomessi għal dawn il-blokki jew partijiet ta' blokki fiż-żona ta' “Dreki”.
IS6706/1 (parti), 4 (parti), 5 (parti), 7, 8 (parti), 10, 11 (parti), 12 (parti)
IS6707/1, 2, 3 (parti), 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6708/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6709/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6710/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6711/2 (parti), 3, 5 (parti), 6, 8 (parti), 9, 11 (parti), 12
IS6807/4 (parti), 7 (parti), 8 (parti), 10, 11 (parti), 12 (parti)
IS6808/1 (parti), 2 (parti), 4, 5 (parti), 6 (parti), 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6809/1, 2, 3 (parti), 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6810/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12
IS6811/2 (parti), 3, 5 (parti), 6, 8 (parti), 9, 11 (parti), 12
IS6909/10 (parti), 11 (parti), 12 (parti)
IS6910/7 (parti), 8 (parti), 9 (parti), 10, 11, 12 (parti)
IS6911/8 (parti), 9 (parti), 11 (parti), 12
L-applikazzjonijiet individwali għall-liċenzji jistgħu jkopru wieħed jew iktar mill-blokki jew parti ta' blokki, sa mhux iktar minn 800 km2. In-numru ta' liċenzji offruti hu ta' mhux iktar minn ħamsa (5). L-applikanti huma mħeġġa biex jinnominaw żona sekondarja fil-każ li żona tkun l-ewwel għażla li tikkoinċidi ma' applikazzjonijiet oħrajn.
L-applikanti għall-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi għandhom ikunu sottomessi lin-NEA:
|
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija (NEA) |
|
Grensasvegi 9 |
|
108 — Reykjavik |
|
L-Iżlanda. |
|
Websajt: www.nea.is |
|
Tel. (354) 569 60 00 |
|
Faks (354) 568 88 96 |
Id-dettalji kollha u l-informazzjoni kollha neċċesarja, inkluż il-listi u l-mapep taż-żoni offruti u l-gwidi dwar il-liċenzji, it-termini li l-liċenzji ser jinkludu, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fuq din il-websajt:
http://www.nea.is/licensinground2009
jew billi tkun ikkuntattjata n-NEA fl-indirizz ta' hawn fuq.
L-għoti tal-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni fl-ewwel Ħruġ ta' Liċenzji 2009 f'“Iż-żona ta' Dreki” hi ppjanata li seħħ qabel l-aħħar ta' Ottubru 2009.
Id-data ta' għeluq għall-Ħruġ għall-Liċenzji — Blata Kontinentali bejn l-Iżlanda u Jan Mayen f'“Iż-żona ta' Dreki” hi: 15 ta' Mejju 2009.
Iż-Żona tat-Tramuntana ta' Dreki fuq il-Blata Kontinentali tal-Iżlanda bejn l-Iżlanda u Jan Mayen. Il-konfini taż-Żona Miftiehma mill-1981, (kif imsemmi fil-paragrafu 4) bejn l-Iżlanda u n-Norveġja muri bil-linja maqsuma ħadra.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/22 |
Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “In-nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
(2009/C 16/07)
B'dan qed tingħata notifika dwar it-tnedija ta' sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “In-nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).
Din hija stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja dwar it-tħaddim transnazzjonali tan-netwerk tas-Servizzi tal-EURAXESS. Id-data tal-għeluq u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS.
Il-Programm Speċifiku “In-nies”:
|
L-identifikatur tas-sejħa |
: |
FP7-PEOPLE-2009-EURAXESS |
Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4483 tat-22 ta' Awwissu 2008.
It-tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS li ġej: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/23 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5436 — Citi Infrastructure Partners, L.P./Itínere Infraestructuras S.A.)
Każ li jista' jkun ikkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 16/08)
|
1. |
Fl-14 ta' Jannar 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Citi Infrastructure Partners, L.P., li tappartjeni lil Citigroup (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skond it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' parti mill-impriża Itínere Infraestructuras S.A. (Spanja) permezz ta' xira b'offerta pubblika. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni aħħarija fuq dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni kwalunkwe kummenti fuq l-operazzjoni proposta. Il-Kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5436 — Citi Infrastructure Partners, L.P./Itínere Infraestructuras S.A., fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
|
22.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/24 |
L-Impriża Konġunta SESAR
(2009/C 16/09)
L-Impriża Konġunta SESAR (Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 u 1361/2008) nidiet l-aħħar fażi tal-ewwel eżerċizzju dwar adeżjoni għal sħubija. Il-15 il-membru magħżulin bħala kandidati għandom jissottomettu l-offerti finali tagħhom mhux aktar tard mis-16 ta' Frar 2009. Għal informazzjoni iktar dettaljata fuq l-Impriża Konġunta SESAR, l-attivitajiet tagħha u forom possibli ta' parteċipazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna elettronika: www.sesarju.eu.