ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 13A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
20ta' Jannar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini

2009/C 013A/01

Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)

1

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini

20.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 13/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA DWAR IL-MEDIĊINI (LONDRA)

(2009/C 13 A/01)

 

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru L 136/1 tat-30 ta' April 2004). L-EMEA ġiet imwaqqfa f'Jannar ta' l-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taz-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz ta' l-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.emea.europa.eu

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

EMEA/AD/279: Amministratur (xjentifiku), Farmakoviġilanza u Ġestjoni tar-Riskji, Unità għal-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 6)

EMEA/AD/280: Amministratur (xjentifiku), Farmakoviġilanza u Ġestjoni tar-Riskji, Unità għal-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 8)

EMEA/AD/281: Amministratur (xjentifiku), Eudravigilance, Unità għal-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 6)

EMEA/AD/282: Amministratur (xjentifiku), Eudravigilance, Unità għal-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 6)

EMEA/AD/283: Amministratur (xjentifiku), Unità għall-Valutazzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem, Settur għas-Sigurtà u l-Effikaċja u Settur għal Pariri Xjentifiċi, Pedjatrija u Mediċini Orfni (AD 5)

EMEA/AD/284: Amministratur (speċjalista tas-SAP, SAP project manager) (AD 6)

Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 56 ta' l-4 ta' Marzu 1968).

Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Islanda, n-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bhala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni ta' l-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website ta' l-EMEA: http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati elettronikament permezz tal-formola li hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-EMEA. L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija f'nofsillejl ta' l-4 ta' Marzu 2009. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta jasal iż-żmien ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja

Jekk tixtieq tirċievi notifika ta' pubblikazzjonijiet ta' postijiet battâla b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra online fuq http://www.emea.europa.eu/taħt “Online Mailing Service