|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 010/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro) ( 1 ) |
|
|
2009/C 010/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5295 — Teva/Barr) ( 1 ) |
|
|
2009/C 010/03 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa ( 1 ) |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
KUMMISSJONI |
|
|
2009/C 010/04 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 010/05 |
||
|
2009/C 010/06 |
||
|
2009/C 010/07 |
Dokumenti COM minbarra l-proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2009/C 010/08 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 010/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5418 — Blackfriars/Vink Holding) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2009/C 010/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
||
|
2009/C 010/11 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4920 — Haniel/Schmidt-Ruthenbeck/Metro)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 10/01)
Fid-9 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4920. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5295 — Teva/Barr)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 10/02)
Fid-19 ta' Diċembtu 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
|
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5295. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/2 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji (1) fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 10/03)
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2008 dwar L-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali preżenti (2)(“il-Komunikazzjoni Bankarja”) tirrikonoxxi li l-iskemi tar-rikapitalizzazzjoni huma waħda mill-miżuri prinċipali li l-Istati Membri jistgħu jieħdu sabiex jippreservaw l-istabbilità u l-funzjonament kif suppost tas-swieq finanzjarji. |
|
(2) |
Il-Kunsill tal-ECOFIN tas-7 ta' Ottubru 2008 u l-laqgħa tal-Eurogroup tat-12 ta' Ottubru 2008 indirizzaw ir-rikapitalizzazzjoni bi spiritu simili billi kkonkludew li “Gvernijiet jimpenjaw ruħhom sabiex jipprovdu kapital meta meħtieġ f'volum xieraq waqt li jiffavorixxu b'kull mezz disponibbli ż-żieda tal-kapital privat. Istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu obbligati li jaċċettaw restrizzjonijiet addizzjonali, notevolment sabiex jipprekludu abbuż possibbli ta' arranġamenti bħal dawn bl-ispejjeż fuq non-benefiċjarji”, u “l-interessi leġittimi tal-kompetituri jridu jiġu protetti, b'mod partikolari permezz ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat”. |
|
(3) |
S'issa, il-Kummissjoni approvat skemi ta' rikapitalizzazzjoni fi tlett Stati Membri, kif ukoll miżuri ta' rikapitalizzazzjoni individwali, skond il-prinċipji msemmija fil-Komunikazzjoni Bankarja (3). Rikapitalizzazzjoni, notevolement fil-forma ta' ishma ordinarji u preferuti, ġiet awtorizzata, soġġett b'mod partikolari għall-introduzzjoni ta' rati ta' rimunerazzjoni orjentati lejn is-suq, protezzjoni ta' imġieba xierqa u reviżjoni regolari. Madankollu, peress li n-natura, skop u kundizzjonijiet tal-iskemi ta' rikapitalizzazzjoni li bħalissa qed jiġu kkunsidrati jvarjaw b'mod konsiderevoli, kemm l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet benefiċjarji potenzjali saqsew għal gwida aktar dettaljata dwar jekk forom speċifiċi ta' rikapitalizzazzjoni jkunux aċċettabbli taħt regoli tal-għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, xi Stati Membri jikkunsidraw ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek, primarjament mhux biex isalvawhom imma aktar sabiex jassiguraw self lill-ekonomija reali. Il-Kunsill tal-ECOFIN tat-2 ta' Diċembru 2008 irrikonoxxa l-bżonn għal aktar gwida għal rikapitalizzazzjoni prekawzjonali sabiex issostni l-kreditu, u talbet għall-adozzjoni urġenti tagħha mill-Kummissjoni. Il-Komunikazzjoni preżenti tipprovdi gwida għal skemi ġodda ta' rikapitalizzazzjoni u tiftaħ il-possibilità ta' aġġustament ta' skemi ta' rikapitalizzazzjoni eżistenti. |
Oġġettivi komuni: Tirrestawra l-istabbilità finanzjarja, tassigura self lill-ekonomija reali u tittratta mar-riskju sistematiku ta' insolvenza possibbli
|
(4) |
Fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti fis-swieq finanzjarji, ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek tista' sservi numru ta' oġġettivi. L-ewwel, rikapitalizzazzjonijiet jikkontribwixxu għar-restawr tal-istabbilità finanzjarja u jgħinu sabiex jirrestawraw il-kunfidenza meħtieġa għall-irkupru tas-self bejn il-banek. Barraminhekk, kapital addizzjonali jipprovdi protezzjoni fi żmien ta' reċessjoni sabiex jassorbi telf u jillimita r-riskju li l-banek ifallu. Taħt il-kundizzjonijiet preżenti, li bdew b'mod partikolari bil-kollass tal-Lehman Brothers, banek li fundamentalment huma b'saħħithom jistgħu jkollhom bżonn injezzjonijiet ta' kapital sabiex jilqgħu għal perċezzjoni mifruxa li proporzjonijiet għola ta' kapital huma meħtieġa minħabba r-riskju li ma kienx ġie stimat b'mod korrett fil-passat u ż-żieda tal-ispejjeż tal-fondi. |
|
(5) |
It-tieni, ir-rikapitalizzazzjonijiet jistgħu jgħinu sabiex jassiguraw is-self lill-ekonomija reali. Fundamentalment banek b'saħħithom jistgħu jippreferu li jirrestrinġu s-self sabiex jevitaw ir-riskju u jżommu proporzjonijiet għolja ta' kapital. Injezzjoni ta' kapitali mill-Istat tista' tostakola restrizzjonijiet ta' forniment ta' kreditu u tillimita d-diffikultajiet tas-swieq finanzjarji milli jgħaddu għal kummerċ ieħor. |
|
(6) |
It-tielet, rikapitalizzazzjoni mill-Istat tista' wkoll tkun reazzjoni xierqa għall-problemi ta' istituzzjonijiet finanzjarji li qed iħabbtuha mal-falliment minħabba l-mudell ta' kummerċ partikolari jew tal-istrateġija ta' investiment tagħhom. Injezzjoni ta' kapital mis-sorsi pubbliċi li jipprovdu appoġġ ta' emerġenza lil bank individwali tista' wkoll tgħin sabiex jiġu evitati effetti sistematiċi ta' dewmien qasir dwar il-possibilità ta' falliment tagħha. Fuq medda ta' żmien, ir-rikapitalizzazzjoni tista' tappoġġja l-isforz sabiex tipprepara għar-ritorn tal-bank in kwestjoni għal vijabilità fuq tul ta' żmien jew għal-likwidazzjoni tagħha. |
Problemi possibbli dwar kompetizzjoni
|
(7) |
Jekk jitqiesu dawn l-oġġettivi komuni, il-valutazzjoni ta' kull skema jew miżura ta' rikapitalizzazzjoni trid tieħu f'kunsiderazzjoni distorsjonijiet possibbli fil-kompetizzjoni fuq tlett livelli differenti. |
|
(8) |
L-ewwel, rikapitalizzazzjoni minn Stat Membru wieħed tal-banek tiegħu proprja ma għandhiex tagħti lil dawk il-banek vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq fuq banek fi Stati Membri oħra. Fl-assenza ta' ġustifikazzjoni xierqa bbażata fuq ir-riskju, l-aċċess għall-kapital f'rati konsiderevolment aktar baxxi minn tal-kompetituri mill-Istati Membri l-oħra, jista' jkollu impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta' bank fis-suq uniku Ewropew aktar wiesa'. Għajnuna eċċessiva fi Stat Membru wieħed tista' wkoll tqanqal ġirja għas-sussidju fost l-Istati Membri u toħloq diffikultajiet lill-ekonomiji tal-Istati Membri li ma introduċux skemi ta' rikapitalizzazzjoni. Approċċ koerenti u kkoordinat lir-remunerazzjoni tal-injezzjonijiet ta' kapital pubbliku, u lill-kundizzjonijiet l-oħra flimkien mar-rikapitalizzazzjoni, hija indispensabbli għall-preservazzjoni ta' livell uniformi. Azzjoni unilaterali u mhux koordinata f'dan il-qasam tista' wkoll tfixkel l-isforzi sabiex terġa tiġi ġġernerata stabbilità finanzjarja. (“L-Assigurazzjoni ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-Istati Membri”) |
|
(9) |
It-tieni, skemi ta' rikapitalizzazzjoni li huma miftuħa għal banek kollha ġewwa Stat Membru mingħajr livell xieraq ta' divrenzjar bejn banek benefiċjarji skond il-profili ta' riskju tagħhom jistgħu jagħtu vantaġġ mhux mistħoqq lill-banek f'diffikultà jew li ma tawx eżekuzzjoni sodisfaċenti meta mqabbla ma' banek li huma fundamentalment b'saħħithom u li jeżegwixxu aħjar. Dan se joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-suq u tal-inċentivi, iżid il-periklu morali u jdgħajjef il-kompetitività ġenerali tal-banek Ewropej (“L-Assigurazzjoni ta' kompetizzjoni ġusta bejn il-banek”) |
|
(10) |
It-tielet, rikapitalizzazzjoni pubblika, b'mod partikolari r-rimunerazzjoni tagħha, ma għandhiex ikollha l-effett li tpoġġi lill-banek li ma għandhomx rikors għal fondi pubbliċi, pero¢ li jfittxu kapital addizzjonali fuq is-suq, f'pożizzjoni li tkun anqas kompetittivà b'mod sinifikanti. Skema pubblika li tegħleb operazzjonijiet bbażati fuq is-suq tfixxkel ir-ritorn lejn funzjonament normali tas-suq. (“L-Assigurazzjoni ta' ritorn lejn il-funzjonament normali tas-suq”) |
|
(11) |
Kull rikapitalizzazzjoni proposta għandha effetti kompetittivi kumulattivi f'kull wieħed minn dawn it-tlett livelli. Iżda jrid jintlaħaq bilanċ bejn dawn il-problemi ta' kompetizzjoni u l-oġġettivi li jiġi restawrat l-istabbilità finanzjarja, jiġi assigurat self lill-ekonomija reali u affaċċjar tar-riskju tal-falliment. Min-naħa l-oħra, il-banek irid ikollhom termini favorevoli b'mod suffiċjenti tal-aċċess għall-kapital sabiex jkollhom rikapitalizzazzjoni effettiva daqskemm hu meħtieġ. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet marbuta ma' kull miżura ta' rikapitalizzazzjoni għandha tassigura livell uniformi u, għat-tul, ritorn lejn kondizzjonijiet normali tas-suq. Interventi mill-Istat għandhom għalhekk ikunu proporzjonati u temporanji u għandhom ikunu ddisinjati b'manjiera li jipprovdu inċentivi għall-banek sabiex jeħilsu lill-Istat hekk kif iċ-ċirkostanzi tas-suq jippermettu, sabiex joħroġ minn din il-kriżi settur bankarju Ewropew effiċjenti. Prezzijiet orjentati lejn is-suq ta' injezzjonijiet ta' kapital huma l-aħjar protezzjoni kontra differenzi mhux ġustifikati fil-livell ta' kapitalizzazzjoni u użu mhux kif suppost ta' dan il-kapital. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri jridu jassiguraw li kull rikapitalizzazzjoni ta' bank tkun ibbażata fuq bżonn ġenwin. |
|
(12) |
Il-bilanċ li għandu jintlaħaq bejn stabbilità finanzjarja u oġġettivi ta' kompetizzjoni tenfasizza l-importanza tad-distinzjoni bejn fuq naħa waħda banek fundamentalment b'saħħithom u li joperaw tajjeb u fuq in-naħa l-oħra banek li huma f'diffikultà u li ma joperawx daqstant tajjeb. |
|
(13) |
Fil-valutazzjoni tagħha ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni, sew jekk fil-forom ta' skemi sew jekk permezz ta' appoġġ lil banek individwali, il-Kummissjoni għalhekk se tagħti attenzjoni partikolari lil profil ta' riskju tal-benefiċjarji (4). Bħala linja ta' prinċipju, banek bi profil ta' riskju għola għandhom iħallsu aktar. L-Istati Membri għandhom iqisu sewwa l-kriterji ta' dħul u t-trattament tal-banek bil-profili ta' riskju differenti u jiddistingwu fit-trattament tagħhom skond il-każ (ara Anness I) meta qegħdin ifasslu skemi ta' rikapitalizzazzjoni miftuħa għal sett ta' banek differenti. Għandha titqies is-sitwazzjoni ta' banek li qed jaffrontaw diffikultajiet minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti, għalkemm dawn ikunu ġew ikkunsidrati bħala fundamentalment b'saħħithom qabel il-kriżi. |
|
(14) |
Flimkien ma' indikaturi bħal per eżempju konformità ma' rekwiżiti ta' solvibilità regolatorja u adegwatezza ta' kapital prospettiv kif iċċertifikat mill-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni, il-firxa u r-rata ta' CDS ta' qabel il-kriżi għandhom, per eżempju, ikunu bażi tajba għal differenzjazzjoni tar-rati tar-rimunerazzjoni għall-banek differenti. It-tixrid preżenti jista' wkoll jirrifletti riskji inerenti li se jdgħajfu s-sitwazzjoni kompetittiva ta' xi banek hekk kif joħorġu mill-kondizzjonijiet ġenerali ta' kriżi. Il-firxa ta' qabel il-kriżi u dik preżenti għandhom f'kull każ jirriflettu l-piż, jekk hemm, ta' assi tossiċi u/jew id-dgħjufija tal-mudell ta' negozju tal-bank minħabba fatturi bħal dipendenza żejda fuq finanzjar għal perjodu qasir ta' żmien jew vantaġġi mhux fin-norma. |
|
(15) |
F'każijiet debitament ġustifikati, jista' jkun meħtieġ, li jaċċettaw rimunerazzjoni aktar baxxa għal perjodu qasir ta' żmien għall-banek li jinsabu f'diffikultà, fuq l-assunzjoni u l-kondizzjoni li fuq perjodu itwal ta' żmien l-ispejjeż tal-intervent pubbliku favur tagħhom jkun rifless fir-ristrutturazzjoni meħtieġa sabiex tiġi restawrata l-vijabilità u sabiex jiġi kkunsidrat l-impatt kompetittiv tal-appoġġ mogħti lilhom f'miżuri kompensatorji. Banek li huma finanzjarjament b'saħħithom jistgħu jkunu ntitolati għal rati ta' dħul relativament baxxi għal kull rikapitalizzazzjoni, u korrispettivament kondizzjonijiet imnaqqsa b'mod sinifikanti dwar appoġġ pubbliku għat-tul, basta li jaċċettaw termini dwar il-fidi jew il-konverżjoni tal-istrumenti sabiex iżommu n-natura temporanja tal-involviment tal-Istat, u l-oġġettiv tiegħu li jirrestawra l-istabbilità/self finanzjarju lill-ekonomija, u l-bżonn li jiġi evitat l-abbuż tal-fondi għal raġunijiet strateġiċi aktar wiesa'. |
Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
|
(16) |
Fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv ta' l-20 ta' Novembru 2008, il-Bank Ċentrali Ewropew (“ECB”) ippropona metodoloġija biex jimmarka l-prezz tal-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni tal-Istat għall-istituzzjonijiet fundamentalment b'saħħithom fil-qasam tal-Ewro. Il-konsiderazzjonijiet li jiggwidaw u li huma qed jenfasizzaw ir-Rakkomandazzjonijiet jirriflettu totalment il-prinċipji stipulati f'din l-introduzzjoni. skond ir-rwoli u r-responsabilitajiet speċifiċi, il-BĊE jagħmel enfażi partikolari fuq l-effettività tal-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni sabiex issaħħaħ l-istabbilità finanzjarja u jinkoraġġixxi ċ-ċirkulazzjoni mhux imfixkla ta' kreditu lill-ekonomija reali. Fl-istess waqt, din tenfasizza l-bżonn għal prezzijiet li huma orjentati lejn is-suq, inkluż ir-riskju speċifiku tal-banek individwali benefiċjarji u l-bżonn li jippreżervaw livell uniformi bejn banek li qegħdin f'kompetizzjoni. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni tilqa' r-Rakkomandazzjonijiet tal-BĊE li jipproponu skema ta' prezzar għall-injezzjonijiet ta' kapital bbażata fuq kuritur għar-rati ta' ritorn għal banek benefiċjarji li huma fundamentalment istituzzjonijiet finanzjarji b'saħħithom, għalkemm jeżistu varjazzjonijiet fil-profil ta' riskju tagħhom. Dan id-dokument għandu l-għan li jestendi l-gwida għal kondizzjonijiet li mhumiex r-rati tar-rimunerazzjoni u għat-termini li permezz tagħhom banek li ma humiex fundamentalment b'saħħithom jista' jkollhom aċċess għall-kapital pubbliku. |
|
(18) |
Barraminhekk, waqt li tirrikonoxxi li r-rati preżenti eċċezzjonali tas-suq ma jikkostitwuwx punt ta' referenza raġonevoli sabiex jiddetermina l-livell korrett ta' rimunerazzjoni ta' kapital, il-Kummissjoni hi tal-parir li miżuri ta' rikapitalizzazzjoni mill-Istati Membri għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni stima mhux korretta tar-riskju fil-perjodu ta' qabel il-kriżi. Mingħajr dan, rati ta' rimunerazzjoni mill-pubbliku jistgħu jagħtu vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq lill-benefiċjarji u aktar tard iwassal li r-rikapitalizzazzjoni mill-privat tinqata 'l barra. |
2. PRINĊIPJI LI JIGGVERNAW TIPI DIFFERENTI TA' RIKAPITALIZZAZZJONI
|
(19) |
L-aħjar garanzija sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni hi li l-prezzijiet għandhom ikunu qrib kemm jista' jkun għall-prezzijiet tas-suq (5). Għalhekk it-tfassil ta' rikapitalizzazzjoni għandu jkun determinat b'mod li jieħu s-sitwazzjoni tas-suq ta' kull istituzzjoni f'konsiderazzjoni, inkluż il-profil ta' riskju preżenti u l-livell ta' solvenza, u jżomm livell uniformi billi ma jkunx jipprovdi sussidju kbir iżżejjed meta mqabbel ma' alternattivi ta' suq preżenti. Barraminhekk, il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar għandhom jipprovdu inċentiv lill-bank sabiex jifdi lill-Istat hekk kif il-kriżi tgħaddi. |
|
(20) |
Dawn il-prinċipji jiġu tradotti fil-valutazzjoni tal-elementi li ġejjin tad-disinn ġenerali tal-miżuri tar-rikapitalizzazzjoni: oġġettiv tar-rikapitalizzazzjoni, is-saħħa tal-bank benefiċjarju, rimunerazzjoni, inċentivi tal-ħruġ, b'mod partikolari sabiex jiġi sostitwit il-kapital tal-Istat għall-investituri privati (6), sabiex jassiguraw in-natura temporanja tal-preżenza tal-Istat fil-kapital tal-bank, protezzjoni kontra abbuż tal-għajnuna u distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, u r-reviżjoni tal-effetti tal-iskema tar-rikapitalizzazzjoni u s-sitwazzjoni tal-benefiċjarji permezz ta' rapporti regulari jew pjanijiet ta' ristrutturazzjoni fejn hu xieraq. |
2.1. RIKAPITALIZZAZZJONI BIR-RATI TAS-SUQ PREŻENTI
|
(21) |
Fejn injezzjonijiet ta' kapital tal-Istat ikunu fuq termini ugwali mal-parteċipazzjoni sinifikanti (30 % jew aktar) ta' investituri privati, il-Kummissjoni se taċċetta r-rimunerazzjoni kif imsemmija fil-ftehim (7). Minħabba li l-problemi ta' kompetizzjoni li jinħolqu minħabba din l-operazzjoni huma limitati, sakemm it-termini tal-ftehim ikunu tali li jbiddlu b'mod sinifikattiv l-inċentivi tal-investituri privati, fil-prinċipju ma jidhirx li hemm bżonn ta' protezzjoni għall-kompetizzjoni ex ante jew ta' inċentivi ta' ħruġ. |
2.2. Rikapitalizzazzjonijiet temporanji ta' banek fundamentalment b'saħħithom sabiex jinkoraġġixxu stabbilità finanzjarja u self lill-ekonomija reali
|
(22) |
Meta jiġi vvalutat it-trattament tal-banek f'din il-kategorija, il-Kummissjoni se tpoġġi piż konsiderevoli fuq id-distinzjoni bejn banek fundamentalment b'saħħithom u banek oħra li ġew diskussi f'paragrafi 12 sa 15. |
|
(23) |
Rimunerazzjoni ġenerali għandha tidher fl-elementi li ġejjin:
|
|
(24) |
Ir-rimunerazzjoni għal rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat ma tistax tkun għolja daqs livelli ta' suq preżenti (xi 15 %) (9) peress li dawn mhux neċessarjament jiriflettu dak li jista' jitqies bħala kondizzjonijiet ta' suq normali (10). Konsegwentement, il-Kummissjoni hija ppreparata li taċċetta l-prezz tar-rikapitalizzazzjonijiet ta' banek li huma fundamentalment b'saħħithom b'rati li huma aktar baxxi mir-rati tas-suq preżenti, biex jiffaċilitaw lill-banek sabiex jużaw dawn l-istrumenti u għalhekk jiffavorixxu r-ristorazzjoni tal-istabbilità finanzjarja u jassiguraw is-self lill-ekonomika reali. |
|
(25) |
Fl-istess ħin, ir-ritorn totali mistenni fuq rikapitalizzazzjoni lill-Istat ma għandhux ikun ħafna 'l bogħod mill-prezzijiet tas-suq kurrenti minħabba li (i) għandu jevita li r-riskju ta' qabel il-kriżi jiġi mogħti prezz baxx, (ii) għandu jirrifletti l-inċertezza dwar il-ħin u livell ta' ekwilibriju ta' prezz ġdid, (iii) għandu jipprovdi inċentivi sabiex toħroġ mill-iskema u (iv) għandu jimminimizza r-riskju ta' distorsjonijet fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn dawk il-banek li jżidu fil-kapital fis-suq illum mingħajr għajnuna mill-Istati. Rata ta' rimunerazzjoni li mhix daqstant 'il bogħod mill-prezzijiet kurrenti tas-suq hija essenzjali sabiex tevita li jinqata' 'l barra r-rikapitalizzjoni permezz tas-settur privat u tiffaċilità r-ritorn għal kondizzjonijiet normali tas-suq. |
Prezz livell ta' dħul għal rikapitalizzazzjonijiet
|
(26) |
Il-Kummissjoni tikkonsidra li metodu adegwat sabiex tiddetermina l-prezz ta' rikapitalizzazzjonijiet hi jinsab fir-rakkomandazzjoniijiet tal-Eurosystem tal-20 ta' Novembru 2008. Ir-rimunerazzjonijiet kkalkolati bl-użu ta' din il-metodoloġija jirrapreżentaw skond il-Eurosystem bażi xierqa (livell ta' dħul) għar-rata nominali rikjesta ta' ritorn għar-rikapitalizzazzjoni ta' banek fundamentalment b'saħħithom. Dan il-prezz jista' jiġi aġġustat 'l fuq sabiex jagħti spjegazzjoni għall-bżonn li jiġi mifdi l-kapital tal-Istat (11). Il-Kummissjoni tikkonsidra li tali aġġustamenti se jservu wkoll l-oġġettiv tal-protezzjoni ta' kompetizzjoni mhux distorta. |
|
(27) |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Eurosystem jikkonsidraw li r-rata tar-ritorn rikjesta mill-gvern dwar l-istrumenti ta' rikapitalizzazzjoni għal banek fundamentalment b'saħħithom — ishma preferuti u strumenti ibridi oħra — jistgħu jiġu determinati fuq il-bażi ta' “kuritur tal-prezz” definit mir-: (i) rata ta' ritorn rikjesta dwar debitu subordinat li jirrapreżenta rbit baxx, u (ii) rata tar-ritorn rikjesta dwar ishma ordinarji li jirrapreżentaw rbit għoli. Din il-metodoloġija tinvolvi l-kalkolazzjoni ta' prezz tal-kuritur fuq il-bażi ta' komponenti differenti, li għandha wkoll tirrifletti l-fatturi speċifiċi ta' istituzzjonijiet individwali (jew settijiet ta' istituzzjonijeit simili) u tal-Istati Membri. L-applikazzjoni tal-metodoloġija billi tuża l-valuri medji (medja jew medjan) tal-parametri relevanti (rendiment ta' titoli statatli, firex ta' CDS, primja ta' riskju ta' ekwità) tiddetermina kurritur b'medja ta' rata tar-ritorn rikjest ta' 7 % fuq ishma preferuti b'fatturi simili għal dawk ta' dejn suboridinat u rata ta' ritorn medja rikjest ta' 9,3 % fuq ishma ordinarji relatati mal-banek fil-qasam tal-Euro. Għaldaqstant, il-prezz ta' kuritur medju jirrapreżenta firxa indikattiva. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni se taċċetta rimunerazzjoni minima bbażata fuq il-metodoloġija msemmija hawn fuq għal banek fundamentalment b'saħħithom (12). Din ir-rimunerazzjoni hija differenzjata fuq livell ta' bank individwali fuq il-bażi ta' parametri differenti:
|
|
(29) |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu formula ta' prezzijiet li tinkludi wkoll klawsoli step- up jew ta' ħlas lura. Dawn il-fatturi għandhom jiġu magħżula b'mod xieraq ħalli, waqt li jinkoraġġixxu tmien kmieni tal-appoġġ lill-banek ta' kapital mill-Istat, ma jirriżultawx f'żieda eċċessiva fl-ispejjeż tal-kapital. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni se taċċetta wkoll metodoloġiji alternattivi ta' pprezzijiet, sakemm dawn ikunu jwasslu għar-rimunerazzjonijiet għola mill-metodoloġija ta' hawn fuq. |
Inċentivi għal fidi ta' kapital mill-Istat
|
(31) |
Miżuri ta' rikapitalizzazzjoni għandhom bżonn li jkollhom inċentivi xierqa għal kapital mill-Istat sabiex jiġu mifdija meta s-suq jippermetti (14). Il-metodu l-aktar faċli sabiex tipprovdi inċentiv għal banek sabiex jfittxu għal kapital alternattiv huwa li l-Istati Membri jitolbu għal rimunerazzjoni għolja adegwata għall-rikapitalizzazzjoni mill-Istat. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tikkonsidra li jkun utli li tiżdied b'mod ġenerali add-on fuq il-prezz tad-dħul determinat (15) sabiex tinċentivizza l-ħruġ. Stuttura ta' pprezzar inkluż żidiet tul iż-żmien u klawsoli step-up se jirrinforzaw dan il-mekkaniżmu sabiex jinċentivizzaw il-ħruġ. |
|
(32) |
Jekk Stat Membru jippreferi ma jżidx ir-rata ta' rimunerazzjoni nominali, dan jista' jikkonsidra jżid ir-rimunerazzjoni globali permezz ta' call options jew klawsoli oħra ta' fidi, jew mekkaniżmi li jinkoraġixxu żidiet privati ta' kapital, per eżempju billi jgħaqqdu l-ħlas tad-dividends ma' rimunerazzjoni obbligatorja tal-Istat li tiżdied biż-żmien. |
|
(33) |
L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkonsidraw l-użu ta' politika ta' dividend restrittiva sabiex jassiguraw il-karattru temporanju tal-intervent tal-Istat. Politika ta' dividend restrittiva tkun koerenti mal-oġġettiv tal-protezzjoni tas-self lill-ekonomija reali u mat-tisħiħ tal-bażi tal-kapital tal-banek benefiċjarji. Fl-istess ħin, ikun importanti li jitħalla jsir il-ħlas tad-dividend fejn din tirrapreżenta inċentiv sabiex tipprovdi ekwità privata ġdida lil banek fundamentalment b'saħħithom (16). |
|
(34) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta mekkaniżmi proposti ta' ħruġ fuq bażi ta' każ b'każ. Ġeneralment, aktar mhu għoli d-daqs tar-rikapitalizzazzjoni u aktar mhu għoli l-profil ta' riskju tal-bank benefiċjarju, aktar ikun meħtieġ li jkun stipulat mekkaniżmu ċar ta' ħruġ It-taħlita tal-livell u tip tar-rimunerazzjoni u, fejn u sakemm xieraq, ta' politika ta' dividend restrittiva, jeħtieġu li jirrapreżentaw, fit-totalità tagħhom, inċentiv ta' ħurġ suffiċjenti għall-banek benefiċjarji. Il-Kummissjoni tikkonsidra, partikolarment, li restrizzjonijiet fuq ħlas ta' dividendi mhumiex meħtieġa fejn il-livell ta' prezzijiet jirrifletti korrettement il-profil ta' riskju tal-bank, u klawsoli step-up jew elementi komparabbli jipprovdu inċentivi suffiċjenti għall-ħruġ u rikapitalizzazzjoni hija limitata fil-qies. |
Prevenzjoni ta' distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni
|
(35) |
Il-Komunikazzjoni Bankarja tisħaq, fil-punt 35, il-bżonn ta' protezzjoni kontra abbużi possibbli u distorsjonijiet ta' kompetizzjoni fl-iskemi ta' rikapitalizzazzjoni. Punt 38 tal-Komunikazzjoni Bankarja teħtieġ li injezzjonijiet ta' kapital jiġu limitati għal minimu meħtieġ u ma jħallux lill-benefiċjarju li jieħu sehem fi strateġiji kummerċjali aggressivi li jkunu inkompatibbli mal-oġġettivi bażiċi tar-rikapitalizzazzjoni (17). |
|
(36) |
Bħala prinċipju ġenerali, aktar ma' tkun għolja r-rimunerazzjoni inqas hemm bżonn għal protezzjoni, peress li l-livell tal-prezz se jillimita distorsjonijiet ta' kompetizzjoni. Banek li jirċievu rikapitalizzazzjoni mill-Istat għandhom ukoll jevitaw li jirriklamizzawha għal raġunijiet kummerċjali. |
|
(37) |
Protezzjoni tista' tkun meħtieġa sabiex ma tħallix li jkun hemm espansjoni kummerċjali aggressiva finanzjata mill-għajnuna mill-Istat. Fil-prinċipju, amalgamazzjonijiet u akkwisti jistgħu jikkostitwixxu kontribuzzjoni ta' valur għall-konsolidazzjoni tal-industrija tal-bank sabiex jilħqu l-oġġettivi li jistabbilizzaw is-swieq finanzjarji u jassiguraw moviment stabbli ta' kreditu lill-ekonomija reali. Sabiex ma jiġux preferuti dawk l-istituzzjonijiet b'appoġġ pubbliku għad-detriment tal-kompetituri mingħajr dak l-appoġġ, amalgamazzjonijiet u akkwisti għandhom ġeneralment jiġu organizzati fuq bażi ta' proċess kompetittiv ta' sejħiet. |
|
(38) |
L-estensjoni tal-protezzjoni tal-imġieba se tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' proporzjonalità, waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-fatturi kollha relevanti u, b'mod partikolari, il-profil ta' riskju tal-bank benefiċjarju. Waqt li banek bi profil ta' riskju baxx ħafna jistgħu jeħtieġu biss protezzjoniji limitata ħafna ta' mġieba, il-bżonn għal din il-protezzjoniji tiżdied meta l-profil ta' riskju ikun għola. Il-valutazzjoni ta' propozjonalità hija influwenzata aktar mill-qies relattiv tal-injezzjoni ta' kapital mill-Istat u l-livell li ntlaħaq ta' kapital inizjali. |
|
(39) |
Meta Stati Membri jużaw rikapitalizzazzjoni bil-għan tal-iffinanzjar tal-ekonomija reali, huma jridu jassiguraw li l-għajnuna effettivament tikkontribwixxi għal dan. Għal dan il-għan, f'konformità mar-regolamenti nazzjonali, għandhom jehmżu mar-rikapitalizzazzjoni, protezzjonijiet nazzjonali effettivi u li jistgħu jkunu infurzati li jassiguraw li l-kapital injettat huwa wżat sabiex isostni self lill-ekonomika reali. |
Reviżjoni
|
(40) |
Barraminhekk, kif indikat fil-Komunikazzjoni Bankarja (18), rikapitalizzazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni regolari. Sitt xhur wara li jiġu introdotti, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda. Ir-rapport irid jipprovdi informazzjoni kompleta fuq:
|
|
(41) |
Fil-kuntest tar-reviżjoni, il-Kummissjoni se tivvaluta, fost affarijiet oħra, il-bżonn għal kontinwazzjoni ta' protezzjoniji dwar l-imġieba. skond l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet tas-suq, tista' wkoll titlob għar-reviżjoni tal-protezzjoniji li takkompanja l-miżuri sabiex jassiguraw li l-għajnuna hi limitata għal ammont minimu u għad-dewmien minimu meħtieġ sabiex ittaffi minn din il-kriżi preżenti. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni tfakkar li meta bank li kien inizjalment kkonsidrat fundamentalment b'saħħtu jaqa' f'diffikultajiet wara li seħħet ir-rikapitalizzazzjoni, għandu jiġi notifikat għal dak il-bank pjan ta' ristrutturazzjoni. |
2.3. Rikapitalizzazzjonijiet ta' salvataġġ ta' banek oħra
|
(43) |
Ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek li mhumiex fundamentalment b'saħħithom għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti aktar stretti. |
|
(44) |
Għal dak li għandu x'jaqsam mar-rimunerazzjoni, kif stipulat aktar 'l fuq, din għandha tirrifletti l-profil ta' riskju tal-benefiċjarju u tkun għola minn tal-banek fundamentalment b'saħħithom (20). Din hija mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-awtoritajiet superviżuri jieħdu azzjoni urġenti fejn meħtieġ f'każijiet ta' ristrutturazzjoni. Fejn il-prezz ma jistax jistax jiġi ffissat għal livelli li jikkorispondu mal-profil ta' riskju tal-bank, mandanakollu dan għandu jkun qrib għal dak mitlub għal bank simili taħt kondizzjonijiet tas-suq normali. Għalkemm hemm bżonn li jiġi assigurat stabbilità finanzjarja, l-użu ta' kapital tal-Istat għal dawn il-banek jista' biss jiġi aċċettat fuq il-kundizzjoni li bank għaddej mill-proċess ta' likwidazzjoni jew minn ristrutturazzjoni akkurata u vasta, inkluż biddla fl-amministrazzjoni u tmexxija tal-kumpaniji fejn xieraq. Għalhekk, għandu jiġi pprezentat għal dawn il-banek jew pjan ta' ristrutturazzjoni komprensiv jew pjan ta' likwidazzjoni fi żmien sitt xhur mir-rikapitalizzazzjoni. Kif indikat fil-Komunikazzjoni Bankarja, dan il-pjan se jiġi vvalutat skond il-prinċipji tal-linji gwida ta' salvataġġ u ta' ristrutturazzjoni għal kumpaniji f'diffikultà, u għandu jinkludi miżuri kompensatorji. |
|
(45) |
Sakemm isir il-fidi tal-Istat, protezzjoniji tal-imġieba għal banek f'diffikultajiet fil-fażijiet ta' salvataġġ u ta' ristrutturazzjoni għandhom, fi prinċipju, jinkludu: politika restrittiva dwar dividendi (inkluż projbizzjoni fuq dividendi almenu waqt l-perjodu ta' ristrutturazzjoni); limitazzjoni ta' rimunerazzjoni eżekuttiva jew id-distribuzzjoni ta' bonuses; obbligazzjoni li jiġi restawrat u miżmum livell għola tal-proporzjon ta' solvenza kompatibbli mal-oġġettiv ta' stabbilità finanzjarja; u skeda tal-ħinijiet għall-fidi tal-partiċipazzjoni tal-Istat. |
2.4. Rimarki finali
|
(46) |
Finalment, il-Kummissjoni tieħu in konsiderazzjoni l-possibilità li l-parteċipazzjoni tal-banek fl-operazzjonijiet ta' rikapitalizzazzjoni hija miftuħa għal kulħadd jew għal porzjon tajba ta' banek f'Membru Stat, anke fuq bażi anqas differenzjata, u immmirata li tikseb ritorn ġenerali xieraq fuq medda taż-żmien. Xi Stati Membri jistgħu jippreferu, għal raġunijiet ta' konvenjenza amministrattiva per eżempju, li jużaw metodi anqas elaborati. Mingħajr preġudizzju għall-possibilità li Stati Membri jibbażaw il-prezz tagħhom fuq il-metodoloġija msemmija aktar 'l fuq, il-Kummissjoni se taċċetta mekkaniżmi ta' prezzijiet li jwasslu għal livell ta' ritorn annwali mistenni totali għall-banek kollha li qed jipparteċipaw fi skema suffiċjentement għolja sabiex tieħu ħsieb varjetà ta' banek u l-inċentiv ta' ħruġ. Dan il-livell għandu normalment jiġi stipulat 'l fuq mill-rbit superjuri riferut fil-paragrafu 27 għal strumenti kapitali Livell 1. (21). Dan jista' jinkludi prezz ta' dħul aktar baxx u step-up xierqa, kif ukoll elementi oħra differenzjali u protezzjoniji kif deskritta 'l fuq (22). |
(1) Għall-konvenjenza tal-qarrej, istituzzjonijiet finanzjarji jirreferu sempliċement għall-“banek” f'dan id-dokument.
(2) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(3) Ara deciżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2008 fil-Każ N 507/08 Miżuri għal Appoġġ Finanzjarju lill-industrija tal-banek fil-UK (ĠU C 290, 13.11.2008, p. 4), Deċizjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Miżuri ta' Appoġġ għall-istituzzjonijiet finanjarji fil-Ġermanja (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 2) u deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Każ N 560/08 Miżuri ta' Appoġġ lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fil-Greċja, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Każ N 528/08 l-Olanda, Għajnuna lil ING Groep N.V, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2008 fil-Każ NN 68/08 dwar Għajnuna mill-Istat tal-Latvja lil JSC Parex Banka.
(4) Ara Anness I għal aktar dettalji.
(5) Ara l-punt 39 tal-Komunikazzjoni Bankarja.
(6) Kull referenza għall-inċentivi tal-ħruġ jew inċentivi sabiex jiġi mifdi l-Istat f'dan id-dokument, wieħed għandu jħares lejnhom bħala li għandhom l-għan li jissostitwixxu l-kapital tal-Istat għall-kapital tal-privat sakemm hu meħtieġ u xieraq fil-kuntest ta' ritorn għal kondizzjonijiet normali tas-suq.
(7) Ara per eżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Miżuri ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Ġermanja, punt 54.
(8) Per eżempju, numru ta' parametri jżidu jew inaqqsu l-valur tal-ishma preferuti, skond it-tifsura eżatta tagħhom, bħal eżempju: konvertibbli f'ishma ordinarji jew strumenti oħra, dividendi kumulattivi jew non-kumulattivi, rati tad-dividend fissi jew aġġustabbli, preferenza għal likwidazzjoni qabel ishma ordinarji, partiċipazzjoni jew le fil-qligħ l' fuq mir-rata tad-dividend mħallsa lill-ishma ordinarji, l-għażla li tbigħ, klawsoli ta' fidi, drittijiet ta' votazzjoni. Il-Kummissjoni se tuża l-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' kapital fost il-kategoriji regolatorji differenti bħala kejl (e.ż. parti ċentrali/mhux ċentrali, Livell 1/Livell 2).
(9) Per eżempju JP Morgan, Riċerka ta' Kreditu Ewropew, 27 ta' Ottubru 2008; Dejta ta' Merrill Lynch dwar l-ewro denominata debitu livell 1 mill-anqas istituzzjonijiet finanzjarji valutati bħala grad ta' investiment, ppubblikati fis-suq tal-Ewrobond jew fis-suq domestiku tal-Istati Membri li adottaw l-ewro. Dejta hi provduta mill-ECOWIN (ml: et10yld).
(10) Livelli kurrenti ta' rimunerazzjoni jistgħu wkoll jirriflettu domanda preżenti relativament għolja għall-kapital Livell 1 hekk kif il-banek jimxu minn dak li llum hu pperċepiet bħala l-mudell ta' negozju undercapitalised tal-passat, mħallat ma' forniment relativament żgħir u volatilità għolja tas-suq.
(11) Ara punti 5 sa 7 tar-rakkomandazzjonijijet tall-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-ipprezzar tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-20 ta' Novembru 2008.
(12) Sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri 'l barra mill-Ewrosistema tista' tiġi meħuda n konsiderazzjoni.
(13) Bħal ishma ordinarji, Livell 1 ta' kapital b'parteċipazzjoni silenzjuża b'validità limitata, jew Livell 2 ta' kapital.
(14) Jiġi meqjus it-tip ta' strument ta' rikapitalizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet superviżuri.
(15) Dan huwa ħafna importanti minħabba li l-metodu ppreżentat hawn fuq jista' jiġi affettwat mir-riskju li jiġi mogħti prezz aktar baxx qabel il-kriżi.
(16) Waqt li jiġu kkonsidrati dawn il-konsiderazzjonijiet, restrizzjonijiet fuq il-ħlas ta' dividendi jistgħu per eżempju jkunu limitati fiż-żmien jew għal persentaġġ tal-profitti ġenerati, jew magħqudin mal-kontribuzzjonijiet ta' kapital ġdid, (per eżempju permezz ta' ħlas ta' dividendi fil-forma ta' ishma ġodda). Fejn il-fidi ta' Stat probabbli li jseħħ f'ħafna stadji, jista' jiġi wkoll previst ir-rilassament gradwali fuq kull restrizzjoni fuq dividendi f'konformità mal-progress tal-fidi.
(17) Peress li l-oġġettivi li tassigura self lill-ekonomija reali, restrizzjonijiet tal-kobor tal-karta tal-bilanċ mhumiex meħtieġa fis-skemi ta' rikapitalizzazzjoni ta' banek fundamentalment b'saħħithom. Dan għandu fil-prinċipju japplika wkoll għal skemi ta' garanzija, sakemm ma hemmx riskju serju ta' spostament tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri.
(18) Ara l-punti 34 sa 42 tal-Komunikazzjoni Bankarja. F'konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja, miżuri ta' rikapitalizzazzjoni individwali meħudin f'konformità ma' skema ta' rikapitalizzazzjoni approvata mill-Kummissjoni ma għandhomx bżonn ta' notifikazzjoni u se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-reviżjoni u tal-preżentazzjoni ta' pjan ta' vijabilità.
(19) Tieħu in kunsiderazzjoni l-karatteristiċi tal-istrument ta' rikapitalizzazzjoni.
(20) Ara paragrfau 28 dwar il-prezz tal-kurritur estiż li jimplika żieda fir-rati ta' riemunerazzjoni għal banek f'diffikultà.
(21) Il-Kummissjoni s'issa aċċettat mizuri ta' rikapitalizzazzjoni b'ritorn annwali totali mistenni ta' almenu 10 % għal strumenti Livell 1 għall-banek kollha li qed jipparteċipaw fi skema. Għal Stati Membri b'rati ta' ritorn li huma bla riskju li huma differenti b'mod sinifikanti mill-medja taż-ŻonaEwro dan il-livell jista' jkollu bżonn li jiġi adattat skond għal din ir-raġuni. Aġġustmenti huma wkoll meħtieġa minħabba żvilluppi ta' rati bla riskju.
(22) Ara, bħala eżempju ta' taħlit ta' prezz ta' dħul baxx b'elementi differenzjali, deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Każ N 528/08 l-Olanda Għajnuna lil ING Groep N.V fejn għal rimunerazzjoni ta' strument ta' kapital sui generis kategorizzata bħala kapital Livell 1 b'parteċipazzjoni silenzjuża b'validità limitata kupun fiss (8,5 %) huwa akkopjat ma' ħlasijiet ta' kupuni proporzjonalment żejda u dejjem aktar u aspett pożittiv possibbli, li jirriżulta f'ritorn annwali mistenni aktar minn 10 %.
ANNESS
Prezzar ta' ekwità
(Ekwità (ishma ordinarji, ishma komuni) hija l-aħjar forma magħrufa ta' kapital Livell 1 b'parteċipazzjoni silenzjuża b'validità limitata. Ishma ordinarji huma rimunerati permezz ta' ħlasijiet ta' dividendi futuri u inċerti u żieda fil-prezz tal-ishma (żieda/telf fil-kapital), li t-tnejn li huma fl-aħħarnett jiddependu mill-istennija ta' moviment/profitti ta' kexx futuri. Fis-sitwazzjoni preżenti, tbassir ta' movimenti futuri ta' flus kontanti hija aktar diffiċli milli taħt kondizzjonijiet normali. Għalhekk, il-fattur li l-aktar wieħed jinduna bih huwa l-prezz tas-suq kwotat tax-xiri tal-ishma. Għal banek mhux ikkwotati, minħabba li ma hemmx prezz maqsum ikkwotat, l-Istati Membri għandhom jaslu għal approċċ xieraq bbażat fuq is-suq, bħal eżempju valutazzjoni kompleta.
Jekk għajnuna tingħata fil-ħruġ ta' ishma ordinarji (sottoskrizzjoni), kull ishma li mhix meħuda mill-investituri eżistenti jew ġodda se tittieħed minn Stati Membri bħala sottoskritt bil-prezz l-aktar baxx possibbli meta mqabbel mal-prezz maqsum immedjatament qabel it-tħabbira tat-tpoġġija ta' offerta miftuħa. Ħlas ta' sottoskrizzjoni adegwata għandha wkoll tkun pagabbli mill-istituzzjoni li qed toħroġha (1). Il-Kummissjoni se tieħu in kunsiderazzjoni l-influwenza li għajnuna mill-Istat rċevuta minn qabel jista' jkollha fuq il-prezz maqsum tal-benefiċjarju.
Indikaturi għall-valutazzjoni tal-profil ta' riskju ta' bank
Fil-valutazzjoni tal-profil ta' riskju ta' bank għal l-għan tal-apprezzament ta' miżura ta' rikapitalizzazzjoni taħt regoli tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni se tieħu in konsiderazzjoni l-pożizzjoni tal-bank b'mod partikolari rigward l-indikaturi li ġejjin:
|
(a) |
Adegwatezza ta' kapital: Il-Kummissjoni se tivvaluta b'mod pożittiv il-valutazzjoni tas-solvenza tal-bank u l-adegwatezza kapitali prospettiva tagħha bħala riżultat ta' reviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali; reviżjoni bħal din se tivvaluta l-espożizzjoni tal-bank għal riskji varji (bħal eżempju riskju ta' kreditu, riskju ta' likwidità, riskju tas-suq, riskji ta' rati ta' interess u ta' rati ta' skambju), il-kwalità tal-portafoll tal-assi (fi ħdan is-suq nazzjonali u meta mqabbel ma' standards internazzjonali disponibbli), is-sostenibbiltà tal-mudell ta' negozju tiegħu fuq medda ta' żmien u elementi pertinenti oħra; |
|
(b) |
Daqs tar-rikapitalizzazzjoni: Il-Kummissjoni se tivvaluta b'mod pożittiv rikapitalizzazzjoni limitata fid-daqs, bħal per eżempju mhux aktar minn 2 % tal-assi tal-piż tar-riskju tal-bank; |
|
(c) |
Firxiet CDS preżenti: Il-Kummissjoni se tikkonsidra firxa daqs jew anqas mill-medja bħala indikatur ta' profil b'riskju aktar baxx; |
|
(d) |
Rata kurrenti tal-bank u l-prospettiva tiegħu: Il-Kummissjoni se tikkonsidra rata ta' A jew aktar u propettiva stabbli jew pożittiva bħala indikatur ta' profil ta' riskju aktar baxx. |
Fl-evalwazzjoni ta' dawn l-indikaturi, għandha tiġi meqjusa s-sitwazzjoni ta' banek li qed jaffaċċjaw diffikultajiet minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti, għalkemm dawn kienu se jkunu meqjusin bħala fundamentalment b'saħħithom qabel il-kriżi, kif muri, per eżempju, bl-evoluzzjoni tal-indikaturi tas-suq bħal firxiet CDS u prezzijiet tal-ishma.
Tabella 1
Tipi ta' kapital
(1) Ara per eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2008 fil-Każ N 507/08 Miżuri ta' Appoġġ Finanzjarju lill-Industrija tal-Bank fir-Renju Unit, punt 11, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Miżuri ta' Appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil Ġermanja, punt 12
III Atti preparatorji
KUMMISSJONI
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/11 |
Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni
(2009/C 10/04)
|
Dokument |
Parti |
Data |
Titolu |
|
COM(2008) 302 |
|
13.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 752/2007 tat-30 ta' Mejju 2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Ukraina |
|
COM(2008) 305 |
|
23.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw |
|
COM(2008) 306 |
1 |
20.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni għall-bdiewa u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa |
|
COM(2008) 306 |
2 |
20.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar modifiki fil-politika agrikoli komuni bl-emenda tar-Regolamenti (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008 u (KE) Nru […]/2008 |
|
COM(2008) 306 |
3 |
20.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
|
COM(2008) 306 |
4 |
20.5.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/144/KE dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perjodu ta' programmazzjoni 2007 sa 2013) |
|
COM(2008) 308 |
|
21.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija |
|
COM(2008) 309 |
|
21.5.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' l-istabbiliment ta'skeda ta' tneħħija ta' tariffi għall-prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni |
|
COM(2008) 311 |
|
23.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni |
|
COM(2008) 314 |
|
23.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi |
|
COM(2008) 316 |
|
23.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur |
|
COM(2008) 318 |
|
26.5.2008 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti |
|
COM(2008) 320 |
|
27.5.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni 188) |
|
COM(2008) 324 |
|
4.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi |
|
COM(2008) 332 |
|
27.5.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali — European Criminal Records Information System (ECRIS) fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/…/JHA |
|
COM(2008) 336 |
|
28.5.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur |
|
COM(2008) 341 |
|
6.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimponi dazju kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' trab tal-karbon attivat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
COM(2008) 342 |
|
4.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta' l-awtoritajiet illegali tal-Gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komorri |
|
COM(2008) 343 |
|
10.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-ekwivalenza ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti prodott f'pajjiżi terzi |
|
COM(2008) 344 |
|
9.6.2008 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta' membru wieħed b'responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 345 |
|
10.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji ta' l-annimali) |
|
COM(2008) 346 |
|
10.6.2008 |
Proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tiddeteremina l-ammont ta' l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta' “Konverġenza” |
|
COM(2008) 347 |
1 |
20.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru |
|
COM(2008) 347 |
2 |
20.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru |
|
COM(2008) 350 |
|
11.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
|
COM(2008) 351 |
|
13.6.2008 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 352 |
|
12.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li f'isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri |
|
COM(2008) 353 |
|
11.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifikaà ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 |
|
COM(2008) 357 |
|
13.6.2008 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku |
|
COM(2008) 358 |
|
16.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 362 |
|
17.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adattament tal-Protokoll Nru 3, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' 'prodotti ta' oriġini' u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, b'segwitu għat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-2007 |
|
COM(2008) 363 |
|
16.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 442/2007 tad-19 ta' April 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta' l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 |
|
COM(2008) 365 |
|
17.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru …/… li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 367 |
|
17.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 369 |
|
17.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ- ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 376 |
|
8.7.2008 |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 377 |
|
20.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut |
|
COM(2008) 380 |
|
23.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali |
|
COM(2008) 382 |
|
20.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiċċara l-ambitu tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
COM(2008) 385 |
|
19.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jħassar il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 85/2006 dwar importazzjonijiet ta' salamun ta' trobbija li joriġina fin-Norveġja |
|
COM(2008) 386 |
|
24.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (Verżjoni kkodifikata) |
|
COM(2008) 390 |
|
25.6.2008 |
Proposta ghal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam ta' l-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE |
|
COM(2008) 404 |
|
30.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud |
|
COM(2008) 405 |
|
27.6.2008 |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea |
|
COM(2008) 410 |
|
30.6.2008 |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jtemm ir-reviżjoni ta' esportatur ġdid tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju definittiv ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dawn it-testi huma disponibbli fuq il-EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/15 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
L-14 ta' Jannar 2009
(2009/C 10/05)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3173 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,66 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4508 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90830 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9475 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4761 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4310 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,917 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
277,45 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7050 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1440 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2880 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1085 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9769 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6144 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2177 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4262 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9664 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 777,43 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,2389 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,0040 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3347 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 657,60 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7061 |
|
PHP |
Peso Filippin |
62,080 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,8400 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
45,987 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0598 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,2710 |
|
INR |
Rupi Indjan |
64,0270 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/16 |
L-aħħar pubblikazzjoni ta' dokumenti COM minbarra l-proposti leġiżlattivi u proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni
(2009/C 10/06)
Storja ta' pubblikazzjonijiet preċedenti:
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/17 |
Dokumenti COM minbarra l-proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni
(2009/C 10/07)
|
Dokument |
Parti |
Data |
Titolu |
|
COM(2008) 301 |
|
14.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 |
|
COM(2008) 307 |
|
20.5.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-settur tal-kittien u tal-qanneb |
|
COM(2008) 312 |
|
22.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Li tindirizza l-isfida internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari |
|
COM(2008) 313 |
|
27.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-iżvilupp ta' l-internet — Pjan ta' Azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll ta' l-Internet (IPv6) fl-Ewropa |
|
COM(2008) 317 |
|
23.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: Sħubija Ewropea għal riċerkaturi |
|
COM(2008) 319 |
|
20.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran |
|
COM(2008) 321 |
|
20.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nindirizzaw l-isfidi taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet ta' l-ikel — Direzzjonijiet għall-azzjoni ta' l-UE |
|
COM(2008) 322 |
|
26.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-aġenda annotata għall-Kunsill — Ministerjali tal-Komunità ta' l-Enerġija (Brussell, is-27 ta' Ġunju 2008) |
|
COM(2008) 323 |
|
27.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Inizjattiva Ewropea għat- Trasparenza — Qafas għar-relazzjonijiet ma' rappreżentanti ta' interessi (Reġistru u Kodiċi ta' Kondotta) |
|
COM(2008) 327 |
|
29.5.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni — Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2007 |
|
COM(2008) 328 |
|
30.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Rapport Finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) |
|
COM(2008) 329 |
|
30.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika |
|
COM(2008) 330 |
|
8.5.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reklamar tat-Tabakk (2003/33/KE) |
|
COM(2008) 331 |
|
30.5.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Opportunitajiet tas-Sajd għall-2009 Dikjarazzjoni ta' Politika mill-Kummissjoni Ewropea |
|
COM(2008) 333 |
|
28.5.2008 |
Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill- Kumitat biex jawtorizza lill-Kummissjoni tmexxi negozjati għat-tfassil ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti għal miżuri ta' prevenzjoni ta' l-Istat tal-Port li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat |
|
COM(2008) 334 |
|
3.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Evalwazzjoni finali tal-Programm eTEN |
|
COM(2008) 337 |
|
5.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni Finali tal-programm ta' azzjoni Komunitarju biex jiġu promossi entitajiet attivi fil-livell Ewropew u jiġu sostnuti attivitajiet speċifiċi fil-qasam ta' l-Edukazzjoni u Taħriġ |
|
COM(2008) 338 |
|
4.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri — Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2007 |
|
COM(2008) 340 |
|
9.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew li jikkonċerna l-Istatistika fit-Terminu l-Qasir kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1165/98 tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 |
|
COM(2008) 354 |
|
13.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp |
|
COM(2008) 355 |
|
13.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar statistika miġbura skond ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart u l-kwalità tagħha |
|
COM(2008) 356 |
|
13.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali |
|
COM(2008) 359 |
|
17.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti |
|
COM(2008) 360 |
|
17.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, liil-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Programm ta' politika dwar l-ażil approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE |
|
COM(2008) 364 |
|
17.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew Analiżi ta' l-operat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali |
|
COM(2008) 366 |
|
17.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Aspetti regolatorji tan-nanomaterjali |
|
COM(2008) 371 |
|
18.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Il-ħames rapport ta' progress dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber |
|
COM(2008) 378 |
|
24.6.2008 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Rapport Annwali mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew dwar il-ħidma tas-Sistema ta' l-Iskejjel Ewropej fl-2007 |
|
COM(2008) 379 |
|
23.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew Rapport Annwali 2008 dwar il-Politiki tal-Komunità Ewropea dwar l-Assistenza għall-Iżvilupp u l-Affarijiet Esterni u l-Implimentazzjoni tagħhom fl-2007 |
|
COM(2008) 381 |
|
18.6.2008 |
Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 5 tal-baġit ġenerali ta' l-2008 — Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul |
|
COM(2008) 383 |
|
25.6.2008 |
Green paper — Ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Pajjiżi u Territorji Ekstra-Ewropej |
|
COM(2008) 384 |
|
13.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Niffaċċjaw l-isfida ta' prezzijiet taż-żejt aktar għoljin |
|
COM(2008) 387 |
|
24.6.2008 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u l-Parlament Ewropew — Public Finances in EMU — 2008 — Ir-rwol tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi fil-qafas ta' governanza ta' l-UE |
|
COM(2008) 389 |
|
25.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Ajru Uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar |
|
COM(2008) 392 |
|
26.6.2008 |
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar ikel għal persuni li jbatu minn taqlib fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete) |
|
COM(2008) 393 |
|
27.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-istati membri dwar oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu ta' nutriment partikolari |
|
COM(2008) 395 |
|
26.6.2008 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Linjigwida għal Strateġija Integrata għall-Politika Marittima: Lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |
|
COM(2008) 398 |
|
26.6.2008 |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Valutazzjoni finali tal-programm ta' azzjoni Komunitarju “Youth” (2000-2006) u tal-programm ta' azzjoni Komunitarju għall-promozzjoni ta' entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006) |
|
COM(2008) 403 |
|
24.6.2008 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar notifiki ta' posponimenti ta' skadenzi ta' kisba u eżenzjonijiet mill-obbligu li jiġu applikati ċerti valuri ta' limitu skond l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità ta' l-arja ta' l-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa |
Dawn it-testi huma disponibbli fuq il-EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/20 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2009/C 10/08)
Numru XA: XA 283/08
Stat Membru: Franza
Ir-reġjun: Département de la Moselle
Skema ta' għajnuna: Aide au remplacement (assistance technique)
Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales
Délibération du Conseil général de la Moselle du 15.10.2007
Nefqa annwali imbassra fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: Massimu ta' EUR 40 000 kif meħtieġ u bbażata fuq ir-riżorsi disponibbli tal-baġit
Intensità massima tal-għajnuna: Rata unika ta' 12 % fuq nefqa massima ta' EUR 130 kull jum, sa 14-il ġurnata, u EUR 910 għal kull benefiċjarju kull sena
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għad-domanda ta' eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u b'riżerva għad-disponibbilità tal-fondi korrispondenti
Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Tliet snin li jibdew jgħoddu mal-walsa tal-avviż għand il-Kummissjoni (bir-riserva ta' fondi korrispondenti)
Għan u tipi ta' għajnuniet: L-għan ta' din l-iskema ta' għajnuna għandu jkun biex jgħin fl-ispejjeż okkażjonali ta' bdil (għajr għall-ispejjeż ta' bdil tal-benefiċjarju għall-kreditu tat-taxxa) tal-bdiewa tal-impriżi għal raġunijiet ta' saħħa, ta' inċident, liv tal-missier jew tal-omm, jew ir-rappreżentanza u l-formazzjoni għall-bdiewa żgħażagħ b'rata ta' 14-il ġurnata kull sena matul tliet snin.
Il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 għandhom jiġi rrispettati
Settur(i) konċernat(i): L-azjendi agrikoli kollha fil-Moselle (azjendi jew gruppi ta' azjendi agrikoli)
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle |
|
Direction de l'Environnement et de l'Aménagement du Territoire |
|
Division de l'Environnement et de l'Espace Rural (SAEN) |
|
Hôtel du Département |
|
1, rue du Pont Moreau |
|
BP 11096 |
|
F-57036 Metz cedex 1 |
Websajt: http://www.cg57.fr/front/go.do?sid=site/environnement_1076429797630/gestion_de_l_espace/agriculture
Informazzjonijiet oħra: Biex tiġi żgurata konformità stretta mal-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament Komunitarju għal kull tip ta' għajnuna mbassra, l-ammont ta' għajnuna jekk meħtieġ għandu jiġi mnaqqas għall-ammont kontribwit minn fondi pubbliċi oħra.
L-għajnuniet għandhom jiġu riservati għall-gruppi ta' prodotturi li ma jkunu qatt ibbenefikaw minn għajnuniet simili fl-aħħar 5 snin u għal dawk li jkunu ħallsu l-bilanċi dovuti għal każijiet preċedenti.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5418 — Blackfriars/Vink Holding)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 10/09)
|
1. |
Fil-5 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1), li biha Blackfriars Corporation (“Blackfriars”, ir-Renju Unit, li hija parti mill-Grupp Blackfriars, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Vink Holding B.V. (l-Olanda) Vink Nordic Holding AS (id-Danimarka) u Vink Kunststoffe GmbH (il-Ġermanja), ilkoll flimkien “Vink Holding”, permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5418 — Blackfriars/Vink Holding, fl-indirizz li ġej:
|
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 10/10)
|
1. |
Fis-6 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Costa Crociere S.p.A. (“Costa”, l-Italja) ikkontrollata minn Carnival Corporation &plc (l-Istati Uniti) u MSC CROCIERE S.A. (“MSC”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Mediterranean Shipping Company Holding S.A jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tat-terminal ta' Marseille Provence Cruise S.A.S. (“MPCT”, Franza), kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT, fl-indirizz li ġej:
|
|
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.